www.kullhadd.com Il-Ħadd, 28 ta’ Mejju, 2017
Ħarġa Nru 1,246 Prezz €1
NIBQGĦU NGĦIXU L-ĦOLMA MALTIJA
Sabiħ li toħlom. Isbaħ meta l-ħolm isir realtà. Ftit iktar minn erba’ snin ilu ma’ Joseph Muscat ħlomna li nsiru l-aqwa fl-Ewropa u hekk kellu jkun. Sirna l-aqwa fl-Ewropa fil-qasam tad-drittijiet ċivili, kellna l-ikbar tkabbir ekonomiku, l-ikbar surplus u issa qegħdin mal-aqwa fis-settur tax-xogħol. Pajjiżna sar l-għira ta’ pajjiżi oħra u mexxejja mill-erbat irjieħ tad-dinja żaruh u faħħruh. Għax Joseph Muscat huwa mexxej rispettat. Rispettat għax viżjonarju. Iżda, fuq kollox rispettat għax iżomm kelmtu. Dik hi l-għażla ta’ nhar is-Sibt. L-għażla hi jekk nibqgħux mexjin ’il quddiem jew niqfux nofs triq. Nistgħu nreġġgħu l-arloġġ lura u l-ġejjieni tagħna u ta’ wliedna nafdawh f’idejn Simon Busuttil u Marlene Farrugia. Inkunu qed nagħtuh lura f’idejn l-establishment. Minflok nistgħu nagħżlu li nibqgħu nemmnu fil-ħolma Maltija u ngħixuha ma’ Joseph Muscat.
Intervista ma’ Joseph Muscat pġ 4-5
Busuttil Dahru mal-Ħajt f’Xarabank pġ 10-11
L-Aqwa Mumenti ta’ Muscat pġ 20-21
L-Għaxar Żelqiet ta’ Busuttil pġ 22-23
BUSUTTIL REĠA’ BAŻWAR BIL-FLUS • IL-PN BI PJAN BIZZILLA BIEX LILL-KUMMISSJONI ELETTORALI MA JAGĦTIHIEX L-ACCOUNTS QABEL L-ELEZZJONI • MA JRIDX LI QABEL IL-VOT INKUNU NAFU L-VERITÀ Fl-aħħar jiem il-Partit Nazzjonalista reġà nqabad f ’attentat iddisprat ta’ ħabi. Ħabi ta’ flus bi ksur tal-liġi tal-finanzjament talpartiti. Mhux dnub tal-abbatini, iżda qerq sfaċċat ta’ partit li f ’25 sena ma daħħalx din il-liġi, u li dejjem ħeba l-kontijiet tiegħu. Bil-liġi tal-finanzjament tal-partiti, kull
partit reġistrat irid jgħaddi l-kontijiet tiegħu lill-Kummissjoni Elettorali, wara proċess ta’ verifika indipendenti, sa erba’ xhur wara li tagħlaq is-sena finanzjarja. Għall-Partit Nazzjonalista, l-appuntament kien għall-aħħar t’April. Iżda l-kontijiet baqgħu mistura.
Tkompli f’paġna 6
02
28.05.2017
kullhadd.com
Editur ALEANDER BALZAN
L-Ogħla Temperatura: 25°C L-Inqas Temperatura: 18°C L-Indiċi UV: 8 Is-Sitwazzjoni ġenerali: Firxa ta’ arja ta’ pressjoni għolja tippersisti fuq il-Punent u ċ-ċentru tal-Mediterran Temp: Xemxi b’xi ftit sħab Ir-Riħ: Ħafif u varjabbli Il-Viżibbiltà: Tajba. Il-Baħar: Ħafif. L-Imbatt: Ftit li xejn. It-Temperatura tal-Baħar: 20°C
email: aleander.balzan@one.com.mt tel: (+356) 2568 2500
Reklamar u Distribuzzjoni KIMBERLY CUTAJAR email: sales@kullhadd.com tel: (+356) 2568 2572
Disinn tal-Paġni LEANNE GRECH tel: (+356) 2568 2571
Kuntatt Ġenerali KullĦadd
It-Tnejn
email: editorial@kullhadd.com tel: (+356) 2568 2570
It-Tlieta
L-Erbgħa
Indirizz Postali KullĦadd
One Complex, A 28B, Industial Estate Il-Marsa MRS 3000
25°C
UV 9
17°C
Il-Ħamis
25°C
UV 9
16°C
25°C
Il-Ġimgħa
UV 9
17°C
Is-Sibt
Sit Elettroniku KullĦadd kullhadd.com
Mezzi Soċjali www.facebook.com/kullhadd
26°C
UV 9
18°C
28°C
UV 9
19°C
28°C
UV 9
20°C
SPIŻERIJI LI JIFTĦU LLUM IL-ĦADD Empire Pharmacy (Branch), 46 Triq Melita, Il-Belt Valletta – 21225785 Trinity Pharmacy, 32 Triq il-Marsa, Il-Marsa – 21235595 St. Venera Pharmacy, 532, Triq il-Kbira San Ġużepp, Santa Venera – 21238625 Marrit Pharmacy, Triq l-1 ta’ Mejju, Fleur-de-Lys, Birkirkara – 21488613 St. Matthew’s Pharmacy, Triq ix-Xatt, Il-Gżira – 21311797 Numri Importanti Potter Chemists Ltd, Triq Wilġa, Paceville – 21363244 Is-Servizzi kollha ta’ Emerġenza Edward’s Pharmacy, 115, Triq Manwel Dimech, Tas-Sliema – 21334102 112 Il-Mehrież Pharmacy, 31, Triq Giovanni Curmi, L-Iklin – 21435567 Tat-Tarġa Pharmacy, Plot no.2, Triq il-Kostituzzjoni, Il-Mosta – 21433141 Il-Pulizija ta’ Malta Remedies Pharmacy, 111, Triq George Borg Olivier, Il-Mellieħa – 21523462 2122 4001-9 Sonren Pharmacy, Triq iż-Żejtun, Ħal Tarxien – 21672757 Brown’s Pharmacy, 8, Misraħ l-Arċisqof Gonzi, Il-Kalkara – 21673811 Id-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili Milia’s Pharmacy, Triq il-Qaliet k/m Triq il-Lampuka, Marsaskala – 27023322 2393 0000 Medicaid Pharmacy, 62, Vjal it-Torri, Gudja – 21676294 Prestige Pharmacy, 16, Triq San Ġużepp, Ħal Kirkop – 21641328 Il-Gwardjani Lokali 2132 0202 De Rohan Pharmacy, Triq Sant’Antnin, Ħaż-Żebbuġ – 21464128 Nova Pharmacy, 142, Triq il-Kulleġġ, Ir-Rabat – 21454274
Stampat Progress Press
L-Isptar ta’ Malta 2545 0000
L-Isptar ta’ Għawdex 2156 1600
Servizz Veterinarju ta’ Emerġenza 5004 3888
Servizz ta’ Direttorju Telefoniku 1182
Għawdex Fontana Pharmacy, Triq il-Għajn, Fontana – 21566979 Għajnsielem Pharmacy, Pjazza Indipendenza, Għajnsielem – 27203615 Servizz ta’ tobba fiċ-ċentri tas-saħħa fil-Ħdud u l-festi pubbliċi Iċ-Ċentri tas-Saħħa tal-Mosta, Raħal Ġdid u l-Furjana jiftħu għall-emerġenzi – 24 siegħa, sebat ijiem fil-ġimgħa. Fil-Ħdud u fil-festi pubbliċi, iċ-Ċentru tas-Saħħa tal-Gżira jiftaħ għall-emerġenzi bejn it-8.00am u l-5.00pm. Ikun hemm ukoll servizz ta’ infermier bejn it-8.00am u t-8.00pm. Il-pubbliku jrid jattendi ċ-ċentru tas-saħħa tad-distrett tiegħu. Persuni mingħajr karta ta’ identità ma jiġux moqdija.
03
28.05.2017
kullhadd.com
MOODY’S IXXEJJEN IL-KAMPANJA TAL-PN DWAR KORRUZZJONI • TGĦID LI MALTA GĦANDHA ISTITUZZJONIJIET SODI • PAJJIŻNA F’POŻIZZJONI AĦJAR MINN PAJJIŻI OĦRA L-aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu Moody’s tat marka High (+) lil Malta fejn għandu x’jaqsam il-kontroll ta’ korruzzjoni. Fir-rapport annwali tagħha fuq pajjiżna l-aġenzija Moody’s ikkonfermat kif f ’Malta m’ hawnx problemi bil-korruzzjoni jew bil-liġi, jew aħjar ir-rule of law. Dan ir-rapport – magħruf bħala Issuer In-Depth report kien ippubblikat fl-aħħar jiem. L-esperti ta’ Moody’s isostnu li f ’pajjiżna hawn robust policy framework u jgħidu li “Malta’s institutional improvement is also reflected by the relative high ranking in the Worldwide Governance Indicators of the World Bank.” Fil-fatt skont dan l-istudju talWorld Bank, Malta qiegħda fost l-aħjar kwart tal-pajjiżi madwar id-dinja fejn jidħol il-kontroll tal-korruzzjoni. Fejn tidħol irrule of law, jiġifieri s-saħħa tal-istituzzjonijiet, pajjiżna wkoll qiegħed mal-aħjar pajjiżi madwar id-dinja. L-esperti tal-Moody’s jgħidu li “Malta’s scores on rule of law and control of corruption are in the 81st and 74th percentile respectively among all sovereigns rated by Moody’s.” Tant li “Malta outperforms its rating peers” f ’dawn l-oqsma. Dan huwa konfermat ukoll minn tabella fir-rapport tal-Moody’s li juri li pajjiżna għandu scores fil-”worldwide rule of law index” li hu fil-kategorija “very high”. L-istess fejn jidħol l-iskor fil-”worldwide control of corruption index”. B’riżultat ta’ hekk il-Moody’s jikkonkludu li fejn tidħol saħħa tal-istituzzjonijiet, pajjiżna jingħata l-marka ta’
High (+). Dan iċ-ċertifikat pożittiv isegwi ċ-ċertifikat mogħti lil pajjiżna mill-Kummissjoni Ewropea fil-Country Specific Recommendations. Filwaqt li għal 14 –il pajjiż, nofs il-pajjiżi membri tal-Unjoni Ewropea, il-Kummissjoni rrimarkat fuq il-problema tal-korruzzjoni u d-dgħufija tal-istituzzjonijiet. Fil-każ ta’ Malta l-Kummissjoni Ewropea ma sabet l-ebda problema. B’hekk filwaqt li l-Oppożizzjoni tkompli bil-propaganda u ħidma tagħha kontra l-isem ta’ pajjiżna, l-esperti tal-Moody’s u l-Kummissjoni Ewropea għadhom jikklassifikaw lil Malta bħala pajjiż mingħajr problemi ta’ korruzzjoni u fejn l-istituzzjonijiet huma b’saħħithom. Il-country specific recommendations jingħataw fil-kuntest ta’ analiżi dettaljata tas-sitwazzjoni ekono-
mika u soċjali fil-pajjiż. Dan jinkludi ġudizzju li jsir mill-esperti tal-Kummissjoni Ewropea fuq il-livell ta’ korruzzjoni f ’pajjiż u l-impatt tagħha fuq l-istituzzjonijiet ta’ pajjiż. Minkejja l-kampanja qawwija tal-Oppożizzjoni, il-kelma corruption ma tissemma mkien fil-country specific recommendations għal Malta. Fost dawk ilpajjiżi fejn tissemma l-problema tal-korruzzjoni hemm il-pajjiżi ġirien ta’ Malta bħall-Italja, Spanja u Ċipru. Fir-rapport lill-Gvern tal-Bulgarija il-Kummissjoni tgħid li “corruption…continues to weigh on investment,” kif ukoll li l-ġudikatura mhijiex indipendenti. Kummenti simili jsiru fuq il-Kroazja. Għal-Latvja l-Kummissjoni għandha diskors iebes. Fil-fatt tgħid li “corruption continues to hamper Latvia’s business
environment and the system for preventing conflicts of interest remains rigid and formalistic, with insufficient verification.” Għal-Litwanja l-Kummissjoni tinnota li “the number of bribery cases brought to courts has been on a steady rise in recent years,” filwaqt li “weak whistle-blower arrangements discourage tip-offs about potential irregularities.” Għall-Ungerija jingħad li “corruption risks remain high, adversely impacting the business climate, and there are notable gaps in the measures taken to address the issue”. Anke fir-Rumanija l-Kummissjoni Ewropea ssostni li hemm widespread corruption tant li ma fadalx fiduċja fl-istituzzjonijiet. Għall-Islovenja jingħad li “perception of corruption remains negative and appears to influence business decisions.” Fuq l-Islovakkja l-Kummissjoni tinnota
“corruption remains a challenge”. Fejn tidħol ir-Repubblika Ċeka, l-esperti tal-Kummissjoni jgħidu li “the Czech Republic faces challenges in preventing corruption as well as inefficiencies in public procurement.” Fil-Polonja l-Kummissjoni twissi li “the current systemic threat to the rule of law creates legal uncertainty.” Fuq Spanja l-Kummissjoni tinnota li “despite a surge in corruption investigations involving cases at the local and regional levels, no tailor-made preventive strategies to mitigate corruption risks have been developed.” L-esperti jgħidu wkoll li ma hemmx protezzjoni għall-whistleblowers u li hemm nuqqas ta’ indipendenza fl-uffiċċji li suppost jgħassu kontra l-korruzzjoni. Fir-rigward tal-Italja l-Kummissjoni tgħid “several indicators confirm that corruption is still a major problem in Italy.” Tinnota li l-każijiet jispiċċaw preskritti faċilment, filwaqt li l-prevenzjoni hija frammetarja. Fil-każ ta’ Ċipru l-Kummissjoni Ewropea hija inkwetata fuq “weaknesses in the disciplinary regime for public servants” kif ukoll li l-qrati ma jiffunzjonawx sew. Fir-rigward tal-Portugall il-Kummissjoni ssostni li l-miżuri biex ma jkunx hemm korruzzjoni huma biss formali. Dan kollu jindika li filwaqt li f ’14-il pajjiż il-Kummissjoni ħasset li trid tieħu pożizzjoni qawwija kontra l-korruzzjoni, fil-każ ta’ Malta ma kellha xejn xi tgħid. Malta tagħmel parti min-nofs tal-pajjiżi membri talUE fejn il-ġlieda kontra l-korruzzjoni ssir skont l-istandards rikjesti mill-UE u fejn l-awtoritajiet qed jimxu kif suppost.
04
28.05.2017
kullhadd.com
LEJN L-AQWA ŻMIEN INTERVISTA MA’ JOSPEH MUSCAT
Ftit jiem biss qabel il-poplu jmur jivvota fl-elezzjoni elezzjoni għat-3 ta’ Ġunju, il-kampanja elettorali sa ġenerali, il-Prim Ministru Joseph Muscat tkellem issa u l-proposti ewlenin għal-leġiżlatura li jmiss li mal-gazzetta KullĦadd dwar id-deċiżjoni li jsejjaħ għandu l-iktar għal qalbu.
jġorr ir-responsabbiltà politika u jwarrab, tkun xi tkun il-pożizzjoni tiegħu. Fil-każ tiegħi d-differenza netta hi li jekk jinstab xi ħaġa, din ma kinitx iddikjarata u għaldaqstant inkun inqast mill-obbligi tiegħi. Dwar Konrad u Keith, jien naf li ħallast il-prezz għad-deċiżjonijiet tiegħi iżda naf ukoll li dawn kienu fl-interess Għaliex għalija, l-interess nazzjonali jiġi l-ewwel u nazzjonali biex pajjiżna jibqa’ miexi fit-triq tasqabel kollox. Li kieku ħarist lejn l-interessi tiegħi suċċess. u tal-Partit Laburista, kont nistenna l-inkjesta Meta saffart is-suffara, kulħadd kien qed toħroġ u tikkonferma li l-allegazzjoni Egrant hija jistenna l-Oppożizzjoni toħroġ il-kanuni l-akbar kalunja fl-istorja politika Maltija. Iżda bħaelettorali wara li għamlet l-aħħar sentejn la Prim Ministru, l-ewwel irrid inħares l-interessi tħambaq li startjat il-magni. Iżda għal tal-familji, in-negozji, il-ħaddiema u l-ekonomidarb’oħra, rajna l-Partit Laburista lest għatja b’saħħitha tagħna. Dmiri huwa li nsalva dak li tiġrija u l-Partit Nazzjonalista maħsud u bnejna flimkien u ma nħallix min jagħmel aktar evidentament mhux preparat. Saħansitra ħsara għall-fini politiċi mill-aktar irresponsabbli. osservaturi nnotaw kif irnexxielek tiġbed B’idi fuq il-kuxjenza, naf li ħadt l-aħjar deċiżjoni it-tapit minn taħt saqajn Busuttil. Taqbel fl-interess nazzjonali u b’serenità ninsab konvint ma’ din l-osservazzjoni? li l-aqwa żmien ta’ pajjiżna għadu ġej. Il-mistoqsija li dwiet madwar il-gżira fit2 ta’ Mejju kienet: Għalfejn kien hemm bżonn elezzjoni bikrija? Għaliex waqt ilPresidenza Maltija tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea? Għaliex ma stennejtx l-eżitu tal-inkjesta maġisterjali?
Għall-Partit Nazzjonalista ma nistax nitkellem, però nemmen li l-poplu kapaċi jasal għal konklużjonijiet tiegħu. Nista’ nitkellem biss għall-moviment mibni madwar il-Partit Laburista, u l-viżjoni tiegħu biex flimkien ngħixu l-ħolma Maltija. Konna lesti għaliex bdejna naħdmu għal dan il-mument mill-ewwel ġurnata ta’ din l-amministrazzjoni. Kull miżura li wettaqna kienet parti mis-sisien sodi li bnejna biex illum deħlin għall-aqwa żmien ta’ pajjiżna. Il-pjan tagħna hu ċar u costed. Minnaħa l-oħra għandek koalizzjoni ta’ konfużjoni Il-pożizzjoni tiegħi hi ċara u qed li lanqas biss qed taqbel fuq il-proposti nerġa’ nisħaq li toħroġ meta tagħha, u wisq anqas hi kapaċi tiġġustitoħroġ l-inkjesta, jekk din fika l-kalkoli żbaljati tagħha. Għalhekk issib xi ħaġa fil-konl-appell tagħna biex mhux biss ma front tiegħi jien nirGħalhekk l-appell niqfux nofs triq, iżda ma nreġġgħux riżenja immedjatal-arloġġ lura. ment. Dan ngħidu tagħna biex mhux b’serenità kbira biss ma niqfux Il-manifest elettorali tal-Movgħaliex naf li jien iment Laburista hu wieħed qed ngħid il-verità nofs triq, iżda ma ħolistiku li jaħseb f ’kulħadd. assoluta u xejn innreġġgħux Iżda li kieku kellek tagħżel qas. Iżda jekk jinl-aktar miżuri għal qalbek stab, kif jien konl-arloġġ lura mill-manifest elettorali, liema vint li se jinstab, li jkunu? din kienet kalunja li rikeb fuqha Simon Busuttil, Busuttil ikollu Pajjiżna llum jinsab ekonomikaB’mod konsistenti sħaqt li jekk tinstab xrara li tindika xi tip t’involviment tiegħek jew ta’ familtek fil-każ Egrant inti twarrab immedjatament. Mistoqsija leġittima li għamlu bosta kienet dik li għaliex ma ħadtx l-istess tip t’azzjoni ma’ Konrad Mizzi u Keith Schembri. X’inhi t-tweġiba tiegħek lil dawk kollha ta’ rieda tajba li qegħdin jagħmlulek din il-mistoqsija.
ment b’saħħtu, u issa rridu naraw li l-ġid verament jasal għand kulħadd. Qed nipproponu miżuri li ser ikomplu joħorġu n-nies mill-faqar, bħaż-żieda fil-paga minima, għall-ewwel darba f ’25 sena, inkomplu nżidu l-pensjonijiet, u nżidu l-allowance tad-diżabilità daqs il-paga minima. Dan ser ikun il-pass illi jmiss. Lil hinn mill-proposti elettorali, liema tara li hi l-akbar sfida għall-Prim Ministru li se jitla’ t-taraġ ta’ Kastilja nhar il-5 ta’ Ġunju 2017? Wara t-3 ta’ Ġunju se jkun hemm Prim Ministru. Dan irid jerġa’ jġib is-sens ta’ għaqda, fejn irridu naħdmu bħala poplu wieħed biex il-pajjiż jirnexxi. Aħna lkoll Maltin fl-aħħar mill-aħħar u għalhekk il-politika ma tridx tkun mezz ta’ firda iżda mezz ta’ kif ser insaħħu pajjiżna. Biex tmexxi l-pajjiż trid tkun tħobb lil pajjiżek. Frażi li issa saret sinonima miegħek u ma’ din il-kampanja elettorali. Lil hinn mir-rettorika politika, x’inhu l-messaġġ li trid twassal b’din il-frażi b’saħħitha? Ma tistax taspira li tmexxi pajjiż meta f ’nifs wieħed tgħid li tagħżel Malta u f ’nifs ieħor tiġri ’l barra minn Malta biex tħammeġ isimha. Dak li assistejna għalih fl-aħħar xhur u ġimgħat hu sintomu ċar ta’ kap tal-Oppożizzjoni għami bil-kilba għall-poter. L-elezzjoni tgħaddi u jkun min ikun fil-Gvern irid jiffaċċja l-konsegwenzi tal-attakki insensati ta’ Simon Busuttil. Għaliex attakk fuqi huwa attakk fuq l-ekonomija, l-impjiegi, u l-għajxien tal-familji tagħna. Għalhekk huwa kruċjali li fit-3 ta’ Ġunju jintbagħat messaġġ ċar. Messaġġ b’saħħtu ta’ poplu magħqud li lest biex jgħix il-ħolma Maltija. F’diversi okkażjonijiet Simon Busuttil tenna li l-poplu m’għandux jagħżel bejnu u bejnek, u lanqas fuq il-proposti tażżewġ partiti. Fi kliemu, l-elettorat għandu jivvota fuq il-prinċipji. X’inhi r-reazzjoni tiegħek għal dan? Simon Busuttil għandu problema għaliex minn
05
28.05.2017
kullhadd.com
kliemu jidher li qed jibża’ mill-ġudizzju tal-poplu. Lil hinn mill-kliem fieragħ tal-kap tal-Oppożizzjoni, l-għada tal-elezzjoni se jkollna Prim Ministru. Jgħid x’jgħid Simon Busuttil, l-għażla li l-poplu jrid jagħmel hi jekk iridx lili nkompli mmexxi lil dan il-pajjiż ’il quddiem, jew inkella jridx lil Simon Busuttil imexxi koalizzjoni ta’ konfużjoni li hi garanzija t’instabbiltà. Dwar il-prinċipji, Simon Busuttil mhux jagħraf li dawn ma tistax tifridhom mill-proposti għall-konvenjenza politika. Il-proposti tagħna huma msejsa fuq erba’ prinċipji sodi li ser iwassluna għall-aqwa żmien ta’ pajjiżna. Proprju, il-prinċipju tal-ġustizzja soċjali li jwassal għall-prinċipju tal-mobbiltà soċjali, l-għaqda u l-ugwaljanza. Għall-kuntrarju, hija biss il-mibegħda lejja li qed tigwida l-koalizzjoni tal-konfużjoni. Mibegħda li qed tkompli ssaħħaħ lil dan il-moviment u li timlina b’kuraġġ biex nersqu għall-ġudizzju tal-poplu b’wiċċna minn quddiem. Minn tinda għall-oħra, minn distrett għallieħor. Lil hinn mill-perspettiva politika, kampanja elettorali hija sfida kbira għal kull min hu involut, l-aktar għalik li ma tistax tieqaf minuta. Xi tfisser li tmexxi kampanja elettorali daqstant attiva? X’inhuma l-akbar sfidi, u fuq kollox l-isbaħ mumenti li se tibqa’ tgħożż minn din il-kampanja? L-aktar ħaġa li ngħożż hija l-kuntatt dirett li jkolli mannies kemm dawk li jaqsmu l-esperjenza tagħhom miegħi u l-esperjenzi ta’ dawk li għamilnielhom differenza f ’ħajjithom. L-isfida tibqa’ li nkomplu nagħmlu differenza fil-ħajja ta’ aktar persuni.
Meta tħares lura lejn Marzu 2013, għandek xi dispjaċir, u hemm xi ħaġa li kont tagħmel differenti? Naħseb aktar milli dispjaċiri aktar kont nagħmel xi affarijiet differenti bħal per eżempju tant kemm xtaqt nibda nwettaq il-programm tagħna, li f ’okkażjonijiet għaġġilna u ma fhimniex biżżejjed il-makkinarju ta’ kif jaħdem il-Gvern. Ovvjament mill-iżbalji titgħallem u l-importanti huwa li tirrikonixxi fejn żbaljajt u timxi ’l quddiem b’dak li tkun tgħallimt. Fuq kollox, dan il-Gvern irnexxielu jisboq l-aspettattivi fuq diversi oqsma. L-ewwel surplus f ’35 sena, l-inqas qgħad, l-iktar rata ta’ nisa jaħdmu, inqas waiting lists, mediċini in stock, aktar libertajiet ċivili, riforma fl-edukazzjoni, eċċ...Iżda x’inhi l-aktar kisba li tagħmlek kburi bħala Prim Ministru ta’ dan il-pajjiż?
Aħna lkoll Maltin fl-aħħar mill-aħħar u għalhekk il-politika ma tridx tkun mezz ta’ firda kulħadd konxju m i t-ti b d i l i et li saru u mir-riżultati li nkisbu f ’dawn l-aħħar erba’ snin. Illum ninsabu nofs triq biex lil pajjiżna ntuh dik il-qabża ta’ kwalità, u l-Aħjar Żmien ta’ Pajjiżna huwa rikonoxximent ta’ fejn ninsabu u fejn irridu naslu bħala pajjiż fejn kulħadd għandu l-potenzjal biex jimraħ aktar.
Huma bosta dawk li għal xi raġuni jew oħra għadhom mhux deċiżi dwar il-vot L-akbar kisba li jien kburi biha hija meta tajna tagħhom, b’uħud saħansitra jsostnu li ma d-drittijiet ċivili lill-koppji LGBTIQ. Permezz ta’ jridux jivvotaw. X’inhu l-messaġġ tiegħek din il-liġi aħna tajna lura d-dinjità lil dawn il-koplil dawn il-votanti? pji biex jgħixu ħajja normali, f ’soċjetà moderna u progressiva. Iva kburi li pajjiżna llum jinsab ta’ quddiem nett u huwa ta’ Il-messaġġ tiegħi hu wieħed ċar. Naf li hemm eżempju għal pajjiżi oħra f ’dan min hu mweġġa’ għaliex stenna aħjar. Hemm il-qasam. ukoll min hu ġenwinament diżappuntat għaliex ma nqediex. Kulħadd il-polz tiegħu jħoss, iżda lil Din hija t-tieni dawn il-persuni nassigurahom li ma nsejthomx. kampanja Għamilna ħafna f ’erba’ snin, iżda ċertament li Jgħid x’jgħid Simon elettorali tiegħek ma rnexxilniex nsewwu l-inġustizzji kollha ta’ 25 bħala mexxej tal- sena ta’ gvernijiet Nazzjonalisti. Busuttil, l-għażla li Partit Laburista. Ħaġa waħda hi ċerta, il-Partit Laburista jżomm l-poplu jrid jagħmel hi X’inhuma kelmtu. Bil-Partit Nazzjonalista tibqa’ ssofri d-differenzi li qed l-inġustizzji għaliex min ħoloq il-problemi ma jijekk iridx lili nkompli tara bejn Malta stax ikun fdat biex isolvihom. U jekk xi kandidat mmexxi lil dan il-pajjiż Tagħna Lkoll u tal-Partit Laburista daħaq bik, ibdel il-kandidat L-Aqwa Żmien iżda mhux il-partit. Għaliex kwalunkwe astenz’il quddiem, jew inkella ta’ Pajjiżna? joni jew vot lil xi partit ieħor huwa vot favur Sijridx lil Simon Busuttil mon Busuttil u l-koalizzjoni tal-konfużjoni. Ma Malta tagħna lkoll kien nistgħux nieqfu nofs triq, u huwa biss il-Movil-bidu ta’ proġett ambi- iment Laburista li jista’ jwassalna għall-aqwa zzjuz għal pajjizna. Illum żmien ta’ pajjiżna.
06
kullhadd.com
28.05.2017
L-EWWEL ĊANS BIEX JIBDEW JINKIXFU Tkompli minn paġna 1 se jinbidel issa. Speċjalment wara li nqabad jiffroda l-Unjoni Din kienet l-ewwel okkażjoni Ewropea biex iħallas il-paga ta’ biex jinkixef l-istat finanzjarju John Zammit, u nqabad jigdeb tal-Partit Nazzjonalista. Kien fuq id-donazzjonijiet tad-db li se joħroġ fil-beraħ id-dejn li bihom ħallas il-paga ta’ Rosette ħakem id-Dar Ċentrali wara Thake u Brian St. John. Għalhekk ħarab mill-ob25 sena fil-Gvern. Kienu se jitwieġbu l-mistoqsijiet ta’ kif bligi legali tiegħu u ppersista Elettorail-Partit Nazzjonalista spiċċa mal-Kummissjoni fallut eżatt kif tilef ir-riedni tal- li biex jipposponi għal wara Gvern. Konna se nkunu nafu l-elezzjoni ġenerali. Fuq parir s-self li bih mgħobbija l-istam- tal-espert kostituzzjonali Ian perija, inkluż l-iskema ċedoli li Refalo, il-Kummissjoni Elettominnha nfisha toħnoq it-tras- rali aċċettat li testendi b’xahar parenza u tmur kontra l-ispirtu u nofs sas-17 ta’ Ġunju. Dan tal-liġi tal-finanzjament tal-par- anke jekk il-liġi titkellem fuq titi. Konna niskopru wkoll massimu ta’ sebat ijiem. Il-Partit Nazzjonalista ma kelminn fejn ġejjin id-donazzjonilu bżonn l-ebda estenzjoni biex jiet u kif qed jitħallsu l-pagi. Iżda l-Partit Nazzjonalista ma jivverifika l-kontijiet tiegħu u jridx jikxef idu qabel l-elezzjoni jippubblikahom. Irrikorra għal ġenerali. Dejjem ħeba l-manu- din il-manuvra għaliex il-kultura vri finanzjarji tiegħu, u mhux tal-gideb u l-ħabi hija minsuġa GINO CAUCHI Kap Eżekuttiv tal-Partit Laburista “Il-Partit Laburista minn dejjem i p p u b b l i k a l-kontijiet, qabel ma daħlet fisseħħ il-liġi tal-finanzjament tal-partiti. Din is-sena kkommettejna li nimxu malprovedimenti tal-liġi u sa minn ġimgħat qabel, ippreżentajna l-kontijiet verifikati hekk kif
approvati mill-Konferenza Ġenerali tal-Partit Laburista. Min-naħa l-oħra ħaddieħor kompla kif għamel fis-snin li għaddew, bid-differenza li din is-sena, meta ordnat jippreżenta l-kontijiet tiegħu kif mitlub mil-liġi, irrikorra għal manuvri qarrieqa biex ikompli jaħbi l-kontijiet tiegħu.”
fl-għeruq tad-Dar Ċentrali. Dan hu l-istess partit li kien jopera l-famuża JS List, biex il-kuntratti tal-Gvern jingħataw lil donaturi Nazzjonalisti. L-istess partit li f ’25 sena ma daħħalx il-liġi tal-finanzjament tal-partiti, biex issa daħħal l-iskema ċedoli li biha jaħbi d-donaturi tiegħu f ’forma ġdida tal-JS List. Partit li hu mifni bid-dejn u li għal flus jagħmel kollox, anke jiffroda lill-Unjoni Ewropea. Pagi PN: jinħbew wara l-qorti Il-qerq u l-ħabi ma jiqafx hemm. Il-Partit Nazzjonalista mhux biss qed jaħbi u jikser il-liġi biex ma jippubblikax il-kontijiet, imma qed jagħmel minn kollox biex ma jkunx investigat. Wara li fetaħ kawża biex iwaqqaf il-Kummissjoni Elettorali milli tinvestigah fuq l-iskandlu tad-donazzjonijiet tad-db, il-Partit Nazzjonalista reġà rrikorra għax-xibka talqerq biex irnexxielu jiddeferixxi s-smigħ tal-kawża għall-aħħar ta’ Settembru. F’dan l-iskandlu, magħruf aħjar bħala Pagi PN, il-Kummissjoni Elettorali ħatret lilleks imħallef Jeffrey Valencia biex imexxi investigazzjoni fuq donazzjonijiet mhux dikjarati u
ksur sfaċċat tal-liġi tal-finanzjament tal-partiti. Simon Busuttil inqabad jigdeb meta ċaħad li kienu donazzjonijiet, u meta ġie għall-fatti ħarab milli jippubblika l-famużi invoices għal servizz li suppost sar. Ħarab għax gideb, u gideb biex jaħbi. F’disprament biex isalva ġildu, il-paladin tal-politika onesta fetaħ kawża kontra l-Kummissjoni Elettorali li kellha tinstema’ l-Ħamis li għadda. Iżda minflok deher quddiem l-Imħallef Joseph Zammit McKeon, il-Partit Nazzjonalista bagħat lil Therese Comodini Cachia
biex inkiss inkiss, iddiferixxa l-kawża għal wara l-elezzjoni. Oħroġ il-għaġeb, Comodini Cachia wieġbet li m’hemmx għaġla meta l-Imħallef staqsa jekk għandhiex oġġezzjoni għad-diferiment. B’hekk il-Partit Nazzjonalista laħaq it-tragward tiegħu li jtawwal u jxekkel l-investigazzjoni waqt li fil-frattemp ikompli jaħbi flusu. L-istess nies li jippriedkaw il-poltika onesta u t-trasparenza, jipprattikaw il-politika tal-qerq u l-ħabi għaliex għalihom li jiggvernaw hu dritt divin.
TAL-€5 MILJUN LTAQA’ MA’ TAL-€4 MILJUN Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista, Simon Busuttil, kien iltaqa’ mal-aġent tal-BWSC Joe Mizzi. Biex wara li l-Ħadd li għadda kienu żvelati dokumenti ġodda li kixfu l-involviment ta’ George Pullicino biex talBWSC frankaw 20 miljun ewro u ngħataw il-permess li jħaddmu power station taħdem bil-heavy fuel oil, issa sar magħruf li Simon Busuttil innifsu talab li jiltaqa’ ma’ Joe Mizzi. Dawn id-dettalji jirriżultaw
07
28.05.2017
kullhadd.com
minn email li żvelah ilkandidat tal-Partit Laburista Jeffrey Pullicino Orlando waqt laqgħa politika f ’Għawdex. Fisser kif din l-email turi kif Simon Busuttil iltaqa’ malaġent ta’ din il-power station li biex inxtrat inbidlu r-regoli ambjentali kontra l-pariri talesperti tal-Enemalta. Din l-email ħarġet l-għada li sar magħruf li Simon Busuttil gawda minn commission minn Kumpanija li tinnegozja ż-żejt. kollox u tax-xogħol li għamel ħames miljun ewro li gawdew Joe Mizzi huwa l-bniedem li biex din il-kumpanija rebħet minnhom il-kumpanija Shell. f ’Malta lil BWSC ħadmilhom il-kuntratt kien ħa erba’ miljun
ewro commission. Fost oħrajn Joe Mizzi kien qal li l-BWSC għażlu l-kumpanija ta’ Żaren Vassallo biex taħdem fuq dan il-proġett wara li sabha mill-yellow pages. Żaren Vassallo huwa benefattur kbir tal-Partit Nazzjonalista u saħansitra riċentament kien involut f ’kontroversji li jinvolvu protagonist talPartit Nazzjonalista ta’ Simon Busuttil. L-istess partit li Żaren Vassallo jimpalalu l-balal tal-flus.
DOKUMENTI ŻVELATI JURU LI BUSUTTIL GIDEB
• DE MARCO INVOLUT F’KUMPANIJI BARRA MINN MALTA Inqas minn 24 siegħa wara li l-Kap tal-Partit Nazzjonalista, Simon Busuttil u l-Viċi Kap tiegħu Mario De Marco ċaħdu l-involviment ta’ De Marco f ’kumpanija barra minn Malta one.com.mt żvela d-dokumenti li juru kif De Marco huwa involut b’ruħu u ġismu f ’din il-kumpanija reġistrata Ċipru. Id-dokumenti żvelati urew iswed fuq l-abjad kif Simon Busuttil gideb fuq Xarabank biex jiddefendi l-Viċi Kap tiegħu. Il-kumpanija Twinkleday Limited iġġib b’mod ċar ħafna l-isem ta’ Mario De Marco bħala direttur.
Iffaċċjat b’dan mill-ġurnalisti Simon Busuttil kellu jammetti. Iddefenda l-gidba billi qal li din kienet iddikjarata. Mistoqsi jekk hux qed jiċħad li De Marco involut, l-għada li Simon Busuttil ċaħad, Busuttil qal li “hu direttur f ’kumpanija Ċipru u din hija ddikjarata fid-dikjarazzjoni tal-assi.” Waqt laqgħa politika f ’Għawdex il-Prim Ministru nnota l-ipokrezija ta’ Simon Busuttil. “Imma dan jekk ikollok kumpanija barra korrot. U jien meta għidtlu dawk iddikjarawhom il-kumpaniji, qal m’ għandux x’jaqsam li tiddikjarahom. U jien semmejt
lil Mario De Marco, jien mhu qed ngħid xejn. U għidtlu Dr De Marco involut f ’kumpanija barra, qalli mhux vera. Issa dalgħodu bidel fehemtu,” qal il-Prim Ministru. Il-Prim Ministru Joseph Muscat wera biċ-ċar li l-każ ta’ De Marco mhux iżolat u Simon Busuttil aħjar jiċċejka madwaru. “Jien għidtlu anki int. Semmejtlu wieħed minnhom, ħalli sewwa jagħmel, joqgħod jiċċekjahom, ħa jiċċekja l-oħrajn,” qal Simon Busuttil.
08
28.05.2017
kullhadd.com
IL-PRIM MINISTRU TAL-ĠAPPUN BL-EWWEL ŻJARA F’MALTA Matul il-jum tas-Sibt, il-Prim Ministru tal-Ġappun Shinzo Abe żar pajjiżna fejn kellu laqgħa pożittiva ħafna mal-Prim Ministru Joseph Muscat. Dan wara li temm l-impenji tiegħu fi Sqallija fejn tlaqqa’ l-grupp tal-aktar seba’ ekonomiji
avvanzati, magħruf aħjar bħala l-G7. Din kienet proprju l-ewwel żjara statali ta’ Prim Ministru Ġappuniż fl-istorja ta’ Malta. Abe ħa l-okkażjoni wkoll biex sellem il-memorja tat-68 Ġappuniż li tilfu ħajjithom fl-Ewwel Gwerra Dinjija u
huma midfuna fiċ-ċimiterju tal-Kalkara. Il-vittmi kienu parti mill-ekwipaġġ ta’ vapur tal-gwerra li fl-1917 għereq ’il barra minn Kreta. ‘Sakaki’ kien parti minn flotta ta’ 17-il vapur tal-gwerra bbażati f ’pajjiżna.
MATTEO RENZI GĦALL-MASS MEETING FUQ IL-FOSOS
Il-Mexxej tal-Partit Demokratiku fl-Italja, Matteo Renzi, se jkun qed jitkellem fil-mass meeting tal-Partit Laburista li se jsir illum fuq il-Fosos. Renzi, eks Prim Ministru, li kien ikkonfermat fit-tmexxija tal-partit se jkun qiegħed
jagħti l-appoġġ tiegħu lillPrim Ministru Joseph Muscat bil-preżenza tiegħu. Ma’ Muscat, Renzi ħadem fil-fora Ewropea u bħal mexxejja oħra jitkellem b’ammirazzjoni dwar il-kwalitajiet ta’ mexxej li għandu Joseph Muscat.
10
28.05.2017
kullhadd.com
ĦARSA TA’ KONVINZJONI VS L-GĦARAQ TAL-BIŻA’
Prim Ministru sod u b’saħħtu. Kap tal-Oppożizzjoni dgħajjef u isteriku. Id-dibattitu f ’Xarabank kompla jesponi l-kuntrast qawwi bejn iż-żewġ mexxejja li resqin għall-ġudizzju tal-poplu. Muscat b’enerġija pożittiva biex iwassalna għall-aqwa żmien ta’ pajjiżna, Busuttil b’kilba distruttiva biex jigdeb, ikisser, u jaħrab. Wara li 5 ġimgħat ilu, proprju fl-istess programm, rikeb fuq l-akbar gidba fl-istorja politika u saħansitra niżżel in-nies fit-toroq, Busuttil reġà ħarab mir-responsabbiltà tal-kalunja fuq il-Prim Ministru u martu. Irid isir Prim Ministru fuq gidba u għalhekk reġà ħarab. Ħarab għaliex qed jibża’, u qed jibża’ għaliex il-giddieb għomru qasir. Qed jibża’ mill-istorja li se tiftakru bħala l-iktar politiku li instiga firda u mibegħda bejn ilMaltin u l-Għawdxin. Tant beża’ u ħarab, li f ’disprament biex jaljena lin-nies, f ’Xarabank rikeb fuq fabbrikazzjoni oħra tal-pupazzi tiegħu. Pront kien ixejjer faċċata tal-Independent b’rapport li aktar tard irriżulta li kien gidba oħra, orkestrata biex tħammeġ u tkisser. Iżda l-unika ħaġa li tkissret kienet il-kuxjenza ta’ Busuttil, li ma ħallitux bi kwietu tant li l-għaraq beda jxoqq għal idejh. Busuttil deher skomdu għallaħħar hekk kif l-aġir tiegħu beda jikxef il-qerq u l-kilba għall-poter li ħakmuh. L-għaraq kompla jxoqq għal idejh meta ffaċċjat b’fatti konkreti li juru kif hu ħa l-commissions minn fuq pakket li nnegozja hu għal kumpanija li kienet tbigħ iż-żejt lill-gvern preċedenti. €5 miljuni minn fuq dahar il-poplu li minnhom Simon Busuttil ħa l-commissions, proprju lejlet
l-aħħar elezzjoni meta hu kien komplew iqattru f ’sinjal ċar ta’ magna Ferrari li issa rriżulta li Viċi Kap. L-unika mistoqsija bniedem taħt pressjoni qawwi- anke Simon Busuttil kien deffes li jibqa’ hi kemm-il mitt elf ħa ja li qed jigdeb kontinwament. subgħajh fil-kejk tal-BWSC biex l-Kap Nazzjonalista minn fuqi Pressjoni li żiedet meta Busuttil bqajna dipendenti fuq il-heavy u fuqek. sab dahru mal-ħajt bil-każ ta’ fuel oil. X’ma jxoqqx l-għaraq “Inti meta sirt Viċi Kap Beppe Fenech Adami. Affaċċ- għalih, hu wkoll kien involut tal-Partit Nazzjonalista kien jat bil-fatt li l-Viċi Kap tiegħu fl-akbar skandlu politiku ta’ hemm każ illi kien ilu disa’ snin jinsab taħt investigazzjoni dwar pajjiżna. Għax biex tiskonġra biex jiġi maqtugħ mill-Qorti. ħasil ta’ flus li ġejjin mid-droga, trid tkun pur, u ma tistax tara Kif sirt int Viċi Kap, il-klijenti il-paladin tal-politika onesta ma t-tibna f ’għajn ħaddieħor u ma tiegħek li kont qed taqbeż għa- kellu xejn għajr aktar qerq. tarax it-travu f ’għajnejk. lihom, telgħet kabinett u ħadu Gideb fuqu nnifsu, gideb fuq “Jien ħa ngħidlek il-fatti kif in€5 miljun. Ħadu €5 miljun, u Mario De Marco, gideb fuq huma. Għandek Deputy Leadtħallast minnhom int dawk il-€5 Beppe Fenech Adami, u saħan- er tiegħek li huwa investigat fuq miljun. Dik hija żgur kwistjoni sitra kompla jigdeb fuq George ħasil ta’ flus ta’ drogi. Għandek ta’ kunflitt t’interess,” iddikjara Pullicino li biegħ saħħitna għal Deputy Leader ieħor li se jiġu Joseph Muscat €20 miljun biex nibqgħu nużaw ppubblikati l-provi li għandu Ara dwar l-involviment ta’ Ma- l-aktar żejt li jniġġes. Il-famuża kumpanija barra. Għandek lil rio De Marco f ’kumpanija offshore f ’Ċipru, m’hemm l-ebda dubju. Maħsud bid-dikjarazzjoni tal-Prim Ministru fid-dibattitu ta’ Xarabank, Simon Busuttil xengel rasu waqt li Aħna Malta kollha nagħżluha għax f ’moħħu berren kif se jerġa’ jaħrlil Malta nħobbuha. Imma l-għażla ab. Bil-kejl ta’ li tridu tagħmlu hija lil min, bejni u Busuttil stess, li jkollok x’taqsam bejn Simon Busuttil tafdaw l-aktar ma’ kumpanija illi jieħu ħsieb il-post offshore ifisser li int korrott. tax-xogħol tagħkom, l-ekonomija Bil-kejl tiegħu, tal-pajjiż, li jieħu ħsieb is-servizzi De Marco kellu jirreżenja soċjali u l-infrastruttura tal-pajjiż minnufih. Iżda l-unika kejl ta’ Busuttil huwa l-kejl tal-firda, u l-ħtija tistrieħ biss fuq jekk intix Laburist jew Nazzjonalist. Għalhekk lil De Marco ddefendieh u gideb meta qal li De Marco mhuwiex involut f ’kumpanija offshore f ’Ċipru. Għal darb’oħra, il-Kap Nazzjonalista nqabad jigdeb waqt li kompla jegħreq fil-qerq politiku. Għereq metaforikament iżda anke fiżikament, hekk kif idejh
George Pullicino li l-bambin biss jaf x’ħawwad. U int tiġi hawn tippontifika? Inti li ħadt il-commission fuq xi ħadd biex irranġajt jitħallas 5 miljuni,” reġa’ qallu Joseph Muscat. Fuq in-naħa l-oħra assistejna għal Prim Ministru rett u onest. B’saħħtu f ’dak li qed jgħid għaliex ibbażat fuq il-fatti. B’saħħtu fil-konfront tal-aktar politiku diviżiv fl-istorja li jitfa’ l-ġebla u jaħbi jdejh. Sod għaliex jaf li qed jgħid il-verità, u kommess li wara t-3 ta’ Ġunju jkattar l-għaqda fejn ħaddieħor
Tkompli f’paġna 11 >>
11
28.05.2017
kullhadd.com Tkompli minn paġna 10
żera’ l-firda. Għaliex l-elezzjoni tiġi u tmur, u min iħobb lil pajjiżu jaf li aħna lkoll aħwa Maltin. Il-Prim Ministru għeleb kull tentattiv iddisprat biex f ’dibattitu sħiħ ma jissemmewx proposti. B’konvinzjoni spjega l-viżjoni tiegħu għall-aqwa żmien ta’ pajjiżna, bi pjan ċar u kalkulat biex flimkien ngħixu l-ħolma Maltija. Iż-żieda fiċ-children’s allowance, l-eżenzjoni mit-taxxa għal min jiggradwa bil-Masters jew PhD, it-tnaqqis fit-taxxa, u ż-żieda fil-pensjonijiet huma kollha pilastri ta’ pjan ċar biex kulħadd jimxi ’l quddiem. Huwa biss b’Joseph Muscat fi tmun li nistgħu nibqgħu mexjin f ’din it-triq ta’ suċċess, kif ħareġ fid-dieher waqt Xarabank meta Busuttil ma kellu xejn għajr ħmieġ u gideb x’jippreżenta lill-poplu Malti. Lil hinn mill-proposti fejn
Busuttil ħareġ tellief, l-ikbar tellief ikun il-poplu Malti jekk fit-3 ta’ Ġunju nieqfu nofs triq. L-għaqda nazzjonali tmur lil hinn mill-argumenti politiċi, u Xarabank kien l-aħħar konferma li Joseph Muscat biss jista’ jmexxina ’l quddiem. L-għażla fit-3 ta’ Ġunju qatt ma kienet daqstant ċara. Mexxej diviżiv b’kilba għamja għall-poter, jew Statista b’viżjoni ta’ poplu wieħed magħqud. Il-Prim Ministru qal: “Għal hekk tridu tagħmlu għażla. L-għażla mhijiex li tagħżel Malta. Aħna Malta kollha nagħżluha għax lil Malta nħobbuha. Imma l-għażla li tridu tagħmlu hija lil min, bejni u bejn Simon Busuttil tafdaw l-aktar illi jieħu ħsieb il-post tax-xogħol tagħkom, l-ekonomija tal-pajjiż, li jieħu ħsieb is-servizzi soċjali u l-infrastruttura tal-pajjiż. Dik hija l-għażla vera. Għażla vera li jien ċert li għandha twassalna għall-aqwa żmien ta’ pajjiżna.”
VERDETT ĊAR
SONDAĠĠ PUBBLIKU WARA XARABANK JIKKONFERMA FIDUĊJA SĦIĦA F’JOSEPH MUSCAT
Eżatt wara li l-Prim Ministru temm id-dibattitu f ’Xarabank, sondaġġ pubbliku fuq Facebook ikkonferma fiduċja qawwija f ’Joseph Muscat. Magħmul mill-għaqda universitarja u indipendenti The Third Eye; l-istess għaqda li organizzat id-dibattitu bejn il-mexxeja fl-Università; is-sondaġġ staqsa lillpubbliku ġenerali min jaħseb li kellu l-aħjar prestazzjoni fuq Xarabank. Irriżultat jitkellem waħdu, hekk kif il-Prim Ministru spiċċa b’aktar minn għaxart elef ‘vot’, id-doppju tal-ħamest elef li għażlu lil Simon Busuttil. Kienu proprju 10,406 li bil-qalb għażlu lil Joseph Muscat, kontra l-5,689 li għollew is-saba’ lil Simon Busuttil. Jekk kien għad hemm dubju dwar min ħareġ rebbieħ mid-dibattitu ta’ Xarabank, dan ir-riżultat indipendenti jibgħat messaġġ ċar li n-nies ma tridx firda u mibegħda. In-nies trid taspira li l-aqwa żmien tagħha jinsab quddiemha. Trid toħlom b’futur mill-isbaħ fejn kulħadd jista’ jimxi ’l quddiem. Għalhekk in-nies għażlet lil Joseph Muscat. Mhux kollha Laburisti, imma lkoll aħwa Maltin. Ilkoll konvinti li Joseph Musat biss jista’ jerġà jfejjaq il-feriti li nibtu bejn il-familji u l-ħbieb waqt kampanja moqżieża li mexxa Simon Busuttil mid-Dar Ċentrali u mill-Bidnija. Għaliex kif tista’ tafda mexxej li fi programm sħiħ ma waqafx jitfa’ t-tajn, imbagħad meta affaċċjat b’akkużi serji fuqu u fuq dawk ta’ madwaru ħarab u gideb kemm felaħ. Kif tista’ taspira għal futur aħjar meta fl-aħħar dibattitu qabel l-elezzjoni ma ppreżentax proposta waħda. Fuq in-naħa l-oħra Statista li perfett mhux, iżda li f ’għajnejh jara biss il-bajda u ħamra li tgħaqqadna lkoll bħala ġens wieħed. Is-sondaġġ indipendenti ta’ The Third Eye wera li l-Maltin u l-Għawdxin wara Joseph Muscat. Konferma oħra li m’aħniex lesti li nieqfu nofs triq, għaliex b’konvinzjoni nemmnu li l-aqwa żmien ta’ pajjiżna għadu ġej.
13
28.05.2017
kullhadd.com
PREZZIJIET TAL-FUEL ORĦOS MILL-MEDJA EWROPEA • WEGĦDA OĦRA TA’ BUSUTTIL LI ILHA LI TWETTQET • BIL-POLITIKA TAL-GVERN GAWDA L-KONSUMATUR
Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista, Simon Busuttil, reġa’ żbalja dwar il-prezzijiet tal-fuel ukoll. Fl-aħħar jiem wiegħed li jekk jirbaħ l-elezzjoni ġenerali jniżżel il-prezzijiet tal-fuel taħt il-medja Ewropea. Iżda, l-prezzijiet tal-fuel ilhom taħt il-medja Ewropea għal żmien twil. Nhar il-Ħamis 25 ta’ Mejju, il-Kummissjoni Ewropea ħarġet dak li jissejjaħ il-Weekly Oil Bulletin tagħha. Ir-rapport jinkludi statistika uffiċjali tal-prezzijiet madwar l-Unjoni Ewropea. F’dan ir-rapport uffiċjali l-prezz medju madwar l-Unjoni Ewropea huwa indikat bħala €1.35 għall-petrol u €1.20 għad-diesel. Il-prezz tal-petrol f ’Malta huwa €1.31, jew 4ċ orħos minn dak medju fl-Unjoni Ewropea, mentri dak tad-diesel huwa €1.18, jew 2ċ orħos. Dan jindika li Simon Busuttil kien għalkollox żbaljat meta allega li l-prezzijiet f ’Malta huma ogħla minn dawk fl-UE. Fil-fatt analiżi tal-istatistika uffiċjali maħruġa mill-Kummisjoni Ewropea hemm 12-il pajjiż bi prezz tal-petrol ogħla minn Malta. Il-prezz f ’pajjiżna huwa orħos minn dak imħallas minn 346 miljun Ewropew, jew seba’ minn kull għaxar Ewropej. Id-diesel huwa orħos minn 12-il pajjiż b’popolazzjoni ta’ 266 miljun, jew ħamsa minn kull għaxar Ewropej. L-ogħla prezz tal-petrol huwa €1.54 fl-Olanda, jew 23ċ ogħla minn Malta, mentri l-ogħla prezz tad-diesel huwa €1.40 fl-Iżvezja, jew 22c ogħla. L-istess bħal fil-każ tal-għotja lil min imur joqgħod Għawdex, jidher li Simon Busuttil
qed jibbaża proposti fil-Manifest Elettorali fuq informazzjoni żbaljata. Fil-każ ta’ Għawdex sostna li l-popolazzjoni ta’ Għawdex hija 30,000 meta statistika uffiċjali taċ-ċensiment turi li kienet kważi 31,600 diġà fl-2014. Fil-każ tal-politika tiegħu fuq enerġija, qed jgħid li l-prezzijiet f ’Malta huma ogħla mill-medja Ewropea, meta statistika tal-Kummissjoni Ewropea turi biċ-ċar li dawn huma orħos.
PREZZ MEDJU UE
MALTA
PETROL
€1.35
€1.31
DIESEL
€1.20
€1.18
14
28.05.2017
kullhadd.com
15
28.05.2017
kullhadd.com
GRAWND ĠDID GĦAL BIRŻEBBUĠA
Wara l-pitch tal-waterpolo, il-komunità ta’ Birżebbuġa issa bdiet tgawdi minn grawnd tal-futbol ġdid. Dan b’investiment ta’ miljun u sitt mitt elf ewro, biex wara snin ta’ wegħdi fiergħa, it-tfal u ż-żgħażagħ ta’ Birżebbuġa llum għandhom
l-aqwa faċilitajiet biex jipprattikaw l-isport favorit tagħhom. L-akbar benefiċjarji bla dubju se jkunu s-St.Peters Football Club u l-Birzebbugia Windmills, u l-mijiet ta’ tfal li b’entużjażmu ġrew fuq il-pitch ilġdid waqt li bi kburija għamluh
tagħhom. Iċ-Ċermen tal-Fondazzjoni Sport ta’ Birzebbugia Victor Battistino stqarr li dan ilgrawnd kien ilu mistenni għal snin sħaħ. L-investiment f ’Birżebbuġa tul l-aħħar erba’ snin ma waqa-
fx. Wara snin minsija, issa n-nies ta’ Birżebbuġa jistgħu joħolmu li huma wkoll jagħmluha mal-aqwa timijiet tal-futbol u l-waterpolo. Grawnd ieħor li ngħata ħajja ġdida kien dak ta’ Ħaż-Żabbar, li b’investiment ta’ €5,000 sarit-
lu manutenzjoni waqt li tjiebu l-faċilitajiet eżistenti. Permezz ta’ dan l-investiment kontinwu, il-Gvern qed jassigura li kull klabb ikollu l-aqwa faċilitajiet biex b’hekk uliedna jkomplu jfitxxu l-isport sa minn età żgħira.
€2.2 MILJUN GĦAL KUMPLESS TAR-RUGBY U L-FUTBOL Permezz ta’ ftehim iffirmat bejn il-Gvern, l-Assoċjazzjoni Maltija tar-Rugby u l-klabb tal-futbol tal-Hibernians, se jinħoloq kumpless ġdid tal-futbol u r-rugby. Dan se jsir b’investiment ta’ aktar minn €2 miljun fuq art tal-klabb tal-Hibernians, bejn il-grawnd tal-istess klabb u dak tal-hockey. Iż-żona se tiżviluppa f ’kumpless tal-ogħla livell li jista’ jospita logħob lokali u internazzjonali, u li jesa mal-500 spettatur, b’aċċessibiltà sħiħa għal kulħadd. Il-President tal-Hibernians Toni Bezzina b’sodisfazzjon innota kif dan l-investiment se jsostni t-turiżmu sportiv waqt li jkompli jsebbaħ innaħa t’isfel ta’ Malta. Bl-istess mod tkellem il-President tar-Rugby Football Union
Steve Busuttil, li tenna kif wara snin ta’ kliem fieragħ, ix-xewqa tagħhom se titwettaq b’investiment li se jkompli jsaħħaħ l-isport tar-rugby f ’pajjiżna.
Il-Ministru Konrad Mizzi żied li dan l-investiment kbir se jkompli jħeġġeġ l-involviment taż-żgħażagħ fl-isport. Min-naħa tiegħu, is-Segretarju Parlamentari għaż-
Żgħażagħ, Sport, Riċerka u Innovazzjoni Chris Agius innota kif l-interess fir-rugby qiegħed dejjem jiżdied, speċjalment bl-introduzzjoni ta’ dan l-isport fl-iskejjel tagħna.
Dan l-investiment se jkompli jixpruna l-progress tat-tfal tagħna f ’din id-dixxiplina, waqt li jkompli jtejjeb il-faċilitajiet sportivi fin-naħa t’isfel ta’ Malta.
Ritrattii: GARETH DEGIORGIO kullhadd.com 28.05.2017
17
18
28.05.2017
kullhadd.com
LOGOS
JIEN NAGĦŻEL MALTA FULLSTOP lenin fosthom David Casa, Roberta Metsola, Therese Comodini Cachia u Ann Fenech li kull opportunità li jkollhom, ikasbru demmhom stess – pajjiżhom, fl-ogħla istituzzjonijiet barranin. Wieħed mill-aqwa statisti Brittaniċi, Sir Winston Churchill, mill-bank tal-Oppożizzjoni kien qal hekk: “Meta nkun barra minn pajjiżi, dejjem nagħmilha regola li ma nikkritikax jew nattakka l-gvern ta’ pajjiżi stess. Dan nagħmlu meta nerġa lura f ’dari”. “When I am abroad, I always make it a rule never to criticise or attack the government of my own country. I make up for lost time when I come home.” X’differenza! Min jaf Rużar Briffa x’poeżija kien jikteb iddedikata lil Simon and Co.! U fuq kollox, jekk ma tagħżilx lil Malta, xi trid tagħżel?
Logo bi sfond ikħal, bandiera Maltija ikkupjata minn Microsoft Windows u “Jien nagħżel Malta.” L-ewwel dehra hija dik kif jgħidu l-Ingliżi, gloom and doom. Ikħal, kulur tan-Nazzjonalisti. Bandiera maqsuma flieli. Jien nagħżel Malta fullstop. Logo li tappella għal dawk ta’ opinjoni politika Nazzjonalista. Bandiera maqsuma flieli eżatt kif il-Kap tal-Oppożizzjoni jħares lejn pajjiżna – maqsum bejn fqir kontra l-għani; in-naħa t’isfel kontra n-naħa ta’ fuq; dawk li m’għandhomx problemi (?) kontra l-Kottonera; Laburisti kontra Nazzjonalisti. Umbgħad għandek il-kliem “Jien nagħżel Malta fullstop”. Il-Partit Nazzjonalista kellu bil-fors jagħmel enfasi li jagħżel lil Malta! Għax diffiċli biex titwemmen li tagħżel lil Malta meta tkun għamilt żmienek taħdem kontriha, bil-fatti. U jkollhok lil sħabek fil-partit, ew-
L-AQWA ŻMIEN TA’ PAJJIŻNA Logo li verament ipoġġi ’l Malta l-ewwel. Tispikka l-bandiera sħiħa Maltija. Ix-xemx tielgħa. Messaġġ tal-ġid li għadu ġej fuq pajjiżna. Il-kliem “L-Aqwa Żmien ta’ pajjiżna”. Li għadu ġej. Logo li huwa tkomplija ta’ dak użat fl-elezzjoni tal-2013. Għax il-ħidma tal-erba’ snin li għaddew trid tissokta biex inkomplu naqtgħu l-frott tal-ħidma li saret għall-ġid tal-poplu kollu. Mingħajr distinzjoni. U l-ħidma trid tkompli wkoll. Hemm ħafna x’għad irid isir mal-ħafna li
KAMPANJA
diġà sar. Bandiera tal-Maltin kollha, kif jara l-għaqda sħiħa ta’ pajjiżna, il-Partit Laburista. Fi kliem il-Prim Ministru stess, “Pajjiżna huwa wieħed u magħqud. Bil-kuluri tal-bandiera bajda u ħamra jgħaqqduna.” M’hemm l-ebda distinzjoni. Kulħadd huwa Malti. M’hemm xejn li jifred wieħed mill-ieħor. Opinjoni politika kulħadd għandu dritt għaliha u hija rispettata. Malta hija tagħna lkoll. Malta tiġi l-ewwel u qabel kollox.
Il-kampanja hija waħda qasira, imma qed tħalli impatt sew fuq l-elettorat. Mhux iż-żewġ partiti qed ikollhom l-istess impatt, għal raġuni sempliċi. Hemm il-Partit Laburista li qed iħares ’il quddiem lejn poplu wieħed li jgawdi l-frott tal-politika tiegħu fil-gvern, u hemm il-Partit Nazzjonalista li ma tgħallem qatt mill-esperjenza ta’ kampanji elettorali passati u jrid jerġa jitfa’ l-arloġġ lura. Minkejja wkoll ir-rapporti ta’ wara t-telfa tal-2013 bil-Mea Culpa, Mea Culpa, Mea Maxima Culpa b’kollox. Imma l-Partit Nazzjonalista huwa mwaħħad mal-passat. Ma tgħallimx. U jrid jitfa’ l-arloġġ lura mhux bis-semi proposti għarwiena tiegħu biss, imma wkoll bl-istrateġija, jekk tista’ ssejħilha hekk, tat-tfigħ ta’ tajn, biża’ u attakki li jmorru oltre mill-personal. U fuq kollox b’kampanja mibnija fuq fabrikazzjoni mhux ippruvata ta’ terzi persuni li għandha ħakma assurda fuq partit sħih.
Il-Partit Laburista matul il-kampanja qed juri li huwa partit li jinbidel għall-ħtiġijiet taż-żminijiet partikulari li tkun għaddejja minnhom Malta. Partit li ma jiddejjaqx jammetti li jkun żbalja, imma rassenjat li dawn l-iżbalji mhux se jerġgħu jitwettqu. Il-Partit Laburista qed juri f ’din il-kampanja li jifhem il-ħtiġijiet tas-soċjetà moderna li flimkien tagħmel lill-gżejjer Maltin dawk li huma. Din hija riflessa fil-politika u l-miżuri li ħaddan matul l-erba’ snin li għaddew u wkoll f ’dak li qed jipproġetta għan-next five. Il-Partit Nazzjonalista bl-atteġġjament imwaħħal mal-passat, ukoll rifless f ’din il-kampanja elettorali, qed juri li ma jinbidilx. Għalxejn, kif jingħad, jitfa’ l-ġilda tan-nagħġa fuqu, għaliex minn taħt dejjem hemm il-lupu, lest li juri snienu u bihom iqatta’ lil dawk li ma jaqblux miegħu. L-atteġġjament intwera sew f ’din il-kampanja ma’ dawk li fetħu għajnejhom u qed jemmnu f ’Joseph Mus-
cat u dak kollu li jfisser. Ħu r-reazzjoni tal-Partit Nazzjonalista ma’ Felix Busuttil. Ma’ John Bonello. U ma’ dawn jingħaqdu dawk kollha li jekk bi skerz jitla’ l-Partit Nazzjonalista fil-gvern, jazzardaw ma jaqblux miegħu – int, familtek, qrabatek. Il-Partit Laburista minnaħa tiegħu, jaċċetta l-għażliet li jagħmel ħaddieħor. Fil-kampanja ħarġet ukoll il-falsità u l-kontradizzjonijiet tal-Partit Nazzjonalista. Bil-kap (ejja ngħidu għas-saħħa tal-argument li l-kap huwa Simon Busuttil), filli jgħid mod u wara żewġ minuti jgħid bil-maqlub. Filli jikkritika l-iskema magħrufa bħala IIP (Individual Investment Programme) u jgħajjat fit-toroq u fuq programmi fuq stazzjonijiet barranin kontriha, kontra pajjiżna u kontra l-Gvern Laburista, u fil-kampanja elettorali li ninsabu fiha reġa’ bdielu. Bħal din il-falsità hemm ħafna. Tista’ tinkiteb teżi fuq hekk biss.
Qed naraw lil Joseph Muscat idur minn belt għal oħra, minn raħal għal ieħor, iwassal messaġġ pożittiv. Qed naraw lil Simon Busuttil idur ukoll, b’Marlene ma’ djulu, f ’każijiet minnhom iżżommlu l-ħabel u tikkontradixxih. Waqt din il-kampanja, Joseph Muscat, apparti li qed joħroġ bħala Mexxej ta’ partit, imma qed joħroġ ukoll bħala missier ta’ familja, bil-familja tkun il-poplu Malti. Qed joħroġ sod, jaf x’inhu jgħid u fuq kollox pożittiv. Jispjega l-proposti mingħa-
jr tlaqliq, jisma’ xhieda reali ta’ Maltin li ħajjithom inqalbet ta’ taħt fuq għat-tajjeb, jispjega l-viżjoni tiegħu u tal-partit li jmexxi, juri x’inhi l-Ħolma Maltija. Min-naħa l-oħra hemm Simon Marlene Busuttil Farrugia. Kampanja tal-koħol/ oranġjo li l-maġġor parti tagħha kienet imsejsa b’attakki personali mħanxra fuq il-Prim Ministru u familtu, attakki fuq kulħadd mingħajr riserva, saħansitra attakki kontra l-istituzzjonijiet ta’ pajjiżna. B’kuntrast għal dak li jgħid Simon stess,
li l-Maltin mhux jafdaw lil dawn l-istituzzjonijiet, umbagħad ikun hu stess li jagħti l-eżempju u jimminahom. Prim Ministru li qed jidher seren jagħti l-messaġġ, kontra Kap tal-Oppożizzjoni li f ’waqtiet tant tħambaq li ma kienx jinftiehem. Lejn l-aħħar jiem rajna lil Simon jikkalma kemxejn, forsi qagħad għal parir li l-għajjat sfrenat tiegħu ma tantx kien qed iwassal messaġġ ta’ trankwillità. Imma minkejja dan, xorta mhux qed jagħti impressjoni li verament irid il-ġid lil pajjiżna.
IL-KAP TAL-PARTIT WAQT IL-KAMPANJA
19
28.05.2017
kullhadd.com
FOLOL
Il-folol li jmorru jagħtu l-appoġġ tagħhom lill-partiti waqt il-kampanja, mhumiex indikazzjoni. Entużjażmu hemm miż-żewġ naħat. Għax fuq kollox, jekk tmur tisma’ l-kap tal-partit tiegħek, u qed tarah quddiemek, ovvjament li se jkun hemm l-entużjażmu! Madankollu hemm ukoll differenza bejn l-attendenza li qed naraw fl-attivitajiet tal-kampanja. Il-Partit Laburista għandu l-folol warajh kull fejn qed imur. Il-Partit Nazzjonalista kellu l-folol warajh ukoll f ’uħud mill-attivitajiet. F’oħrajn ma kellux. Fosthom f ’uħud li saru f ’dawk imsejħa fortizzi Nazzjonalisti.
Il-Mexxej Laburista qed ikun assedjat għal firem, seflies u ritratti. Il-Kap Nazzjonalista ħafna anqas. Qed jispikkaw in-numru ta’ ommijiet u missirijiet li qed jitolbu lil Joseph għal ritratt ma’ wliedhom, biex jibqa’ tifkira għall-ulied. Tifkira ta’ min verament ħa ħsieb il-futur tagħhom u ġabu verament fis-sod. Ma tistax ma ssemmix is-sehem talfergħat taż-żgħażagħ taż-żewġ partiti. Qed jagħtu sehem importanti wkoll. Il-Forum Żgħazagħ Laburisti nieda l-kampanja #next5. Il-ħames snin li ġejjin. Kampanja pożittiva. Tinnota f ’din il-kampanja l-fervur taż-żgħażagħ b’appoġġ għall-politika
Laburista. L-MZPN, il-Moviment Żgħażagħ Partit Nazzjonalista wkoll nieda l-kampanja tiegħu, imma like father like son, semma l-kampanja tiegħu “It’s ON”. Forsi mhux dik hija l-intenzjoni, imma dan is-slowgan ifakkar f ’għajta ta’ gwerra, “Waslet! Għalihom!!!” F’din il-kampanja l-MZPN jibqa’ mwaħħal mar-ritratt tal-meeting ta’ Ħaż-Żabbar imbagħbas bil-photoshop biex juri folla ħames darbiet aktar, jekk mhux iktar, li suppost attendiet għal dan il-meeting tal-Partit Nazzjonalista. Tant li t-triq modesta ta’ quddiem il-knisja ġabuha qisha r-runway ta’ Heathrow.
Il-Partit Laburista kien lest u ppreparat from Day 1. Ħames proposti wara ħames proposti jispjegaw kif se jittejjeb it-tajjeb li diġà qed jgħix fih il-poplu Malti. Proposti li juru kif il-ġid li nħoloq f ’dawn l-aħħar erba’ snin se jkompli jitkattar fis-snin li ġejjin u jitqassam lil kulħadd. Jitqassam lil dawk li verament jinsabu fil-bżonn. Isiru proġetti fl-oqsma kollha li huma importanti għal kull Malti u Maltija. U dan kollu miġbur f ’manifest wieħed li qed ikun spjegat sal-anqas dettall. Proposti li l-kalkolazzjonijiet tagħhom diġà saru u qed jiġu spjegati lill-poplu. Manifest serju li ma jaħbi xejn. Imbagħad għandek Day 24 meta nħareġ il-“manifest” mill-Parit Nazzjonalista flimkien mal-mażżra m’għonqu tal-Partit tal-Oranġjo. Il-manifest tal-Forza Nazzjonali. Manifest li kellna nistennew salaħħar jiem tal-kampanja elettorali biex sar pubbliku. Manifest maqsum fi tliet pamphlets. Imma fuq kollox huwa manifest imfassal f ’paniku. Għaliex? Għax jekk verament kif kien ilu jgħid il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Simon Busuttil, li l-partit li jmexxi kien geared għall-elezzjoni, għalfejn il-manifest ma kienx għadu lest? Forsi għax geared up for an election kienet biss méssa in scèna, xi ħaġa li jiddelettaw biha sew tal-Partit Nazzjonalista? Forsi għax daħlet it-tieni Kap Marlene u ħarbtet kollox?
Li huwa żgur hu li l-“manifest” tal-Partit Nazzjonalista huwa tliet pamphlets mimlija b’proposti li diġà twettqu minn Gvern Laburista, huma diġà parti millpjan tal-Gvern Laburista, jew diġà ġew imwiegħda mill-Gvern Laburista. Xejn iżjed. U dawk li huma kkupjati, huma kkupjati ħażin! Eżempju li huwa mċappas mal-Partit Nazzjonalista huwa l-wegħda taċ-Child Care b’xejn. Diġà qiegħda hemm. Imma l-Partit Nazzjonalista għamlilha estensjoni. Child Care b’xejn għal kulħadd. Proposta li ma tagħmilx sens u li timmina dak li diġà twettaq u qed jitgawda minn min juża ċ-Child Care b’xejn. Dan huwa biss eżempju wieħed. Hemm ukoll l-għoti tal-vot liż-żgħażagħ ta’ 16-il sena, meta dawn diġà għandhom il-vot u użawh fl-elezzjoni tal-Kunsilli Lokali ta’ sentejn ilu! Hemm l-issa famuża proposta tal-għaxart elef ewro lil dawk li jmorru joqogħdu Għawdex. Proposta li t-tħaddim tagħha għad irid ikun magħruf. Imma tħabbret b’kalkulazzjonijiet ħżiena. Hemm il-proposta tal-metro. Proposta li nħarġet mill-forn kmieni minħabba l-għaġla, riżultat tan-nuqqas ta’ preparazzjoni li kellu l-Partit Nazzjonalista u ġiet ippreżentata nofsha moħmija. U din hija mera ta’ kif jaħdem dan il-partit. U minn fejn se jsostni l-proposti tiegħu Simon Busuttil? Ħadd ma jrid ikun jaf
100 jum wara l-elezzjoni! Il-poplu jrid ikun jaf jekk hux se nerġgħu lura għaddjun li “jħallsuh uliedna u wlied uliedna!” Imma hemm fihom ukoll dak li m’hemmx. Nieħu l-kaċċa. Simon jgħid mod u Marlene tgħid mod ieħor. Allura xi tħarbex fil-manifest elettorali tal-Partit tal-Kaos u Konfużjoni? Assolutament xejn. Ħeq la ma qablux Simon u Marlene, mela jitħalla barra, hux hekk? Riflessjoni ta’ serjetà? Riflessjoni ta’ taħwid. U jekk huwa dan li jista’ jkun il-modus operandi ta’ Gvern Nazzjonalista, miskin il-poplu Malti. Il-manifest tal-Partit Nazzjonalista, ffirmat minn tnejn mill-ħafna kapijiet tal-Partit Nazzjonalista, Simon u Marlene, dam ma ħareġ. Għaliex qabel ħareġ, riedet tikkoreġih Marlene, għax taf inti, Simon għandu ħafna x’għad irid jitgħallem. U min tista’ tkun l-aħjar għalliema jekk mhux Marlene?! Fil-manifest hemm ukoll proposti li ntefgħu hemm mingħajr spjega u mingħajr kalkolu li jħallu lill-qarrej fid-dlam. U min irid jagħżel, għalkemm l-għażla hija ċara bejn partit u ieħor, jista’ jagħżel id-dlam? L-unika ħaġa pożittiva li hemm fil-manifest tal-Partit Nazzjonalista hija, li ta ċertifikat tajjeb lil dawk il-proposti li kkopja b’mod sew mill-manifest tal-Partit Laburista, għaliex jekk ikkupjahom, sinjal li jemmen fihom u jaf li huma proposti li se jmexxu ’l familja Maltija ’l quddiem!
MANIFEST
20
28.05.2017
kullhadd.com
JOSEPH MUSCAT JISMA’ X-XHIEDA TA’ NIES LI ĦAJJITHOM GĦAMLET QABŻA TA’ KWALITÀ
IL-PREŻENTAZZJONI TAL-MANIFEST ELETTORALI
Minn persuni magħrufa, professjonisti, għal ċittadini komuni – il-kampanja elettorali kienet ikkaratterizzata minn persuni li lill-Prim Ministru qalulu “Grazzi”. Bħal Felix Busuttil li b’vuċi soda spjega d-drittijiet ugwali li ngħata, jew Shania Micallef, persuna trans li fil-Konferenza Ġenerali tal-Partit Laburista lill-Prim Ministru sejħitlu “il-missier li reġa’ tani ħajti mill-ġdid.” Smajna lil Amanda Briffa, li permezz tas-servizz tal-IVF għandha iben, u permezz taċ-childcare sabet il-bilanċ bejn ix-xogħol u l-familja. Ma ninsewx ukoll dikjarazzjonijiet qawwija bħal tal-eks Segretarju Internazzjonali tal-PN John Bonello, li fil-mass meeting tal-Imqabba qal li Busuttil huwa pass lura għall PN, u li “Malta għandha bżonn lil Muscat”.
Il-Konferenza Ġenerali Straordinarja fissret emozzjonijiet kbar mhux biss minħabba xhieda ta’ ħajjiet li marru għall-aħjar, imma anke t-tnedija tal-Manifest Elettorali “L-Aqwa Żmien ta’ Pajjiżna”. Manifest ambizzjuż li l-Prim Ministru spjega bħala aħjar minn tal-2013, u li se jwassal għal qabża fil-kwalità f ’pajjiżna - pass ieħor lejn it-twettiq tal-ħolma Maltija. Dan b’miżuri żgħar u kbar biex kull tifel u tifla, kull żagħżugħ u żagħżugħa, jibqa’ jkollhom iċ-ċans għas-suċċess, irrispettivament minn fejn ikunu ġejjin.
IL-MUM JOSEPH
IL-KUNGRESS TAL-PARTIT LABURISTA Mument sinifikanti ieħor tal-kampanja elettorali, li ttimbra l-mixja tal-Partit Laburista għal din l-elezzjoni. Fid-diskors tiegħu, il-Prim Ministru spjega l-erba’ prinċipji li fuqhom hu mibni l-manifest elettorali u l-ħolma Maltija: li pajjiżna jkun l-aqwa pajjiż fejn wieħed jaspira li jgħix u jsib xogħol, l-aqwa pajjiż fejn jista’ jkollok l-ulied, u fejn ikunu garantiti d-drittijiet ta’ kulħadd. Il-mobbiltà soċjali – li kull persuna għandha d-dritt taspira, toħlom; li tirnexxi iktar mill-ġenerazzjoni ta’ qabel. Il-ġustizzja soċjali – li pajjiżna jkompli miexi fit-triq ta’ tkabbir ekonomiku li jimxi id f ’id ma’ soċjetà ġusta u progress soċjali. Li l-ġid li jinħoloq, jitqassam b’mod ġust, biex kulħadd jitla’ ’l fuq. L-ugwaljanza – Edukazzjoni ta’ kwalità għal kulħadd. Dan flimkien ma’ qabża liberali ’l quddiem. Biex ħadd ma jaqa’ lura, inti min inti, ġej minn fejn ġej, u ta’ liema orjentazzjoni sesswali inti. L-għaqda – li pajjiżna jkun magħqud bħala poplu wieħed taħt il-bandiera Maltija. Fejn il-Maltin huma kollha ndaqs.
MALTAFILES – JO JIDDEFENDI LILL ID-DIBATTITU FL-UNIVERSITÀ Konferma oħra tat-tmexxija soda ta’ Joseph Muscat. Minkejja t-tentattivi ta’ sabutaġġ kontra l-Prim Ministru li smajna dwarhom fil-jiem ta’ qabel, kien dibattitu diċenti u mill-isbaħ fejn il-mexxejja setgħu jesprimu ruħhom fuq għadd ta’ temi. Lil hinn mill-politika partiġjana, il-Prim Ministru ħeġġeġ lill-istudenti biex ikunu attivi fil-ħajja politika. Attiviżmu politiku li, nnota, f ’din il-leġiżlatura wassal għad-dħul tal-morning after pill fost oħrajn. Tkellem fuq kif bħala politiċi u pajjiż għandna nibnu fuq dak li jgħaqqadna. Fi tmiem id-dibatittu ma naqsitx l-għajta entużjasta ta’ “Joseph, Joseph”.
Il-ħruġ tal-hekk imsejħa M istru biex jiddefendi isem Muscat spjega r-realtà tasvantaġġjuża iktar minn oħ Spikkat però d-difiża ta f ’dawk id-dokumenti – f Ministru), u Francis J. Va seph Muscat f ’attività talDwar dawn it-tnejn qal h “Jien se niddefendihom. Maltija, qed niddefendi li niddefendu lil pajjiżna. U teress ta’ pajjiżu part-time billux politikament, u min
21
28.05.2017
kullhadd.com
IL-FJURA LILL-PRIM MINISTRU
Element kruċjali f ’din l-elezzjoni hija l-għaqda li Joseph Muscat irid inissel fil-poplu Malti. Fis-7 ta’ Mejju fil-mass meeting f ’Ħaż-Żabbar kellu reazzjoni qawwija ferm. Dan wara li Simon Busuttil mar fil-Kottonera jsaħħaħ l-istigma soċjali u jgħid bil-problemi ta’ dik iż-żona. Il-Mexxej Laburista rreaġixxa hekk: “Ma naċċettax lil min jipprova jaqsam lil dan il-pajjiż. Ma naċċettax lil min jipprova jarmi lil uliedkom u jitkellem hekk ma’ wliedkom. Lin-nies tan-naħa t’isfel, lin-nies tan-naħa ta’ fuq, lil kulħadd, Maltin u Għawdxin ngħidilkom jien kburi b’uliedkom. Jien kburi b’uliedkom. Uliedkom huma wliedi wkoll u rrid li mmexxu lil dan il-pajjiż għall-ġid tagħhom.”
L-attitudni pożittiva ta’ Joseph Muscat wasslitna għal bosta xeni tiegħu ma’ persuni minn kull qasam tas-soċjetà, inkluż tfal. Ma wħud jitkellem, m’oħrajn jieħu xi ritratt jew stessu, u min b’xi high five. Spikkat però xena fil-5 ta’ Mejju meta, f ’nofs intervista, tifla ċkejkna marret fejn il-Prim Ministru biex tagħtih fjura. Mument ħelu li kiser il-formalità li normalment ikun hawn f ’attivitajiet bħal dawn. Fl-aħħar nett il-Prim Ministru għadda din il-fjura lil martu Michelle.
Ritratti: GARETH DEGIORGIO, RAY MIZZI u JOSEPH CAMENZULI
“ULIEDKOM HUMA WLIEDI WKOLL”
MENTI TA’ H MUSCAT
OSEPH MUSCAT L- MALTIN KOLLHA
MaltaFiles urew il-qawwa ta’ Prim Minm pajjiżu. Mal-ħruġ tad-dettalji Joseph -sistema Maltija, li mhijiex illegali, imma ħrajn, tant li spiċċat taħt attakk. al-Prim Ministru għal dawk imsemmija fosthom David Gonzi (iben l-eks Prim assallo li ftit ġimgħat qabel kritika lill-Jo-PN. hekk: Għax meta niddefendi lil persuna oħra il kull waħda u wieħed minnkom. Qed U hawn l-għażla – bejn min iżomm l-ine skont l-ismijiet li jisemmew, skont jaqn pajjiżu jiġi l-ewwel dejjem.”
IL-PREŻENZA TA’ MICHELLE MUSCAT U WLIEDHOM Minbarra l-ħidma siewja li għamlet tul dawn l-erba’ snin, partikolarment dwar mard rari, mart il-Prim Ministru tista’ tgħid li dejjem kienet ma’ żewġha f ’kull attività li kellu. Uliedhom ta’ spiss ikunu hemm jappoġġjaw lil missierhom ukoll. Spikka ritratt tal-14 ta’ Mejju fuq Instragram, bil-Prim Ministru u bintu li donnhom kienu f ’xi konversazzjoni, b’martu u bintu l-oħra mhux wisq bogħod. Fl-ispjegazzjoni tiegħu qal li kien qed jieħu l-aħħar pariri qabel ilmass meeting tan-Naxxar.
IT-TBASSIR U L-COSTINGS Il-miżuri ppreżentati ġew b’costings ċari. Għaldaqstant spikkat il-ħarsa lejn il-futur li ngħatat f ’konferenza tal-aħbarijiet fl-4 ta’ Mejju. Għaliex il-proposti waħedhom – mingħajr spjegazzjoni ta’ minn fejn ġejjin il-flus – ma jiswew xejn. Il-Prim Ministru flimkien mal-Ministru Edward Scicluna ħarsu lejn il-qagħda ekonomika ta’ pajjiżna. B’reqqa nnutaw kif l-ekonomija mistennija tikber b’erbgħa fil-mija mingħajr stimolu, imma tilħaq is-sitta punt ħamsa b’riżultat tal-miżuri mħabbra. Fl-istess waqt mistenni jkompli jkun sostnut surplus kostanti, u jitnaqqas il-persentaġġ tad-dejn mal-Prodott Gross Domestiku, biex b’hekk jitnaqqas id-dejn akkumulat tul is-snin. Ħarsa importanti lejn ir-realtà ta’ pajjiżna, u li tispjega kif pajjiżna se jkun jista’ jkompli miexi ’l quddiem. Analiżi li tagħti iktar kredibbiltà lill-proposti tal-Partit Laburista.
22
28.05.2017
kullhadd.com
GĦAXAR ŻELQIET TA’ BUSUTTIL IŻ-ŻELQA FIL-QORTI Wara li rikeb il-karru tal-ikbar gidba fl-istorja politika Maltija, Simon Busuttil bħal donnu għandu msarnu f ’saqajh li toħroġ l-inkjesta maġisterjali li qed tinvestiga l-fabbrikazzjoni Egrant. Busuttil irid inessi li niżżel in-nies fit-toroq, sejjaħ għar-riżenji, u hedded bil-ħabs f ’attakk viljakk fuq il-Prim Ministru, jew aħjar attakk faħxi fuq Malta. Iżda meta ġie affaċċjat bi sfida ċara mill-Prim Ministru biex iwarrab meta jinstab li gideb fuq Egrant, Simon Busuttil daħħal denbu bejn saqajh. B’idu fuq il-kuxjenza, il-Prim Ministru kien ċar u onest meta tenna li jekk jinstab ħjiel li Egrant hi tiegħu jew ta’ familtu, hu jwarrab immedjatament. Meta sfidat jagħmel l-istess u jwarrab ladarba jkun konfermat li din hi l-akbar kalunja politika fl-istorja, Busuttil ħarab u qed isib kull skuża biex itellef il-ħin, f ’at-
tentat iddisprat biex itawwal l-inkjesta. Dan biex ma toħroġx qabel l-elezzjoni għaliex jaf li l-eżitu tagħha se jkabbar il-ħofra li daħal fiha b’kilba għamja għall-poter. L-ewwel darba mar b’idu f ’idu, u t-tieni ħaseb biex jimpressjona hekk kif daħal il-Qorti bi tmien files nofshom vojtha. L-ewwel darba żelaq, u t-tieni darba spiċċa pparalizzat għaliex il-Maġistrat id-darbtejn li huma bagħtu jħabbat bieb ieħor fi twissija ċara biex ma jkomplix itellef il-proċess tal-ġustizzja. Iżda għal Simon Busuttil, il-fini jiġġustifikaw il-mezzi, u l-fatt li b’kollox tellef ġimgħa xogħol lill-Maġistrat fl-inkjesta Egrant tinżel għasel għall-esponenti tad-Dar Ċentrali. Togħma ħelwa li se ddur fi qrusa qawwija meta fit-3 ta’ Ġunju l-poplu jagħti mandat ieħor b’saħħtu lil Joseph Muscat.
IŻ-ŻELQA TAL-€10,000 Meta mar jipprova jikkonvinċi ’l Għawdxin, stennejna lil Busuttil jgħidilna kif qed jippjana li jkompli jinvesti fil-gżira li tul l-aħħar erba’ snin, rat l-akbar qabża t’impjiegi f ’Għawdex għall-Għawdxin. Iżda minflok ħareġ bil-proposta tal€10,000 għal min imur jgħix Għawdex. Proposta fażulla li tesponi n-nuqqas ta’ viżjoni ta’ mexxej li moħħu biss fil-karrotta ta’ qabel l-elezzjoni. Ir-reazzjoni immedjata tal-ġurnalisti kienet kif, kemm se tiswa, u meta bi ħsiebu jimplimenta din il-wegħda.
“Ngħidilkom wara l-ewwel mitt jum,” pront wieġeb Busuttil, qabel ma kompla jgħaffeġ fuq il-popolazzjoni t’Għawdex. Il-kap Nazzjonalista kompla jgħażaq fl-ilma fid-dibattitu tal-Università, meta għal mistoqsija leġittima dwar l-istess proposta, Busuttil ma kellux tweġiba għajr “sellili għall-papà”. Tweġiba arroganti li tfakkarna fit-tribaliżmu li jirrenja fil-Partit Nazzjonalista ta’ Busuttil, l-istess mexxej li qabel l-aħħar elezzjoni ħareġ bil-famuż “wiċċ ta’ Nazzjonalista”.
IŻ-ŻELQA TAL-WEGĦDI MWETTQA
IŻ-ŻELQA FIL-KALKOLI
Wara ż-żelqa f ’Għawdex, l-inkompetenza ekonomika tal-mexxej Nazzjonalista ħarġet fil-beraħ u Simon Busuttil ma kellu ebda għażla oħra għajr li jibda ġej bil-figuri għall-wegħdi irresponsabbli tiegħu. Bħalma nhar t’Erbgħa jitilgħu n-numri tas-Super 5, hekk ukoll Busuttil beda jfajjar iċ-ċifri meta sab ruħu dahru mal-ħajt. L-akbar żelqa tibqa’ dik tal-pensjonijiet, meta Simon Busuttil mar żmerċ b’aktar minn €12-il miljun. Ma ridtx tkun professur tal-matematika biex tirrealizza l-iżball oħxon jew il-qerq sfaċċat ta’ Busuttil meta ppreżenta ċ-ċifri dwar il-pensjonijiet. Il-Partit Nazzjonalista wiegħed li jżid il-pensjoni minima bi €22 fil-ġimgħa għal 18,000 pensjonant. Skont Simon Busuttil, din kellha tiswa €8 miljuni u nofs, iżda kalkolu sempliċi ta’ 18,000 pensjonant x €12 x 52 ġimgħa tirriżulta f ’€20 miljun u nofs. Dan juri biċ-ċar kemm il-Kap tal-Oppożizzjoni m’għandux stoffa ta’ Prim Ministru u kemm mhuwiex ippreparat biex jiggverna. Is-surplus fiskali li rnexxielu jirreġġistra pajjiżna, Simon Busuttil ikun lest iberbqu fl-ewwel sena ta’ Gvern.
In-nuqqas ta’ preparazzjoni u l-inkompetenza tal-Kap Nazzjonalista kompliet toħroġ fid-dieher meta Busuttil beda jwiegħed affarjiet li diġà twettqu jew bdew jitwettqu mill-Gvern Laburista. L-eżenzjoni tal-boll fuq l-ewwel proprjetà, il-vot 16 għall-Kunsilli Lokali, u l-fast ferry service għal Għawdex huma eżempji klassiċi. Iżda fuq kollox tispikka l-wegħda li jagħti lura ż-żieda fuq il-kera li daħlet b’liġi li għamel il-Partit Nazzjonalista stess. Jew hux parti mill-istrateġija qarrieqa ta’ partit li tilef ruħu għall-poter, jew sforz l-inkompetenza grassa ta’ mexxej bla skrupli, Busuttil gideb lill-poplu meta kien jaf li Joseph Muscat diġà radd lura b’ċekkijiet din iż-żieda fuq il-prezz tal-kera. Dan kollu jkompli jikkonferma li lil Busuttil ma tistax tafdah. Hu biss Joseph Muscat li jista’ jwassalna għall-aqwa żmien ta’ pajjiżna.
IŻ-ŻELQA FIL-KOTTONERA Li Busuttil prova jinqeda bl-eks Prim Ministru u mexxej Laburista Dom Mintoff fil-benniena tiegħu ta’ Bormla kienet oxxenità sfaċċata li kixfet prinċipju ieħor tal-Kap tal-Oppożizzjoni: l-ipokrezija. Jekk qatt kien hemm dubju, l-aġir ta’ Simon Busuttil fil-Kottonera kien l-akbar xhieda ta’ mexxej bla sinsla li l-unika gwida tiegħu hi l-kilba għall-poter. Għall-vot tiegħek jagħmel kollox, u fil-Birgu mar pass oltre. F’tentattiv falz biex jidher ħelu mal-erba’ min-nies li kellu madwaru, Simon Busuttil għajjar lin-nies tan-Nofsinhar ta’ Malta bid-drogi u s-single mothers. Żelqa li mhux biss tikxef l-attitudni diviżiva ta’ mexxej li jħares lejk skont minn fejn ġej, iżda waqgħatlu wkoll il-maskra tal-isterjotipi li jassoċja mal-Kottonera. Mhux ta’ b’xejn ma’ Busuttil u sħabu s-South spiċċa l-miżbla tal-pajjiż. Mhux ta’ b’xejn li m’għalaqx il-power station tal-Marsa waqt li għażel l-aktar żejt li jniġġes għal Delimara. Mhux ta’ b’xejn li kisser ilbaċir numru wieħed f ’Bormla u ħallieh fi stat t’abbandun għal snin twal. Għaliex għal Simon Busuttil, in-nies tas-South huma nies tat-tieni klassi li huma tajbin biss għall-vot tagħhom.
23
28.05.2017
kullhadd.com
IŻ-ŻELQA FL-UNIVERSITÀ Daħal l-Università sidru ppuppat, akkumpanjat mill-Guru (il-President tal-Moviment Żgħażagħ Partit Nazzjonalista) u erbgħa minn sħabu li filjiem ta’ qabel qattgħu xagħarhom jaraw kif se jimmanipulaw id-dibattitu u jumiljaw lill-Prim Ministru. Riedu jimlew is-sala kollha bi studenti estremi li saħansitra ammettew li għandhom il-“hate” lejn Joseph Muscat. Kif jgħid il-Malti, min jogħla ħafna, tisbita kbira jieħu, u hekk ġralu l-Kap
tal-Oppożizzjoni meta wara dibattitu ta’ kważi tliet sigħat, ħareġ jibki xortih wara li kif iħobb jitkellem hu, ħa tkaxkira liema bħalha. Biex jidher cool u jaħbi d-disfatta kbira li ħakmitu, Busuttil deher ħiereġ iqaċċat ħwejġu minn fuqu u jxammar il-kmiem tal-qmis. Ma ttihx tort jiftaħ u jxammar il-qmis, meta min jaf kif beda jaqbad minn ġewwa wara żelqa bħal dik f ’dak li hu jqis bħala t-territorju tiegħu.
IŻ-ŻELQA TAL-KOALIZZJONI (TAL-KONFUŻJONI) Ninsabu ftit jiem qabel l-elezzjoni ġenerali u sal-lum ma nafux min hu l-kap tal-koalizzjoni tal-konfużjoni. Jekk hux Simon Busuttil tal-blu jew Marlene Farrugia tal-oranġjo. Jista’ jkun ukoll Salvu Mallia tas-sausage dog, jew Josie ‘libertajiet ċivili’ Muscat. Kien ilu x-xhur jgħid li startja l-magni, iżda meta Joseph Muscat saffar is-suffara, l-moviment Laburista kien lest fil-grawnd waqt li Busuttil u ta’ madwaru kienu għadhom lanqas waslu fid-dressing room. Kellha tgħaddi ġimgħa biex rajna l-ewwel billboards negattivi tal-Partit Nazzjonalista. Bir-raġun il-Prim Ministru jtenni li l-unika ħaġa li tgħaqqadhom hi l-mib-
egħda kontrih. Jum wara jum baqgħu joħorġu l-qasmiet bejn il-protagonisti tal-konfużjoni. Marlene kontra t-trakka u l-kaċċa, Salvu jfajjarlu daqqtejn ġo ħalqu, Jason isteriku fuq il-marijuana, Beppe jkebbes il-mibegħda lejn Joseph Muscat, u l-bqija jiżżefnu fin-nofs biex jippruvaw jiksbu xi vot. Kellu jkun l-24 jum tal-kampanja, tlett ijiem qabel nibdew nivvotaw, biex ħarġu bi tliet fuljetti ta’ proposti riċiklati jew ikkuppjati. Bilfors li David Agius kellu xi sehem fit-tfassil tagħhom. Jekk xejn, dan kollu hu l-aqwa riċetta ta’ falliment qawwi u l-akbar garanzija ta’ instabbiltà, għaliex vapur b’żewġ kaptani ma jimxix.
IŻ-ŻELQA TAL-MAGNA FERRARI Simon Busuttil bħal donnu jiddelitta fil-magni. Iżda jekk trid tieqaf mal-ewwel kantuniera, mela żgur li għandek tmur għandu biex isewwilek, jew iżidlek il-ħsara. Kif għamel mannies tan-naħa t’isfel ta’ Malta bil-power station li kienet taħdem bl-aktar żejt li jniġġes. Fabbrika tal-kanċer li Simon Busuttil baqa’ jiddefendi sal-lum il-ġurnata. Qalilna li din storja magħluqa, iżda l-poplu mhux iblah, u kien pass għaqli tal-Prim Ministru li jitlob l-Awditur Ġenerali jerġa’ jiftaħ l-investigazzjoni hekk kif instab dokument li kien sparixxa mill-kuntratt oriġinali. Dokument li jikxef kif Simon Busuttil u George Pullicino biegħu saħħitna għal €20 miljun. Magna Ferrari żgur li mhijiex, iżda bl-interessi li kellhom fl-akbar skandlu fl-istorja politika, anke Lamborghini setgħu jdaħħlu minn fuq dahar il-poplu Malti u Għawdxi.
IŻ-ŻELQA (U GIDBA) TAL-KAĊĊA
Kif qed nitkellmu dwar il-koalizzjoni, ma nistax ma nsemmix il-konfużjoni fuq il-kaċċa, u l-gidba sfaċċata ta’ Simon Busuttil fuq il-kaċċa fir-rebbiegħa. Ma tridx wisq biex tinduna li Simon u Marlene jiffurmaw l-aktar koppja instabbli fl-istorja politika Maltija. Iżda li jikkontradixxu lil xulxin f ’nofs minuta waqt li jipprovaw jerbħu xi vot jew tnejn tikkonferma li verament il-Partit Nazzjonalista miss il-qiegħ. Kif ngħidu, ma tistax tkun m’Alla u max-xitan. U waqt li Simon Busuttil sostna li hu favur il-kaċċa fir-rebbiegħa, Marlene pronta qabżet fuqu tħanxar li l-kaċċa fir-rebbiegħa għandha titwaqqaf. Xi ħadd minnhom kien qed jigdeb, u l-giddieb għomru qasir. Il-qawl Malti ma marx żmerċ, għax m’għaddiex wisq biex ħarġu tal-Birdlife jgħidu li Busuttil qalilhom li kien ivvota kontra l-kaċċa fir-rebbiegħa. Għal darb’oħra, Busuttil inqabad jigdeb. Iżda lil min tafu tistaqsix għalih, u hekk kif gideb mal-kaċċaturi qabel dħalna fl-Unjoni Ewropea, hekk ukoll jerġa’ jigdiblek f ’wiċċek biex jużak għall-vot tiegħek.
IŻ-ŻELQA TAL-ĦRUQ TA’ SANT’ANTNIN
Meta l-poplu waqaf f ’sentiment ta’ diqa hekk kif in-nirien ħakmu l-impjant ta’ Sant’Antnin, Simon Busuttil beda jogħrok idejh għaliex f ’għajnejh, din kienet opportunità oħra biex jattakka lil Muscat. Li kieku ma drajniehx, ma konniex nantiċipawh joħroġ iħambaq li d-diżgrazzja kienet tort tal-labour. Anke Nazzjonalisti ġenwini stħaw flok il-Kap tagħhom meta Busuttil ipponta subgħajh lejn Muscat meta l-uniku tellief kien il-poplu Malti u Għawdxi. Din kienet żelqa oħra fin-niexef ta’ Busuttil, li tikkonferma l-istint dgħajjef ta’ mexxej għami bil-kilba għall-poter. Tilef kull sens ta’ dekor politiku għaliex jinsab iddisprat bil-prospett li jkun l-uniku mexxej fl-istorja riċenti li ma jitlax it-taraġ ta’ Kastilja. Iżda kif tenna l-Prim Ministru, biex tmexxi pajjiżek trid tkun tħobbu, u min jieħu gost bid-deni mhux postu fil-politika. Ir-risposta jtihielu l-poplu, meta fit-3 ta’ Ġunju jagħti mandat ieħor b’saħħtu lil Joseph Muscat biex flimkien ngħixu l-ħolma Maltija.
24
28.05.2017
kullhadd.com
GĦAQDA VERSUS KOALIZZJONI TA’ KAOS U KONFUŻJONI
Il-Partit Laburista, b’Mexxej wieħed li jgawdi rispett. Mhux biss mid-deputati, mid-delegati, mill-partitarji. Mhux biss igawdi rispett lokali. Imma jgawdi rispett mill-Mexxejja Ewropej. Hemm pajjiżi li jħarsu lejn Malta bħala eżempju ta’ kif gżira ċkejkna rnexxielha ddawwar defiċit f ’surplus sostanzjali. Surplus li rajnieh ukoll fl-ewwel xhur ta’ din is-sena. Il-Partit Laburista f ’din il-kampanja qed juri front wieħed. Front magħqud. Bil-kandidati jiġbdu ħabel wieħed. U f ’tarf il-ħabel hemm pajjiżna jinġibed ’il
fuq fejn jistħoqqlu. Imbagħad hemm il-Koalizzjoni ta’ Kaos u Konfużjoni. Żewġ jew aktar minn żewġ Kapijiet (?). Hemm Simon Busuttil u Marlene Farruġia. Wieħed għandu opinjoni li hija għalkollox differenti minn tal-Kap l-ieħor. Rajniehom f ’konferenzi quddiem ġurnalisti jikkontradixxu wieħed lill-ieħor. Rajna lil Marlene tieħu over u ma tħallix lil Simon jitkellem. Kaos? U Konfużjoni. Imbagħad nibet ukoll l-istar candidate Salvu Mallia. Bħala artist għandu rispett.
Imma fix-xena politika kompla jinseġ ilkaos u l-konfużjoni fil-Partit Nazzjonalista. Stqarrijiet kontradittorji minn dawk li jkun għamel Simon jew Marlene. Lingwaġġ ħamallu li mhux dehen ta’ aspirant Ministru. U jirrispetta lil wieħed mill-Kapijiet tiegħu, f ’dan il-każ lil Simon Busuttil, b’tali mod li jekk ma jaqbilx miegħu lest li jagħtihielu fuq wiċċu. Forma ġdida ta’ rispett f ’nofs il-konfużjoni kollha. Hemm min jgħid li l-Kap tal-Kapijiet, the real Boss, il capo dei capi, mhi ħadd ħlief Daphne Caruana Galizia.
BILLBOARDS
F’kull kampanja elettorali jintużaw il-billboards. U wkoll hawn qed tiġi nnotata d-differenza. Il-billboards tal-Partit Laburista juru messaġġ pożittiv. Juru l-proposti li se jkomplu jmexxu lil Malta ’l quddiem biex tkompli ssir l-aħjar fl-Ewropa, aktar milli diġà hi. Billboards b’messaġġi li jispjegaw bi kliem li jinftiehem minn kulħadd, dak li qed jipproponi l-Partit Laburista b’żieda mal-ħafna li diġà twettaq u li poġġa lil pajjiżna fis-sod. Imma ma naqasx ukoll il-billboard li juri f ’liema
stat ta’ kaos u konfużjoni waslet l-għaqda ta’ konvenjenza bejn il-Partit Nazzjonalista u l-Partit tal-Oranġjo. Il-Partit Nazzjonalista anki hawn għażel li juża l-billboards biex jattakka personalment lill-Mexxej Laburista. Imma xejn ġdid. Fil-kampanja elettorali tal-2013 il-Partit Nazzjonalista wkoll kien għamel din l-għażla. Attakk personali kontra Joseph Muscat. Apparti l-Labour won’t work; friża tal-paga minima; billboards bil-kju ta’ ħaddiema jirreġistraw għax-xogħol. Kull
billboard li ntuża mill-Partit Nazzjonalista fl-2013 sfuma fix-xejn f ’dawn l-aħħar erba’ snin. Labour did work, il-paga minima tranġat, il-qagħad huwa rekord fl-inqas rata li qatt kien hawn. Proposti għall-Maltin kontra attakki personali. Kliem konkret dwar kif Malta se tkompli miexja ’l quddiem kontra l-ħut u l-ktajjen. Il-Partit Nazzjonalista ma tgħallimx minn dan kollu. Baqa’ mwaħħal mal-passat. Tista’ tafdah bil-futur?
IT-3 TA’ ĠUNJU 2017
It-3 ta’ Ġunju issa hija eqreb. Bħal lum ġimgħa l-elettorat Malti jkun għamel l-għażla tiegħu. Int, bħala Malti li trid tkompli għaddej mill-Awqa Żmien ta’ Pajjiżna, ta’ pajjiżek, ta’ familtek, x’għażla se tagħmel? Kif tħares lejn
dawn l-aħħar erba’ snin? Tinsab aħjar milli kont qabel? Lest li twarrab gvern li jħares ‘l quddiem għall-ġid tiegħek u ta’ wliedek biex tidħol fi sqaq mudlam? Int li se tidħol filpost tal-votazzjoni, ftakar: id-deċiżjoni li se
tieħu f ’dawk il-ħames minuti sakemm tagħti l-vot tiegħek, se jkunu jiswewk ħames snin sħaħ. Jekk tagħmel l-għażla żbaljata, jkun too late u għandek ħames snin biex tirranġa d-deċiżjoni żbaljata!
25
28.05.2017
kullhadd.com
PROĊEDURI IRĦAS U EĦFEF OWEN
BONNICI Ministru għall-Ġustizzja u l-Gvern Lokali
Meta nedejna r-riforma tant bżonjuża fil-qasam tal-ġustizzja, ħadna ħsieb li nintroduċu sistemi moderni, strutturi adegwati u servizz ta’ kwalità ogħla. Dan għamilnieh b’impenn u fuq kollox biex niżguraw li llum, aktar minn qatt qabel, isservizz tal-ġustizzja jkun aktar aċċessibbli għal kulħadd bl-istess mod u bl-istess kwalità ta’ servizz. Dan il-fattur tal-aċċessibilità għall-ġustizzja jilgħab parti importanti biex dan is-settur, tant kruċjali f ’demokrazija, jitqies bħala wieħed b’saħħtu. L-aċċessibilità għandha tkun hemm irrispettivament mill-identità jew mill-klassi soċjali tal-individwu. Għal dan il-għan, f ’dawn l-erba’ snin rajna li nsaħħu s-sistema tal-għajnuna legali u nsaħħu l-medjazzjoni, bħala alter-
nattiva għall-proċeduri legali fil-Qorti. Waqqafna Aġenzija tal-Għajnuna Legali li tamministra u tagħti appoġġ lill-Avukat tal-Għajnuna Legali li jmexxi din l-aġenzija. Din l-aġenzija hija indipendenti mill-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali, pass li ħadnieh ukoll bi ħsieb għax fhimna li f ’każijiet kriminali kienet tista’ tinħoloq sitwazzjoni ta’ kunflitt ta’ interess. Ħdimna ukoll biex noħolqu struttura fejn l-avukat tal-għajnuna legali imexxi x-xogħol tal-avukati u prokuraturi legali li joffru s-servizzi tagħhom għall-għajnuna legali. Apparti minn hekk, rajna li nżidu wkoll il-ħlas tal-avukati li joffru l-għajnuna legali. Fil-fatt, taħt din l-amministrazzjoni, dan il-ħlas kważi trippla u qed naħdmu sabiex dan ikompli jiżdied. B’hekk naċċertaw ruħna li jogħla l-livell tas-servizz li jiġi provdut lill-klijent tal-għajnuna legali. Ma jfissirx li wasalna, anzi rridu nkomplu naħdmu biex intejbu din is-sistema, aktar u aktar meta daħħalna d-dritt tal-avukat waqt l-interrogazzjoni, dritt li b’konsegwenza tiegħu żdiedet id-domanda għall-avukati
tal-għajnuna legali. Minbarra dan, sabiex tassew ikollna sistema b’saħħitha, irridu nsaħħu mekkaniżmi alternattivi ta’ kif jiġu riżolti l-kawżi. Tisħiħ fil-medjazzjoni jfisser kawżi iktar spediti, iżda fl-istess waqt xorta huwa mezz effettiv ta’ kif dawn jiġu riżolti. Fil-fatt, meta nħarsu lejn il-medjazzjoni fis-settur tal-liġi tal-familja naraw kif filwaqt li f ’ħames snin dawn żdiedu b’26.5%, l-ammont ta’ medjazzjonijiet li ngħalqu bi qbil, jiġifieri bonarjament, żdied bi 33%. Dan huwa riżultat pożittiv immens anke meta wieħed jiftakar li fl-istess waqt raħħasna t-tarriffi li wieħed iħallas meta jiftaħ proċedura fil-Qorti tal-Familja, fattur ieħor li jkompli jsaħħaħ l-aċċessibilità għall-ġustizzja. Is-suċċess li rajna fil-qasam tal-medjazzjoni huwa tali li ħadna ħsieb li nwessgħu l-użu tal-medjazzjoni bħala mezz ta’ riżoluzzjoni ta’ kawżi anke għal sitwazzjonijiet relatati mal-kera. Barra minn hekk, fl-abbozz ta’ liġi dwar il-midja, ħadna ħsieb li noffru l-possibilità ta’ medjazzjoni f ’kawżi ta’ libell. Ix-xewqa tagħna hi li
bil-mod il-mod il-medjazzjoni tidħol f ’setturi oħrajn u ssir l-għażla naturali għal min ikollu diżgwit. Sabiex inħaffu l-aċċessibilità għall-ġustizzja ħassejna l-bżonn li noħolqu sistema li tkun aktar konvenjenti. Filfatt, ħadna ħsieb li noffru l-possibilità kemm lill-medjatur kif ukoll lill-partijiet sabiex jorganizzaw smigħ waqt il-medjazzjoni permezz talużu ta’ video conferencing jew mezzi teknoloġiċi li jiffaċilitaw il-proċeduri. B’hekk, nassiguraw ukoll li ma jintilifx ħin filwaqt li ma jinħoloq l-ebda inkonvenjent għall-partijiet. L-użu tal-video conferencing ġie ukoll estiż għal xhieda li għal xi raġuni jew oħra ma jistgħux jersqu lejn il-Qorti ta’ Malta. Dan iwassal għal aktar koperazzjoni mal-Qorti ta’ Malta fejn jidħlu xhieda ta’ valur, bħal ngħidu aħna tobba li minħabba x-xogħol tagħhom ma jkunx daqshekk faċli li jitilqu mill-isptar sabiex jixhdu l-Qorti. Dan kollu qed jikkontribwixxi għal aktar suċċess fil-qasam tal-Ġustizzja, settur fejn tul din l-amministrazzjoni irnexxielna nniżżlu l-kawżi ċivili pen-
denti għall-inqas rata fl-istorja. Fil-fatt fir-rapport maħruġ mill-Kummissjoni Ewropea, dak magħruf bħala EU Justice Scoreboard 2017, is-settur tal-Ġustizzja f ’Malta kiseb ċertifikat pożittiv immens fejn jidħlu kawżi ċivili. Filfatt, f ’dak li għandu x’jaqsam mal-ħeffa tal-kawżi, ir-rata li biha jinqatgħu l-kawżi, u wkoll l-ammont ta’ kawżi pendenti naraw li Malta għamlet passi ’l quddiem fl-effiċjenza tal-qrati tagħna, titjib li jikkuntrasta bi kbir mar-riżultati li kien jikseb qabel pajjiżna, fejn dejjem kien kien jiġi fl-aħħar post. Irridu nkomplu naħdmu f ’dan il-qasam sabiex inkomplu niksbu aktar riżultati pożittivi mhux sempliċiment biex ngħidu li ksibna riżultat pożittiv imma għax verament nemmnu li ċ-ċittadini Maltin u Għawdxin jixirqilhom servizz tal-Ġustizzja b’saħħtu u aktar effiċjenti, servizz tal-Ġustizzja denju għas-seklu 21 u settur tal-Ġustizzja għal kulħadd. Irridu nkomplu nagħmlu differenza fil-ħajja taċ-ċittadin b’ġustizzja aktar aċċessibbli, irrispettivament mill-identità, min-nazzjonalità, mit-twemmin jew mill-klassi soċjali.
IL-KUNSILLI B’ŻIEDA TA’ €7.5 MILJUN MARIO
FAVA President Sezzjoni Kunsilliera PL
Ċertament li waħda mill-ikbar problemi li għandu pajjiżna hija dik tat-toroq. Din il-problema hija fuq nett fl-ilmenti taċ-ċittadini u issa ilna nisimgħu dwarha għal diversi snin. Żgur li kulħadd sema b’ilment ta’ xi ħadd li jgħid li jmur għand il-Kunsill Lokali tar-rahal jew Belt tiegħu u jilmenta fuq it-toroq. L-ilment tiegħu jikber meta r-risposta tkun li m’għandniex fondi għalihom. Żgur li kulħadd sema b’ilment simili u r-risposta minn TM tkun li għandna prijoritajiet oħrajn u l-baġit hu dak li hu. Jien ukoll, nirċievi ħafna emails bi lmenti simili, anzi, tista’ tgħid li hija l-ordni tal-ġurnata. Imma minn fejn originat b’dan il-mod din il-problema? Meta fl-1993, ġew imwaqqfa l-Kunsilli Lokali minn Gvern Nazzjonalista, fost ir-responsabbiltajiet li għaddew għand il-Kunsilli Lokali kien hemm dawk it-toroq kollha li mhumiex arterjali jew distributorji. Ifisser li kien hemm diversi
lokalitajiet, li m’għandhomx toroq simili, li spiċċaw iridu jsewwu t-toroq kollha tar-raħal tagħhom. Il-problemi kienu tnejn prinċipali; (i) il-Gvern kien għadda t-toroq lill-Kunsilli Lokali flistat li kienu dak iż-żmien. Dan kien ifisser li suppost allura kellu jgħaddi allokazzjoni ferm ikbar sabiex il-Kunsilli jagħmlu dak li m’għamilx Gvern Ċentrali qabel l-1993. Naturalment dan ma kienx il-każ. Il-Gvern lanqas ma rranġa t-toroq u imbagħad wara għaddiehom lil Kunsilli Lokali, allura kif għidt qabel, l-istat ta’ ħafna mit-toroq li llum ma timxix fuqhom, kienu diġà viċin l-istat ħażin preżenti tagħhom 24 sena ilu. Naturalment, bi ftit jew xejn manutenzjoni, dawn komplew jiddeterjoraw. (ii) Tul dawn l-24 sena, qatt ma reġgħet saret klassifikazzjoni tat-toroq. Xi jfisser dan? Ifisser li toroq li 20 sena ilu ma kinux distributorji għaliex kellna inqas traffiku, inqas moviment fihom u inqas residenti, issa biż-żieda ta’ dawn it-tliet fatturi, saru toroq distributorji. Minkejja dan, Gvern Nazzjonalista ħalla dawn it-toroq taħt ir-responsabbiltà tal-Kunsilli Lokali. Is-soluzzjoni li kellu l-Partit Nazzjonalista fil-Gvern għal dan kollu kienet waħda; dik li
jħajjar lill-Kunsilli Lokali sabiex jiddejnu fuq medda ta’ tmien snin sabiex ikunu huma li jagħmlu dawn it-toroq, meta fil-fatt dawn kellhom isiru millGvern Ċentrali. Dan wassal biex għadd ta’ Kunsilli li raw sa xiber ’il bogħod minn imneħirhom, jew għax tant xebgħu jisimgħu l-istess mir-residenti tagħhom (irrid ngħid, ilmenti ġustifikati), qabdu u ffirmaw ftehim ma’ kuntratturi sabiex isir ix-xogħol illum u jħallsu għada. Din ħolqot problemi ikbar. Dan għaliex, il-flus mill-allokazzjoni li suppost kellhom imorru għal manutenzjoni tat-toroq, issa bdew imorru sabiex jitħallas id-dejn. Mela Gvern Nazzjonalista mhux biss dejjen lill-Kunsilli Lokali imma ġabhom f ’sitwazzjoni li għal tmien snin sħaħ ma setgħux tal-inqas isewwu u jżommu fi stat tajjeb toroq oħrajn fil-lokalità. B’riżultat li dawn komplew jiddeterjoraw u b’hekk baqgħet tikber il-problema. Meta ra hekk Gvern Nazzjonalista, fl-aħħar sentejn ta’ governanza tiegħu, ħejja program ta’ toroq residenzali li kellha tagħmel TM. Programm ta’ xogħlijiet li sab postu wkoll fil-programmi elettorali tal-istess Partit. Ir-riżultat jafu kulħadd. Ftit kienu minn dawn it-toroq li kienu fil-lista, illi effettivament saru.
Tul dawn l-aħħar erba’ snin, jien stess kont minn ta’ quddiem nett ‘niġġieled’ sabiex il-Kunsilli Lokali jingħataw aktar fondi ħalli jkunu jistgħu jibdew jagħmlu xi ħaġa f ’dan ir-rigward. Minkejja li Gvern ġdid Laburista, sema’ u għaddilna iktar fondi, dawn xorta ma kinux biżżejjed u l-istess ilmenti issoktaw. Anki f ’dan l-istadju, bħala Sezzjoni Kunsilliera tal-Partit Laburista, bqajna nagħmlu pressjoni biex ikun hemm iktar flus ivvutati għal TM sabiex din tidħol għal dawn ix-xogħlijiet. Dan anki għaliex bħala Entità tista’ tikseb prezzijiet aħjar għax toħroġ sejħiet fuq medda ikbar ta’ xogħlijiet. Jidher li l-Gvern preżenti sema’ din il-kritika u ftit taljiem ilu smajna bil-proposta li Gvern ġdid Laburista se jkun qed jintrabat li jagħmel investiment ta’ mitt miljun ewro fis-sena għal seba’ snin sabiex jagħmel it-toroq kollha ta’ pajjiżna mill-ġdid. Dan inkluż is-servizzi u dak kollu meħtieġ skont il-każ. Dan ifisser illi l-Kunsilli Lokali, seba’ snin oħra, se jkollhom it-toroq tagħhom kollha, asfaltati u magħmula b’mod tajjeb darba għal dejjem u meta se jkunu responsabbli mill-manutenzjoni tagħhom, din se tkun minima ħafna għal diversi snin. Issa tajjeb ngħidu illi l-Kun-
silli Lokali, mill-allokazzjoni kollha f ’daqqa allokata għalihom, għandhom €7,548,355 li jridu jmorru kollha għall-manutenzjoni tal-istess toroq. IlGvern wiegħed li dawn il-flus xorta se jibqgħu jingħataw lill-Kunsilli Lokali anki wara li jsiru t-toroq kollha, b’riżultat li l-Kunsilli Lokali se jkollhom bejniethom iktar minn €7.5 miljun li jistgħu jinvestuhom f ’xogħlijiet oħra għal-lokalitajiet tagħhom. Wieħed ma jistax ma jarax id-differenza bejn Gvern u ieħor. Filwaqt li Gvern Nazzjonalista imbotta lill-Kunsilli Lokali biex jiddejnu u jorbtu idejn il-Kunsilli li jiġu warajhom, Gvern Laburista se jkun qed jinvesti €700 miljun u fl-istess waqt jagħti żieda indiretta ta’ €7.5 miljun fis-sena lill-Kunsilli Lokali. Mhux ta’ b’xejn allura li Gvern Nazzjonalista kien jispiċċa sena wara l-oħra f ’defiċit għax din it-tip ta’ tmexxija kienet fid-demm tiegħu u ma kienx jaf aħjar milli jiddejjen u jiddejjen, anki fuq bażi lokali, dan b’differenza għal surplus ta’ Gvern Laburista li b’riżultat tiegħu, l-infrastruttra ta’ pajjiżna se tkun qed tieħu spinta kbira ’l quddiem Anki minn dan biss, ukoll m’hemmx għażla ħlief li fit3 ta’ Ġunju tagħżel Joseph Muscat!
26
28.05.2017
kullhadd.com
X’WETTAQ IL-GVERN… SENA ILU Informazzjoni miġbura minn EMANUEL CUSCHIERI
22.05
Mid-Djarju ta’
Is-safar tal-Maltin żdied bi 33%
Nazju n-Nazzjonalist
Il-Ħamis, 18 ta’ Mejju Bqajt imsammar fuq il-pultruna quddiem itteleviżjoni nsegwi lil Salvu Balzan jintervista lil Simon tagħna, u ma jiddispjacinix għax vera ħriġt sodisfatt. Ara jaf xi jgħid ir-raġel, man! Ipprova kemm ipprova jfixklu Salvu, xejn ma rnexxielu. Ħadt gost nisimgħu jgħid li aċċetta li l-unjoni ċivili ssir żwieġ, għax issa nini nini nibqgħu naraw lil Joseph Muscat juża d-drittjiet ċivili għall-iskopijiet tiegħu. U ħadt gost ferm meta fakkar kif il-kbir Eddie kien irnexxielu jġib l-għaqda u r-rikonċiljazzjoni fil-pajjiż. Qajjimli ġismi kollu xewk xewk u moħħi dlonk mar fuq ix-xena ta’ Eddie l-kbir jimxi, ixejjer idejh u jistaqsi ‘fejn huma l-Laburisti?’ Il-Ġimgħa, 19 ta’ Mejju Nini nini jirnexxilhom jirkbu fuq ir-riżultat tal-inkjesta l-Laburisti! Ħasbu li se jkantaw vittorja qabel l-elezzjoni u jeħilsu mill-istorja ta’ Egrant. Jien konvint li se jibqgħu jsibuha ma’ wiċċhom sal-elezzjoni ta’ ħames snin oħra u Simon tagħna jerġa’ jaqlgħalhom ilħama u jerġa’ jagħtina rebħa oħra. Konvint għax issa, kull darba li l-maġistrat ikun kważi lest, Simon tagħna jmur jagħtih qabda files u b’hekk l-inkjesta tibqa’ sejra u ma tieqaf qatt. Hekk għamel illum u hekk se jibqa’ jagħmel, u jħalli lil Joseph Muscat jixxejjer. Intelliġenti wisq ir-raġel, man! Qatt u qatt mhuma se jlaħħqu miegħu. Iġri jasal it-tlieta ta’ Ġunju. Viva Simon! Viva Simon, ħej, ħej! Is-Sibt, 20 ta’ Mejju Sirt niddejjaq wisq immur nixtri mingħand Ġorġ tal-ħanut ta’ ħdejna, u qed naħsibha nibqax nixtri mingħandu, tal-anqas sattlieta ta’ Ġunju. Dejjem jara kif se jaqbad miegħi, u meta jkun hemm dik iċ-ċerċura Vicky aktar u aktar. Staqsieni sakemm jista’ jagħmel suġġerimenti lil Simon tagħna biex idaħħalhom fil-manifest elettorali. Pronta qabżet Vicky ċ-ċerċura u qaltlu li anke wara l-elezzjoni jkun jista’ jagħmilhom għax, skont hi, il-manifest elettorali tagħna għadu mhux lest. U għandu jkun veru mhux lest għax meta ċempilt l-istamperija għal kopja qaluli li rrid nistenna ftit ieħor. Ma nagħmlux mod li pposponew it-tlieta ta’ Ġunju u jien ma naf xejn, hux! Il-Ħadd, 21 ta’ Mejju Mank jaħasra kieku kulħadd jisma’ minn Simon tagħna! Appella lin-Nazzjonalisti li kienu telquna għax weġġajniehom biex jiġu lura. Appella lil-Laburisi mweġġgħin biex huma jiġu magħna wkoll. Appella lilLaburisti mhux imweġġgħin biex jivvutaw
23.05
lilna għax din mhix għażla bejn aħna u l-Labour, imma għażla bejn Malta u l-klikka ta’ Kastilja. Kieku sew jaħasra kulħadd jisma’ minnu għax ara kif niġru bihom. Mhux għax m’aħniex se niġru bihom tafx, imma kieku nagħtuhom tkaxira li lanqas ċans iqumu minnha ma jkollhom. Meta kont żgħir konna ngħidu kieku waqa’ u kiser siequ!
Tħabbar li filwaqt li familja ta’ żewġ adulti fl-2012 kienet tħallas 629 ewro f ’kontijiet tad-dawl u l-ilma kull sena, din l-istess familja grazzi għar-roħs fil-kontijiet bdiet tħallas 276 ewro
It-Tnejn, 22 ta’ Mejju
24.05
Imnalla għaddielu dak Ivan Camilleri tatTimes li fl-aħħar elezzjoni, tal-anqas skont Ġorġ tal-ħanut ta’ ħdejna, ma vvutalniex. Għax kieku baqa’ bil-geddum għax ma ħax dak li ried ħames snin ilu, kieku ma kienx ta’ kuljum jagħmel minn kollox biex jara lil Simon tagħna Kastilja. Issa nittama li meta nitilgħu fil-gvern, Simon u ta’ madwaru ma jagħmlux bħalma kien għamel Lawrence Gonzi. Ivan ħaqqu jingħata kulma jkollu bżonn. U ma noqogħdux induru mal-lewża, għax bħal Ivan ma nsibux. Insomma l-kelma ġġib hekk, għax tal-Independent mhux inqas minnu. Kulħadd magħna, ras! X’ma nirbħux ma nirbħux?! Tkaxkira akbar milli tawna erba’ snin ilu se nagħtuhom, man! Viva Simon, viva Simon, ħej, ħej!
Ġie inawgurat proġett ta’ tisbiħ fl-inħawi magħrufa bħala tal-Fekruna, ix-Xemxija
25.05 Ġiet inawgurata wing ġdida fl-iskola primarja f ’Tal-Pietà
It-Tlieta, 23 ta’ Mejju Għall-erwieħ erġajt rajt u smajt lil Salvu Mallia. Kont qed nibża’ li ġralu xi ħaġa peress li Simon tagħna qalilna li jitkellem kif jitkellem għax imweġġa’. Lil Salvu għandna bżonnu ħafna fuq it-tieni distrett għax mingħajru lanqas wieħed ma ntellgħu. Tal-Isla jadurawh. Tal-Birgu ffisati fih. Ta’ Bormla mġienen warajh. Ta’ Ħaż-Żabbar għandhom grazzja miegħu. Tal-Kalkara jqisuh baħbuħ. Tax-Xgħajra biss ma tantx iġibuh imma dawk ftit biss għandhom voti. Jien konvint aktar minn mija fil-mija li Salvu se jitla’ sparat u miegħu jtella’ lil Muscat (Josie mhux Joseph) L-Erbgħa, 24 ta’ Mejju Olè, olè olè Nazzjonalisti, Nazzjonalisti! X’ħasbu tal-Labour li se tasal l-elezzjoni u ma jkollniex manifest elettorali? Mhumiex ilaħħqu ma’ moħħ Simon tagħna li ħa ħsieb li l-manifest tagħna ma nippubblikawhx qabel tagħhom biex ma jikkuppjawniex. Ara issa, nini nini jikkuppjawna. Lanqas jekk jippruvaw kemm jippruvaw għax tant għandna proposti li lanqas sat-3 ta’ Ġunju mhuma se jaqrawhom kollha. Ovvjament mhux tal-Labour biss mhux se jaqrawhom kollha. Żgur li mhux se jaqrawhom kollha dawk li se jivvutaw għada, pitgħada u s-Sibt. Ħasra għax kieku kollha kienu jivvutaw għalina. Imma issa m’hemmx x’tagħmel.
26.05 Ġie deċiż li f ’Wied il-Għajn jinbena grawnd ġdid tal-futbol
27.05 Fl-aħħar sena l-persuni full-time żdiedu b’ 7,000
28.05 Ġie deċiż li jiġu installati liftijiet ġodda fi blokok tal-Gvern
27
28.05.2017
kullhadd.com
L-GĦAŻLA HIJA ĊARA: JOSEPH MUSCAT CATHERINE
FENECH Membru fl-Eżekuttiv Nazzjonali PL
Dan huwa l-aħħar artiklu tiegħi qabel il-poplu jmur għall-votazzjoni fl-elezzjoni ġenerali tat-3 ta’ Ġunju li ġej. Lil hinn mis-sondaġġ u l-kejl tal-opinjoni tan-nies jien nemmen fis-sod li l-poplu Malti u Għawdxi huwa wara l-Partit Laburista u wara Joseph Muscat. Għax il-poplu jagħraf li biex pajjiżna jibqa’ miexi ’l quddiem għandek bżonn gvern sod u b’saħħtu li joffri ċ-ċertezza għal triq ’il quddiem, joffri tim magħqud li jserraħ moħħ il-poplu u n-negozjant u jattira l-investitur, partikolarment dak barrani. Dan biss jista’ jiggarantixxi l-ħolqien ta’ aktar ġid u ta’ aktar xogħol li eventalment isostnu l-edukazzjoni, is-saħħa u s-servizzi soċjali f ’pajjiżna. Gvern Laburista se jkun kontinwazzjoni tattriq it-tajba li qabad il-pajjiż. Ħaddieħor joffri biss diskors fieragħ, insinwazzjonijiet bla bażi u jekk mhux perikolużi u inkwetanti, joffru biss konfużjoni magħġuna f ’koalizzjoni li qajla jistgħu jittieħdu bis-serjetà, fejn ġa bid-dieher u quddiem xulxin
jikkontradixxu lil xulxin fuq kwistjonijiet li huma tematiċi u importanti għall-partijiet integrali mis-soċjetà Maltija. Dawn jistgħu joffru gvern alternattiv dgħajjef fejn titfixkel min hu l-kap, fejn meta jiġi stabbilit il-kap, xorta jrid iħalli lill-poplu fuq ixxwiek meta hemm bżonn tittieħed deċiżjoni għaliex irid jieħu l-parir u l-opinjoni tal-kopilota. U allura nistaqsikom, tistgħu tafdaw il-preżent u l-futur tagħkom, ta’ wliedkom, tal-anzjani tagħkom f ’idejn koalizzjoni b’żewġ kapijiet li l-unika ħaġa li tgħaqqadhom hija l-mibegħda li għandhom lejn Joseph Muscat? Tridu tafdaw lill-pajjiż f ’idejn żewġ min-nies li m’għandhomx l-iċken strateġija kif se jmexxu, tant li opinjonisti serji u ta’ integrità kbira ddiskrivew lill-Kap tal-Oppożizzjoni bħala ‘lightweight’ – dgħajjef, tant li kellu jagħmel pass fid-dlam u jidħol f ’koalizzjoni mal-imsejjaħ Partit Demokratiku? Agħar minn hekk inqis li hu tassew perikoluż li nafdaw fil-gvern mill-ġdid persuni li lesti jagħmlu minn kollox biex jiksbu l-poter. Anzi jridu jreġġgħu lura l-arloġġ fuq il-policies li dan il-gvern tant mexxa ’l quddiem b’suċċess bħal dak tal-qlib tas-sors ta’ enerġija mill-HFO għall-enerġija wisq aktar nadifa talgass u kif ukoll fl-għoti ta’ aktar drittijiet ċivili. Dan
kollu hu mhedded jekk jerġa’ jkollna lill-PN fil-gvern. Il-progress ta’ dan il-pajjiż, il-futur sabiħ għal uliedna huwa f ’idejna l-votanti billi nkomplu t-triq tagħna fit-tmexxija tal-Prim Ministru Dr. Joseph Muscat, persuna li qatt ma tkellmet kontra l-pajjiż barra minn xtutna, anzi dejjem qabżet għal dak kollu li hu Malti. Għall-kuntrarju, il-PN, għax qiegħed fl-Oppożizzjoni, pożizzjoni li ma tinżlilhomx imqar sa griżmejhom, jaraw kif se jħammġu, kif jitfgħu t-tajn, kif iżebilħu isem pajjiżna mal-barranin. Ma jitgħallmu qatt. Għamluha fil-passat u qed jerġgħu jużaw l-istess tattika biex jieħdu vantaġġ politiku. Flok joffru proposti konkreti u studjati, jarmu biss kliem bla bażi u insulenti, anki lejn xulxin kultant, bħal ngħidu aħna li jekk ma jaqbilx mal-kap tiegħu ma jaħsibhiex darbtejn u jilgħabhielu ġo wiċċu. Għiduli intom, kif dawn il-kandidati fi ħdan il-PN qatt jistgħu jnisslulek serenità, serħan il-moħħ u serjetà b’dan l-atteġġjament? Il-PN hu fi stat ta’ paniku. Din hi sorpredenti għaliex kellhom iż-żmien kollu fl-oppożizzjoni biex jippreparaw ruħhom sa snienhom għall-elezzjoni. Ilhom xhur jgħidu li xegħlu l-magni. Imma minflok ħlew ħinhom billi bnew il-politika tagħhom madwar it-tfigħ tat-tajn, in-
Ħaddieħor joffri biss diskors fieragħ, insinwazzjonijiet bla bażi u jekk mhux perikolużi u inkwetanti, joffru biss konfużjoni magħġuna f’koalizzjoni li qajla jistgħu jittieħdu bis-serjetà
sulti, kalunji u l-gideb. Ma offrewlna xejn, lanqas biss baqgħu sodi fit-twemmin tagħhom. L-uniku twemmin li għandhom huwa li lesti jbigħu ruħhom, lesti li jpenġu ikrah lill-pajjiż barra minn xtutna basta jtajru lil Joseph Muscat u jakkwistaw is-siġġu tal-poter li jħossu li
bi dritt divin huwa tagħhom. Minn dejjem hekk kienu, sa mit-twelid tal-partit tagħhom, 135 sena ilu fejn kienu kontra r-riforma u dejjem alleat mal-barrani. L-għażla hija ċara. L-għażla hi Partit Laburista millġdid fil-gvern, l-għażla hi Joseph Muscat li jiggarantixxi tmexxija soda, stabbli, kredibbli u unita għall-kontinwazzjoni tal-ġid, tax-xogħol u s-serħan il-moħħ. Nagħlaq bi kwotazzjoni tal-mibki l-Perit Duminku Mintoff li waqt meeting kien qal dan il-kliem tad-deheb li tant jgħodd għas-sitwazzjoni tal-lum: “Ma jistgħux imexxu lil pajjiz dawn (il-PN) għax biex tmexxi lil pajjiżek trid tkun tħobbu. Issa int ma jistax ikun għax hemm ħaddieħor ma jaqbilx miegħek fil-politika, għax għandna fidi soċjalista u int m’għandekx, ma nafx, il-bambin jaf x’fidi għandek. Aħna nemmnu li l-kotra għandha tmexxi, li niggvernaw għall-kotra, li għandna niggvernaw biex ngħinu lill-fqir, biex ngħinu lill-ħaddiem. Dan hu t-twemmin tagħna. Tiegħu ma nafx x’inhu. Lill-pajjiż ma tah l-ebda prova li jħobbu dan, anzi l-provi kollha li ta dan huma li jobogħdu lill-pajjiż. Għaliex? Kif jista’ jkun li f ’kull okkażjoni li kellna ma’ barra minn Malta, hu min hu, dejjem żamm kontra Malta, dejjem dejjem f ’kull okkażjoni kontra Malta.”
GĦAŻLA ĊARA F’KAMPANJA SURREALI MIRIAM
DALLI MEP
Xi ħadd qalli li din hi kampanja elettorali surreali u għandu raġun. Ma niftakarx li qatt rajt kampanja elettorali daqshekk maħmuġa, b’manuvri u allegazzjonjiet li mhux dejjem ikunu bbażati fuq il-verità. Ir-realtà turi li n-nies huma mxebbgħa b’dan l-atteġġjament, u dan jgħiduhuli n-nies fid-diversi lokalitajiet fejn qed niltaqa’ magħhom. Nifhem li d-deni tal-elezzjoni jitla’ imma ma nifhimx meta d-diċenza lanqas biss tibqa’ tiġi kkunsidrata. Meta l-gideb, il-kalunja u l-attakki jieħdu post id-dibattitu kostruttiv. F’din l-elezzjoni rajna affarijiet li l-politiċi dejjem żammew lura milli jagħmlu, bl-għarfien
li filwaqt li għandek partiti opposti f ’kampanja elettorali, għandek ukol l-interess nazzjonali li m’għandu qatt jiġi mittiefes. U allura rajna Kap tal-Oppożizzjoni jattakka u jimmina l-istituzzjonijiet l-aktar importanti li fuqhom hi bbażata d-demokrazija tagħna, fosthom il-qrati u l-pulizija. Simon Busuttil ma ddejjaqx jattakka nies bħall-membri tal-ġudikatura, l-Avukat Ġenerali, u l-Kummissarju tal-Pulizija. Rajna Kap tal-Oppożizzjoni li jhedded li jibgħat il-Prim Ministru l-ħabs jekk jinbidel il-gvern fuq allegazzjonijiet li hu għamel mingħajr ma pprovda prova waħda. U sa din ilġimgħa stess, ipprova jtawwal l-inkjesta tal-maġistrat b’manuvri patetiċi bl-għan li l-eżitu tal-inkjesta ma joħroġx qabel it-3 ta’ Ġunju. Rajna l-Partit Nazzjonalista li wara tliet ġimgħat ta’ kampanja elettorali, b’mod mill-aktar inkredibbli kien għadu ma ħariġx il-manifest elettorali tiegħu li fuqu n-nies iridu jid-
deċiedu lil min iridu fil-gvern. Din it-tip ta’ politika qiegħda biss iżżid id-doża ta’ mibegħda fost poplu żgħir li l-akbar riżorsa li qatt kellu hija niesu stess. Hija l-unika għodda biex tnessi l-progress enormi li għamilna f ’dawn l-erba’ snin. Tip ta’ politika distruttiva li qed tagħmel ħafna ħsara. Ħsara li qed tkun imbuttata b’mod partikolari minn ċerti politiċi, mhux se titħassar malajr wara li tgħaddi elezzjoni. Hija ħsara li se nibqgħu nbatu l-konsegwenzi tagħha għal tul ta’ żmien. Sfortunatament illum il-ġurnata għandna biss nies li jridu jieħdu f ’idejhom it-tmexxija tal-pajjiż akkost ta’ kollox, u li dawn l-affarijiet lanqas biss qed jirrealizzawhom. Min iħares il-futur ta’ pajjiżna, il-futur ta’ wliedna, ma jaġixxix b’dan ilmod irresponsabbli għax jifhem li din il-ħsara li qed issir issa se jkollna naffaċċjawha għada pitgħada. Dan kollu jorbot mal-għażla li għandna quddiemna, bejn il-moviment mmexxi mill-Par-
tit Laburista li ġab l-akbar tkabbir ekonomiku u benefiċċji għall-ħaddiema tagħna, jew il-koalizzjoni ta’ konfużjoni li ġġib l-instabbiltà. Hija għażla bejn li jkollok lil Joseph Muscat Prim Ministru, jew lil Simon Busuttil. Hija għażla bejn
Simon Busuttil ma ddejjaqx jattakka nies bħall-membri tal-ġudikatura, l-Avukat Ġenerali, u l-Kummissarju tal-Pulizija
min żamm kelmtu miegħek f ’dawn l-aħħar erba’ snin, u min għażel li f ’kull okkażjoni li jkollu jaħdem kontra l-interess nazzjonali u jxewwex kontra Malta mal-barranin. Nemmen li n-nies huma intelliġenti biżżejjed, u jafu li f ’din il-leġiżlatura Gvern Laburista ma kienx perfett, iżda li bil-politika tiegħu ġab iktar flus fil-but u inqas piżijiet. F’dan il-kuntest, tista’ timmaġina persuna b’atteġġjament bħal ta’ Simon Busuttil jidħol Kastilja bħala Prim Ministru fl-4 ta’ Ġunju? Din hija d-deċiżjoni li jrid jieħu l-poplu meta jeżerċita d-dritt li jivvota fit-3 ta’ Ġunju. Jalla bħal-lum ġimgħa jkollna riżultat li jippremja t-tajjeb li sar, u li jxejjen darba għal dejjem din il-politika surreali u distruttiva li ġab miegħu il-Partit Nazzjonalista ta’ Simon Busuttil, biex verament ikollna l-aqwa żmien ta’ pajjiżna. Dan kollu jibda bl-ewwel pass: li s-Sibt 3 ta’ Ġunju tmur tivvota lill-kandidati kollha tal-Partit Laburista.
29
28.05.2017
kullhadd.com
GRAZZI MALTA AARON
FARRUGIA
Kandidat ġdid tal-Partit Laburista fuq l-ewwel distrett
Intlabt nikteb l-aħħar artiklu tiegħi f ’din il-kampanja elettorali hekk kif bħal dan il-ħin ġimgħa jkollna l-ewwel indikazzjonijiet ta’ liema partit se jkun rebaħ u liema mexxej se jmexxi lil pajjiżna għal ħames snin li ġejjin. Ħafna ħsibijiet, ħafna emozzjonijiet li tħoss hekk kif erba’ snin ta’ ħidma ma taqta’ xejn jgħaddu minn quddiem għajnejk u terġa’ tgħixhom għal ftit sekondi. Dan l-artiklu allura se niktbu f ’forma ta’ messaġġi li rrid ngħaddi lil numru ta’ persuni. Il-messaġġ tiegħi għall-poplu Malti kollu kemm hu, ta’ kull kulur, ta’ kull partit. Grazzi. Grazzi għax il-poplu Malti, bis-saħħa tiegħu nhar is-Sibt 9 ta’ Marzu 2013 tana mandat ċar biex niggvernaw. Wara tant snin fl-oppożizzjoni fejn stajna nsegwu u nosservaw iżda mingħajr il-poter li nibdlu, stajna għall-ewwel darba, wara tant snin, nuru x’aħna kapaċi
nagħmlu. Fassalna roadmap pjanata u costed u implimentajna 90% minnha fl-aħħar erba’ snin u nofs. Kienet opportunità fejn il-Partit Laburista, dan ilmoviment ħareġ minn ċirku vizzjuż fejn uħud bdew jaħsbu li konna se nkunu il-partit naturali tal-oppożizzjoni. Illum inħarsu lura lejn dak li wettaqna u nħossuna kburin li servejna u ta’ dan ngħidu biss kelma waħda. Grazzi lill-poplu Malti. Lill-Prim Ministru ngħidlu prosit. Dan għax ħdimt miegħu mill-qrib u allura stajt nosserva d-deċiżjonijiet ibsin u diffiċli li jrid jieħu kull sekonda. Kburi bih għax nemmen li ħa l-aħjar deċizjonijiet anke jekk iċċirkustanzi u s-surveys kienu jippuntaw lejn direzzjoni oħra. Grazzi għax mexxa fuq ilvaluri u l-prinċipji progressivi li jsawruna. Għexieren ta’ snin oħra meta jiġu warajna klassijiet oħra ta’ politiċi u aħna nkunu ilna li waqafna nservu nkunu nistgħu nħarsu lura u ngħidu li għal din Malta tagħna għamilna li stajna biex iż-żmien li l-poplu tilef f ’opportunitajiet u libertajiet ċivili nirkuprawh f ’qasir żmien. Lit-tfal tagħna nistgħu ngħidulhom li fl-2013 il-poplu beda jgħix il-ħolma Maltija u dan kif wieħed millaqwa gvernijiet ta’ kull żmien. Aktarx mhux se jivvutaw
għax għalkemm jemmnu li pajjiżna għamel passi ta’ ġgant u qatt daqs illum ma nħossuna li qed ngħixu l-aqwa żmien ta’ pajjiżna, għandhom raġunijiet personali għal xiex mhux se jivvutaw. Minn dawn naf numru minnhom. Iltqajt magħkom u smajtkom. Nifhem il-weġgħa tagħkom iżda kif għedtilkom fid-djar tagħkom meta żortkom, li ma tivvutax mhix soluzzjoni. Għażlu kandidati ġodda jekk kien hemm min wegħidkom u ma wettaqx. Agħtu ċans ieħor jekk tlabtu xi ħaġa li hi ġustifikata u fil-parametri tal-liġi u s’issa bqajt b’xiber imnieħer. Li ma tivvutax ifisser vot għal Simon Busuttil. Vot għal Marlene Farrugia. Dawn, jekk jingħataw il-fiduċja se jħottu dak kollu li bnejna flimkien fl-aħħar snin. Se jwaqqfu l-ġirja tagħna għal iktar libertajiet u se jħottu ftit ftit dak li diġà introduċejna. Millat ekonomiku u finanzjarju, se jreġġgħu l-arloġġ lura. Dan ngħidu mhux bħala politiku iżda bħala missier ta’ familja li jħobb lill-familja tiegħu u lil pajjiżu. Nhar is-Sibt erġgħu agħtu l-appoġġ tagħkom kollu u sħiħ lill-Partit Laburista biex xi ħadd jindirizza il-weġgħa tiegħek. Simon Busuttil bħala Prim Ministru dan mhu se jagħmlu qatt.
KONTINWITÀ… ANDY ELLUL
Kandidat tal-Partit Laburista fuq ir-raba’ distrett
Meta ġejt mitlub mill-Prim Ministru sabiex nikkunsidra nikkontesta l-elezzjoni ġenerali mal-Partit Laburista fuq ir-raba’ distrett, kien wieħed mill-aktar mumenti eċitanti u emozzjonali f ’ħajti. Wara li kkonsultajt mal-familja tiegħi, aċċettajt b’umiltà iżda b’responsabbilità li nidħol għal din l-isfida. Iddeċidejt li nidħol għal din l-isfida minħabba erba’ punti kardinali. L-ewwel punt huwa proprju għaliex ma flaħtx aktar nara lill-Partit Nazzjonalista jagħmel minn kollox biex jiddistabilizza dan ir-ritmu u l-mutur ekonomiku li bih miexi pajjiżna. Il-mod li bih il-Partit Nazzjonalista qiegħed jipprova jimmina dan is-suċċess enormi li qiegħed jagħmel dan il-Gvern f ’kull qasam hu tal-mistħija, u agħar minn hekk huwa l-fatt li l-istess Partit Nazzjonalista qiegħed saħansitra jtappan
ir-reputazzjoni Maltija barra minn xtutna. It-tieni punt jeħodni għall-professjoni tiegħi t’avukat, fejn għal dawn l-aħħar għaxar snin ħdimt fil-kamp kriminali u f ’dak kollu li għandu x’jaqsam mal-liġi tal-familja. Jien naf perfettament xi jħossu n-nies li jkunu vittmi ta’ kalunji, ta’ gideb u ta’ tfigħ ta’ tajn. Għalhekk b’solidarjetà ma’ dawk kollha li sfaw attakati mill-Partit Nazzjonalista, speċjalment wara dak li għaddew minnu l-Prim Ministru u s-sinjura tiegħu Michelle Muscat, tali attakki aktar saħħew id-determinazzjoni tiegħi biex nikkontesta mal-Partit Laburista. It-tielet punt li ħeġġiġni nikkontesta mal-Partit Laburista jeħodna lura għall-2013. Ma rridux ninsew minn fejn tlaqna. Il-Partit Laburista wiret pajjiż imfarrak, fejn kellna investiment barrani xott, drittijiet ċivili li missew il-qiegħ, infrastruttura mfarrka, fabbriki li kienu ser jagħlqu, l-ogħla rata ta’ qagħad, l-aktar rata ta’ nies dipendenti fuq is-servizzi soċjali, ġustizzja, nies jiġru wara x-xogħol, eċċ. Illum il-ġurnata, mill-banda l-oħra, ksibna suċċess f ’kull qasam - saħħa, servizzi soċjali, drittijiet ċivili, ekonomija, turiżmu,
eċċ. F’ċerti oqsma ninsabu saħansitra l-aqwa fl-Ewropa u f ’oħrajn qegħdin inservu ta’ mudell. Il-Prim Ministru qatgħalna nifisna f ’dawn l-aħħar erba’ snin - fejn ma waqafx iħabbar proġetti ta’ mijiet ta’ miljuni ta’ ewro wieħed wara l-ieħor. Huwa proprju dan ittielet punt li kompla jsaħħaħ id-determinazzjoni tiegħi biex inkun kandidat. Irrid inkun fuq in-naħa t-tajba tal-istorja. Irrid inkun parti minn din kontinwità ta’ suċċess, li llum il-ġurnata kull Malti qiegħed igawdi minnha. Ir-raba’ punt għalfejn b’determinazzjoni għażilt li nkun kandidat mal-Partit Laburista huwa għaliex nemmen li din il-mixja li sarrfet fi storja ta’ suċċess, jista’ jkun li ħolqitilna sfidi ġodda li ma konniex qegħdin nistennew. Fil-perkors ta’ dan is-suċċess jista’ jkun li forsi ma lħaqniex lil kulħadd. Jista’ jkun ukoll li ma smajniex lil kulħadd. Huwa għalhekk li ser inkun qiegħed nipparteċipa f ’dan il-proċess demokratiku, biex kemm-il darba inkun elett inkun il-vuċi ta’ dawk kollha li għandhom bżonn isemmgħu leħinhom bil-ħsieb li mmorru aħna għand in-nies u mhux innies jiġu huma. Irridu nxerrdu l-kelma tal-
Ir-relazzjoni tagħna bħala Partit Laburista magħkom ma kinitx ward u żahar. Kien hemm żminijiet fil-passat fejn ma għexniex l-aspirazzjonijiet
Li ma tivvutax ifisser vot għal Simon Busuttil. Vot għal Marlene Farrugia. Dawn, jekk jingħataw il-fiduċja se jħottu dak kollu li bnejna flimkien flaħħar snin. Se jwaqqfu l-ġirja tagħna għal iktar libertajiet u se jħottu ftit ftit dak li diġà introduċjena
Prim Ministru, dik ta’ għaqda u mħabba lejn pajjiżna. Kull Laburist huwa ambaxxatur tal-Partit Laburista u mhux tal-kandidati biss. Għalhekk għandkom obbligu li tivvutaw għall-kontinwità u dan sabiex inkomplu għaddejjin b’dan is-suċċess kbir li qiegħed jik-
Il-mod li bih il-Partit Nazzjonalista qiegħed jipprova jimmina dan issuċċess enormi li qiegħed jagħmel dan il-Gvern f’kull qasam hu tal-mistħija
tagħkom u ma fhimniex iddiffikultajiet li kontu qed tgħixu. Ta’ dan pattejna bilqares billi għażltu li tpoġġuna fl-oppożizzjoni biex nagħrfu ninbidlu. Hekk għamilna bejn l-2008 u l-2013. Erba’ snin ilu kontu intom li tajtuna l-ikbar maġġoranza fl-istorja ta’ pajjiżna. Ħafna minnkom ma titolbu xejn anzi tridu tagħtu lil pajjiżna. Tħobbu l-bandiera Maltija u lil hinn mill-politika partiġjana, tridu biss serħan il-moħħ li intom u l-familja tagħkom tgħixu kwalità talħajja aħjar fejn tkunu tistgħu tippjanaw futur mill-isbaħ, mhux biss f ’termini monetarji, iżda stil ta’ għajxien. Iva, kien hemm ħafna miżuri li kkonvinċewkom li għamiltu l-aħjar għażla fl-2013 iżda nifhem li kien hemm mumenti fejn iddiżappuntajniekom. Dan nafuh u nagħrfuh. L-għażla iżda mhijiex biss ġudizzju fuq ftit deċizjonijiet li seta’ jieħu aħjar il-Partit Laburista. L-għażla hi dwar jekk tħossokx aħjar issa milli kont fl-2012. L-għażla hi dwar jekk tħossx li dan ilGvern wettaqx dak li wiegħed. L-għażla hi bejn Joseph Muscat u Simon Busuttil għal ħames snin li ġejjin. Jien nafkom u bħall-2013 se nafdakom u ċert li se tagħmlu l-aħjar għażla, għalikom u għal pajjiżna.
seb pajjiżna. Fit-3 ta’ Ġunju l-għażla hija waħda ċara, għandna għażla bejn il-Prim Ministru Joseph Muscat, storja ta’ suċċess u persuna li żamm kelmtu fuq il-proposti kollha li saru fl-2013 - b’90% tal-manifest elettorali imwettaq, u min-naħa l-oħra koalizzjoni ta’ konfuzjoni totali assoċjata biss ma’ tixrid ta’ mibegħda u taħwid f ’dak li kollu li qegħdin jgħidu u jagħmlu. Illum il-ġurnata l-poplu Malti lanqas biss jaf min hu l-kap tal-Partit Nazzjonalista. Moħħhom biss biex jattakkaw lil kulħadd u lil kull istituzzjoni, u li jxerrdu allegazzjonijiet foloz kontra kull min b’xi mod jassoċja ruħu mal-Partit Laburista. Il-fatt li trabbejt f ’familja kbira u llum il-ġurnata flimkien mal-maħbuba tiegħi Claudia għandna tifel ta’ tliet snin, apparti l-fatt li għal dawn l-aħħar snin bħala avukat assistejt familja u ħdimt fuq liġijiet li jikkonċernaw il-familja, b’kunfidenza ngħid li huwa biss Gvern Laburista li jista’ jassigura suċċess u ħajja aħjar għall-familji tagħna. Għalhekk inħeġġiġkom sabiex fit-3 ta’ Ġunju mhux biss tmorru tivvutaw għall-Partit Laburista, iżda morru u vvutaw b’qalbkom għall-Partit Laburista.
31
28.05.2017
kullhadd.com
FRAME-UP MARY ISTORJA CHETCUTI MILL-
Ir-rivoluzzjoni Russa tal-1917 eliminat l-imperu u tat il-poter f ’idejn il-poplu. Twieled l-ewwel stat Komunista msejjes fuq ideoliġija xellugija Marxista. Il-komunità internazzjonali xeħtet l-attenzjoni kollha fuq dal-fenomenu ġdid li fl-Ewropa qanqal simpatija jew ġab stmerrija; madankollu fuq in-naħa l-oħra tal-Oċean Atlantiku bdiet titnissel il-biża’ li mal-influss ta’ immigranti deħlin fl-Istati Uniti tal-Amerika sabiex jaħarbu l-għaks li waqqgħet il-Gwerra l-Kbira fl-Ewropa, kienu qed jinfiltrawlhom elementi Bolxevisti li potenzjalment setgħu jwettqu rivoluzzjoni Komunista. Kien għalhekk li fl-1919 l-awtoritajiet Amerikani bdew eżerċizzju intensiv ta’ ripressjoni politika sabiex ixejnu kwalunkwe periklu mill-‘Ħomor’. Bdew isiru assalti u arresti fi stamperiji u djar ta’ immigranti diġà magħrufin mal-pulizija bħala radikali; f ’ħafna minn dawn id-drabi l-awtoritajiet aġixxew bi ksur tal-liġi u qanqlu ritaljazzjonijiet vjolenti. Meta f ’Ġunju 1919 sar attentat fuq il-ħajja tal-avukat ġenerali ta’ Washington, is-suspetti mill-ewwel waqgħu fuq eks editur Taljan ta’ rivista anarkista Cronaca Sovversiva. Hawnhekk il-Kungress Amerikan żied il-fondi sabiex il-pulizija, taħt it-tmexxija tad-direttur ġdid J Edgar Hoover, ħarrxet l-investigazzjonijiet tagħha. Sadanittant, fil-15 ta’ April 1920 għall-ħabta tat-tlieta ta’ wara nofsinhar żewġ ħallelin armati attakkaw skrivan u gwardjan li kienu qed iġorru bagalja bil-pagi tal-ħaddiema ta’ Slater & Morrill, fabbrika taż-żraben fiż-żona industrijali ta’ Braintree, Massachusetts. Wara li l-ħallelin sparaw u qatlu liżżewġ impjegati, ħatfu l-bagalja u ġrew biha lejn karozza sewda bi tliet persuni oħra fiha jistennewhom. Ħarbu minn fuq il-post tad-delitt mingħajr ħadd ma rnexxielu jagħrafhom; il-pulizija lokali ma kellha ħjiel ta’ xejn. Ftit ġimgħat wara, fil-lejl tal-5 ta’ Mejju, żewġ immigranti Taljani Nicola Sacco u Bartolomeo Vanzetti twaqqfu mill-pulizija u ġew arrestati fuq l-akkuża li nqabdu b’pussess ta’ arma tannar u letteratura marbuta ma’ attivitajiet radikali. Sacco u Vanzetti, emigrati fl-Amerika sa mill-1908 u jaħdmu bħala skarpan u bejjiegħ tal-ħut rispettivament, kienu wkoll Galleanisti magħrufa msieħba fil-grupp anarkista rivoluzzjonarju ta’ Luigi Galleani bit-twemmien li bil-vjolenza
biss teqred it-tirannija. Ġew interrogati separatament u ma qablux bejniethom fl-istqarrijiet li taw. Deher ovvju li kienu qed jigdbu biex jgħattu xi ħaġa, u l-interrogaturi waslu għall-konklużjoni li Sacco u Vanzetti kienu qed jippruvaw jaħbu l-involviment tagħhom fis-serqa u l-qtil tal-impjegati tal-fabbrika taż-żraben fi Braintree. Fil-31 ta’ Mejju 1921 ġewwa l-belt ta’ Dedham, Massachusetts, Nicola Sacco u Bartolomeo Vanzetta bdew għaddejin ġuri fuq il-qtil ta’ Frederick Parmenter u Alessandro Berardelli, il-vittmi tas-serqa ta’ Braintree. Is-smigħ sar quddiem l-Imħallef Webster Thayer, bniedem preġudikat kontra kull barrani, filwaqt li l-prosekuzzjoni bniet il-każ tagħha fuq l-argument li minbarra li kienu qattiela, iż-żewġ akkużati kienu wkoll anarkisti, atei u barranin! L-Avukat Difensur Fred Moore mexxa kampanja qalila sabiex jagħti prova li l-ġuri kien politikament motivat fejn Sacco u Vanzetti kienu qed jiġu preġudikati u kkundannati. L-Avukat Prosekutur Katzmann tella’ 61 ruħ jixhdu li għarfu lill-akkużati waqt is-serqa filwaqt li d-difiża rnexxielha tressaq 107 persuni li xehdu li raw lil Sacco u Vanzetti band’oħra fil-ħin tad-delitt; fost dawn tal-aħħar kien hemm persuni trejd unjonisti, intelletwali liberali u radikali li ma niżlux tajjeb mal-ġurija konservattiva li semgħethom. Fl-14 ta’ Lulju 1921, Sacco u Vanzetti instabu ħatja. Il-verdett qanqal rabja kbira u dimostrazzjonijiet ta’ protesta minn gruppi soċjalisti u oħrajn radikali fit-toroq ta’ Boston. Id-difiża appellat mis-sentenza abbażi li l-akkużati ma kellhomx smigħ xieraq; fis-snin li segwew tressqu tmien mozzjonijiet mibnijin fuq argumenti li varjaw minn sperġur għal provi dubjużi u kull darba intalab li jerġa’ jsir il-ġuri. L-appelli ġew irrifjutati wieħed wara l-ieħor mill-Imħallef Webster Thayer innifsu. Fit-18 ta’ Novembru 1925 Celestino Madeiros, li kien qed jiskonta sentenza fuq serq u qtil, stqarr mill-ħabs, li kien hu flimkien mal-grupp kriminali ta’ Joe Morelli li għamlu dik is-serqa tal-fabbrika fi Braintree. Malli tressqet mozzjoni ta’ appell b’din l-istqarrija ffirmata minn Madeiros, l-Imħallef Thayer iddikjara li l-Qorti Suprema ta’ Massachusetts ma kienet wettqet l-ebda żball jew abbuż fl-għoti tal-ġudizzju u fid-9 ta’ April 1927 issentenzja lil Nicola
Sacco u Bartolomeo Vanzetti għall-mewt. Hawnhekk id-dimostrazzjonijiet tal-massa saru vjolenti u l-Gvernatur ta’ Massachusetts kien kostrett jaħtar kumitat indipendenti sabiex jagħtih parir
dwar l-għajta tal-poplu biex hu juża s-saħħa li kienet tagħtih illiġi u jagħti klemenza lil Sacco u Vanzetti. Fit-3 ta’ Awwissu 1927, il-Gvernatur Fuller flimkien mal-kumitat maħtur waslu għall-konklużjoni li ma jbiddlux
id-deċiżjoni tal-Imħallef. Nicola Sacco u Bartolomeo Vanzetti baqgħu jisħqu fuq l-innoċenza tagħhom sal-aħħar nifs li ħareġ minn fommhom fuq is-siġġu tal-elettriku nhar it23 ta’ Awwissu 1927.
32
28.05.2017
1
MADWAR kullhadd.com
L-INGILTERRA
FIL-QOSOR
1
ATTAKK F’MANCHESTER
Rapporti fil-midja Ingliża qed jallegaw li l-pulizija li qed jinvestigaw l-attakk ta’ bomba f ’Manchester Arena waqfu jaqsmu l-informazzjoni mal-Istati Uniti wara li uffiċjali Ingliżi kienu rrabjati meta ritratti li kienu juru tifrik millattakk dehru fuq in-New York Times. Dan kollu seħħ wara li isem l-aggressur Salman Abedi kien żvelat lill-midja Amerikana 24 siegħa wara l-attakk. 22 persuna nqatlu u mas-60 oħra ndarbu f ’dan l-attakk terroristiku f ’Manchester li seħħ hekk kif intemm kunċert tal-kantanta Amerikana Ariana Grande. Dan seħħ eżattament xahrejn wara l-attakk f ’Londra. Il-kantanta żagħżugħa stqarret li dak li rat u semgħet mhux se tinsieh. 12 minn dawk li tilfu ħajjithom huma tfal t’inqas minn 16–il sena.
2
BRUSSELL
3
IL-LIBJA
ŻJARAT FL-EWROPA
Il-President Amerikan Donald Trump temm l-ewwel żjarat uffiċjali tiegħu bħala Kap ta’ Stat tal-Istati Uniti fi Brussell għal taħdidiet xejn faċli ma’ membri fl-alleanza militari tanNATO. Trump ma żammx lura mill-kritika tiegħu lejn in-NATO u l-Unjoni Ewropea. Qal li n-NATO għandha tikkommetti riżorsi għall-ġlieda kontra l-Estremisti Iżlamiċi. Qabel laqgħa fi Brussell, il-President tal-Kunsill Ewropew Donald Tusk qal fuq Twitter li se jipprova jikkonvinċi lillPresident Amerikan li ewro-atlantiċiżmu jfisser li hu għandu jikkopera biex iż-żewġ reġjuni jżommu l-ordni fil-Punent. Tul iż-żjarat tiegħu fl-Ewropa u l-Lvant Nofsani Trump kellu ukoll laqgħa privata mal-Papa Franġisku fil-Vatikan.
JEGĦRQU FIL-MEDITERRAN
34 immigrant, fosthom tfal, għerqu ftit mili ’l barra mill-Kosta Libjana, skont konferma talgwardjan tal-kosta Taljana. Dan wara li dgħajsa li kienet qed iġġor mal-500 persuna nqalbet u 200 persuna spiċċaw flilmijiet. Minkejja l-operazzjoni ta’ salvataġġ, 34 mill-500 passiġġier ċedew għall-baħar li fl-istampa mondjali huwa magħruf għal traġedji bħal dawn. Ir-reġjun tal-Mediterran huwa l-iktar wieħed magħruf mal-immigranti minħabba li jagħtihom aċċess fl-Ewropa. Informazzjoni min-NATO sa issa tikkonferma li din is-sena biss, 1,364 persuna tilfu ħajjithom fit-triq lejn it-tama f ’dawn l-ibħra.
R ID-DINJA
33
28.05.2017
kullhadd.com
6
L-INDONEŻJA
2 4
3
5
6
ATTAKK SUWIĊIDA
Ħamsa nqatlu f ’Jakatra wara żewġ bombi suwiċida splodew fi stazzjon tat-trasport pubbliku. Tliet uffiċjali tal-pulizija kif ukoll iż-żewġ aggressuri kienu kkonfermati mejta ftit wara. Iż-żewġ splużjonijiet seħħew ħames minuti ’l bogħod minn xulxin fl-istazzjon Kampung Melayu l-Erbgħa filgħaxija. Sa issa 10 persuni kkonfermati li qed isofru minn ġrieħi serji, nofshom huma persuni ċivili li fil-ħin tat-traġedja kienu qed jużaw it-trasport pubbliku fil-viċin. Ir-raġuni wara dan l-attakk sa issa għadha mhix magħrufa.
5 4
IĊ-ĊINA
L-IRAQ
BASTIMENT AMERIKAN F’TERRITORJU ĊINIŻ INKJESTA DWAR ALLEGAZZJONI
Fl-Iraq infetħet inkjesta wara allegazzjonijiet li forzi tal-Istat attakkaw u qatlu persuni ċivili filbattalja għall-belt ta’ Mosul kontra l-Istat Iżlamiku. Il-Ministeru għall-Intern fl-Iraq qal fi stqarrija li l-Istat se jieħu kwalunkwe miżura possibbli kontra l-persuni setgħu kienu involuti. L-allegazzjonijiet saru wara li l-ġurnalist Ali Arkady, ippubblika artiklu f ’ġurnal Ġermaniz mimli ritratti li ħa hu stess ta’ persuni li tgħallqu u persuni oħra li kienu ttorturati jew stuprati. Madanakollu, il-Ministeru għall-Intern qed jgħid li din mhi xejn għajr storja ffabbrikata.
Vapur tan-Navy Amerikana salpa viċin ta’ gżira fin-Nofsinhar taċ-Ċina għall-ewwel darba, taħt il-President Donald Trump. Il-bastiment ‘USS Dewey’ kien biss 20 kilometru ’l bogħod mill-famuża Mischief Reef f ’operazzjoni għal navigazzjoni ħielsa. Il-Ministeru għad-Difiża fiċ-Ċina oppona għal dan l-atteġġjament mill-Istati Uniti għaliex il-bastiment daħal f ’territorju Ċiniż mingħajr twissija. Iżda, kelliem għall-White House qal li l-militar Amerikan jopera ta’ kuljum f ’dawn l-inħawi, u hu konformi mal-liġijiet kemm Amerikani kif ukoll internazzjonali.
34
28.05.2017
kullhadd.com
B’ID WAĦDA IŻDA JEĊĊELLA FL-GĦAWM U JIPPRATTIKA L-BOXING Kif bdiet l-imħabba tiegħek lejn l-għawm?
kulma jmur dejjem qegħdin jitjebu. Il-livell ukoll dejjem jogħla. Anki bit-training kollu li nista’ nagħmel, biex nilħaq il-ħinijiet tal-aqwa atleti tal-Parolympics huwa diffiċli ħafna. U l-Parolympics mhuwiex xi kompetizzjoni fejn jinġabru l-fondi imma huwa avveniment kompetittiv Kif jirnexxilek tqassam il- immens. ħin bejn il-kors tal-liġi, ilF’Londra ħadt sehem? ġiri u l-isports li tagħmel? triathlon li tikkonsisti millgħawma, mill-ġirja u mir-rota. Pereżempju fl-għawm kont nieħu sehem fl-isprints però fis-sajf kont nieħu sehem fil-long distance. F’żewġt isjuf kont ħadt sehem f ’xi kompetizzjonijiet li kienu aktar ta’ sfida.
Għamilt żmien twil fejn l-isport ma stajtx nipprattikah għax twilidt bi problemi f ’idejja u f ’saqajja. Wara xi operazzjonijiet bdejt nipprattika l-futbol u xi sports ieħor għall-gost u kif bdejt l-Università fl-ewwel sena kien ikkuntattjani kowċ fl2012 wara l-Olimpjadi ġewwa Londra. Kont diġà rajt ilParalympics u kont għedt kemm hi impressjonanti l-ħaġa u kemm hemm affarijiet li tista’ tagħmel. U kumbinazzjoni ċempilli l-kowċ Simon Zammit u saqsieni jekk xtaqtx nibda nipprattika l-għawm. L-għan tiegħu kien li jħajjar nies b’diżabilità jibdew jipprattikaw l-isport u eventwalment jwassal għall-kompetizzjoni u mhux sempliċiment għall-gost biss. Mill-għada stess niftakar bdejt ngħum.
JULIAN BAJADA - żagħżugħ ta’ 23 sena li għalkemm twieled b’id waħda ma qatax qalbu, anzi jikkompeti b’suċċess flgħawm waqt li jipprattika wkoll il-boxing għall-gost. Barra minn hekk qed jistudja għal avukat fejn jinsab fl-aħħar sena, waqt Bħala kompetizzjonijiet li digà qed jagħmel xi xogħol filtieħu sehem ma’ qasam tal-liġi. għawwiema apposta jew ma’ għawwiema ewlenin Maltin? Li ġara hu li fil-bidu bdejt nittrenja one on one, jien u l-kowċ, imbagħad wara ġew oħrajn bħali li kellhom xi tip ta’ diżabilità. Li nagħmlu hu li meta ntellqu, kull xahar ikun hemm it-time trials tal-Qroqq u nidħlu ma’ għawwiema oħra. Meta bdejt, dħalt mat-tfal imbagħad bdejt dejjem tiela’ ftit ftit. U bħala kompetizzjoni nkunu mħalltin.
Jien inħobb ngħid li huwa f ’idejk jekk taqtax qalbek jew le, però kont iffortunat li sibt min jilqagħni. Ġieli mbagħad issib min jitħassarni u jgħid li aħjar noqgħod lura għax ċerti affarijiet ma nistax nagħmilhom. Id-dubju jkun hemm dejjem, imma mbagħad f ’idejk jekk tneħħihx.
U r-riżultati li tikseb ikunu fl-istess livell ta’ għawwiema F’liema li m’għandhomx diżabilità? sehem? Mhux dejjem. M’ilix ħafna u s’issa le. Kieku jkolli nibda nittrenja b’mod aktar professjonali m’iniex daqshekk qalbi maqtugħa li nlaħħaq aktar magħhom. Ilħinijiet jistgħu jitjiebu. F’liema kategorija sehem tal-għawm?
tieħu
Fil-Parolympics hemm 10 kategoriji. Jibdew minn S1 u jibqgħu sejrin sa S10. S1 hija l-aktar kategorija li jkollok problemi fiha u S10 hija l-inqas kategorija li jkollok problemi. Jien qiegħed fil-kategorija S7. Għandi problemi f ’saqajja li jtellfuni milli jkolli l-flessibilità li nixtieq, u anki problemi f ’idejja għax bħal saqajja għandi partijiet li huma neqsin.
dixxiplini
tieħu
Il-favorita tiegħi hija l-butterfly, però l-aktar li ħadt sehem hija fil-freestyle. Il-breadstroke hija l-inqas favorita. Jiġifieri d-dixxiplini li nieħu sehem fihom huma l-freestyle u l-butterfly tal-50m, tal-100m u tal-200m. Il-mira tiegħek hija li tieħu sehem fil-Parolympics?
Bħalissa għandi rbit ieħor għax qiegħed fl-aħħar sentejn tal-kors tal-Liġi u huwa kors impenjattiv. Għandi wkoll intenzjonijiet li mmur nistudja barra. L-aħħar li kont f ’kompetizzjoni kienet issena li għaddiet. M’għadnix nikkompeti b’dak il-mod. Għadni nittrenja u bdejt xi sport ieħor għall-gost bħallboxing u qed insib ħin ukoll Ġieli taqta’ qalbek jew ikun biex niġri. Qatt ma neskludi li hemm nies li jaqtgħulek ma mmurx nieħu sehem għallParolympics. Ngħid għandi qalbek?
erba’ snin nistinka biex nilħaq dak it-tragward. Fil-boxing kif sejjer? Dik bdiet meta sieħbi qalilna li kien se jibda boxing għall-gost. Jien kont diġà mmur il-gym u kelli bżonn xi ħaġa differenti. Fil-bidu kont daqsxejn dubjuż għax għalkemm fl-għawm irnexxieli, il-boxing kien sfida differenti għall-aħħar. Fl-għawm kont ġol-ilma u anki kif jgħid il-kowċ tiegħi, l-għawm huwa l-aktar sport ħafif li tista’ tagħmel jekk ikollok diżabilità minħabba l-fatt li jissejjaħ low impact sport. Anki jekk m’għandekx id, b’xi mod tmexxi. Il-boxing, differenti. Il-boxing huwa ħafna aktar impenjattiv għallġisem. Fil-fatt l-ewwel darba li mort kienet pjuttost diffiċli. Qed immur darbtejn filġimgħa u b’xi mod irnexxieli. Però mmur għall-gost u mhux biex nikkompeti. U ġiri tagħmel ukoll? Immur ukoll għall-gost. Nipprova nżomm darba jew darbtejn fil-ġimgħa. Kien hemm tal-KSU għamlu charity run u kont ipparteċipajt. Waħda mill-idea tal-coaches tiegħi hi li peress li issa waqaft l-isprinting tal-iswimming, forsi xi darba nidħol għat-
Hija diffiċli. Għandek bżonn ħafna ħin biex tqassam xogħlok sew. U jekk tkun se tikkompeti f ’xi kompetizzjoni trid ukoll il-ħin biex torqod sew li forsi għal ħaddieħor li mhux daqshekk intiż ma jagħtihx daqshekk importanza. Barra minn hekk, jekk int trenjajt għal erba’ sigħat, trid tara li jkollok ħin biżżejjed biex tirkupra u mhux tkompli tgħabbi aktar lil ġismek. Mhix impossibbli però, l-aqwa li tqassam ħinek sew.
Le, jien ma ħadtx sehem imma kien hemm Malti ieħor li ħa sehem. Xi ħadd Sultana. Intom ma tidħlux Special Olympics?
taħt
Ħa nispjega d-differenza bejn Parolympics u Special Olympics biex ma nħalltux bejniethom. F’Parolympics, para tfisser parallel, jiġifieri huma attivitajiet li jimxu b’mod parallel mal-Olimpjadi. Dawk li jieħdu sehem fil-Parolympics ikollhom diżabilità fiżika, Ir-riżorsi li fihom titħarreġ mentri dawk li jieħdu sehem fl-Ispecial Olympics ikollhom tarahom tajbin? diżabilità intelletwali. Tjiebu ħafna. Ma niħux gost li n-nies iwaħħlu fil- Kif tarak minn hawn u 10 faċilitajiet. Hemm nies li barra snin oħra? minn Malta m’għandhomx faċilitajiet bħal tagħna u xorta Narani bħala Avukat imma jirnexxilhom jaslu fejn iridu. nixtieq li nibqa’ involut flIl-professjonalità tal-atleta isport. Avolja għandi ħafna tilgħab parti importanti ħafna. xogħol, nipprova nsib ħin għat-taħriġ kuljum u ġieli anki Il-mentalità fis-soċjetà darbtejn kuljum. Għalissa Maltija lejn in-nies nipprova nżomm ruħi fitt u b’diżabilità kif tħares lejha? wara nixtieq nerġa’ nikkompeti. Rota qatt m’għamilt imma nippruvaha biex Personalment rajt nies li nixtieq jħossuhom ispirati b’dak li forsi ’l quddiem inkun nista’ nagħmel u jgħaddu kummenti nikkompeti fit-triathlon. S’issa pożittivi. Però ltqajt ma’ nies ta’ 23 sena għamilt ċerti kisbiet li ma jħossuhomx komdi u nixtieq li ma narmihomx miegħi, forsi jew għax ikunu imma nkompli nibni fuqhom. qed jibżgħu u allura joqogħdu Fiex qed tispeċjalizza ’l bogħod. f ’xogħlok? Ħadt sehem f ’kompetizzjonijiet barra Corporate Finance. minn Malta? Meta ħarist lejn atleti oħra, Iva, ħadt sehem long distance ġieli saqsejt il-mistoqsija: ġewwa l-Italja u fl-isprints Għaliex jien? ġewwa Istanbul u fi Glasgow fil-World Championships. Ħafna. L-aktar li ġrat din hija Dejjem tellaqt fil-Parolympics meta f ’perjodu partikolari ma’ atleti b’xi tip ta’ diżabilità. kelli injuries fl-ispalel jew fidHemmhekk iltqajt mal-aqwa dahar. Niftakar kelli wġigħ atleti tad-dinja. kbir fl-ispalel u anki f ’dahri. Kont immur għand physio Taħseb li tista’ tikkompeti darbtejn f ’ġimgħa. Trid tieħu ma’ atleti li m’għandhomx l-mediċina u ġieli ma tkunx diżabilità u tikseb riżultati tista’ torqod billejl. Tkun trid tajbin? tqum għat-training filgħodu u int tibda ssaqsi lilek innifsek: Skont l-isport. Jekk ikun Jien x’qed nagħmel?” U l-biċċa l-għawm, biex tirbaħ, id- hi li l-uġigħ jiġi minħabba differenza fil-ħinijiet d-diżabilità li għandi u li normalment ikunu inqas minn twilidt biha. Ix-xellugija hija sekonda. Il-ħinijiet tal-atleti l-aktar waħda li tuġagħni tal-għawwiema fil-Parolympics għax l-aktar li nagħmel sforz huma kompetittivi sew u fuqha u f ’mumenti bħal
35
28.05.2017
kullhadd.com
dawn ngħidha kemm-il darba li kieku ma kellix din iddiżabilità, dawn l-affarijiet ma kontx insofrihom. B’mod ġenerali meta kont żgħir ukoll speċjalment meta kien ikolli nagħmel l-operazzjonijiet u nagħmel erba’ snin fuq siġġu tar-roti. Tħossha meta tibda tara lil sħabek jagħmlu li jridu u int ikollok toqgħod lura milli tmur Londra, pereżempju. Però tispikka fik iddeterminazzjoni, kemm minħabba l-isports li tagħmel u anki għall-fatt li qed issegwi kors intensiv ta’ avukat fl-Università ta’ Malta. Minn fejn ġibtha din id-determinazzjoni? Minn dejjem kont tifel ambizzjuż u ma nħalli lil ħadd jaqtagħli qalbi. F’moħħi l-objettivi tiegħi huma ċari u naf fejn irrid nasal. Naf ukoll li biex tasal għat-tragward trid taħdem u mhux toqgħod temmen li l-fortuna tidħaqlek. Forsi ma jirnexxilekx tagħmel kollox għax anki jien kelli ċerti aspettattivi x’nilħaq fl-isports u s’issa għadni ma lħaqthomx imma forsi matul iż-żmien inkun ilħaqthom. Għalija jiddependi wkoll kemm tkun lest li tagħmel sagrifiċċji u anki jekk tkun għaddej minn perjodu diffiċli, importanti li ma ċċedix.
Minn dejjem kont tifel ambizzjuż u ma nħalli lil ħadd jaqtagħli qalbi. F’moħħi l-objettivi tiegħi huma ċari u naf fejn irrid nasal
ta’ Persuni b’Diżabilità? Fl-esperjenza tiegħi dejjem sibt l-għajnuna u rajt li kien hemm titjib u aktar interess bħala sport inġenerali. Dejjem sibna għajnuna. Fl-għawm sibna l-għajnuna mill-ASA, speċjalment meta morna ntellqu barra. Anka Sport Malta għenitna.
Issibu għajnuna minn Sport U l-Kummissjoni Malta u mill-Kummissjoni Nazzjonali jkollkom kuntatt
magħha?
jaddatta għad-diżabilità li jkollok. Mhux kull sport tista’ Iva. Għandi kuntatt ma’ tagħmlu imma l-maġġoranza Oliver Scicluna u jagħmel jirnexxilek. l-aħjar li jista’. Jipprova kemm jista’ jżid l-interess f ’kull Għaddi l-aħħar messaġġ sport. Mhux fl-għawm biss lil dawk il-ġenituri li forsi imma anki fi sports oħra qed jaqtgħu qalb it-tfal bħall-atletika u l-basketball. tagħhom għax uliedhom Il-parasports għadu fil- għandhom xi tip ta’ bidu hawn Malta u nixtieq li diżabilità u jgħidulhom li jkun hawn aktar individwi li huma mhumiex se jaslu. jitħajru. Id-diżabilità taffettwa imma l-moħħ irid ikun kapaċi Anki l-kowċ tiegħi beda
bil-ftit u maż-żmien dejjem iżid biċċa. Filwaqt li hemm tfal b’diżabilità li llum jipprattikaw xi sport ma’ xi klabb, ħafna mit-tfal li mhux jipprattikaw xi tip ta’ sport hu minħabba l-biża’ tal-ġenituri. Jaħsbu li hemm aktar riskju li jweġġgħu u allura aħjar joqogħdu d-dar. Dik ilmentalità għadha teżisti u ġieli ppruvajna nitkellmu malġenituri imma xorta nħossu li huma joqogħdu lura.
36
28.05.2017
Ritratt: NELLAS PHOTOGRAPHY
kullhadd.com
JIRBAĦ IT-TITLU MR MALTA 2017 Kitba ta’ kummenti li għax l-ewwel darRAMONA PORTELLI ba m’għandix ċans nirbaħ għax m’għandix esperjenza, mentri Ftit ġimgħat ilu kelli l-unur li fil-fatt is-sens ta’ kompetizznattendi u nsegwi l-kompetiz- joni li għandi ġo fija ġegħlitni zjoni ta’ Mr Malta 2017 fejn naħdem iżjed biex kemm jista’ stajt insegwi diversi mudelli jkun inġib riżultat tajjeb biex fl-aqwa tagħhom. Xi ġimgħat nagħti risposta, li jekk xi ħaġa qabel il-ġurnata proprja kel- tkun tridha verament u tkun li wkoll l-esperjenza li nkun passjonat, se tagħmel dak kolwaħda mill-ġurija għall-istess lu possibbli psikoloġikament kompetizzjoni sabiex inħareġ biex tirbaħ. Jista’ jkun xi jkun it-titlu ta’ Mr Personality. It-titlu ir-riżultat, però li temmen li tista’ Mr Malta 2017 inkiseb miż- ta’ tirbaħ għalija tfisser kollox,” beda jgħidli Melvin. żagħżugħ - Melvin Micallef. Għandu 22 sena, minn Birkirkara u jaħdem bħala client re- Meta kien iżgħar kien lationship manager ma’ kump- mingħajr interess fuq anija privata, u nkarigat jieħu id-dehra tiegħu ħsieb channel fuq YouTube li bdieh u semmiegħ - Con- Qabel ma mort għal din l-infusedTv u fuqu jagħmel so- tervista, kont naf ukoll li meta cial, gym, immudellar, futbol, u kien iżgħar ma tantx kienet tinteressah id-dehra tiegħu, u wellness coaching. Jemmen li huwa bniedem am- kien ukoll xi drabi jiġi mgħajjar. bizzjuż u jaħdem ħafna biex Ħallejt f ’idejh sabiex jelabora iġib il-ħolm tiegħu realtà. Ilu aktar dwar dan il-passat. “Kont fix-xena tal-immudellar kważi niekol li jiġi, ma nagħmel xejn sena. Kienet xewqa li dejjem eżerċizzju, bilkemm kont ninxtaq jagħmel, sakemm fl-aħħar tegra man-nies u kont iżjed għamel kuraġġ u beda jieħu magħluq fija nnifsi. Fi żmien sehem. Fil-fatt l-immudellar itih l-iskola kont niġi mgħajjar sodisfazzjon kbir, għax iħares bl-eyebrows għax ma kontx lejh bħala tip ta’ arti li biex jik- nieħu ħsiebhom u issa ħafna seb ir-riżultati jrid jaħdem u jin- nies jgħiduli u anke jien pervesti fih innifsu li fl-aħħar mill- sonalment ngħid li huma waħda mill-iżjed fattizi li togħġobni aħħar jagħmlu persuna aħjar. L-ewwel kompetizzjoni tiegħu fija nnifsi,” sostna jgħidli. Kompla jgħidli li maż-żmien kienet f ’Awwissu tal-2016 Mr Super Model taħt it-tmexxija kien induna li m’għandu xejn ta’ Vince Taliana (Glamorous inqas minn ħaddieħor, u beda Entertainment) u onorat jgħid jattendi l-gym kważi kuljum. li rebaħ it-titlu. Fi kliem ieħor Fi kliem ieħor beda jibdel kienet l-ewwel kompetizzjoni il-karattru tiegħu. Fil-fatt stqarr tiegħu u rnexxielu jiġi l-eww- miegħi li rigward il-motivazzel fiha. Melvin jistqarr li huwa joni jemmen li ġiet waħedha. bniedem kompetittiv u qatt ma “Meta għedt li m’għandi xejn jgħid li xi ħaġa hija impossibli. inqas minn ħaddieħor, induna“Il-fatt li għalija kienet l-eww- jt li jekk nitfa’ moħħi hemm u el kompetizzjoni smajt ħafna naħdem biżżejjed biex niġi kif
nixtieq, jirnexxili. Jekk ġurnata wara l-oħra tqum filgħodu bittir li trid tkun persuna aħjar, flaħħar mill-aħħar ser jirnexxilek. Nemmen li t-triq hija twila ħafna għax ser tibqa’ sejra sakemm immut. Il-fatt hu li kuljum tista’ titgħallem xi ħaġa ġdida biex il-karattru tiegħek ikun aħjar.” Mr Malta 2017 kienet it-tieni kompetizzjoni tiegħu, u rnexxielu jirbaħha wkoll Ta’ min jgħid li l-kompetizzjoni Mr Malta 2017 kienet it-tieni kompetizzjoni tiegħu. Din saret il-Ħadd 23 April, 2017 taħt it-tmexxija ta’ Vince Taliana minn Glamorous Entertainment. Wara x-xogħol u sagrifiċċji kollha għal din il-kompetizzjoni, illum Marvin jista’ jgħid li qed iġorr dan it-titlu tant prestiġjuż. Malta hija għal qalbu ħafna u onorat li ser ikun l-ambaxxatur biex jirrappreżenta lil Malta bejn il-5 u s-16 ta’ Ġunju li ġej ġewwa San Dominican Republic, il-Karibew. Ridt inkun naf dwar l-andament rigward il-preparamenti li qed isegwi qabel jibda din l-avventura. “Qed ikolli xi laqgħat mad-direttur sabiex jippreparani dwar x’ser inkun qed nistenna meta nasal hemm, u nkun naf eżatt kif tkun imqassma. S’issa li naf li ser ikun hemm fashion shows vasti, photoshoots u tip ta’ eżerċizzji differenti bħala bonding mal-mudelli l-oħrajn. Dieta tajba miżjuda ma’ taħriġ intensiv, kif ukoll preparamenti fuq ħwejjeġ u taħriġ ta’ catwalk. L-iżjed preparament huwa fuq il-fiżiku tiegħi biex nibqa’ ntejbu qabel nitla’ u kif ukoll bħala ħwejjeġ li għandi bżonn inġorr miegħi bħal anke kostum li jir-
rappreżenta lil Malta,” infurmani Marvin. Tlabtu jfissirli dawk il-mumenti qabel ma joħroġ fuq il-catwalk u waqt li jkun fuq il-catwalk, bħal pereżemju xi jkun għaddej minn moħħu. “Ngħid għalija nkun iżjed rilassat waqt li nkun fuq il-catwalk, milli qabel nibda, għax kif nirrealizza li nkun qiegħed hemm niftakar x’tir għandi f`moħħi u nagħmel l-almu tiegħi biex f ’dawk ilftit sekondi nġiegħel il-ġurija jemmnu fija.” Naturalment issa li rnexxielu jakkwista t-titlu ta’ Mr Malta 2017, Marvin jinsab kuntent ħafna u ser igawdih ħajtu kollha. “Għalijja t-titlu ta’ Mr Malta huwa responsabilità kbira għaliex il-fatt li sejjer barra minn xtutna nirrappreżenta lil pajjiżi f ’ismi hija kariga kemm prestiġjuża, kif ukoll ta’ responsabilità kbira biex lil pajjiżi ntih l-unur li jixraqlu.” Ridt inkun naf minn dak li jinnota fix-xena tal-immudellar lokali, hemmx xi ħaġa li għad trid titranġa, u li forsi nnutaha meta ġieli mmudella barra minn Malta. “Din hija l-ewwel darba li ser nimmudella barra, però għal pajjiż żgħir bħal tagħna nemmen li sejrin tajjeb. Is-settur dejjem qed jikber u jkun iżjed magħruf m’għand iżjed nies, allura nemmen li sejrin fittriq it-tajba.” Minn informazzjoni li ġbart minn għandu sirt naf li l-premju kien jinvolvi l-ispejjeż kollha mħallsa u ser jitla’ waħdu. “Nistqarr miegħek li hija l-ħolma tiegħi li nsiefer waħdi u noqgħod biss fuq il-kapaċitajiet tiegħi jekk irrid nagħmel konoxxenzi ġodda,” tbissem jgħidli.
Il-fatt hu li kuljum tista’ titgħallem xi ħaġa ġdida biex il-karattru tiegħek ikun aħjar Fl-aħħar nett Marvin xtaq iħalli messaġġ għall-qarrejja talKullĦadd. “Il-messaġġ tiegħi huwa li f ’ħajjitkom tibżgħux tkunu kunfidenti biżżejjed biex ma tibżgħux tirriskjaw. Il-kunfidenza hija xi ħaġa sabiħa mmens. Il-fatt li ma tibżax tipprova esperjenzi ġodda u jiġri x’jiġri tibqa’ sod anzi titgħallem minnha, tkun qed trabbi karattru dejjem iżjed sod li l-opinjoni ta’ dawk in-nies li tagħmel x’tagħmel ser jibqgħu jippruvaw iwwaqgħuk ħażin ma tibqax taffettwak. Fl-aħħar mill-aħħar nemmen li jekk il-bambin jtini ir-rigal li nixjieħ inkun nista’ ngħid li ħajti użajtha bl-aħjar mod li stajt u mhux jiddispjaċini ta’ dawk l-affarijiet li m’għamiltx għax forsi bżajt x’ser jgħidu fuqi n-nies. Qabel nispiċċa nixtieq nirringrazzja lit-tim kollu li għandi warajja li huma nies mill-aqwa fil-professjoni tagħhom f ’dan il-pajjiż: lil Roderick Schembri li qed jgħini fittaħriġ u fid-dieta tiegħi, lil Graziella Gerada li qed tieħu ħsieb il-kura ta’ kif nidher, kif ukoll it-trattamenti varji fostom ta’ rilassament, lil Dennis Ciappara li huwa l-istilista ta’ xagħri u Dr Jake Borg Falzon għal kura ta’ snieni. Grazzi lil din il-gazzetta għall-ispazju tagħkom ukoll, u lil kulħadd għas-sapport,” temm jgħid Marvin.
37
28.05.2017
kullhadd.com
reċensjoni tal-
KOTBA
FITTIXNI Ottubru 1937: F’nofs ta’ lejl qalil, Jessica Manderley qed tiġġieled mal-mewġ kiesaħ u feroċi ftit ’il bogħod minn Malta, iggranfata ma’ kaxxa li fiha hemm bintha tarbija. Lulju 2014: Fil-bidu ta’ sajf ieħor minn dawk li fihom qisu ma jiġri xejn, fiddar ta’ nanntu Jack Micallef isib ritratt antik tal-familja. F’nofshom, hemm tifla żgħira bjonda li qatt ma ra qabel. Min hi? U x’qed tagħmel fir-ritratt, qisha parti mill-familja? Bl-għajnuna ta’ sħabu,
Jack jirnexxilu jiskopri l-istorja inkredibbli ta’ Jessica Manderley u bintha, u jikxef sigriet li kien ilu midfun sebgħin sena. Biss hemm ħaġa waħda li Jack għadu ma jafx: li dak kollu li qed jiġri mhux kumbinazzjoni, imma parti minn pjan maħdum bir-reqqa … Fittixni jirrakkonta storja ta’ determinazzjoni, passjoni u kuraġġ, fejn il-passat jirkeb fuq il-preżent, il-limitazzjonijiet jingħelbu, u nies ordinarji jsibu ruħhom jagħmlu affarijiet straordinarji.
Kollox beda meta l-awtriċi Clare Azzopardi kienet il-bandli man-neputi ċkejken, u dan dar fuqha u qallha, “Jekk tmut il-mamà, nista’ niġi noqgħod miegħek?” Kien dakinhar li Azzopardi ddeċidiet li tikteb ktieb għażżgħar nett dwar l-esperjenza tat-telfa ta’ persuna għażiża; u minn hemm twieldet l-istorja ta’ Il-Qtates ta’ max-Xatt. U sentejn wara, din l-istorja ngħatat ukoll dimensjoni viżiva mill-illustratriċi Lisa Falzon u ġiet ippubblikata minn Merlin Publishers. Azzopardi ma ħaditx it-triq
l-iżjed konvenzjonali biex tirrakkonta storja dwar mewt; anzi, il-protagonisti ta’ dan ilktieb huma l-qtates li jgħixu ġewwa ġnien pubbliku f ’belt li tixbah ħafna lil Tas-Sliema. L-isbaħ parti mill-ġurnata, għalihom, tkun meta koppja anzjana tmur iżżurhom fil-ġnien. Dawn in-nannu u nanna jiftħu bagalja li jġorru dejjem magħhom, u minnha joħorġu benna ta’ ikel għal kull wieħed u waħda millqtates. Xalata sħiħa! Imma, darba waħda, in-nanniet ma jitfaċċawx. Il-qtates jingħu u jibku, sa ma fl-aħħar
IL-QTATES TA’ MAX-XATT jaqtgħu qalbhom. Jgħaddu l-jiem, jgħaddu l-ġimgħat, u l-qtates ibatu l-ġuħ, imma mhuwiex l-ikel l-iżjed ħaġa li jimmissjaw … “It-tfal huma konxji ħafna mill-possibbiltà li jitilfu persuna għal qalbhom. Użajt il-qtates bħala protagonisti, bħala mod kif nidħol għassuġġett b’mod indirett,” qalet Azzopardi. Għalkemm il-ktieb jittratta l-mewt, huwa ktieb mimli mħabba. Se jkun ktieb utli immens biex jgħin lit-tfal jifhmu kif il-mewt hija parti inevitabbli mill-proċess tax-xjuħija, u kif il-ħajja
tkompli wara l-fażi ta’ luttu. Mill-ġdid, Merlin Publishers qed jiftħu toroq ġodda fil-letteratura Maltija għattfal iż-żgħar, b’dan il-picture book li jittratta tema daqstant sensittiva, b’illustrazzjonijiet għalkollox Maltin u ambjent Malti. Lisa Falzon, l-illustratriċi, qalet, “Ried nieħu dawk l-affarijiet f ’ħajjitna li aħna kulturalment imdorrijin naraw bħala kruha jew problema fil-ħajja fl-ibliet. Affarijiet bħal blokok ta’ appartamenti, krejnijiet, wires tal-elettriku u air-conditioners – u iva,
sfortunatament anki qtates u l-anzjani – aħna ġeneralment narawhom bħala affarijiet koroh li jridu jitranġaw.” Il-Qtates ta’ max-Xatt mhux immirat għal età waħda biss ta’ qarrejja. Huwa ideali kemm biex jinqara lit-tfal meta jkunu għadhom ċkejknin, kif ukoll aktar ’il quddiem biex jinqara mit-tfal stess malli jikbru ftit. Apparti mill-istorja emottiva u li se trawwem imħabba għall-qari, huwa wkoll ktieb ta’ gost anki permezz tal-logħob bil-kliem, l-alliterazzjonijiet, ir-rima u r-ritmu.
Mistoqsija: Min irnexxielu jiskopri l-istorja inkredibbli ta’ Jessica?
Ibagħtu r-risposta tagħkom lil: Kompetizzjoni Ktieb, KullĦadd, ONE Complex A 28B, Industrial Estate, il-Marsa MRS 3000, u tidħlu biċ-ċans li tirbħu l-kotba: FITTIXNI U IL-QTATES TA’ MAX-XATT. Ir-rebbieħ jitħabbar nhar il-Ħadd 04 ta’ Ġunju. Ir-rebbieħa huma mitluba jiġbru l-ktieb mill-ONE Complex, il-Marsa, billi jippreżentaw il-karta tal-identità, flimkien mal-ittra li se tintbagħtilhom minn din il-gazzetta, mit-Tlieta sal-Ġimgħa bejn id-09.00 u t-15.00, u s-Sibt bejn l-10.00 u l-16.00, festi pubbliċi esklużi. Intant, ir-rebbieħ tal-kotba ĊAGĦAQ huwa: J.BORG - Ħamrun
IDĦOL BIĊ-ĊANS LI
TIRBAĦ €100
01
Ġemma’ l-kupuni ta’ ħames ġimgħat wara xulxin kif ukoll wieġeb il-mistoqsija marbuta mal-aħbarijiet. Ibgħathom f’daqqa lil: KOMPETIZZJONI €100, KullĦadd, ONE Complex, A 28 B, Industrial Estate, Il-Marsa MRS 3000
X’inhi d-data tal-elezzjoni ġenerali? It-tweġiba:
Rebbieħ : R.Micallef - Il-Gudja
Isem:
Indirizz:
Numru tat-telefown:
38
28.05.2017
kullhadd.com
AVVIŻI
AFFARIJIET GĦALL-BEJGĦ
Għandna varjetà kbira ta’ arloġġi bħal Tissot, Citizen, Casio, Michael Kors, Fossil, Esprit, Festina u Q&Q. Issibilna wkoll arloġġi ta’ malħajt, żveljarini u selezzjoni ta’ cuckoo clocks mill-Black Forest. Noffru servizzi rigward tiswija ta’ kull tip ta’ arloġġ kif ukoll nibdlu batteriji, ċineg, naqtgħu kull forma ta’ ħġieġa, eċċ. Għal dawk l-arloġġi tajbin għallilma, noffru s-servizz ta’ water pressure test waqt li tistennew għalih. Nispeċjalizzaw ukoll fuq tiswija ta’ grandfather clocks u kull tip ta’ arloġġ. It-tiswija hija bil-garanzija. Għal aktar informazzjoni żur is-sit: www.expresswatchrepairs. com jew irrikorru 110, Triq ilKungress Ewkaristiku, il-Mosta. Ċempel 2141 7235. XOGĦOL U MANUTENZJONI
kull tip. Ċempel lil Jason bin- jridu jkunu kwalifikati u numru 2143 2352 jew 9947 preferibbilment għandhom 7167. esperjenza f ’dan il-qasam. Jitkellmu fluwenti bl-Ingliż u AVVIŻI OĦRAJN kondotta tal-pulizija nadifa. Issalarju jibda minn €5.00 - €6.00 Pożizzjoni tax-xogħol: is-siegħa skont l-esperjenza Care Mark Malta qed ifittxu tax-xogħol tal-applikanti. Biex raġel għall-kariga ta’ Carer. japplika wieħed jista’ jibgħat Ħtiġijiet tax-xogħol: full-time. CV flimkien ma’ Covering Jitkellem fluwenti bl-Ingliż u Letter bl-email lil careers@ għandu liċenzja tas-sewqan B. ozogroup.com jew bil-posta lillIs-salarju jibda minn €5.75 is- OzoGroup Head Office, No6, siegħa. Biex japplika wieħed Triq l-Iskultur, Ħal Qormi. jista’ jibgħat CV flimkien ma’ Covering Letter bl-email lil careers@ozogroup.com jew bilposta lill-OzoGroup Head Office, No6, Triq l-Iskultur, Ħal Qormi Attard Bros Group - Meħtieġa bennejja biex jaħdmu bilfattura fuq xogħol ta’ bricks u ġebel. Imħallsin rati tajbin ħafna. Ċemplu fuq 99869043
Attard Bros Group - Meħtieġa forklift drivers biċ-ċertifikat jaħdmu magħna fuq bażi Għal kull tip ta’ kisi bil-ġibs, full-time. Nies b’esperjenza ramel u siment, graffiato, jingħataw preferenza. żebgħa, xogħol fuq l-antik, Ċemplu fuq 21415332 xogħol fuq il-pond, madum, membrane, katusi u gypsum Pożizzjoni tax-xogħol: boards ċempel 7928 5444. Ozo Care qed ifittxu nies għallVarjetà ta’ ħwat, ħoroż, kanali kariga ta’ live-in and live-out tal-ilma, ċangatura qadima jew carers. Ħtiġijiet tax-xogħol: fullġdida, kantun qadim, lavur ta’ time jew part-time. L-applikanti
AVVIŻI KULTURALI L-Għaqda Filantropika Talent Mosti bi pjaċir tippreżenta “Shadows” Wirja Artistika minn Francis Gauci, fir-Razzett tal-Markiż Mallia Tabone, Triq Wied il-Għasel, il-Mosta. Bejn is-27 ta’ Mejju u l-10 ta’ Ġunju 2017. Ħinijiet tal-wiri: Kuljum mis-6.00pm sat-8.00pm. Ħdud mid-10.00am sa nofsinhar u mis-6.00pm sat-8.00pm Il-wirja se tiġi inawgurata
mis-Sur Alexander Muscat – Deputy Chief of Staff. Twieled fil-1951. Għalliem tal-Arti fl-iskejjel sekondarji tal-Gvern u llum irtirat imma għadu attiv fix-xogħol tiegħu ta’ artist. “SHADOWS” huwa t-titlu magħżul għal din il-wirja, li fiha tiġbor x-xogħlijiet tiegħu ta’ dawn l-aħħar snin. Ixxogħlijiet magħżula f ’din ilwirja huma varji kemm fissuġġett kif ukoll fil-media.
39
28.05.2017
kullhadd.com
] SUDOKU SPONSORJATA MINN WELLA
Irbaħ xampù u conditioner tad-ditta Wella. Aqta’ din il-logħba u ibgħatha lil: KOMPETIZZJONI WELLA, KullĦadd, ONE Complex, A 28 B, Industrial Estate, Il-Marsa MRS 3000 Isem: Indirizz:
V. DEBATTISTA - Ħaż-Żabbar
TISLIBA 176 Mimdudin:
Bi 3 Numri 114 145 289 370 450 539 570 577 752 775 778 796 841 894 B’4 Numri 0899 1019
1308 1423 1681 1853 1881 1898 2376 2390 2440 2711 2745 2934 2937 3407 3443 3454 3493 3897 4263 5718 5865
5912 6192 6252 6333 6913 7081 7082 7393 7532 7703 7743 8261 8626 9071 9129 9192 9726 B’5 Numri 00420
01600 08149 09962 18230 19748 20930 26410 32637 32854 32874 34499 36737 40173 46053 49509 51509 52895 70713 70736 75794 85499
85961 90648 B’6 Numri
479372 485394 642840 994120
113356 139007 IR-RIŻULTAT TAL-ĦADD LI GĦADDA
1. 4. 7,6. 9. 10. 12. 16. 18,22. 19. 20. 21. 23. 24.
Tinħasel fih (5) Ikun fuq il-kejk (4) Raġuni? (5) Irritorna? (3) Stat Amerikan? (6) Esperjenza (6) Ara 2 Jingħata bla ħlas (5) Ħares (3) Kantant (5) Ċarruta qadima bl- Ingliż (3) Ara 13 Il-kwiekeb tilfu rashom (5)
Weqfin: 1. 2,16. 3. 5. 6. 8. 11. 12,15. 13,23. 14. 15. 17. 21. 22.
Kompli l-qawl: ......... għax iż-żmien ibiddel (6) Nagħtu l-awguri? (6) L-Istati Uniti (1,1,1) Eric Gauci Savona (1,1,1) Ara 7 Strument (9) Missier (2) Oġġett tal-logħob (8) Ikkontrolla (7) Satal (6) Ara 12 Kunjom (3) Ingliż taż-żejt! (3) Ara 18
SOLUZZJONI TAL-AĦĦAR TISLIBA Mimdudin: 1.Tonda, 4.Tina, 7,9.Skart, 10.Saħħar, 12.Jiskot, I6.Idi, 18.KA, 19.ADG, 20.Feraħ, 21.Str
Weqfin: 1.Trabbi, 2,11.Nitfi, 3,24. Assigura, 5,23.Imħatri, 6,15. Arroganta, 8.Kalkariżi, 12,21 wieqfa. Jista’, 13,17.Skedat, 14.Taħsdu, 22.Rar
40
28.05.2017
kullhadd.com
GĦAŻLA ĊARA EDITORJAL
Hemm raġuni għala għandna nibdlu gvern li żamm kelmtu magħna?
Kull elezzjoni ġenerali għandha l-importanza tagħha. Għax mir-riżultat ta’ kull elezzjoni jiddependi l-ġejjieni ta’ pajjiżna. Il-ġejjieni tal-familji Maltin u Għawdxin. Il-ġejjieni ta’ wliedna, u ta’ wlied uliedna. Ovvjament dan jgħodd għall-elezzjoni tas-Sibt li ġej, 3 ta’ Ġunju meta kull Malti u Għawdxi, bil-vot tiegħu, se jkun qiegħed jagħmel għażla. Ovvjament, fil-ftit jiem li baqa’ jistgħu jsiru – u għandhom isiru – għadd ta’ mistoqsijiet. Mistoqsijiet li kollha għandhom l-importanza tagħhom. Mistoqsija li lkoll kemm aħna għandna nagħmlu hija jekk hemmx raġuni għala għandna nibdlu l-Gvern preżenti. Jekk hemmx raġuni għala għandna nbiddlu r-rotta li qbadna f ’dawn l-aħħar erba’ snin. Mhix kwistjoni biss ta’ ekonomija b’saħħitha, mhix kwistjoni biss ta’ inqas dejn nazzjonali, mhix kwistjoni biss ta’ surplus fil-baġit. Għal ħafna, dawn jistgħu jkunu biss kwistjonijiet ta’ fuq il-karta. Għalhekk hija kruċjali l-mistoqsija li għandna nagħm-
lu lilna nfusna. Mistoqsija personali. U l-mistoqsija hi: Jien u l-familja tiegħi, qegħdin ngħixu aħjar milli konna ngħixu qabel? Hemm eluf ta’ familji Maltin u Għawdxin li t-tweġiba tagħhom għal din il-mistoqsija ma tistax ma tkunx fl-affermattiv. Għax hemm eluf ta’ familji Maltin u Għawdxin, grazzi għall-miżuri li ttieħdu millGvern Laburista u grazzi għat-tmexxija għaqlija talGvern Laburista, ħajjithom inbidlet mil-lejl għan-nhar. Ċertament li qegħdin jgħixu ħajja ferm aħjar dawk l-eluf li sa erba’ snin ilu kienu qegħdin ifittxu xogħol, b’uħud minnhom li kienu ilhom xhur sħaħ jittamaw. Illum, grazzi għat-tmexxija ta’ Joseph Muscat, għandna sitwazzjoni fejn ix-xogħol qiegħed jiġri wara l-ħaddiem. Ċertament li qegħdin jgħixu ħajja ferm aħjar dawk l-eluf ta’ familji li grazzi għaċ-childcare b’xejn – miżura mwiegħda u mwettqa mill-gvern preżenti – raw id-dħul tagħhom jiżdied sostanzjalment, f ’diversi każi jirdoppja u anke aktar.
Ma rridux nitkellmu biss fuq dħul finanzjarju. Irridu ngħidu li qegħdin jgħixu ferm aħjar dawk kollha li gawdew mill-progress enormi li sar fejn jidħlu drittjiet ċivili. Irridu ngħidu li qegħdin jgħixu ħajja ferm aħjar dawk il-familji li ma setax ikollhom tfal, u llum, ukoll grazzi għall-opportunijiet li tahom il-Gvern Laburista mmexxi minn Joseph Muscat, qegħdin jesperjenzaw l-esperjenza mill-isbaħ tat-trobbija tal-ulied. Mhux possibbli li nsemmu t-tibdil li sar f ’pajjiżna f ’dawn l-aħħar erba’ snin. Għalhekk irridu ngħaddu għal mistoqsija oħra: Hemm raġuni għala għandna nibdlu gvern li żamm kelmtu magħna? Ma rridux ninsew li Joseph Muscat żamm kelmtu magħna fir-roħs tal-kontijiet tad-dawl u tal-ilma; fl-għeluq tal-power station tal-Marsa; fil-bini ta’ power station ġdida li taħdem bil-gass u allura żamm kelmtu li jeħlisna mill-heavy fuel oil, l-aktar żejt li jniġġes. Joseph Muscat żamm kelmtu mal-istudenti, mal-pensjonanti, fost l-oħrajn.
Imma rridu nagħmlu wkoll mistoqsijiet li aktar jolqtu l-ġejjieni. L-ewwel qabel kollox: Irridu nerġgħu lura għal instabbiltà politika u ekonomika, kif kellna ħames snin ilu? Ma nistgħux ma nagħmlux din il-mistoqsija meta tikkontesta l-elezzjoni għandna koalizzjoni ta’ konfuzjoni mmexxija minn tnejn minnies li diġà taw aktar minn prova waħda li mhux faċli għalihom li jimxu id f ’id. Niġu għall-proposti tażżewġ naħat. Fuq naħa għandna l-proposti tal-Moviment Laburista li huma costed u nafu kif se jitwettqu. U minnaħa l-oħra, għandna kap ta’ partit li jibdel il-verżjonijiet mil-lum għal għada, biex ma ngħidux minn mument għal ieħor, bħalma kien il-każ tal-wegħda ta’ 10,000 ewro lil dawk li jmorru joqogħdu Għawdex. L-għażla hija ċara. Jew Joseph Muscat biex ikompli jmexxina fit-triq tal-progress li qbadna bit-tmexxija tiegħu f ’dawn l-aħħar erba snin – jew Simon Busuttil li ħaġa waħda biss qiegħed jiggarantilna – koalizzjoni ta’ konfużjoni.