KullĦadd_27.12.2015

Page 1

Ħarsa lejn IL-MIŻURI ĠODDA DWAR IL-BONORDNI

www.kullħadd.com Il-Ħadd, 27 ta’ Diċembru, 2015

Ara paġna 6

Ħarġa Nru 1,172 Prezz €1

ŻELQA OĦRA FIN-NIEXEF MILL-PN

IT-TISBIĦ F’KENNEDY GROVE

INVESTIMENT TA’ €2.9 MILJUN

Wara xhur sħaħ ta’ tfigħ ta’ tajn mill-Oppożizzjoni Nazzjonalista fuq allegazzjoni li s-Segretarju Parlamentari Ian Borg abbuża mill-poter biex jinħariġlu permess ta’ dar ta’ residenza fir-Rabat, aktar tard din il-ġimgħa l-Uffiċċju tal-Kummissjoni Kontra l-Korruzzjoni ma sab l-ebda irregolarità fil-ħruġ talpermess mill-MEPA. Din il-konklużjoni ġabet fix-xejn l-allegazzjonijiet fiergħa tal-Oppożizzjoni li għal xhur sħaħ gidbet fil-Parlament u żvijat lill-poplu. Min se jerfa’ r-responsabbiltà għal dan?

Il-Park ta’ Kennedy Grove ilu għatxan sitt snin għal rinnovar u tagħmir ġdid tal-logħob, preċiżament mill2009. Kien proprju għalhekk li l-Ministeru għallIżvilupp Sostenibbli, l-Ambjent u t-Tibdil fil-Klima inawgura t-tisbiħ li sar f ’dan l-istess Park u jidher biċ-ċar li b’dan it-tisbiħ saret qabża kbira fil-kwalità, kemm għall-adulti kif ukoll għat-tfal, tant li issa hemm firxa wiesgħa ta’ tagħmir tal-logħob għalihom. Tispikka l-aktar merry-go-round li nbniet apposta biex tkun tista’ tintuża wkoll minn tfal li jużaw siġġu tarroti.

L-Iskola Primarja tas-Siggiewi u r-Residenza San Vinċenz de Paule bbenefikaw minn €2.9 miljuni f ’fondi li ntużaw fi proġetti relatati mal-konservazzjoni tal-enerġija u t-tnaqqis tal-emissjonijiet ta’ CO2 fl-arja. Dwar dan l-investiment, il-gazzetta KullĦadd tkellmet mal-Ministru għall-Enerġija u s-Saħħa Konrad Mizzi u l-Inġinier Simon Scicluna, iċ-Chief Technical Officer tas-SEWCU, li spjegawlna x’kienu l-prijoritajiet ta’ dawn il-proġetti u l-importanza tagħhom bħala parti mill-pjan għall-enerġija ta’ pajjiżna.

Paġna 2

Paġna 4

Paġna 5

“L-AIR MALTA KIENET, GĦADHA U TIBQA’ KRUĊJALI GĦAL PAJJIŻNA” Gvern Laburista għaddej b’ħidma importanti biex isib alleat strateġiku fuq livell internazzjonali sabiex jagħti bidu għal fażi ġdida tal-pjan ta’ ristrutturazzjoni ta’ din il-kumpanija li, taħt amministrazzjoni Nazzjonalista, tħalliet għarkupptejha u f ’xifer il-kollass b’telf li laħaq l-għexieren ta’ miljuni fuq bażi annwali. Dwar din ir-ristrutturazzjoni l-gazzetta KullĦadd tkellmet mal-Ministru għat-Turiżmu Edward Zammit Lewis li ddeskriva s-salvataġġ tal-Air Malta bħala wieħed mill-akbar sfidi li wiret i l Gvern preżenti. Però, minkejja kollox, huwa saħaq li l-Air Malta kienet, għadha u tibqa’ kruċjali għal pajjiżna, kemm bħala linja tal-ajru kummerċjalment vijabbli, kif ukoll bħala parti integrali tal-politika u l-viżjoni tal-Gvern għat-turiżmu.

Paġna 3


02 27|12|2015

kullħadd.com

LOKALI

“IN-NEGATTIVITÀ U T-TFIGĦ TAT-TAJN MILL-OPPOŻIZZJONI NAZZJONALISTA WASSLU GĦAL ĊAĦDA TOTALI” Is-Segretarju Parlamentari Ian Borg

GLEN FALZON glen@kullhadd.com “Huwa ta’ pjaċir għalija li dak li sostnejt f ’dawn l-aħħar 10 xhur, fejn kont attakkat b’mod aggressiv mill-Oppożizzjoni Nazzjonalista u l-Kap tal-istess partit, issa ġie kkonfermat minn kummissjoni indipendenti illi investigat b’mod dettaljat ħafna n-nuqqas ta’ involviment tiegħi fuq ħruġ ta’ permess millMEPA. Kuntent illi mhux biss ma sabet ebda irregolarità iżda illi għal darb’oħra n-negattività u t-tfigħ tat-tajn millOppożizzjoni Nazzjonalista ma wassal għal xejn konkret, anzi ċaħda totali. Inħares ’il quddiem li nkompli naħdem b’lealtà assoluta lejn il-Prim Ministru u sħabi l-membri talGvern għall-ġid tal-poplu Malti u Għawdxi kollu.” Din kienet ir-reazzjoni tasSegretarju Parlamentari Ian Borg f ’kummenti ma’ din ilgazzetta wara li, aktar tard din il-ġimgħa u wara xhur sħaħ ta’ allegazzjonijiet ta’ korruzzjoni fl-għoti ta’ permess għallbini f ’Santa Katerina, limiti tar-Rabat, mill-Oppożizzjoni Nazzjonalista u speċjalment Simon Busuttil, ir-rapport ippubblikat mill-Uffiċċju talKummissjoni Permanenti Kontra l-Korruzzjoni ġab dan kollu fix-xejn. Fir-rapport li ħejjiet, din ilKummissjoni waslet għallkonklużjoni li ma sabet l-ebda prova skont kif mitlub mil-Liġi Kriminali li tista’ twassal għallkonklużjoni li twettaq, jew kien hemm tentattiv jew ħsieb ta’ twettiq, jew xi forma ta’ kompliċità fit-twettiq ta’ xi reat mis-Segretarju Parlamentari Laburista. L-ebda irregolarità Il-Kummissjoni Kontra l-Korruzzjoni kienet ippreseduta mill-Imħallef Lawrence Quintano, u l-membri Dr Yana Micallef Stafrace u l-Maġistrat Joseph Cassar, b’dan tal-aħħar appuntat mill-Kap talOppożizzjoni Simon Busuttil innifsu. Fil-ġimgħat li għaddew il-Kummissjoni rċeviet talba biex issir investigazzjoni dwar is-Segretarju Parlamentari Borg minħabba allegazzjoni li kien hemm abbuż ta’ poter għall-qligħ personali. Dawn l-allegazzjonijiet kienu dehru fil-gazzetta tal-Partit Nazzjonalista, Il-Mument, u għal darba, tnejn, tlieta, kienu ripetuti fuq il-mezzi l-oħra taxxandir tal-istess partit. Il-Kummissjoni, fir-rapport tagħha, irrimarkat li ma jirriżultax li xi ħadd mix-xhieda, kien min kien, uża l-poteri talkariga tiegħu biex jieħu dak li mhux suppost jieħu. L-istess xhieda kienu ppressati biex

ewlenija jkun qed isostni gidba li l-Partit Nazzjonalista ilu jonfoħ għal xhur sħaħ. Huwa tal-mistħija li l-Oppożizzjoni qed tipprova tgiddeb ir-rapport tal-istess Kummissjoni. Il-konklużjonijiet talOmbudsman kienu żbaljati

jgħidu ġewx avviċinati minn xi ħadd jew ġewx avviċinati misSegretarju Parlamentari nnifsu. Għal dawn il-mistoqsijiet huma ċaħdu kategorikament. Min-naħa l-oħra, is-Segretarju Parlamentari Borg, illi hu stess talab li l-investigazzjoni Parlamentari tinstema’ b’urġenza, kien ippressat b’diversi mistoqsijiet dwar jekk huwa kienx avviċina lil xi ħadd, kemm mid-Direttorat kif ukoll mill-Bord, biex jinfluwenza l-applikazzjoni. Huwa wkoll ċaħad li wettaq aġir ta’ din ixxorta.

bdew iġibu ruħhom (body language) waqt il-ħin talmistoqsijiet, inkluż l-imġiba tas-Segretarju Parlamentari Borg innifsu. Hawnhekk ilKummissjoni sostniet li, minn dan l-aspett, ma sabet l-ebda provi kontra xi persuna li fuqhom tista’ tistrieħ jekk titlob li jinfetħu proċeduri kontra xi ħadd. Dan ir-rapport imħejji mill-Kummissjoni Kontra l-Korruzzjoni se jiġi ppreżentat fuq il-Mejda tal-Parlament meta l-Kamra tad-Deputati terġa’ tiltaqa’ wara l-btajjel tal-Milied.

u

Tinfaqa’ bużżieqa oħra f ’wiċċ il-Partit Nazzjonalista

Waqt l-investigazzjoni tagħha, l-imsemmija Kummissjoni rrikorriet għall-metodi talmistoqsijiet diretti u dan biex ħadd ma jgħid li ma fehemx ilmistoqsija li tkun saritlu. Għallmistoqsijiet li saru dwar jekk kienx hemm involuti jew ġewx mgħoddijin flus, jew ingħatawx promozzjonijiet, ir-risposta dejjem kienet fin-negattiv b’ċaħda kategorika. Għall-kontra ta’ dak li jsir waqt investigazzjoni mill-Pulizija fejn il-ġurament ma jingħatax, ix-xhieda kkonfermaw kollox bil-ġurament. Ir-rapport żied jgħid ukoll li psikoloġikament l-għoti tal-ġurament biddel is-sitwazzjoni radikalment, b’mod speċjali minħabba l-fatt li x-xhieda ma kinux biss qed jixhdu iżda kienu wkoll taħt suspett. Fil-fatt, fit-tali rapport ippubblikat, saret referenza għall-mod kif diversi xhieda

B’reazzjoni għal dan, il-Partit Laburista qal li l-Kummissjoni Permanenti kontra l-Korruzzjoni kkonkludiet li ma kien hemm ebda illegalità fil-każ ta’ permess fuq iddar residenzjali tas-Segretarju Parlamentari Ian Borg. “Dan il-każ ilu xhur jintuża mill-Kap tal-Oppożizzjoni biex iħammeġ bih lil Dr Borg u lill-Gvern.” Il-PL qal li l-Kummissjoni, li hija ffurmata minn tliet persuni indipendenti u rispettati, fosthom maġistrat magħżul mill-Kap tal-Oppożizzjoni stess, iddikjarat li f ’dan il-każ ħadd ma uża l-poteri tal-kariga tiegħu biex jieħu dak li mhux suppost jieħu. “Qalet ċar u tond li x-xhieda kollha ċaħdu kategorikament li ġew avviċinati jew influwenzati mis-Segretarju Parlamentari. Ikkonkludiet li, wara li eżaminat bir-reqqa l-provi kollha, huwa evidenti li m’hemm ebda provi li fuqhom jistgħu jinbdew

Mistoqsijiet diretti investigazzjoni rigoruża

proċeduri kontra xi ħadd,” qal il-Partit Laburista. Minkejja li dan ir-rapport, skont il-prassi, se jitpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra tarRappreżentanti wara l-waqfa tal-Milied, f ’ġieħ it-trasparenza s-Segretarju Parlamentari Ian Borg ippubblikah immedjatament. “L-aġir tal-Kap Nazzjonalista kien biss attentat ta’ tfigħ ta’ tajn bit-tama li jirbaħ ftit punti politiċi. Iżda, min baqa’ qatt ma neħħa l-liġi tal-preskrizzjoni fuq reati minn politiċi u qatt ma daħħal il-Liġi tal-Whistleblower biex jinkixfu każijiet ta’ korruzzjoni, m’għandu ebda kredibbiltà,” insista l-Partit Laburista. L-Oppożizzjoni tipprova tgiddeb lill-Kummissjoni F’att iddisprat biex ikompli jitfa’ t-tajn lejn il-Partit Laburista u l-Gvern, il-Partit Nazzjonalista qed ikompli jsostni li l-pożizzjoni tas-Segretarju Parlamentari Ian Borg xorta waħda m’għadhiex tenibbli. Din l-akkuża hija biss ħolqa minn katina sħiħa ta’ tfigħ ta’ tajn li l-Partit Nazzjonalista ilu jitfa’ fuq il-Gvern Laburista u l-membri li jagħmlu parti minnu. Il-Partit Nazzjonalista, li tant ilu jipprietka li jemmen fl-istituzzjonijet indipendenti tal-pajjiż, quddiemu għandu rapport iddettaljat li bl-ebda mod ma jsib lil Ian Borg ħati ta’ xi irregolarità. Din hija d-deċizjoni talKummissjoni li hija istituzzjoni rispettata. Kull diskors li jmur kontra din il-konklużjoni

Intant, f ’konferenza talaħbarijiet, l-Awtorità Maltija għall-Ambjent u l-Ippjanar saħqet li qed iżżomm maddeċiżjoni oriġinali tagħha: li toħroġ il-permess għallapplikazzjoni ta’ żvilupp ta’ binja fi Triq Santa Katerina fir-Rabat. Iċ-Chairman talMEPA, Vince Cassar, qal li l-aġir tal-Ombudsman, bilmod kif ippubblika r-rapport tiegħu, kien etikament ħażin u poġġa lill-awtorità f ’pożizzjoni antipatka. “Hija xi ħaġa ta’ etika għalina iżjed milli affarijiet oħra. Jien jidhirli li jekk inti lili bgħattli, fit-23 ta’ Novembru, l-opinjoni finali tiegħek u tajtni sat-23 ta’ Diċembru biex inkun nista’ nagħti r-reazzjoni tiegħi, kellek tistenna sat-23 ta’ Diċembru, tirċievi r-reazzjoni tiegħi, imbagħad tagħmel l-affarijiet pubbliċi u mhux tagħmilhom l-għada li bgħattli r-rapport u tagħmel konferenza stampa,” sostna Cassar. Din l-għaġla wasslet għal reazzjoni negattiva millpubbliku u li tat impressjoni ħażina. Fil-fatt, il-MEPA żiedet tgħid li l-konklużjonijiet talOmbudsman kienu żbaljati. Assassinju tal-karattru attakki moqżieża

u

Għal sena sħiħa s-Segretarju Parlamentari Borg kien attakkat b’mod moqżież minn ftit nies li ħasbu li setgħu jkissru r-reputazzjoni u l-integrità tiegħu. Fost dawn l-allegazzjonijiet kollha, spikkat il-kalma fejn kompla għaddej b’xogħlu, u dan minkejja li kien jara lill-familjari tiegħu jinkwetaw għalih minħabba dawn l-allegazzjonijiet fiergħa. Dan kien biss tentattiv biex isir assassinju tal-karattru tasSegretarju Parlamentari Borg sempliċiment għax jagħmel parti mill-Gvern Laburista li tant qed jagħmel ġid lill-Maltin u l-Għawdxin. Bl-istess mod li l-Partit Nazzjonalista ġġudika lil Ian Borg fuq allegazzjonijiet fiergħa, il-poplu se jkun qed jiġġudika lill-istess partit fuq il-metodi malinni li qed juża biex mingħalih jirbaħ xi punti politiċi. Din hija l-politika ġdida li l-Partit Nazzjonalista ilu jipprietka: mibnija fuq assassinju tal-karattru u attakki moqżieża fuq ir-rivali politiċi tiegħu.


LOKALI

kullħadd.com

27|12|2015 03

“IL-GVERN HUWA KOMMESS LI L-PAJJIŻ IKOLLU LINJA TAL-AJRU B’SAĦĦITHA U KUMMERĊJALMENT VIJABBLI” Il-Ministru Zammit Lewis

Inizjattivi li ttieħdu matul is-sena finanzjarja li għalqet f ’Marzu 2015:

LIAM GAUCI Ministru għat-Turiżmu. liam@kullhadd.com Lejn kumpanija vijabbli Gvern Laburista għaddej b’ħidma importanti biex isib alleat strateġiku fuq livell internazzjonali biex jagħti bidu għal fażi ġdida tal-pjan ta’ ristrutturazzjoni ta’ din il-kumpanija li taħt amministrazzjoni Nazzjonalista tħalliet fuq għarkupptejha u f ’xifer il-kollass b’telf li laħaq l-għexieren ta’ miljuni fuq bażi annwali. Dwar din ir-ristrutturazzjoni l-gazzetta KullĦadd tkellmet mal-Ministru għat-Turiżmu Edward Zammit Lewis li ddeskriva s-salvataġġ tal-Air Malta bħala waħda mill-akbar sfidi li wiret il-Gvern preżenti. “Il-kumpanija kienet ilha titlef miljuni kbar għal diversi snin u, minħabba f ’hekk, l-amministrazzjoni preċedenti ma kellhiex triq oħra ħlief li tiftiehem pjan ta’ ristrutturar mal-UE. Madankollu, l-Air Malta kienet, għadha u tibqa’ kruċjali għal pajjiżna, kemm bħala linja tal-ajru kummerċjalment vijabbli, kif ukoll bħala parti integrali tal-politika u l-viżjoni tagħna għat-turiżmu,” saħaq il-

Zammit Lewis spjega wkoll li bħalissa l-Gvern qiegħed flaħħar xhur ta’ dan il-pjan ta’ ristrutturar; żmien illi ddeskriva bħala l-iktar parti importanti ta’ din it-tranżizzjoni. Filfatt, il-miżuri ta’ ristrutturar li qegħdin jittieħdu mill-Air Malta huma intiżi proprju biex il-linja tal-ajru tilħaq ilmiri stabbiliti tagħha u b’hekk jiġu salvagwardjati l-impjiegi tal-ħaddiema. Għaldaqstant, suċċess mir-ristrutturar ikun ifisser impatt pożittiv fuq ilħaddiema. “Għal dan il-għan il-Gvern huwa kommess li l-pajjiż ikollu linja tal-ajru b’saħħitha u kummerċjalment vijabbli. L-Air Malta waslet fl-aħħar sena tal-pjan ta’ ristrutturar, u l-management tal-Air Malta u l-Gvern, bħala shareholder, huma kommessi li l-linja talajru ssir kummerċjalment vijabbli sal-2016,” tenna Zammit Lewis. Fil-ġimgħat li għaddew ilkumpanija Air Malta ħabbret li għas-sena li għalqet f ’Marzu li għadda rreġistrat telf ta’ ftit aktar minn €16-il miljun, l-istess kif kien previst u fl-istess

livell mas-sena preċedenti. IlMinistru għat-Turiżmu spjega li t-telf tal-kumpanija kien ikkontrollat minkejja l-għeluq tar-rotta tal-Libja u t-tnaqqis fin-numru ta’ passiġġieri mirRussja minħabba problemi fir-reġjun, li weħidhom ikkontribwew għal telf ta’ madwar €10 miljun, kif ukoll żieda fil-kompetizzjoni fis-sajf tal-2014. Waqt il-Laqgħa Ġenerali Annwali l-kumpanija ħabbret li l-prospett finanzjarju tagħha għal din is-sena huwa wieħed pożittiv peress li qed tara stampa kredibbli li l-kumpanija nazzjonali talajru reġgħet qabdet it-triq għall-profitt. Għal din is-sena finanzjarja huwa stmat li t-telf ser jinżel għal €4 miljun. Dan grazzi għan-negozjar mill-ġdid tal-kuntratti kif ukoll għarrazzjonalizzazzjoni tal-flotta li ġabet magħha €9 miljun fi flus iffrankati għall-Air Malta. Dan huwa riżultat tal-ħidma tal-management il-ġdid tal-Air Malta li wettaq numru kbir ta’ riformi f ’din l-aħħar sena, prinċipalment ir-reviżjoni u n-negozjar mill-ġdid ta’ kuntratti bħal dawk tal-catering, tal-IT u t-Telecoms, u tal-kiri ta’ ajruplani, kif ukoll l-eżerċizzju ta’ razzjonalizzazzjoni tal-

• • • • • • • •

Ingħalaq kompletament il-Promise of Sale mal- Gvern fuq proprjetajiet li kellha l-Air Malta fiż- żona tal-mitjar l-antik f ’Ħal Luqa. Kienu ffrankati €4.1 miljuni fis-sena wara negozjar fuq il-kuntratt mal-kumpanija Catering Sky Gourmet. Sar il-bejgħ tal-kumpanija sussidjarja Osprey Insurance bl-aħjar offerta li kienet ta’ €1.36 miljun. Kienu ffrankati €1.25 miljun fis-sena wara negozjar mill-ġdid tal-kuntratti tal-IT u t-Telecoms għal servizzi mogħtija lill-Air Malta. Ġew innegozjati ftehimiet ġodda mal-GSAs madwar id-dinja. Sar il-Promise of Sale għat-trasferiment tal-ishma f ’Selmun Palace Hotel Co. Ltd lill-Gvern b’valur ta’ €10.9 miljuni. Ġew iffrankati €800,000 fuq negozjar tal-kiri ta’ żewġ ajruplani fuq lease renewals. Kienu ffrankati €8.2 miljuni fis-sena fuq razzjonalizzazzjoni tal-flotta.

Matul is-sena finanzjarja 2016, l-Air Malta: • •

Tinsab fil-proċess ta’ negozjar tal-kuntratt ta’ Revenue Accounting. Tinsab fil-proċess ta’ negozjar tal-kuntratt tal-Call Centre.

flotta li ġie ffrankat fl-operat ġenerali, bħal kirjiet ta’ uffiċini u safar, kif ukoll kontroll ikbar fuq l-ispejjeż kurrenti b’immaniġġjar aħjar talkuntratti. Fażi kruċjali Mistoqsi jekk il-Gvern jistax iħabbar min se jkun l-alleat strateġiku tal-Air Malta, ilMinistru Zammit Lewis qal: “Din il-fażi hija waħda delikata għall-Air Malta u għalhekk ilGvern irid joqgħod attent li ma jkunx parteċipi fi spekulazzjoni żejda u b’kummenti li possibbilment ifixklu diskussjonijiet li jistgħu jkunu għaddejjin. Huwa kruċjali li l-Air Malta tistabbilixxi xi

forma ta’ alleanza strateġika ma’ plejer ikbar minnha sabiex nibdew ingawdu mill-economies of scale biex tkun tista’ tforni n-network tagħna u tiżgura ż-żieda meħtieġa ta’ passiġġieri u dħul li tant għandna bżonn.” Il-Ministru għat-Turiżmu temm jgħid li huwa jibqa’ kommess li jikkomunika aħbarijiet u soluzzjonijiet rigward il-linja tal-ajru meta l-mument ikun opportun u sostna li l-għanijiet tal-Gvern jibqgħu li l-Air Malta terġa’ ssir kummerċjalment vijabbli u l-Gvern ikollu l-akbar sehem f ’shareholding, tibqa’ assi strateġika għall-industrija tat-turiżmu u jkunu kkreati aktar opportunitajiet għallħaddiema.


04 27|12|2015

kullħadd.com

LOKALI

QABŻA FIL-KWALITÀ GĦALL-PUBBLIKU BIT-TISBIĦ F’KENNEDY GROVE…

TAGĦMIR TAL-LOGĦOB LI JAĦSEB GĦAL KULĦADD QABEL

Wara li aktar kmieni din ilġimgħa l-Ministru għall-Iżvilupp Sostenibbli, l-Ambjent u t-Tibdil fil-Klima Leo Brincat inawgura l-proġett ta’ tisbiħ li sar fil-Park ta’ Kennedy Grove, din il-gazzetta qed tippubblika ritratti ta’ kif kien qabel il-Park u kif ġie issa, fejn jidher biċ-ċar li saret qabża kbira fil-kwalità kemm għall-adulti iżda b’mod speċjali għat-tfal u saħansitra dawk li jużaw siġġu tar-roti. Fi kliem ieħor, fil-Park ta’ Kennedy Grove, f ’sit fejn tista’ tgħid li qabel ma kien hemm xejn, illum hemm xena li tilqgħek b’tagħmir għall-eżerċizzju għall-kbar kif ukoll merry-go-round li hija aċċessibbli għat-tfal kollha,

anke dawk li jagħmlu użu minn siġġu tar-roti. Din hija turija ċara li l-apparat kollu li tpoġġa huwa inklussiv u maħsub għal diversi ħiliet u abbiltajiet differenti. L-aħħar xogħlijiet kienu saru fl-2009 Dan il-Park kien ilu snin nieqes mill-faċilitajiet għallogħob tat-tfal minħabba li dawk li kien hemm snin ilu kellhom jitneħħew wara li qdiemu u saru ta’ periklu. Filfatt, l-aħħar xogħlijiet ta’ tisbiħ saru sitt snin ilu fis-sena 2009, fejn kienu ġew introdotti, fost oħrajn, il-funtani qrib il-monument ta’ J.F. Kennedy.

WARA

Ta’ min isemmi wkoll li parti miż-żona afforestata kellha tintuża biex tiġi rranġata Triq il-Kosta, proġett infrastrutturali li tejjeb il-kwalità tal-ħajja ta’ bosta. Għal dan Transport Malta kkumpensat b’mod xieraq u maqbul għall-art meħuda mid-Directorate for Parks, Afforestation and Countryside Restoration, magħruf bħala PARKS, billi għenet finanzjarjament għat-tisbiħ ta’ Kennedy Grove. Xogħlijiet li nbdew f ’Ottubru li għadda u tlestew fil-ħin Ix-xogħlijiet fuq is-sit inbdew f ’Ottubru li għadda u dawn jinkludu xogħlijiet fuq il-pas-

saġġi tal-konkrit, xogħlijiet ta’ installazzjonijiet ta’ arbli u bollards tad-dawl, xiri u installazzjoni tal-apparat tal-logħob tat-tfal u xiri u stallazzjoni ta’ tagħmir tal-gym għall-adulti. Ġie installat ukoll tapit tal-gomma, għadd ta’ mwejjed għall-picnics u bankijiet. Madwar iż-żona ġew installati wkoll għadd ta’ kameras CCTV li se jkunu qed jgħassu s-sit għal 24 siegħa kuljum. Hemm ħsieb li t-tisbiħ ikompli Dan ix-xogħol sar kważi kollu minn kuntrattur privat, imma kien hemm ammont konsiderevoli ta’ xogħol li sar mill-ħaddiema tal-PARKS,

fosthom il-fabbrikazzjoni u t-twaħħil ta’ gazebo tal-injam fiċ-ċentru tas-sit, torri tal-għassa u dar tal-logħob għat-tfal, twaħħil tal-arbli u l-fanali tad-dawl, inkluż il-wiring. Ix-xogħol tal-ħaddiema talPARKS inkluda wkoll żbir tas-siġar eżistenti, tħawwil ta’ madwar 150 siġra u arbuxelli ġodda, bini u tiswija ta’ ħitan tas-sejjieħ u ġarr ta’ ħamrija u kompost minn Ta’ Qali biex jiġi invellat u strutturat is-sit. Hemm ħsieb li t-tisbiħ ikompli, tant li hu maħsub li jiġi introdott apparat ieħor tallogħob lejn in-naħa ta’ fuq tal-Park tas-Salina u jitpoġġa turf artifiċjali madwar il-funtana ċentrali fl-istess żona.


LOKALI

kullħadd.com

27|12|2015 05

€2.9 MILJUN FI PROĠETTI GĦALL-ENERĠIJA ALTERNATTIVA L-Iskola Primarja tas-Siggiewi u r-Residenza San Vinċenz de Paule bbenefikaw minn €2.9 miljun fi proġetti mill-Aġenzija tal-Enerġija Sostenibbli u l-Konservazzjoni tal-Ilma (SEWCU) taħt il-Ministeru għall-Enerġija u s-Saħħa li saru permezz ta’ Fondi Ewropej. LIAM GAUCI jniġġes – kif ukoll bi proġett liam@kullhadd.com fis-Siġġiewi u f ’San Vinċenz De Paule; proġetti li jgħinu biex jitnaqqsu l-emissjonijiet Il-Proġett fl-Iskola Primarja fl-arja,” fakkar il-Ministru tas-Siġġiewi kien inawgurat Mizzi. Huwa spjega wkoll li mill-Ministru għall-Enerġija u s-Saħħa Konrad Mizzi l-Aġenzija SEWCU wettqet fil-preżenza tas-Segretarju ukoll proġett f ’Għawdex Parlamentari responsabbli fejn inbidlu l-bozoz kollha mill-Fondi Ewropej Ian tat-toroq u anke f ’xi toroq Borg. Fost il-miżuri ta’ arterjali f ’Malta u b’kollox enerġija alternattiva fl-iskola inbidlu 5500 bozza tal-LED, tas-Siġġiewi twaħħlu mat- b’investiment ta’ €3 miljun. 364 pannella fotovoltajka li Dawn il-bozoz għandhom jippermettu lill-iskola tesporta nofs il-konsum ta’ bozoz 100,000 unit lejn il-grid apparti tradizzjonali u permezz ta’ l-konsum annwali tagħha, dan l-investiment se jkunu ekwivalenti għall-konsum ta’ ffrankati ’l fuq minn 1,600,000 tunnellata ta’ CO2. 25 dar. Apparti l-pannelli fotovoltajċi, fl-iskola saru wkoll infrared Opportunità heaters biex isaħħnu l-klassijiet, KullĦadd dawl effiċjenti, louvers li jduru Il-gazzetta skont il-pożizzjoni tax- tkellmet ukoll mal-Inġinier xemx biex joħolqu d-dell Simon Scicluna, iċ-Chief speċjalment fis-sajf, u t-tisħin Technical Officer tas-SEWCU, tal-pixxina eżistenti b’mod li spjegalna l-prijoritajiet aktar effiċjenti. Saru wkoll ta’ dawn il-proġetti u miżuri għaċ-ċirkolazzjoni tal- l-importanza tagħhom bħala arja fejn l-arja fil-klassijiet parti mill-pjan għall-enerġija se tkun qed tinbidel ħames ta’ pajjiżna. Huwa spjegalna li, barra darbiet fis-siegħa mingħajr il-bżonn li jinfetħu t-twieqi, l-benefiċċji li diġà qiegħda kif ukoll miżuri effiċjenti fl- tgawdi minnhom l-Iskola użu tal-ilma fejn l-iskola se Primarja tas-Siġġiewi, dan tiffranka 2.8 miljun litru ilma il-proġett pilota se joffri l-opportunità li jinġabru fis-sena. Matul iċ-ċerimonja tal- statistiċi li ’l quddiem jistgħu inawgurazzjoni l-Aġenzija jintużaw fi proġetti oħrajn SEWCU tat ukoll tagħrif dwar simili relatati ma’ binjiet oħra il-proġetti li wettqet fl-użu ta’ tal-Gvern. B’hekk tkun tista’ enerġija alternattiva, fosthom ssir verifika ta’ x’ħadem u bi proġett f ’San Vinċenz de ma ħadimx ħalli ma jinħlewx Paule, b’investiment ta’ €1.5 fondi f ’inizjattivi li mhumiex miljun fejn, fost l-oħrajn, qegħdin jagħtu l-frott. Scicluna spjegalna li dan ilinbidlu l-kċina u l-boilers li pass kien importanti għax, jsaħħnu l-ilma. minkejja li informazzjoni Ħidma fuq diversi proġetti dwar proġetti simili f ’pajjiżi oħra hemm ħafna, kien hemm F’kummenti li ta lill-gazzetta bżonn ta’ riċerka fil-klima KullĦadd, il-Ministru għall- Maltija stess għax l-istaġuni Enerġija u s-Saħħa Konrad tagħna huma differenti minn Mizzi qal li bil-miżuri fl- ta’ bosta postijiet oħra. Il-proġett beda minn teżi Iskola Primarja tas-Siġġiewi u r-Residenza San Vinċenz tal-Masters li kien qiegħed de Paule se jkunu ffrankati jagħmel Scicluna stess dwar 900 tunnellata ta’ CO2 l-energy performance fil-bini. “Fil-perjodu li kont qiegħed f ’emissjonijiet fl-arja. “Dan huwa proġett ieħor naħdem fuq it-teżi, isbiex insaħħu s-settur tal- Segretarjat Parlamentari għallenerġija, fejn minn naħa kellek Fondi Ewropej kien qiegħed roħs fil-kontijiet tad-dawl u javviċina lill-ministeri kollha l-ilma għall-familji u n-negozji biex jitlobhom jipproponu xi b’valur ta’ €80 miljun, u fuq proġetti li jistgħu jikkwalifikaw in-naħa l-oħra kien hemm għall-fondi. Dan l-eżerċizzju miżuri biex il-pajjiż ikollu sar hekk kif, wara l-aħħar enerġija aktar nadifa. Fost elezzjoni ġenerali, sar magħruf dawn tal-aħħar kien hemm li kien hemm miljuni kbar il-proġett tal-power station f ’fondi li kienu se jintilfu,” ta’ Dellimara, li se tkun qed qalilna ċ-Chief Technical taħdem bil-gass minflok bil- Officer tas-SEWCU. Il-Ministeru għall-Enerġija heavy fuel oil – l-aktar żejt li

avviċina lill-entitajiet kollha taħt ir-responsabbiltà tiegħu, fosthom is-SEWCU, fejn Scicluna ppropona li tintuża r-riċerki tiegħu li ġiet applikata wkoll f ’San Vinċenz de Paule u d-dwal ta’ diversi toroq madwar Malta u Għawdex. X’inhu l-pass li jmiss? Fil-każ tal-Iskola tas-Siġġiewi, matul ix-xhur li ġejjin se tkun qiegħda ssir ħidma konġunta mal-Università ta’ Malta biex l-informazzjoni li tinġabar tiġi analizzata fuq medda ta’ żmien permezz ta’ teżi ġdida fuq livell ta’ Masters. Kif semmejna qabel, fejn jidħlu l-proġetti ta’ San Vinċenz de Paule u d-dwal tattoroq, diġà kien hemm xogħol li seta’ jsir mill-ewwel blinformazzjoni u fondi għaddispożizzjoni. Madankollu, Scicluna qalilna li l-pjan huwa li fix-xhur li ġejjin il-proġetti

Xi wħud mill-pannelli solari li kienu installati relatati mal-effiċjenza filkonsum tal-enerġija jiġu estiżi permezz ta’ Fondi Ewropej li jagħmlu parti mill-Operating Programme l-ġdid tal-Unjoni Ewropea. Sadanittant, is-SEWCU għamlet studju wkoll biex ikun jista’ jsir tbassir tad-domanda

għall-enerġija ta’ pajjiżna bejn l-2030 u l-2050 u kif tista’ tiġi indirizzata b’teknoloġija nadifa u effiċjenti. Dan huwa pass importanti għal pajjiżna hekk kif irid jinnegozja malUnjoni Ewropea dwar il-miri tiegħu għall-enerġija għas-snin li ġejjin.


06 27|12|2015

kullħadd.com

LOKALI

REGOLAMENTI ĠODDA DWAR IL-BONORDNI Nhar il-Ħamis li għadda, ilGvern ippubblika l-Avviż Legali 435 tal-2015 li inkluda fih regolamenti ġodda li permezz tagħhom tinżamm il-bonordni f ’postijiet ta’ divertiment. Dan il-bżonn ilu jinħass għal diversi snin hekk kif il-liġijiet ta’ pajjiżna ma kinux qegħdin iżommu l-pass mal-iżviluppi li kienu qegħdin isiru fil-qasam taddivertiment. In-nuqqasijiet f ’dan irrigward inħassu b’mod partikolari f ’Novembru li għadda meta numru ta’ żgħażagħ taħt l-età kienu involuti f ’inċident f ’Paceville li ħalla ’l fuq minn sebgħin persuna mweġġgħa.

l-liċenza relattiva għal mhux inqas minn xahrejn iżda mhux iktar minn 12-il xahar. Miżuri oħrajn

Sforz kollettiv B’riżultat tad-determinazzjoni tal-Gvern li tkun ippriservata l-bonordni f ’dawn iż-żoni ta’ divertiment, huwa nieda konsultazzjoni pubblika blgħan li jilqa’ kull proposta li tista’ tkun utli fit-tisħiħ tal-liġijiet ta’ pajjiżna li jirrigwardaw din il-kwistjoni. Fi stqarrija li ħareġ fl-20 ta’ Novembru mat-tnedija ta’ din il-konsultazzjoni pubblika, il-Gvern irrimarka li l-bidla ta’ Paceville minn żona residenzjali għal waħda ta’ divertiment ġabet magħha sfidi, kemm ta’ natura soċjali kif ukoll minn aspetti ta’ saħħa u anke sigurtà. Din l-isfida kienet teħtieġ intervent ta’

forza akbar minn dawk li saru s’issa. Għaldaqstant, kien wasal iż-żmien li ssir bidla bis-serjetà, ħaġa li tista’ biss issir permezz ta’ sforz kollettiv. Pieni ibsin Ir-riformi legali li ġew imnedija din il-ġimgħa u li se jidħlu fis-seħħ għada kienu frott din l-inizjattiva. Permezz tagħhom, proprjetarju jista’ jkun fil-mira ta’ multa ta’

€1,250 għal kull persuna taħt l-età ta’ 17-il sena li tinstab flistabbiliment ta’ divertiment tiegħu. Il-Qorti tista’ wkoll, fuq talba tal-prosekuzzjoni, tissospendi l-liċenzja relattiva għal perjodu ta’ sebat ijiem konsekuttivi, b’żieda ma’ kull piena oħra li huwa jista’ jeħel b’rabta ma’ dan in-nuqqas. Barra minn hekk, filkaż ta’ reati magħmulin minn propretarju jew l-impjegati tiegħu kontra dawn ir-regolamenti, il-Qorti

għandha, meta ssib persuna hekk ħatja, tagħti multa ta’ minimu ta’ €1,000 u massimu ta’ €2,000, u fil-każ li jerġa’ jinsab ħati għat-tieni darba jew iktar multa ta’ mhux anqas minn €2,500 u mhux aktar minn €5,000. Fil-każ tat-tieni reat jew reat ieħor sussegwenti bi ksur ta’ dawn ir-regolamenti, li ma jkunx reat bi ksur tarregolament relattiv, il-Qorti għandha, fuq talba talprosekuzzjoni, tissospendi

Sadanittant, barra titjib filkamp leġiżlattiv, il-Gvern irrikonoxxa l-bżonn ta’ titjib f ’diversi aspetti, fil-qasam talinfurzar, it-taħriġ ipprovdut, u anke f ’dak li jirrigwardja s-saħħa u s-sigurtà. Fil-fatt, din il-ġimgħa stess il-Gvern ħabbar li qed tiżdied is-sorveljanza f ’Paceville billi reġa’ kompla jiżdied innumru ta’ pulizija bl-uniformi assenjati kemm fit-tmiem u anke matul il-ġimgħa. Dan minbarra numru ta’ pulizija pajżana mit-Taqsima tadDrogi u l-Vizzji. Barra minn hekk, f ’Paceville, fi tmiem il-ġimgħa, qed ikun hemm ukoll preżenza ta’ uffiċjali tad-Dipartiment talProtezzjoni Ċivili u qed ikun hemm preżenti vettura tat-tifi tan-nar. Bil-kollaborazzjoni talAwtorità Maltija tat-Turiżmu, il-Ministeru tal-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali għamel l-arranġamenti biex ikun hemm ukoll ambulanza u paramediċi fil-qalba ta’ Paceville. Il-Ministeru fakkar ukoll li għandhom jittieħdu l-prekawzjonijiet kollha biex ma jseħħux inċidenti, b’mod speċjali billi min jixrob ma jsuqx u b’hekk ikunu evitati inċidenti bla bżonn.

PIERRE BALDACCHINO LURA MALTA…

JIDDESKRIVI LIL DAWK LI SALVAWH BĦALA “ANĠLI” GLEN FALZON glen@kullhadd.com Pierre Baldacchino, iċ-ċittadin Malti li kien maħtuf fil-Libja, wasal lura Malta għand ilfamilja tiegħu qawwi u sħiħ lejlet il-Milied, u kien milqugħ b’sodifazzjon enormi minn martu u ż-żewġ uliedu bniet, li fi kliemu beża’ li ma jarahom qatt aktar. Baldacchino nħeles nhar itTlieta li għadda meta diġà kien ilu ġimgħa maħtuf. Huwa kien jaħdem bħala Direttur Maniġerjali fl-Isptar St James fi Tripli u nħataf fl-14 ta’ dan ixxahar minn nies li s’issa għadha mhux magħrufa l-identità tagħhom. Baldacchino nħataf waqt li kien sejjer lura d-dar wara ġurnata xogħol. B’xorti tajba, il-Malti ta’ 36 sena nħeles fil-lejl ta’ bejn itTnejn u t-Tlieta li għaddew f ’operazzjoni li saret mill-forzi speċjali ta’ deterrent ta’ Tripoli, magħrufa aħjar bħala Rada. Kif inħeles Baldacchino? Jumejn ilu, il-Forzi Speċjali fi Tripli magħrufa bħala Rada, ippubblikaw filmat tal-ħelsien

Konferma James

ta’ Baldacchino nnifsu. F’dan il-filmat il-Forzi Speċjali ta’ Rada jidhru qed jaqbżu ħajt u jidħlu f ’kamra fejn Baldacchino nstab mgħammad u marbut, liema post kien ilu fih għal ftit aktar minn ġimgħa. F’dan ilfilmat jidhru xeni kommoventi fejn Baldacchino nnifsu, hekk kif intebaħ li dawn il-pulizija kienu ġew preċiżament għalih u

biex isalvawh, ma felaħx iżomm aktar l-emozzjonijiet tiegħu. Isegwu kien hemm kummenti minnu stess fejn iddeskriva l-mument li fih kien sejjer id-dar bil-karozza meta mill-karozza ta’ quddiemu ħarġu erbat irġiel mgħammda u armati li bdew jhedduh. Huwa rrakkonta kif fil-karozza neħħewlu ħwejġu u bdew isuqu b’veloċità liema

bħalha sakemm dalam u waqfu f ’post partikolari. F’dan il-filmat, Baldacchino jidher jgħannaq persuna oħra – tabib kollega tiegħu fl-isptar fejn jaħdem. Il-missier ta’ żewġt itfal qal li qatta’ l-ġranet il-ħin kollu jitlob u fl-aħħar it-talb tiegħu nstema’ meta ġew biex isalvawh. Fil-fatt, huwa ddeskrieva lil dawk li salvawh bħala “anġli”.

mill-Isptar

St

Fi stqarrija, Saint James Hospital International (SJHI) sostna li jista’ jikkonferma li d-Direttur Maniġerjali tal-Isptar Saint James fil-Libja, Pierre Baldacchino, ġie salvat u huwa sigur. Fl-istqarrija s-Saint James Hospital International qal li s-salvataġġ ta’ Baldacchino kienet possibbli grazzi għallintervent estensiv u xogħol bla waqfien imwettqa mis-servizzi tas-sigurtà Libjani u Maltin. “Nixtiequ nesprimu l-gratitudni tagħna għax-xogħol iebes, għad-dedikazzjoni u l-ħidma bla waqfien li twettqet mis-servizzi tas-sigurtà Libjani u Maltin. Nixtiequ wkoll nesprimu l-gratitudni tagħna għall-ħidma eċċellenti, għajnuna u l-intervent li sar mill-Gvern Malti.” SJHI sostna wkoll li d-dettalji tal-operazzjoni tas-sigurtà fejn ġie meħlus Baldacchino għadhom qed joħorġu u għalhekk huma mhumiex f ’pożizzjoni li jipprovdu aktar dettalji jew jagħtu aktar kummenti f ’dan l-istadju.


LOKALI

kullħadd.com

27|12|2015 07

2015: SENA TA’ NEGATTIVITÀ U INDEĊIŻJONI GĦAL BUSUTTIL RITIANNE AGIUS ritianne@kullhadd.com Mhux magħruf jekk il-Kap tal-Oppożizzjoni jżommx djarju tal-istqarrijiet li jagħmel u d-deċiżjonijiet li jieħu. Iżda jekk jagħmel dan żgur li jista’ jħares lura lejn sena mimlija negattività u indeċiżjoni. Hekk kif din is-sena waslet fi tmiemha, tajjeb wieħed jagħti ħarsa ħafifa lejn l-avvenimenti politiċi li kkaratterizzawha, u jara kif Simon Busuttil u l-partit tiegħu irreaġixxew għalihom. L-Università Amerikana: l-ewwel favur imbagħad kontra Hekk kif tħabbar il-proġett tal-Università Amerikana ta’ Malta f ’Mejju li għadda, ilKap tal-Oppożizzjoni deher indeċiż. Il-Partit Nazzjonalista l-ewwel ħareġ pubblikament favur il-proġett, iżda meta mbagħad ra li se jkun hemm ilkritika tal-għaqdiet ambjentali, pront rikeb fuq il-karru tagħhom u beda kampanja sħiħa kontra l-AUM, liema kampanja kkulminat iktar kmieni dan ix-xahar filParlament. Waħda mill-kritka li smajna kienet li “ġej biċċa investitur mill-Ġordan,” kritika dispreġġjattiva u razzista, fejn fid-dinja globalizzata tallum il-Partit Nazzjonalista qed jagħti l-impressjoni li lest jiddiskrimina ma’ investitur abbażi tan-nazzjonalità tiegħu. Meta, wara l-konsultazzjoni pubblika, il-proġett inqasam f ’żewġ siti u l-bużżieqa talambjent infaqgħet f ’wiċċ l-Oppożizzjoni, il-PN dawwar il-kritika fuq l-edukazzjoni, u beda jixħet dubji fuq kemm din kienet se toffri edukazzjoni ta’ kwalità. Fi 15-il siegħa ta’ battibekki fil-Parlament, l-Oppożizzjoni ftit li xejn sabet x’tikkritika filkuntratt li sar mal-investituri tal-AUM, u minflok qagħdet tfittex ix-xagħra fl-għaġina. Minbarra li pprova jpinġi kollox ikrah, Busuttil iddeċieda li jwaħħal seduta għal lejl sħiħ fuq teknikalità, għax ma riedx li tintuża l-kelma ‘università’, iżda ‘istitut għall-edukazzjoni ogħla’. Attakki terroristiċi: beda jibża’ imma ma riedx jissospendi x-Schengen Anke jekk wieħed kien jistenna li l-Kap tal-Oppożizzjoni jopponi lill-Gvern fuq kollox, żgur ħadd ma basar li dan kien se jasal biex jopponi wkoll fuq kwistjoni daqshekk importanti għaċ-ċittadini Maltin; dik tas-

sigurtà. F’din il-kwistjoni Busuttil ukoll ħareġ ta’ wieħed indeċiż għall-aħħar. Meta, fid-dawl talattakki terroristiċi fl-Ewropa, il-Prim Ministru beda jassigura lill-poplu li kienu qegħdin jittieħdu l-miżuri ta’ sigurtà neċessarji u li ma kien hemm xejn li jindika li Malta kienet taħt theddida, Busuttil beda jipprova jixħet id-dubju u jbeżża’ lin-nies bl-iktar mod dilettantesk. Wara li kien ta l-impressjoni li pajjiżna jinsab fil-periklu, imbagħad Busuttil pront ħareġ jikkritika d-deċiżjoni tal-Gvern li jżid is-sigurtà filpajjiż billi jissospendi l-ftehim Schengen sal-aħħar tas-sena. Meta ma sabx appoġġ għallkritika fjakka tiegħu, Busuttil bidel id-diska u qal li kien lest jappoġġja din is-sospensjoni jekk il-Gvern jagħti raġunijiet validi. Ħruġ ta’ viżi: l-Oppożizzjoni tattakka inkjesta li talbet hi stess Kampanja negattiva oħra li bniet l-Oppożizzjoni kienet dik dwar il-każ tal-ħruġ tal-viżi lill-Alġerini millKonsolat Malti fl-Alġerija. L-Oppożizzjoni għażlet li toqgħod tagħmel il-konferenzi bl-allegazzjonijiet minflok ma marret mill-ewwel għand ilPulizija bl-informazzjoni li kellha. Konferenza partikolari l-Oppożizzjoni għamlitha proprju fil-jum li fih il-Prim Ministru Joseph Muscat kien qed imexxi delegazzjoni Maltija fl-Alġerija bil-għan li jiġi attirat investiment ġdid lejn Malta. F’dan il-jum l-Oppożizzjoni talbet lill-Awditur Ġenerali jiftaħ inkjesta rigward il-ħruġ ta’ dawn il-viżi. Minkejja li l-Prim Ministru kien imsiefer, sa siegħa wara l-Gvern kien laqa’ din it-talba, u minnufih il-membri tiegħu fi ħdan il-Kumitat għall-Kontijiet Pubbliċi bdew bil-proċedura neċessarja. Iżda għal darb’oħra l-Oppożizzjoni sabet x’tikkritika għax qalet li l-Gvern kien qed ipoġġi restrizzjonijiet fuq l-investigazzjoni. Dan meta l-membri tal-Gvern talbu li ssir investigazzjoni fuq il-ħruġ tal-viżi lill-Alġerini bejn Marzu 2014 u Settembru 2015, li huwa l-istess perjodu mitlub mill-Oppożizzjoni. Ottimiżmu u nuqqas ta’ qgħad: Busuttil isostni fuq għafsa fil-pagi Filwaqt li fl-aħħar rapporti talKummissjoni Ewropea kien ikkonfermat li pajjiżna għandu l-ogħla livell ta’ ottimiżmu

u t-tielet l-inqas rata ta’ qgħad minn fost il-pajjiiżi kollha tal-Unjoni Ewropea, l-Oppożizzjoni qed tibqa’ ssostni li hawn għafsa fil-pagi. L-Oppożizzjoni ma tispjegax kif waslet għal din il-konklużjoni, u kif din il-konklużjoni tista’ tkun korretta meta fit-tielet kwart tal-2015 pajjiżna rreġistra żieda ta’ 5.4% fil-konsum privat, li kienet it-tieni l-akbar żieda fil-konsum mill-pajjiżi tal-UE. Fil-fatt, madwar l-Unjoni Ewropea l-konsum privat żdied b’medja ta’ 1.9% biss. Dan ukoll meta fit-tielet kwart tal-2015, il-familji Maltin nefqu €1.1 biljun, li jammmonta għal 12% aktar milli kienu kapaċi jonfqu flistess kwart fl-aħħar sena talGvern preċedenti. Statistika tal-Bank Ċentrali wkoll turi li, fit-tielet kwart tal-2015, id-depożiti tal-familji ma’ banek lokali laħqu l-figura rekord ta’ €9.8 biljun. Dan huwa €2.3 biljun, jew 31%, ogħla mil-livell tad-depożiti mal-banek li kien hemm flistess kwart fl-aħħar sena talamministrazzjoni preċedenti. Inċident f ’Paceville: opportuniżmu politiku Wara l-inċident f ’Paceville li fih weġġgħu iktar minn 70 persuna meta sfronda parti mit-taraġ ta’ stabbiliment, l-Oppożizzjoni wkoll ippruvat tiskurja punti politiċi billi tagħti

l-impressjoni li dak li ġara fi stabbiliment privat kien b’xi mod it-tort tal-Gvern preżenti. Minkejja li kien hemm żewġ żgħazagħ fil-periklu tal-mewt, il-PN ma ddejjaq xejn jirkeb fuq il-karru tagħhom biex jimbotta l-politika partiġġjana tiegħu f ’mument li kien diffiċli għal dawk kollha li b’xi mod kienu involuti f ’dan l-inċident. Meta l-Oppożizzjoni tkellmet dwar nuqqas ta’ sigurtà f ’Paceville bħal donnha riedet tgħid li din nibtet fl-aħħar xhur, meta kulħadd jaf li ċertu kwistjonijiet ta’ sigurtà ilhom eżistenti f ’Paceville snin twal. Filwaqt li kkritikat lill-Gvern, l-Oppożizzjoni naqset milli tgħid x’miżuri ħadet meta kienet filGvern biex tirrettifika

sitwazzjoni li anke dak iżżmien kienet evidenti. Ir-riżenja ta’ Joe Cassar: riedu jew ma ridux jirriżenja? Ir-riżenja ta’ Joe Cassar millParlament uriet kemm Simon Busuttil kien indeċiż u baqa’ ma ħax id-deċiżjoni li kellu jieħu. Meta sar magħruf li Cassar kien irċieva diversi rigali mingħand Gaffarena fiż-żmien meta kien Ministru, Busuttil mill-ewwel ħareġ jgħid li Cassar huwa persuna ta’ integrità, u li huwa kien se jemmen lil Cassar, u mhux lil Gaffarena. Meta mbagħad Cassar ġie dahru mal-ħajt u kien sfurzat jirriżenja minn kelliem tal-PN, Busuttil qal li Cassar ma kellux għalfejn jirriżenja, u li kien qed jaċċetta r-riżenja tiegħu b’dispjaċir. Wara li finalment Cassar irriżenja wkoll millParlament, Busuttil ittanta jieħu l-mertu tar-riżenja, u bi kliem ambigwu qal li bħala Kap kien ħa d-deċiżjonijiet neċessarji. Sal-lum għadu mhuwiex ċar jekk Busuttil riedx iżomm lil Cassar milli jirriżenja, kif deher li baqa’ jagħmel sal-aħħar, inkella jekk kienx hu stess li sfurzah jitfa’ r-riżenja, bħalma prova jagħti l-impressjoni.


08 27|12|2015

kullħadd.com

LOKALI

AVVENIMENTI LI KKARA 2. 1.

TINGĦALAQ IL-POWER STATION TAL-MARSA

F’Marzu ta’ din is-sena l-Prim Ministru Joseph Muscat tefa uffiċjalment ilpower station tal-Marsa li ilha topera mis-sena 1953. F’dawn l-aħħar snin il-power station tal-Marsa kienet qiegħda tkun il-kaġun tat-tniġġis fl-arja fin-naħa t’isfel ta’ Malta. Kien għalhekk li l-Gvern Malti beda jaħdem ħalli jaqleb is-sistema ta’ ġenerazzjoni tal-enerġija tal-pajjiż minn waħda li tiddependi fuq il-heavy fuel oil għal waħda li taħdem bill-gass sabiex il-pajjiż kollu jkun jista’ jerġa’ jibda jieħu nifs ta’ arja nadifa. Barra minn hekk, il-Gvern kompla bl-implimentazzjoni tal-pjan tat-traħħis tal-kontijiet tad-dawl. Fil-fatt, din is-sena, kumpaniji u industriji Maltin gawdew minn traħħis fil-kontijiet tagħhom bħalma gawdew familji Maltin u Għawdxin is-sena l-oħra.

3.

Is-sena l-oħra, grupp bl-isem ta’ Coalition for the Abolition of Spring Hunting bdew jiġbru l-firem sabiex jagħmlu referendum dwar l-kaċċa fir-rebbiegħa f ’Malta. Dan wassal sabiex, f ’April ta’ din is-sena, il-Maltin ħarġu jivvutaw ħalli jiġi determinat jekk jitwaqqafx il-15-il jum li fihom i-kaċċaturi jistgħu jaqbdu ċertu tipi ta’ għasafar. Għal dan ir-referendum fuq naħa kien hemm jikkampanjaw il-BirdLife Malta, flimkien ma’ Coalition for Animal Rights, Alternattiva Demokratika, Din l-Art Ħelwa, Flimkien għal Ambjent Aħjar, Friends of the Earth, Gaia Foundation, Greenhouse, International Animal Rescue Malta, Malta Organic Agriculture Movement, Moviment Graffiti, Nature Trust, Ramblers Association Malta u Youth for the Environment. Fuq in-naħa l-oħra kien hemm il-Federazzjoni Kaċċatuti Nassaba Konservazzjonisti u Kaċċaturi San Umbertu. Ir-riżultat ta’ dan ir-referendum kien 50.44% favur il-kaċċa, 49.56% kontra l-kaċċa, kif ukoll kien hemm 25% tal-Maltin li ma ħarġux jivvutaw.

ELEZZJONIJIET TAL-KUNSILLI LOKALI 2015

F’April ta’ din is-sena wkoll saru l-elezzjonijiet tal-kunsill lokali għallokalitajiet ta’ Ħ’Attard, Ħal Balzan, il-Birgu, Birżebbuġa, Ħad-Dingli, ilFurjana, Għajnsielem, Ħal Għargħur, il-Gżira, il-Ħamrun, l-Iklin, l-Isla, Ta’ Kerċem, Ħal Kirkop, Ħal Luqa, il-Marsa, Marsaxlokk, il-Mosta, il-Munxar, in-Nadur, Raħal Ġdid, il-Qala, Ħal Qormi, Ħal Safi, San Ġiljan, San Lawrenz, San Pawl il-Baħar, Santa Luċija, is-Siġġiewi, is-Swieqi, ix-Xagħra, iż-Żebbuġ (Għawdex), Haż-Żebbuġ (Malta) u ż-Żurrieq. Il-maġġoranza tal-kunsill lokali ġew mirbuħa mill-Partit Laburista bil-persentaġġ ta’ 53.45%. Min-naħa l-oħra, il-Partit Nazzjonalista ġab 44.59% tal-voti. Fatti interessanti li mmarkaw dawn l-elezzjonijiet kienu jinkludu numru akbar ta’ nisa li ġew eletti bħala sindki, kif ukoll il-ħatra tal-iżgħar sindku fl-istorja tal-kunsilli lokali.

5.

REFERENDUM TAL-KAĊĊA FIR-REBBIEGĦA

4.

JIBDA JAĦDEM L-INTERCONNECTOR

Għall-ewwel darba fl-istorja ta’ pajjiżna, Malta naqgħdet ma’ Sqallija permezz tal-interconnector. Dan il-proġett, li sewa €200 miljun, kien iffinanzjat mill-fondi tal-Unjoni Ewropea, tant li permezz tiegħu Malta qiegħda tirċievi 50MW ta’ dawl matul il-ġurnata u 30 MW dawl matul il-lejl. L-interconnector huwa twil 95 kilometru u jibda mill-Magħtab f ’Malta u jispiċċa f ’Marina di Ragusa fi Sqallija. Dan il-proġett, li permezz tiegħu Malta ngħaqdet mal-grid tal-enerġija Ewropea, kien uffiċjalment inawgurat mill-eks-Prim Ministru ta’ Malta Lawrence Gonzi, il-Prim Ministru ta’ Malta Joseph Muscat u l-Prim Ministru Taljan Matteo Renzi f ’ċerimonja kommemorattiva.

JIĠI INAWGURAT PARLAMENT ĠDID

Mill-1921, is-sena tas-self-government, il-Parlament li kien jinsab fil-Palazz Presidenzjali l-Belt kien xhieda ta’ diversi okkażjonijiet importanti fl-Istorja ta’ Malta, fosthom l-indipendenza ta’ Malta, l-istat repubblikan, il-ħelsien mill-barrani, kif ukoll id-dħul ta’ Malta bħala membru tal-Unjoni Ewropea. Iżda minħabba l-esiġenżi taż-żminijiet kien hemm bżonn ta’ parlament ġdid li jakkomoda l-bżonnijiet tal-lum. F’Mejju ta’ din is-sena, il-President ta’ Malta Marie-Louise Coleiro Preca, f ’ċerimonja fetħet uffiċjalment il-Kamra tadDeputati. Għal din iċ-ċerimonja kienu mistednin ukoll il-Prim Ministru Joseph Muscat, il-membri tal-Gvern, il-Kap tal-Oppożizzjoni Simon Busuttil, ilmembri tal-Oppożizzjoni, l-Ispeaker tal-Kamra Anġlu Farrugia, l-Arċisqof ta’ Malta u dinjitarji importanti oħra. F’din l-okkażjoni ġie inawgurat il-Parlament, li hu ddisinjat mill-Perit Renzo Piano, permezz ta’ seduta kommemorattiva.

6.

TIDĦOL FIS-SEĦĦ IL-GENDER IDENTITY BILL

Wara li s-sena l-oħra l-Gvern ta’ Malta adotta l-liġi taż-żwieġ bejn koppji talistess sess, din is-sena l-Gvern reġa’ kompla saħħaħ id-drittijiet ta’ persuni LGBTIQ+, billi adotta l-Gender Indentity Bill. Din il-liġi tagħti l-faċilità lil dawk il-persuni li jixtiequ jbiddlu s-sess tagħhom, kif jidher fuq dokumenti uffiċjali, mingħajr ma jkollhom għalfejn jagħmlu intervent mediku. Din il-liġi tagħti l-possibbiltà lill-ġenituri illi jipposponu d-dokumentazzjoni uffiċjali talġeneru tat-tfal tagħhom sakemm jagħlqu 14-il sena. L-adozzjoni ta’ din il-ligi ġiet imfaħħra mhux biss mill-Malta Gay Rights Movement, iżda wkoll minn organizzazzjonijiet internazzjonali bħal Transgender Europe u l-International Lesbian, Gay, Bisexual, Trans and Intersex Association.


LOKALI

kullħadd.com

27|12|2015 09

ATTERIZZAW IS-SENA 2015

7.

JINFETAĦ IĊ-ĊENTRU TAL-ONKOLOĠIJA L-ĠDID

Din is-sena l-Gvern inawgura uffiċjalment iċ-Ċentru tal-Onkoloġija Sir Anthony Mamo b’investiment ta’ €50 miljun minn fondi tal-Unjoni Ewropea. Preżenti għal din l-okkażjoni kien hemm, fost l-oħrajn, il-Ministru għasSaħħa u l-Enerġija Konrad Mizzi, is-Segretarju Parlamentari għas-Saħħa Chris Fearne, is-Segretarju għall-Fondi Ewropej Ian Borg, kif ukoll l-Arċisqof Charles Scicluna. Dan iċ-ċentru, li jinsab biswit l-Isptar Mater Dei, kompla saħħaħ l-impenn tal-Gvern biex jinvesti f ’aktar riżorsi ħalli titjieb il-kwalità, jinvesti fir-riċerka ħalli tinstab il-kura, filwaqt li jibqa’ joffri servizzi tas-saħħa b’xejn għall-Maltin u l-Għawdxin. Għall-ewwel darba dan iċ-ċentru, li fih 113il sodda, qiegħed joffri wkoll faċilitajiet speċjali għal tfal minorenni li jbatu mill-marda tal-kanċer.

9.

VALLETTA SUMMIT 2015

Fil-bidu ta’ Novembru, f ’Malta ġie organizzat għall-ewwel darba l-Valletta Summit on Migration. Dan is-summit storiku ġabar fih numru kbir ta’ mexxejja ta’ pajjiżi Afrikani, mexxejja ta’ pajjizi Ewropej kif ukoll persuni prominenti fi ħdan l-Unjoni Ewropea fuq l-istess mejda. Dan is-summit sar wara li l-Mediterran safa ċimiterju għal diversi persuni li, għal raġuni jew oħra, kienu qegħdin ifittxu ħajja aħjar. Għaldaqstant, dan il-fattur beda jhedded is-sigurtà tal-ftehim ta’ Schengen, kif ukoll ir-relazzjoni bejn it-Turkija u l-Unjoni Ewropea. Sabiex jgħinu fil-problema tal-immigrazzjoni, pajjiżi Ewropej wegħdu li jagħtu somma ta’ flus lil pajjiżi Afrikani sabiex jgħinu fl-iżvilupp sostenibbli, l-ekonomija tal-pajjiż rispettivi u l-ħolqien tax-xogħol.

11.

JUNIOR EUROVISION SONG CONTEST 2015

Din is-sena Malta għat-tieni darba reġgħet rebħet il-Junior Eurovision Song Contest li sar fil-Bulgarija. F’dan it-13-il kunċert kien hemm 17-il kontestant minn diversi pajjiżi Ewropej. Din is-sena dan il-kunċert intrebaħ mill-kantanta żagħżugħa Karkariża Destiny Chukunyere, li rrappreżentat lil Malta bilkanzunetta Not My Soul. Kanzunetta b’mużika ta’ Destiny Chukunyere u Matthew (Muxu) Mercieca, filwaqt li l-lirika hija ta’ Destiny Chukunyere u Elton Zarb. B’din il-kanzunetta Destiny kisret ir-rekord tal-aktar kanzunetta li ġabet voti, b’total ta’ 185. Fit-tieni post ġie l-parteċipant tal-Armenja Mika permezz tal-kanzunetta Love, filwaqt li fit-tielet post ġiet il-parteċipanta tasSlovenja Lina Kuduzović permezz tal-kunzunetta Prva Ljubezen li tfisser ‘l-ewwel imħabba’. Għaldaqstant, minħabba dan ir-riżultat, Malta rebħet iddritt li tospita l-Junior Eurovision Song Contest 2016.

8.

BAĠIT 2016

Għat-tielet sena konsekuttiva dan il-Gvern reġa’ ħabbar baġit favur iż-żgħir, il-batut u dawk li jridu jaħdmu. Il-Ministru għall-Finanzi Edward Scicluna ħabbar diversi inċentivi, fosthom l-inċentiv tal-first time buyers, it-tnaqqis talVAT fuq oġġetti sportivi, żieda fil-pensjoni, tnaqqis tat-taxxa, stipendju għal studenti maturi, tablet għal kull tifel u tifla u ftuħ ta’ aktar ċentri għall-ħarsien tat-tfal. Kuntrarju għall-baġits tal-Gvern preċedenti, dan il-baġit kien imfaħħar minn diversi entitajiet, unjins u organizzazzjonijiet. Fil-fatt, dawn il-kummenti pożittivi jkomplu jsaħħu l-argument ta’ Malta: Ekonomija b’Saħħitha.

10.

CHOGM 2015

F’Novembru ta’ din is-sena wkoll, Malta ospitat l-24 laqgħa taċ-CHOGM, li kienet it-tieni laqgħa li saret f ’pajjiżna f ’temp ta’ diċenju. Din il-laqgħa ta’ tlett ijiem rat il-parteċipazzjoni ta’ diversi persuni prominenti, fosthom isSegretarju Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti Ban Ki-Moon u l-President Franċiż Francois Hollande. Minn din il-laqgħa multinazzjonali ħarġu wkoll diversi aspetti interessanti. Dawn kienu t-twaqqif taċ-CHOGM Women’s Forum, ilħatra tal-Barunessa Patricia Scotland, li hija l-ewwel Segretarju Ġenerali mara għaċ-CHOGM, kien hemm sezzjoni speċjali fuq it-tibdil fil-klima, kif ukoll ġie diskuss l-aspetti ta’ paċi, sigurtà u immigrazzjoni.

12. IŻ-ŻEWĠ MEXXEJJA RIVALI LIBJANI JILTAQGĦU F’MALTA Wara l-waqa’ tar-reġim ta’ Gaddafi, il-Libja għaddiet minn żmien diffiċli hekk kif spiċċat immexxija minn żewġ mexxejja differenti. Iżda, għallewwel darba mill-2011, Agila Salah, li huwa l-mexxej ta’ Tobruk rikonoxxut internazzjonalment u Nouri Abusahmen, li jmexxi General National Congress minn Tripli iltaqgħu f ’Kastilja f ’Malta sabiex jibdew it-taħditiet għall-għaqda fil-Libja. F’din il-laqgħa ż-żewġ mexxejja taw x’jifhmu li huma m’għandhom bżonn lill-ebda pajjiż barrani jsolvi l-problemi tagħhom, iżda huma kapaċi jpoġġu fuq l-istess mejda sabiex jiddiskutu u jsibu s-soluzzjoni għall-problemi ta’ bejniethom, kif ukoll għall-problemi esterni bħall-Istat Iżlamiku, li qiegħed jieħu vantaġġ mill-instabbiltà fil-pajjiż. Għaldaqstant, din il-laqgħa serviet ta’ messaġġ li l-mexxejja Libjani mhumiex se jaċċettaw li jiffirmaw il-ftehim li ġie mfassal mill-UNSMIL u li, skont huma, huwa kontra r-rieda tal-poplu Libjan stess.


10 27|12|2015

kullħadd.com

GVERN LABURISTA... GVERN LI JAĦDEM

X’WETTAQ IL-GVERN… SENA ILU Informazzjoni miġbura minn EMANUEL CUSCHIERI 21 ta’ Diċembru Ġie deċiż li fix-Xlendi, Għawdex, isiru żewġ bagi biex magħhom jintrabtu cruise liners żgħar

Emanuel Cuschieri

22 ta’ Diċembru

1. Ġiet irreġistrata żieda ta’ 7% fin-numru ta’ passiġġieri li għamlu użu mit-trasport pubbliku matul l-2015.

Ġie deċiż li tinbena korsa għat-tlielaq tal-vetturi

2. Waslu Malta tliet turbini tal-gass li se jiġġeneraw l-enerġija talpower station ġdida tal-gass li qed tinbena f ’Dellimara. 3. Infetħu numru ta’ ċentri reġjonali li joffru servizzi governattivi viċin iċ-ċittadin fil-komunità. Dawn jinsabu f ’Birkirkara, Raħal Ġdid u l-Qawra. Fl-ewwel nofs tas-sena d-dieħla se jinfetħu erba’ ċentri oħra. 4. Il-Grupp ta’ Stati kontra l-Korruzzjoni fi ħdan il-Kunsill tal-Ewropa magħruf bħala l-GRECO faħħar lil Malta għallapprovazzjoni tal-Liġi tal-Finanzjament tal-Partiti.

23 ta’ Diċembru Ġie deċiż li jkomplu jsiru aktar proġetti għat-tħawwil ta’ aktar siġar għal żoni ta’ rikreazzjoni, partikolarment fil-Park tas-Salina

5. Is-Segretarju Parlamentari Dr Justyne Caruana nediet proġett pilota biex id-drama popolari Maltija Strada Stretta jibda jkollha s-sottotitoli għall-benefiċċju ta’ persuni neqsin mis-smigħ. 6. Kien deċiż illi mhux se jkunu jistgħu jsiru xogħlijiet ta’ skavar jew twaqqigħ fil-ħin tal-mistrieħ waranofshinhar bejn is-2.00pm u l-4.00pm matul is-sena kollha. 7. Kien deċiż li mhux se jkun permess lanqas xogħol ta’ skavar u twaqqigħ f ’żoni turistiċi fil-perjodu ta’ bejn il-15 ta’ Ġunju u t-30 ta’ Settembru.

24 ta’ Diċembru

Ġie deċiż li ssir sistema kontra l-għargħar fi Triq is-Sajjieda l-Marsa

8. Fl-Isptar Mater Dei sar investiment ta’ €100,000 għall-apparat ta’ vascular ultrasound ġdid. 9. Sitt konsorzji Maltin u internazzjonali wrew interess li jibdlu r-Rinella fil-Kalkara f ’ċentru tal-films fil-Mediterran b’faċilitajiet ta’ livell għoli ħafna. 10. L-impjiegi full-time żdiedu bi 3.9%. 11. L-American University of Malta, sal-aħħar ta’ Ottubru 2016, se tibda tilqa’ l-ewwel studenti fis-sit ta’ Bormla.

25 ta’ Diċembru Ġie deċiż li tingħata għotja ta’ €100 fix-xahar lil min jimpjega studenti mill-ITS

12. Wara xogħol estensiv ta’ rinnovar u tisbiħ, reġgħu nfetħu millġdid żewġ wards tan-nisa fir-Residenza San Vinċenz De Paule. 13. Ġie inawgurat id-Dipartiment tal-Emerġenza tat-tfal fl-Isptar Mater Dei.

LOKALI

26 ta’ Diċembru

Ġie deċiż li jinxtraw aktar vetturi ġodda għad-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili

27 ta’ Diċembru

Ġie deċiż li titwaqqaf aġenzija li tirregola s-sistema ta’ għajnuna legali, inkluż kif jitħallsu l-avukati


OPINJONI

kullħadd.com

27|12|2015 11

L-ISTORJA B’ŻEWĠ UĊUĦ Catherine Fenech Membru fl-Eżekuttiv Nazzjonali PL

Solidarjetà?

Nistgħu ma naqblux, imma ma jimpurtax. Għalhekk aħna pajjiż demokratiku. Nitgħallmu ngħixu, nirrispettaw u nkunu tolleranti lejn xulxin minkejja d-diversità filpoplu tagħna.

Din il-ġimgħa ħarġu żewġ stqarrijiet min-naħa tal-PN li, kważi kważi, ġabuni f ’dilemma jekk nidħakx jew nibkix. Naturalment, iż-żewġ stqarrijiet kienu ta’ preokkupazzjoni – xejn ġdid. Il-PN ħarġu jgħidulna li l-pagi mhux vera qegħdin jiżdiedu imma f ’ħafna setturi qegħdin jonqsu. Għamlu enfasi kbira li l-pagi qed jonqsu għall-ħaddiema fis-settur talmanifattura. Oħroġ il-għaġeb, qed taħraqhom qalbhom għas-settur tal-manifattura issa. L-Ingliżi jgħidu: “This is rich.” Dan huwa l-istess partit li, meta kien fil-Gvern inqas minn tliet snin ilu, għamlu l-imħatra infami li ma jibqax fabbrika waħda tal-manifattura f ’pajjiżna. Issa l-Kap talOppożizzjoni se jiddisassoċja ruħu minn din l-istqarrija li għamel l-eks-Ministru sieħbu fil-Gvern preċedenti u li hu kien parti minnu – dikjarazzjoni li dan l-eks-Ministru kważi kważi qalha bi kburija u b’konvinzjoni. Tgħid il-Kap tal-Oppożizzjoni se jgħidilna li dak iż-żmien ma kienx fix-xena politika? Il-Kap tal-Oppożizzjoni fiddiskors tiegħu fl-attività Milied Flimkien wera solidarjetà mal-ħaddiema tad-De La Rue. Hekk sewwa u xieraq. Madankollu, mas-solidarjetà nistgħu nsemmu li l-Gvern huwa kommess totalment li lil dawn il-ħaddiema ħutna jinstabilhom xogħol alternattiv bħalma ġara fil-passat. Imma jekk il-Kap tal-Oppożizzjoni wera solidarjetà mal-ħaddiema tad-De La Rue bħala turja ta’ għaqda u pożittività, il-midja tal-partit tiegħu xejn mhuma solidari, għax bir-rapporti li jxandru tinduna li l-intenzjoni ewlenija hija bħal tas-soltu: li jiżirgħu d-dubju, l-inċertezza u l-biża’; l-istess tattika li użaw fuq il-ħaddiema tal-Enemalta, tal-Air Malta u tal-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex. Għax, f ’ġieħ is-sewwa, issolidarjetà mal-ħaddiema m’għandhiex tintuża fejn jidrilna u fejn nistgħu

nużawha bħala ballun politiku. Kważi kważi dalwaqt jibdew jirrappurtaw li l-qgħad fil-pajjiż qed jgħolli rasu. Nixtieq nistaqsi kemm il-PN wera solidarjetà mal-ħaddiema li ngħataw issensja u t-tnaqqis fil-pagi u pagi b’lura mid-Dar Ċentrali. Ħarġu waqt xi attività nazzjonali bħal Milied Flimkien biex juru solidarjetà magħhom? Jewwilla, dawn mhumiex ħaddiema wkoll? Għax biex tiskonġra trid tkun pur. Is-solidarjetà trid turiha dejjem. Is-solidarjetà mal-ħaddiema mhix a la carte. Biex tikkonvinċi trid tkun solidari ma’ dawk madwarek li qed jagħtuk is-servizz. Il-qawl Ingliż jgħid li l-karità tibda d-dar.

Roadmap grazzi għalihom Fl-istess stqarrija dwar il-pagi li, skont il-PN, qed jonqsu, qalulna wkoll li jirrikonoxxu li hawn sentiment li qed iwassal għal tkabbir ekonomiku f ’pajjiżna, imma ħej dan it-tkabbir huwa ‘grazzi għalihom’. Applaws, sinjuri! Il-poplu mhux beċċun. Ilpoplu huwa konxju li l-Gvern preċedenti ħalla rata ta’ qgħad li kienet qed tiżdied u bdiet titlef kull sens ta’ kontroll. Fuq kollox ħallewlna mażżri ekonomiċi bħall-Enemalta u l-Air Malta – kumpaniji f ’xifer falliment. L-Enemalta, korporazzjoni falluta li mhux biss kien ifisser li mijiet ta’ ħaddiema jispiċċaw bla xogħol imma kienet qed tiġi fil-periklu wkoll is-sostenibbiltà tal-banek Maltin. L-istess ngħidu għallAir Malta li, anke bi programm ta’ ristrutturar maqbul mal-UE, xorta taħt il-Gvern preċedenti kienet qed topera bi kważi €80 miljun f ’telf. Ma kienx qed ibassar bailout għalxejn Dr Busuttil qabel l-aħħar elezzjoni. Kien jaf sew x’inhu jgħid. Kien jaf is-sitwazzjoni ekonomika li ħallew il-pajjiż fiha. Bassar li s-sitwazzjoni li konna fiha kienet tant imwiegħra li l-Gvern Laburista ma kienx ser isib tarf ta’ kif isolvi l-problemi ekonomiċi mostrużi li ħalla

warajh il-Gvern Nazzjonalista. Imma għarralu. Jgħajru lillGvern Laburista li hu bla roadmap. Bla roadmap sabiħ! Meta tara li entitajiet bħallEnemalta u l-Air Malta sabu u qed isibu saqajhom. Meta s-servizzi soċjali qed jissaħħu, qed jiżdied ix-xogħol, jitnaqqas il-qgħad partikolarment fost in-nisa u ż-żgħażagħ, jiżdiedu l-pagi u saħansittra jiżdiedu l-pensjonijiet għallewwel darba wara 25 sena. Qed jitnaqqas id-defiċit, qed tiġi rreġistrata l-ogħla rata ta’ tkabbir ekonomiku, u l-poplu Malti huwa fost l-ewwel popli fl-Unjoni Ewropea li huwa sodisfatt bil-qagħda ekonomika ta’ pajjiżu. Żgur li dawn ir-riżultati ma ġewx b’kumbinazzjoni, u żgur mhux grazzi għalihom. Malta qatt ma gawdiet minn daqstant riżultati pożittivi f ’tant żmien qasir fi żmien Gvern preċedenti. Irroadmap ta’ dan il-Gvern qed titħaddem sew u qed tagħti l-frott. Karen M’għandix memorja ta’ din ilġrajja ta’ tkexkix. Kelli biss sitt xhur meta saret. Fuq Karen naf biss mill-istorja li qrajt u smajt. Nistaqsi kull sena meta jasal l-anniversarju tal-mewt tagħha kemm il-bniedem jista’ jkollu daqstant mibegħda f ’qalbu li jħalli lil moħħu jiddaħħan bl-iskuża tal-politika u jasal li jagħmel atti bħal dawn. Kienet tfajla normali bħal kull tfajla oħra ta’ 15-il sena fil-fjur ta’ ħajjitha, bil-bibien tad-dinja miftuħa quddiemha għall-għażliet futuri tagħha. Imma dan ma kellux ikun. Mhux id-destin għażel hekk, imma l-mibegħda mkebbsa minn politika sewda li daħħnet l-imħuħ ta’ wħud wasslet biex għamlu azzjonijiet faħxin bħal dawn. U dawn il-ġrajjiet għandhom jibqgħu jiġu mfakkra, mhux biex niftħu l-ġrieħi tal-għeżież ġenituri u qrabat għax, jien li jien omm, nista’ biss nimmaġina minn xiex għaddew u jibqgħu

jgħaddu. Nibqgħu infakkru mhux biex tibqa’ tinxtered ilmibegħda politika. Għalkemm it-triq għall-gustizzja għandha tibqa’ tiġi mfittxa, ma nħossx li dawn l-inċidenti għandhom jintużaw bħala ballun politiku. Fil-passat hemm min rebaħ elezzjonijiet u immobilizza lil pajjiżna f ’żewġ tribujiet lesti għal xulxin u bi skuża li, kif ikun fil-Gvern, jikxef lil min qatel lill-mibkijin Karen Grech u Raymond Caruana. Għaddew l-għexieren ta’ snin, imma bqajna nistennew. Dawn il-ġrajjiet għandhom jibqgħu jiġu mfakkra biex tinżamm it-tama li ma jerġgħux iseħħu. Atti bħal dawn ibaxxuna bħala poplu sovran u jheddu d-demokrazija li jħaddan pajjiżna. Kulħadd ibati. M’hemmx aħmar. M’hemmx blu. Wara inċidenti bħal dawn il-pajjiż qatt ma jerġa’ lura f ’postu, imma jibqa’ ibati l-konsegwenzi. Il-politika hija għodda li trid terfagħna ’l fuq. Il-memorja ta’ dawn il-ġrajjiet faħxin għandhom jgħallmuna li l-vjolenza mhix soluzzjoni, speċjalment biex tagħmel il-politika. Il-politika għandha tinżamm madwar il-mejda, fid-diskussjoni. Nistgħu ma naqblux, imma ma jimpurtax, għalhekk aħna pajjiż demokratiku. Nitgħallmu ngħixu, nirrispettaw u nkunu tolleranti lejn xulxin minkejja d-diversità fil-poplu tagħna. Nitgħallmu li ‘għajn għall-għajn u sinna għal sinna’ ma taħdimx. Imma, fil-verità, wasalna? Tgħallimna? Li naf hu li kieku llum ilġurnata Karen hija mara li sabet postha fis-soċjetà, xejn daqq ta’ trombi, kienet tkun mara mehdija fil-familja tagħha u filkarriera tagħha bħal kull mara Maltija oħra. Biss naf li Karen hija warda bajda safja indokrata sew f ’idejn il-Ħallieq. Awgurju Permezz ta’ dan l-artiklu nixtieq nawgura lill-qarrejja ta’ din ilgazzetta sena ġdida mimlija saħħa u hena.


12 27|12|2015

kullħadd.com

OPINJONI

L-2015 GĦALL-FŻL Georvin Bugeja Uffiċjal Informazzjoni FŻL

Kif jgħid il-Malti: iż-żmien itir. Hija xi ħaġa istintiva li meta joqorbu l-aħħar jiem ta’ Diċembru wieħed iħares lura lejn is-sena li tkun ser tintemm dalwaqt, jara dak li jkun għamel u jevalwa l-kisbiet u n-nuqqasijiet tas-sena inkwistjoni. L-istess isir filpolitika. Għall-Forum Żgħażagħ Laburisti, l-2015, filwaqt li kienet sena pożittiva ferm, wieħed iħares lejha bħala waħda li matulha komplejna nitgħallmu u niksbu aktar informazzjoni dwar it-tip ta’ messaġġ li n-nies qed jitolbu li jitwassal: messaġġ pożittiv li jirifletti l-ottimiżmu u l-enerġija li ż-żgħażagħ normalment jittrażmettu. L-2015 bdiet bit-tiġdid taddehra u l-mod kif l-FŻL iwassal il-komunikazzjoni tiegħu; proġett li, minkejja li konna bdejna naħdmu fuqu sa minn wara l-Laqgħa Ġenerali Annwali ta’ Novembru 2014, liema laqgħa rat il-ħatra ta’ eżekuttiv ġdid, il-qofol tiegħu ntlaħaq fi Frar 2015 bit-tnedija tal-logo il-ġdid u s-sit elettroniku l-ġdid talgħaqda. Ħassejna l-ħtieġa li nbiddlu d-dehra għax ridna nagħtu immaġni aktar friska u moderna lill-għaqda tagħna. Sit elettroniku ġdid

F’ismi u f ’isem l-eżekuttiv tal-FŻL nixtieq nawguralkom il-festi t-tajba u sena ġdida mimlija saħħa.

Is-sit elettroniku tal-għaqda, li żamm l-istess indirizz elettroniku ta’ qabel, jiġifieri www.fzl.org.mt, kien ilu ma jkun aġġornat għal diversi snin. Apparti li ma kienx user-friendly, is-sit ma kienx kompatibbli għal smartphones, tablets, eċċ. Ridna wkoll li s-sit elettroniku jkun aġġornat kull ġimgħa b’kontribuzzjonijiet tal-membri tagħna, b’hekk inkunu qed nagħtu vuċi wkoll lill-membri. Fl-istess okkażjoni ħadna ħsieb li nniedu operat differenti għall-għaqda. Fl-istruttura tal-

FŻL żidna wkoll il-fergħat distrettwali. Xogħol dawn il-fergħat huwa li, minkejja li jorganizzaw attivitajiet politiċi u soċjali għad-distretti rispettivi tagħhom, iżommu lill-fergħa taż-żgħażagħ talPartit Laburista f ’kuntatt maż-żgħażagħ. B’hekk inkunu nistgħu nifhmu aktar il-ħsibijiet u l-kummenti li jridu jwasslu ż-żgħażagħ, irrispettivament jekk humiex involuti direttament filPartit Laburista, jew inkella humiex interessati fil-politika partiġjana. F’April, il-Partit Laburista kellu jiffaċċja test elettorali ieħor: l-elezzjonijiet talkunsilli lokali li kienu wkoll meqjusa bħala elezzjonijiet mid-term. Il-Forum Żgħażagħ Laburisti, bħal f ’kull elezzjoni preċedenti, tella’ kampanja kompletament immirata għażżgħażagħ. Il-kandidatura żagħżugħa kienet b’saħħitha ħafna; fil-fatt dan kien l-akbar numru ta’ kandidati żgħażagħ b’58 żagħżugħ u żagħżugħa li kkontestaw f ’isem il-Partit Laburista. Il-kampanja Start kienet suċċess ieħor bi 78% tal-kandidatura żagħżugħa talPartit Laburista jiġu eletti bħala kunsilliera, fejn fosthom kienu kkonfermati żewġ sindki, u ġew eletti seba’ sindki ġodda, fosthom l-iżgħar sindku ta’ Malta fl-età ta’ 18-il sena. Din is-sena rritornat ir-rally tas-satira politika Għax Hekk. Il-biljetti għaż-żewġ weekends li fihom ittellgħet din ir-rally kienu mibjugħin kollha. Għax Hekk din is-sena ngħaqdet mal-kast tas-serje televiżiva Klassi Għalina. Din hija l-akbar attività li jorganizza l-FŻL fuq bażi annwali u l-akbar introjtu finanzjarju għall-għaqda tagħna. Il-Forum Żgħażagħ Laburisti, għal sena oħra, kien fdat mill-Membri Parlamentari Ewropej Laburisti li jiffurmaw parti mill-grupp politiku tas-

Soċjalisti u d-Demokratiċi fil-Parlament Ewropew, biex immexxu l-posta (stand) talS&D matul il-ġimgħa talFreshers’ Week fl-Università ta’ Malta. Matul din il-ġimgħa ngħaqdu magħna aktar minn 150 membru ġdid. Din kienet opportunità tajba biex inkomplu niltaqgħu ma’ aktar studenti, nisimgħu l-ħsibijiet tagħhom, u nniedu l-Kungress tal-Forum Żgħażagħ Laburisti bit-tema Progress b’Responsabbiltà. Laqgħat u attivitajiet Dan il-Kungress hu mifrux fuq serje ta’ laqgħat li qed jittrattaw temi diversi u li għalihom qed ikunu mistiedna diversi għaqdiet taż-żgħażagħ, fosthom il-fergħa taż-żgħażagħ tal-Partit Nazzjonalista, għaqdiet studenteski, kif ukoll esperti fis-settur. F’Ottubru saret l-ewwel laqgħa li ttrattat il-bżonn ta’ riforma fil-Liġi tal-Protezzjoni talEmbrijuni. Għal din il-laqgħa attenda wkoll is-Segretarju Parlamentari għas-Saħħa Chris Fearne. Ftit tal-jiem ilu ttellgħet it-tieni laqgħa li ttrattat il-bżonn ta’ aktar sigurtà u infurzar tal-liġijiet f ’postijiet tad-divertiment. Għal din il-laqgħa attendew ilMinistru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali Carmelo Abela, u s-Segretarju Parlamentari għaż-Żgħażagħ, Sports, Riċerka u Innovazzjoni, Chris Agius. Matul din illaqgħa, l-FŻL ippreżenta wkoll dokument bi proposti u alternattivi biex tkun imħarsa aħjar is-sigurtà ta’ min jiffrekwenta l-postijiet ta’ divertiment. Matul is-sena wkoll kienu organizzati diversi attivitajiet mill-fergħat distrettwali talFŻL, fosthom tournament tal-futbol b’risq ALS Malta, u diskussjoni politika li ttrattat il-partiti tax-xellug,

bil-lenti tkun fuq l-Ingilterra u l-Amerika. Apparti minn hekk ipparteċipajna wkoll filkampanja Solidaritree b’risq L-Istrina u tellajna attività matul ix-xahar ta’ Diċembru bit-tema Reach Out biex jinġabru fondi b’risq il-Malta Community Chest Fund. Attendejna wkoll għal diversi laqgħat organizzati minn għaqdiet studenteski, filwaqt li pparteċipajna f ’diskussjonijiet u laqgħat internazzjonali f ’Malta, fosthom laqgħa organizzata mill-MEP Alfred Sant biex jagħti l-viżjoni ta’ dak li ż-żgħażagħ jistennew millUnjoni Ewropea u ċ-CHOGM 2015. Attendejna wkoll għal diversi laqgħat barra minn Malta, fosthom fi Brussell għal diskussjoni dwar l-SMEs, organizzata mill-MEP Miriam Dalli, u f ’Pariġi, f ’konferenza mtellgħa mill-S&D b’rabta mat-tibdil tal-klima, u laqgħa oħra fl-istess belt ta’ Pariġi organizzata mill-għaqda tażżgħażagħ Soċjalisti Ewropej, il-YES, dwar l-immigrazzjoni. Is-sena 2016 ser tkun sena oħra impenjattiva li matulha se nkomplu nesperjenzaw aktar tibdiliet. Ippermettuli nirringrazzja lill-membri tagħna li matul is-sena jagħtu l-impenn tagħhom u, flimkien magħna, b’mod volontarju, inkomplu nwasslu messaġġ pożittiv favur iż-żgħażagħ, filwaqt li nibqgħu nkunu l-vuċi tagħhom. Nixtieq nirringrazzja wkoll lil wieħed minn sħabna, Larson Pisani, li matul dawn it-tliet snin serva fl-eżekuttiv tal-FŻL u li minħabba impenji personali ħass li kellu jċedi l-post tiegħu fi ħdan l-eżekuttiv. Il-post tiegħu ikun qiegħed jimtela fil-Laqgħa Ġenerali Annwali li se ssir matul l-ewwel xhur tassena l-ġdida. F’ismi u f ’isem l-eżekuttiv tal-FŻL nixtieq nawguralkom il-festi t-tajba u sena ġdida mimlija saħħa.


EDITORJAL

kullħadd.com

27|12|2015 13

www.kullħadd.com agħmel kuntatt magħna

INDIRIZZ POSTALI

ĠURNALISTI

KullĦadd, Ċentru Nazzjonali Laburista, Triq Mile End, il-Ħamrun ĦMR 1717

Ritianne Agius ritianne@kullhadd.com Liam Gauci liam@kullhadd.com Glen Falzon glen@kullhadd.com

SALES U DISTRIBUZZJONI 2090 1410 2090 1413

Alan Saliba

sales@kullhadd.com

2090 1520

Leanne Grech

editorial@kullhadd.com

2090 1411

IMPAĠNAR U DISINN

RIŻOLUZZJONIJIET

Kull sena tibda b’sett ta’ riżoluzzjonijiet. Jekk trid tkun taf x’ser jagħmel dak li jkun fissena l-ġdida, staqsih x’inhuma r-riżoluzzjonijiet tiegħu. Ġeneralment issir taf x’ser jagħmel għax dak li jipproponi dejjem jagħmlu bil-maqlub. Ir-riżoluzzjonijiet aktar ikunu osservati fil-ksur tagħhom milli fl-osservanza. Jekk wieħed jgħid li ser jagħmel dieta, sal-aħħar tassena jispiċċa bħal bomblu mimli kolesterol. Jekk hemm min jgħid li ser jibdel għemilu billi jnaqqas mix-xorb jew il-logħob, hemm ċans tajjeb li sal-aħħar tas-sena jispiċċa l-isptar bil-fwied maħmuġ jew bid-dar tiegħu maqbuda. Għax ħafna drabi, dawn irriżoluzzjonijiet isiru wara li nkunu xrobna xi flixkun inbid jew xampanja f ’wieħed minn dawk id-dinner dances tal-aħħar tas-sena fejn ħafna jispiċċaw jagħfsu lil kulħadd mingħajr ma jafu lil min qed jagħfsu. L-aqwa riżoluzzjonijiet

jagħmluhom il-politiċi. Dawn ma jagħmluhomx kull sena iżda darba kull ħames snin. Jagħmluhom filmanifest elettorali tagħhom. Serrħu moħħkom li n-nies kollox jinsew minbarra dak li jkunu wiegħdu l-partiti. Anzi, kull partit fil-Gvern għandu ħames snin quddiemu binnies ifakkruh b’kull mezz f ’dak li wiegħed fil-manifest elettorali tiegħu. Niftakru x’ġara lill-Partit Nazzjonalista meta, għal darba tnejn, ma żammx mar-riżoluzzjonijiet u l-proponimenti elettorali tiegħu. Gvern Laburista qiegħed f ’nofs leġiżlatura. L-ewwel ħaġa li għamel kienet li ħoloq struttura biex ikun assigurat li l-manifest elettorali tiegħu jkun qiegħed jitwettaq. Filfatt, dan l-inkarigu jaqa’ taħt il-portafoll ministerjali talViċi Prim Ministru Louis Grech, li nafu b’liema mod persistenti jesiġi ma’ kull ministeru biex iwettaq dak li kien imwiegħed. Il-frott

ta’ dan l-isforz tal-Viċi Prim Ministru jidher u qiegħed jinħasad f ’kull baġit. Li l-Partit Laburista huwa on track fit-twettiq talmanifest elettorali ħadd ma jmerih. Huwa fatt li joħroġ ma’ kull baġit. Aktar minn hekk, il-miżuri ta’ dak li kien imwiegħed qegħdin ikunu wkoll l-istimulu prinċipali tassuċċessi ekonomiċi li qegħdin nagħmlu. Kuntrarjament għall-impressjoni li dejjem tingħata minn ċertu kwartieri, dawn is-suċċessi ma jaqgħux mis-sema. Jekk dan huwa minnu, allura jkollna naslu għall-konklużjoni, li sa sentejn u nofs ilu kellna sema magħluqa. Għalhekk hija ħasra li, ħafna mill-ġid kbir li qiegħed isir, qiegħed jingħata l-ġenb minħabba kontroversji li m’għandhom x’jaqsmu xejn mal-politika ġenerali talGvern, iżda kwistjonijiet u kontroversji li jduru madwar persuni u mhux mal-politika tal-Gvern. Ħafna minn dak li

jingħad ikun kollu mibni fuq ir-ramel, bħalma kien il-każ ta’ Ian Borg. Iżda rridu niftakru li dell il-Partit Laburista huwa ħafna aktar tqil minn dak talPN. Sfortunatament l-istampa lokali għandha t-tendenza li ċċekken l-iżbalji ta’ wieħed filwaqt li tkabbar – jekk mhux ukoll ikun hemm min jivvinta – l-iżbalji tal-ieħor. Għalhekk din il-gazzetta tawgura dak li mhux faċli li jsir: li jkollna stampa indipendenti li timxi bl-istess riga ma’ kulħadd. Nawgura wkoll li l-Gvern ikompli għaddej fit-triq li qabad, iżda jrid jipprova jiskarta l-ħofor. Nawgura li jkollna Oppożizzjoni li tifhem li għandha l-obbligu li tikkritika iżda mhux li tfixkel. Fl-aħħar nett nawgura li jkollna Knisja anqas Rumana iżda aktar Umana. Lill-qarrejja ta’ din il-gazzetta nawguralhom sena mimlija hena, risq u saħħa…u grazzi tal-appoġġ.


14 27|12|2015

kullħadd.com

OPINJONI

SEMMA’ LEĦNEK Ibagħtilna ittra biex nippubblikawha fil-gazzetta KullĦadd. Preferibbilment l-ittra tkun miktuba bil-kompjuter. INDIRIZZ POSTALI KullĦadd, Ittri, Ċentru Nazzjonali Laburista, Triq Mile End, il-Ħamrun, ĦMR 1717. INDIRIZZ ELETTRONIKU editorial@kullhadd.com. Annotaw l-email billi fis-suġġett tiktbu li hija ittra.

IT-TERMINUS ‘B’ KONKLUŻJONI TAĊ-ĊELEBRAZZJONIJIET U ‘Ċ’ FIL-FOSS Sur Editur,

Sur Editur, M’iniex se nibda bil-garr, għalkemm aħna l-Maltin magħrufin bħala ‘Maltese Gemgem’, però se nissuġġerixxi xi ħwejjeġ żgħar li jistgħu jiġu rranġati bi ftit flus fejn il-ħafna li diġà ġew minfuqa fit-terminus il-ġdid fil-foss taħt Kastilja. L-ewwel u qabel kollox għandhom jiġu mwaqqfa aktar tined biex jipproteġu lill-passiġġieri kemm mix-xita kif ukoll mir-raġġi tax-xemx. Bħala terminus huwa wieħed spazjuż u s’issa huwa miżmum nadif, fejn waqt li tkun qed tistenna ma jkunx hemm dik ir-rassa ta’ nies bħal meta kien kollox iċċentrat f ’terminus wieħed. Suġġeriment ieħor hu li jiġi rranġat dak it-taraġ wieqaf meta tinżel minn Kastilja għat-terminus. L-ewwel u qabel kollox dawn it-turġien għandhom jinksew b’madum li ma jiżloqx, filwaqt li jitwaħħal poġġaman tal-ħaddid kif ukoll xi dwal. Ħaġa oħra li nnutajt hija li jekk xi ħadd b’siġġu tar-roti jew pushchair jittanta jinżel min-niżla ta’ ħdejn Kastilja, meta jasal fl-aħħar isib taraġ minflok rampa biex jasal ħdejn il-karrozzi; bil-Malti, fl-aħħar tal-mazzita jsib iż-żbiba. Dawn huma ħwejjeġ żgħar li jistgħu jitranġaw biex jonqos il-garr tal-pubbliku. Bħala rotot u frekwenza tal-karozzi avvanz ’il quddiem sar, speċjalment minn meta żdiedu l-vetturi. Iva, is-servizz mhux perfett, imma bil-mod jitjieb, għalkemm qatt ma tista’ tikkuntenta lil kulħadd. Il-pubbliku jrid jiftakar minn fejn tlaqna fl-2012: bil-bużullotti. PASSIĠĠIER, IL-ĦAMRUN

Is-sena 2015 immarkat is-70 anniversarju mill-ewwel dehra pubblika tal-Banda Madonna tal-Ġilju, bħala l-ewwel banda Mqabbija. Dan seħħ nhar ilĦadd 9 ta’ Diċembru 1945, bi programm mużikali filpjazza tal-Imqabba. Fid-19 ta’ Awwissu 1944, il-Każin Madonna tal-Ġilju bidel ismu minn The Lily Club għal The Lily Band Club u b’hekk, b’mod uffiċjali, twaqqfet l-ewwel soċjetà mużikali Mqabbija. Kif mistenni, matul din is-sena saru ċelebrazzjonijiet biex dan l-anniversarju jiġi mfakkar kif xieraq. Dawn laħqu l-qofol tagħhom fil-ġimgħa tal-festi ad unur il-Madonna tal-Ġilju f ’Ġunju li għadda, fejn ġie mfakkar ukoll l-20 sena millinawgurazzjoni tal-Planċier Meravilja u l-bandalora artistika tal-banda. Iċ-ċelebrazzjonijiet talanniversarju ġew fi tmiemhom nhar it-Tlieta 8 ta’ Diċembru 2015, il-jum Liturġiku talImmakulata Kunċizzjoni, permezz ta’ programm vokali u strumentali mill-Banda Madonna tal-Ġilju, taħt iddirezzjoni tas-surmast tagħha, il-Mro Andrew Calleja, f ’Montekristo Estates. Din l-attività, imżewqa b’tagħrif

HAWN TEŻOR!

Fr Mario Attard OFM Cap

Grazzi għani li taf taqsam ħobżok ma’ min hu anqas ixxurtjat minnek!

“Fejn għamilthieli dik il-karta?” instema’ jgħajjat l-oraklu rrabjat. Kelma minn hawn u kelma minn hemm, u tqum storja sħiħa! Addijo l-imħabba li s’issa għaqqdithom flimkien għal ma nafx kemm-il sena! Hemm, ara x’ġara! Fuq biċċa ta’ karta reġgħu saru bħalma kienu ftit minuti ilu kif ħallejthom: kelb u qattus! Issa kollox reġa’ tar mar-riħ! Kaxxa infernali ta’ beraq u murtali! U, għaliex dan l-istorbju kollu? Uuuu! Għax dik il-karta tal-bank suppost għandha tkun f ’idejh biss! Għax hu jieħu ħsiebhom il-flus! M’intix tisimgħu diskorsha: “Bilkemm inlaħħaq mal-ħajja!” Issa dan mhux għax m’għandhomx flus! Għax kieku jiftaħ naqra jdejh mill-ħażna li għandu mhux kont wieħed ikollha biex tħallas! Imma agħtih il-flus u tagħtih xejn aktar! Sar il-pupu tal-money, money, money! Iħobbhom wisq! Fuq il-mejda tas-santi li għandu ħdejn rasu hemm post battal apposta għalihom! Mela aħseb u ara kemm se jagħtiha tixtri xi ħaġa għaliha biex tieħu gost

biha? U x’jagħtiha jagħtiha! Ma tarax! Min jisimgħek! Ma tinnutahomx għajnejha il-ħin kollu jnixxu d-dmugħ? Issa ejja nirraġunaw naqra: għaliex m’għandhiex tkun bħal ħaddieħor din il-povra mara? Meta jiġi ħin l-ikel u jippreżenta ruħu biex jiekol ma tlestilux? Anzi tagħtih l-ewwel wieħed! Tittrattah daqs l-aqwa baxà! U mela għaliex dan it-tqanċiċ kollu? Dan sieħeb storja li kont rajt isseħħ quddiemi, ta’ persuna li kulħadd kien jgħidilha “miskina” u “jaħasra”! Niftakar li, meta kont żgħir u mqabbad ma’ djul ommi, konna mmorru għandha biex naraw għandhiex bżonn xi ħaġa. “Trid nixtrilek ftit ħut?” kienet tistaqsiha ommi. U din il-mara xwejħa kienet tweġibha b’leħen il-qrid: “Kemm hu s-sawrell? U l-lampuki?” U, meta ommi kienet tweġibha, araha lil din il-mara, li dejjem kellha wiċċha mqarras u tallab, tweġibha: “U le! Għoli! Għal darb’oħra!” Ġejtx int? Daqshekk ġiet id-darba oħra biex tixtri!

multiviżiv, kienet taħt ilpatroċjinju ta’ Dr Noel Camilleri, il-President talGħaqda Każini tal-Banda, u ġiet ippreżentata minn Michael Sciortino u Marthese Tanti. Il-Bżbanda esegwiet diversi bċejjeċ mużikali varjati li matulhom ħadu sehem kantanti bħal Rachel Lowell u grupp ta’ żeffiena minn Tony Lawrence Dance School li komplew żewqu s-siltiet ippreparati. Tul is-snin kienu mijiet, tista’ tgħid, il-bandisti li ħadu t-tagħlim tagħhom fi ħdan din il-banda u li, wara li laħqu l-livell ta’ bandisti, ipprovdew is-servizz tagħhom sew fil-festa talMadonna tal-Ġilju kif ukoll f ’diversi servizzi oħra fir-raħal u barra mir-raħal u saħansitra barra minn xtutna. Bosta minn dawn illum m’għadhomx magħna, oħrajn emigraw u oħrajn, sfortunatament, minħabba ċirkostanzi varji m’għadhomx jipprovdu s-servizz tagħhom. Imma, bħal siġra li tagħmel il-frott, wara li jitgawda l-benna tiegħu s-siġra jkun jeħtiġilha taħseb għażżgħar, twarrad, u wara perjodu ta’ stennija tkabbar frott ġdid. Huwa proprju dan li għandna nassiguraw: li s-siġra mużikali li ħawlu missirijietna 70 sena ilu tkompli tagħti l-frott għax hemm bżonn li s-siġra jkollha

ż-żgħar! Iż-żgħar tal-banda jinsab fl-allievi li qegħdin jitgħallmu l-mużika u, sabiex inġeddu dan l-impenn lejn is-sostenibbiltà tal-banda u niggarantixxu futur, ingħata mertu lil dawk l-allievi li filpreżent qegħdin isegwu kors mużikali fi ħdan l-iskola talmużika tal-Banda Madonna tal-Ġilju. Dan sar miż-żewġ surmastrijiet onorarji: il-Mro. Giulio Tanti u l-Mro Joseph Tonna, sabiex hekk kif huma mexxew il-banda għal 28 sena sħaħ bejniethom, illum ikunu huma li jġeddu l-kuraġġ lil dawn l-allievi bil-preżentazzjoni ta’ ċertifikat ta’ tifkira fl-okkażjoni tas-70 anniversarju mit-twaqqif ta’ din il-banda. L-aħħar parti ta’ din isserata kienet iddedikata għallproġett immexxi mill-Għaqda tal-Armar fi ħdan is-Soċjetà Mużikali Madonna tal-Ġilju hekk kif, aktar kmieni matul din is-sena, l-Għaqda applikat għallprogramm Kommunitajiet Kreattivi mniedi mill-Kunsill Nazzjonali tal-Arti.

Id-darba oħra siefret safra nobis u ma reġgħet lura qatt! Mela għaddew xi snin u, meta bdejt nitfarfar, darba smajt li din il-mara, li meta kont taraha kont taħsibha fqajra, kienet mietet. Meta daħlu f ’darha sabu li kellha ma nafx kemmil elf lira moħbijin. Kieku daqshekk biss ma jimpurtax! Sabu wkoll li kellha saħansitra l-liri tad-deheb fil-ħajt! Meta smajt l-istorja iddispjaċieni tgħidx kemm għaliha. Jaħasra! Setgħet tgħix tant ħajja komda u diċenti u magħha kien jgħix ħaddieħor! Imma le! Għamlet il-flus allatha! U spiċċat ilsira tagħhom. Filħmieġ, il-kuċċied u l-qamel! Aqta’ x’festa għamlu l-werrieta kif mietet hi! Tant li llum, mid-dar mitluqa tagħha, bnew l-isbaħ villa! U kull meta ngħaddi minn hemm qalbi tingħafas! Eħħ, x’jagħmillek il-qamel! Iqammlek! Mhux l-ewwel darba li nkun għaddej u nisma’ persuna tgħid lil persuna oħra: Hawn teżor! Sabiħ li nindirizzaw lil xulxin b’dan il-mod! Dak ifisser li għalija int tiġi qabel ilflus li għandi. U li int, għax

int, maħluq u maħluqa xbieha ta’ Alla, u mqiegħda f ’ħajti b’rigal mingħandu, inħobbok u nirrispettak qabel il-flus li għandi. Almenu, hekk suppost! Għax il-flus, il-proprjetà u l-ġid ta’ din l-art huma għas-servizz tal-imħabba tagħna għal xulxin! U mhux bil-kontra! Xi ġmiel hux meta tara persuni tal-flus jgħinu lil min hu fil-bżonn! U minn dawn, għall-grazzja ta’ Alla, għad fadal bil-bosta! U mhux għalhekk li l-Mulej ipprovdielek? Biex tgawdi int u biex miegħek igawdi l-fqir ukoll! U b’hekk ir-rota ddur għal kulħadd! Ma naħsibx li pprovdielek biex taħli flusek f ’affarijiet bla fejda u li jgħaddu bħalma jgħaddi d-duħħan! Ilflus mhux tħaddimhom trid? Grazzi għani li taf taqsam ħobżok ma’ min hu anqas ixxurtjat minnek! Ibqa’ hekk! Jalla int u taqra dan il-kliem flusek jitkattru aktar mir-ramel! Int rappreżentant onest tal-Providenza ta’ Alla! Sewwa qal Ġesù: Għax fejn hemm it-teżor tiegħek, hemm tinsab qalbek ukoll! (Mt 6 :21).

MARVIN SCIBERRAS, UFFIĊJAL RELAZZJONIJIET PUBBLIĊI, SOĊ. MUŻ. MADONNA TAL-ĠILJU, L-IMQABBA, A.D. 1911


PERSONALITÀ

kullħadd.com

27|12|2015 15

DISINJATUR TAL-ĦWEJJEĠ TAL-OKKAŻJONI LI JAGĦMEL XOGĦLU B’PASSJONI RAMONA

PORTELLI TINTERVISTA LIL GAETANO BUSUTTIL Sit elettroniku: www.ramonaportelli.com

Email: ramonaportelli@hotmail.com

Għandu sitta u għoxrin sena u joqgħod il-Ħamrun. Apparti l-ħjata u d-disinn, fil-ħin liberu tiegħu jħobb jara xi film minn dawk talbiża’, inkella wieħed antik. Iħobb ukoll jikteb u jaqra l-kotba. Għalih il-mużika hija xi ħaġa li mingħajrha ma jgħixx u jħobb ukoll joħroġ jiddeverti ma’ sħabu. Jiddeskrivi lilu nnifsu bħala persuna umli, u jipprova jgħin lil kulħadd. Ftit storbjuż u ċajtier, għalkemm jammetti li sakemm jidra lill-persuna jkun ftit mistħi. Il-familja u l-ħbieb huma importanti ħafna f ’ħajtu. Gaetano ilu jpinġi l-ħwejjeġ mindu kien żgħir, u bilmod il-mod sar disinjatur tagħhom. Fil-fatt, sostna li minn età żgħira jiftakar lilu nnifsu jpinġi l-ħwejjeġ. Meta kellu 18-il sena bagħat CV lil ħanut taddrappijiet u inkluda wkoll xi disinji li għamel hu stess. “Onestament din is-CV bgħattha bħala ċajta. Ma bsartx li kienu se jibagħtu għalija għax esperjenza f ’dan il-qasam ma kellix. Eventwalment bdejt naħdem magħhom u hemm għamilt sentejn sakemm iddeċidejt li mmur ma’ ħanut ieħor taddrappijiet. Hemmhekk sibt min għeni. Kont inqabbad il-biċċiet tad-drapp bil-labar fuq il-pupi u niddisinja l-ħwejjeġ għan-nies. Wara l-pupi kellna photoshoot u għamilt l-istess ħaġa, imma din id-darba qabbadt ilbiċċiet tad-drapp bil-labar fuq il-mudelli. Minn hemm offrewli biex inħitilhom, u jien ma rrifjutajtx u bdejt niddisinja u nħiet. Kont għamilt erba’ snin malistess kumpanija, imbagħad kelli nitlaq biex inlaħħaq mal-klijenti personali, għalkemm għadni mmur inżurhom xorta waħda għax għadhom jistmawni bħala wieħed minn tal-familja,” beda jgħidli dwar il-bidu talkarriera tiegħu fil-moda u l-ħwejjeġ. Ta’ min jgħid li Gaetano stqarr li korsijiet tad-disinn tal-ħwejjeġ qatt ma ħa,

L-intervista tal-lum hija ma’ disinjatur fil-qasam tal-moda li, nistgħu ngħidu, għallem lilu n-niffsu l-mestier. Gaetano Busuttil beda jpinġi u jiddisinja l-ħwejjeġ minn età żgħira u llum huwa wieħed mit-talenti lokali promettenti fil-qasam tal-moda bħala disinjatur tal-ħwejjeġ. iżda beda biss kors talħjata li baqa’ ma lestiex; b’hekk kważi jista’ jsejjaħ lilu nnifsu self-taught designer. Ħallejt f ’idejh biex jitkellem

fija u għadha tissapportjani sal-lum il-gurnata,” kompla Gaetano. Interessanti l-fatt li, meta tkellimt ma’ Gaetano dwar

aktar fil-fond dwar dan il-fatt. “Eżatt, fid-disinn tal-ħwejjeġ qatt ma ħadt korsijiet. Nemmen li l-kors jgħin ħafna imma, flaħħar mill-aħħar, trid tkun fik li tkun immaġinattiv. Il-kors tal-ħjata bdejtu u, sfortunatament, kelli nieqaf minħabba raġunijiet personali, però l-għalliema li kont nitgħallem għandha għenitni u emmnet ħafna

xogħlu, spjegali li meta jkun qed jaħdem għall-klijenti jrid jaħdem b’mod li jissodisfa lill-klijentela u fl-istess ħin iżomm l-identità tal-istil tiegħu stess. “Imbagħad, meta tkun qed taħdem fuq kollezzjoni personali, trid tagħmel xi ħaġa differenti mill-aħħar kollezzjoni li tkun ħrigt imma fl-istess ħin iżżomm l-istil tiegħek. L-istil ta’ disinjatur huwa

importanti. Ritratt: Naħseb SNAPART FOTO Awards li huwa – bħasodisfazzjon kbir la wieħed għal kull disinjatur mid-disinjaturi ġodli n-nies jagħrfu l-ħwejjeg da. Kienu 13-il disinjatiegħek.” tur jikkompetu għal titlu u Għalih mara hija ikona Gaetano rnexxielu jirbħu. “Għalija, il-premju li rbaħt tal-moda bħala Best New DesignDomanda spontanja waqt er huwa xi ħaġa li nibqa’ din l-intervista kienet kif ngħożż tul ħajti kollha. Qatt irnexxielu jasal s’hawn u ma ninsa dak il-mument jagħmel isem tajjeb għalih li smajt ismi meta ħabbru inniffsu. “Jekk taħdem bil- l-premju. Naħseb li l-Malta qalb u xogħlok ma tqisux Fashion Week huwa l-aktar bħala xogħol, imma tqisu pjattaforma importanti li bħala passjoni, nemmen jista’ jilħaq disinjatur Malti li xorta tasal fejn tixtieq,” f ’pajjiżu stess,” stqarr Gaetano. stqarr Gaetano. Barra minn hekk, xi Tkellimna wkoll dwar l-andament proprja tax- ġimgħat ilu, Gaetano ħa xogħol tiegħu. Spjegali li sehem f ’Moda Malta 2015. bħala klijenti jkollu ħafna L-involviment tiegħu beda mudelli u ommijiet tal- meta beda jaħdem fuq għarajjes u bridesmaids. l-aħħar kollezzjoni ġdida Ġeneralment, l-ewwel tiegħu #FREE u kellmuh jiltaqa’ mal-klijenta, jitkellmu Sue Rossi u Claudia Calleja u jara x’għandha f ’moħħha u minn Moda Malta. “Ħtaft mal-ewwel. x’jaħseb hu. Wara li joħorġu l-opportunità d-disinn jibdew il-ħjata u Moda Malta kienet pass kbir ieħor bħalma kienet ilt-tiġrib. Waqt din l-intervista Fashion Week.” Dwar il-futur tiegħu skoprejt li Gaetano normalment iħares lejn hawn Malta, jew forsi anke mara bħala ikona tal-moda. dwar jekk hux biħsiebu Staqsejtu għaliex ma jħarisx jifrex it-talenti tiegħu barra l-istess lejn raġel bl-istess minn xtutna, Gaetano qal: mod. “Għalkemm raġel jista’ “Għalissa kuntent, u Malta jkun differenti u avventuruż hawn opportunitajiet ukoll. fil-moda, mara hija Bħalissa m’għandix ħsieb li kompletament differenti. Fi mmur barra minn xtutna; kliem ieħor, għandek aktar għalkemm qatt ma tista’ x’tista tagħmlilha. Meta tgħid x’jigri!” Fl-aħħar staqsejtu jekk issemmi ikoni tal-moda bħal Marylin Monroe, Audrey in-nies għadhomx ifittxu Hepburn u Cher, għalija ħwejjeg magħmula middawn huma ikoni li, jgħaddi disinjaturi, jew jekk jaħsibx kemm jgħaddi żmien, li jippreferu jmorru f ’ħanut dejjem jibqgħu jissemmew u jixtru libsa lesta. “Jekk fejn tidħol moda,” spjegali qed nitkellmu fuq ħwejjeġ każwali, in-nies iħobbu Gaetano. jixtru l-lest; imma fejn jidħlu Diġà kiseb xi unuri fil- avvenimenti u okkażjonijiet, kategorija tal-moda lokali il-Maltin iħobbu dik ix-xi ħaġa oriġinali.” Fl-aħħar nett Gaetano Gaetano jista’ jgħid b’sodisfazzjon li kellu ħafna mudelli għadda messaġġ lill-qarrejja KullĦadd: li ħadu premjijiet f ’ismu bħa- tal-gazzetta żomm saqajk la best dressed, imma f ’Mejju “Dejjem li għadda daħal għall-akbar mal-art u qatt tinsa lil min avveniment tal-moda li jsir għenek. Qatt togħla żżejjed, f ’pajjiżna – il-Malta Fashion għax tieħu tisbita kbira.”


16 27|12|2015

kullħadd.com

TA’ BARRA

RIŻULTAT INĊERT

L-elezzjoni parlamentari Spanjola kellha dak li kien deskritt minn diversi osservaturi politiċi bħala l-agħar riżultat possibbli għall-pajjiż. Dan għax l-elezzjoni ħalliet lill-Parlament maqsum bejn erba’ partiti kbar li la għandhom biżżejjed siġġijiet biex jiggvernaw weħidhom u lanqas alleati ċari li magħhom jistgħu joħolqu koalizzjoni maġġoritarja. LIAM GAUCI liam@kullhadd.com Riżultat ta’ din ix-xorta ma wasalx bħala sorpriża għax irriċessjoni ekonomika u diversi skandli politiċi kissru l-fiduċja tal-poplu Spanjol fil-partiti li tradizzjonalment iddominaw ix-xena politika ta’ dan il-pajjiż u wittew it-triq għal oħrajn b’ideat aktar radikali. B’hekk insibu li l-Partit Popolari, illi mexxa lill-pajjiż matul dawn l-aħħar erba’ snin, ra s-siġġijiet parlamentari tiegħu jinżlu minn 187 għal 123, filwaqt li s-Soċjalisti tilfu 20 siġġu biex issa għandhom 90 biss. Min-naħa l-oħra, Podemos u Ciudadanos, żewġ partiti li kkontestaw l-elezzjoni ġenerali għallewwel darba, kisbu 69 u 40 siġġu rispettivament, filwaqt illi 28 oħra nkisbu minn partit żgħar oħrajn. Ostakli Minkejja li ma kisibx maġġoranza parlamentari, Mariano Rajoy, il-kap tal-Partit Popolari, huwa mistenni li jingħata mandat mir-Re ta’ Spanja Felipe VI biex jifforma gvern. Din l-opportunità se tingħata meta l-Parlament ilġdid jiltaqa’ għall-ewwel darba fit-13 ta’ Jannar. Imbagħad, Rajoy se jkollu ftit jiem biex jipprova jgħaqqad koalizzjoni li tagħtih il-maġġoranza assoluta li għandu bżonn biex ikollu gvern stabbli. Madankollu, s’issa qiegħed jiġi spekulat li l-mexxej tal-Partit Popolari mhuwiex se jasal

għal ftehim ta’ din ix-xorta għax it-tieni u t-tielet l-akbar partit, jiġifieri s-Soċjalisti u Podemos, diġà għamluha ċara li mhumiex interessati f ’koalizzjoni magħhom. Mingħajr l-appoġġ tagħhom huwa kważi impossibbli li Rajoy jirnexxilu jifforma gvern maġġoritarju hekk kif Ciudadanos għandhom biss 40 siġġu x’joffru, tlieta inqas minnumru li l-Popolari għandhom bżonn biex imexxu. Sabiex jikkumpensa, Rajoy jista’ jipprova jikseb ftit siġġijiet minn fost it-28 li qegħdin f ’idejn il-partiti ż-żgħar. Però, bosta minnhom huma partiti tax-xellug jew indipendisti reġjonali li huma ostili lejn il-politika awstera u ċentralizzata tal-Popolari. Alleanza alternattiva taxxellug u ċ-ċentru magħmulha mis-Soċjalisti, Podemos u Ciudadanos ukoll hija possibbiltà remota għal diversi raġunijiet. Ewlieni fosthom huwa l-fatt li Podemos ikkampanjaw bħala partit illi se jiġġieled kontra d-dominanza tal-partiti tradizzjoni. Għaldaqstant, iċ-ċans illi jaħdmu id f ’id mas-Soċjalisti huwa baxx ferm. Barra minn hekk, Podemos u Ciudadinos għandhom opinjoni differenti ħafna dwar il-Katalonja fejn dawn talewwel huma favur li l-Katalani jkollhom referendum dwar l-indipendenza, filwaqt li l-oħrajn eskludew li jsir vot ta’ din ix-xorta. Barra minn hekk, anke jekk din l-alleanza sseħħ, kull tama li jagħmlu riformi fuq livell kostituzzjonali jista’ faċilment jiġi nnewtralizzat

mis-Senat, illi għadu mmexxi minn maġġoranza Popolari. Alternattivi Nieqes ftehim, Rajoy jista’ jipprova jmexxi b’minorità parlamentari. Madankollu, biex jagħmel dan huwa jrid jirbaħ vot b’maġġoranza sempliċi, jiġifieri billi jikseb aktar voti favurih milli kontrih. Dan jista’ jsir biss jekk jirnexxilu jikkonvinċi lill-partiti l-oħra biex jastienu f ’dan il-vot. S’issa s-Soċjalisti u Podemos diġà qalu b’mod ċar illi se jivvutaw kontrih, anke f ’din l-eventwalità. Għaldaqstant, anke l-Popolari jidhru li huma kkundannati li jqattgħu ż-żmien li ġej flOppożizzjoni. Id-disfatta ta’ Rajoy imbagħad twitti t-triq għal Pedro Sanchez, il-mexxej tas-Soċjalisti, biex jipprova jgħaqqad maġġoranza parlamentari hu stess. Minkejja li huwa għandu ċans akbar li jikseb l-appoġġ li għandu bżonn mill-partiti l-oħra, huwa wkoll għandu diversi ostakli kif semmejna aktar ’il fuq. Minn meta jsir l-ewwel vot għall-Prim Ministru ġdid, ilParlament se jkollu massimu ta’ xahrejn ċans biex jagħti l-appoġġ tiegħu lil gvern ġdid. Jekk dan ma jseħħx, il-pajjiż ikollu jmur għal elezzjoni ġenerali oħra sa Mejju li ġej bittama li min jirbaħ is-siġġijiet neċessarji biex jgħaqqad maġġoranza stabbli. Il-Katalonja Sadanittant, fl-isfond ta’ din l-inċertezza hemm ukoll

il-kwistjoni tal-Katalonja. Nhar it-Tlieta li għadda rappreżentanti tal-partiti reġjonali li huma favur l-indipendenza tal-Katalonja waslu għal ftehim biex Artur Mas ikun il-mexxej ta’ dan irreġjun għal leġiżlatura oħra. Sa dakinhar in-nominazzjoni tiegħu kienet sabet reżistenza kbira mis-CUP, partit taxxellug radikali. Madankollu, is-CUP għażlu li jrattbu xi ftit il-pożizzjoni tagħhom hekk kif kien hemm il-biża’ li din irreżistenza setgħet tipperikola l-proċess politiku li jressaq lillKatalonja lejn l-indipendenza. Minflok, is-CUP appellaw lil Mas biex jaqsam il-poter tiegħu ma’ kumitat presidenzjali li jkollu rappreżentanti tal-forzi politiċi indipendentisti kollha. Dan il-kompromess witta t-triq għal qbil dwar dokument li għandu jkun il-bażi għallindipendenza tal-Katalonja li mistennija tinkiseb f ’temp ta’ 18-il xahar. Il-ftehim huwa biss teoretiku għalissa però, hekk kif il-membri tas-CUP iridu jirratifikawh f ’assemblea li se ssir illum stess. Barra minn hekk, il-partiti indipendentisti jridu jħabbtu wiċċhom mal-partiti Spanjoli li, però, jafu jtaffu l-pożizzjoni tagħhom kontra referendum biex jevitaw aktar instabbiltà interna. Impatt fuq livell Ewropew Din l-inċertezza politika mistennija li tagħmel il-ħsara lill-ekonomija Spanjola li fl-aħħar xhur bdiet tagħti l-ewwel sinjali b’saħħithom li ħierġa mir-riċessjoni. Pass lura ta’ din ix-xorta jista’ mhux biss jaffettwa b’mod negattiv lil Spanja, imma anke lillEwropa b’mod ġenerali hekk kif l-ekonomija Spanjola hija l-ħames l-akbar taż-Żona Ewro. Forsi aktar serju minn hekk

huwa l-fatt li s-suċċess ta’ Podemos kompla kkonferma kemm numru ta’ ċittadini tan-Nofsinhar tal-Ewropa huma rrabbjati għall-miżuri ta’ awsterità li ġew imposti millUnjoni Ewropea fl-aħħar snin. Fil-fatt, dan kien biss l-aħħar minn serje ta’ disfatti elettorali għal partiti proawsterità bħal dak Popolari hekk kif filPortugall u l-Greċja ssaħħet il-pożizzjoni ta’ gruppi politiċi li jridu jġibu fi tmiemu dan it-tip ta’ ppjanar ekonomiku restrittiv. Dan l-effett qiegħed jinħass ukoll fi Franza u l-Italja fejn partiti populisti tal-lemin u x-xellug qegħdin jiksbu diversi suċċessi fl-elezzjonijiet lokali u reġjonali; sitwazzjoni li qiegħda titfa’ pressjoni kbira fuq mexxejja bħall-President Franċiż Francois Hollande u Matteo Renzi biex jinsistu għal politika ta’ investiment minflok waħda ta’ awsterità. L-appelli tagħhom wasslu għal suċċess limitat fl-aħħar xhur fejn l-Kummissjoni Ewropea tat bidu għal pjan ta’ investiment pubbliku minkejja l-fatt li l-Ġermanja għadha qiegħda żżomm iebes fil-konfront ta’ miżuri ta’ flessibbiltà fiskali fuq skala kbira. F’dan l-istadju huma bosta li qegħdin iħossu li r-reżistenza kontinwa tal-Ġermaniżi għal pjanijiet ta’ investiment ta’ ċertu ambizzjoni qed iżżomm lill-Ewropa milli toħroġ mirriċessjoni b’ritmu simili għal dak li esperjenzaw ekonomiji bħal dik Amerikana. Wieħed jistaqsi, però, kemm il-Ġermanja tista’ ddum taħsibha b’dan il-mod hekk kif l-alleati politiċi tagħha qegħdin jonqsu b’rata mgħaġġla u bosta ċittadini Ewropej qegħdin jippretendu li jibdew igawdu ftit mill-frott tas-sagrifiċċji li għamlu mill-bidu tar-riċessjoni ’l hawn.


TA’ BARRA

kullħadd.com

27|12|2015 17

MINN MADWAR ID-DINJA ALLEANZA TEKNIKA

REKORD FIL-QRIB?

Skont għajdut fid-dinja tat-teknoloġija, Google qegħdin qrib li jaslu għal ftehim ma’ Ford biex jibnu karozzi li jsuqu lilhom infushom. Google ilhom għal diversi snin jaħdmu fuq dan il-proġett li f ’Ġunju li għadda wassal għall-ewwel esperimenti fit-toroq permezz ta’ prototipa. Madankollu, jidher li l-amministraturi ta’ din il-kumpanija ma kinux sodisfatti bir-ritmu ta’ żvilupp ta’ dan il-proġett u għaldaqstant riedu alleat tekniku illu diġà għandu esperjenza fl-awtomobiliżmu. Il-ftehim ta’ bejniethom huwa mistenni li jkun imħabbar fl-International Consumer Electronics Show ta’ Las Vegas f ’Jannar li ġej.

Il-film Star Wars: The Force Awakens kiser rekord wara ieħor mid-debutt tiegħu ftit tal-jiem ilu. Fil-fatt, l-interess tal-pubbliku f ’dan il-film huwa tant kbir li hemm saħansitra l-possibbiltà li jkun l-iktar film fl-istorja li għamel flus fiċ-ċinema. S’issa dan ir-rekord qiegħed f ’idejn Avatar li, bejn l-aħħar tal-2009 u l-bidu tal-2010, daħħal $2.78 biljun. Min-naħa l-oħra, f ’temp ta’ ftit aktar minn ġimgħa, il-film ġdid tas-sensiela Star Wars mistenni li jaqbeż il-biljun u għadu jrid jiddebutta f ’diversi pajjiżi.

MISSJONI STORIKA

RISKJU SERJU

Il-kumpanija SpaceX irnexxielha tniżżel il-main-stage booster tal-missjoni spazjali tagħha qawwi u sħiħ biex dan jerġa’ jiġi użat. Dan il-fatt seħħ nhar it-Tnejn li għadda meta l-booster niżel lura fuq l-art wara li nqata’ minn mar-rocket SpaceX Falcon 9 li kienet fi triqitha lejn l-International Space Station b’tagħbija ta’ satelliti għall-komunikazzjoni. Din il-missjoni kienet parti minn tranżizzjoni ta’ ċertu aspetti tal-proġetti spazjali minn idejn is-settur pubbliku għal dak privat fejn dan tal-aħħar qiegħed ifittex soluzzjonijiet biex iwassal lin-nies u t-tagħmir fl-ispazju b’baġit aktar raġjonevoli.

F’opinjoni li kiteb fid-Daily Telegraph, William Hague, eks-Ministru għall-Affarijiet Barranin tar-Renju Unit u membru attwali tal-House of Lords, sostna li l-ħruġ ta’ pajjiżu mill-Unjoni Ewropea jista’ jwassal għal referendum ġdid għall-indipendenza min-naħa tal-Iskozja. Minkejja li din il-possibbiltà ilha tissemma minn figuri politiċi li huma kontra l-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni, din hija l-ewwel darba li ewroxettiku kien daqshekk dirett dwar ir-riskju li terġa’ tqum il-kwistjoni tal-indipendenza Skoċċiża. Ir-referendum dwar il-futur tas-sħubija tar-Renju Unit mal-Unjoni huwa mistenni li jsir sal-2017.

STAT TA’ EMERĠENZA

KRIMINI TAL-GWERRA?

Il-Gvern tal-Mali ddikkjara stat ta’ emerġenza hekk kif il-forzi tas-sigurtà Malajani rċevew diversi theddidiet minn gruppi militanti li joperaw fil-pajjiż. Il-Mali ilu fuq ix-xwiek għal dawn l-aħħar sentejn hekk kif fl-2013 kien hemm bżonn intervent tal-armata Franċiża biex iżżomm lil grupp armat tal-minorità etnika Tuareg u gruppi militanti Iżlamiċi oħra milli jagħmlu kolp ta’ stat. Sadanittant, din il-ġimgħa stess, forzi Franċiżi nnewtralizzaw 10 militanti talgrupp militanti al Mourabitoun li kien ħa responsabbiltà tal-attakk li sar fuq lukanda f ’Novembru.

Skont rapport maħruġ mill-Amnesty International, l-attakki mill-ajru mwettqin fis-Sirja mir-Russja bejn it-30 ta’ Settembru u d-29 ta’ Novembru li għadda qatlu mill-inqas 200 persuna innoċenti. Minkejja li r-Russja dejjem sostniet li l-attakki tagħha qegħdin isiru b’armamenti preċiżi li jillimitaw l-imwiet ta’ nies ċivili, Amnesty International sostniet li ntużaw cluster bombs li jolqtu żoni sħaħ b’mod indiskriminat. Il-grupp ta’ monitoraġġ internazzjonali sostna li atti ta’ din ix-xorta jistgħu jikkostitwixxu krimini tal-gwerra. Rapport simili dwar il-kampanja militari Sirjana tal-Istati Uniti huwa mistenni li joħroġ dalwaqt.


KALEJDOSKOPJU

18 27|12|2015

kullħadd.com

Fatti miġbura minn

KURŻITAJIET

L-AQWA ĠENJU HI ŻINGARA TA’ 13-IL SENA

CHARLES B.

SPITERI

ĠRAW BĦAL-LUM

1871: 1918: 1923: 1939: 1943: 1945: 1945: 1949: 1968: 1978: 1978: 1979: 1983: 1985: 2001: 2002: 2004: 2007: 2012:

Issir l-ewwel wirja tal-qtates fi Crystal Palace, Londra. Ifaqqa’ l-Irvell il-Kbir tal-Polonja kontra l-Ġermaniżi. Ifalli l-attentat fuq Hirohito, il-Prinċep Reġġent tal-Ġappun. Bejn 20,000 u 40,000 persuna jmutu f ’terremot qawwi f ’Erzincam, it-Turkija. Il-bastiment tal-gwerra Ġermaniż Schamhorst jegħreq fil-Baħar Barents. Jiġi stabbilit il-Fond Monetarju Internazzjonali minn 29 pajjiż membru. Jitwaqqaf il-Bank Dinji bil-ftehim iffirmat minn 28 pajjiż. Ir-Reġina Juliana tal-Olanda tagħti l-indipendenza lill-Indoneżja. Apollo 8 jiġi lura fid-dinja. Ir-Re Juan Carlos jirratifika l-ewwel kostituzzjoni demokratika ta’ Spanja. Fi Spanja tibda titħaddem id-demokrazija wara 40 sena ta’ dittatorjat. Truppi Sovjetiċi jinvadu lill-Afganistan. Jitwarrab il-President Hafizullah Amin. Il-Papa Ġwanni Pawlu II jaħfer lil Mehmet Ali Agca, li sparalu. Terroristi joqtlu 20 persuna u jweġġgħu 110 oħra wara li jattakkaw lil El Al fl-ajruporti ta’ Ruma u ta’ Vjenna. Il-President Amerikan Ronald Reagan jitfa’ t-tort fuq il-mexxej Libjan Muammar Gaddafi. Ir-Repubblika tal-Poplu Ċiniż tingħata permess permanenti għal relazzjonijiet normali tal-kummerċ mal-Istati Uniti. Żewġ trakkijiet bombi joqtlu 72 persuna u jweġġgħu lil 200 oħra barra l-kwartieri tal-Gvern Ċeċen fi Grozny, iċ-Ċeċnija. Radjazzjoni minn splużjoni fuq il-magnetar SGR 1806- 20 tasal fid-dinja. Hi l-aktar ġrajja ta’ dawl ekstrasolari li qatt dehret fuq il-pjaneta. Benazir Bhutto, il-President Pakistani ta’ qabel, jinqatel minn suicide bomber. In-NASA tiżvela pjani li fl-2025 lesta tieħu taħt il- kontroll tagħha asterojda ta’ 500 tunnellata.

Vjaġġatriċi żingara ċkejkna, li qajla attendiet skola, xeħtet għajnejha fuq l-Università ta’ Oxford, wara li eżami tal-IQ wera li hi aktar għarfa minn Albert Einstein u l-Professur Stephen Hawking. Nicole Barr, ta’ 13-il sena, kienet mistiedna tiltaqa’ mal-għalliema wara li sabu li fid-dinja kollha tinsab fl-ewwel post għall-intelliġenza. L-attendenza taċ-ċkejkna fl-iskola primarja kienet waħda ordinarja u ħadd ma ta wisq kas tagħha, iżda meta ngħaqdet fil-Burnt Mill Academy f ’Essex, l-għalliema għarfu t-talent tagħha u żviluppawlha ħajjitha. Issa tinsab f ’kors għall-eżamijiet tal-aqwa gradi wara li għaddiet minn eżami mfassal mis-soċjetà Mensa għal IQ għoli, fejn ġabet 162 punt –

żewġ punti ogħla minn dak miksub mill-ġenji. Nicole kienet tgħix f ’karovana flimkien mal-familja tagħha, li kienet ilha bażata fil-Gran Brittanja għal ġenerazzjonijiet sħaħ, iżda kienu jmorru minn post għall-ieħor reġolarment. Aktar kmieni din is-sena, hi tat taħdita lil żingari oħra waqt li kienet fi vjaġġ imħallas mill-Parlament Ewropew fi Brussell. Hija ammettiet li fl-iskola primarja qajla attendiet u ommha ssieltet biex daħħlitha fil-Burnt Mill. U hemmhekk, din l-iskola dawritilha ħajjitha tidwira sħiħa. Omm Nicole qalet li t-tifla minn dejjem uriet l-intelliġenza tagħha u, qabel ma kellha sentejn, kienet kapaċi tagħmel kalkoli sempliċi. Imbagħad, qabel ma għalqet għaxar snin,

setgħet taħdem alġebra kumplessa. Missier Nicole, James, ta’ 36 sena, ħaddiem tad-drenaġġ u tiswija ġenerali, li hu separat minn martu u li għadu jgħix fil-karovana, jgħid li l-ħila ta’ bintu hi s-suġġett tat-taħdit fost il-komunità taż-żingari. Qal li hi għamlet l-eżami tal-Mensa wara li hu introduċieha għal xi kwiżżijiet talIQ mill-internet u mbagħad saqha lejn Stevenage biex tagħmel l-eżami uffiċjali. L-adult medju għandu IQ ta’ 100, waqt li skor ta’ aktar minn 140 hu meqjus li jagħmel lil dak li jkun ġenju. Il-Mensa għandha 110,000 membru mad-dinja kollha, inkluż 20,000 fil-Gżejjer Britanniċi. Huma biss 8% l-membri taħt is-16-il sena u 35% li huma nisa.

JINSTAB BASTIMENT TA’ 600 SENA ILU

IT-TAJ MAHAL GĦALL-BEJGĦ Id-djamant Taj Mahal li kienet tilbes Elizabeth Taylor, lest li jkun ta’ min jixtiequ…basta jħallas il-prezz ġust għalih. Dan id-djamant estravaganti, li kien ingħata lill-attriċi bħala rigal f ’għeluq l-40 sena tagħha minn Richard Burton, li dak iż-żmien kien żewġha, se jerġa’ jkun irkantat wara qbil legali bejn min qed jieħu ħsieb il-beni ta’ Liz u d-dar tal-irkant Christie. Skont dak li jirriżulta, hu maħsub li d-djamant Taj Mahal jinbiegħ għal mill-inqas $8.8 miljun, l-istess prezz li ġab id-darba l-oħra. Id-djamant ħa l-isem li għandu minħabba li hu maħsub li kien tax-Xa Jahan, li kkummissjona l-monument tat-Taj Mahal, f ’Agra, l-Indja. Meta fl-1972 Burton ippreżenta d-djamant lil Taylor, kien qal: “Xtaqt nixtrilha t-Taj Mahal iżda, biex nittrasportah, kien jiswa bosta u bosta flus. Il-pendent, bi djamant forma ta’ qalb fuq katina tad-deheb Cartier tas-seklu għoxrin, li hu mdawwar bir-rubini u d-djamanti, kien mistenni li jdaħħal bejn $300,000 u $500,000 fl-ewwel irkant, iżda xerrej anonimu spiċċa joffri 20 darba aktar mill-valur stmat. Madankollu, minn xtrah, baqa’ ma ħadux għax sostna li ma kienx minnu li l-ġojjell kien ta’ Imperatur Mughal.

Wieħed mill-aqwa bastimenti tal-gwerra tal-Medjuevu għadu kemm instab fi xmara, wara li ntlemaħ minn ritratt mill-ajru. Il-Holigost – jew Spirtu s-Santu – kien it-tieni minn erba’ bastimenti qawwija mibnija għar-Re Enriku V. Il-bastiment, li għandu 600 sena, deher midfun fil-ħama f ’Hampshire, mill-istoriku Dr Ian Friel. Issa, l-Ingilterra Storika qed tieħu l-passi biex

tipproteġi u tinvestiga n-nawfraġju. It-tiftix xjentifiku futur se jinkludi l-użu ta’ drones biex jinġibdu ritratti mill-ajru, li jiżvelaw ħafna aktar xorti fuq il-binja tal-bastimenti tas-seklu ħmistax u jgħinu fl-għarfien aħjar tal-qawwa navali tal-gwerra f ’dak iż-żmien. Il-Holigost kien jifforma parti ewlenija mill-qawwa tal-gwerra li kellu r-Re Enriku V meta fittex li jirbaħ lil

Franza fil-kunflitt magħruf tal-Battalja ta’ Agincourt fl1415. Il-bastiment kellu ekwipaġġ ta’ 200 persuna u ntuża għallġlied bejn l-1416 u l-1420 fl-aktar żewġ battalji navali sinifikanti tal-Gwerra tal-Mitt Sena. Serva bħala l-flagship tad-Duka ta’ Bedford fil-battalja ta’ Harfleur fl-1416, u wkoll flaqwa tal-ġlied ’il barra minn Chef de Caux fl-1417.


KUN AF

kullħadd.com

27|12|2015 19

KUN AF

ŻMIEN IL-MILIED U JITFAĊĊA SAN NIKLAW Kurżitajiet minn hawn u minn hemm Kitba ta’

SAVIOUR

MAMO

Fl-opinjoni tiegħi, Malta, bħala paraġun, hija l-iktar pajjiż fid-dinja li l-poplu jiċċelebra bil-kbir il-festa tal-Milied. Minn aspett reliġjuż, il-maxtura bil-Bambin insibuha f ’kull dar u ftit nagħtu importanża lil Father Christmas. Din il-persuna għandha rabta sabiħa ma’ dawn iż-żminijiet u tajjeb wieħed isir jaf iktar dwarha. Għall-Kristjani, Father Christmas insibuh bħala San Niklaw. Għalkemm hemm ħafna leġġendi fuq dan il-qaddis, bażikament huma l-istess. Il-qofol tal-istorja tgħidilna li xwejjaħ imbaċċan sew u mgeddes fi lbies ħamrani, u b’daqqna bajdanija li tgħattilu wiċċu, fi żmien il-Milied kien iżur iddjar ta’ familji foqra, u jimla l-kalzetti bil-ħelu u rigali. San Niklaw San Nikola ta’ Myra f ’Lycia (illum it-Turkija) għex fis-sena 345 jew 352 Wara Kristu. Kien bniedem għani u ġeneruż, speċjalment mal-familji li kellhom ħafna tfal. Kien spiss jgħaddi mit-toroq tar-raħal u, fejn kien jara xi familja fil-bżonn, kien jieqaf u jitfa’ l-flus minn xi tieqa li tinzerta miftuħa. Fl-istorja nsibu tliet tfajliet Taljani li kienu fil-bżonn ħafna. Minħabba l-faqar kbir li kellhom, missierhom ma setax iżewwiġhom minħabba li ma kellux biex jagħmlilhom id-dota. Għalhekk iddeċieda li jbigħ waħda minnhom bħala skjava biex il-flus li jaqla’ jużahom

għat-tnejn l-oħra. Meta sema’ bl-aħbar, San Nikola mar id-dar tagħhom bil-lejl u, miċ-ċumnija, tefa’ tliet boroż mimlijin bil-muniti tad-deheb. B’kumbinazzjoni, il-muniti waqgħu fittliet pari kalzetti tat-tfajliet li kienu qed jinxfu mal-fuklar. L-ammont kien biżżejjed biex setgħu jiżżewwġu. Il-Knisja Ortodossa għandha rispett kbir lejn San Nikola. L-akbar u l-eqdem knisja fir-Russja hija ddedikata għal dan il-qaddis. Il-Knisja Kattolika Rumana wkoll tagħraf lil dan il-qaddis li jħobb il-foqra u jgħin lit-tfal, tant li għamlitu patrun tat-tfal u tal-baħħara. Il-ġurnata tiegħu hija s-6 ta’ Diċembru. Żmien ieħor Għalkemm ħafna mill-istejjer li nkitbu fuq San Nikola huma dubjużi, jibqa’ l-fatt li kollha għandhom l-istess tifsira: dik li jgħin lill-batut. Maż-żmien il-figura ta’ San Nikola saret marbuta anke ma’ leġġendi pagani bħall- Befana, Berchta u Knecht Ruprecht. Bil-Ġermaniż, San Nikola huwa magħruf bħala Sankt Nikolaus u Sanct Herr Nicholaas, jew Sinter Klaas bil-lingwa Olandiża. Meta l-Protestanti għamlu riforma fis-seklu sittax, il-venerazzjoni tal-qaddisin Kattoliċi ġiet imneħħija. X’ġara? Il-Protestanti xorta riedu jiċċelebraw ġurnata festa fejn it-tfal jingħataw ir-rigali, għalhekk dawru lil St Nicholas Day fi Christ-

mas Day. Il-Ġermaniżi jsejħulu Weihnachtsmann, l-Ingliżi Father Christmas u l-Franċiżi Pere Noel. Tradizzjonijiet differenti Meta l-emigranti Olandiżi marru l-Amerika u bnew

New Amsterdam, (illum il-belt ta’ New York) ħadu magħhom ħafna mit-tradizzjoniet li kellhom f ’pajjiżhom, fosthom il-festa ta’ San Niklaw. Peress li tħalltet il-kultura, fosthom żwiġijiet u twemmin, bejn l-emigranti Ingliżi u dawk

Olandiżi, l-isem San Nikola sar sinonomu ma’ Father Christmas u ċċelebrat f ’lejlet il-Milied. Ftit ftit, l-isem San Nikola ntilef u d-dinja kollha sempliċiment saret tafu u tirreferi għalih bħala Father Christmas.


20 27|12|2015

kullħadd.com

MILL-ISTORJA

L-ISTORJA TAL-ISWASTIKA kitba ta’ Alfred Consiglio Huwa faċli li taħseb li l-iswastika minn dejjem kienet simbolu ta’ mibegħda u razziżmu. Madankollu, dan hu ’l bogħod mill-verità. L-iswastika kienet fl-użu ħafna qabel ma Hitler adottaha fl-1920 bħala s-simbolu uffiċjali tal-Partit Nażista fil-Ġermanja. Fil-fatt, għal eluf ta’ snin, l-iswastika kienet fl-użu f ’partijiet oħrajn tad-dinja. Ukoll, is-simboliżmu marbut mal-iswastika f ’pajjiżi mhux Ewropej ma għandu x’jaqsam xejn ma’ razziżmu. Fdal ta’ varjazzjoni tal-iswastika nstab madwar id-dinja. Ħafna studjużi jaqblu li pajjiż wieħed u kultura waħda jistgħu jgħidu li huma l-post tal-oriġini tagħha, u dan huwa l-Indja. Il-kelma ‘swastika’ hija mnissla mis-Sanskrit, il-lingwa ewlenija ta’ testi Buddisti u Hindu. Swastika tfisser ‘tkun tajjeb’, ‘kuntent’ jew, kif ngħidu, ‘xorti tajba’. Kemm il-Buddiżmu u kemm il-Hinduwiżmu użaw xi forma tal-iswastika għal eluf ta’ snin, imma tinstab l-aktar fir-reliġjon Indjana tal-Jainiżmu. F’ħafna kotba reliġjużi Jainisti u f ’tempji, l-iswastika serviet bħala waħda mis-simboli ewlenin tar-reliġjon. Jingħad li l-erba’ friegħi tal-iswastika jirrappreżentaw l-erba’ forom jew postijiet possibbli tat-twelid mill-ġdid wara l-mewt, li huma l-ġenna, l-infern, id-dinja u s-saltna tal-annimali jew pjanti. Ħafna jaqblu li l-iswastika għandha oriġini antika. Iċ-Ċina adottat xi varjanti tal-iswastika fil-kultura tagħha. Qabar antik misjub fl-1970 qrib ilbelt ta’ Changsha wera drapp tal-ħarir bi tpinġija ċara ta’ swastika, li hija maħsuba li rrappreżentat l-osservazzjoni ta’ kometa; kemm id-drapp u kemm it-tpinġija għandhom aktar minn elfejn sena. L-iswastika nstabet fuq artifatti Griegi u Rumani. Bħal fl-Indja, l-iswastika fil-Greċja u f ’Ruma kellha konnotazzjoni pożittiva. F’kulturi fin-naħa tat-Tramuntana tal-Ewropa nstabu varjazzjonijiet tal-iswastika b’konnessjoni ma’ mitiloġija Norveġiża u Ċeltika. Indjani Amerikani, speċjalment in-Navajo, użaw l-iswastika. Matul it-Tieni Gwerra Dinjija n-Navajo ddeċiedew li jieqfu milli jużawha minħabba n-Nażisti. B’abbundanza ta’ evidenza li turi l-iswastika bħala l-ħaġa t-tajba li tinsab kullimkien, u simbolu ta’ risq tal-istorja umana, il-mistoqsija tqum: Fejn marret ħażin? Kif xi ħaġa daqshekk pożittiva tinbidel daqshekk malajr f ’xi ħaġa tant

negattiva? Ħafna nies jidentifikaw l-iswastika ma’ Hitler. Imma kif ? U għaliex? Biex wieħed jifhem, kif l-iswastika nbidlet minn sempliċi simbolu ta’ xorti tajba f ’simbolu l-aktar mibgħud fl-istorja tal-Punent, hu neċessarju li wieħed iqalleb fl-arkeoloġija. Fis-sena 1870, meta nstabu artifatti antiki b’simboli qrib dik li kienet maħsuba li kienet il-belt antika ta’ Trojja, xorta ta’ kburija nazzjonali dehret fl-Ewropa li stabbilit ħolqa bejn l-Ewropej u l-antenati tagħhom. B’din is-sejba, l-iswastika saret assoċjata ma’ xorta ta’ kburija nazzjonali f ’identità u patrimonju komuni. Minn hemm ’il quddiem l-iswastika nfisha saret mhux biss simbolu ta’ dak il-wirt komuni, iżda tbiddlet minn soċjetà inġenerali f ’sura ta’ faxxinu ta’ fortuna. Hemm evidenza abbundanta tal-popolarità tal-iswastika fl-Ewropa u l-Amerika fissnin bikrin tas-seklu għoxrin. Ritratti, arti u arkitettura ta’ dan il-perjodu jixhdu qima mferrxa tas-simbolu. Mill-moda sa kummerċ, l-iswastiki bdew jintlibsu bħala ornamenti, bdew ikunu mnaqqxin fuq il-ħitan ta’ bini, jew miżbugħin fuq tikketti tal-ikel u xorb. Gruppi sportivi adottaw bi kburija l-iswastika bħal l-logo tagħhom, kif għamel il-kittieb Rudyard Kipling meta inkluda swastika fuq il-qoxra tal-ktieb tiegħu. L-iswastika kienet ukoll is-simbolu uffiċjali tal-Forza tal-Ajru Finlandiża matul it-Tieni Gwerra Dinjija. Però, kellha tkun il-popolarità tagħha stess li kellha tkun il-qerda tagħha. Hekk kif Hitler u l-partit Nażista bdew isiru popolari, l-iswastika saret il-ġojja tagħhom. Fl-1920 Hitler beda jfittex simbolu għall-partit tiegħu, u għażel l-iswastika. Fost gruppi żgħar ta’ Ġermaniżi, l-iswastika saret assoċjata ma’ purità razzjali. Għalihom, l-iswastika kienet ħolqa simbolika bejn il-poplu Ġermaniż u grupp ta’ popli Indo-Ewropej magħrufin bħala Arjani. Għal Hitler u sħabu, il-poplu Arjan irrappreżenta xorta ta’ razza pura li huma saħqu li l-Ġermaniżi kienu mnisslin minnha. It-taħsir tal-iswastika minn Hitler kien ifisser li, anke għexieren ta’ snin wara, id-dehra tagħha għadha tqanqal kontroversja u rabja. Fl-2005 l-Unjoni Ewropea pproponiet projbizzjoni tal-iswastika fl-istati membri, għalkemm ma rnexxilhiex. Minkejja l-assoċjazzjoni twila man-Nażisti, hemm sforzi fil-Punent biex iqajmu millġdid ir-reputazzjoni tal-iswastika bħala simbolu ta’ tjubija.

Id-dehra tal-iswastika fuq binjiet tar-reliġjon Hinduwista


KOMPETIZZJONI KTIEB

kullħadd.com

27|12|2015 21

KOMPETIZZJONI KTIEB ESPERJENZA UNIKA, LOVE

Horizons għadhom kemm ippubblikaw l-ewwel rumanz bil-Malti ta’ Jacqueline Mizzi, bl-isem Esperjenza Unika, Love, immirat l-aktar għal adoloxxenti ta’ aktar minn 14-il sena. Esperjenza Unika, Love huwa tabilħaqq rumanz li jappella għażżgħażagħ, mhux biss għall-plott u l-kontenut tiegħu, iżda wkoll għallmod frisk u modern ta’ kif inhu miktub u mqassam. Mhuwiex rumanz konvenzjonali ta’ kitba narrattiva b’paragrafi li jsegwu u ma jaqtgħu xejn. Minkejja li n-nisġa tar-rakkont ma tonqosx, fir-rumanz il-qarrejja se jiltaqgħu wkoll ma’ messaġġi bil-mowbajl li l-protagonisti jirċievu u jibagħtu lil xulxin, chats fuq Facebook u messaġġi fuq Ask.Fm. Se jkunu jistgħu wkoll jaqraw il-ħsibijiet intimi u poeżiji li Elisa, waħda mill-protagonisti, li tikteb fuq id-djarju tagħha. Iżda element interessanti li fih dan ir-rumanz hu l-fatt li l-qarrejja se jkollhom l-opportunità jaqraw xi jkun għaddej minn moħħ l-erba’ protagonisti: Elisa, Marco, Ruth u Robert, li għandhom bejn l-14 u s-16-il sena. ’Il bogħod minn dak li l-protagonisti jagħżlu li jirrakkuntaw u juru lil xulxin dwar dak li jkunu qed jaħsbu, iħossu u jerperjenzaw,

il-qarrejja se jkollhom iċ-ċans jidħlu fil-ħsibijiet u l-emozzjonijiet l-aktar profondi tal-protagonisti f ’dan ir-rumanz. B’dan il-mod, il-qarrejja se jidentifikaw ruħhom iktar, u saħansitra jkunu jistgħu jifhmu aħjar lil dawn l-erba’ żgħażagħ li, minkejja li lkoll jinsabu fl-istess kuntest – villeġġatura fis-sajf – ilkoll iġorru bagalja ta’ esperjenzi personali u emozzjonijiet kuntrastanti li xi drabi, bla ma jintebħu, ikunu wkoll simili. L-emozzjonijiet ormonali, imqanqla mill-età tal-adoloxxenza u r-relazzjonijiet soċjali huma kruċjali fil-ħajja taż-żgħażagħ, u bl-istess mod huma wkoll il-qofol f ’dan ir-rumanz. Kull sajf kien jibda dejjem bl-istess mod. Elisa tistħi minn Robert u Marco, Marco jistħi minn Elisa u Ruth. Ruth tistħi minn Marco u Robert jistħi minn Elisa. Madankollu, dan is-sajf se jikkumplika ruħu mhux biss minħabba l-ġibdiet sesswali li l-protagonisti jibdew jesperjenzaw, iżda għax f ’nofs is-sajf ilgrupp jiltaqa’ ma’ Sabrina; karattru li se jaqleb il-ħajja tal-protagonisti ta’ taħt fuq. Sabrina – tfajla li se tqanqal ħafna emozzjonijiet, mistoqsijiet, dubji u ħsibijiet mhux biss fil-protagonisti ta’ dan ir-rumanz iżda anke fil-qarrejja.

SILTA MILL-KTIEB Ruth, li kienet fuq il-bankijiet, kienet diġà lemħet il-karozzi ppakkjata tal-ġenituri ta’ Elisa wieqfa quddiem il-blokka tal-appartamenti. Kienet qed tissuspetta li kienu waslu dakinhar għax normalment dejjem jinżlu l-ewwel Tnejn wara l-eżamijiet. Kienet taf ukoll li,mill-inqas qabel sagħtejn oħra, lil Elisa ma kinux se jħalluha toħroġ. Wara kollox hi kienet diġà għaddiet minn dik il-battikata l-ġurnata ta’ qabel għax hi wkoll kellha toqgħod tniżżel u tiżbarazza l-affarijiet flimkien ma ommha, u kieku ma kinitx hi li għenet lil ommha, kien ikollha tagħmel kollox weħidha, għax missierha malajr dabbar rasu fil-ħanut tax-xorb li kien hemm ħdejn il-bajja. “Robert! Waslu Elisa!” għajtet Ruth lil kuġinuha li kien qiegħed jirranġa x-xbieki tal-ħut fuq id-dgħajsa żgħira li kellu ftit ’il bogħod minn fejn kienet Ruth.

Eh, b’daqshekk? Jien x’nista’ nagħmel? iċċajta Robert, iżda Ruth kienet pronta ħatfitu. “Imma kemm int stramb!” qaltlu. “U ajma qed niċċajta! Fejn hi qiegħda?” “Fejn tridha tkun? Mhux tgħin ’l ommha u ’l missierha jħottu l-affarijiet.” “Mela issa Marco jonqos. Taf meta ħa jinżlu?” staqsa Robert. “Ara l-ieħor, lili qed jistaqsi! Jien kif tridni nkun naf! Iktar għandek tkun taf int!” “U mela jien naf. Jien lil Marco u ’l Elisa ma nżommx kuntatt magħhom wisq fix-xitwa. Ara lilek ma tantx nista’ neħles minnek kuġina ħi,” reġa’ ċċajta Robert. Iżda Ruth donnha ma tantx kienet fil-muża taċ-ċajt dik il-għodwa. “Iss, qed tara kemm int ħelu! U jien mhux ukoll? Mhux talli narawk fix-xitwa talli nitqanna bik sajf sħiħ.

Ara ma tibdiex iddejjaqni Robert ħi għax nitfgħek minn fuq id-dgħajsa għal isfel bil-parit u dak l-imbarazz ta’ xbieki li għandek b’kollox! Imbagħad tara kemm taqbad ħut minn qiegħ il-baħar fidil!” “Isa ħej, kemm saritilna aggressiva l-kuġina kemm ilha li għalqet il-ħmistax!” reġa’ daħak Robert. Robert u Ruth kienu kuġini, iżda kienu jiġġieldu qishom kelb u qattus. Omm Ruth kienet oħt missier Robert u mhux talli kienu joqogħdu żewġ passi ’l bogħod minn xulxin, talli fis-sajf iż-żewġ familji kienu jinżlu jqattgħu il-vaganzi tagħhom f ’villeġġatura ħdejn il-baħar fl-istess blokka ta’ appartamenti. Iżda Robert u Ruth ma kinux iqattgħu il-vaganzi tas-sajf weħidhom. Magħhom kienu jingħaqdu Elisa u Marco, iżżewġt iħbieb li kienu għamlu minn meta kien għad għandhom għaxar snin.

Kull sajf kien dejjem jibda bl-istess mod. Elisa tistħi minn Robert u Marco. Marco jistħi minn Elisa u Ruth. Ruth tistħi minn Marco, u Robert jistħi minn Elisa. Fl-aħħar tas-sajf, kienu jkunu draw sew lil xulxin. Iżda aktar ma bdew jikbru, aktar bdew jirrealizzaw li, wara xitwa sħiħa ma jiltaqgħux, il-bidu ta’ sajf ieħor beda jġib iktar diffikultajiet bejniethom. U kull sena kienu jsibuha aktar bi tqila biex jibdew konverżazzjoni u jkomplu r-relazzjoni ta’ ħbiberija li kienu ħallew is-sajf ta’ qabel, minħabba l-emozzjonijiet li bdew iħossu lejn xulxin. “Ħej!!!” bdiet tgħajjat u xxejjer Ruth malli lemħet lil Elisa taqsam it-triq. “Fl-aħħar ħallewni noħroġ millgaġġa!” qalet Elisa bi tbissima. “Hello Robert, kollox sew?” kompliet wara li ż-żewġ tfajliet taw tgħanniqa ħafifa li xulxin.

Mistoqsija: X’jisimhom il-protagonisti li jiġu minn xulxin?

Ibagħtu r-risposta tagħkom lil: Kompetizzjoni Ktieb, KullĦadd, ĊNL, Triq Mile End, il-Ħamrun, u tidħlu biċ-ċans li tirbħu l-ktieb: Esperjenza Unika, Love ġentilment ipprovdut minn Horizons. Ir-rebbieħ jitħabbar nhar il-Ħadd 3 ta’ Jannar. Ir-rebbieħa huma mitluba jiġbru l-ktieb miċ-Ċentru Nazzjonali Laburista fil-Ħamrun billi jippreżentaw il-karta tal-identità mit-Tlieta sal-Ġimgħa bejn id-09.00 u t-15.00, u s-Sibt bejn l-10.00 u l-16.00, eskluż festi pubbliċi. Intant, ir-rebbieħ tal-ktieb MINGU huwa: R.VELLA - Gudja


22 27|12|2015

kullħadd.com

MADWARNA

ESPERJENZA ĠDIDA LI NTEMMET B’SUĊĊESS kitba ta’ George Maggi Li tidħol għal esperjenza ġdida jrid ikollok il-kuraġġ u viżjoni biex twettaqha sew sal-aħħar. Hekk għamlet il-Banda San Gabriel ta’ Ħal Balzan meta nhar il-Ħadd 13 ta’ Diċembru 2015 esegwiet programm strumentali għall-ewwel darba fl-istorja tagħha fit-Teatru Manoel, il-Belt Valletta. Kienet esperjenza ġdida kemm għasSurmast tal-istess banda Joseph Vella kif ukoll għall-bandisti, iżda li fiha ħarġu bl-unuri u kisbu suċċess mużikali. Ta’ kull sena, fit-13 ta’ Diċembru, fil-festa ta’ Santa Ċeċilja patruna tal-mużiċisti, l-Għaqda Każini tal-Baned tistieden banda Maltija biex tesegwixxi programm bandistiku fit-teatru prestiġjuż tal-Manoel. Għall-banda, dan ikun unur kbir u biċċa xogħol iebsa. Din is-sena mess lillbanda Balzanija San Gabriel, li kellha l-appoġġ ta’ mijiet ta’ Balzanin waqt il-preżentazzjoni mużikali kif ukoll qabel. Il-kunċert kien taħt ilpatroċinju tal-President ta’ Malta Marie-Louis Coleiro Preca. Biex il-kunċert seta’ jitwettaq kien hemm l-għajnuna tal-Kunsill Lokali ta’ Ħal Balzan, il-Kunsill Malti għallArti u l-Good Causes Fund kif ukoll il-Kumitat Organizzattiv fi ħdan il-Kumitat Ċentrali, isSotto Kumitat Nisa u Żgħażagħ tal-istess każin San Gabriel. Il-kunċert fetaħ bl-Aida Marcia

mill-Opra Verderjana u talistess kompożitur magħruf wara ndaqqet Selezzjoni millOpra Trovatore. Għal din l-okkażjoni u f ’għeluq il-25 sena li ilu jmexxi l-Banda San Gabriel, is-Surmast Direttur tal-Banda San Gabriel Joseph Vella kkompona u rregala lill-banda mużika blisem Fortitudo Dei, Il-Qawwa t’Alla li hu l-motto tal-istess banda. L-ewwel moviment tal-mużika jibda bil-mod iżda b’ritmu mexxej li jindika l-ewwel snin tat-twaqqif tal-Circolo San Gabriele. It-tieni moviment hu ferrieħi, li jfisser is-suċċessi

li bdiet tikseb il-Banda San Gabriel, filwaqt li l-għeluq li hu qawwi u jindika l-ġejjieni talbanda li trid tkompli tagħti ħajja lit-tagħlim mużikali, kulturali u soċjali. Mill-pinna tas-Surmast Reuben Zahra mbagħad indaqqet Tlaqna li fiha ħadu sehem strumenti li mhux is-soltu jkunu jagħmlu parti minn banda bħalma huma ż-żaqq, il-vjolin, il-pjanu, drum kit u sax alto. Silta mill-mużika ta’ Star Wars, The Phantom Menace ta’ John Williams b’arranġament ta’ Michael Story, għalqet l-ewwel parti tal-programm bandistiku.

It-tieni parti fetħet b’Allegro Maestoso Atto III mill-opra Aida mill-ġdid ta’ Giuseppe Verdi u wara, minħabba li din is-sena Malta qed tfakkar l-450 sena mill-Assedju l-Kbir tal-1565, kienet esegwita L-Assedju talKaptan Anthony Chircop, segwita minn xogħol ta’ kompożitur ieħor Malti Dott. Antonio Nani meta ndaqqet Cavallieri di Malta. L-aħħar esekuzzjoni ta’ kompożitur Malti kienet Malta Suite tas-Surmast prolifiku Charles Camilleri b’arranġament tas-Surmast Victor Grech, u warajha Caribbean Cameo, kompożizzjoni ta’ Trevor L. Sharpe. Fl-aħħar indaqqet kompożizzjoni ta’ Vangelis March With Me b’arranġament ta’ Alfred Farrugia. Hawnhekk daqqew ukoll The Jackson Pipers, Edmond Jackson u Anderson Jackson, filwaqt li s-sopran Marita Bezzina kantat il-lirika. Dan il-kunċert memorabbli ntemm bid-daqq tal-innijiet tal-Banda San Gabriel u dak tal-Għaqda Każini tal-Banda rispettivament. Matul l-esekuzzjoni ta’ dan ilkunċert bosta kienu s-solisti li taw ħajja lil bosta mill-mużika li kienet esegwita u li, kemm għalihom kif ukoll għall-banda ,kellhom suċċess. F’kumment li ta l-President talGħaqda Każini tal-Banda, Noel Camilleri, feraħ lill-Banda San Gabriel tas-suċċess kbir li kisbet b’dan il-kunċert tal-ogħla livell

fit-Teatru Manoel. Qal li dan ilkunċert mhux biss għamel ġieħ lis-Surmast u lill-banda iżda wkoll lill-baned kollha Maltin. Ikkummenta wkoll il-President tal-Każin tal-Banda San Gabriel Lino Borg li wera sodisfazzjon kbir għall-banda popolari San Gabriel bil-kunċert fil-Manoel u sostna li dan il-kunċert mhux biss juri l-qalb kbira tal-Balzanin bl-appoġġ tagħhom u ta’ dawk li organizzawh, iżda hu ta’ garanzija kbira għall-ġejjieni mill-aqwa tal-każin u l-Banda San Gabriel. F’kumment li ta s-Segretarju tal-Banda San Gabriel Saviour Deguara, stqarr li dan il-kunċert kien ħolqa oħra ta’ katina ta’ suċċessi li sar mit-twaqqif taċCircolo San Gabriel fl-1920. Minbarra li rringrazzja lil kull min għen għas-suċċess ta’ dan ilkunċert brillanti żgur li fosthom ried jirringrazzja lill-mużiċisti u lill-Assistent Surmast Tony Carbonaro, iżda mhux inqas lis-Surmast Joseph Vella li ma setax jiċċelebra aktar bil-kbir il-25 sena mid-direzzjoni talBanda San Gabriel u li dderieġa fit-Teatru Manoel għall-ewwel darba l-Banda San Gabriel. Tabilħaqq ġrajja mill-isbaħ li għandha tibqa’ mnaqqxa kemm fil-qlub tal-Balzanin kif ukoll fl-organizzaturi mill-Każin talBanda San Gabriel u hi ta’ ġieħ għall-bandisti kollha Maltin li wrew biċ-ċar il-livell għoli mużikali tagħhom. Jalla kunċerti bħal dawn jibqgħu jsiru f ’ġieħ il-kultura u l-mużika Maltija.

RAPPUNZEL U S-SIĠRA TAL-FAŻOLA… SPETTAKLU KKULURIT Fost il-ħafna attivitajiet li jsiru f ’dawn il-jiem tispikka l-Pantomima tal-Milied. Waħda minn dawn hija dik bil-Malti mtellgħa millKumpanija Teatru Rjal għas-16-il sena konsekuttiva fl-Istitut Kattoliku fejn diġà saru tliet rappreżentazzjonijiet fejn, bla dubju, hija waħda spettakolari u mimlija umoriżmu, kuluri, kostumi u dak kollu li jagħmel spettaklu. Ir-rappreżentazzjonjiet li fadal huma llum fis-2.00pm u fis6.30pm, is-Sibt 2 ta’ Jannar fis-7.00pm, il-Ħadd 3 ta’ Jannar fis2.00pm u fis-6.30pm, is-Sibt 9 ta’ Jannar fis-7.00pm, u l-Ħadd 10 ta’ Jannar fis-6.30pm. Għar-riservazzjonijiet ċemplu 9947 6468 jew bl-internet billi żżuru s-sit elettroniku www.istitutkattoliku.com


MADWARNA

kullħadd.com

27|12|2015 23

L-IKBAR MIXEGĦLA TA’ FAĊĊATA TA’ DAR Tradizzjoni antika ħafna li naraw bambin jew presepju armat f ’tieqa ta’ dar, illum il-ġurnata żviluppat għal dekorazzjonijiet kontemporanji li jvarjaw minn disinni adottati minn pajjiżi oħra għal fustuni movimentati jew disinni kontemporanji. Fost il-ħafna djar li nsibu imżejna għal dan iż-żmien tispikka dar fi triq ewlenija fin-Naxxar. B’disinni movimentati, u numru kbir ta’ ropelight, bozoz u effeti oħra. Laurence Azzopardi, magħruf bħala Renzo, irnexxielu jarma l-ikbar faċċata ta’ dar għal żmien il-Milied. Dan jixhdu ċ-ċertifikat li għandu mal-faċċata stess, ippreżentat minn The Malta Records. Renzo, li ilu minn ċkunitu jħobb dawn iż-żminijiet, dejjem ra kif jagħmel xi ħaġa b’differenza li jieħu gost biha hu u jagħti pjaċir lil ħaddieħor. Minn presepju mekkanizzat li għamel jarma għal żmien twil fil-każin tal-Banda Victory, is-sena l-oħra beda jarma din il-faċċata tad-dar tiegħu stess. L-idea nibtet is-sena l-oħra billi xtaqt jaħdem xi disinni ġodda għall-faċċata. Meta avviċina lil

1 6

2 7 3

8 4

5

Ritratti u muntaġġ: ALAN SALIBA

sieħbu biex iħażżiżlu xi disinni, dan għamel dawk li qed naraw fil-gallariji u mal-opramorta. Għal din is-sena, żied id-disinni mat-twieqi li juru l-qniepen u xema’. Id-disinni oriġinali huma maħduma kollha apposta biex jintramaw ma’ din il-faċċata.

Meta jsir l-iskizz fiċ-ċokon, fuq skala proporzjonata, Renzo jkabbar l-istess disinn għal fuq l-injam u jsaħħu bi struttura tal-ħadid. Ix-xogħol kollu li qed naraw din is-sena sar fuq sentejn, u b’kollox ħa madwar ħames xhur kontinwi biex tlesta minn

9 disinn fuq karta għal dekorazzjoni mdawla. Biex jarma din il-faċċata jieħu madwar ġurnata mingħajr ebda makkinarju. Id-disinni kollha jintramaw mill-gallarija, twieqi u mill-bejt u jittellgħu b’ħabel. Kollox jiddendel ma’ ħoloq li ppjana apposta.

Bħala faċċata mimlija dwal, Renzo ħaseb biex japplika għal Rekord Nazzjonali. L-ebda faċċata Maltija qatt ma daħlet f ’dan it-tip ta’ rekord, għalhekk kien hu stess li bdieh. Wara verifikazzjoni primarja li saret, The Malta Records ippreżentaw iċ-ċertifikat ta’ Rekord Nazzjonali lil Renzo. L-ammont finali ta’ bozoz għadu mhux ikkonfermat. Renzo tagħni ħarsa fuq fuq ta’ kemm intuża materjal Fuq medda ta’ 22 pied wisa’ u 29 pied u 3 pulzieri għoli. Insibu madwar 300 metru ta’ ropelight ta’ kuluri differenti li jammontaw għal madwar 11,000 bozza. Ma’ dawn, wieħed irid iżid l-effetti ta’ xita bid-dwal u r-raġġi mill-istilla u x-xema’ li fihom bozoz kbar. Dan kollu, imqassam f ’għaxar movimenti li jinxtegħlu hekk kif jidher fir-ritratt fil-ġenb, jagħmel din il-faċċata l-ikbar faċċata ta’ dar imżejna għall-Milied, bl-ikbar ammont ta’ ropelight, l-ikbar ammont ta’ bozoz u l-iżjed movimenti – hekk kif ġie verifikat minn The Malta Records. Il-ħsieb ta’ Renzo huwa li fil-futur ikompli jkabbar u jżid xi disinni u movimenti oħra.

IL-PASTURAR LAWRENCE BALDACCHINO Lawrence Baldacchino ilu madwar 20 sena jaħdem xogħol ta’ pasturi fil-kartapesta u terracotta. Minkejja xogħol irfinut għallaħħar u pasturi oriġinali ħafna, Lawrence mhux daqshekk magħruf f ’dan is-settur, għallfatt li dejjem ħadem pasturi għall-membri tal-familja u ħbieb viċini tiegħu, bħala delizzju u mhux xogħol kummerċjali. Lawrence beda din in-namra meta kien iżgħar u kien jara lil missieru jaħdem xi pasturi u dekorazzjonijiet oħra tal-Milied u hu, ta’ tifel li kien, dejjem ipprova jesperimenta xi ħaġa. “Kienet xi ħaġa fija u ma kontx naf li kapaċi nagħmel ċertu affarijiet,” qalli Lawrence f ’intervista li għamiltlu ftit tal-jiem ilu.

Żied jgħidli li, la missieru u lanqas hu, qatt ma tgħallmu dan ix-xogħol għand xi ħadd professjonali, iżda dejjem tgħallmu mill-iżbalji tagħhom stess. Lawrence tani spjegazzjoni dettaljata ta’ kif jaħdem il-pasturi u għandu żewġ metodi li juża skont kif jixtieq il-klijent. Huwa jaħdem pasturi fit-tafal imlibbsin ix-xoqqa li wara jiġu irfinuti bil-ġibs, jew inkella tat-terracotta li wara jiġu mdaħħla f ’forn apposta. “Dan ix-xogħol inżommu bħala delizzju u kull oġġett li naħdem, nagħmlu qisni qed nagħmlu għalija,” tenna Lawrence wara li spjegali li x-xogħol kollu jaħdmu b’idejh mingħajr l-użu ta’ forom. Kull pastur li jaħdem Lawrence jara li jkun oriġinali, iżda

ġieli jkun hemm każi fejn ikollu jadatta xi pastur skont ix-xewqa tal-klijent jew l-ambjent li jkun se jitpoġġa fih Illum insibu madwar sitt presepji għall-wiri b’pasturi li ħadem Lawrence. Fosthom insibu l-presepji li jaħdmu Franklyn Pace u Sandro Farrugia f ’Birkirkara u Ħal Luqa rispettivament. Ma’ dawn, din is-sena ser naraw ukoll għall-ewwel darba żewġ presepji fuq stil Malti, wieħed f ’Ħal Balzan u ieħor fil-Mosta, fejn dan tal-aħħar ser ikollu pasturi ta’ qies iżgħar milli normalment jaħdem Lawrence. Minn barra pasturi tal-Milied, Lawrence jaħdem ukoll xi statwi tal-Ġimgħa l-Kbira bħala kollezzjonijiet privati.

Presepju f ’Ħal Luqa

post fil-kompetizzjoni nazzjonali, din is-sena ħaseb biex joħloq it-tema ta’ ‘Inkomplu fejn ħallejna’. Il-presepju li ħadem Sandro s-sena l-oħra baqa’ fuq fomm kulħadd, b’mod speċjali għax-xeni innovattivi li kellu: is-sema pproġettata, ix-xena ta’ pastur qed jinħasel u l-ħuġġieġa ta’ nar veru. Din is-sena ma naqasx li jkompli fuq dak li beda u ħoloq xeni ġodda, meħuda mill-ħajja ta’

kuljum, imma qatt ma rajniehom fi presepju. Fost dawn insemmu l-pixajjo. Barra minn hekk, din is-sena naraw ix-xena tan-nattività maħduma kompletament ġdida minn Lawrence Baldacchino ukoll. Dan il-presepju jinsab għall-wiri fil-każin tal-Banda Unjoni ta’ Ħal Luqa, u jkun miftuħ kuljum mill-5.00pm sad-9.00pm. Sibtijiet, Ħdud u festi jiftaħ ukoll mid-9.00am sa 12.00pm sas-6 ta’ Jannar.

id-dettalji u l-aċċessorji li fih, li flimkien irendu l-pajsaġġ iktar ħaj b’veġetazzjoni varja li tikkumplimenta l-istruttura tal-blat realistiku li hu magħmul minnu. B’kobor ta’ disgħin pied kwadru l-presepju hu magħmul mill-jablo u l-ġibs u kartapesta u joffri lill-viżitatur esperjenza u meditazzjoni dwar it-twelid ta’ Sidna Ġesù Kristu. Janimawh insibu sett ta’ madwar sebgħin pastur, maħdumin mit-tafal lokali minn Lawrence Baldac-

chino u mlibbsin fuq stil bibbliku. Franklyn jiddeskrivi lil Lawrence bħala pasturar versatili ħafna, għax għandu l-ħila jipproduċi pasturi skont ix-xewqa tal-presepist. Dan il-presepju jinsab għall-wiri f ’numru 71, Ċirkolu San Ġwakkin, Triq il-Kbira, Birkirkara, sas-6 ta’ Jannar 2016. Il-ħinijiet tal-ftuħ huma: fost il-ġimgħa mill-5.00pm sat-8.00pm waqt li s-Sibtijiet, ilĦdud u l-festi jiftaħ ukoll mid9.30am sa 12.00pm.

Fost il-presepji bi pasturi ta’ Lawrence Baldacchino li nsibu għall-wiri hemm dak li jinsab filkażin tas-Soċjetà Filarmonika Unjoni ta’ Ħal Luqa, maħdum minn Sandro Farrugia u ddedikat għall-memorja ta’ missieru. Wara s-suċċess tas-sena l-oħra, fejn kellu bosta xeni innovattivi u ġie wkoll ikklassifikat fl-ewwel Presepju f ’Birkirkara L-ewwel sett pasturi li beda Lawrence Baldacchino huma dawk li naraw fil-presepju li jaħdem ta’ kull sena Franklyn Pace li jkun għall-wiri fiċ-Ċirkolo San Ġwakkin. Din hija t-13-il sena li Franklyn Pace qiegħed jesibixxi presepju kbir statiku għall-pubbliku, presepju li mill-ewwel daqqa t’għajn jolqtok għall-aspett rustiku u artistiku tiegħu, fejn jispikkaw

Xena mill-presepju li ħadem Sandro din is-sena

Dettall mill-presepju li ħadem Franklyn fl-2012


24 27|12|2015

kullħadd.com

MADWARNA

L-2016: SENA DEĊIŻIVA GĦALL-FUTUR TAL-EWROPA

Alfred Sant Kap tad-Delegazzjoni Laburista fil-Parlament Ewropew

Fl-2016 beħsiebni nieħu sehem fid-dibattitu importanti dwar il-futur tal-Ewropa fl-interess ta’ Malta u Għawdex. Dan qalu Dr. Alfred Sant, Kap tad-Delegazzjoni Laburista fil-Parlament Ewropew, f ’messaġġ għas-sena l-ġdida mill-Parlament Ewropew fi Strasburgu. Dr. Sant qal li hemm min irid li jibni strutturi aqwa ta’ għaqda , jagħmilha anki Ewropa federali. Hemm min iridha ssir aktar modesta u tagħti lura lill-istati membri t-tmexxija ta’ oqsma ewlenin. Biħsiebni nkompli nipparteċipa f ’dan id-dibattitu, fil-livell tiegħi, bil-għan li nippromwovi l-interessi nazzjonali ta’ Malta. Dr. Sant qal li matul is-sena 2015, fil-Parlament Ewropew ukoll rajna jiżvolġu sensiela ta’ kriżijiet fi ħdan l-Unjoni Ewropea, u li għalihom għad trid tinstab soluzzjoni. Bħala membri tal-grupp tas-Soċjalisti u d-Demokratiċi fil-Parlament, ma’ sħabi Marlene Mizzi u Miriam Dalli tad-delegazzjoni Maltija, segwejt mill-qrib l-avvenimenti. Għamilna l-interventi meħtieġa biex kull fejn stajna, inħarsu l-interessi ta’ Malta. F’dan, fejn kien neċessarju għall-interess nazzjonali, ġieli morna kontra l-linja tal-istess Soċjalisti u Demokratiċi. Xahar wara l-ieħor, kellna l-kriżi fiż-żona tal-ewro kkawżata mill-problemi finanzjarji tal-Greċja. Kellna t-terroriżmu, b’żewġ attakki kiefra

f ’Pariġi, li waħħxu lil kulħadd. Rajna l-fawra tal-immigrazzjoni mill-Afrika u l-Lvant Nofsani lejn l-Ewropa f ’żewġ mewġiet, mill-Mediterran ċentrali, imbagħad mit-Turkija. Kellna l-konfront bejn l-Unjoni Ewropea u r-Russja, li għadu għaddej; u l-mistoqsija ta’ x’se jsir mir-Renju Unit, li għad jista’ jitlaq mill-Unjoni. Sadanittant, il-qagħda ekonomika fl-Ewropa baqgħet staġnata jew fraġili. Taħt Gvern Laburista mmexxi mill-Prim Ministru Joseph Muscat, dan ma ġarax f ’Malta. Anzi rajna tkabbir ekonomiku li jiżboq sew il-medja Ewropea. Imma f ’kull waħda minn dawn il-kwistjonijiet li semmejt, hemm involuti wkoll interessi vitali ta’ Malta. Hu kruċjali li l-poplu tagħna jkun konxju ta’ x’jinsab għaddej fl-Ewropa – ta’ kif dan se jolqtu – attent għal kif se nilqgħu għall-isfidi. Sa ftit ilu, ħafna fostna ma kinux qed jirrealizzaw kemm l-iżviluppi fl-Ewropa jistgħu jaffettwawna, għat-tajjeb u għallħażin. Personalment jien ħassejt li għandi nagħti kontribut biex dan in-nuqqas jingħeleb. Użajt matul is-sena li ntemmet, l-2015 – u se nibqa’ nuża għal li ġej – ħafna mir-riżorsi li l-Parlament Ewropew jipprovdi biex inwassal b’mod li jiftiehem u jinteressa, informazzjoni dwar x’inhu għaddej fl-Ewropa.

Hu ta’ sodisfazzjon kbir li ninnota kif kull stħarriġ ta’ opinjoni li sar juri li fl-aħħar sena, f ’pajjiżna kiber għarfien aħjar tal-issues Ewropej. Aktar Maltin qed jifhmu x’għandhom ikunu l-prijoritajiet nazzjonali ta’ Malta fl-Unjoni Ewropea. L-akbar sfida li tidher quddiemna hi dik tal-immigrazzjoni. Soluzzjoni dejjiema u ġusta tista’ tinstab biss fuq bażi Ewropea. Trid tirrispetta l-valuri Ewropej favur il-ħniena u l-għoti ta’ kenn lill-ippersegwitati, waqt li tirrispetta wkoll ix-xewqat leġittimi tal-komunitajiet biex ma jitgħabbewx b’piżijiet finanzjarji u soċjali eċċessivi. Fil-Parlament Ewropew għas-sena l-ġdida se nkun qed nagħti sehmi biex jintlaħaq dan il-għan. Għal li ġej ukoll se tkun qed titħejja tweġiba Ewropea għat-theddida tat-terroriżmu, fejn il-Parlament Ewropew iġorr responsabbiltajiet partikolari. F’dal-qasam, fir-rispett tan-newtralità ta’ Malta u tad-drittijiet tal-bniedem, se nkun lest nappoġġja kull miżura li ssaħħaħ is-sigurtà ġenerali taċ-ċittadini Ewropej kollha. Sfida oħra quddiem l-Ewropa hi kif se xxejjen l-istaġnar ekonomiku. Uħud mill-miżuri meħtieġa għal dan jitilgħu għall-iskrutinju tal-Parlament Ewropew. Irridu nkunu attenti biex nifhmu minn qabel kif se jaffettwawna għat-tajj-

eb jew għall-ħażin. It-tendenza fit-tmexxija Ewropea hi li jiġu addottati miżuri li jpoġġu lil kulħadd fl-istess kejl. Dan iwassal biex pajjiżi u reġjuni żgħar jew iżolati jispiċċaw fi żvantaġġ imqabbla ma’ ħaddieħor. Hekk qed jiġri fil-każ ta’ Għawdex, u ta’ setturi importanti għalina bħall-manifattura, it-trasport, speċjalment l-Air Malta, il-biedja, is-sajd u dalwaqt, it-tassazzjoni. Personalment, se nkun viġilanti f ’ħidma biex jitrażżnu miżuri Ewropej ta’ one size fits all. Irridu nħarsu wkoll lejn l-opportunitajiet ġodda. Fl-Ewropa qed titħejja politika ġdida diġitali, jiġifieri għal dak kollu li jitwettaq bil-kompjuters u l-mezzi elettroniċi ta’ komunikazzjoni. Fil-livell tal-Parlament Ewropew, l-għan tiegħi se jkun dak li nappoġġja kull inizjattiva favur l-iżvilupp tal-ekonomija diġitali biex noħolqu opportunitajiet għażżgħażagħ tagħna. Fl-aħħar, insemmi id-dibattitu importanti li se jibqa’ għaddej dwar il-futur tal-Ewropa. Hemm min irid li jibni strutturi aqwa ta’ għaqda, jagħmilha anki Ewropa federali. Hemm min iridha ssir aktar modesta u tagħti lura lill-istati membri t-tmexxija ta’ oqsma ewlenin. Biħsiebni nkompli nipparteċipa f ’dan id-dibattitu, fil-livell tiegħi, bil-għan li nippromwovi l-interessi nazzjonali ta’ Malta.


MADWARNA

kullħadd.com

27|12|2015 25

AVVENIMENTI LI ĠRAW FI ŻMIEN IL-MILIED

L-INKURUNAZZJONI TA’ CHARLEMAGNE Lejn l-aħħar tas-seklu tmienja, ir-Re tal-Franki Karlu l-Kbir, magħruf bħala Charlemagne, kien għaddej minn żmien feliċi personalment u kif ukoll fuq livell nazzjonali għal Franza. Madwar l-Ewropa, Charlemagne kien qiegħed jirbaħ battalja fuq battalja kontra l-Lombardi fin-naħa ta’ fuq tal-Italja, is-Sassoni fin-naħa tal-Lvant tal-Ewropa u l-Musulmani fi Spanja. Charlemagne, li kien Franċiż, kien qiegħed jidher f ’għajnejn l-Ewropej bħala dik il-persuna li kienet qiegħda tiġġilied favur ir-reliġjon Kristjana. Indirettament, hu kien qiegħed jidher li se jerġa’ jwaqqaf mill-ġdid l-Imperu Ruman Kristjan, bħalma kien fiż-żminijiet ta’ qabel. F’kelma oħra, b’dawn il-konkwisti kien qiegħed iġiegħel lin-nies li jaħkem jaqilbu r-reliġjon tagħhom billi jibdew jipprattikaw ir-reliġjon Kristjana. Mossa li kienet qiegħda tintgħoġob ħafna mill-Papa ta’ dak iż-żmien, Leo III. Għalhekk, kien xieraq li nhar il-25 ta’ Diċembru tas-sena 800 l-Papa nkuruna lil Charlemange bħala Imperatur fil-Bażilika ta’ San Pietru fil-Vatikan. Dan sabiex juru lill-Ewropej u lid-dinja bil-qawwa u potenza li kellha l-belt ta’ Ruma f ’dak iż-żmien, kif ukoll l-reliġjon Kristjana Rumana. PAĊI FIL-MILIED L-Ewwel Gwerra Dinjija damet mill-1914 sal-1918. Mill-bidu ż-żewġ partijiet bdew jaraw l-effett ħażin tal-gwerra. Kien għalhekk li, f ’Diċembru tal-1914, suldati miż-żewġ naħat iddeċidew li jiefqu jiġġieldu b’mod mhux uffiċjali minħabba li kien żmien il-Milied. Dan il-waqfien mill-ġlied tant kien effettiv li, skont l-istorja, suldati Ġermaniżi u suldati Ingliżi ltaqgħu fil-parti li kienet magħrufa bħala no man’s land u dehru jagħtu x-xewqat sbieħ tagħhom lil xulxin, jieklu flimkien kif ukoll jagħtu xi rigali lil xulxin. Dakinhar ukoll saru l-funerali tas-suldati Ġermaniżi u Ingliżi flimkien u ġew irritornati lura priġunieri tal-gwerra. Però, l-aktar li ħalliet effett kienet il-logħba futbol li lagħbu s-suldati flimkien. Dan wera kif wieħed seta’ faċilment iwaqqaf il-ġlied u minflok tirrenja l-paċi. Matul is-snin dan l-avveniment baqa’ mfakkar bħala simbolu ta’ paċi u umanità peress li kien hemm ammont kbir ta’ suldati li pparteċipaw nhar il-Milied tal-1914.

TINSTAB IL-GŻIRA TAL-MILIED Fis-seklu sittax l-Ewropa kienet għaddejja minn żmien ta’ esplorazzjoni, fejn ilpajjiżi l-kbar kienu fi ġlieda kontra xulxin biex jakkwistaw kemm jista’ jkun art. Għalhekk, kienet ħaġa normali li kumpanija bħal English East India Company tibgħat bastiment jesplora d-dinja għal riżorsi prezzjużi, bħal zokkor, ħwawar u materjal għall-bini. Fil-fatt, nhar il-25 ta’ Diċembru tas-sena 1643, waqt li l-Kaptan William Mynors kien qiegħed ibaħħar fuq il-bastiment Royal Mary fl-Oċean Indjan, iltaqa’ ma’ gżira ġdida. Din il-gżira kienet għadha mhix identifikata; b’hekk, minħabba l-ġurnata li nstabet fiha, il-Kaptan iddeċieda li jsemmiha l-Gżira tal-Milied. Konsegwentement, fil-bidu tas-seklu sbatax, din il-gżira ġiet inkluża fil-mapep tad-dinja. Illum il-ġurnata l-Gżira tal-Milied tagħmel parti mill-Kontinent Awstraljan u l-popolazzjoni tagħha tikkonsisti fi ftit iżjed minn 2,000 ruħ. Interessanti l-fatt li din il-gżira għandha l-fawna u l-flora endemiċi għaliha li ma jinstabu mkien iżjed fid-dinja.

MESSAĠĠ TAL-MILIED MILL-ISPAZJU Fis-sena 1968, fi sfond tal-Gwerra l-Bierda, l-Amerika kienet f ’tellieqa sabiex tirbaħ il-ġlieda spazjali mar-Russja. Fil-21 ta’ Diċembru 1968 l-Amerika tellgħet it-tieni missjoni spazjali. L-astronawti fuq din il-missjoni kienu Commander Frank Borman, Command Module Pilot James Lovell u Lunar Module Pilot William Anders. Dawn it-tlieta tniżżlu fl-istorja bħala l-ewwel nies li rnexxielhom joħorġu mill-atmosfera tad-dinja, jidħlu fl-atmosfera tal-qamar u jerġgħu lura. Kienu wkoll l-ewwel nies li rnexxielhom jaraw il-pjaneta tagħna minn kull naħa tal-qamar. Imma l-avveniment li l-aktar baqa’ mnaqqax fl-istorja b’rabta mal-Milied kien meta t-tliet astronawti għamlu kollegament spazjali mad-dinja, li ġie mxandar fuq it-televiżjoni. Fil-messaġġ tagħhom huma qraw l-ewwel għaxar versi tal-Ġenesi, filwaqt li spiċċaw billi qalu: “And from the crew of Apollo 8, we close with good night, good luck, a Merry Christmas, and God bless all of you – all of you on the good Earth.”

FEJN TISTA’ TQATTA’ L-AĦĦAR SIGĦAT TAS-SENA ttella’ kien iddereġit mill-kunduttur Clemens Krauss, u jingħad li beda bħala rigal lill-priġunieri tal-gwerra ta’ żmien Hitler. Għal dan il-kunċert jattendu bi ħġarhom ħafna nies, kif ukoll jarawh minn fuq itteleviżjoni madwar 50 miljun persuna f ’aktar minn 70 pajjiż differenti. Il-programm li jitella’ ta’ kull sena fuq it-televiżjoni jkollu wkoll amalgamat miegħu żfin tal-ballet. Il-ballerini li jieħdu sehem jappartienu kollha lill-Vienna State Opera Ballet. Times Square Ball

Vienna Concert Ball Tradizzjonalment il-kunċert tal-Ewwel tas-Sena li jsir fi Vjenna jiġi organizzat mill-Orkestra Filarmonika ta’ Vjenna, fejn kull sena jiġi ppreparat repertorju ta’ mużika klassika. L-aktar biċċiet ta’ mużika famużi huma dawk miktubin mill-kompożituri Johann Strauss I, Johann Strauss II, Josef Strauss u Eduard Strauss. Dawn il-kunċerti kultant jinkludu wkoll mużika ta’ kompożituri Awstrijaki oħra bħal Joseph Hellmesberger, Jr, Joseph Lanner, Wolfgang Amadeus Mozart, Otto Nicolai (il-fundatur talOrkestra Filrmonika ta’ Vjenna), Emil von Reznicek, Franz Schubert, Franz von Suppé jew Karl Michael Ziehrer. Skont it-tradizzjoni, f ’kull kunċert ikun hemm madwar tnax-il kompożizzjoni, bl-interval fin-nofs u b’encore fl-aħħar tal-kunċert. Il-biċċiet tal-mużika ta’ dan il-kunċert jinkludu waltz, polka, mazurka u march. Il-kunċert ilu jitella f ’Großer Saal tal-Musikverein mill-1939. Ta’ min jgħid ukoll li l-ewwel kunċert li

Il-famuż Times Square Ball huwa ballun li jitpoġġa fuq is-saqaf ta’ Times Square fi New York, biex jiġi ċċelebrat l-aħħar tas-sena u l-bidu ta’ Sena Ġdida. Fi New York din iċ-ċelebrazzjoni hija magħrufa bħala l-ball drop. L-attività tibda fil-11.59pm, billi l-ballum jinżel 43 metru f ’60 sekonda. Simbolu li jfisser bidu ta’ sena ġdida. Matul dawn l-aħħar snin din l-attività qiegħda tiġi akkumpanjata minn numru ta’ mużiċisti Amerikani famużi. Attrazzjoni oħra wkoll relatata mal-ballun hija li ta’ kull sena jkun hemm tema partikolari abbinata ma’ dik is-sena. Fost it-temi li kien hemm matul is-snin insibu: Let There Be Light u Let There Be Peace. Storikament, l-ewwel attività ġiet organizzata minn Adolph Ochs, is-sid tal-gazzetta New York Times. L-ewwel ballun kien iddisinjat minn Artkrft Strauss u l-ewwel serata ttellgħet fil-31 ta’ Diċembru 1907, sabiex jagħti bidu għall-1908. Matul is-snin it-Times Square Ball bdiet titella’ sena wara sena, minbarra fissena 1942 u fis-sena 1943. Matul iż-żmien id-disinn tal-ballun inbidel diversi drabi u dan sabiex jirrifletti t-tibdiliet teknoloġiċi li saru wkoll matul iż-żmien. Iddisinn oriġinali kien magħmul mill-injam u l-ħadid,

mentri llum il-ġurnata jużaw dawl LED. Għal dan l-avveniment jattendu madwar miljun persuna ta’ nazzjonalitajiet differenti. Apparti minn hekk, dan jiġi mxandar ukoll fuq it-televiżjoni u, għaldaqstant, is-segwaċi jammontaw għal ħafna iżjed nies. L-Ewwel tas-Sena fil-port ta’ Sydney Fil-kontinment Awstraljan l-aktar avveniment famuż li jsir għall-aħħar tas-sena u fil-bidu tas-sena ġdida huwa dak li jsir fil-port ta’ Sydney, b’mod partikolari fis-Sydney Harbour Bridge. Il-Kunsill tal-belt ta’ Sydney huwa l-organizzatur prinċipali ta’ dan l-avveniment, u juża baġit ta’ miljun dollaru Awstraljani sabiex itella’ din l-attività. Dan l-avviment jinkludi spettakli pirotekniċi li ta’ kull sena jiġi wkoll amalgmat ma’ tema partikolari. Dawn il-murtali joħolqu atmosfera partikolari hekk kif kollox jiġi amalgamat mas-Sydney Opera House u r-rifless li jħallu fuq il-baħar. Fost it-temi kien hemm: 9pm Family Fireworks u Midnight Fireworks. Huwa wkoll ikkalkulat li ta’ kull sena jattendu għalih ’il fuq minn miljun persuna, kif ukoll ’il fuq minn biljun persuna ssegwih fuq it-televiżjoni madwar id-dinja. Għal dan l-avveniment jieħdu sehem ukoll kantanti Awstraljani famużi. Apparti minn hekk, ta’ kull sena l-Kunsill ta’ Sydney jappunta kantant jew mużiċist ta’ fama internazzjonali sabiex iservi bħala ambaxxtur tal-kreattività ta’ dan l-avveniment. Fost dawn l-ambaxxaturi nsibu lil Kylie Minogue, Reg Mombassa u Jack Thompson. Apparti x-xeni pirotekniċi, ta’ kull sena jittella’ wkoll spettaklu biddawl, kif ukoll it-Traditional Golden Waterfall, li issa saret sinomina mal-attivitajiet tal-aħħar tas-sena li jsiru f ’Sydney.


26 27|12|2015

kullħadd.com

MADWARNA

FILMS GĦALL-AĦĦAR TAS-SENA NEW YEAR’S EVE New Year’s Eve huwa film romantiku Amerikan li jittratta stejjer ta’ persuni differenti imma li kollha għandhom x’jaqsmu mal-aħħar tassena. Fl-istorja tagħha, Claire Morgan tkun qiegħda tħejji l-aħħar preparamenti qabel l-Ewwel tas-Sena flimkien mal-ħabib tagħha Sam. L-istorja hija dwar Ingrid Withers, li tirriżenja mix-xogħol u, flimkien Paul Doyle, tlesti l-aħħar riżoluzzjoniet. Fl-istorja ta’ oħt Paul, Kim Doyle, li dejjem tipprova ssib bilanċ bejnha u bejn ittifla adoloxxenti tagħha Hailey, tkun trid tqatta’ l-aħħar tas-sena ma’ sħabha u l-għarus tagħha Seth Anderson. L-istorja tal-ħabib ta’ Paul, Randy li jkun jobgħod l-aħħar tassena u li jispiċċa maqbud f ’lift ma’ Elise, li se tkun qiegħda tkanta ma’ Daniel Jensen. Daniel, min-naħa tiegħu, jerġa’ jirranġa mal-eks tiegħu, Laura. L-istorja ta’ Stan Harris, li qiegħed l-isptar, u li se jqatta’ l-aħħar tas-sena maż-żewġt infermiera Aimee u Mindy. Flistess sptar, il-koppja Griffin u Tess Byrne, kif ukoll James u Grace Schwa, jkun se jkollhom tarbija.

TRADING PLACES Trading Places jirrakkonta storja ta’ żewġ persuni li jgħixu ħajja differenti għall-aħħar. L-aħwa Randolph u Mortimer Duke huma s-sidien ta’ kumpanija kbira, li dejjem jiddibattu ma’ xulxin. Darba fost l-oħrajn jagħmlu mħatra biex isiru jafu min minnhom għandu raġun fejn jiddeċiedu li jbiddlu l-ħajja ta’ żewġ min-nies li ġejjin minn klassi soċjali differenti: Louis Winthorpe III u Billy Ray Valentine. Winthrope ikun akkużat b’serq u, konsegwentament, jispiċċa bla flus u mċaħħad minn kulħadd. Mill-banda l-oħra, Billy Ray jiġi meħlus mill-ħabs u jingħata x-xogħol u l-privileġġi li kellu Louis. Iddisprat, Louis jagħmel ħbieb ma’ Ophelia, li twiegħdu li tgħinu. Waqt il-festin tal-Milied, Billy Ray isir jaf li ħajtu nbidlet ta’ taħt fuq minħabba l-imħatra li għamlu l-aħwa Duke u għalhekk jsib lil Louis biex jgħidlu b’dak li sar jaf. Louis u Billy Ray iħejju pjan flimkien biex ipattuha lillaħwa Duke, propju fl-aħħar tas-sena.

WHEN HARRY MET SALLY When Harry Met Sally huwa film romantiku Amerikan. Lura fl-1977, Harry Burns u Sally Albright ikunu għadhom kemm iggradwaw mill-univeristà u se jibdew ħajja ġdida. Waqt li jkunu sejrin lejn New York, huma jibdew jiddiskutu suġġetti varji, minħabba diżgwit jispiċċaw ma jitkellmux għal xi żmien. Imma, ħames snin wara, id-destin jerġa’ jlaqqagħhom flimkien, fl-istess ħin u fl-istess post. Però, għalkemm huma jkunu kibru u t-tnejn ikunu f ’relazzjoni ma’ ħaddieħor, xorta jibqgħu jħarsu lejn ir-relazzjoni ta’ bejniethom bl-istess mod, u għalhekk jerġgħu jinfirdu. Jiġri iżda li, ħames snin wara, huma jerġgħu jiltaqgħu b’kumbinazzjoni f ’ħanut tal-kotba. Din id-darba t-tnejn ikunu temmew ir-relazzjoni tagħhom li kellhom separatament u għalhekk jiddeċiedu li jkunu ħbieb. Waqt festin tal-aħħar tas-sena, Harry u Sally jirrealizzaw li qegħdin jinġibdu lejn xulxin. Però, kollox jinbidel matul is-sena ta’ wara, sakemm jerġa’ jasal festin talaħħar tas-sena ieħor u t-tnejn jiddeċiedu li jqattgħuh mingħajr xulxin u għalhekk jitilqu. Iżda d-destin reġa’ ried li jiltaqgħu u għalhekk jiddeċiedu li jibqgħu flimkien.

WHILE YOU WERE SLEEPING Il-film While You Were Sleeping ħareġ fl-1995 u jittratta l-istorja ta’ Lucy Moderatz u Peter Callagher waqt iż-żminijiet tal-aħħar tas-sena. Lucy tkun tiffansja lil Peter, għalkemm dawn it-tnejn ma jkollhomx konoxxenza ta’ xulxin. Fil-ġurnata tal-Milied Peter ikun se jintlaqat minn ferrovija, iżda Lucy tinzerta tkun ħdejn Peter u ssalvalu ħajtu. Peter jaqa’ f ’koma, u Lucy tispiċċa tmur miegħu l-isptar, fejn l-infermiera taħsibha li hi l-għarusa tiegħu. L-istorja tkompli tiżvolġi billi l-familja ta’ Peter jilqgħuha bħala parti mill-familja tagħhom, u għalhekk Lucy tiġi f ’dilemma jekk tghidilhomx il-verità jew le. Darba fost l-oħrajn Lucy tiltaqa’ ma’ ħu Peter, Jack, u, waqt li jibdew jitkellmu, hi tinduna li qiegħda tibda ssir tħobbu. Sadanittant, wara l-Ewwel tas-Sena, Peter joħroġ millkoma u ma jkunx jaf min hi Lucy, imma jiġi sfurzat jiżżewwiġha xorta wara. Dakinhar tat-tieġ, Lucy tiddeċiedi tgħid il-verità u b’hekk tispiċċa tweġġa’ ħafna nies. Wara ħafna żmien Jack jerġa’ jiltaqa’ ma’ Lucy u jiddeċiedu li jkomplu joħorġu flimkien.


SKEDA

kullħadd.com

27|12|2015 27

103 06.10 Pink Panther 06.50 Flimkien ma’ Nancy 07.50 Sejjaħtli Helpline 08.30 Paperscan 10.00 Aroma Kitchen 11.05 Il-Mistiedna 11.35 Cibus 12.30 ONE News 12.40 Kaxxa Magħluqa 14.15 Arani Issa 16.55 On D Road 17.30 ONE News 17.35 Telebejgħ 17.50 My Home 18.50 Joe’s Kitchen 19.30 ONE News 20.10 Ieqaf 20 Minuta 20.30 ONE News Round-up 2015 21.40 Corazon. Kunċert fi Pjazza Teatru Rjal 23.10 Telebejgħ 23.30 ONE News

102 07.00 Net News 08.00 The Client (R) 08.45 Telebejgħ 10.15 Għalkulħadd 11.15 Quddiesa mis-Santwarju Ta’ Pinu 12.00 Distinti (R) 12.45 Telebejgħ 13.00 Intriċċi (R) 14.00 Net News 14.05 Telebejgħ 15.20 Iswed fuq l-Abjad (R) 16.40 Wheelspin (R) 17.30 Flusek (R) 18.00 Net News 18.05 What’s for Dinner 18.45 Kunċert tal-Milied – Mużika Sagra 19.30 Net News 20.10 Kunċert tal-Milied – Mużika Sagra 20.30 Becky 21.30 Net News 21.35 Replay 23.15 Net News

151 06.00 Lena 06.30 Cultura Memex 06.55 Heartland – Natale a Heartland 08.20 Frigo 08.45 Il Nostro Amico Charly – L’Imbalsamatore 09.30 I Nostri Amici Animali – Cesar Millan 10.15 Il Meglio di Cronache Animali 11.00 Mezzogiorno in Famiglia 13.00 TG2 Giorno 13.30 TG2 Motori 13.40 Meteo 2 13.45 Natastrofe 15.20 Snowmageddon 16.40 Natale di Ghiaccio 18.00 TG2 LIS. 18.05 90° Minuto Serie B 18.50 Squadra Speciale Cobra 11 19.40 In Bocca al Lupo 20.30 TG2 20.30 21.05 N.C.I.S. Il Rifugio Anton e Marie

152 07.20 Marco Polo 09.10 Parlamento Aula di Montecitorio. Concerto di Natale della Juni Orchestra 10.25 Speciale Community Le Storie 11.10 TGR Estovest 11.30 TGR RegionEuropa 12.00 TG3 12.10 Meteo 3 12.15 Il Posto Giusto 13.04 Achille Lauro 14.00 TG Regione 14.09 TG Regione Meteo 14.15 TG3 14.30 Film: Troppo Forte 15.00 TG3 LIS 15.03 Film: Troppo Forte 16.20 Kilimangiaro – Il Borgo dei Borghi 19.00 TG3 20.00 Blob 20.10 Allegri Vagabondi 21.05 Alla Ricerca di Nemo

162 07.00 Find my Family – Australia 07.53 Media Shopping 08.10 Gossip Girl 10.30 Il Matrimonio Più Bello 12.20 Inga Lindstrom – Tango di Mez zo Estate 14.05 The Originals 15.45 Gossip Girl 17.25 Una Mamma Per Amica 21.10 Film: City of Angels

372 06.00 Chopped 07.00 Amazing Wedding Cakes 08.00 The Kitchen 10.00 Chopped 11.00 Guy’s Big Bite 12.00 Diners, Drive-Ins and Dives 1 15.00 Chopped 16.00 Siba’s Table 18.00 Rev Run’s Sunday Suppers 19.00 Chopped South Africa 20.00 Follow Donal to Vietnam 21.00 Girl Eat World 22.00 Diners, Drive-Ins and Dives 23.00 Siba’s Table

412 06.00 Teleshopping 09.00 Pawn Stars 19.00 Mountain Men 20.00 The Curse of Oak Island 21.00 Ancient Aliens 22.00 Storage Wars 23.00 Hunting Hitler

300 06.00 Teletubbies 06.25 Show Me Show Me 06.45 Teletubbies 07.10 Mr Bloom’s Nursery 07.35 Charlie and Lola 07.45 Doctors 09.45 EastEnders 11.45 Our Queen 12.35 David Copperfield 15.50 Doctor Who 16.50 Call the Midwife 19.15 Great Expectations 21.55 Sherlock 23.25 David Copperfield

101 06.00 News Loop 07.30 Qalb in-Nies 08.00 Paq Paq on Test 08.15 Madwarna 08.45 Ħadt l-Aħbar 10.00 Gadgets 10.30 Malta u lil Hinn Minnha 12.00 Aħbarijiet 12.10 Ħadd Għalik 15.00 Ħbieb u Għedewwa 16.00 Aħbarijiet 16.05 Ħbieb u Għedewwa 18.00 Aħbarijiet 18.15 Għawdex Illum 18.45 Ninvestigaw x’Qed Nieklu 20.00 Aħbarijiet 20.50 X-Factor 21.45 Punti Ewlenin tal-Aħbarijiet 21.50 X-Factor 23.00 Aħbarijiet 23.15 Smack Down WWE

153 07.35 TG4 Night News 07.55 Media Shopping 08.25 Due Per Tre 08.57 Ciak – Speciale 09.00 Confessione Reporter 10.00 Santa Messa 10.50 Le Storie di Viaggio a… 11.30 TG4 Telegiornale 11.58 Meteo.It 12.02 Agatha Christie 12.59 TGcom 13.50 Donnavventura 14.52 La Sacra Famiglia 15.30 TGcom 18.55 TG4 Telegiornale 19.35 Tempesta d’Amore 21.16 Film: Le Comiche – Prima parte 23.05 I Bellissimi di R4 23.07 Commedia Sexy 23.31 TGcom

306 06.00 Bigger, Badder Celebrity Feuds 07.00 Rich Kids of Beverly Hills 08.00 I Am Cait 11.00 E! News 12.00 Christina Milian Turned Up 18.00 Keeping Up With the Kardashians 20.00 House of DVF

400 06.00 How Do They Do It? 06.25 Misfit Garage. One, Nasty Nova 07.15 Fast N’ Loud 08.10 MythBusters– Bullet Baloney 09.05 Impossible E ngineering 10.50 Troy 11.40 Storage Hunters 1 12.35 Container Wars – Surf ’s Up 13.30 Legendary Motorcar 14.25 Dallas Car Sharks 15.20 Extreme Car Hoarders 16.15 Misfit Garage 17.10 Wheeler Dealers – Caterham 7 18.05 Fast N’ Loud – Rocking ’76 G10 Van 19.00 Treasure Quest 20.00 Naked and Afraid 21.00 Dual Survival – Braving Bolivia 22.00 Surviving Exodus 23.00 Big Fish Man – Mongolia

452 07:05 Blaze and the Monster Machines 07:30 PAW Patrol 07:55 Winx Club 08:45 The Fairly OddParents 09:45 Sanjay and Craig 10:30 Kung Fu Panda 11:20 Jinxed 12:30 Victorious 12:55 Big Time Rush 13:20 Marvin Marvin 13:45 SpongeBob SquarePants 14:35 The Penguins of Madagascar 15:20 The Fairly OddParents 16:00 iCarly 16:25 Big Time Rush 16:50 Victorious 17:15 iCarly 17:40 SpongeBob SquarePants 18:00 Teenage Mutant Ninja Turtles 18:50 Henry Danger 19:15 The Thundermans 19:45 Bella and the Bulldogs & Cat

403 06.00 Say Yes to the Dress 21.00 Say Yes to the Dress - The Big Day 21.55 Curvy Brides

104 06.00 Euronews 07.00 News Loop 08.30 Paq Paq on Test 08.40 Kelma għall-Ħajja 09.00 Quddiesa tal-Ħadd 09.45 Vatican Magazine 10.15 Qalb in-Nies 10.45 Madwarna 11.00 MEA 11.30 Awtokura 12.00 Gastrokultura 12.30 Venere 13.00 Paq Paq Lifestyles 14.00 Premju Ħaddiem tas-Sena 16.00 Animal Diaries 17.00 Ftuħ tal-Bibien tal-Ġublew tas-Santwarju ta’ Pinu (live) 19.00 Għawdex Illum 19.30 Dwarna 20.30 Aħbarijiet għall-persuni b’nuqqas ta’ smigħ 20.45 Paq Paq on Test 21.00 Kontrattakk

154 07.00 Prima pagina 07.55 Traffico 07.58 Meteo.It 07.59 Tg5 mattina 09.10 Le Frontiere Dello Spirito 09.50 Bella Più di Prima 11.00 Pianeta Mare 12.00 Melaverde 13.00 Tg5 13.39 Meteo.It 13.40 L’Arca di Noè 14.01 Film: Il Diario di Bridget Jones – Prima parte 15.14 TGcom 15.15 Meteo.It 15.18 Film: Il Diario di Bridget Jones – Seconda parte 16.30 Domenica Rewind 18.45 Avanti un Altro! 19.57 TG5 – Prima Pagina 20.00 TG5 20.39 Meteo.It 20.40 Paperissima Sprint

150 06.00 Da Da Da – Musica e Cinema 06.30 Uno Mattina in Famiglia 07.00 TG 1 09.35 A Sua Immagine – Speciale Giornata Della Famiglia 09.55 Santa Messa preseduta da Papa Francesco in occasione della Giornata Della Famiglia 12.20 Linea Verde – Val d’Aosta 13.30 Telegiornale 14.00 L’Arena 16.30 TG 1 16.33 Che Tempo Fa 16.35 Domenica In 18.45 L’Eredità 20.00 Telegiornale 20.35 Flavio Insinna Conduce Affari Tuoi Raddoppia 21.20 Tutto Può Succedere 23.19 TG1 60 Secondi 23.20 Speciale Tg1

155 07.00 Hannah Montana 07.20 I Puffi 07.35 Tom & Jerry 07.42 Looney Tunes Show 08.23 Ciak – Speciale 08.29 Film: Un Uomo Chiamato Flint stone 10.25 Film: Small Soldiers – Prima parte 12.25 Studio Aperto 13.00 Sport Mediaset 13.45 I Simpson 14.11 Dragon Hunter 16.20 Un Mondo in Miniatura 18.05 Camera Cafè 18.28 Studio Aperto 19.01 Film: Il Signore Degli Anelli 21.25 Film: Il Re Scorpione 23.15 Film: True Legend

307 07.15 Hawaii Life 07.40 Giada at Home 08.30 Healthy Appetite With Ellie Krieger 09.25 Caribbean Life 09.50 Hawaii Life 10.15 Rehab Addict 11.10 Desperate Landscapes 12.00 Junk Gypsies 12.50 Model. NYC 13.45 Giada’s Weekend Getaways 14.35 Restoration SOS Buffalo 15.25 Fixer Upper 16.15 Rehab Addict 17.05 Extreme Homes 18.55 House Hunters 19.45 Hawaii Life 20.10 Caribbean Life 20.35 Rehab Addict 21.00 Extreme Homes 21.55 America’s Most Desperate Kitchens

405 06.00 Call of the Wildman 06.25 Hunt For The Tasmanian Tiger 08.10 Killer Hornets From Hell 09.05 Mermaids – The New Evidence 10.00 River Monsters 11.50 Swimming With Monsters With Steve Backshall 15.30 Hunt For The Tasmanian Tiger 17.20 Killer Hornets From Hell 18.15 Mermaids – The New Evidence 19.10 River Monsters 21.00 The Cannibal in the Jungle 22.50 Russian Yeti – The Killer Lives

07.05 Of Mice and Men 08.55 The Man in the Iron Mask 11.05 Teen Witch 12.35 Thunderbirds Are Go 14.10 Puckoon 15.35 The Haunted Palace 17.05 Jakob the Liar 19.00 Les Miserables 21.20 Cold Mountain 23.55 Les Miserables

410 06.00 House Hunters International 08.30 Mega Mansions 10.00 Extreme Vacation Homes 11.00 Extreme Houseboats 14.00 Extreme Vacation Homes 16.00 House Hunters International 18.00 Great Railway Journeys of Europe 20.00 Tough Trains 21.00 Mysteries at the Museum 22.00 Most Terrifying Places in America 23.00 Time Traveling With Brian Unger

600 07.30 IBU World Cup Biathlon 08.30 FIS World Cup Skip Jumping 09.30 Four Hills Ski Jumping 10.30 Giro D’Italia Cycling 11.30 Tour De France Cycling 12.30 Sports Insiders 13.00 Vuelta a Espana Cycling 14.00 IBU World Cup Biathlon 15.00 FIS World Cup Ski Jumping 16.00 Four Hills, Ski Jumping 17.00 US Open Tennis 18.00 IBU World Cup Biathlon 20.00 FIS World Cup Ski Jumping 21.00 Vuelta a Espana Cycling 22.00 IBU World Cup Biathlon 23.30 FIS World Cup Ski Jumping

The Lady Vanishes fuq il-BBC Entertainment, 31.12.2015 fid-21.00 Tfajla żagħżugħa tiddeċiedi li tivvjaġġa lejn id-dar minn vaganza waħidha sabiex issib il-paċi, iżda dan kollu jinbidel waqt vjaġġ fuq ferrovija.


28 27|12|2015

kullħadd.com MIĊ-

ĊINEMA

RAPPORT TA’

ĊINEMA

CARMEL BONNICI

TANGERINE

REALISTIKU U ONEST

ĠURNATA FIL-ĦAJJA TA’ ŻEWĠ TRAVESTITI PROSTITUTI

Atturi Ewlenin: Kitana Kiki Rodriguez, Mya Taylor, Karren dra (Taylor) f ’ħanut tad-donuts, jargumentaw bejniethom, fejn Kargulian, Mickey 0’Hagan, James Ransome waħda takkuża lill-oħra li hi Direttur: Sean S. Baker Ħin: 88 min. esagerata u li ġġib l-affarijiet bi kbar u b’mod storbjuż. Distributur: Metrodome Films Alexandra tiżloqilha li ChesMaħruġ minn Side Street Films, Eden Cinemas Ċert. 15 ter (Ransome), dak li jim maniġġjahom (pimp), qabad relazzjoni ma’ waħda li tassew Taxi Driver (1976) dramma- kważi mwarrbin ta’ Los Ange- hi femminili. Hi tmur tfittex lil tikament dawwarna dawra les, bejn Santa Monica u High- din il-prostituta u minn xagħarmat-triqat u l-lokalitajiet mhux land, pass ’il bogħod minn ha tiġbidha matul it-triqat, f ’serispettabbli ta’ New York, fejn Hollywood. kwenza tassew umoristika. jgħixu l-kankru tas-soċjetà, Idur ma’ dawk l-inħawi bitRazmik (Kargulian), ix-xuin-nies morda mod ieħor, kif taxi tiegħu, iġorr kull xorta ta’ fier tat-taxi ta’ nisel Armen, isostni l-protagonist, Travis passiġġieri hemm l-immigrant miżżewweg b’tifla, wara li Bickle (Robert DeNiro). Mhux Armen li għandu relazzjoni ta’ narawh iwassal diversi karatdaqshekk b’solennità u serjetà, negozju maż-żewġ nisa ġer- tri strambi, insiru nafu li hu anzi b’xi mumenti spissi ta’ rejja. Inizjalment, niltaqgħu midħla ta’ Alexandra. Meta hu, kważi farsa, Tangerine jiffoka ma’ Sin-Dee-Rella (Cinderella), f ’lejlet il-Milied, il-ġurnata li fuq żewġ prostituti gay, lebsin aktar magħrufa bħala Sin-Dee jseħħu dawn l-avventuri kollta’ nisa, li jħufu fit-triqat u vjali (Cindy) (Rodriguez) u Alexan- ha, jitlaq mill-ikla tal-familja KRAMPUS

biex imur isegwi lil Alexandra fid-debutt tagħha bħala kantanta f ’bar lokali, il-kunjata taħseb ħażin u tmur tfittxu, sekwenza oħra mill-aqwa u tassew farseska. Wara li kont f ’dubji kbar xi kwalità ta’ xogħol se nara, bilmod bdejt nammira bil-kbir din il-produzzjoni li ġiet iffilmjata fuq xi iPhones u tkabbret għall-liżar il-kbir. Ir-riżultat hu kwadru kontinwament tassew ċar u mdawwal, b’interpretazzjonijiet eċċellenti minn żewġ atturi ġodda li żgur wieħed jieħu grazzja magħhom malajr. Nirrikmanda bil-kbir Tangerine, film li sorprendentement ħasadni! Prosit lid-direttur Sean Baker.

LEĠĠENDA DIVERSA

FANTASIJA U MAĠIJA OSKURA TA’ ŻMIEN IL-MILIED Atturi Ewlenin: Adam Scott, Toni Collette, Emjay Anthony, Stefania LaVie Owen, David Koechner, Conchata Ferrell Direttur: Michael Dougherty Distributur: Universal Maħruġ minn KRS Releasing

F’dawn il-ġranet ta’ ferħ tal-vaganzi tal-Milied joħorġu diversi films divertenti għall-familja kollha. It-tfal jistennew bil-ħerqa lil Santa Klaws iġibilhom xi rigal, il-familja tipprepara għall-ikla speċjali b’kulħadd preżenti, ilħbieb iżuru lill-ħbieb u xi differenzi kbar ma matul is-sena jintesew jew jinħafru. Però, hemm ukoll il-lat oskur ta’ dan il-perjodu. Fil-folklor antik Ewropew insibu l-leġġenda tal-Krampus, annimal ikrah bil-qrun, li fil-Milied jaħtaf lit-tfal imqarbin. Waqt li Santa jippremja

Ħin: 98 min. Ċert. 15

lil dawk ta’ qalb tajba u ħanina u jġib ferħ u hena fil-qlub, il-mostru Krampus jikkastiga lit-tfal arditi u ħżiena u jġib iddlam u t-taħwid. L-inkwiet fil-familja Engels jibda meta l-membri kollha jiltaqgħu flimkien. It-tfajjel sensittiv u attent, Max Engel (Anthony), li jħobb jaħseb f ’kulħadd, meta jara dan l-inkwiet żejjed fid-dar ma jkunx irid jaf bil-Milied, iqatta’ ittra li kien se jibgħat lil Santa Klaws u jarmi l-bċejjeċ mar-riħ. Parti minnhom tasal għand Krampus li, irrabjat bil-kbir, irid jikkastiga lit-tfal ta’ din il-familja.

Bil-magija u l-poter li għandu, Krampus jagħti l-ħajja lill-figuri tas-silġ (snowmen), lit-teddy bears, lin-nies tal-ħobż, (gingerbreadmen) u ikoni oħra li jattakkaw lill-familja Engels u jġegħluhom jaqbżu għal xulxin jekk iridu jsalvaw. Krampus hi kummiedja xi ftit oskura u kemxejn tal-biża’ adattata għat-tfal imfarfrin imma xorta waħda pjaċevoli ħafna u verament tagħti alter-

DADDY’S HOME

ŻEWĠ MISSIRIJIET AVVERSARJI

Atturi Ewlenin: Will Ferrell, Mark Wahlberg, Linda Car- loġiku tat-tfal, immuskolat u dellini, Hannibal Buress, Thomas Haden Church, Bobby mhux ta’ min idendel kusu miegħu. Cannavale Hawnhekk tibda logħba kontinwa min minn dawn Direttur: Sean Anders Ħin: 96 min. it-tnejn se jaġixxi ta’ veru Distributur: Paramount missier magħhom. NatuMaħruġ minn KRS Releasing Ċert. 12A ralment, is-supremazija se tgħaddi minn naħa għallFilm ieħor mexxej u pjaċevo- xi ftit timidu, miżżewweġ oħra; spiss titbiddel b’riżultati li, adattat ħafna għal dawn lid-divorzjata Sarah (Cardelli- farseski u anke xi korrimenti. il-festi tal-Milied hu Daddy’s ni) li għandha żewġt itfal u li Dawn it-tnejn, fil-aġir norHome. qed jagħmel minn kollox biex mali tagħhom, huma tassew It-tema assoluta hija bat- ikun missier eżemplari għali- differenti, però maċ-ċkejknin talja – battalja ta’ mħuħ, ta’ hom u anke għal martu. Hu iridu jużaw żegħil, juruhom kapaċità u superjorità bejn se jkun ittestjat bil-kbir meta sens ta’ sigurtà u jkollhom żewġt irġiel. Brad Taggart fil-belt jasal Dusty Mayron paċenzja kbira. (Ferrell) huwa raġel baħbuħ, (Wahlberg), il-missier bijoDaddy’s Home hi kummied-

nattiva u perspettiva differenti li dawn il-festi tant popolari. B’xi mod, dan ix-xogħol ħelu fakkarni f ’film ta’ baġit żgħir, bla ebda pretensjonijiet, li wkoll kien attraenti sewwa: Killer Klowns From Outer Space (1988). Fil-bidu nett il-logo ta’ Universal Pictures u Legendary Pictures jidhru ffriżati bl-ilma magħqud ippuntant ’il barra biex jagħti ħjiel ta’ dak li se ssegwi. KOMPETITTIV

ja gwappa li tesibixxi sensibbilità komika u moderna u fil-proċess turi x’jgħaqqad flimkien il-familji ta’ dawn iż-żminijiet. Waqt li wieħed hu ġentili u bniedem kwiet, l-ieħor għandu xeħta ta’ arja żejda li kapaċi jirbaħ dejjem f ’kumbattimenti bl-idejn lil kull għadu, imma wkoll bir-rieda biex irażżan għemilu quddiem tfal żgħar li jimpressjonaw ruħhom malajr. Fuq kollox, l-intriċċi komiċi taż-żewġ missirijiet jiddominaw u jagħtu tant gost liżżgħar. Will Ferrell hu wkoll wieħed mill-produtturi.


ĊINEMA

kullħadd.com

27|12|2015 29

IN THE HEART OF THE SEA (3D)

INKREDIBBLI

ĠRAJJA SENSAZZJONALI TA’ KURAĠĠ SFIQ Atturi Ewlenin: Chris Hemsworth, Benjamin Walker, Cillian Murphy, Ben Whishaw, Tom Holland, Brendan Gleeson. Direttur: Ron Howard Distributur: Warner Bros Maħruġ minn KRS Releasing Waħda mill-akbar ġrajjiet marittimi ġrat fix-xitwa tas-sena 1820. Din kienet tikkonċerna l-vapur Essex li jaqbad il-balieni u li, fi Frar ta’ dik is-sena, ħareġ minn Nantucket Island, New England u kien attakkat minn mostru kbir talbaħar – baliena bajda ta’ kobor enormi. Wara kważi mitejn sena, dan il-vjaġġ tal-waħx intesa u l-verità ta’ x’ġara inkinset mal-istorja. Imma d-direttur patrijottiku Amerikan, Ron Howard li jħobb ifaħħar il-ġrajjiet qalbenin ta’ pajjiżu, bħalma għamel b’Apollo 13 (1995), Cinderella Man (2005) u Frost/Nixon (2008), ried li jfakkar din l-avventura f ’In The Heart Of The Sea, li tassew juża b’manjiera effettiva l-proċess tat-3D diġitali. Ibbażata minn fuq il-ktieb rebbieħ fil-kategorija ta’ stejjer reali, In The Heart Of The Sea:

Ħin: 121 min. Ċert. 12A

The Tragedy Of Whaleship Essex, din il-produzzjoni tiffoka l-aktar fuq il-konsegwenzi ta’ wara. Dawk li rnexxielhom isalvaw wara li l-Essex tfarrak, imtlew b’sens ta’ vendetta personali kif ukoll użaw il-forzi limitati tagħhom biex jippruvaw jibqgħu ħajjin għal diversi xhur wara. F’dan iż-żmien ta’ sfida sfiqa huma ħabbtu wiċċhom ma’ maltempati qawwija, nuqqas ta’ ikel u xorb, paniku u disperazzjoni, filwaqt li bdew jiġuhom dubji x’valur fih dan ix-xogħol tagħhom li bih jaqilgħu l-għajxien. Ben Whishaw għandu l-parti tal-kittieb Amerikan Herman Melville li għamel ricerka qawwija fuq dan l-avveniment, madwar tletin sena wara. Ir-riżultat ta’ dan id-diżastru marittimu ispirah biex jikteb ix-xogħol klassiku tiegħu, Moby

Dick li ġie stampat fl-1860. In-novellist ċelebri Amerikan Nathaniel Hawthorne iqis lil Moby Dick bħala wieħed mill-

aqwa kotba tal-letteratura Amerikana. In The Heart Of The Sea juri biċ-ċar kif l-ispirtu uman

SNOOPY AND CHARLIE BROWN: THE PEANUTS MOVIE

f ’ċirkostanzi verament koroh kapaċi jaġixxi b’qies u raġuni li jgħollu d-dinjità tal-bniedem. Arawh!

KARATTRI ANIMATI MAĦBUBIN MINN MILJUNI TA’ NIES Vuċijiet Ewlenin: Noah Schnapps, Alex Garfin, Kristen Come Home, Snoopy And Charlie Chenoweth, Rebecca Bloom, Francesca Angelucci Brown: The Peanuts Movie jista’ jitqies bħala d-debutt Capaldi. ta’ dawn il-ħbieb fuq il-liżar ċinematografiku bit-3D Direttur: Steve Martino Ħin: 93 min. diġitali Distributur: 20th Century Fox F’din il-produzzjoni Charlie Maħruġ minn KRS Releasing Ċert. U Brown, li jkun kważi dejjem tellief iżda xorta maħbub, Charles M. Schultz ħoloq il- fejn dawn il-karattri magħrufa jimbarka fuq tfittxija karattri ta’ Charlie Brown, bħala Peanuts Gang saru tant kuraġġuża waqt li ħabibu, ilShermy u Patty nhar it-2 ta’ popolari li daħlu fil-kultura u kelb Beagle Snoopy, jittajjar Ottubru 1950 bħala strixxa l-qalb tal-Amerikani. L-aħħar fil-għoli biex jeqred lill-għadu cartoon f ’seba’ gazzetti. strixxa komika dehret fit-13 kbir tiegħu, il-Baruni l-Aħmar. Snoopy ma deherx qabel l-4 ta’ Frar, 2000, is-sena li fiha Minkejja li kollox jiġih ħażin, ta’ Ottubru 1950. B’hekk, miet Schultz. Għalkemm fl- Charlie jibqa’ jistinka u anke beda vjaġġ ta’ ħamsin sena 1972 kien ħareġ il-film Snoopy jittama. Dan l-ottimiżmu

u altruwiżmu tiegħu niżel tajjeb mal-qarrejja. It-tfajla ħelwa, simpatika u kwieta, b’xagħar aħmar, minn mindu ġiet toqgħod qrib Charlie saret l-oġġett ta’ fisazzjoni tiegħu u kull xħin jipprova jkellimha jew jaqbad magħha, minn xi mkien dejjem jinqala’ xi ostaklu. Imma Charlie hu rebbieħ għax qatt mhu se jaqta’ qalbu! Snoopy And Charlie Brown:

ALLEGRU

The Peanuts Movie hu film animat b’format sempliċi, bi tpinġija ċara kif kien iħażżiżha Schultz, b’temi ta’ tama, ħbiberija u insistenza, ingredjenti li dejjem ħaddan Charles M. Schultz u li jagħmel unur lil dan il-bravu u mibki artist tal-animazzjoni lineari. Minkejja li dan hu film għat-tfal u l-familji, ilkbar jistgħu jiskopru fih xi tagħlima wkoll.

L-AQWA ĦAMES FILMS Bejn is-16.12.2015 u l-20.12.2015

1. 2. 3. 4. 5.

Star Wars: Episode VII – The Force Awakens The Good Dinosaur Spectre Christmas With The Coopers The Hunger Games: Mockingjay Part 2

KOMPETIZZJONI EMPIRE CINEMA

Mistoqsija għal din il-ġimgħa Fuq xiex jittratta l-film Daddy’s Home? Ibgħat it-tweġiba tiegħek lil: Kompetizzjoni Films, KullĦadd, Ċentru Nazzjonali Laburista, Triq Mile End, il-Ħamrun, ĦMR 1717.

Rebbieħ taż-żewġ biljetti taċ-ċinema tal-ġimgħa l-oħra huwa M.MIFSUD - Il-Mosta


30 27|12|2015

kullħadd.com

AVVIŻI KLASSIFIKATI

­­­­PR­OPRJETÀ

TANAYA’S Dev. Ltd: Għażla kbira ta’ appartamenti f ’kull żona ta’ Malta. Jinbiegħu mingħajr depożitu u nħallsulek il-kuntratt. Offerta speċjali. Għal aktar dettalji ċempel 9992 4999. Mingħajr aġenti jekk jogħġbok. SERVIZZI Investigazzjoni Privata: Żwiġijiet, għerusija u relazzjonijiet oħra, DNA forensic tests, tfal maħtufin minn Malta, każijiet ċivili, każijiet oħra fil-qorti, problemi f ’kumpaniji jew negozju. Nagħmlu xhieda fil-Qorti. Naħdmu f ’Malta u anke barra. Għal appuntament ċemplu 7959 0000. email: info@privateinvestigationmalta.com Korsijiet f ’Livell Ordinarju f ’diversi suġġetti bħall-Matematika,  Ingliż, Malti, Franċiż, Fiżika u oħrajn. Noffru wkoll korsijiet tal-ECDL. Prezz €35 kull module. Noffru wkoll korsijiet bażiċi fil-kompjuter, €50. Ċempel 2166 2241 jew 7766 2241 jew żur issit elettroniku www.tudorinstitute.com Tewmi Group għal lezzjonijiet tal-karozzi kemm manual u kif ukoll automatic. Cab service u karozzi għall-kiri bi prezzijiet raġonevoli. Żur is-sit www. tewmi.com jew ċempel 9942 2422. Lezzjonijiet taż-żfin fuq stil ballroom jew Latin-Amerikan. Lezzjonijiet taż-żfin għallbeginners u kompetizzjonijiet minn Imperial Qualified Dance Teacher (ISTD) Ibgħat SMS fuq 7925 3015 jew ċempel 2138 6818 sa 12.00pm. Care and Cure Group Ltd: infermiera mħarrġa, caring

assistants, nannies, nies imħarrġin biex iżommu kumpanija, għajnuna fid-djar u night sitters. Servizz ta’ 24 siegħa, Għandna wkoll għall-kiri: wheelchairs, hoists, commodes, walking frames u hospital beds. Għal aktar informazzjoni ċempel fuq dawn in-numri: 2137 6946/9947 0178.

taġġjużi fuq sistemi tas-satellita u fuq l-android TV boxes. Għal aktar infromazzjoni ċempel 2148 6211

AFFARIJIET GĦALL-BEJGĦ

Tiswija u installazzjoni ta’ estensjonijiet tat-telefowns għal kull tip ta’ linji fissi. Ċempel fuq 7993 0419.

Għamara: Sett għamara ta’ kamra tas-sodda double. Prezz €700. Ċempel 2165 9311. Sett komplut ta’ car-seat covers ta’ lewn griż ċar. Inxtraw 6 xhur ilu. Prezz €35. Ċempel 7930 0261. Cover tal-karozza għax-xita u ta’ taħt tad-drapp. Kundizzjoni tajba. Prezz €40. Ċempel 7930 0261. Għandna varjetà kbira ta’ arloġġi bħal Tissot, Citizen, Casio, Michael Kors, Fossil, Esprit, Festina u Q&Q. Issibilna wkoll arloġġi ta’ mal-ħajt, żveljarini u selezzjoni ta’ cuckoo clocks mill-Black Forest. Noffru servizzi rigward tiswija ta’ kull tip ta’ arloġġ kif ukoll nibdlu batteriji, ċineg, naqtgħu kull forma ta’ ħġieġa, eċċ. Għal dawk l-arloġġi tajbin għall- ilma, noffru s-servizz ta’ water pressure test waqt li tistennew għalih. Nispeċjalizzaw ukoll fuq tiswija ta’ grandfather clocks u kull tip ta’ clock. It-tiswija hija bil-garanzija. Għal aktar informazzjoni żur is-sit: www.expresswatchrepairs.com jew irrikorru 110, Triq il Kungress Ewkaristiku, il-Mosta. Ċempel 2141 7235. XOGĦOL TA’ MANUTENZJONI Installazzjoni u tiswija ta’ aerials tat-televiżjoni. Offerti van-

Għal kull tip ta’ kisi bil-ġibs, ramel u siment, graffiato, żebgħa, xogħol fuq l-antik, xogħol fuq il-pond, madum, membrane, dawl u ilma. Ċempel fuq 7928 5444.

Varjetà ta’ ħwat, ħoroż, kanali tal-ilma, ċangatura qadima jew ġdida, kantun qadim, lavur ta’ kull tip. Ċempel lil Jason fuq in-numru 2143 2352 jew 9947 7167. Jason Gatt għal kull xogħol ta’ tibjid u tikħil, kisi normali, fuq il-fil, fuq xogħol antik u bil-pont, kisi bil-ġibs u graffiato. Kiri ta’ cherry picker (tower ladder). Ċempel fuq 9945 4235 jew 2180 5811. WP Ltd ta’ Triq ix-Xitwa, Ħal Qormi, jispeċjalizzaw f ’xogħol ta’ waterproof membrane, damp proofing u rubberised paint. 25 sena esperjenza. Stimi b’xejn u prezz moderat. Ċempel 2148 8972, 2143 8326, 9944 5527 jew 7981 2784 jew żur issit www.wpmalta.com Għal kull tip ta’ xogħol fuq faċċata, bjut, appoġġi, gallarijiet, eċċ. Membrane jew liquid membrane. Mela pproteġi l-proprjetà tiegħek mill-ilma tax-xita u ċempel issa għal stima b’xejn bin-numru 7905 8883 jew idħol fuq is-sit www.darrendoitall.com Il-bejt tiegħek jagħmel l-ilma? Għandek problema ta’ moffa? Kenda Ltd issolvilek il-problema. Nispeċjalizzaw fuq xogħol ta’ waterproofing u membrane b’10 snin garanzija. Xogħol

professjonali bl-aqwa materjal ISO pool. Għal stima bla obbligu ċemplu 7972 9967 jew żur is-sit www.kendawaterproofing.com AVVIŻI OĦRA

Paul & Waters – The Perfumery. Għall-aqwa ditti ta’ fwejjaħ, oriġinali u bl-orħos prezzijiet f ’Malta, żur il-ħwienet ta’ Paul & Waters – The Perfumery. Il-ħwienet tagħna tal-Fgura, il-Mosta, Ħal Qormi u Raħal Ġdid ikunu miftuħin kuljum mid-9.00 san-12.30 u mill16.00 sas-19.00. Paul & Waters Free Delivery Service. Ċempel 2766 3361. MUSIC LINK Issibilna kull tip ta’ strumenti mużikali, fosthom drums kemm akustiċi u elettriċi, cymbals, percussion, pjanijiet diġitali, baby grand pianos, sound mixers u sound cards. Apparat ta’ DJ sound systems, kitarri klassiċi u akustiċi, bass guitars, strumenti tar-ram, wood winds, vjolini, spare parts u aċċessorji oħra. Issib ukoll kotba tal-mużika tat-tagħlim. Mur Music Link, 262, Triq Fleur-de-Lys, B’Kara. Ċempel 2148 2796. AGR AUTO JAPANESE Parts għall-karozzi: Inbigħu kull tip ta’ parts ta’ karozzi Ġappuniżi u Koreani, fosthom Kia, Toyota, Isuzu, Daewoo, Mitsubishi, Honda, Subaru. Huma wkoll importaturi ta’ żjut u air filters, shock absorbers, brake pads, clutches, eċċ. Parts ġenwini. Għal aktar informazzjoni ċempel 2144 6839 jew 9947 4504. Fax: 2147 0295. Email: alex@ agrautoparts.com Nigret Night Club and Restaurant, Labour Ave, ir-Rabat, Malta. Naċċettaw riservazzjonijiet għal coffee mornings, lunches u dinner dances u kull okkaż-

KUPUN AVVIŻI KLASSIFIKATI IKTEB L-AVVIŻ F’DAN L-ISPAZJU

ISEM, KUNJOM, NRU TAT-TELEFOWN/MOWBAJL U INDIRIZZ

AVVIŻI

joni oħra. Miftuħin fil-weekends, lejla Maltija b’differenza kull nhar ta’ Ġimgħa. Nhar ta’ Sibt mużika għal kulħadd ma’ Franz Grech. Inservu wkoll take-away fil-weekends. Naċċettaw riservazzjonijiet għall-festi tal-Milied. Għal aktar informazzjoni ċempel 2145 4858/2145 4908/7945 4908. Tistgħu żżuru s-sit elettroniku www.nigretnightclub.com jew www.nigretnc.com Talba lill-Ispirtu s-Santu “Int li ssolvi l-problemi kollha, dawwal it-toroq kollha tiegħi biex nikseb dak li neħtieġ. Inti li tajtni d-don divin biex naħfer u ninsa d-deni kollu li jsir kontra tiegħi, li f ’kull mument ta’ ħajti tkun maġenbi. F’din it-talba qasira nixtieq nirringrazzjak ta’ dan kollu, waqt li nikkonferma mill-ġdid li qatt ma ninfired minnek, anke quddiem l-illużjonijiet materjali. Nixtieq li nkun miegħek fil-glorja ta’ dejjem. Grazzi għall-ħniena tiegħek lejja u lejn dawk li jiġu minni.” Din it-talba għandha tingħad tlett ijiem wara xulxin. Wara tlett ijiem it-talba tkun maqlugħa, anke jekk għall-bidu tidher diffiċli. It-talba għandha tkun ippubblikata mill-ewwel wara li tinqala’ l-grazzja, bla ma tissemma’ x’kienet.

Aħna nixtru kollox, bħal għamara, fajjenza, arloġġi, figurini, muniti, midalji u kull ħaġa oħra. Ċemplu fuq 2147 0128 jew 2123 7597 jew 9986 9519.

Offerta 1: Ġimagħtejn Offerta 2: 5 ġimgħat Offerta 3: 2 avviżi għal 5 ġimgħat Offerta 4: 13-il ġimgħa Offerta 5: 26 ġimgħa Offerta 6: 52 ġimgħa

€5 €10 €15 €30 €56 €93

ĦLAS B’CASH JEW CHEQUE LIL Sound Vision Print Ltd, KullĦadd, Avviżi Klassifikati, Ċentru Nazzjonali Laburista, Triq Mile End, il-Ħamrun, ĦMR 1717.


AVVIŻI

kullħadd.com

AVVIŻI ĠENERALI Nativitas: Kunċert tal-Milied mill-Banda Aniċi ta’ Ħal Qormi Għada t-Tnejn 28 ta’ Diċembru 2015, fil-knisja talVitorja f ’Ħal Qormi se jsir il-kunċert Nativitas li jibda fis-7.00pm. Il-banda se tkun taħt id-direzzjoni tas-Surmast Direttur Joseph Vella A. Mus. L.C.M., A. Mus. L.S.M., L. Mus. L.C.M., F.V.C.M. Il-presepju ħaj għall-wiri f ’Ħal Lija Il-presepju ħaj din is-sena ser jittella’ fil-bitħa talkażin tas-Soċjetà Sant’Andrija f ’Nru 39, Triq Sant’Andrija, Ħal Lija. Organizzat mis-Soċjetà u mill-membri tagħha, il-presepju jikkonsisti f ’xeni li jirrappreżentaw il-belt ta’ Betlem u xeni tradizzjonali oħra li huma assoċjati ma’ presepju tradizzjonali Malti. Din l-attività ser tkun animata bi tfal u adulti minn Ħal Lija stess, ilkoll libsin kostumi bibliċi. Ilpresepju ħaj ser jinfetaħ uffiċjalment mill-Kappillan ta’ Ħal Lija. Il-presepju jkun miftuħ għall-pubbliku illum ilĦadd 27 ta’ Diċembru bejn il-5.30pm u t-8.30pm. Il-familji u l-pubbliku inġenerali huma mistiedna jżuru din il-wirja ta’ presepju ħaj. Id-dħul hu b’donazzjoni minima ta’ €1 għal kull persuna adulta. Min jixtieq aktar tagħrif jista’ jċempel 2143 5499 jew iżur is-sit: www.santadrijalija.com Wirja tradizzjonali tal-Milied L-Għaqda Filantropika Talent Mosti bi pjaċir jistidnuk iżżur it-18-il edizzjoni tal-wirja tradizzjonali tal-Milied fiċ-ċentru ta’ kultura nazzjonali, fir-razzet tal-Markiż Mallia Tabone, Triq Wied il-Għasel, ilMosta. Il-ftuħ tal-wirja huwa bejn it-12 ta’ Diċembru 2015 u t-3 ta’ Jannar 2016. Ħinijiet tal-wiri: kuljum mill5.30pm sad-9.00pm, Ħdud u festi mid-9.30am sa nofsinhar u mill-5.30pm sad-9.00pm. Din l-esibizzjoni għandha turi s-sbuħija u l-mottiv tal-presepju. Numru sabiħ mill-presepji esibiti qegħdin jieħdu sehem fil-kompetizzjoni mnedija mill-Kummissjoni Nazzjonali tal-Folklor. Se jkunu esibiti wkoll Bambini, statwetti, kwadri, skultura, ritratti u artiġġjanat li jesprimu b’mod artistiku n-Nattività tal-Feddej. Kulħadd huwa mistieden. Dħul bla ħlas u parkeġġ mhux problema. From Timekeepers to Trendsetters Palazzo Falson Historic House Museum b’kollaborazzjoni ma’ Fondazzjoni Patrimonju Malti qed tkompli bis-sensiela ta’ wirjiet temporanji, din id-darba b’wirja ta’ arloġġi antiki. Aktar minn 50 arloġġ mislufa għall-okkażjoni minn kollezzjonijiet privati u mużewijiet jitfgħu dawl fuq it-teknoloġija u l-kwalità artistika ta’ dawn l-arloġġi. Il-wirja turi l-varjetà u l-użu ta’ dawn l-arloġġi kif ukoll tiffoka fuq arloġġi ta’ importanza partikolari li kienu ta’ personalitajiet magħrufa. F’din il-wirja mhux biss tista’ tara kif jaħdmu dawn l-arloġġi, imma tifli wkoll il-kwalitajiet estetiċi tagħhom u kif fl-imgħoddi kienu parti indispensabbli mill-ilbies. Il-kuratur ta’ din il-wirja hu David Thompson, li sal-irtirar tiegħu kien kuratur ewlieni tal-Horology fil-British Museum. Il-wirja se ssir f ’Palazzo Falson Historic House Museum, l-Imdina, u tinsab miftuħa u tibqa’ miftuħa sal-10 ta’ Jannar 2016, mit-Tlieta sal-Ħadd, mill10.00am sal-4.00pm.

27|12|2015 31


32 27|12|2015

kullħadd.com

TEMP GĦAL-LUM

It-Tnejn

It-Tlieta

L-Erbgħa

18 C°

18 C°

17 C°

10 C°

11 C°

10 C°

03

02

02

Il-Ħamis

Il-Ġimgħa

Is-Sibt

16 C°

16 C°

16 C°

10 C°

10 C°

10 C°

03

02

02

ALMANAKK

RITRATT MILL-ANTIK

L-OGĦLA TEMPERATURA: 17°C L-INQAS TEMPERATURA: 10°C INDIĊI UV: 2 SITWAZZJONI ĠENERALI: Firxa ta’ pressjoni għolja testendi mit-Turkija sa Spanja, filwaqt li arja ta’ pressjoni baxxa testendi mil-Lvant tal-Libja sal-Baħar Jonju

UV

TEMP: Pjuttost imsaħħab bil-ħalbiet iżolati tax-xita

Ritratt: BAY RETRO

VIŻIBBILTÀ: Tajba minbarra fil-ħalbiet tax-xita RIĦ: Ħafif mill-Gireg it-Tramuntana li jsir ħafif għal moderat mill-Grieg il-Lvant BAĦAR: Ħafif IMBATT: Baxx mill-Grigal li jsir baxx mil-Lvant TEMPERATURA TAL-BAĦAR: 18°C

SPIŻERIJI LI JIFTĦU LLUM IL-ĦADD

UV

SPIŻERIJI LI JIFTĦU FL-EWWEL TAS-SENA

Regent Pharmacy, 70, Triq Merkanti, il-Belt Valletta Vivien Pharmacy, Triq Patri Magri, il-Marsa Evans Pharmacy, 96/98, Triq San Bastjan, Ħal Qormi Remedies Pharmacy, Triq Tumas Fenech, Birkirkara Deby’s Pharmacy, 1, Misraħ il-Barrieri, l-Imsida Mensija Pharmacy, 92, Triq il-Mensija, San Ġwann Stella Maris Pharmacy, 34, Triq Millner, Tas-Sliema St Catherine Pharmacy, Triq id-Dielja k/m Triq Santa Katerina, Ħ’Attard Tat-Tarġa Pharmacy, Plot nru 2, Triq il-Kostituzzjoni, il-Mosta Euro Chemist, Triq il-Kurazza, il-Qawra Sta Lucia Pharmacy, 1, Misraħ Dorell, Santa Luċija Verdala Pharmacy, 57, Triq il-Gendus Bormla St Anne Pharmacy, Triq il-Qaliet, Wied il-Għajn Green Cross Pharmacy, 8, Misraħ Gregorio Bonnici, iż-Żejtun Safi Pharmacy, St John Street k/m Triq Bieb il-Ġarra, Ħal Safi Brown’s Pharmacy, 47, Vjal il-Ħelsien, Ħaż-Żebbuġ Imtarfa Pharmacy, 207, Triq San David, l-Imtarfa

Vilhena Pharmacy, 3, Triq Sant’Anna, il-Furjana Cosmed Pharmacy, Soccors, 7 Triq il-Franġiskani fi Triq Villambrosa, il-Ħamrun Evans Pharmacy, 96/98, Triq San Bastjan, Ħal Qormi Mackie’s Pharmacy, Triq L. Casolani, Ta’ Paris, Birkirkara Regal Pharmcay, 39B, Triq Antonio Bosio, l-Imsida Mensija Pharmacy, 92, Triq il-Mensija, San Ġwann Harley Pharmacy, 1, Triq Nathalie Poutiatin Tabone, Tas-Sliema Balzan Pharmacy, 70, Triq San Franġisk, Ħal Balzan St Joseph Pharmacy, 1, Triq iż-Żakkak, il-Mosta Euro Chemist, Triq il-Kurazza, il-Qawra Sonren Pharmacy, Triq iż-Żejtun, Ħal Tarxien Kalkara Pharmacy, 8, Misraħ l-Arċisqof Gonzi, il-Kalkara San Tumas Pharmacy, Triq il-Qaliet k/m Triq il-Lampuka, Wied il-Għajn Brittania Pharmacy, 5, Triq il-Bajja s-Sabiħa, Birżebbuġa Żurrieq Dispensary, 68, Triq il-Kbira, iż-Żurrieq De Rohan Pharmacy, Triq Sant’Antnin, Ħaż-Żebbuġ Imtarfa Pharmacy, 207, Triq San David, l-Imtarfa

Għawdex

Għawdex

Abela Pharmacy, 42, Triq G.P.F. Agius De Soldanis, ir-Rabat, Għawdex Lauretana Pharmacy, 36, Triq l-Imġarr, Għajnsielem, Għawdex

Taċ-Ċawla Pharmacy, Triq is-7 ta’ Ġunju 1919, ir-Rabat, Għawdex St Joseph Pharmacy, 28, Pjazza San Ġużepp, il-Qala, Għawdex

Dekorazzjoni tal-Milied mill-RAF fi żmien l-Ingliżi

DIN IL-ĠIMGĦA MILL-ISTORJA

29.12.1959 Tibda titħaddem il-Metro ta’ Lisbona

NUMRI REBBIEĦA LOTTU

32 07 44 65 70 73 53 83

SUPER 5

45 24 33 04 10

01.01.1998 Jitwaqqaf il-Bank Ċentrali Ewropew


TISLIBA

kullħadd.com

27|12|2015 33 RIŻULTATI TAX-XAHAR LI GĦADDA MIMDUDIN: 1 Kappell, 5 żmagat, 8 Iffanga, 14 Tebut, 15 Tilqim, 17 Denfil, 19 Kważi, 20 Odju , 21 Flus, 23 Xtarr, 25 u 28 Monarkij, 29 u 30 Sponoż, 31 Ajru, 33 Daqqataħarta, 39 Pizz, 41 u 42 Trofej, 43 Moxt, 45 Nemla, 46 Blaff, 47 Alla, 50 Kajr, 53 u 54 Ftaħar, 56 Kesħa, 58 Rkoppa, 60 Kewkba, 62 Astra, 64 Feraħ, 67 Ċapċip, 69 Kafkaf, 70 Stann, 72 u, 73 Maċina, 75 Nofs, 77 Kera, 79 u 80 Filantropji, 82 Rfis, 84 u 85 Privat, 87 Uħud, 88 Lamornamorna, 93 Samm, 94 u 94 Lirika, 96 u 98 Faldrappa, 100 u 101 Dawramejt, 105 Baba, 108 Rabta, 109 Rattab, 110 Nemusa, 111 Lewla, 112 Kampnar, 113 Bnadar, 114 Spralli.

023

WEQFIN: 2 Arblu, 3 u 4 Patalott, 6 u 7 Memorandum, 9 u 10 Fallakka, 11 Gravi, 12 Stuffat, 13 Pitazzi, 16 Lottal, 18 Flatt, 22 Spott, 24 Riq, 26 u 27 Oratorja, 32 Rimors, 33 Don, 34 Qamħ, 35 Alakka, 36 Ħabrek, 37 Rqad, 38 u 40 Affidavit 44 Xifa, 48 Lira, 49 Parroċċa, 51 Mħallfin, 52 Xkaffa, 55 Baruni, 57 Ħaġa, 59 Ponċ, 61 Wulf, 63 Swat, 65 Rakkmu, 66 Ħmir, 68 Pinnur, 69 Kostum, 70 Sajf, 71 Alaska, 74 Dlam, 76 Morr, 78 April, 79 Fil, 81 Iva, 82 Rtokk, 83 Suffara, 86 żmattat, 89 Adatt, 90 u 91 Oppona, 92 Nardu, 97 Labra, 99 u 100 Abbondanza, 102 Ewwel, 103 u 104 Kapparra, 106 u 107 Kappella.

Mimdudin

1 5 8 14 15 17 19 20 21 23 25 28 29 31 33 39 41 42 43 45 46 47 50 53

56 Għandna 14 bħalu mdawrin ma’ Malta u Għawdex (5) Lil Popeye jagħtih ħafna saħħa (7) 58 Jaħseb fih innifsu biss (6) Lsiera (6) 60 Għawi, tisħin tal-irjus (6) Nfixel sew, tgerfex, intilef minn 62 Din jagħmluha l-għassiesa, iduru ma’ sensih, tħarbat (7) kull fejn huma responsabbli (5) Dawk li jiffurmaw l-istat, massa kbira 64 Din il-festa tiġi erbgħin jum wara ta’ nies (5) l-Għid il-Kbir (5) Fih kien jissajjar l-ikel, bil-ħatab u biċ- 67 Waqt ir-rużarju din tinżamm f ’id ċumnija (6) waħda (6) Il-Partit Laburista għandu kemm-il 69 Ir-riħ li jiġi minn bejn it-Tramuntana wieħed, tal-azzar (6) u l-Lvant (6) Agħti ruħek għan-..... u d-dinja ħalliha 70 Dan huwa tajn samrani magħqud; bih ddur, qawl (5) kienu jagħmlu l-pasturi (5) Nofs it-testment li jista’ jfisser eżami 72 u 73 Min m’għandux minn dawn jew prova (4) għandu d-domni (6) Allura t-Teatru .... ġej bla saqaf? (4) 75 Dawn jixkfu l-għawar (4) Lenza rqiqa (5) 77 u 79 Tgħaddi mlebbta mit-toroq Għandu minn żmien żemżem (5) iddoqq is-sirena (9) Din bilkemm isservi biex tħallas 80 Belgħa brandi jew wiski (5) l-ispejjeż tal-familja (4) 82 Tindif, tfarfir, tneħħija tal-ħmieġ (4) u 30 ...... ir-Rummien, f ’Għawdex 84 Karozza sabiħa mill-Korea (3) għandu jibqa’ kif ħolqu Alla (6) 85 Stazzjonijiet tat-TV Taljani (3) Il-.... tat-tenur Malti Joseph Calleja 87 Qalbu għamlet ...., bħallikieku ħass hija imprezzabbli (4) tferfira (4) Dawn in-nies huma b’diżabbiltà (12) 88 Meta ngħiduha tfisser bil-mod il-mod Dan mhuwiex ir-raġel tal-grada (4) (6,6) Ta’ spiss ngħidu li ... għandu l-għali 93 Aktar minn farka waħda (4) jkompli jżidu (3) 94 u 95 Dawn il-ħaddiema jsoddu x-xquq Jaqta’ daqs ... tal-leħja (3) tad-dgħajjes (6) It-tfal żgħar jibdew imorru fl-iskola 96 Skond il-qawl dan qatt ma jsir semm tan-...(4) (4) Riverenza bħala tislima, ġenuflessjoni 98 ..... Kotba Maltin ta’ Pawlu Mizzi (5) (6) 100 u 101 Dan huwa lqugħ għat-titjir tatIl-professjoni ta’ Ċensu Moran (5) tajn madwar ir-roti (9) Meta nqatel hu mietet kwart tan-nies 105 Ikun dak li trid Int hekk fis-sema .... tad-dinja (4) fl-art! (4) Ersaq ’il hawn lejja (4) 108 Missier il-missier (5) u 54 Dejjem ngħidu li tajba ...... d-dar! 109 Il-kapitali u l-ikbar belt fit-Turkija (6) (6) 110 Tnaddaf il-ħġieġa ta’ quddiem ta’

111 112 113 114

karozza, u ta’ wara wkoll (6) F’idejn is-saċerdot issir divina (5) Ċittadin ta’ Tuneż (7) Wieħed mill-imsieken (6) Qarraq b’xi ħadd, imbrolja, ittradixxa, wera ħaġa b’oħra (7) Weqfin

2 3 4 6 9 11 12 13 16 18 22 24 27 32 34 35 36 37 38 44 48 49

Kontra pruwa (5) Il-ħajja .... u tlajja’, qawl (4) Rabta .... ma ddumx ma tinħall (4) u 7 Batut minn għajnejh (5,5) u 10 Iddejqek min jagħmilhielek iżda hija wkoll perfezzjoniżmu (8) Kejl ta’ 240 qasba kwadra raba’ (5) Ta l-kunsens tiegħu, kien favur (7) Jeffrey Pullicino ....... (7) Xorta ta’ biljett li jista’ jinbidel fi flus jew f ’xi rigal (5) Dan huwa tiegħek, iġġieled għalih u tħallihx jitgħawweġ (5) Ħafna nies jippruvaw isibu l-iskuża fiha (5) u 26 Dan mhuwiex ir-raġel tal-granita (6) Din hija ħaġra jew rużetta jew inkella tinten seba’ pesti (5) u 33 Dawn iżommulek il-qalziet f ’postu (9) Hi taf x’fiha l-borma (4) Kontra Lvant (6) M’hemm xejn nieqes minnu (6) Sebħ, l-ewwel żerniq fis-sema qabel jisbaħ (4) u 40 Xi ħadd brikkun, qarrieq, ħawwadi (9) It-tfal m’għadhomx jilagħbu .... (4) Bil-.... fil-għajnejn juru ħaġa b’oħra (4) Jgħidu li dan għandu ħafna, u

51 52 55 57 59 61 63 65 66 68 69 70 71 74 76 78 79 81 83 86 89 90 92 97 99 102 103 106

jonfoqhom (8) Min jagħmel ........ jagħmel qartalla, qawl (8) Fiha jinżammu l-bhejjem għall- mistrieħ (6) Tip ta’ żarbun li nilbsuh fis-sajf (6) Hawn min jipprova jitmagħhulek bil- labra (4) Lil din l-art ħelwa, l-....sabiħ tagħna (4) Wieħed mix-xwieni (4) Baxxa rasu għall-ordni (4) Krejn, sistema ta’ taljoli (6) Min ifittex ...., qawl (4) Ħażin jekk isir fil-qalb (6) Wieħed mill-gliegel (6) .... id li tixtieq maqtugħa (4) Dandin, isir minn min iħobb jgħolli lilu nnifsu (6) Tweġiba pulita ta’ grazzi (4) L-ewwel pjazza ta’ Għawdex (4) Barra minn hekk, mhux biss, iżjed (5) Skont minn liema ... teħodha (3) u 82 Dan ħaqqu jgħix fil-ħabs (8) Wieħed minn dawn iggradwaw m’ilhux Dan joqgħod fl-iżbarra waqt il-ġuri (7) Kif trid ..... trid lil għajrek (5) u 91 Kamra fuq bastiment (6) Biċċa għodda biex torbot sewwa żewġ affarijiet flimkien (5) Taqbad minnu (5) u 100 Iddobba daqqa tal-..... ..... - daqqa kbira, tal-mewt (5,5) Beda jrejjaħ, sodd imnieħrek (5) u 104 Dawn jeħduk fl-aħħar vjaġġ (8) u 107 Din is-siġra togħla ħafna, dejjem ħadra, magħrufa wkoll bħala snuber (8)


34 27|12|2015

kullħadd.com

LOGĦOB

TISLIBA BIN-NUMRI POĠĠI N-NUMRI F’POSTHOM Bi 3 Numri 008 078 151 174 203 302 313 347 365 376 405 752 764 878 945 992 B 4 Numri 0010 0461 1670 2571 2580 2751 2856 3334 3418 3852

4575 5057 6818 7048 7297 7988 8045 8130 8457 8813 8831 8874 9213 9516 B 5 Numri 01642 10584 11516 11749 19086 21073 22910 27665 34260 35956 36661 39152 40311 41101

43318 47175 48312 48689 51944 60095 61339 62008 65481 70780 71043 79126 79529 84634 87323 91868

B 6 Numri 038272 056251 087590 192211 347726 408849 615578 671820 701831 831010 839885 884411

IR-RIŻULTAT TAL-ĦADD LI GĦADA

] SUDOKU SPONSORJATA MINN WELLA

Irbaħ xampù u conditioner tad-ditta Wella Aqta’ din il-logħba u ibgħata lil: KOMPETIZZJONI WELLA, KullĦadd, Ċentru Nazzjonali Laburista, Triq Mile End, il-Ħamrun, ĦMR 1717. Isem: Indirizz:

Rebbieħ tal-Ġimgħa l-oħra: J. POLIDANO – Ħal Qormi

KOMPETIZZJONI CENTRO CASALINGA ]

2

Ġemma’ sitt kupuni u ibgħathom f ’daqqa lil: KOMPETIZZJONI CENTRO CASALINGA, KullĦadd, Ċentru Nazzjonali Laburista, Triq Mile End, il-Ħamrun, ĦMR 1717. Isem: Indirizz: Nru tal-kartà tal-identità:

Nru tat-telefown:


LOGĦOB

27|12|2015 35

kullħadd.com

IRBAĦ €100 FI FLUS

103

Ibgħat dawn iż-żewġ kompetizzjonijiet f ’daqqa fl-indirizz: IRBAĦ €25 FI FLUS, KullĦadd, Ċentru Nazzjonali Laburista, Triq Mile End, il-Ħamrun, ĦMR 1717. Idħol biċ-ċans li tirbaħ magħna.

TISLIBA Mimdudin: 1. 4. 7,12 W. 9. 10. 12. 16,19. 18. 19. 20. 21. 23. 24.

Kompli l-qawl: Aħseb fil-..... biex it-tajjeb ma jonqosx (5) Dan isir fiċ-ċimiterju (4) Dawn jaqgħu fil- logħob tal-karti (4) Ara 6 (5) Ħawwad? (6) Jikkmanda fir-raħal jew belt tiegħu? (6) Ħuta mqadda? (6) Id-.. u d-do! (2) Ara 16 Stampi sagri (5) Lemħu (3) Briegħed (4) Il-kapitali Ingliża

tilfet l-enne (5) Weqfin:

1. Tweġġa’ sew jekk taqla’ xebgħa biha (6) 2,22. Żejjen? (6) 3,5. Insakkar (6) 5. Ara 3 6,9. Tlaqna? (6) 8. Pjanti (9) 11,17. Kesħa (6) 12. Ara 7 13,21W. Weġġa’ (6) 14. Ta’ Manchester dawn (6) 15. Tefgħa? (6) 17. Ara 11 21. Ara 13 22. Ara 2

SOLUZZJONI TAL-ĠIMGĦA L-OĦRA Mimdudin:

Weqfin:

1.Dieqa, 4.Duwa, 7.La, 9,17. Jimita, 10.Frawli, 12.Inċens, 16,19.Miskin, 18.En, 20.Kotra, 21.SAA, 23.Bist, 24.Adami

1.Dejjem, 2,22.Emmaus, 3.Alf, 5,6.Ugwali, 8.Arġentina, 11,21 wieqfa. Insib, 12.IS, 13.CEO, 14.Skarsa, 15.Inviti

QED TAGĦRAFHOM? Fir-ritratt hemm żewġ uċuħ f’wiċċ wieħed. Qed tagħrafhom? Ħjiel: Żewġ atturi li ilhom fix-xena tal-films mis-snin tmenin u riċentament ħadmu l-films flimkien. Personalità 1: Personalità 2: Isem: Indirizz: Nru tat-telefown:

IDĦOL BIĊ-ĊANS LI

TIRBAĦ €100

Kull l-aħħar Ħadd tax-xahar il-premju ta’ €25 jiżdied għal €100! Sabiex tipparteċipa ibgħat din il-paġna bħas-soltu. Apparti minn hekk żomm il-logos tal-KullĦadd tal-ġimgħat ta’ qabel, billi tqasqashom mill-ewwel paġna tal-gazzetta bid-data tal-ħarġa tidher, u ibgħathom flimkien ma’ din il-paġna. Eżempju: Ibgħatu din il-paġna mal-logo tal-ħarġiet tal-5, 13 u 20 ta' Diċembru

RIŻULTATI TAL-ĠIMGĦA L-OĦRA

Leonard Nimroy

Ir-rebbieħ tal-ġimgħa l-oħra huwa: V. ZAMMIT – Raħal Ġdid L-ittri rebbieħa jintbagħtu fix-xahar ta’ wara li tkun intrebħet il-kompetizzjoni.

Christopher Lee


36 27|12|2015

kullħadd.com

SPORTS

Ritratt: MARIO MICALLEF

JASON MAGRO JIRBAĦ L-ASMK DEMOLITION DERBY 2015

Nhar il-Ħadd 20 ta’ Diċembru 2015 l-Assoċjazzjoni Sport Muturi u Karozzi organizzat il-programm speċjali ta’ qabel il-Milied b’attività speċjali. Din il-ġurnata issa daħlet sew filkalendarju tal-Assoċjazzjoni tant li din kienet it-22 edizzjoni li ġiet organizzata attività speċjali biex jinġabru fondi għall-karità. It-temp imħawwad għall-aħħar ma qatax qalb l-Amministrazzjoni tal-Assoċjazzjoni milli torganizza din l-attività tant importanti fejn kien hemm ukoll il-parteċipazzjoni ta’ 55 kompetitur. Kollox beda fl-10.30am ta’ bi ftit xita li xorta ħalliet il-kompetituri tas-Sezzjoni Autocross jagħmlu tiġrijiet spettakolari. Fuq trakka mxarrba rajna r-ritorn tal-exchampion Patrick Cassar fuq Opel Corsa. Dan, minkejja l-kundizzjoni ta’ trakka, xorta waħda rnexxielu jiddomina l-ġurnata. Flimkien miegħu rajna wkoll lil Josef Grech fuq Ford Fiesta li spiċċa l-heats talġurnata bl-ogħla punteġġ biex issiġillaw posthom fil-finali Klassi A. Flimkien magħhom ikkwalifikaw Malcolm Borg fuq Opel Corsa, Jurgen Mallia fuq Honda Civic, Ivan

Birmingham fuq Suzuki Swift u Christian Mark Galea fuq Fiat Ritmo. Għall-finali Klassi B ikkwalifikaw Ryan Scicluna fuq Ford Fiesta, Joseph Micallef fuq Opel Corsa, Gordon Johnson fuq Peugeot 205, Matthew Borg fuq Opel Nova, Christian Apap u Karl Micallef, it-tnejn fuq Ford Fiesta. Għall-finali Autocross Standard ikkwalifikaw Ian Fenech fuq Citroen AX, Traydon Bailey fuq Ford Ka, Karl Scicluna fuq Pegueot 206, Melvin Buttigieg fuq Citroen AX u Johann Vella fuq Opel Corsa. Fis-Sezzjoni Motocross rajna parteċipazzjoni qawwija fejn fi Klassi A rajna lil Edward Ciantar fuq Kawasaki u Clayton Camilleri fuq KTM jiddominaw din ilklassi. Taqtigħa bejniethom ħalliethom jispiċċaw b’Ciantar rebbieħ tal-ġurnata segwit minn Camilleri. Fit-tielet post spiċċa Pierre Jourdan fuq KTM, fil-waqt li fir-raba’ post spiċċa Kyle Camilleri fuq KTM ukoll. Fi Klassi B Motocross rajna parteċipazzjoni kbira mill-Għaqda tal-Muturi ta’

Għawdex fejn f ’din il-klassi iddomina Etienne Bigeni fuq Honda bir-rebħ tiegħu fiżżewġ heats. Dan kien segwit minn Mario Cauchi fuq Honda. Fit-tielet post spiċċa Robert Spiteri fuq Yamaha, fil-waqt li fir-raba’ post daħal Joseph Bigeni fuq Kawasaki. Il-Klassi Motocross Open intrebħet min Edward Ciantar fuq Kawasaki, segwit min Etienne Bigeni u Mario Cauchi, it-tnejn fuq muturi Honda. Il-programm kellu jieqaf ħesrem hekk kif kmieni waranofsinhar għamlet xita qawwija fejn ħalla s-sezzjoni Autocross ma tkompliex bilprogramm biex isiru l-finali. Intant l-Assoċjazzjoni stenniet il-ħin tat-3.30pm biex bdiet id-Demolition Derby kif kien miftiehem. Tmien karozzi rreġistraw għall-edizzjoni ta’ din is-sena. Il-kompetituri kienu Larkin Butler fuq Volvo, Sean Magro fuq Datsun Bluebird, Jason Magro fuq BMW, Mario Cassar fuq Nissan Sunny, Frank Butler fuq Mazda 626, Marlon Caruana fuq Fiat Maraia, Leo Butler fuq Lada u Clint Farrugia fuq Volvo. F’xita nieżla kontinwament

u b’mijiet ta’ spettaturi li attendew biex jaraw l-edizzjoni ta’ din is-sena li reġgħet kienet iddominata minn karozzi diversi, mal-ħin tat-3.30pm ingħata s-sinjal biex tibda d-Demolition fejn, wara żewġ dawriet mal-korsa, rajna dawn il-karozzi joffru spettaklu ta’ ħbit b’tattika speċjali qabel ma jkunu mormija għall-iskrapp. Fosthom spikkat il-karozza BMW misjuqa min Magro fejn, apparti l-ħoss sabiħ talmagna li kellha, beda jagħmel manuvri u joqgħod attent fejn jirċievi d-daqqiet kif ukoll b’fejn jgħati daqqiet lil uħud minnhom. Din kienet wirja spettakolari. Wara ftit inqas min 40 minuta t-taqtigħa spiċċat bejn tliet karozzi: il-Volvo misjuq minn Larkin, BMW misjuq minn Jason, u Mazda misjuqa minn Frank, fejn il-BMW u l-Volvo weħlu flimkien u ħallew lissewwieq tal-Mazda biċ-ċans li jirbaħ din id-Demolition. Ftit sekondi wara l-karozzi inqalgħu u s-sewwieq talBMW Jason Magro rnexxielu jirbaħ din l-edizzjoni ta’ din issena. Runner-up tiegħu spiċċa Larkin Butler fuq Volvo. Matul din l-attività attendew ukoll is-Segretarju

Parlamentari għar-Riċerka, Innovazzjoni, Żgħażagħ u Sport Chris Agius, kif ukoll il-Kelliem għall-Isport minnaħa tal-Oppożizzjoni David Agius. Il-ftit ħin li kienu preżenti waqt din l-attività segwew mill-qrib l-operat tal-Assoċjazzjoni filwaqt li rringrazzjaw u awguraw lill-membri tal-Kumitat, speċjalment l-uffiċjali talAssoċjazzjoni, tax-xogħol volontarju kollu li jagħmlu biex għaqda kbir bħal din tkompli fuq dawn il-passi ħalli jibqa’ jkollha dan is-suċċess. Huma ġew ippreżentati b’tifkira tal-okkażjoni mill-President u s-Segretarju Ġenerali talASMK. Intant, l-Assoċjazzjoni fil-jiem li ġejjin ser tkun qed tħabbar meta se jsiru l-finali A u B tasSezzjoni Autocross Modified kif ukoll il-finali tal-Autocross Standard. L-Amministrazzjoni tieħu din l-okkażjoni biex tirringrazzja lil dawk kollha li b’xi mod huma involuti flgħaqda u tawgura sena ġdida mimlija risq u hena. Għal iktar informazzjoni żur is-sit elettroniku f talAssoċjazzjoni www.asmk.org. mt jew il-paġna ta’ Facebook A.S.M.K. Malta.


SPORTS

kullħadd.com

27|12|2015 37

QED JOQORBU L-KAMPJONATI TAL-PAJJIŻI ŻGĦAR...

PROSPETTI SBIEĦ GĦALL-ATLETI MALTIN aqqax f ’din l-istess laqgħa ta’ xi ġranet ilu? Id-dixxiplina sportiva, din id-darba kienet it-tfigħ tax-shot, fil-kategorija tal-juniors, li ssemmiet aktar kmieni. B’teknika li biha l-kowċ tiegħu qed jirnexxielu jġibu ‘l quddiem, Mifsud tejjeb ir-rekord, ukoll tiegħu stess u li kien stabbilixxieh sena ilu bi 32 ċentimetru għad-distanza ġdida ta’ 14-il metru u 60 ċentimetru. Il-kowċ Genc Dapi

Bradley Mifsud Filwaqt li l-istaġun tal-atletika hekk imsejjaħ Track & Field, li jħaddan id-dixxiplini kollha tal-isport fosthom il-ġiri fit-toroq, cross country, nofs u maratoni sħaħ u oħrajn li jsiru barra u mhux f ’xi stadium, jiġi fi tmiemu fix-xahar ta’ Settembru, lokalment saret drawwa li mal-għeluq tas-sena kalendarja jittella’ programm fl-istadium tal-Marsa. Jitfakkar Joseph Gerada L-organizzaturi, Pembroke Athleta, Athletics & Triathlon, għalkemm ilhom jorganizzawh bosta snin, dawn l-aħħar tmien edizzjonijiet iddedikawh lill-persuna Joseph Gerada, li meta sejjaħlu għal għandu l-Mulej f ’Jannar 2008 kien is-Segretarju tal-Klabb kif ukoll is-Segretarju tal-Assoċjazzjoni Maltija tal-Atletika. Għaldaqstant, meta ttella’ dan il-meeting, is-Sibt ta’ qabel il-Milied, xejn anqas minn 230 atleta nkitbu biex jieħdu sehem f ’xi dixxiplina jew oħra. Gerada l-aktar li kellu għal qalbu kien it-tfigħ (throws) u kienu f ’din id-dixxiplina l-wirjiet li l-aktar

li spikkaw, għalkemm riżultati oħra, speċjalment f ’dik li hija l-isprint ta’ 60 metru, ukoll ħallew togħma tajba mal-attendenza konsiderevoli li attendiet in-nofs ta’ nhar sħun u xemxi, xejn sinonimu maż-żmien tas-sena.

anqas, u dan fl-aqwa tal-istaġun. Mhux ta’ b’xejn wieħed jistenna aktar u aktar suċċessi għal dan l-atleta żagħżugħ u ħabrieki. U x’hemm aħjar bħala xhieda meta nsemmu rekord nazzjonali ieħor li Bradley irnexxielu jn-

Joanne Vella u Bradley Mifsud Intant, f ’dan il-meeting inkisru tliet rekords nazzjonali, l-aktar waħda prestiġjuża kienet dik li kisbet Joanne Vella fil-kategorija tal-kbar. Joanne, li diġà kellha r-rekord tal-javelin f ’idejha, tejbet id-distanza bi kważi metru u nofs biex issa rekord ġdid irid jissupera l-41.83 metri. Joanne hija atleta tal-Pembroke, l-istess bħal Bradley Mifsud, li fl-istess dixxiplina reġa’ kellu riżultat sabiħ b’tefgħa ta’ 63 metru u 90 ċentimetru, sabiex għal ftit ma tejjibx ir-rekord nazzjonali li waqqaf dan is-sajf li għadda fl-Iżvezja fejn kien qed jirrappreżenta lil Malta filLogħob Ewropej tal-Atletika, kategorija Junior, jew aħjar ta’ taħt l-20 sena. Dakinhar kien wassal il-javelin 6 ċentimetri biss

Joanne Vella

It-tielet rekord nazzjonali din id-darba ma marx għand atleta ta’ Pembroke, għalkemm kif se nsemmu ‘l quddiem, il-konnotazzjoni mal-klabb qiegħda hemm ukoll. Bħal dik ta’ Bradley, id-dixxiplina kienet ukoll ix-shot fejn f ’din l-okkażjoni kienet femminili u fil-kategorija li lokalment hija msejħa intermediate, kategorija li fil-qasam internazzjonali jsibuha dik għaż-żgħażagħ, għall-atleti li jkun għadhom ma għalqux sbatax-il-sena fis-sena tal-kompetizzjoni. Dan l-unur mar għand Katriona Cuschieri, b’tefgħa ta’ 9.45 metru. Katriona, li bħal sħabha l-atleti li semmejna diġà huma meqjusa bħala atleti tan-Nazzjonal, huma kollha mħarrġa millkowċ ta’ Pembroke u tan-Nazzjonal Genc Dapi, li taħt il-gwida ddedikata tiegħu d-dixxiplini tat-tfigħ tant qed tjiebu f ’dawn l-aħħar snin. Biżżejjed insemmu li atleti oħra taħt il-gwida tiegħu, f ’okkażjonijiet oħra, kemm lokali u anke fix-xena internazzjonali, kisru huma wkoll rekords, kemm fix-shot tal-kbar permezz ta’ Lawrence Ransley kif ukol fid-discus permezz ta’ Luke Farrugia, biex ma ninsewx liż-żgħar Edward Bezzina u Martina Mamo, kollha atleti ta’ Pembroke.

Riżultati sodisfaċenti fl-isprints Issemmew wirjiet tajbin fl-isprints ta’ 60 metru f ’dan il-memorjal. Għaldaqstant, irridu nsemmu l-ħin ta’ Luke Bezzina, mill-klabb tas-St Patrick’s bħal Katriona. Luke rreġistra ħin tajjeb għaż-żmien tas-sena meta waqqaf l-arloġġ wara 7.08 sekondi. Xejn anqas prestiġjuż kien il-ħin ta’ Andy Grech, 7.12 sekonda. Dan l-atleta ta’ Pembroke ġej lura b’saħħtu ferm wara nuqqas twil minħabba operazjoni kirurġika serja li ħallietu nieqes mix-xena lokali u internazzjonali. Xejn anqas sbieħ kienu l-wirjiet tal-atleti femminili mal-kbar ta’ Janet Richard u Rachel Fitz. Dawn iż-żewġ atleti tan-nazzjonal, it-tnejn niżlu taħt it-tmien sekondi, b’7.88 u 7.99 rispettivament. Mill-kategorija tal-kadetti, Sean Spiteri wera mill-ġdid il-ħila tiegħu wara li dan l-atleta tal-iskola San Anton f ’Settembru, f ’laqgħa internazzjonali f ’Brno, ir-Repubblika Ċeka, irrappreżenta l-Assoċjazzjoni Maltija, u kiseb rekord nazzjonali ta’ 7.77 sekondi. F’din l-okkażjoni ta’ tmiem is-sena, kien biss 0.04 ta’ sekonda ‘l boghod minn dak il-ħin. L-istess kienet Sarah Bartolo, li għall-bniet waqqfet l-arloġġ f ’ħin ta’ 8.39 sekondi. Bil-Kampjonati Ewropej għall-Pajjiżi Żgħar, li se jsiru Malta sitt xhur oħra biss, il-wirjiet f ’dan il-Memorial Joe Gerada jiżirgħu fiduċja u ottimiżmu fit-tim tan-nazzjonal, xejriet li jirriflettu l-progress u l-andament ta’ ritmu mgħaġġel li qabad pajjiżna dawn l-aħħar snin, suċċessi li hemm tamiet qawwija dwarhom anke fl-isport, speċjalment fl-atletika.


38 27|12|2015

kullħadd.com

PREMIER LEAGUE

RIŻULTATI TAL-BIERAĦ Stoke City Bournemouth Aston Villa Chelsea Liverpool Man. City Swansea City Tottenham H. Newcastle Utd Southampton Tim

Id-diżappunt evidenti ta’ Louis van Gaal MAN. UNITED V STOKE Stoke komplew iżidu l-pressjoni fuq Louis van Gaal hekk kif ilbieraħ rebħu f ’darhom lil Manchester United bl-iskor ta’ 2-0. Din kienet ir-raba’ telfa infila għall-United, liema riżultat xejn mhu se jkun qed jinżel tajjeb mad-diriġenti tal-klabb u xejn inqas mas-sapporters. L-ispekulazzjoni dwar il-futur talOlandiż ilha għaddejja sa minn qabel il-Milied u, wara r-riżultat tal-bieraħ, ħadd ma jista’ jgħid fiċċert jekk ikunx għadu fit-tmun tat-tim sal-lum. Ittim ta’ Stoke, immexxi minn eksplejer tal-United Mark Hughes, marru fil-vantaġġ fis-17-il minuta wara żball ta’ Memphis Depay, li ma laqatx il-ballun sew b’rasu lura lejn il-gowler biex seta’ jilħqu Glen Johnson. Dan tefa’ għan-nofs u sab lil Bojan Krkic li mill-viċin tefa’ ġewwa. Stoke City irduppjaw seba’ minuti biss wara minn free-kick ta’ Bojan, il-ballun ħabat mal-barriera biex spiċċa f ’saqajn Marco Arnautovic li b’xutt potenti tefa’ l-ballun fis-saqaf tax-xibka u ma ta l-ebda ċans lil De Gea. Minkejja li l-United tjiebu xi ftit fit-tieni taqsima, xorta waħda ma rnexxilhomx jiskurjaw u għalhekk tilfu tliet punti oħra prezzjużi. MAN. CITY V SUNDERLAND Manchester City urew bil-fatti il-kredenzjali tagħhom bħala sfidanti ewlenin għar-rebħ talKampjonat Ingliż hekk kif ilbieraħ għelbu lil Sunderland bl-iskor kbir ta’ 4-1 f ’darhom. Nhar itTnejn li għadda, is-City tilfu 2-1 kontra Arsenal iżda lbieraħ irritornaw lura għar-rebħ hekk kif wara biss 22 minuta logħob huma diġà kienu tliet gowls minn fuq skurjati minn Raheem Sterling, Yaya Toure u Wilfried Bony. Kevin de Bruyne skurja r-raba’ gowl għat-tim tiegħu minkejja li kellhom fejn iżidu gowl ieħor meta Bony falla penalty. Madankollu, din ittelfa kienet imtappna xi ftit hekk kif fl-ewwel 9 minuta mill-istess partita, il-captain tat-tim Vincent Kompany ħareġ izappap fl-ewwel apparenza tiegħu mit-8 ta’ Novembru u dan wara li jidher li reġa’ weġġa’ l-pexxul. Min-naħa tagħhom, Sunderland skurjaw biss gowl ta’ konsolazzjoni permezz ta’ Fabio Borini u b’din it-telfa xorta waħda baqgħu ankrati fiż-żona tar-relegazzjoni, ħames punti ’l bogħod minn postijiet sikuri fil-klassifika. CHELSEA V WATFORD Bħal donnu Diego Costa rxoxta mill-ġdid, hekk kif

SPORTS

fl-ewwel logħba taħt it-tmexxija ta’ Guus Hiddink, Chelsea rnexxilhom jevitaw telfa u setgħu anke faċilment jirbħuha fejn spikka l-aktar l-attakkant Costa biż-żewġ gowls li skurja. Minkejja li jidher li kien hemm aspetti pożittivi fil-logħob tagħhom, Oscar seta’ rebbaħ din il-logħba lit-tim tiegħu hekk kif lejn l-aħħar tal-logħba inkariga ruħu minn penalty iżda dan żelaq u tefa’ l-ballun għoli. Kien Costa li tefa’ lit-tim tiegħu fil-vantaġġ fit-32 minuta iżda Watford ġabu d-draw permezz ta’ penalty minn Troy Deeney. Watford marru filvantaġġ fit-tieni taqsima hekk kif xutt ta’ Odion Ighalo, il-ballun kien imxellef u għamilha diffiċli għal Thibaut Courtois bil-ballun daħal ġewwa bil-Watford imorru fil-vantaġġ f ’Londra. Iżda, dan il-vantaġġ ftit li xejn dam hekk kif reġa’ kien Costa li ġab id-draw għal Chelsea b’azzjoni sabiħa wara pass brillanti minn Willian mil-lemin. TOTTENHAM V NORWICH It-Tottenham irnexxielhom isaħħu r-raba’ post tagħhom permezz ta’ rebħa konvinċenti fuq inNorwich illi waslet grazzi għal gowls minn Kane u Carroll. Kien Kane li fetaħ l-iskor b’gowl li wasal minn penalty fis-26 minuta li ngħata meta l-istess plejer twaqqa’ mill-gowler tal-Canaries, Declan Rudd. Erba’ minuti qabel tmiem l-ewwel taqsima, Kane għamilhom tnejn meta skurja l-11-il gowl tiegħu fil-Premier League għal dan l-istaġun b’xutt minn angola dejjaq ħafna. Iċ-ċansijiet għal Norwich ma naqsux, però l-Hotspurs baqgħu jippressaw sakemm Carroll skurja t-tielet gowl għat-tim tiegħu wara li daħal minn fuq il-bank tas-sostituti. Ir-riżultat kien kemxejn kiefer għan-Norwich li ppruvaw iħabbtuha mat-Tottenham f ’diversi fażijiet tal-partita, però ma kinux kapaċi jirrepetu r-riżultat eċċellenti li kisbu kontra l-Manchester United ftit tal-jiem ilu. Dan ir-riżultat żammhom milli jinqalgħu mill-pożizzjoni prekarja li jinsabu fiha bħalissa fil-klassifika hekk kif s’issa kisbu biss 17-il punt minn 18-il partita. ASTON VILLA V WEST HAM Il-kriżi tal-Aston Villa kompliet testendi ruħha hekk kif għal darb’oħra naqsu milli jiksbu t-tliet punti li kellhom bżonn biex iqajmu t-tamiet tagħhom li jippreservaw l-istatus tagħhom bħala

v v v v v v v v v v

Man. United Crystal Palace West Ham United Watford Leicester City Sunderland West Brom Norwich City Everton Arsenal L

Leicester City 18 Arsenal * 17 Manchester City 18 Tottenham Hotspur 18 Crystal Palace 18 Manchester United 18 Watford 18 Liverpool 18 West Ham United 18 Stoke City 18 Everton * 17 Southampton * 17 West Brom 18 Bournemouth 18 Chelsea 18 Swansea City 18 Norwich City 18 Newcastle United * 17 Sunderland 18 Aston Villa 18

2-0 0-0 1-1 2-2 1-0 4-1 1-0 3-0 Tard Tard

R D T

F

K

P

11 11 11 8 9 8 8 7 6 7 5 5 5 5 5 4 4 4 3 1

37 31 37 31 23 22 23 21 26 16 31 21 17 22 23 16 20 19 19 15

25 14 20 14 16 16 18 22 22 16 24 21 24 32 29 24 32 32 37 32

38 36 35 32 30 29 29 27 26 26 23 21 20 20 19 18 17 17 12 8

5 3 2 8 3 5 5 6 8 5 8 6 5 5 4 6 5 5 3 5

2 3 5 2 6 5 5 5 4 6 4 6 8 8 9 8 9 8 12 12

* Il-pożizjonijiet ivarjaw minħabba li r-riżultat inħareġ wara li morna għall-istampar

tim tal-Premier League. Il-Villa kellhom kontroll tajjeb tal-logħba tul l-ewwel taqsima. Madankollu kienu fil-fatt il-West Ham li marru fil-vantaġġ hekk kif xutt baxx ta’ Aaron Cresswell tefa’ lill-Hammers fil-vantaġġ matul il-ħin mogħti żejjed fl-istess taqsima. Aston Villa ġabu d-draw fit-62 minuta permezz ta’ Jordan Ayew li skurja minn penalty wara li Angelo Ogbonna ħa sieq Rudy Gestede filkaxxa. It-tim minn Birmingham ipprova jagħmel assalt finali biex idawwar il-partita favurih. Però, dan kien kollu għalxejn hekk kif il-West Ham irreżistew għal din il-pressjoni biex kisbu r-raba’ draw konsekuttiv. Dan kien riżultat kemxejn diżappuntanti għallHammers li kienu qegħdin jistennew rebħa faċli kontra l-Villa li kellha żżommhom qrib l-ewwel erbgħa. Madankollu, huma kellhom konsolazzjoni żgħira bil-gowl ta’ Cresswell li ġab fi tmiemha serje ta’ tliet partiti mingħajr gowls. LIVERPOOL V LEICESTER Il-Leicester kellhom l-ewwel diżappunt talistaġun kontra wieħed mit-timijiet prinċipali talPremier League hekk kif tilfu bl-iskor ta’ 1-0 kontra l-Liverpool. It-tim ta’ Anfield, però jista’ jqis ruħu fortunat li ma ngidimx għax ir-Reds ħlew bosta opportunitajiet tajbin tul il-partita. Wieħed ma jistax jgħid illi l-Liverpool ma ppruvawx, għax taw xejn inqas minn 25 xutt lejn il-lasti tal-Leicester, però ferm inqas minn nofshom offrew xi periklu partikolari. Klopp iddeċieda li jħalli lil Benteke fuq il-bank fil-bidu tal-partita u minflok daħħal lil Origi li fforma koppja offensiva tajba ma’ Firmino. Madankollu, il-kowċ tal-Liverpool kellu jbiddel lil Origi fit-38 minuta meta dan il-plejer deher illi kien qiegħed isofri minn problemi fil-hamstring. Matul il-minuti li segwew, il-Leicester dehru li se jibdew jirrankaw fejn Mahrez għal ftit ma rnexxilux jiskurja qabel tmiem l-ewwel taqsima. Però, kienu l-Liverpool li eventwalment marru fil-vantaġġ permezz ta’ gowl ta’ Benteke fit-68 minuta illi kien biżżejjed biex jagħtihom it-tliet punti.


SPORTS

kullħadd.com

27|12|2015 39

KAŻ QUDDIEM IL-QORTI TAL-ARBITRAĠĠ GĦALL-ISPORT

“PEP GUARDIOLA DIĠÀ GĦAŻEL IT-TIM LI SE JKUN QED JIKKOWĊJA”

It-tim Spanjol ta’ Barċellona se jkun qed imur quddiem il-Qorti tal-Arbitraġġ għall-Isport wara li l-UEFA ma laqgħetx l-appell tal-istess klabb Spanjol fuq multa ta’ £29,000 li kienet imposta fuq numru ta’ sapporters tagħhom waqt li dawn bdew juru s-sapport tagħhom lejn l-indipendenza ta’ Katalunja. Dan ġara waqt li għadd sostanzjali ta’ sapporters kantaw u xejru bnadar ta’ Katalunja waqt il-logħba taċ-Champions League bejn Barċellona u t-tim Ġermaniż ta’ Bayer Leverkusen bit-tim tal-ewwel jirbaħ din il-logħba lura f ’Settembru. Il-UEFA mmultat lill-Barċellona talli, fil-fehma tagħha, dan it-tim beda ‘jittrażmetti messaġġi ta’ natura politika’. Huma kienu mmultati £22,000 għal offiża simili f ’partita li ntlagħbet f ’Lulju li għadda fil-finali taċ-Champions League kontra t-tim Taljan ta’ Juventus. Dan il-klabb Katalan, ilu għal ħafna żmien iservi ta’ forċina għal dawk li huma favur l-indipendenza ta’ Katalonja liema persuni huma magħrufa li jxejru bandiera partikolari magħrufa aħjar bħala ‘Esteladas’. Dawn l-istess sapporters kienu kkritikati mill-politiċi li jappartjenu lill-partit li għandu l-maġġoranza fi Spanja, dak tal-People’s Party, wara li bdew isaffru waqt l-innu internazzjonali Spanjol fil-finali tal-Copa del Rey f ’Mejju li għadda.

Skont il-Kap Eżekuttiv ta’ Bayern Munich KarlHeinz Rummenigge, Pep Guardiola diġà għażel it-tim li se jkun qed jikkowċja wara li dan tal-aħħar għarraf lill-klabb Ġermaniż bid-deċiżjoni tiegħu li jħalli lillklabb. Bayern Munich ikkonfermaw it-tluq tiegħu fl-aħħar tal-istaġun proprju nhar il-Ħadd li għadda. L-eks-kowċ ta’ Barċellona, li llum il-ġurnata għandu 44 sena, beda jissemma li seta’ jingħaqad ma’ għadd ta’ timijiet fosthom Manchester City, Manchester United, Chelsea u Arsenal. “Naħseb naf fejn sejjer – iżda nixtieq li dan jitħabbar jew minnu jew mill-klabb il-ġdid tiegħu,” sostna Rummenigge. L-eks-attakkant tal-Ġermanja u ta’ Bayern Munich sostna li mhu qed iżomm xejn fuq qalbu kontra l-istess Guardiola minkejja din id-deċiżjoni li jitlaq lill-klabb minn Bavarja s-sajf li ġej. “Huwa ġie għandi xi ġimagħtejn ilu fil-festin tal-Milied u qalli li jixtieq li jfittex avventura ġdida,” stqarr Rummenigge mal-gazzetta Ġermaniża Bild. “Kważi, kważi ried jiskuża ruħu. B’daqshekk ma nħossnix li għandi jkun iddiżappuntat bid-deċiżjoni tiegħu,” żied jgħid Rummenigge. Dan it-tim Ġermaniż diġà ħaseb għal kowċ ġdid flok Guardiola hekk kif it-Taljan Carlo Ancelotti, ftit tal-jiem ilu, iffirma kuntratt ta’ 3 snin biex jieħu post l-istess Guardiola.

VINCENT DEL BOSQUE SE JIRTIRA WARA L-EURO 2016 Il-kowċ attwali tat-tim internazzjonali Spanjol Vincent del Bosque qed jippjana li jirtira għalkollox wara l-Kampjonati Ewropej, magħrufa aħjar bħala l-Euro 2016, tas-sajf li ġej. L-eks-kowċ ta’ Real Madrid, li llum għandu 64 sena, wassal lil Spanja għar-rebħ kemm tat-Tazza tad-Dinja fl-2010 kif ukoll għall-Kampjonati Ewropej tal-2012. “Iż-żmien li nirtira qed joqrob. Jekk kollox imur skont il-pjan, ilEuro 2016 ikun l-aħħar avventura tiegħi. Madankollu, qabelxejn, xorta rrid nitkellem mal-Federeazzjoni qabel ma nieħu deċiżjoni finali,” sostna del Bosque. It-tim nazzjonali Spanjol jista’ jsir l-aktar tim ta’ suċċess fl-istorja tal-Kampjonati Ewropej jekk jirnexxilhom jirbħu dan it-titlu għat-tielet darba konsekuttiva, u r-raba’ darba b’kollox, fi Franza s-sena d-dieħla. Intant, il-kowċ preżenti ta’ Barċellona, Luis Enrique, kemm-il darba wera x-xewqa li jieħu post del Bosque ġaladarba dan tal-aħħar jirtira.

ANALIŻI TA’ LIAM GAUCI

LIL HINN MIĊ-ĊIRKWIT

Kif wieħed jistenna, żmien il-Milied ikun kwiet ikkumparat ma’ perjodi oħra tas-sena hekk kif bosta timijiet ikunu qegħdin jieħdu nifs qabel ma jerġgħu jaqbdu r-ritmu frenetiku relatati mal-preparamenti ta’ qabel kull staġun. Madankollu, dan ma jfissirx illi l-isport kien wieqaf għalkollox hekk kif hemm diversi sitwazzjonijiet li kienu għadhom iridu jiġu ċċarati wara xhur sħaħ ta’ spekulazzjoni.

Günther Steiner, il-preparamenti tattim sejrin tajjeb u huwa mistenni li kollox ikun lest fil-ħin. Għaldaqstant, huwa previst illi l-ewwel crash tests fuq parts differenti jsiru fil-bidu ta’ Jannar bil-għan li lejn nofs l-istess xahar tkun assemblata vettura sħiħa. Minkejja li t-tim qiegħed iżomm saqajh mal-art, l-aspettattiva hija li jibda jimmira għall-punti mill-ewwel staġun hekk kif qiegħed igawdi minn assistenza teknika notevoli mingħand il-Ferrari

Ftehim uffiċjali Ewlenija fost dawn kien il-futur tar-Renault f ’dan l-isport hekk kif, fl-aħħar, il-kumpanija Franċiża kkonfermat illi ħadet kontroll talLotus b’mod uffiċjali. Skont stqarrija maħruġa mir-Renault, il-firma waslet fit-18 ta’ Diċembru, pass li witta t-triq għall-ħolqien ta’ bord tad-diretturi temporanju mmexxi minn Jerome Stoll bħala ċ-Chairman u Cyril Abiteboul bħala d-Direttur Maniġerjali. Ir-Renault ħabbru wkoll illi dettalji bħall-isem tat-tim, l-istruttura maniġerjali u affarijiet oħrajn se jkunu żvelati f ’preżentazzjoni li se ssir f ’Pariġi fi Frar li ġej. Ma kinitx faċli Minkejja illi kulħadd kien għamilha fatta li l-ftehim bejn il-Lotus u r-Renault kien biss formalità, intervista

Għadu ma nbidel xejn li ta Alain Prost tat stampa differenti ħafna. Prost, illi llum l-ġurnata huwa ambaxxatur tar-Renault, żvela li filjiem ta’ qabel il-Gran Premju ta’ Abu Dhabi, is-sitwazzjoni kienet prekarja ħafna. Dan hekk kif il-kap tar-Renault, Carlos Ghosn kellu diversi dubji dwar kemm kien vijabbli għall-kumpanija Franċiża li tipparteċipa f ’dan l-isport meta wieħed iqis il-mijiet ta’ miljuni li tim irid jinvesti ta’ kull sena biex ikun fuq quddiem. Prost sostna li kellha ssir ħidma konġunta minnu u diversi speċjalisti tal-F1 fi ħdan ir-Renault biex jikkonvinċu lil Ghosn jieħu d-deċizjoni li ħa. Però, minkejja dan ix-xettiċiżmu inizjali, Prost assigura lid-dilettanti talisport illi la Ghosn issa daħal għal din

l-isfida, huwa se jaffaċjaha b’ruħu u ġismu bit-tama illi t-tim ikun minn ta’ quddiem f ’temp ta’ tliet staġuni. Mil-lat personali, l-eks kampjun taddinja Franċiż sostna illi huwa għadu ma jafx hux se jkun involut f ’dan ilproġett fuq livell maniġerjali u qal li diskussjonijiet interni f ’dan ir-rigward mistennijin li jibdew f ’Jannar li ġej. Preżentazzjoni fil-21 ta’ Frar Sadanittant, fejn jidħol id-debutt ta’ timijiet ġodda wieħed irid ifakkar dak tal-HaasF1 ħabbru li se jippreżentaw il-vetturi tagħhom fil-21 ta’ Frar, lejliet l-ewwel sessjoni ta’ prattika ta’ qabel l-istaġun li ġej. Skont it-team principal tal-HaasF1,

Fl-aħħar ta’ min isemmi ċ-ċaħda li għamlet Sabine Kehm, il-kelliema talfamilja ta’ Michael Schumacher, filkonfront ta’ rapporti li saru dwar l-istat ta’ saħħa tal-eks kampjun Ġermaniż. Fil-jiem li għaddew, magażin Ġermaniż irrapporta li Schumacher, illi f ’Diċembru tal-2013 kien involut f ’inċident li ħallieh f ’stat ta’ koma għal diversi xhur, riċentement beda jgħolli idejh u saħansitra jimxi. Madankollu, Kehm ikkonfermat illi, minkejja li Schumacher huwa konxju, huwa għadu mhuwiex f ’kundizzjoni li jiċċaqlaq b’mod awtonomu. Għaldaqstant, hija appellat lill-midja biex tirrispetta l-privatezza tiegħu u talbet lill-pubbliku biex ma jemminx stejjer ġejjin minn sorsi oħra ħlief dawk ta’ familjari diretti.


40 27|12|2015

kullħadd.com

LOKALI

ID-DIFFERENZA BEJN IL-VOT TAL-PL DWAR SMART CITY U TAL-PN DWAR L-AUM

Leo Brincat Ministru għall-Iżvilupp Sostenibbli, l-Ambjent u t-Tibdil fil-Klima

Illum ma ktibtx biex nikkritika l-proġett ta’ Smart City.

M’iniex ser nidħol filmerti tal-proċessi varji u l-għarbiel li l-applikazzjoni għall-permessi meħtieġa għall-proġett tal-American University of Malta għadhom iridu jgħaddu minnhom. Bħala Deputat Parlamentari, li dak iż-żmien kont il-Kelliem Ewlieni talPL dwar l-Informatika u l-Affarijiet Barranin, tajjeb li wieħed jifli ftit id-differenza bejn il-mod responsabbli li bih il-PL kien aġixxa meta ttieħed il-vot fil-Parlament Malti dwar il-mozzjoni għat-trasferiment tal-art lill-promoturi ta’ Smart City fir-Rikasli, u l-mod irresponsabbli li bih talPN aġixxew fil-Parlament Malti ftit tal-jiem ilu dwar il-proġett għall-Kottonera u Wied il-Għajn. Dritt jikkritikaw kellhom kemm iridu. Dritt itawlu kemm jifilħu, minkejja li spiċċaw jirrepetu l-istess kantaliena u anke joħorġu ’l barra mis-suġġett, kellhom ukoll. Iżda tajjeb li nfakkru li, minbarra l-kritika iebsa tagħna fuq Smart City – li mill-bidu qisnieh bħala biċċa spekulazzjoni tal-

art li tmur ferm lil hinn mill-villaġġ ta’ informatika – meta ġejna għall-vot filParlament x’għamilna? Għamilna aktar kritika qawwija u robusta. Għamilna għadd ta’ emendi għar-riżoluzzjoni, kemm jien u kemm sieħbi Charles Mangion, li kollha ġew imwarrba fil-ġenb millGvern Nazzjonalista. Iżda meta ġejna għall-vot innifsu, ħallejna l-vot jgħaddi millParlament mingħajr ebda vot kontra min-naħa tagħna. Dan sabiex nibagħtu sinjal ċar li, minkejja l-kritika tagħna, ma kellna ebda intenzjoni ninżlu fl-istorja ta’ pajjiżna li aħna b’xi mod stajna naffarna jew gerrixna xi investment barrani fi gżiritna. Dan kollu seħħ fissena 2007. Mhux hekk biss, iżda kuntrarju għal Simon Busuttil, li jidher li rrifjuta li jiltaqa’ mal-promoturi talAmerican University, jien kont mhux biss aċċettajt l-istedina tal-Ministru Gatt f ’isem l-Oppożizzjoni Laburista li nattendi ċ-ċerimonja tal-iffirmar talftehim, iżda wkoll li nkun introduċut mal-promoturi

nfushom waqt l-istess okkażjoni. Jekk wieħed jara l-istqarrija li kien ħareġ il-Gvern ta’ Gonzi fis-27 ta’ Jannar 2007, jara l-proġett kemm tbiegħed minn dak kollu li kien imwiegħed. Il-proġett kellu : • Iwassal għal investiment totali ta’ €275 miljun • Joħloq 5,600 impjieg • Il-Qasam Industijali tar-Rikażli kellu jinbidel f ’belt state of the art talICT u midja mmudellat fuq Dubai Internet City u Dubai Media City • Bħala proġett kellu jitlesta kollu sas-sena 2021 • F’April 2008 kienu ħabbru li, minħabba d-domanda, l-impjiegi kellhom jitilgħu aktar meta l-ftehim kien jorbot biss mal-figura ta’ 3,000 ruħ • Il-konsultazzjoni kienet tinkludi biss esibizzjoni u żewġ focus group meetings mal-Kunsilli Lokali tax-Xgħajra, il-Kalkara u Ħaż-Żabbar, u ma għadd ta’ NGOs u oħrajn fil-qasam kulturali

• Filwaqt li r-riżoluzzjoni għattrasferiment tal-art għaddiet mill-Parlament fis-sena 2007, f ’Ottubru 2008 ingħata l-permess taliżvilupp meħtieġ. • Fi kliem ilpromuturi kellu jinbidel f ’knowledge based industry township – villagg sħiħ bħala ċentru tal-għerf; • Kellu jinbidel saħansitra f ’hub reġjonali; • 46% tal-gross built area kellha tmur għall-qasam tal-informatika u għallmedia business park, 29% biss għall-użu kummerċjali, u 25% biss għal skop residenzjali flimkien ma’ day care centre; • Kellu jinbidel f ’ċentru edukattiv u ta’ taħriġ. Illum ma ktibtx biex nikkritika l-proġett ta’ Smart City u lanqas lill-promoturi tiegħu. L-iskop waħdieni tiegħi huwa biss biex nuri d-differenza bejn is-sens qawwi ta’ responsabbiltà li wrejna aħna tmien snin ilu u l-aġir deplorevoli tal-PN fil-Parlament ftit tal-jiem ilu biss qabel għalaqna għallbtajjel tal-Milied.


Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.