KullHadd_28.08.2016

Page 1

ĦARSA LEJN

L-ENERĠIJA ALTERNATTIVA

www.kullhadd.com Il-Ħadd, 28 ta’ Awwissu, 2016

Ara paġna 10 Ħarġa Nru 1,207 Prezz €1

TPAQPIQA TA’ GRAZZI F’NOFS IT-TIĠRIF • L-ESPERJENZA TAL-MALTIN LI QED JGĦINU F’AMATRICE • IT-TERREMOT FL-ITALJA MHUX MARBUT MA’ THEŻŻIŻIET F’MALTA Telgħu l-Italja biex jgħinu lil dawk milquta minn terremot kiefer iżda ntlaqgħu b’emozzjonijiet ta’ sodisfazzjon – is-sodisfazzjon ta’ Taljani li esprimew gratitudni għall-fatt li tim ta’ SOS Malta telgħu f ’Amatrice bil-għan li huma wkoll jagħtu daqqa t’id fil-ħidma ta’ salvataġġ. Irrakkuntat dan lill-gazzetta KullĦadd Janine Teuma Castelletti, waħda mill-voluntiera ta’ SOS Malta. “It-Taljani kienu emozzjonati kif rawna telgħin

lejn Amatrice biex nagħtu l-għajnuna tagħna. Saħansitra aħna u nsuqu, bosta karozzi u muturi bdew ixejrulna u jpaqpqulna talli tlajna ngħinuhom,” qalet it-tfajla. Il-Maltin komplew b’ħidmiethom is-Sibt waqt li fl-Italja kien qed jinżamm jum ta’ luttu nazzjonali u bdew isiru l-funerali. Għal darb’oħra spikkaw xeni ta’ qsim il-qalb. Xeni li issa ilna naraw għal dawn l-aħħar jiem. “L-emozzjoni ddominat kollox għax fit-taħriġ qatt ma tkun qrib nies mejta,” qaltitlna Janine. Ara paġni 2 u 3

FI TLIET SNIN TRIPPLAW IL-BOUTIQUE HOTELS

Fl-aħħar tliet snin l-applikazzjonijiet għallboutique hotels kważi tripplaw meta mqabbel mattliet snin ta’ qabel. Fl-istess ħin żdied il-livell ta’ okkupanza tal-boutique hotels qrib jew ogħla minn 80%. L-aktar lokalitajiet li fihom qegħdin jintalbu permessi għall-ftuħ ta’ boutique hotels huma l-Belt Valletta, ir-Rabat, l-Isla, il-Birgu,

Bormla, l-Imdina, iż-Żejtun u Tas-Sliema, u l-indikazzjonijiet qegħdin juru b’mod ċar li dawn l-investimenti qegħdin jikkontribwixxu għarriġenerazzjoni ta’ dawn il-lokalitajiet. “Is-settur privat qed jinvesti b’mod konsiderevoli f ’dan it-tip ta’ lukandi u huwa ta’ pjaċir kbir li wieħed jinnota li ħafna minn dawn il-binjiet huma restawr ta’ bini antik abbandunat

li żgur jirrikjedi ammont sostanzjali ta’ xogħol u investiment. Dan jagħtina sodisfazzjon li l-wirt storiku ta’ pajjiżna qed ngħixuh fl-industrija tatturiżmu u l-viżitaturi barranin jistgħu jgawdu u jkunu parti minn dan il-ġawhar storiku,” tenna l-Kap Eżekuttiv tal-MTA, Paul Bugeja. Ara paġna 11

MIJIET JISTAQSU DWAR SKEMA MISTENNIJA • SKEMA TA’ DARBA B’RAĠUNI • ĠIRIEN U PARTIJIET INTERESSATI BI DRITT TA’ OĠĠEZZJONI

Ma’ qatgħu xejn it-telefonati fil-bini tal-Awtorità tal-Ippjanar wara li nhar it-Tnejn tnediet l-iskema ta’ regolarizzazzjoni. Skema ta’ darba li għandha l-għan li tirregola b’ġustizzja illegalitajiet f ’bini li mhux f ’ODZ u mhux ta’ periklu. Jirriżulta li sal-aħħar ta’ Settembru huwa mistenni li jidħlu madwar 300 applikazzjoni b’għexieren diġà bdew ikunu pproċessati. Dawn l-applikazzjonijiet isegwu ċerti regoli ta’ trasparenza li l-Awtorità tħaddan dejjem, bħal li jkunu ppubblikati fuq is-sit elettroniku tal-Awtorità u wieħed ikollu wkoll id-dritt joġġezzjona. Ara paġna 9

IL-KAP FI KRIŻI Tkompli tiżdied il-pressjoni fuq Simon Busuttil. Mal-kitbiet pubbliċi jiżdied id-diskors intern u attivisti jibdew jiltaqgħu biex jiddiskutu ż-żiemel tagħhom. Ara paġni 6,7,40


02 28|08|2016

kullhadd.com

LOKALI

L-EBDA KONNESSJONI MAT-TERREMOTI LI KELLNA F’MALTA LIAM GAUCI liam@kullhadd.com

Kmieni nhar l-Erbgħa li għadda, terremot ta’ 6.2 fuq l-iskala Richter laqat liċċentru tal-Italja fejn ħalla mijiet ta’ persuni mejta flimkien ma’ ħerba strutturali kbira f ’diversi komunitajiet pittorestki. Dan it-tip ta’ fenomenu mill-ewwel iwassal għal sforzi kbar ta’ salvataġġ li jkunu possibbli, fost l-oħrajn, grazzi għall-informazzjoni li tkun mgħoddija lill-forzi ta’ sokkors minn ċentri ta’ monitoraġġ li janalizzaw ilmovimenti siżmiċi fiż-żona milquta. Il-gazzetta KullĦadd tkellmet ma’ Dr Pauline Galea, li tmexxi s-Seismic Monitoring and Research Group (SMRG) fi ħdan il-Fakultà tax-Xjenza tal-Università ta’ Malta, biex tifhem aħjar l-implikazzjonijiet ta’ dan itterremot kemm fuq l-Italja

kif ukoll pajjiżna.

stazzjonijiet ta’ monitoraġġ madwar Malta u jżomm “Żona f ’riskju siżmiku kuntatt kontinwu ma’ gruppi simili f ’diversi pajjiżi qrib mill-aktar għoli” tagħna illi flimkien jiġbru L-SMRG għandu numru ta’ u jaqsmu l-informazzjoni

speċjali dwar l-attività ma’ dawk siżmika li barranin sseħħ fiċ-ċentru Dr Pauline Galea f ’każ ta’ tal-Mediterran. bżonn ta’ Dr Galea spjegat sokkors f ’pajjiżna lil din il-gazzetta li jew pajjiż barrani. l-awtoritajiet xjentifiċi talIs-sistema li tħaddem Italja għandhom network ta’ Monitoring strumenti kbar ħafna mal- is-Seismic Research Group Italja kollha u, f ’każijiet and bħat-terremot ta’ din il- tinkludi Virtual Seismic ġimgħa, ikunu f ’pożizzjoni Network, jiġifieri sistema tajba ħafna biex jiġbru u fejn ir-recordings li jinġabru minn jgħaddu l-informazzjoni lill- kontinwament strumenti magħżulin, awtoritajiet ta’ salvataġġ. Galea sostniet li huwa f ’pajjiżi oħra – speċjalment normali għaż-żona qrib fil-Mediterran – jaslu dak Ruma fejn seħħ it-terremot li il-ħin stess fil-kompjuters tkun milquta minn fenomeni tagħhom. Ftit wara li jseħħ is-sistema siżmiċi ta’ din is-saħħa. “Din it-terremot, l-epiċentru, il-parti tal-Italja hija waħda li tillokalizza għandha riskju siżmiku mill- u tkejjel il-qawwa b’mod aktar għoli. Dan jinħadem awtomatiku. “Aħna nirċievu messaġġi kemm fuq l-istorja ta’ terremoti li ġraw fil-passat bl-email u SMS, u nagħmlu kif ukoll mill-ġeoloġija tal- monitoraġġ ta’ li jkun qed inħawi. Fil-fatt, fl-1639 kien jiġri. Xi drabi jkun hemm seħħ terremot tal-istess bżonn li l-analiżi tiġi riveduta qawwa f ’din iż-żona, li qered manwalment minn xi wieħed ħafna bliet. Il-muntanji mis-siżmologi. Naturalment, kollha tal-Appenini huma meta t-terremot ikun struttura ġeoloġika li fihom viċin tagħna, ikollna ħafna faults attivi.” naħdmu iżjed bir-reqqa Sfortunatament, fil- għax ħafna drabi dawn itmaġġoranza tal-każi ma terremoti jirreġistrawhom jkun hemm ebda sinjal biss l-istrumenti tagħna, u minn qabel li se jseħħ dan jirrikjedi iżjed xogħol terremot. Għaldaqstant, ftit għax l-informazzjoni tkun li xejn ikun hemm ħin biex meħtiega b’urġenza.” il-popolazzjoni ċivili tkun Minħabba li l-ġimgħa ippreparata għal dan it-tip ta’ l-oħra f ’diversi partijiet diżastri. ta’ Malta kienu rrappurtati xi movimenti siżmiċi, ilĦidma konġunta mistoqsija naturali hija jekk dawn għandhomx xi Kif semmejna aktar ’il fuq, konnessjoni mat-terremoti xogħol simili ta’ monitoraġġ li rajna fl-Italja nhar isir f ’pajjiżna mill-SMRG l-Erbgħa. “Le, dawn itfejn f ’każ li t-terremot terremoti madwar Malta ikun viċin ta’ Malta, u huma ’l bogħod wisq minn speċjalment jekk jinħass mill- dawk tal-Italja u m’hemmx pubbliku, il-grupp jgħaddi konnessjoni bejniethom. l-informazzjoni malajr lid- Diversi terremoti madwar Dipartiment tal-Protezzjoni Malta, madankollu, huma Ċivili. Jekk ikun hemm relatati ma’ xulxin minħabba bżonn li jsiru operazzjonijiet li jseħħu fuq l-istess faults li ta’ tiftix u salvataġġ, id- hemm taħt qiegħ il-baħar filDipartiment tal-Protezzjoni Kanal ta’ Sqallija,” temmet Ċivili għandu arranġamenti tgħid Galea.


LOKALI

kullhadd.com

28|08|2016 03

TAMA MALTIJA F’NOFS IT-TIFRIK • IL-MALTIN U L-KLIEB TAGĦHOM BAQGĦU JSIBU L-MEJTIN

Ilbieraħ fl-Italja kien jum ta’ luttu nazzjonali fejn bdew isiru l-funerali tal-vittmi Kitba ta’ identifikati ħames katavri oħra. f ’dan il-każ. “Bla ma trid, mistoqsija dwar tistenna li tiġri xi ħaġa li tkun RODRICK ZERAFA Meta l-esperjenza tagħha, Teuma mgħajta għaliha.” “Ma kien hemm l-ebda “It-Taljani kienu emozzjonati Castelletti sostniet li l-unika kif rawna telgħin lejn Amatrice kelma li setgħet tiddeskrivi dak differenza bejn dak li tħarriġna biex nagħtu l-għajnuna tagħna. kollu li raw kienet ‘diżastru’. għalih u dak li rajna b’għajnejna Ovvjament Saħansitra, aħna u nsuqu, Hija qalet li din żgur kienet fil-post. bosta karozzi u muturi bdew esperjenza li mhux se tinsa, bl- l-emozzjoni ddominat kollox ixejrulna u jpaqpqulna talli aktar xeni li ġegħluha tħoss id- għax fit-taħriġ qatt ma tkun dieqa jkunu l-ħwejjeġ tat-tfal qrib nies mejta. Fuq il-post tlajna ngħinuhom.” kien hemm ukoll aktar Kien dan il-messaġġ ta’ Janine u s-softoys li issa m’għadx nies u ġenn; dan Teuma Castelletti, voluntiera għandhom użu. Ixgħax kienet tal-SOS K9 Urban Search and xogħol tagħhom waħda milljirbaħ Rescue, li telgħet l-Italja sabiex irid Ovvjament, a k b a r tagħti l-għajnuna tagħha wara l-emozzjoni, l-emozzjoni traġedji li kif t-terremot li seħħ f ’Amatrice hekk qatt rat iridu jfittxu nhar l-Erbgħa li għadda. ddominat din iżitDan it-terremot mhux qalb kollox għax żona flmistenni, ħalla s’issa kważi 300 tifrik biċItalja,” persuna mejta, b’dan in-numru ċans li jsibu fit-taħriġ qatt saħqet iljista’ jkun li jitla’ hekk kif it- l - k a t a v r i ma tkun qrib voluntiera. – xi ħaġa tiftix intensiv għadu għaddej. Teuma Meta mistoqsija dwar meta d e s k r i t t a nies mejta Castelletti mhux se jaslu lura f ’pajjiżna, Janine bħala sostniet li filsostniet li għadhom ma jafux. faċli għall-aħħar. lokal ta’ Amatrice, Dan għax huma reġgħu kienu Hija kompliet tgħid li qabel ġara dan l-inċident msejħa biex jagħtu s-servizz bħalissa qed jaħsdu l-frott tattgħallim u t-taħriġ li kellhom traġiku, in-nies tal-lokal kienu tagħhom. Tant huwa hekk li matul il- sabiex jgħinu lil ħaddieħor. jgħixu ħajja komda u normali, jum tas-Sibt huma rċivew iktar Janine sostniet li l-ħidma fit- iżda issa spiċċaw b’xejn. aħbarijiet dwar it-tfittxija li taħriġ kienet twassal biex xi Bħalissa dawn il-vittmi qed qed issir mill-iskwadra Maltija. darba huma jkunu jistgħu jgħixu taħt it-tined u f ’daqqa Huwa mifhum li permezz tal- jagħtu l-għajnuna tagħhom waħda m’għandhomx għajxa klieb Maltin irnexxielhom jiġu f ’postijiet traġiċi bħalma ġara ta’ lejla.

Matul din l-esperjenza l-aktar ħaġa li ġegħlithom iħossu l-karba u d-dieqa tal-post kienet is-sitwazzjoni diffiċli ta’ mewt u t-telfa. Hija sostniet li parti mir-rwol tagħhom, apparti t-tiftix, kien ukoll li jsabbru lil dawk il-mijiet ta’ persuni li kienu qed jibku lillfamiljari tagħhom li ħallew din id-dinja. Il-voluntiera ta’ SOS Malta sostniet li din l-esperjenza kienet waħda li tgħallmet minnha. “L-importanza f ’avvenimenti bħal dawn hija li nibqgħu magħqudin bħala tim wieħed sabiex b’hekk il-moral dejjem jibqa’ wieħed għoli u nkomplu l-ħidma tagħna biex

nimmotivaw u ngħinu, għax dak huwa l-għan tagħna.” tenniet Janine. Meta mistoqsija dwar ilbiża’ mill-familjari ta’ Teuma Castelletti minħabba l-periklu li qiegħda f ’post li għandu jkun evitat biex hi u numru ta’ Maltin oħra qalbiena jagħtu l-għajnuna tagħhom lil min hu fil-bżonn, Janine sostniet li l-familjari tagħha xorta jħossu fihom is-sodisfazzjon u l-kburija li hi qed tgħin lil kawża nobbli. Hija temmet tgħid li l-messaġġ għall-maħbubin tagħha kien li se tmur taqdi dmirha u tgħin lil ħaddiehor, għax dak huwa li hija tħarrġet għalih.

300

Kważi daqshekk in-numru ta’ persuni mejta

360

Persuna midruba

3

Bliet milquta

5,400

Persuna tgħin fit-tiftix

1000

Persuna bla dar

17

Sigħat taħt it-terrapien sakemm ġiet salvata tifla

6.2

Is-saħħa tat-terremot fuq l-iskala Richter

12

Terremoti fl-Italja sa mis-sena 2000


04 28|08|2016

kullhadd.com

LOKALI

PJAZZA ‘ĦAMRA’ GĦAX-XAGĦRIN B’INVESTIMENT TA’ €1 MILJUN • PJAZZA B’KULUR U STIL B’DIFFERENZA • VJAL 8 TA’ SETTEMBRU JINGĦATA WIĊĊ ĠDID

antik, imma kienu tneħħew u reġgħu ġew maħduma kopji eżatti tal-antiki. Ġie rrestawrat il-ħajt taz-zuntier u s-sottobank li kienu miksijin bis-siment, tnaddfu u tkaħħlu mill-ġdid. Fl-aħħar nett, reġgħu tpoġġew f ’posthom l-istatwi rrestawrati. Dawn l-ispejjeż, li jammontaw għall-valur ta’ €106,820, ukoll tħallsu mill-Ministeru għal Għawdex.

GLEN FALZON glen@kullhadd.com F’kull raħal madwar Malta u Għawdex tista’ tgħid li fiċ-ċentru tiegħu ssib pjazza kif ukoll il-knisja mdawra b’ħafna attivitajiet soċjali varji. Kulma jmur dawn iċ-ċentri tar-raħal qegħdin jingħataw aktar importanza permezz ta’ diversi investimenti. Dan kien il-każ għall-pjazza tax-Xagħra f ’Għawdex fejn, apparti li sar titjib fl-infrastruttura fiż-żona talmadwar, il-pjazza ngħatat stil b’differenza minħabba l-kulur ħamrani tal-art. Dan kollu sar possibbli permezz ta’ investiment ta’ kważi €1 miljun f ’ħidma konġunta bejn il-Ministeru għal Għawdex u l-Kunsill Lokali tax-Xagħra. Dan l-investiment huwa biss kullana minn għadd ta’ ħoloq ta’ investimenti u tisbiħ li qed isiru fil-gżira Għawdxija u fil-pjazza tax-Xagħra, li hija t-tieni l-aktar pjazza sinonima ma’ diversi attivitajiet li jsiru matul żminijiet differenti fis-sena, b’ħafna ristoranti fil-pjazza stess.

Imminenti aktar proġetti f ’Għawdex

Vjal 8 ta’ Settembru

Bini mill-ġdid ta’ Vjal it-8 ta’ Settembru Il-proġett kien wieħed ħolistiku li l-għan ewlieni tiegħu kien li jtejjeb l-infrastruttura fiċ-ċentru taxXagħra, kif ukoll biex itejjeb il-prodott turistiku lokali f ’dan ir-raħal sinonimu f ’Għawdex. Il-proġett kien jikkonsisti fil-bini mill-ġdid ta’ Vjal it-8 ta’ Settembru, bdil fil-mains u servizzi tal-ilma, pavimentar talporfido fil-pjazza nnifisha u, fuq kollox, kisi b’asfalt kulur it-terracotta li jikkumplimenta l-assi tal-pjazza nnifisha u li fl-istess waqt tagħti dan il-kulur ħamrani. Apparti minn hekk, inbena culvert madwar il-pjazza sabiex ikunu jistgħu jitneħħew il-cables li hemm malfaċċati tal-bini fil-pjazza nnifisha u b’hekk tingħata aktar prominenza lill-faċċati tal-bini. Matul dawn ix-xogħlijiet, inkixfu għadd ta’ entraturi li jagħtu għax-xelters ta’ żmien it-Tieni Gwerra Dinjija. Dawn l-entraturi ġew integrati fid-disinn biex ’il quddiem ikunu jistgħu jinfetħu għall-pubbliku.

L-istil ġdid tal-pjazza tax-Xagħra

Iz-zuntier tal-knisja gawda wkoll! Il-pjazza tax-Xagħra ma kinitx l-unika parti li bbenefikat minn dan l-investiment. Dan għax sar ukoll irranġar taz-zuntier tal-Knisja, li kien ilu jinħass il-bżonn li jiġi rrestawrat u rranġat. Ix-xogħlijiet bdew bit-tneħħija tas-sistema antika tad-dawl u t-tneħħija taż-żewġ statwi fid-daħla taz-zuntier li ttieħdu għarrestawr. Ġie mneħħi l-madum tas-siment li kien jiksi z-zuntier u l-materjal ta’ taħtu, u saret sodda tal-konkrit u Jitpoġġa l-asfalt kulur it-terracotta waterproofing membrane biex tkun evitata l-problema tal-umdità. Iz-zuntier ġie miksi b’madum travertin, Il-balavostri li kienu tas-siment, flimkien masf ’żewġ kuluri biex jiġi ffurmat tapit li jwassal għall- soprabank u l-pilastri li kienu fi stat ħażin, ġew bieb prinċipali tal-knisja. It-taraġ, li kien ukoll tas- maħduma mill-ġdid fil-ġebla Maltija. Reġgħu saru siment, ġie mneħħi u reġa’ ġie ffurmat bit-travertin. sinjali ġodda fuq kull pilastru, dawn kienu hemm fl-

Fiż-żmien li ġej mistennija joħorġu l-permessi millAwtorità tal-Ippjanar sabiex jibda l-bini l-ġdid talQorti fi Triq Borg Olivier, ir-Rabat. Dan il-proġett se jkun qed jinkludi parkeġġ taħtu biex itaffi l-problema eżistenti fl-inħawi. B’hekk, il-Qorti se jiġi rilokat miċĊittadella għal post aktar konvenjenti u modern. Issit identifikat għall-Qorti huwa minflok il-parkeġġ li hemm fuq żewġ livelli bejn Triq Borg Olivier u Triq Ġużeppi Labrè. Dan il-proġett hu stmat li jiġi jiswa madwar €5 miljun. Proġett innovattiv ieħor li se jiġi mwettaq b’kollaborazzjoni ma’ Heritage Malta huwa l-Mużew ta’ Għawdex. Il-post li ġie magħżul għal dan il-proġett huwa l-bini li fadal mill-eks-Liċeo Ninu Cremona fir-Rabat. Dan il-bini kien ġie mibni fuq disinn ta’ Joseph G. Huntingford fil-ħamsinijiet u jifforma parti importanti mill-wirt arkitettoniku aktar riċenti ta’ gżiritna. Il-proġett se jiswa madwar €5 miljun u se jiġbor fih l-istorja ta’ Għawdex. Għaddej b’ritmu tajjeb ukoll il-proġett tat-taraġ maestuż li jniffed il-parkeġġ ma’ Pjazza San Franġisk, fir-Rabat. Il-pjan jinkludi lift li jwassal mill-parkeġġ għall-pjazza, sala tal-esibizzjonijiet u tisbiħ tal-Pjazza ta’ San Franġisk. Dan il-proġett hu meħtieġ biex ineħħi l-periklu li jeżisti bħalissa biex wieħed jasal għall-pjazza mill-parkeġġ bil-mixi. Rigward it-taraġ fi Pjazza San Franġisk, bħalissa għaddej xogħol fuq il-kostruzzjoni tal-pedamenti, li huwa l-aktar fażi li se tieħu żmien minħabba li l-bażi hija magħmula mittafal. Sadanittant, qiegħed isir ix-xogħol fuq it-tender tal-finishing li waslet ukoll fl-aħħar fażijiet tagħha. Dan il-proġett hu maħsub li jiswa mat-€3 miljun u se jtejjeb l-aċċessibbiltà għal Pjazza San Franġisk fejn jinsab il-Ministeru ta’ Għawdex u ħafna mis-servizzi tal-Gvern. Proġett li ġie inawgurat riċentament mill-Prim Ministru Joseph Muscat huwa dak taċ-Ċittadella, fejn saru diversi xogħlijiet estensivi u intensivi li twettqu f ’dawn l-aħħar snin għar-restawr u r-riabilitazzjoni ta’ din il-ġawhra ta’ Għawdex. Dan il-proġett kien kofinanzjat minn Fondi Ewropej u ġie jiswa €14-il miljun. Fl-aħħar nett, l-importanza ta’ dawn il-proġetti li qed isiru taħt din l-amministrazzjoni se joffru valur miżjud lill-prodott turistiku Għawdxi. Dawn huma proġetti li se jagħtu dehra ġdida, isbaħ u aħjar lil Għawdex.


LOKALI

kullhadd.com

28|08|2016 05

F’PAJJIŻI OĦRA BROKE BIĊ-CHILDCARE… F’MALTA B’€10,000 FIL-BUT • ĊENTRI GĦALL-ĦARSIEN TA’ TFAL IKABBRU U JIMPJEGAW IKTAR NIES • €13-IL MILJUN INVESTITI ALEANDER BALZAN

aleander.balzan@one.com.mt

Familji bi dħul medju f ’pajjiżi Ewropej ta’ spiss jitkellmu dwar id-diffikultajiet li jiffaċċjaw biex ilaħħqu malispejjeż biex jibagħtu lil uliedhom fiċ-ċentri għallħarsien tat-tfal. Fid-Daily Mail fl-aħħar jiem familja rrakkontat kif ma tistax tgħix fuq £50,000 fis-sena. Dan biex iħallsu l-ispejjeż ta’ żewġ ulied fiċ-childcare biex huma jkunu jistgħu jmorru jaħdmu. Alex u Michelle rrakkuntaw kif, minkejja li għandhom dħul meqjus bħala mhux ħażin, il-ħlasijiet tas-self fuq iddar flimkien maċ-childcare ma jagħmluhiex faċli biex ilaħħqu mal-ħajja. Madwar l-Ewropa stejjer bħal dawn issib bilbosta. Iżda f ’pajjiżna r-realtà hija differenti. Minn meta l-Gvern nieda s-servizz taċchildcare b’xejn investa fih €13il miljun u minnu jibbenefikaw madwar 5,000 tifel u tifla kull sena. Iċ-Chairman ta’ Jobs Plus, Clyde Caruana, fakkar kif Malta hija l-uniku pajjiż flEwropa li joffri childcare b’xejn lil min jaħdem jew jistudja. “Familja għal kull wild tagħmel bħala medja użu ta’ 100 siegħa childcare fix-xahar. Dan ifisser li din il-familja tiffranka mat€3,600 fis-sena għal kull wild. Dan ifisser li familja, għal kull wild, tiffranka b’aktar minn €10,000 fuq tliet snin u flistess waqt l-omm tkun tista’ toħroġ taħdem u żżid id-dħul għall-familja,” fisser Caruana. Christopher Deguara, li jmexxi ċ-ċentru tal-ħarsien tat-tfal bl-isem All C’ees Childcare, ikkonferma d-differenza li għamlet l-iskema tal-Gvern. Mal-KullĦadd spjega kif “definittivament kien hemm differenza kbira fir-rispons meta ġiet introdotta s-sistema

ta’ free child care”. “Qabel bdiet l-iskema kont nara li kien ikolli iktar nies bi dħul medju jew għoli, jew ċertu kwalifiki. Jien ma kontx qed nistaqsi kemm għandek dħul, imma llum ninnota nies ġejjin mill-istrati differenti tas-soċjetà. Jekk qabel kelli ġenituri bħal accountants jew nurses li għalihom kienet tkun vijabbli li jħallsu; illum għandi iktar nies u b’impjiegi oħra, fosthom dawk domestiċi,” qal Deguara li f ’kumment wara ieħor tkellem dwar il-bidla kbira li saret f ’pajjiżna. “Għalkemm aħna ftaħna qabel bdiet is-sistema taċchildcare b’xejn, wara s-sistema tal-free child care kabbarna l-premises tagħna. Kabbarna u ħaddimna iktar nies. Biex inkun sinċier, dan anke

minħabba l-kriterji u r-regoli numru ta’ attivitajiet u iktar ċari ta’ kemm trid carers programmi li noffru. Ilmat-tfal u affarijiet bħal dawn. carers iridu jimxu ma’ dak il-kurrikulu. Nara Fil-bidu konna sitt differenza bejn ħaddiema u dawk it-tfal llum qegħdin li jkunu m a d w a r Jekk kulħadd ħ m i s t a x ,” bdew ta’ ikun kompla età żgħira, jispjega għax aħna responsabbli Deguara. noffru Minbarra minn età ta’ għemilu, li ċ-ċentru ta’ tliet huwa lok xhur, u iva, is-sistema mill-iktar dawk li hija ġusta importanti jibdew iktar għall-ġenituri tard. Il-leadership li jkunu jridu skills tagħhom jsibu post fejn iħallu ’l juruna differenza kbira. uliedom waqt il-ħin ix-xogħol, Naraw kif f ’ċerti affarijiet iżil-post joffri wkoll esperjenza żgħar jispiċċaw imexxu lilleduktattiva mill-aqwa. kbar,” kompla jgħid sid taċ“Noffru esperjenza ċentru għall-ħarsien tat-tfal. edukattiva. Bla dubju binMitlub jikkummenta dwar

l-uniku aspett kontroversjali ta’ kif taħdem is-sistema, dik meta t-tfal ifallu ħafna u xi ġenituri jintalbu jħallsu xi ħlasijiet, Deguara qal li dawn huma żgħar fejn l-ispiża l-kbira tas-servizz offrut. Iżda żied iktar minn hekk. “Din hija suġġettiva ħafna. Trid mill-aspett egoistiku tassoċjetà li qed ngħixu fiha. Is-sistema hija ġusta imma hemm l-element li kulħadd irid jiġbed lejh. Wieħed irid ikun responsabbli ta’ għemilu u ma nispeċifikahiex għaċchild care biss. Jekk kulħadd ikun responsabbli ta’ għemilu, iva, is-sistema hija ġusta. Ma tistax iġġib ruħek daqslikieku mort f ’ristorant u, għax mhux se tħallas int, tordna minn kollox anke jekk ma tiklux,” qal Deguara.


06 28|08|2016

kullhadd.com

LOKALI

DAK LI NKITEB MA JĦASSRU ĦADD • IN-NEGATTIVITÀ QED TISWA QARES LILL-KAP NAZZJONALISTA • MINN ĠEWWA U MINN BARRA L-KRITIKA MA TONQOSX • SENA FEJN IL-KRITIKA MA QATGHET XEJN

ALEANDER BALZAN kollox. Xi ħaġa li ma jaqbilx Mercieca li wissa kif, bl-istil għal snin twal segwa l-politika fi ħdan il-Partit Nazzjonalista, qal li ħadd ma Sindku Nazzjonalista, Robert qed jissogra telfa kbira oħra. Dan kien fl-istess żmien li kien qed jistenna li Simon Bħalissa fid-Dar Ċentrali qed Musumeci. F’kumment qasir iżda dirett anke Noel Grima. ekseditur ta’ Busuttil jiffaċċja din il-kriżi tinħema strateġija bil-għan li fil-ġimgħat li ġejjin il-Kap mal-KullĦadd, Musumeci The Malta Independent, kellu xi interna daqstant kmieni fitjipprova jsib saqajh. Dan wara qal: “F’kuntest demokratiku, jgħid. Grima huwa opinjonist tmexxija tiegħu. ċamata wara l-oħra li dabbar nissottoskrivu għall-prinċipju ieħor li ħafna drabi jikkritika “Il-back stabbing fil-PN pubblikament minn persuni ta’ aspettattiva legittima. lill-Gvern u qal li għad baqa’ mhux xi ħaġa ġdida. Fis-snin li ma ddejqu xejn jikkritikaw Fis-sens li dawk li eleġew lil ż-żmien għall-bidla, imma sebgħin mhux pressjoni biss it-tmexxija tiegħu fil-miftuħ. Busuttil bħala Kap tal-Partit ftit ħafna. Żied li sa issa ma kien hemm kontra George Iżda, hi x’inhi l-istrateġija li għamlu dan konxjament, ben nbidel xejn. Saħansitra jqabbel Borg Olivier, imma manuvri se tkun adottata minn issa ’l konsapevoli li huwa għandu il-mument li għaddej minnu kontinwi minn taħt li ħargu quddiem hemm ħaġa waħda jokkupa tali kariga b’serenità l-Partit Nazzjonalista mal- fil-beraħ wara t-telfa tal-PN flċerta: dak li nkiteb sa issa ma sakemm l-istatut ma jipprovdix agħar żmien ta’ Lawrence elezzjoni tal-1976. Ovvjament, jħassru ħadd. xorta oħra jew Busuttil stess Gonzi qabel l-elezzjoni li iċ-ċirkustanzi kienu differenti għaddiet. Fl-aħħar xhur, iżda l-iktar jagħżel li jiddimetti.” għax waqt li Borg Olivier Fost l-iżbalji li jsemmi Noel kien ilu kap tal-PN snin sħaħ, partikolari fl-aħħar ġimgħat, Musumeci qal li l-kritika kienu bosta l-opinjonijiet ma ddejqux, iżda din trid Grima, li jidher li mhux Simon Busuttil ilu biss tliet bil-grupp snin u għalhekk ftit li xejn kien dwar kif Simon Busuttil qed issir f ’ċerti paramentri. impressjonat ifalli fit-tmexxija tal-Partit “Naturalment, huwa tajjeb parlamentari ta’ Busuttil, mistenni li jibda jkollu inkwiet Nazzjonalista. Jiġri x’jiġri biex li wieħed jesprimi ruħu hemm il-fatt li ħatar shadow intern proprju meta wieħed lil Simon Busuttil jippruvaw f ’parametri leġittimi. Però, ministers li lanqas huma fil- jista’ jgħid li l-elezzjoni ġenerali jgħollulu l-profil sal-elezzjoni li wieħed jittanta jaħtaf dak Parlament Malti, b’referenza li jmiss issa bdiet toqrob,” qal ġenerali, issa huwa fatt maqbul li mhux tiegħu, imur kontra għal Therese Commodini Agius. minn ħafna li, fl-ewwel tliet kull ħsieb demokratiku,” qal Cachia u Roberta Metsola. Żied li ħadd ma kien qatt Filwaqt li jagħti elenku ta’ jobsor li, wara biss tliet snin, snin u nofs tiegħu bħala Kap, Musumeci. nuqqasijiet oħra, Grima kiteb nies li kienu meqjusa qrib Simon Busuttil falla. U wara l-elezzjoni ġenerali li jmiss il- Qrib il-PN u jgħidu kontrih li “l-ikbar diżappunt hu Simon tiegħu u fdati minnu, kienu se Busuttil innifsu”. Jinnota kif jikkritikawh pubblikament u pajjiż ma jiflaħx li jkollu Prim Ministru li jdum is-snin biex Meta ftit Ħdud ilu Simon Busuttil dejjem sab is-sodda jakkużawh b’ipokresija. Hawn isib saqajh. Jekk qatt isibhom. Mercieca, wieħed mill-awturi lesta u qal li din hija xhieda tad- irrifletta dwar x’jistgħu jkunu Minkejja l-attakk fuq il-Kap tar-rapport tat-telfa tal-Partit dinastiji fil-Partit Nazzjonalista r-raġunijiet. jidher ċar li Simon Busuttil Nazzjonalista, kiteb dwar il-liġi bi grupp li jieħu ħsieb il-poter “Raġuni ewlenija tista’ tkun għadu jżomm kontroll tal- taċ-ċensura u l-vilifikazzjoni, tiegħu u oħrajn ftit jistħu li fil-PN hemm min qiegħed Partit megħjun mill-klikka ta’ ħalla l-iktar dikjarazzjoni javvanzaw. jiddejjaq bin-negattività Fenech Adami u l-istrateġija qawwija dwar il-Kap. kontinwa ta’ Simon Busuttil ta’ Richard Cachia Caruana. li donnu għadu ma għarafx li “Il-Partit Nazzjonalista qed Ostaġġ ta’ Fenech Adami Iżda dan ma jfissirx li ma jidher iktar u iktar opportunist l-mod kif issir il-politika nbidel kienx hemm min tkellem u l-Kap dgħajjef iktar minn Felix Agius, l-ekseditur ta’ bil-kbir f ’dawn l-aħħar tmien dwar kif għandu jikkunsidra qatt qabel,” kiteb Simon din il-gazzetta u L-Orizzont, li snin,” jgħid Agius, għalkemm aleander.balzan@one.com.mt magħha l-opinjonista u eks- adottat, il-Partit Nazzjonalista interna

isostni kif, bħal dejjem, persuni differenti jkollhom ħsibijiet differenti. “Raġuni oħra tista’ tkun li hemm min qiegħed jara lil Simon Busuttil bħala dgħajjef wisq; aktar u aktar wara l-każijiet tas-Sindku ta’ Victoria, Samuel Azzopardi, dak tad-Deputat Tony Bezzina u, aktar riċenti, il-każ ta’ Michael Fenech Adami. M’hemm l-ebda dubju li fil-PN hemm min irid jinqata’ mill-era Fenech Adami, imma dawn, f ’Simon Busuttil, qegħdin jaraw biss bniedem li filverità huwa ostaġġ ta’ Fenech Adami,” jisħaq Agius. Hawn żied kif mhux ta’ b’xejn li d-diskors ta’ Simon Busuttil kull nhar ta’ Ħadd aktar qiegħed ikun indirizzat lejn dawk midħla tad-Dar Ċentrali milli lejn il-poplu inġenerali. Fi kriżi Dawk qrib il-Kap żgur li se jippruvaw inaqqsu misserjetà ta’ dak li għaddej u jxejnu diskors bħal dak ta’ Agius. Saħansitra ħarġet Claudette Buttigieg tgħid li, wara l-Indipendenza, il-Partit Nazzjonalista se juri snienu. Iżda nies li fl-imgħoddi ssimpatizzaw kemm setgħu mal-Partit Nazzjonalista Tkompli paġna 7 >>


LOKALI

kullhadd.com

għamluha ċara: “Il-PN fi kriżi.” “Il-Partit Nazzjonalista għamel biċċa xogħol tajba biex juri t-triq ’il quddiem ta’ partit fi kriżi,” kiteb l-opinjonista ta’ esperjenza u bloger fuq timesofmalta.com Victor Calleja. Iddeskriva ċerti deċiżjonijiet bħala li ma jagħmlux sens jew mhux raġunati. Qal li meta ta ultimatum lill-Gvern, Simon Busuttil wassal għal waħda mill-iktar xeni redikoli fil-politika Maltija. “Għaliex thedded jekk m’intx kapaċi tasal?” kiteb Calleja, li nnota wkoll li l-mozzjonijiet filParlament, waħda wara l-oħra, ukoll setgħu saru aħjar. Calleja qal li mhux se jagħti pariri. “U serjament naħseb li, anke jekk jingħata pariri, tajjeb Simon Busuttil u l-konsulenti tiegħu ma jisimgħux.” Għax, skont Calleja, il-Partit Nazzjonalista ma tgħallem xejn mill-aħħar elezzjoni. Jinnota wkoll kif, filwaqt li jitkellem fuq korrettezza, ilPartit Nazzjonalista ma damx ma reġa’ daħħal bħala sindku lil Samuel Azzopardi li nstab li saq xurban u rrifjuta li jagħmel it-test tan-nifs. Fuq kollox, jikteb Calleja li dejjem issimpatizza malPartit Nazzjonalista, il-Partit Nazzjonalista jrid jorganizza ruħu mill-ġdid.

28|08|2016 07 l-imħuħ. Għax mexxej irid imexxi, kiteb Scicluna, li jinnota kif m’għamilx hekk fissitwazzjoni tal-unjoni ċivili u l-kaċċa. Scicluna jiddikjara li, għallosservatur oġġettiv, Busuttil jinstema’ trivjali iktar milli b’saħħtu jew awtoritattiv. “Għandu mgiba ta’ wieħed li jitlef il-paċenzja għal kull xejn bħat-tfal, iktar milli ta’ prim ministru,” kien temm jiddikjara Scicluna. Tilef il-fiduċja

U biex tgħaxxaqha, Simon Busuttil qed jitlef il-fiduċja anke ta’ dawk li, sa sena ilu, proprju fil-festi tal-Indipendenza, ma kellhom xejn għajr kliem ta’ tifħir għalih. Riċentament, Ivan Bartolo, negozjant ewlieni, qal li qed jitlef il-fiduċja filpolitiċi, u dan b’rabta malmod kif il-Partit Nazzjonalista mexa fil-każ taċ-ċittadinanza b’investiment fejn ikkritika bl-aħrax l-iskema li esponenti minn tiegħu qed idabbru lira tajba billi jkunu aġenti tagħha. “Jekk dan hu l-każ (u hekk hu), jien uffiċjalment qtajt qalbi mill-politiċi kollha u millpolitika. Inħossni devastat,” kiteb Bartolo, f ’ġimgħa fejn l-ekskandidat għat-tmexxija tal-Partit Nazzjonalista, Ray Bugeja, ukoll kellu messaġġ. Għalkem ma semmiex lil Busuttil b’ismu, qal: “Il-prova aħħarija ta’ mexxej tajjeb hija li Jitlef il-paċenzja malajr jifhem meta għandu jirriżenja Għax dak li jinkiteb ma fl-aħjar interess ta’ dak li jmexxi jħassru ħadd, nistgħu mmorru u min imexxi.” għal kitbiet oħra li saru flaħħar snin ta’ kemm ilu kap Ma qabadx art fl-istħarriġ Simon Busuttil. Inqas minn sena ilu fit-Times of Malta kien Ta’ min ifakkar li Simon kiteb ukoll Martin Scicluna, Busuttil ma qabadx art lanqas persuna oħra meqjusa bħala fl-istħarriġ tal-opinjoni opinjonista indipendenti bi pubblika, bil-Prim Ministru ħsieb ħieles. Joseph Muscat jibqa’ fdat L-opinjonista kien kiteb dwar ferm iktar minkejja li kien jekk Simon Busuttil huwiex għaddej minn mumenti fejn materjal ta’ prim ministru u kellu jieħu deċiżjonijiet ibsin qal li, biex għamel dan, studja f ’nofs leġiżlatura. Iktar minn lil Busuttil għal iktar minn 30 hekk, skont l-aħħar stħarriġ xahar. tal-Unjoni Ewropea, Malta Scicluna rrefera għad- għandha l-iktar Gvern fdat fldikjarazzjonijiet kontinwi Unjoni Ewropea. ta’ Busuttil – li ħa dgħajsa Saħansitra l-poplu Malti qed tegħreq – u qal li mhux għandu iktar fiduċja fil-Gvern il-każ għax, f ’sistema fejn milli għandu fil-Parlament jew jiddominaw żewg partiti, fl-Unjoni Ewropea. l-oppożizzjoni qatt ma tkun Jirriżulta li 55% tal-poplu qed tegħreq. Malti għandu fiduċja fil-Gvern, Hawn l-opinjonista kiteb filwaqt li hija biss minoranza dwar kif Busuttil għadu ta’ 32% li qalet li ma tafdax lillmdawwar b’nies għajjenin, Gvern. 13% qalu li ma jafux. mhux effettivi u anke skaduti. Dawn ir-riżultati jikkuntrastaw Martin Scicluna kiteb ukoll bil-kbir ma’ dawk fl-Unjoni dwar it-tweġibiet ta’ Busuttil Ewropea fejn kienu biss 27% fuq il-viżjoni tiegħu għall- taċ-ċittadini li qalu li jafdaw pajjiż. Qal li dawn kienu limitati lill-gvern tagħhom, bi 68% u b’nuqqas ta’ immaġinazzjoni. iddikjaraw li le. 5% qalu li ma Scicluna jgħid li, jekk irid ikun jafux. prim ministru, Busuttil irid Dan kollu wkoll ma għenx juri li għandu viżjoni sas-sena lil Busuttil, li issa mistenni 2030. jimbarka fuq kampanja jattakka Scicluna kien għamel il- lill-Gvern u lill-Prim Ministru mistoqsija jekk Busuttil hux mingħajr waqfien. Dan biex, kapaċi joffri din il-viżjoni u filwaqt li jipprova jkisser issostna li għandu dubju. Jgħid li suċċess tal-Gvern, isalva ma dawwarx lilu nnifsu b’nies wkoll postu billi jintgħoġob ta’ intellett u ġudizzju, filwaqt mal-militanti li jiddominaw li m’għandux il-kwalitajiet il-Kunsill Ġenerali tal-Partit ta’ mexxej li jirbaħ il-qlub u Nazzjonalista.

Il-Partit Nazzjonalista qed jidher iktar u iktar opportunist u l-Kap dgħajjef iktar minn qatt qabel

SIMON

MERCIECA

L-ikbar diżappunt hu Simon Busuttil innifsu

NOEL GRIMA

Però, li wieħed jittanta jaħtaf dak li mhux tiegħu, imur kontra kull ħsieb demokratiku

ROBERT

MUSUMECI

Donnu għadu ma għarafx li l-mod kif issir il-politika nbidel bil-kbir

FELIX AGIUS

Għandu mġiba ta’ wieħed li jitlef il-paċenzja għal kull xejn bħat-tfal, iktar milli ta’ prim ministru

MARTIN SCICLUNA


08 28|08|2016

kullhadd.com

LOKALI

IKTAR KUMPANIJI QED JIKSBU L-MARKA TAL-UGWALJANZA • SERĦAN IL-MOĦĦ GĦAL 16,130 ĦADDIEM

ALEANDER BALZAN aleander.balzan@one.com.mt Huma 64 il-kumpaniji li kisbu l-Marka tal-Ugwaljanza kemm ilu li nbeda dan il-proċess. Bejniethom dawn il-kumpaniji jħaddmu 16,130 impjegat li b’hekk dawn għandhom serħan il-moħħ li l-post tax-xogħol tagħhom joffri garanzija ta’ ugwaljanza bejn is-sessi kif ukoll fl-aċċess u l-provvista taloġġetti u servizzi fuq il-post taxxogħol, skont kriterji li huma stabbiliti mill-Kummissjoni Nazzjonali għall-Promozzjoni tal-Ugwaljanza. Seba’ kumpaniji ngħataw dan iċ-ċertifikat għall-ewwel darba fl-aħħar jiem, u disgħa oħra kellhom dan iċ-ċertifikat ikkonfermat. Il-kriterji biex entità tikkwalifika għall-Marka tal-Ugwaljanza huma li timplimenta policy dwar l-ugwaljanza u l-fastidju sesswali u li tieħu miżuri li jassiguraw opportunitajiet indaqs fir-reklutaġġ u filprattiki tax-xogħol, kif ukoll fl-opportunitajiet għall-iżvilupp personali u tal-karriera talimpjegati.

Biex tikkwalifika, kumpanija trid taħtar persuna mill-impjegati li tkun rappreżentant jew rappreżentanta tal-ugwaljanza u li timplimenta miżuri favur il-familja kemm għan-nisa kif ukoll għall-irġiel li għandhom responsabbiltajiet tal-familja. Dawn il-miżuri jmorru oltre minn dak li huwa obbligatorju bil-liġi u jgħinu lill-impjegati jkollhom bilanċ bejn ix-xogħol u l-familja. Kumpanija trid tassigura wkoll li l-aċċess

u l-provvista tal-oġġetti u s-servizzi li l-entità jkollha jkunu aċċessibbli b’mod ugwali kemm għan-nisa kif ukoll għallirġiel.Dan kollu għandhom jagħmluh kemm kumpaniji privati kif ukoll dipartimenti u entitjajiet pubbliċi u l-Marka talUgwaljanza mhijiex ċertifikat ta’ darba li tieqaf hemm. Minħabba li ċ-ċertifikazzjoni hija proċess, meta kumpanija tibgħat l-applikazzjoni mimlija, l-NCPE tibda bl-evalwazzjoni

tagħha. Fil-parti l-kbira tal-każi, l-NCPE tagħmel laqgħat ma’ rappreżentanti tal-entitajiet jew id-dipartimenti fejn jiġu diskussi prattiki li diġà hemm fl-entitajiet u tgħin biex jiġu żviluppati l-policies u l-istrutturi neċessarji sabiex jintlaħqu l-kriterji għaċċertifikazzjoni. Huwa biss wara li dan ilproċess jitlesta li l-applikazzjoni tiġi ppreżentata quddiem kumitat li jiddeċiedi dwar iċċertifikazzjoni. Iċ-ċertifikat talMarka tal-Ugwaljanza hu validu għal sentejn. Wara li jgħaddu dawn is-sentejn, l-NCPE tagħmel kuntatt mal-entitajiet biex isirilhom ir-riċertifikazzjoni tal-Marka tal-Ugwaljanza. Hawnhekk, l-NCPE tiċċekkja li l-impenn li kien ittieħed meta l-entità ħadet il-Marka talUgwaljanza jkun fil-fatt inżamm. F’dan il-proċess l-NCPE tagħti ukoll taħrig dwar l-ugwaljanza lil numru ta’ nies li jaħdmu f ’dik l-entità. Min jiġi ċċertifikat jew riċertifikat bil-Marka talUgwaljanza jista’ juża l-logo talNCPE fil-marketing kif ukoll firreklamar kollu li jinħareġ, inkluż f ’dak għal postijiet tax-xogħol.

Il-ħaddiema jgawdu, kumpanija wkoll

il-

Filwaqt li f ’każi bħal dawn ilħaddiema jgawdu minn serħan il-moħħ ta’ ċertu standards li saħansitra jmorru aktar minn dak li tipprovdi l-liġi, anke l-kumpanija tgawdi. Fosthom igawdu mirreputazzjoni li jkunu kisbu permezz ta’ din il-Marka tal-Ugwaljanza tpoġġihom f ’pożizzjoni aħjar biex jattiraw impjegati li juru kreattività u ħiliet akbar. Skont riċerka li saret, jista’ jkun li twassal għal aktar profittabbiltà – diversità ta’ sessi f ’kull livell tal-entitajiet, inkluż fil-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet ifisser li jkun hemm żvilupp ta’ aktar perspettivi innovattivi bbażati fuq il-ħiliet u l-esperjenzi differenti kemm tan-nisa kif ukoll tal-irġiel, u b’hekk ikunu jistgħu jilħqu l-bżonnijiet u l-aspettattivi talklijenti tagħhom. Jirriżulta wkoll li l-aċċess ugwali għall-miżuri favur il-familja jgħin lill-entitajiet biex iżommu l-impjegati tagħhom u għalhekk inaqqsu n-nefqa tarreklutaġġ u tat-taħriġ, filwaqt li l-lealtà tal-impjegati tikber.

L-EBDA MULTI GĦALL-UŻU TAL-KORSA TAŻ-ŻWIEMEL F’GĦAWDEX

IL-PRESIDENT TAL-GHRA

Ittra anonima li ntbagħtet lilna minn diletttant Għawdxi tażżwiemel, fejn allega li s-sidien taż-żwiemel Għawdxin kienu qed jintalbu jħallsu multa ta’ €150 biex jużaw il-korsa taż-żwiemel fl-istess gżira, kienet imxejna għalkollox mill-President talGozo Horse Racing Association (GHRA) Mary Mifsud Micallef. Ikkjarifikat li din hija biss miżata li qed tintalab titħallas biss jekk is-sidien Għawdxin ma jsuqux il-bhejjem tagħhom sa massimu ta’ erba’ darbiet minn madwar għoxrin attività u tiġrija li ssir fit-trakka ta’ Għawdex kull staġun. Dan wara li dawn l-istess sidien ikunu għamlu użu misservizzi kollha li toffri tali trakka, fosthom il-ħasil u t-taħriġ li jingħata lil dawn l-istess bhejjem. Qalet ukoll li dawk li qed jopponu din il-miżura huma minoranza ta’ tliet stalel jew massimu ta’ erbgħa, mhux aktar, għax il-bqija tal-Għawdxin kollha kkompetew f ’xi tiġrijiet. “Kienu wkoll avżati permezz ta’ ittra fid-djar” Il-President tal-GHRA sostniet ukoll li s-sidien kienu avżati wkoll permezz ta’ ittra fiddjar għal darbtejn, u anke fil-

Ritratt: PAUL SCICLUNA

programmi li jkun hemm waqt it-tiġrijiet, apparti li din il-miżura kienet issemmiet ukoll fil-laqgħa li ssir bejn il-kumitat u l-membri. “Aħna għednielhom fil-laqgħa. X’nagħmlu? Ngħollu r-ramel? Jew nagħmlu tip ta’ miżura oħra? Żewġ sidien li kienu preżenti qalu li huma leali lejn ilkorsa ta’ Għawdex, imma jirkbu kemm Għawdex u kemm Malta. Allura l-kumitat flimkien massidien stabbilixxa policy li tgħid li kull min iħaddem il-korsa ta’ Għawdex għandu jipparteċipa erba’ darbiet f ’tiġrijiet minn madwar 20 li jsiru f ’sena. Jekk le,

laqgħa annwali dan ix-xahar fejn tlaqqgħu s-sidien, il-ġerrejja u d-dilettanti kollha tal-bhejjem, fejn ingħad lilhom x’policy se tkun qed tittieħed biex it-trakka ta’ Għawdex tinżamm fi stat tajjeb kemm jista’ jkun għax din tinvolvi ħafna spejjeż. Filwaqt li tenniet mill-ġdid li s-sidien fit-trakka ta’ Għawdex, is-sidien u s-sewwieqa għandhom il-faċilitajiet meħtieġa, tant li xħin jiġu hemm se jsibu post fejn iżommu ż-żiemel u jaħsluh. Sostniet ukoll li x-xogħol tal-kumitat hu li jżomm id-dixxiplina ġenerali.

“Nixtiequ nwaqqfu jintalab iħallas il-miżata ta’ €150 akkademja” li tkopri l-ispejjeż tat-trakka mix-xewqiet talu l-manutenzjoni,” spjegat il- Waħda President tal-GHRA hi li President tal-GHRA. titwaqqaf akkademja ta’ min Xogħolna li nżommu irid jitgħallem isuq iż-żwiemel, speċjalment għat-tfal, tant li d-dixxiplina hemm ġenituri li qed jitolbu Il-President tal-GHRA spjegat biex tinfetaħ din l-iskola ukoll li s-sewwieqa Għawdxin saħansitra anke għat-tfal li jbatu kollha u kull min għandu żiemel bl-awtiżmu għax il-horse riding u jsuqu fil-korsa tal-Marsa, huwa ta’ għajnuna għalihom. “Aħna qed naraw kif din qed iħallas €120 fis-sena lill-klabb ta’ Malta, meta fil-verità l-ebda timxi f ’Malta. Responsabbli Għawdxi ma jħaddem u jħarreġ minnha hemm iċ-Chief of il-bhejjem tiegħu f ’Malta. Sports Anton Pace li, flimkien Żiedet tgħid li l-kumitat għamel ma’ oħrajn, diġà jieħu ħsieb

l-Akkademja tal-Marsa,” fissret il-President tal-GHRA. Sar upgrading f ’Ta’ Xħajma Qalet ukoll li f ’Ta’ Xħajma sar tindif kbir u upgrading flaffarijiet kollha li hemm bżonn, fejn issa qed ikunu organizzati l-affarijiet fejn l-istalel biex ikunu jistgħu jużawhom issidien, qed isir anki xogħol relatat mal-ilma, żebgħa, madum u dak kollu li hemm bżonn. Fl-aħħar nett, il-President tal-GHRA rringrazzjat lil dawk kollha li tawha s-sapport f ’dan iż-żmien ta’ sfida, kemm għaliha personali u anke għallkumitat, tant li esprimiet ixxewqa li l-affarijiet ikomplu mexjin kif inhuma fuq il-binarji li ħallew is-suċċessi. “Aħna qed naħdmu sew mal-Kumitat ta’ Malta, maċChairman Edwin Borg flimkien ma’ Tony Demanuele, u anke ma’ Tommy Cunningham, u mexjin sewwa magħhom. Dan kollu wassal biex ikun hemm kordinament sħiħ u tajjeb tant li aħna stess qed insibu ħafna għajnuna mingħandhom,” temmet tgħid il-President talGHRA.


LOKALI

kullhadd.com

28|08|2016 09

SKEMA LI TIRREGOLA B’ĠUSTIZZJA liġi.

ALEANDER BALZAN

aleander.balzan@one.com.mt

L-iskema ta’ regolarizzazzjoni li nediet l-Awtorità tal-Ippjanar din il-ġimgħa ġibdet l-interess ta’ bosta familji li huma interessati jirranġaw xi irregolaritajiet li għandhom fi djarhom. Biex hekk jirriżulta li se jkun hemm eluf ta’ każi li deċiżjoni definittiva dwarhom mistennija tittieħed għall-ewwel darba. Uffiċjal tal-Awtorità tal-Ippjanar ikkonferma malgazzetta KullĦadd li fl-ewwel ħamest ijiem daħlu seba’ applikazzjonijiet b’mod sħiħ u madwar 36 oħra qegħdin ikunu proċessati. Dan filwaqt li fl-uffiċini talAwtorità ma waqfu xejn ittelefonati u l-emails ta’ persuni jitolbu tagħrif dwar din l-iskema. Skema li trid tgħin lil min illum qed isib diffikultà biex ibigħ ilproprjetà tiegħu għax ix-xerrejja ma jkunux jistgħu jingħataw

self biex jixtru proprjetà li fiha hemm xi irregolaritajiet. Ir-regolarizzazzjoni mhux biss tgħin sabiex tiffaċilita l-bejgħ, iżda awtomatikament iżżid ilvalur tal-proprjetà. Minkejja dan, hemm regoli stretti bilġirien u partijiet interessati jkollhom id-dritt tal-oġġezzjoni

bħal f ’kull applikazzjoni oħra. Saħansitra jekk fejn qed issir talba biex ikun regolat hemm avviż ta’ infurzar, il-persuni li jkunu rrappurtaw l-illegalità u għalhekk waslu għal dak l-avviż se jkunu mgħarrfa mill-Awtorità li tkun daħlet applikazzjoni għal regolarizzazzjoni. F’kull

applikazzjoni t-tagħrif se jkun ippubblikat ukoll fil-Gazzetta tal-Gvern u s-sit elettroniku talistess Awtorità. Is-smigħ se jkun ukoll wieħed pubbliku u l-bord li jirregola żvilupp ikun jista’ jitlob ukoll li jkun hemm tibdil bil-għan li kollox ikun iktar konformi mal-

Kull applikazzjoni ta’ regolarizzazzjoni se tkun soġġetta għall-ħlas li jvarja skont it-tip ta’ proprjetà u l-użu. Jekk l-applikazzjoni ma tkunx aċċettata, 90% tal-ħlas jingħata lura. Permezz ta’ dawn irregolamenti se tingħata opportunità unika lis-sidien ta’ proprjetà biex jirregolarizzaw żviluppi mhux sanzjonabbli u mhux konformi mal-liġi ġaladarba jinsabu fil-konfini ta’ żoni ta żvilupp. Però, l-Awtorità tal-Ippjanar se tikkunsidra biss regolarizzazzjoni ta’ żvilupp illegali eżistenti, jekk il-bini jew struttura ma tirriżultax li hi injury to amenity,. Biex tkun aċċettata, fejn jidħol l-imsemmi użu taliżvilupp, irid ikun konformi mal-policies u r-regolamenti tal-ippjanar attwali u ebda applikazzjoni ODZ mhu se tkun aċċettata. Ara wkoll l-Editorjal f ’paġna 13.

IKTAR INTERVENTI KIRURĠIĊI FIL-MOSTA • PROĊEDURI LI QED INAQQSU MIL-LISTI TA’ STENNIJA

Fl-ewwel seba’ xhur tas-sena fiċ-Ċentru tas-Saħħa talMosta saru iktar minn 900 intervent kirurġiku b’150 operazzjoni, uħud minnhom ikunu ta’ natura ortopedika. B’hekk, kollox qed jindika li wara s-suċċess tas-sena li għaddiet din is-sena se jkunu saru iktar interventi bit-total tas-sena l-oħra jinqabeż u għalhekk ikomplu jonqsu l-listi ta’ stennija. Il-Ministru għas-Saħħa Chris Fearne spjega li f ’dan it-teatru jsiru operazzjonijiet varji, fosthom interventi ta’ dermatoloġija, oftalmoloġija u operazzjonijiet minuri. “F’dan it-teatru jsiru numru ta’ operazzjonijiet minuri, fosthom ta’ kirurġija, ortopedija u anke ġinekoloġija. Fl-ewwel sena li beda jopera dan it-teatru saru fih xejn inqas minn 500 operazzjoni, filwaqt li s-sena

li għaddiet l-ammont ta’ interventi tela’ għal 1,300. Dawn huma operazzjonijiet li qabel wieħed kien idum jistenna għalihom peress li kienu jsiru fl-Isptar Mater Dei.”

Fisser kif, iktar ma jonqsu l-listi ta’ stennija, iktar ilpazjenti se jkunu qed jinqdew f ’inqas ħin. “Fl-istess waqt, it-teatri tal-operazzjonijiet tal-Isptar Mater Dei qed ikunu jistgħu jintużaw sabiex

fihom isiru interventi medji u maġġuri,” iddikjara l-Ministru Fearne. Dan kollu għandu storja – storja ta’ suċċess ta’ amministrazzjoni li bidlet kif isiru l-affarijiet. Dan għax, qabel l-elezzjoni tal-2013, ilPartit Nazzjonalista fil-Gvern ipprova jbenġel biċċa xogħol ta’ kafkaf biex jagħti x’wieħed jifhem li qed ikunu proattivi fis-soluzzjoni tal-listi twal ta’ stennija. Listi li kien ilhom jakkumulaw għal diversi snin taħt gverninjiet immexxijja minhom stess. Kien dak iżżmien li ppruvaw jiftħu teatru tal-operazzjonijiet fiċ-Ċentru tas-Saħħa tal-Mosta imma x-xogħol li għamlu tant kien gwapp li kellu jkun il-Partit Laburista fil-Gvern li rranġa dan it-teatru mill-qiegħ b’dak kollu li kien hemm bżonn u b’hekk bdew isiru fih l-interventi kirurġiċi.

Fearne qal li llum dan it-teatru qed jikkumplimenta x-xogħol kirurġiku tal-Isptar Mater Dei u qed ikun strumentali biex pazjenti jinqdew iktar malajr. “L-amministrazzjoni preċedenti kienet taf kemm ilpoplu kien xeba’ jisma’ skużi fil-qasam tas-saħħa. Skużi dwar il-mijiet ta’ mediċini out of stock, skużi fuq sodod filkurituri u skużi wkoll fuq illisti ta’ stennija fejn pazjenti kien ikollhom jistennew snin anke biex issirilhom operazzjoni minuri. Kien għalhekk li, qabel l-elezzjoni tal-2013, ippruvaw jiftħu teatru tal-operazzjonijiet fiċĊentru tas-Saħħa tal-Mosta, imma lanqas dak ma kienu kapaċi jagħmlu. Kien il-Partit Laburista fil-Gvern li lesta dan it-teatru bl-apparat kollu meħtieġ u b’hekk bdew isiru fih l-operazzjonijiet sa minn kmieni fl-2014.”


10 28|08|2016

kullhadd.com

AĦBARIJIET

FATTIBBLI LI L-KONT TAD-DAWL TIEGĦEK JIĠIK ŻERO! • L-ISKEMI TAL-€5 MILJUN NBELGĦU U T-TOP UP TA’ €2 MILJUN WASLET BIEX Kitba ta’ NEIL AZZOPARDI FERRIGGI u GLEN FALZON Tista’ tgħid li kull familja f ’Malta u Għawdex tieħu gost li ma tħallasx kontijiet tad-dawl, aktar u aktar meta sa tliet snin ilu l-kontijiet tad-dawl u l-ilma kienu mgħola s-smewwiet. Madankollu, minkejja li l-Gvern preżenti naqqas dawn il-kontijiet b’medja ta’ 25%, tista’ tkun fattibbli li l-kont mhux talli jiġik irħas, iżda talli jista’ jiġik żero u saħansitra taħt iż-żero fejn, fil-każ talaħħar, il-konsumatur jingħata l-flus lura. Dan kollu jista’ jsir jekk inti tagħżel li tinvesti filpannelli fotovoltajċi permezz tal-għadd ta’ skemi offruti mill-Gvern. Sostniet dan ma’ din ilgazzetta Deborah Schembri li tmexxi s-sezzjoni tal-Enerġija Rinovabbli fi ħdan il-Malta Developers’ Association

(MDA), li wkoll għandha n-negozju tagħha f ’dan issettur. Schembri qalet li “meta jiġi klijent domestiku, il-mira tiegħu hu li jnaqqas il-kont tad-dawl u, jekk jista’ jkun, iġibu żero. Bil-pannelli, illum nafu li dan huwa fattibbli u li dan jista’ jsir. Fil-ġurnata tal-lum anke hemm familji li għandhom kontijiet li jiġuhom taħt iż-żero, u jkollhom anke credit; jiġifieri jkollhom anke flus x’jieħdu lura fuq is-sistemi tagħhom,” ikkonfermat Schembri.

l-iskemi tal-Gvern dejjem qed jagħtu imbutattura aqwa biex jintlaħaq il-potenzjal massimu.” Żiedet tgħid ukoll li, jekk wieħed iħares lejn il-pay back period u jara li dan ikun wieħed li jagħmel sens, imbagħad ikollok il-grants li aktar u aktar se jgħin biex dan l-investiment jasal lura għand il-klijent bl-aktar mod faċli. “Meta mbagħad għandek l-aspett kummerċjali, wieħed ikun qiegħed iħares lejn żewġ affarijiet: għandek setturi fin-negozju li jmorru għall-PVs fl-istabbilimenti L-iskemi tal-Gvern qed tagħhom, kemm biex jaqtgħu jagħtu imbuttatura l-ispejjeż tad-dawl u hemm min jagħmilhom purament Schembri qalet ukoll li, kieku biex ikollhom investiment.” kellha tqabbel ma’ meta n-negozju tagħha beda joffri Inbela’ kollox f ’ħames dan is-servizz xi għaxar ġimgħat snin ilu, id-domanda llum qiegħda kulma jmur dejjem Mitluba tikkummenta fuq tiżdied. “Dan aktar u aktar il-fatt li l-Gvern alloka €2 fi żminijiet meta għandek miljun oħra f ’dawn l-iskemi, il-grants għaddejjin; jiġifieri Schembri qalet li din tagħmel

id-differenza kollha għax “meta ħsibna li l-grants kważi kollha spiċċaw – ħames miljuni nbelgħu fi ftit ġimgħat – li terġa’ jkollok imbagħad żewġ miljuni oħra bħala top up, tagħmel differenza kbira.” Dan kollu għall-ġid talpubbliku, għax reġa’ rrikorra għaliha, tant li dawn iż-żewġ miljuni kważi meħudin ukoll; u kemm għan-negozji bħala service providers f ’dan is-settur li għenithom biex ikomplu għaddejjin b’andament stabbli fuq xogħolhom. Fuq is-settur tal-enerġija, Schembri qalet li dan dejjem kompla jinfetaħ u jikber u s’issa dejjem morna ’l quddiem, u l-istrateġija tal-Gvern turi li aħna differenti minn pajjiżi oħrajn, fejn forsi pajjiżi oħrajn għaġġlu daqsxejn u forsi tfixklu xi ftit f ’saqajhom ukoll. “Dawn l-aħħar ftit snin il-proċess kien wieħed meqjus u, infatti, aħna wieħed mill-ftit pajjiżi li l-kuntratti qed jiġu onorati mill-Gvern, u dik hija vantaġġ għalina.” Kompliet issostni li issa rridu nħarsu ’l quddiem għax illum hemm prodotti oħrajn f ’dan is-settur li jistgħu jiġu introdotti biex jieħdu ċerti skemi u grants. “Nisperaw li bid-diskussjonijiet li qed isiru mill-MDA mal-Gvern, dan it-tagħmir jiġi introdott għal ċerti skemi ta’ benefiċċju għal kulħadd.” Titlifx din l-opportunità Fl-aħħar nett, Schembri għamlet appell għal dawk ilfamilji li forsi għadhom ftit xettiċi dwar dan l-investiment. “Ftit taż-żmien ilu n-nies kienu jibqgħulek xettiċi għax ma kinux jafu r-riżultat. Illum għandna l-provi, u bħala pajjiż qegħdin f ’pożizzjoni mill-aqwa biex nipproduċu enerġija nadifa mill-PVs, fejn saħansitra kien hemm min ried iżidhom ukoll.” Temmet tgħid li, minħabba l-fatt li l-prezzijiet naqsu u l-iżvilupp f ’dan is-settur żviluppa b’mod li l-prezzijiet setgħu jorħsu, il-pay back period sar aktar mgħaġġel, fejn illum titħallas lura wara erba’ jew ħames snin, b’kuntrast ma’ qabel li d-dewmien kien ilaħħaq madwar tmien snin. “It-teknoloġija avvanzat u bil-grants tal-Gvern vera m’għandekx titlef din l-opportunità!” Il-GRTU sodisfatta settur tal-enerġija

bis-

Intant, il-GRTU tinsab sodisfatta bl-iżviluppi fissettur tal-enerġija rinovvabli

f ’pajjiżna. Dan wara li l-Kummissjoni Ewropea approvat il-pjanijiet talGvern Malti f ’dan il-qasam u kif ukoll il-Gvern Malti żied l-allokazzjoni għal għajnuniet fuq il-pannelli fotovoltajċi b’€2 miljun. Il-GRTU laqgħet b’ sodisfazzjon l-aħbar li l-Kummissjoni Ewropea approvat skemi ta’ appoġġ mill-Gvern Malti għallenerġija rinovabbli f ’pajjiżna. Permezz ta’ dawn l-iskemi se tkun qed tiżdied ilproduzzjoni tal-elettriku minn sorsi aktar nodfa skont il-miri tal-Unjoni Ewropea. Dwar din l-aħbar tkellimna mal-President tas-Sezzjoni tal-Enerġija Rinovabbli fi ħdan il-GRTU, Noel Gauci. Dan sostna li din hija “aħbar tajba ħafna; jiġifieri kemm filverità Malta hija waħda millftit pajjiżi fl-Unjoni Ewropea li ġew approvati. Dan ifisser li issa Malta tista’ tinstalla impjanti kbar ta’ aktar minn 1MW b’feed in tarif li tagħmel sens għall-investituri”. Aktar fondi allokati għall-pannelli fotovoltajċi Gauci jinnota wkoll il-fatt li l-Gvern Malti żied il-fondi allokati għall-iskema talpannelli fotovoltajċi. Dan wara li kienu allokati €15-il miljun maqsuma fuq tliet pakketti. Madankollu, iddomanda għal din l-iskema kienet tlaħħaq ’il fuq millammont ta’ kull pakkett u għalhekk il-Gvern ħass li għandu jagħmel dan il-pass. “Tkellimna mal-Ministru Mizzi u wasalna fi qbil illi min laħaq applika jkun moqdi u biex dan isir kien hemm bżonn €2 miljun oħra. IlMinistru Mizzi aċċetta dak li konna qed ngħidu aħna u ż-€2 miljun ħarġu,” sostna Pace. Gauci jgħid li dan is-suċċess huwa frott ix-xogħol siwi li qed jagħmel il-Gvern filqasam tal-enerġija; settur li ttieħed bis-serjetà sa mill-bidu ta’ din il-leġiżlatura. “Qegħdin naħdmu tajjeb ħafna. Dejjem qed ngħidu: think small first; jiġifieri: aħseb fin-negozjanti ż-żgħar u tmurx għal proġetti li tiekol minnhom kumpanija waħda biss, u ara li l-impjegati u n-negozji kollha jkollhom xogħol biżżejjed,” qal ilPresident tas-Sezzjoni talEnerġija Rinovabbli fi ħdan il-GRTU. Fuq kollox hu temm jgħid li dan kollu qed iwassal biex pajjiżna jkun pass eqreb li jilħaq il-miri tas-sena 2020 filqasam tal-enerġija.


AĦBARIJIET

kullhadd.com

28|08|2016 11

“SUĊĊESS BLA PREĊEDENT LI JIXPRUNA WKOLL SUĊĊESS F’OQSMA OĦRA”

Paul Bugeja, CEO, MTA

• L-APPLIKAZZJONIJIET GĦAL BOUTIQUE HOTELS KWAŻI TTRIPPLAW FL-AĦĦAR TLIET SNIN IKKUMPARAT MAT-TLIETA TA’ QABEL • LIVELL TA’ OKKUPANZA TAL-BOUTIQUE HOTELS QRIB JEW OGĦLA MINN 80% LIAM GAUCI lejn pajjiżna – ukoll qed tħalliam@kullhadd.com li l-frott mixtieq.” Bugeja sostna li fil-qasam Is-sena 2016 kienet waħda tal-akkomodazzjoni, il-bouli l-Ministru għat-Turiżmu tique hotels jilħqu dawn iżEdward Zammit Lewis id- żewġ oġġettivi prinċipali, deskriva f ’diskors li għamel u l-Awtorità Maltija għatftit tal-ġimgħat ilu bħala Turiżmu b’mod pożittiv qed waħda li fiha rajna riżultati tara livell ogħla fl-industrija straordinarji. Fil-fatt, dawn turistika biż-żjieda tal-lukanir-riżultati qabżu anke l-as- di boutique, kemm fil-bliet pettattivi pożittivi li diġà kel- kif ukoll fl-irħula madwar lu l-Gvern hekk kif, fl-ewwel il-Gżejjer Maltin. Jirriżulta ħames xhur ta’ din is-sena, wkoll li t-turiżmu qed jinfirajna żieda ta’ 11% fl-am- rex u mhux ikun iffukat fi mont ta’ turisti li żaru pajjiż- ftit postijiet biss. “Id-domanda għall-akkona meta kkumparat mal-istmodazzjoni f ’lukandi ta’ ess perjodu tal-2015. dan it-tip dejjem qed Aspett dejjem aktiżdied u huwa tar importanti ta’ ta’ pjaċir u ta’ dan is-settur sodisfazzhuma l-boujon li ħafna tique hotels. imprendiDan it-tip turi qed ta’ lukanjirrikorru di joffru atmosfera għall-inintima vestiment b’ser vizzi sostanzjali aktar perta’ dan itsonalizzati tip ta’ prominn dawk li dott,” saħaq wieħed ġeneralBugeja. ment jara fl-lukandi Huwa qal ukoll akbar. Il-kunċett ta’ boutique li, għalkemm m’hemmx hotels ikkumplimenta b’mod persentaġġi speċifiċi dwar tajjeb l-għan tal-Gvern l-okkupanza f ’lukandi boupreżenti li jattira aktar tique, il-medja annwali ta’ okturiżmu ta’ kwalità li tkompli kupanza fil-lukandi f ’pajjiżtegħleb l-isfida tal-istaġjon- na hija ta’ bejn 70% u 80%. alità ta’ pajjiżna. “B’dawn ic-ċifri nassumu Il-gazzetta KullĦadd tkell- li f ’lukandi boutique hemm met mas-CEO tal-Awtorità l-istess livell ta’ okkupanMaltija tat-Turiżmu (MTA) za, jekk mhux aktar, peress Paul Bugeja biex tifhem aħ- li jinkludu numru iżgħar ta’ jar x’impatt qegħdin ikoll- kmamar.” hom dan it-tip ta’ lukandi Bugeja spjega li jekk inħarsu fuq l-ekonomija Maltija u lejn in-numri naraw li, bejn x’inhi t-triq ’il quddiem biex l-2013 u l-2016, mill-MTA is-settur tal-akkomodazzjoni għaddew madwar 82 proġett li għandhom il-potenzjal li ta’ kwalità jkompli jikber. jsiru boutique accommodation. Għaxra minn dawn jinsaFiguri rekord bu f ’Għawdex. Jekk wieħed Bugeja spjega li f ’pajjiżna iqabbel din il-figura mat-tliet kulħadd jaqbel li qegħdin snin ta’ qabel, jiġifieri millngħixu żminijiet pożittivi 2010 sal-2012, isib li n-numgħas-settur tat-Turiżmu. ru ta’ proġetti kien jammonHuwa tenna wkoll li, bħalma ta għal madwar 30. “Din kienet ta’ qabilha, din is-sena il-qabża hija frott tat-tkabbir qed tkun waħda eċċezzjona- tal-ekonomija f ’pajjiżna li li għat-turiżmu f ’pajjiżna; għaddejja b’ritmu tajjeb ħafsuċċess li ġie sostnut mill- na,” tenna s-CEO tal-Awfatt li esperjenzajna riżultati torità Maltija tat-Turiżmu. tajbin ferm fix-xhur xitwin. “Dan kollu qed jgħin biex Investiment konsiderevoli waħda mill-isfidi prinċipali għall-avvanz ta’ din l-in- L-aktar lokalitajiet li fihom dustrija, jiġifieri l-isfida qegħdin jintalbu permessi tal-istaġjonalità, qed tiġi in- għall-ftuħ ta’ boutique hotels dirizzata b’suċċess. Ħidma huma l-Belt Valletta, ir-Rammirata lejn sfida ewlenija bat, l-Isla, il-Birgu, Bormoħra fit-turiżmu – dik li nat- la, l-Imdina, iż-Żejtun u tiraw aktar turisti ta’ kwalità Tas-Sliema u l-indikazzjoni-

L-isfida tal-istaġjonalità qiegħda tiġi indirizzata b’suċċess

jiet qegħdin juru b’mod ċar li dawn l-investimenti qegħdin jikkontribwixxu għar-riġenerazzjoni ta’ dawn il-lokalitajiet. “Is-settur privat qed jinvesti b’mod konsiderevoli f ’dan it-tip ta’ lukandi u huwa ta’ pjaċir kbir li wieħed jinnota li ħafna minn dawn il-binjiet huma restawr ta’ bini antik abbandunat li żgur jirrikjedi ammont sostanzjali ta’ xogħol u investiment. Dan jagħtina sodisfazzjon li l-wirt storiku ta’ pajjiżna qed ngħixuh fl-industrija tatturiżmu u l-viżitaturi barranin jistgħu jgawdu u jkunu parti minn dan il-ġawhar storiku,” tenna Bugeja. B’konsegwenza ta’ dan ilfatt, l-MTA hija tal-fehma li

Fl-istess waqt, il-liġi l-ġdida li ġiet riveduta, qed timxi ’l quddiem u tirrikkonoxxi b’mod uffiċjali dan it-tip ta’ akkomodazzjoni. Fir-rigward ta’ Għawdex, il-pjan huwa simili u jimxi bħal dak ta’ Malta. Bugeja spjega li l-Awtorità qiegħda tħeġġeġ lis-settur privat biex ikollu aktar lukandi ta’ dan it-tip għax id-domanda mit-turisti kulma tmur qed tkompli tiżdied. Huwa saħaq li dan jassigura livell għoli u ta’ kwalità. Sadanittant, l-MTA qiegħda tantiċipa li, jekk kollox jibqa’ sejjer bir-ritmu preżenti, pajjiżna għandu jkollu aktar lukandi ta’ dan it-tip u d-domanda mit-turisti tkompli tiżdied, dejjem jekk inżommu livell għoli u ta’ kwalità. “Dawn ir-riżultati jikkommettu u jagħtu aktar kuraġġ lil min hu involut fit-turiżmu, dan it-tip ta’ lukandi qegħdin fejn dan is-settur huwa l-mujikkontribwixxu fl-ekonomi- tur tal-ekonomija Maltija. ja ta’ pajjiżna u jagħtu Din it-triq qed twasl-opportunità li sal għal suċċess l-benefiċċju bla preċedent ekonomiDin il-qabża hija f ’dan is-setku mittur li jixprufrott tat-tkabbir turiżmu na wkoll jinfirex suċċess tal-ekonomija b’mod f ’oqsf ’pajjiżna li aktar wima oħra, esa’. p artikogħaddejja Sadanitlarment b’ritmu tajjeb tant, l-Awfi tkabbir torità ħadet e konomiħafna u qed tieħu ku, f ’żiediversi inizjatda fl-impjiegi, tivi biex jiġi inċenf ’aktar investiment tivat l-investiment fil-boufl-industrija u fin-negozji, tique hotels. Fost l-oħrajn, hija u aktar flus fil-but u kwalità qiegħda taħdem fuq politi- ta’ ħajja aħjar għall-familji ka dwar l-iżvilupp fl-Urban Maltin u Għawdxin,” temm Conservation Areas (UCA). jgħidilna Bugeja.

KARATTERISTIKI TA’ BOUTIQUE HOTEL

– – – –

Numru żgħir ta’ kmamar; normalment mhux aktar minn 100 kamra Jinsabu f ’bini ta’ preġju storiku jew arkittettoniku Atmosfera aktar intima minn dik li jkun hemm f ’lukandi kbar Servizz personalizzat għall-gosti ta’ kull klijent


12 28|08|2016

kullhadd.com

FEJN JAQBEL JILBES IL-VELU TAL-QDUSIJA

MARIO FAVA President Sezzjoni Kunsilliera PL

Kont sorpriż mhux bil-ftit meta xi jiem ilu qrajt li l-eksSindku Nazzjonalista, u ħu Beppe Fenech Adami, instab ħati ta’ diversi nuqqasijiet fiż-żmien meta kien imexxi l-Kunsill Lokali ta’ Birkirkara. Dan għal diversi raġunijiet fosthom minħabba l-fatt li jien lil Michael Fenech Adami nafu bħala membru fl-Eżekuttiv tal-Assoċjazzjoni tal-Kunsilli Lokali fejn kull darba li jkun hemm diskussjoni dwar xi kuntratt, kemm jekk ta’ ħaddiema, kemm jekk ta’ xi konsulent kif ukoll għal kull tip ta’ xiri ta’ servizz, dan ikun l-iktar wieħed li jinsisti li l-affarijiet isiru sew, li ma jkunx hemm abbużi u li jkun hemm deċiżjoni tal-Eżekuttiv qabel kull deċiżjoni li tittieħed. Michael Fenech Adami jkun minn tal-ewwel li jinsisti li kull ħaġa li tkun se tiġi diskussa trid tkun imniżżla fuq l-aġenda tal-laqgħa. Ikun minn tal-ewwel li joffri ruħu biex ikun fuq kull bord ta’ għażla jew aġġudikazzjoni għal xi proġett Ewropew jew deċiżjoni oħra li tirrigwardja l-operat tal-Assoċjazzjoni talKunsilli Lokali. Allura ma stajtx ma nkunx sorpriż b’dak li kkonkluda l-Bord tal-Governanza Lokali. Kif ma stajtx inkun sorpriż meta Michael iġib ruħu b’tant rettezza waqt is-seduti talEżekuttiv tal-Assoċjazzjoni tal-Kunsilli Lokali, imma mbagħad meta kien imexxi hu l-Kunsill Lokali ta’ Birkirkara, Michael Fenech Adami ma mexiex mal-proċeduri stabbiliti biex, pereżempju, jixtri għaxar kontenituri għattindif li twaħħlu f ’diversi żoni madwar Birkirkara, u għamel dan mingħajr ma ġab l-approvazzjoni talKunsill? Xi ħaġa li fiha nfisha tfisser li lanqas biss iddiskuta ma’ sħabu l-kunsilliera u d-deċiżjoni ħadha waħdu. Deċiżjoni li swiet lill-Kunsill kważi €3,000. Dan hu Michael differenti minn dak li naf jien bħala membru tal-AKL! Kif stajt ma nkunx sorpriż meta Michael tant joqgħod attent fil-laqgħat tal-AKL biex ma jinqabiżx l-ammont ta’ direct orders kif stabbilit millliġi jew biex jifli l-iskeda talpagamenti, imbagħad hu meta kien sindku kien jiġi jaqa’ u jqum minn din il-proċedura, tant li l-Bord tal-Governanza sab korrispondenza mibgħuta mill-eks-Segretarju Eżekuttiv indirizzata lid-Direttur għall-

Gvern Lokali sabiex jitolbu direzzjoni dwar dan? L-isbaħ waħda imma, skont dak ippubblikat mill-Bord tal-Governanza Lokali, hija dik tad-tbattil tal-iskips u xi servizzi oħra addizzjonali. Hawn l-eksSindku Nazzjonalista, dak li tant irid kollox bil-miktub fl-AKL, iddeċieda li spiża addizzjonali ta’ €3,000 oħra fix-xahar ma jimmeritax li tiġi diskussa u approvata b’vot waqt seduta tal-Kunsill Lokali li kien imexxi. Minflok, għamel ftehim verbali, waħdu mal-kuntrattur, bil-kuntrattur jippretendi li l-Kunsill il-ġdid jonora dan il-ftehim. Ftehim li kien jimmeritah li tinħareġ sejħa pubblika minħabba l-valur li kien jiswa s-servizz offrut. Minkejja li anke l-awdituri kienu rrimarkaw dwar dan in-nuqqas fir-rapport tagħhom u qalu li skont il-liġi kellha tinħareġ sejħa għallofferta, nistenna li xi ħadd li tant jimxi b’rettezza fl-AKL kellu jkun jaf x’regoli kellu jimxi magħhom u l-proċeduri li kellu jħaddem. Imma anke minkejja li hemm dan irrapport tal-awditur, Michael u Simon qalu li ma jistgħux joqogħdu fuq id-deċiżjonijiet ta’ dan il-Bord. Ejja għal mument naqbel magħhom li ngħid li m’għandniex noqogħdu fuq dak li qal ilBord tal-Governanza, allura nistaqsi lil Simon Busuttil u Beppe: lanqas fuq l-awditur m’għandna noqogħdu dwar dan il-każ? Din il-kummiedja tal-iskips tmur aktar minn hekk għax mhux talli kien hemm dan ilftehim b’mod verbali imma ngħad ukoll fix-xiehda li l-ammont ta’ skips li għalihom kien qed jintalab li jsir il-ħlas lanqas biss kien jikkorrispondi ma’ kemm attwalment kien hemm skips fil-lokalità kollha ta’ Birkirkara. Il-Bord sab li ċerti xogħlijiet tat-toroq ingħataw mingħajr sejħa għall-offerti u mingħajr l-approvazzjoni tal-KL. Ilkiri tal-karozzi u anke talphotocopier bejn l-2010 u l-2013, li swew €84,000, ukoll sar mingħajr sejħa għallofferti. L-istess ġara fix-xiri ta’ mwejjed għall-kompjuters. F’dan kollu tistona l-pożizzjoni tas-Segretarju Eżekuttiv ta’ dak iż-żmien. Waħda mir-responsabbiltajiet ta’ segretarju eżekuttiv hija li jara li l-Kunsill isegwi r-regolamenti finanzjarji li

joħroġu minn Kap 363 tal-Att tal-Kunsilli Lokali. Ma nistax nifhem kif f ’kunsill ikollok persuna proprju responsabbli minn dan u fl-istess waqt tħalli dawn l-affarijiet isiru bla ma tieħu l-passi kollha meħtieġa li tagħtiha l-liġi. M’hemmx dubju li f ’din l-istorja kollha s-Segretarju Eżekuttiv għandu l-parti tal-piż tiegħu xi jġorr, dan sakemm ma kienx qed jinforma b’kollox lid-Dipartiment u dan minnaħa tiegħu kien qed iħalli kollox għaddej. Li issa jiġi Michael Fenech Adami u jgħid li dan ir-rapport huwa biss frott il-mibegħda u vendikazzjoni fil-konfront tiegħu mill-Gvern u s-Sindku preżenti, ma tantx iqabbiżli dmugħ. Dan għax, kif għedt aktar qabel, ħafna minn dawn in-nuqqsijiet u oħrajn li lanqas biss issemmew, repetutament sena wara sena, inġiebu għallattenzjoni tal-eks-Sindku u eks-Segretarju Eżekuttiv, millawdituri fir-rapporti annwali tagħhom. Dan ifisser li, anke jekk wieħed kellu jiskredità lillBord, ma jistax jagħmel l-istess lill-awdituri talKunsill. Dawn m’għandhom l-ebda motiv politiku kontra Michael Fenech Adami. Mhux se nidħol f ’dettall imma rrid infakkar li fuq materji ferm iktar frivoli, fuq rapport tal-istess Bord tal-Governanza, kien hemm sindki Laburisti u Nazzjonalisti li rriżenjaw. Fuq sempliċiment interview ta’ skrivan għal mal-Kunsill Lokali ta’ Bormla, id-Direttur ta’ dak iż-żmien iċċensura u interdettja lis-Sindku ta’ dak iż-żmien Joseph Scerri (il-Pelè) għal ħames snin. X’se nagħmlu llum? X’se jagħmel id-Dipartiment għall-Gvern Lokali llum fil-konfront ta’ Michael Fenech Adami? Dakinhar, ilPartit Nazzjonalista aċċetta d-deċiżjoni tad-Dipartiment u ma ħareġ l-ebda stqarrija. Bħalma aċċetta d-deċiżjoni tal-Bord fuq l-eks-Sindku ta’ Ħaż-Żabbar Quinton Scerri; dakinhar bl-istess membri tal-Bord li ġġudikaw l-aġir ta’ Michael Fenech Adami. U biex ma taħsbux li nsejna, għadni qed nistenna reazzjoni mid-Dipartiment dwar ilkaż tas-Sindku tan-Nadur. Għaddew il-ġimgħat u s’issa għadu ma sar jew, aħjar, ma smajna xejn! U allura l-mistoqsijiet huma ovvji u leġittimi: x’se jagħmel Simon Busuttil quddiem dan kollu? X’se jagħmel ħuh Beppe? Se jibqgħu jiddefendu lil Michael? Se nibqgħu naraw il-velu tal-qdusija waqt illaqgħat tal-Assoċjazzjoni talKunsilli Lokali?

RUBRIKA

X’WETTAQ IL-GVERN… SENA ILU Informazzjoni miġbura minn EMANUEL CUSCHIERI 22 ta’ Awwissu

Tħabbar li d-depożiti fil-banek Maltin żdiedu b’€2 biljun

23 ta’ Awwissu

Waslet it-tieni kunsinna ta’ 40 karozza tal-linja ġdida

24 ta’ Awwissu

Fetaħ l-ewwel investiment barrani f ’Għawdex wara ħafna snin; fetħet il-kumpanija RS2

25 ta’ Awwissu

Il-film By The Sea ħalla €20 miljun flekonomija Għawdxija

26 ta’ Awwissu

Tħabbar li għall-festa ta’ Santa Marija Għawdex kien fully booked

27 ta’ Awwissu

Tħabbar roħs fi 22 mediċina; roħs li tela’ anke sa 48%

28 ta’ Awwissu

Ġie deċiż li l-Isptar San Luqa jerġa’ jingħata l-ħajja


EDITORJAL

kullhadd.com

28|08|2016 13

www.kullhadd.com agħmel kuntatt magħna KullĦadd, ONE Complex A 28 B, Industrial Estate, il-Marsa, MRS3000 editorial@kullhadd.com |+ 356 2568 2571

EDITUR

ĠURNALISTI

Aleander Balzan aleander.balzan@one.com.mt +356 2568 2500

Liam Gauci liam@kullhadd.com +356 2568 2572

Glen Falzon glen@kullhadd.com

SALES U DISTRIBUZZJONI

DISINN TAL-GAZZETTA

Alan Saliba sales@kullhadd.com +356 2568 2573

Leanne Grech

NIFFAĊĊJAW IR-REALTÀ Quddiem problema, diffikultà jew xi ħaġa li mhux sewwa, fid-dinja hemm żewġ għażliet: jew tiffaċċja s-sitwazzjoni, inkella tinjoraha. Jekk hemm karatteristika li tiddistingwixxi lil dan il-Gvern minn ta’ qablu u oħrajn hi dik li ma jiddejjaqx jiffaċċja r-realtà. Kif ktibna proprju għal iktar minn darba f ’dan l-ispazju, dak tal-Prim Ministru Joseph Muscat huwa gvern kuraġġuż li mhux kuntent bl-istatus quo, u dan narawh f ’diversi oqsma. Qasam li jispikka huwa dak tal-ippjanar. Għal snin twal kollox tħalla taħt it-tapit u kulħadd baqa’ fommu mitbuq. Issa li l-Awtorità tal-Ippjanar nediet skema ta’ regolarizzazzjoni kien hemm min lissen diskors favur u min tkellem kontra. Aħna għandna kliem ta’ tifħir għall-mod kif, fl-aħħar, fil-pajjiż qed niffaċċjaw ir-realtà u, filwaqt li l-Awtorità tal-Ippjanar qed iżomm id soda mal-kbir u ma min ab-

buża bil-bosta, qed tati ċans furzar qed iżżidu bil-bosta. Issa nqatgħet linja darba liż-żgħir iġib is-sitwazzjoni għal dejjem biex kollox jiġi tiegħu f ’postha. Fuq kollox, hemm man- skont il-liġi u mhux inħallu dat elettorali għal dan kollu. kollox kif inhu, naħbu kollox L-iskema ta’ regolarizzazz- taħt it-tapit biex ħafna familji joni hi t-twettiq ta’ wegħda jsibu diffikultà meta jiġu biex elettorali u wieħed irid iżomm ibigħu djarhom. Fuq kollox, nifhmu li f ’moħħu li l-iskema tapdin hi deċiżjoni plika biss għal żoni mnebbħa minn fl-iżvilupp gvern li ma Kull applikajimpikax zzjoni ta’ Lil mal-familregolarizji beżlin. zazzjoni Simon Busuttil Jinnota se tkun l-ippjanar qed jikxfu li forsi soġġetta s e t g ħu għal ħlas li kif m’għandu pjan għamlu jvarja skont dwar xejn żball meta it-tip ta’ prom’osservawx prjetà u l-użu. xi regolamenDan hu mod ti iżda, meta dan kif se jsiru l-affarmhux iħalli impatt ijiet minn issa. L-affarijiet li għandhom jiġu rego- fuq l-ambjent tal-pajjiż, inlarizzati, se jiġu regolarizzati utli l-inkejja li tħalli familji li f ’dawn is-sentejn. Minn issa ħadmu iebes biex ikollhom ’l quddiem kulħadd jaf li min id-dar tagħhom u werrieta ma josservax il-liġi se jkun fil-limbu. Il-Gvern għandu soġġett għal azzjoni ta’ in- l-awtorità morali jagħmel dan furzar min-naħa tal-Awtorità mhux biss għax kien hemm tal-Ippjanar. Awtorità li l-in- mandat elettorali, iżda wkoll

għax huwa gvern li ma jippermettix l-abbużi l-kbar; dawk li jħallu impatt fuq l-ambjent ta’ pajjiżna jew is-saħħa tan-nies. Rajna kif aġixxa meta f ’ODZ stalel ta’ żwiemel inbidlu f ’vilel. Rajna kif aġixxa mas-sidien tal-Jerma u l-Mistra li ħallew strutturi se jaqgħu biċċiet u perikolużi. Rajna kif aġixxa maċ-Ċaqnu fejn f ’Montekristo tneħħew strutturi li, minkejja d-diskors fuq l-ambjent ta’ Gvern Nazzjonalista, ma tneħħew qatt. Din kienet it-tieni ġimgħa konsekuttiva li ktibna fuq ippjanar f ’dan l-ispazju. Ilġimgħa l-oħra tkellimna dwar il-high rise. Għal darb’oħra hemm ħaġa waħda komuni: ma’ dan il-Gvern taf fejn qiegħed, ma’ Simon Busuttil le. Dwar din baqa’ sieket għax la jrid ifuħ u lanqas jinten. Min jibża’ jew ma jkunx sinċier mal-poplu mhux denju li jmexxi pajjiż. Lil SimonBusuttil l-ippjanar qed jikxfu kif m’għandu pjan dwar xejn.

VJAĠĠ F’EWROPA INSIGURA

Dinah Lee Seguna

Kemm-il darba rrappurtajna attakki li jkunu saru u anke intervistajna nies li setgħu kienu viċin ta’ dak li seħħ. Forsi fil-mument tax-xogħol taraha xi ħaġa normali, iżda meta nqtajt għal ftit mir-rutina biex insiefer, esperjenzajt Ewropa mibdula. Żort ir-Repubblika Ċeka, ilĠermanja, Spanja u l-aħħar waqfa kienet fl-Italja. Kemmil darba sifirt lejn l-Ewropa, saħansitra żmien ilu għamilt erba’ xhur ngħix waħdi Spanja, imma din id-darba ħassejt sensazzjoni differenti li qatt ma ħassejt qabel: sensazzjoni ta’ insigurtà; li ma tista’ tafda lil ħadd. L-ewwel waqfa kienet Praga, belt mill-isbaħ, il-Pariġi talPunent, li ssaħħrek tassew. Timxi, tammira l-istil ta’ ħajja u l-atmosfera li toffri l-belt innfisha. Però, f ’daqqa waħda jkollok toħroġ mill-utopja li dħalt fiha u tiffaċċja r-realtà.

It-tiftix fil-basktijiet f ’kull post li żort, mhux minn xi securities imma minn membri tal-armata, anke jekk żort il-katidral li jsaħħar il-belt jew mużew tal-arti, jew anke diskoteka, f ’kull post fittxew fil-basktijiet. Imbagħad, minn Praga nżilt il-Ġermanja – Berlin. Hawn is-sensazzjoni hija differenti u l-insigurtà li toffri l-belt nnifisha hija akbar. F’moħħi kont naf li qiegħda vaganza u qed nammira belt li dejjem xtaqt nara, iżda l-ħsieb li xi ħadd jista’ jkollu pjanijiet oħra, anke jekk ma tridx, hemm ikun. F’Berlin iltqajt ma’ ħabib millBahrain, ta’ nisel Musulman u li jgħix f ’din il-belt, u ma’ ħabib tiegħu mill-Lebanon. Ħriġna u morna f ’diskoteka f ’Berlin tal-Lvant. Konna jiena, ħabiba mir-Repubblika Ċeka u huma. Lili u lil ħabibti daħħluna mingħajr problemi,

però lilhom bdew jistaqsuhom għadd ta’ mistoqsijiet: “X’qed tagħmel il-Ġermanja?”, “Ma’ min taħdem?”, “Kemm se ddum?” Meta rajt dan kollu ħassejt għafsa ta’ qalb. Kont naf li huma persuni ġenwini u, li tarahom iħabbtu wiċċhom ma’ diskriminazzjoni minħabba dak li qed jagħmel ħaddieħor li mhux f ’isimhom, iżjed u iżjed. Ftit wara li dħalna, qalulna li jsibuha aktar faċli jidħlu f ’diskoteki akkumpanjati minn xi ħadd mill-Ewropa milli meta jidħlu waħedhom. L-insigurtà li toffri Berlin ma kienx biss f ’dan is-sens. Anke l-fatt li fil-fond ta’ qalbek tkun taf is-saħħa ta’ din il-belt u li l-possibbiltà li jseħħ xi ħaġa tħossu l-ħin kollu. Imbagħad kien imiss Madrid, belt li ngħozz tassew. Meta kont hawn seħħew żewġ sparaturi f ’Zaragoza; sagħtejn u nofs bogħod

minn fejn konna. Mill-ewwel irċivejt telefonati u messaġġi mingħand tal-familja jsaqsuni jekk hux kollox sew. F’Madrid kont qed ngħix ma’ grupp ta’ Spanjoli, li ftit li xejn ħabblu rashom. Baqgħu kalmi; it-tip ta’ attitudni li l-ħajja trid tkompli. L-aħħar waqfa kienet Ruma. F’kull pjazza li tant hi magħrufa għaliha, tara membri tal-armata. Jekk ilpreżenza tagħhom għandha tagħti sigurtà, mhuwiex ilkaż. Anzi, minnufih iberren il-ħsieb li fejn sejra hemm xi ħaġa li mhix f ’postha. F’kull pajjiż u post li żort, stajt inħoss ir-riperkussjonijiet talattakki li saru fl-aħħar żmien. Ewropa li minn barra tidher li qed tipproteġi lil niesha, però minn ġewwa tħoss sensazzjoni ta’ debbulizza li ma tista’ tagħmel xejn quddiem theddida li qiegħda hemm u ma tafx meta se sseħħ.


kullhadd. com

14 28|08|2016

MICHAEL U L-INTEGRITÀ Sur Editur,

Ma tgħaddix ġimgħa waħda li n-Nazzjonalisti ma jisemmewx fil-midja. Kieku tkun fit-tajjeb ma fiha xejn ħażin; mhux għax dawn għamlu jew qed jagħmlu xi ħaġa tajba, għax fil-verità kieku qatt jagħmlu xi ħaġa li ma tħammrilhomx wiċċhom! Din id-darba l-protagonist huwa Michael Fenech Adami; ħu Beppe Fenech Adami u iben Eddie Fenech Adami. Ngħiduha

kif inhi: it-tlieta ma fihomx ħobż. Dan Michael mistagħġbin kemm ħawwad u bexkel meta kien sindku fil-kunsill; dejjem fejn jidħlu l-flus. X’aktar? Tant għamel affarijiet li mhux suppost, saħansitra bilkuntrattur kompliċi miegħu, li spiċċa quddiem bord. Ovvjament, dan il-bord sabu ħati, iżda l-arroganza ta’ Michael Fenech Adami, li tixbah ferm lil dik tal-eks-Ministru Austin

Gatt, ġegħlitu jgħid li mhux se joqgħod għal dak li qal il-bord, Imbagħad, l-għażiż ħuh qabeż għalih. Jekk dan jaqbeż għal kull min hu Nazzjonalist, sejjer ma jaqbiżx għal ħuh! Simon Busuttil ukoll għandu sehem f ’din l-istorja. Lil Simon dejjem issibu hemm , lest jaqbeż għaddixxipli tiegħu; qisu Robin Hood meta jaqbeż għan-nies tiegħu, anke meta jkunu mgħobbijin bit-tort. Però, Simon Busuttil aħjar joqgħod attent għax, fejn

qabel Ivan Bartolo, negozjant ma’ Zaren Vassallo, darba għamel eloġju fuq l-integrità ta’ Busuttil, issa qed jinduna li naqsitlu l-fiduċja fih bl-ikrah. Dan Ivan qed jirrealizza li Simon huwa onest daqs bniedem li l-passatemp tiegħu hu li jisraq il-mowbajls. Għalih Simon

ITTRI

Busuttil ma għadux persuna ta’ integrità. Persuna ta’ integrità hija l-Prim Ministru tagħna li jgħid bla tlaqliq li għad hemm bżonnijiet tan-nies li għad iridu jiġu rikonoxxuti. VALERIE BORG, IL-BELT VALLETTA

BORŻA SEWDA TITKELLEM F’RAĦAL ĠDID

Sur Editur,

Wara talba ta’ diversi residenti li joqogħdu f ’Binja Kordin, Raħal Ġdid, minħabba numru kbir ta’ qtates li hemm fl-akkwati, il-Kunsill Lokali kien waħħal mal-ħajt numru ta’ biċċiet ta’ injam li magħhom kellhom diversi grampuni biex irresidenti jqabbdu magħhom il-borża s-sewda u l-qtates ma jkomplux iqattgħu l-boroż u jagħmlu mandra. Madankollu, kif jidher fir-ritratt, hemm diversi residenti li xorta baqgħu jitfgħu boroż suwed mal-art. Għalhekk niġbed l-attenzjoni tal-Kunsill Lokali ta’ Raħal Ġdid, speċjalment tal-kunsillier li hu inkariġat mill-indafa, biex jiġi sa Binja Kordin u

TAL-MISTĦIJA jara b’għajnejh. Jekk hemm Ħdud u l-festi, meta l-iskart bżonn għandu jibgħat ittra ma jinġabarx. lir-residenti ta’ Binja Kordin Nittama li dan l-appell ikun biex jinqata’ dan l-abbuż segwit mill-Kunsill Lokali. u abbużi oħra bħall-boroż BORŻA SEWDA, suwed u imbarazz ieħor li RAĦAL ĠDID jinħareġ is-Sibt filgħaxija, fil-

Sur Editur, Din ix-xena tidher kuljum mal-bieb tal-Iskola Primarja tal-Fgura. Minkejja li saru diversi rapporti, kemm lill-Kunsill, l-Għassa tal-Fgura, lill-awtoritajiet li jiġbru l-iskart, u l-ilmenti fuq din ilgazzetta, xorta dan l-abbuż baqa’ jsir. Għalxejn il-Kunsill Lokali waħħal it-tabelli biex ma jintremiex skart f ’dan il-lok, għax xorta hawn nies irresponsabbli li jisfidaw il-liġi, u ara min ikellimhom. Meta staqsejt fuq dan l-inkonvenjent lill-Kunsill, qalli li mhux obbligat jagħti ċitazzjonijiet. Staqsejt l-Għassa u qaluli li impossibbli jħallu pulizija għassa 24 siegħa biex jaqbad lil min qed jarmi dan l-iskart. Parti milliskart joħroġ mill-iskola stess wara li jkun għadda t-trakk li jiġbor l-iskart. Dan l-aġir qed iħajjar lil ħaddieħor jarmi ż-żibel tiegħu ma’ dak li diġà jkun hemm. Jekk l-awtoritajiet iridu jieħdu passi, jafu lil min għandhom iħarrku għax mill-kwalità ta’ skart, bħallkaxxi tal-kartun u laned tal-priserv wieħed jinduna min qed jarmih. Iktar vili huwa l-fatt li anke nhar ta’ Tlieta jarmu l-boroż suwed f ’dan il-post imsemmi, meta jafu li f ’din il-ġurnata jinġabru biss il-boroż il-griżi. Veru tal-mistħija meta l-għalliema u t-tfal taliskola ikollhom isoddu mnifsejhom huma u delħin l-iskola. Nispera li xi darba dan il-lok ma jibqax iservi ta’ miżbla. Waħħlu CCTV jekk jogħġobkom. NADIF, IL-FGURA


TA’ BARRA

kullhadd.com

28|08|2016 15

PRESIDENZA FALLIMENTARI? LIAM GAUCI liam@kullhadd.com

Il-kampanja presidenzjali Franċiża bdiet tirranka bilmod il-mod hekk kif flaħħar jiem bosta figuri politiċi ħabbru l-intenzjoni tagħhom li jikkontestaw l-elezzjoni tas-sena li ġejja. Bħala t-temi prinċipali tagħha din l-elezzjoni mistennija jkollha s-sigurtà nazzjonali u s-sitwazzjoni ekonomika; żewġ aspetti li l-President attwali Francois Hollande bata biex ikkonvinċa dwarhom. Il-legat ta’ Hollande Fl-2012 Hollande kien ġie elett bil-wegħda li jindirizza l-problema kbira ta’ qgħad li wiret mingħand il-predeċessur tiegħu Nicolas Sarkozy. Huwa kien se jagħmel dan permezz ta’ politika li ġġib fi tmiemha l-awsterità tas-snin ta’ qabel biex minflokha jkun hemm waħda ta’ investiment u tkabbir ekonomiku. Dan kollu kellu jseħħ mingħajr ma jiġu mittiefsa d-drittijiet talħaddiema, li fi Franza jgawdu minn protezzjoni legali kbira. Madankollu, iż-żmien ta’ tmexxija ta’ Hollande ftit li xejn entużjażma lill-Franċiżi. Oriġinarjament, il-President soċjalist kien ipprova jżid b’mod sostanzjali l-livell ta’ tassazzjoni fuq persuni u kumpaniji li għandhom dħul għoli. Dan il-livell ġdid, li f ’xi każijiet laħaq il-75%, kellu l-għan li jżid id-dħul talGvern għall-implimentazzjoni tal-proġetti mwiegħda millPresident. Dawn il-flus f ’idejn il-Gvern ma waslux għax żdiedet irrabja ta’ bosta sinjuruni u amministraturi ta’ kumpaniji kbar li għeddew li jħallu l-pajjiż jekk din id-deċiżjoni ma tkunx irtirata. Din kienet tkun daqqa ta’ ħarta kbira wisq għal ekonomija li f ’dak il-perjodu lanqas kienet qiegħda tlaħħaq livell ta’ tkabbir ta’ 1%. Għaldaqstant, Hollande kellu jabbanduna din irriforma u jipprova tattika ġdida. Hawnhekk huwa mar fl-estrem l-ieħor fejn beda kampanja determinata biex idgħajjef il-liġijiet Franċiżi bit-tama li jżid il-flessibbiltà fis-suq tax-xogħol billi, fost l-oħrajn, jagħmilha aktar faċli għall-kumpaniji biex ikeċċu lill-ħaddiema. Din ir-riforma kienet ilha tintalab mill-klassi kummerċjali, però rrabbjat dik tal-ħaddiema li kienet il-bażi prinċipali li minnha l-Partit Soċjalista jikseb l-appoġġ tiegħu. B’hekk, fl-aħħar sentejn Hollande kien fil-pożizzjoni imbarazzanti li jiffaċċja oppożizzjoni kontinwa millistess nies u organizzazzjonijiet, prinċiparjament l-unjins illi tellgħuh fil-poter fl-2012.

Din l-oppożizzjoni xekklet kemxejn id-determinazzjoni tal-President li qiegħed idaħħal ir-riformi b’mod li mhux qed ikun mgħaġġel biżżejjed biex iqajjem lill-ekonomija fuq saqajha. Allura x’se jagħmel? B’konsegwenza ta’ dan kollu Hollande jidher li huwa mexxej li mhu qiegħed jikkuntenta lil ħadd. Fil-fatt, l-aktar stħarriġ riċenti wera li l-livell ta’ popolarità tiegħu mhux qiegħed jaqbeż il-15%. Għadu mhuwiex ċar jekk dawk ir-riżultati humiex ħżiena biżżejjed biex jikkonvinċu lill-President Franċiż biex ma jikkontestax l-elezzjoni ġenerali tas-sena d-dieħla. L-aħħar indikazzjoni talintenzjonijiet tiegħu kien taha f ’Mejju li għadda meta sostna li hu ma kienx se jikkontesta l-elezzjoni presidenzjali jekk ma jirnexxilux jibda jniżżel illivell ta’ qgħad b’mod regolari. Wara diversi snin fit-tmun, il-livell ta’ qgħad tela’ minn madwar 9% għal ftit aktar minn 10% hekk kif Franza batiet aktar minn bosta pajjiżi oħra biex toħroġ mill-perjodu ta’ riċessjoni li beda fl-2008. Madankollu, fit-tieni kwart ta’ din is-sena l-qgħad niżel taħt l-10% għall-ewwel darba f ’erba’ snin. Minkejja li dan huwa pass ’il quddiem, hemm dubji kbar dwar kemm dan l-avvanz se jkun biżżejjed biex jikkonvinċi lill-Franċiżi jbiddlu fehmithom dwar il-president attwali. Hollande kien ippjana li jħabbar l-intenzjonijiet tiegħu sa Diċembru li ġej. Però, il-Partit Soċjalista jidher intenzjonat li jżomm il-bibien

kemm jista’ jkun miftuħin għal kandidati alternattivi. Fost dawn l-avversarji hemm Arnaud Montebourg li serva bħala l-ewwel ministru għallekonomija ta’ Hollande bejn l-2012 u l-2014. Huwa kien irriżenja minn din il-kariga hekk kif ma qabilx maddeċiżjoni tal-President li jabbanduna l-politika soċjalista għal dik aktar favorevoli lejn in-negozji li tajna ħarsa lejha aktar ’il fuq. Kif wieħed jistenna, l-alternattiva li qiegħed jipproponi hija politika ffukata fuq it-tkabbir ekonomiku li toħloq l-impjiegi malajr kemm jista’ jkun. Il-pjan tiegħu huwa li jagħmel dan billi jġiegħel lillbanek iżidu l-ammont ta’ self li joffru lin-negozji ż-żgħar. Dan bl-għan li jiġi mqajjem negozju lokali li qala’ daqqa’ ta’ ħarta kbira tul is-snin ta’ riċessjoni. Jekk huma ma jagħmlux dan, Montebourg sostna li mhu se jiddejjaq xejn jinnazzjonalizza wieħed millbanek maġġuri Franċiżi. Hawnhekk jidħol aspett ieħor interessanti fost il-prijoritajiet ta’ Montebourg hekk kif huwa qal li mhux se jħalli lill-Unjoni Ewropea tostakola l-pjanijiet tiegħu f ’isem il-kummerċ ħieles għax huwa tal-fehma li din il-politika liberali għamlet ħsara kbira lil Franza. Ironikament, l-avversarju maġġuri l-ieħor ta’ Hollande fuq in-naħa xellugija talispettru politiku huwa personaġġ li jaħsibha kompletament differenti minn Montebourg, jiġifieri Emmanuel Macron. Iddifferenza bejn dawn it-tnejn hija tant kbira li, fil-fatt, Hollande għażel lil Macron biex jieħu post Montebourg

fit-tmexxija tal-Ministeru għall-Ekonomija fl-2014. Sa dak iż-żmien Macron kien qiegħed iservi bħala wieħed mill-konsulenti prinċipali ta’ Hollande dwar l-ekonomija. Huwa fatt magħruf li matul dan il-perjodu Macron kien ippressa lill-kap tal-istat biex jabbanduna l-politika interventista favur waħda liberali. Għaldaqstant, kien naturali għal Hollande li jagħżel lil dan l-individwu bħala s-suċċessur tiegħu. Madankollu, ir-relazzjoni ta’ bejn Macron u Hollande birdet mhux ħażin fl-aħħar xhur hekk kif dan tal-ewwel mhux qiegħed ikun sodisfatt birritmu kajman li bih qegħdin jiġu implimentati r-riformi liberali li ppropona. Dan wassal biex, wara diversi snin bħala politiku indipendenti, f ’Mejju li għadda Macron ħabbar il-ħolqien ta’ partit ġdid bl-isem ‘En Marche!’. Bosta interpretaw dan il-pass bħala sinjal tal-intenzjoni tiegħu li jikkontesta l-presidenza għal rasu, però s’issa għadu ma ħabbar xejn b’mod formali. L-isfida mil-lemin Fuq in-naħa l-oħra tal-ispettru politiku hemm l-eks-President Nicolas Sarkozy illi llum il-ġurnata qiegħed imexxi l-partit Les Républicains. Kien Sarkozy stess li ħalla ekonomija f ’kundizzjoni xejn tajba fl-2012, stat ta’ fatt li wasslitu għat-telfa talpresidenza fil-konfront ma’ Hollande. Madankollu, fl-aħħar xhur il-popolarità tiegħu żdiedet mhux ħażin hekk kif issa hemm bosta li qegħdin iħossu li l-problemi ekonomiċi tal-

presidenza tiegħu kienu aktar frott ir-riċessjoni globali milli l-politika li ħaddan. Tant hu hekk li stħarriġ riċenti wera b’mod konsistenti li Sarkozy għandu ċans tajjeb li jikseb aktar voti minn Hollande flewwel rawnd tal-votazzjoni presidenzjali. Avversarju ieħor perikoluż fuq il-lemin huwa l-Front National. Bħalissa l-mexxejja ta’ dan il-partit radikali Marine Le Pen qiegħda tiġi kkunsidrata bħala l-favorita biex tgħaddi għat-tieni rawnd flimkien ma’ Sarkozy. Minkejja li Le Pen ilha membru tal-Parlament Ewropew għal diversi snin, hija waħda mill-aktar figuri ewroxettiċi prominenti filpolitika Franċiża. Din l-ostilità lejn l-Unjoni wasslitha biex titlob kemmil darba għal referendum dwar is-sħubija minn din l-organizzazzjoni; miżura li hija tirreferi għalija bħala Frexit. Minn meta ħadet f ’idejha t-tmexxija tal-partit fl-2011, il-popolarità talFront National żdiedet b’mod regolari hekk kif aktar u aktar Franċiżi qegħdin jarawhom bħala l-unika alternattiva realistika għall-partiti taċċentru. Dan l-appoġġ mhux biss ġej mill-votanti ta’ ħsieb lemini, imma anke dawk taxxellug li kienu ddiżappuntati mit-tmexxija ta’ Hollande li, fil-fehma ta’ bosta, qiegħed ipoġġi d-direttivi tal-Unjoni Ewropea qabel il-bżonnijiet taċ-ċittadini Franċiżi. Barra minn hekk, il-Front National irnexxielu jikseb issimpatija ta’ bosta Franċiżi għall-politika iebsa tiegħu fil-konfront tal-immigranti, speċjalment dawk ta’ fidi Iżlamika, wara d-diversi attakki terroristiċi li seħħew flaħħar snin. Deċiżjoni importanti Għaldaqstant, it-triq talPresident Hollande lejn ilkisba ta’ mandat elettorali ieħor mhix se tkun faċli hekk kif għandu biċċa xogħol iebsa ferm biex jikkonvinċi lill-votanti li t-tmexxija tiegħu ma komplietx tiggrava s-sitwazzjoni ekonomika u ta’ sigurtà prekarja li wiret fl2012. Kif semmejna aktar qabel, wieħed irid jara jekk din ittriq għat-telgħa hix se tkun biżżejjed biex taqtagħlu qalbu qabel il-kampanja tibda b’mod uffiċjali. Jekk huwa ma jagħmilx dan il-pass hemm ċans tajjeb li jaqsam il-vot xellugi bejnu u figuri bħal Marcon u Montebourg, eventwalità li tista’ tiftaħ ilbieb beraħ għal forzi tal-lemin bħall-Front National li jistgħu jieħdu lill-pajjiż f ’direzzjoni radikalment differenti minn dik li drajna naraw fix-xena politika Franċiża.


16 28|08|2016

1

kullhadd.com

TA’ BARRA

MINN MADW

JABBANDUNAW L-ARMI

2

Il-Gvern Kolombjan wasal għal ftehim ta’ paċi marRevolutionary Armed Forces of Colombia (FARC) wara ħamsin sena ta’ konflitt armat li f ’diversi okkażjonijiet poġġa lil dan l-istat tal-Amerika t’Isfel f ’xifer tal-kollass u ħalla aktar minn 220,000 persuna mejta. Permezz ta’ dan il-ftehim, ilmembri ta’ dan il-grupp terroristiku se jabbanduna l-armi u jitħalla jintegra ruħu mill-ġdid fis-soċjetà. F’messaġġ li ta lill-poplu Kolombjan wara li ntlaħaq ilftehim, il-President Juan Manuel Santos qal li permezz talqbil huwa żamm il-wegħda elettorali li jġib dan il-konflitt fi tmiemu. Huwa ħabbar li dan il-ftehim se jitpoġġa quddiem il-votanti għall-approvazzjoni f ’referendum li se jsir fit 2 ta’ Ottubru li ġej.

2

1

SE JIRTIRAW L-ATT TAL-1998

3 Is-Segretarju tal-Istat għal-Ġustizzju tar-Renju Unit Liz Truss ħabbret li l-Gvern Konservattiv għadu determinat li jabbanduna l-Human Rights Act biex minfloku jimplimenta dik li qiegħda tissejjaħ British Bill of Rights. Din tal-ewwel kienet introdotta fl-1998 bl-għan li tagħti l-opportunità lil ċittadini tar-Renju Unit li jagħmlu rikors għad-drittijiet mogħtija mill-Konvenzjoni Ewropea għad-Drittijiet Umani meta jkunu qegħdin jidhru f ’qorti Brittanika. Madankollu, l-att tal-1998 ma tantx gawda minn popolarità kbira fil-pajjiż hekk kif hemm min ħass li permezz tiegħu ttieħdu deċiżjonijiet li jmorru kontra l-ispirtu tradizzjonali tal-liġijiet Brittaniċi u fetaħ it-triq għall-abbużi fil-proċess ta’ appell. Dan wassal lill-Partit Konservattiv biex iressaq att ġdid li jerġa’ jagħti lura ftit mis-supremazija tal-liġijiet Brittaniċi.

DINJA OĦRA? Grupp ta’ astronomi minn madwar id-dinja ħabbru s-sejba ta’ evidenza ċara li tindika l-eżistenza ta’ pjaneta barra mis-sistema solari tagħha li jista’ jkollha kundizzjonijiet ambjentali simili għal dawk tad-dinja. Din il-pjaneta ġibdet l-attenzjoni tal-komunità xjentifika xi żmien ilu waqt riċerka li kienet qiegħda ssir bħala parti mill-kampanja Pale Red Dot, b’referenza għallistilla Proxima Centauri. Il-pjaneta, li ngħatat l-isem ta’ Proxima b, hija ta’ interess partikolari għax id-distanza tagħha minn Proxima Centauri tidher li tippermetti l-eżistenza ta’ sistemi klimatiċi simili għal dawk tal-pjaneta tagħna. Dan, però, irid jiġi vverifikat fil-ġejjieni permezz ta’ probes spjazjali li jridu jaraw jekk hemmx il-preżenza tal-ilma u atmosfera vivibbli.


TA’ BARRA

kullhadd.com

WAR ID-DINJA 6

28|08|2016 17

AVVANZ MHUX MISTENNI

3 4

6

5

Il-Korea ta’ Fuq sparat missila minn sottomarin nhar l-Erbgħa li għadda fid-direzzjoni tal-Ġappun li kopriet medda ta’ madwar 500 kilometru qabel ma niżlet fil-baħar. Minkejja li l-missila m’għaddietx fuq il-Ġappun inniffisu, hija għaddiet mill-air defence identification zone, jiġifieri ż-żona ta’ monitoraġġ, identifikazzjoni u kontroll tal-avjazzjoni ċivili ta’ dan il-pajjiż. B’hekk, il-Korea ta’ Fuq tat prova tal-kapaċità li twassal ilmunizzjon tagħha fuq distanza mingħajr preċedent. Bosta pajjiżi, fosthom il-Korea ta’ Isfel, jidhru li kienu maħsudin bl-avvanzi kbar li l-Korea ta’ Fuq għamlet fir-riċerka ballistika tagħha u diġà taw sinjali li qegħdin jikkunsidraw diversi bidliet fil-politika ta’ difiża tagħhom.

5

4

JHEDDED LI JITLAQ

MIJIET TA’ VITTMI Terremot ta’ 6.2 fuq l-iskala Richter li seħħ kmieni nhar l-Erbgħa li għadda qrib ir-raħal pittoresk ta’ Amatrice, kif wkoll diversi rħula oħra tal-madwar li jinsabu fiċ-ċentru tal-Italja. Dan id-diżastru naturali ħalla aktar minn 260 ruħ mejta u kważi 400 oħra midruba, illi għexieren minnhom huma f ’qagħda kritika. Barra minn hekk, huwa maħsub li t-terremot ħalla madwar 2,500 mingħajr saqaf fuq rashom fejn l-awtoritajiet kellhom joħolqu villaġġi żgħar tat-tined biex jakkomodaw lill-vittmi. L-operazzjonijiet ta’ sokkors kellhom jiġu interrotti kemm-il darba hekk kif iż-żona kienet milquta minn aktar minn 900 skoss li segwew matul il-jiem ta’ wara.

Il-President tal-Filippini Rodrigo Duterte hedded li joħroġ lil pajjiżu min-Nazzjonijiet Uniti wara li din l-organizzazzjoni ħeġġitu biex inaqqas is-severità tal-kampanja li qiegħed imexxi f ’pajjiżu kontra t-traffikanti tad-droga. Id-daqs u l-ħeffa tal-kampanja kontra t-traffikar tad-droga qiegħda tagħmilha diffiċli għal organizzazzjonijiet internazzjonali biex jieħdu rendikont tal-impatt uman tagħna. Madankollu, huwa maħsub li n-numru ta’ persuni li nqatlu minn Ġunju li għadda fuq suspett ta’ traffikar issa qabeż l-elf ruħ. Ir-reazzjoni ta’ Duterte għall-kummenti tan-Nazzjonijiet Uniti kienet tipikament vulgari fejn għajjar lill-organizzazzjoni b’mod qawwi u qal li s-sħubija fiha kienet inutli għal pajjiżu hekk kif qatt ma sab l-appoġġ tagħha meta kien fil-bżonn.


18 28|08|2016

kullhadd.com

MILL-ISTORJA

DAWN ĠEW MALTA: THOMAS BALOGH mijiet ta’ kumpaniji u azjendi fallew. Kien jgħid li s-sistema edukattiva li fasslu l-Ingliżi u l-Franċiżi, għallekskolonji tagħhom, kienet maħluqa għan-nies privileġġjati, u l-ħaddiema ftit li xejn kellhom l-opportunità li jaslu f ’livell ta’ studju akkademiku għoli. Kien jemmen li, għalkemm kien pajjiż li jħaddan il-prinċipju talfree market, xorta waħda kien jista’ jadotta metodi ta’ kontroll moderat fis-sistema ekonomika. Kien jgħid li n-nies li jaħdmu fiċ-Ċivil għandhom ikunu aktar professjonali fix-xogħol tagħhom, u l-gvernijiet għandhom joffru taħriġ għal aktar persuni biex il-pajjiż ikollu esperti fl-ekonomija. Huwa kien jisħaq li n-nies għandhom ikollhom il-mezzi meħtieġa biex jgħixu ħajja aħjar, għalhekk għandu jkun hemm kontroll fis-swieq finanzjarji sabiex ma jkunux il-kawża li jġibu inkwiet u tbatija fil-pajjżi tad-dinja. Meta Balogh kien għadu żagħżugħ kien ammiratur ta’ Milkos Horthy – ammiral u politiku prominenti, konservattiv għall-aħħar u kap talGvern tal-Ungerija bejn is-snin tal-ewwel u t-tieni gwerra. Kien flerbgħinijiet li Balogh sar soċjalist. Kultant kien radikali fi ħsibijietu u kien jirrabja meta jara n-nies ittrattati ħażin, u jsofru l-faqar minħabba l-ineffiċjenza u l-burokrazija min-nies taċ-Ċivil.

Kitba ta’ JOSEPH SCICLUNA Thomas Balogh twieled l-Ungerija fis-sena 1905. Daħal jistudja l-ligi fl-Università Peter Paznany u wara l-Università ta’ Berlin, minn fejn iggradwa fl-ekonomija. Għal sentejn sħaħ huwa attenda u studja l-ekonomija f ’Harvard, università rinomata flAmerika, u fl-1931 mar joqgħod l-Ingilterra . Inħatar lettur u wara laħaq professur tal-ekonomija fl-Università ta’ Oxford fejn kien membru tal-Fabian Society. Kien persuna prominenti u matul il-gwerra nħatar kunsulent għallpjan ekonomiku li kien qiegħed iħejji u jiġi mfassal mill-Partit Laburista Ingliz. Malta wara l-gwerra Malta kienet sofriet mill-effetti talgwerra, il-pajjiż kellu problemi ekonomiċi, u l-qgħad beda tiela’. Dak iż-żmien ix-xogħol kien biss fitTarzna u kien hemm ix-xnieha li bosta ħaddiema ta’ din l-azjenda kienu se jingħataw is-sensja u b’hekk jispiċċaw bla xogħol. Il-Parlament ġie xolt fit-18 ta’ Diċembru 1954. Fi Frar tas-sena ta’ wara ġiet l-elezzjoni u l-Partit Laburista tal-Perit Mintoff irnexxielu jġib ilmaġġoranza biex jiggverna l-pajjiż. Il-Gvern stieden lil Thomas Balogh biex jiġi Malta ħalli jistudja il-qagħda ekonomika u finanzjarja tal-pajjiż. Kellu għalhekk jippjana kif seta’ jiżviluppa l-ekonomija u x’għajnuna finanzjarja Malta kellha tippretendi li tieħu mill-Ingilterra. Qabel l-elezzjoni, il-Prim Ministru Nazzjonalista George Borg Olivier issuġġerixxa li Malta għandha tkun taħt il-Commonwealth Relations Office u ma tibqax tagħmel mal-Colonial Office. Il-Partit Laburista kien jemmen li l-aħjar triq li l-pajjiż għandu jieħu kienet dik li jingħaqad mal-Ingilterra. Mill-banda l-oħra, ilGvern Ingliż kien tal-fehma li, jekk Malta tieħu l-Integration, pajjiżna kellu jkun taħt ir-responsabbiltà tal-Home Office. Il-qagħda tal-pajjiż meta wasal Balogh f ’Malta Thomas Balogh wasal Malta flimkien mal-assistent tiegħu, Dudley Seers, fit-12 ta’ April 1955. Huwa kien jaf li l-Ingilterra kienet tqis lil pajjiżna bħala fortizza u, għaldaqstant, kien jemmen li Malta għandha tkabbar il-produttività fl-industija speċjalment fil-bini talfabbriki, fit-Tarzna u fil-biedja. Beda jkollu laqgħat ma’ ministri tal-Gvern, mal-Oppożizzjoni, ma’ kapijiet fiddipartimenti tal-Gvern u ma’ għaqdiet ta’ nies li kienu fin-negozju. Huwa kien jemmen li, biex pajjiż ikabbar ilproduzzjoni u jsaħħaħ l-ekonomija tiegħu, l-Istat ikollu parti fit-tmexxija tat-tqassim ta’ riżorsi u għandu wkoll jiżgura li l-industriji ż-żgħar f ’pajjiżi li kienu għadhom jiżviluppaw ikunu protetti b’sistema ta’ kontroll fuq ilprodotti li jidħlu minn barra l-pajjiż. Is-Servizzi Ingliżi ma kinux qegħdin iħallsu biżżejjed għall-użu li kienu qegħdin jagħmlu mill-ħafna postijiet li kellhom f ’Malta. Negozjanti Maltin kienu qegħdin jitiflu mill-qligħ għax inNAAFI kienet tbigħ prodotti tal-ikel, xorb u anke tabakk lin-nies tas-servizzi bi preżżijiet baxxi. Mill-istudju ta’ Balogh u Seers ħareġ

Il-pjan ta’ Balogh għal Malta li s-sistema fl-edukazzjoni, kemm dik primarja u sekondarja kienet tħalliet mitluqa. It-tagħlim tekniku kien ġie ttraskurat. Kien hemm bżonn immedjat li jinbnew skejjel jew kulleġġi ħalli jiġu mgħallma suġġetti tekniċi u jkun hawn taħriġ serju biex jgħin fl-iżvilupp ekonomiku għallfutur ta’ pajjiżna. Malta kienet tilfet ħafna nies tas-sengħa bl-emigrazzjoni lejn pajjiżi bħall-Awstralja, il-Kanada u l-Ingilterra. F’perjodu ta’ ħamsin sena, il-popolazzjoni żdiedet bi kważi 140,000, u laħqet 320,000 ruħ. In-nies kienu jgħixu aħjar, naturalment għax il-kura fis-saħħa kienet tjiebet sew. Filwaqt li r-rata ta’ mwiet kienet naqset, in-numru ta’ trabi ta’ twieldu kien kiber għal 28 kull elf persuna. Ir-rata tattwelid f ’pajjiżna kienet id-doppju ta’ dik fl-Ingilterra. Il-bidu tal-karriera ta’ Balogh flIngilterra

Balogh konsulent u ministru Il-Professur Thomas Balogh ma ħadimx biss fl-Ingilterra, imma bejn is-sena 1957 u s-sena 1959 kien konsulent tal-Food and Agriculture Organization, waħda mill-fergħat tan-Nazzjonijiet Uniti. Kien imfittex minn diversi gvernijiet tat-Tielet Dinja biex jagħti l-pariri tiegħu u jgħinhom ifasslu pjan ekonomiku li jkun jaqbel għal pajjiżhom. Huwa kien meqjus bħala espert fil-qasam tal-ekonomija u magħruf għall-kitba tiegħu f ’dan is-suġġett. Fil-ktieb The Economics of Poverty huwa jidħol fil-fond tar-riċerka dwar il-problemi ekonomiċi fil-pajjiżi kolonjali li kienu għadhom qegħdin jiżviluppaw. Balogh kien midħla sew tal-Partit Laburista Ingliż, tant li l-Prim Ministru Harold Wilson ħatru konsulent għall-Kabinett. Wilson kien tant jafda fih li saħansitra tah il-kariga ta’ Ministru għall-Enerġija fil-Gvern Laburista tas-snin 1975/76. Fissena 1970 Balogh ġie elett President tal- Fabian Society u, sena qabel, ilGvern tah siġġu fil-House of Lords. Kien personaġġ magħruf, ta’ żaqqu f ’fommu, kien kritiku għat-teoriji ta’ Marx u kellu xi jgħid ma’ Maynard Keynes, ekonomista u professur ta’ fama Ingliża, dwar il-ftehim ta’ Bretton Woods. Mhux l-ewwel darba li xi ekonomisti u nies fil-politika ma qablux miegħu. Kien bniedem kontroversjali tant li Andrew Graham, kollega tiegħu fl-uffiċċju tal-Prim Ministru f ’Downing Street, kien iddeskrivieh bħala intelliġenti, ekonomista brillanti, imma kultant eċċentriku u stramb.

L-esperjenza ta’ żgħożitu meta kien għadu f ’pajjiżu għenet lil Thomas Balogh biex jifhem aħjar il-problemi ta’ pajjiżi fqar li kienu jiddependu minn pajjiżi akbar u b’riżorsi abbundanti. Meta kien għadu jistudja qatta’ żmiem jaħdem fir-riċerka mal-Banque de France, ir-Reichsbank u fil Federal Reserve. Il-famuż ekonomista Keynes għenu jsib xogħol ma’ ditta bankarja meta wasal l-Ingilterra. Kien ta’ spiss jikteb lill-Istitut Ekonomiku u Riċerka. Bejn l-1934 u l-1940 mar jgħallem filUniversity College f ’Londra u f ’Balliol College fil-belt ta’ Oxford. Flimkien ma’ oħrajn, waqqaf id-Dipartiment tal-Istatistika fejn għalliema u letturi li kienu jitilqu minn pajjiżi tal-Lvant u It-twemmin ta’ Thomas Balogh jsibu kenn l-Ingilterra, setgħu jkomplu bix-xogħol ta’ riċerka li kienu bdew Huwa kien bassar il-waqgħa tas-swieq f ’pajjiżhom. fil-kriżi tal-bidu tas-snin tletin, meta

Bil-pjan ta’ Balogh, f ’Malta kien qiegħed jinħoloq il-bidu tal-Welfare State. Mintoff kien qiegħed iħares lejn stat modern. Kellhom jittieħdu miżuri biex il-poplu jkollu servizzi soċjali adegwati u għajnuna waqt il-qgħad u l-mard. Il-pajjiż kellu bżonn jibni toroq ġodda u Balogh irrakkomanda li Malta jkollha qasam industrijali filMarsa; nies barranin jiġu mħajra jżuru pajjiżna u b’hekk jikber it-turiżmu; jiġu introdotti metodi ġodda fl-agrikultura u jibda t-tħaffir għaż-żejt; il-Port ilKbir jiġi mmodernizzat u jinbnew imħażen kbar għall-merkanzija; ilGvern jagħmel minn kollox biex il-provista tal-ilma tiżdied u jiġu mistiedna investituri barranin biex jiftħu negozji u azjendi f ’Malta. FilParlament Ingliż kien sar dibattitu dwar ir-rapport ta’ Balogh u Seers li kien jgħid ċar u tond li l-ekonomija ta’ Malta kienet tiddependi ħafna mit-Tarzna, għalhekk il-Gvern Ingliż kellu jagħmel tajjeb għax-xogħol ta’ rikostruzzjoni li kien meħtieġ li jsir filPort il-Kbir biex ikun hawn faċilitajiet għat-tiswija tal-vapuri merkantili. Wara kollox, is-Servizzi Ingliżi jiġu mitluba jordnaw xogħlijiet f ’pajjiżna u jiġu tankers jissewwew fit-Tarzna ta’ Malta. Kellu rispett lejn mexxejja ta’ ħila li kienu jaħdmu bis-sħiħ u b’determinazzjoni biex in-nies jgħixu f ’dinja aħjar. Waqt li kien jgħix f ’Balliol College, kellu tliet ritratti fuq l-ixkaffa tal-fuklar taċ-ċumnija: ta’ Lord Lindsay, ir-Rettur tal-Kulleġġ; ta’ Binay. R. Sen, id-Direttut Ġenerali talFood and Agriculture Organization u ta’ Dom Mintoff, Prim Ministru ta’ Malta. Dawn mhux biss kienu ħassieba, imma wettqu fil-prattika riformi għall-ġid tal-komunità u għal pajjiżhom. Lord Balogh miet f ’Londra fl-1985, fl-età ta’ 79 sena.


MILL-ISTORJA

kullhadd.com

28|08|2016 19

ALICE MILL-ISTORJA

IL-KUNJATA TAR-REĠINA ELIŻABETTA II

Alice twieldet fil-25 ta’ Frar 1885, fil-Kastell ta’ Windsor f ’Berkshire, l-Ingilterra. Kienet l-ewwel wild tal-Prinċep Louis ta’ Battenberg u l-Prinċipessa Victoria ta’ Hessen und bei Rhein. Għalkemm bint ġenituri Ġermaniżi, Alice kellha parentela mal-familja rjali Brittanika peress li r-Reġina Vittorja kienet il-bużnanna tagħha min-naħa t’ommha. Ġiet mgħammda fi ħdan ilKnisja Luterana f ’Darmstadt, ilĠermanja, u aktar tard iddaħħlet fil-Knisja Anglikana wkoll. Qattgħu parti minn tfulithom f ’Malta Alice u t-tliet ħutha, Louise, George u Louis, qattgħu tfulithom jgħixu l-Ġermanja, l-Ingilterra u Malta meta missierhom kien stazzjonat fil-Mediterran mal-Qawwa Navali Brittanika. Omm Alice bdiet tintebaħ li bintha ma lissnitx vokali waħda meta suppost qabdet titkellem u, wara konsultazzjonijiet mediċi, irriżulta li kienet truxa mittwelid. Minn dakinhar Alice bdiet tiġi mgħallma l-qari tax-xufftejn u maż-żmien bdiet titkellem sew bl-Ingliż, Ġermaniż u Franċiż. Fil-jum tal-inkurunazzjoni tar-Re Edwardu VII (iz-ziju ta’ ommha) fl-1902, Alice iltaqgħet ma’ żagħżugħ jismu Andrea u saru jinħabbu. Andrea kien wieħed mit-tmien ulied tarRe Ġorġ I tal-Greċja u qarib mill-bogħod tagħha. Andrea u Alice iżżewġu fis-6 ta’ Ottubru tal-1903 b’ċerimonja ċivili f ’Darmstadt; l-għada rrepetew il-wegħda lil xulxin f ’ċerimonja Luterana u oħra Griega Ortodossa. Il-koppja żagħżugħa marru jgħixu l-Greċja fejn Andrea kellu karriera militari fl-armata. Fl-1905 twilditilhom l-ewwel tarbija; b’kollox kellhom ħamest itfal: Margarita, Teodora, Cecilie, Sofia u, l-iżgħar fosthom, Philip, li twieled fl-1921 f ’Korfu. Alice kienet iddedikata għal uliedha u tħobb tagħmel il-karità. Fl-1908 Alice u Andrea attendew tieġ tal-familja firRussja. Hemmhekk għaddiet ħafna ħin ma’ zijitha armla, il-Gran Dukessa Eliżabetta Fjodorovna; mara ta’ demm

Kitba ta’

MARY

CHETCUTI irjali li tat ġidha kollu għallkarità u waqqfet ordni ta’ sorijiet infermiera. Alice baqgħet impressjonata ħafna bil-kariżma u devozzjoni ta’ zijitha. Sena wara, sitwazzjoni politika mqallba wasslet għal kolp ta’ stat fil-Greċja, biex daħal fit-tmexxija tal-Gvern il-Partit NazzjonaliLiberali ta’ Eleftherios Venizelos li ried għaqda mal-Lega talBalkani kontra d-dominanza Torka Ottomana. Bi protesta, ilPrinċep Andrea u uffiċjali sħabu rriżenjaw mill-militar. Bejn l-1912 u l-1913 faqqgħet l-ewwel gwerra tal-Balkani kontra t-Torok u Andrea ssejjaħ lura fl-armata filwaqt li Alice ngħaqdet ma’ tas-Salib l-Aħmar. Mal-bidu tal-Gwerra l-Kbira u kriżi oħra fil-Balkani, ir-Re Kostantinu (ħu Andrea) għażel li jibqa’ newtrali meta l-Gvern Grieg issieħeb mal-alleati kontra l-Imperu Ġermaniż, AwstroUngeriż u l-Ottomani. Eżiljati minn pajjiżhom Sal-1917, in-newtralità tarRe ġiet f ’kunflitt qares maddevastazzjoni li bdew iħallu l-attakki tal-għadu fuq ilpoplu Grieg. Kostantinu, mgħajjar ‘kollaboratur talĠermanja’, ġie ordnat jabdika u ntbagħat fl-eżilju. Alice u l-familja tagħha kellhom iħallu darhom ukoll u marru jgħixu l-Iżvizzera; hemhekk waslitilha l-aħbar li zijitha Eliżabetta Fjodorovna kienet inqatlet minn revoluzzjonarji Bolxevisti. Fl-1920, ir-Re Kostantinu reġa’ tpoġġa fuq it-tron u Alice, Andrea u wliedhom irritornaw il-Greċja. B’danakollu, f ’Settembru tal-1922 faqqgħet rivoluzzjoni mmexxija millqawwiet armati Griegi u r-Re ġie għal darb’oħra sfurzat fleżilju. Din id-darba Andrea ġie arrestat u mressaq quddiem ilQorti Militari li ordnatlu eżilju għal għomru. Uffiċjali sħabu ngħataw sentenza tal-mewt. Il-Gvern Brittaniku kien qed isegwi din is-sitwazzjoni ferm perikoluża u bagħat bastiment tal-gwerra, l-HMS Calypso, biex b’mod immedjat jevakwaw ilfamiljari kollha tar-Re. Alice u Andrea telqu mill-Greċja b’ta’ fuqhom senduqhom, tant li lil binhom Philip, ta’ 18-il xahar biss, tellgħuh abbord imgeżwer

f ’kutra ġo kannestru tal-larinġ. Il-familja ta’ Alice marret toqgħod Saint Cloud, viċin Pariġi, f ’dar mislufa minn qraba tagħhom, u kienu jiddependu mill-ġenerożità ta’ familjari u ħbieb. Il-Prinċipessa Alice minn skizofrenija

tbati

Ftit ftit Alice bdiet taqa’ f ’dipressjoni u fittxet refuġju firreliġjon Griega Ortodossa. Ġew mumenti fuqha meta kienet konvinta li qed jidhrulha spirti divini u jkellmuha. Fl-1930, tobba li nviżtawha kkonfermaw li Alice kienet qed tbati minn skizofrenija paranojka u ttieħdet għall-kura fi sptar mentali flIżvizzera fejn inżammet għal aktar minn sentejn. Kemm damet l-isptar Alice ġiet abbandunata minn żewġha, li mar jgħix ma’ seħibtu fin-Nofsinhar ta’ Franza, b’danakollu qatt ma talab iddivorzju. Uliedha l-bniet kienu laħqu żżewġu għand familji aristokratiċi Ġermaniżi, filwaqt li binha ż-żgħir, Philip, spiċċa jiddawwar minn skola għalloħra fil-Ġermanja u aktar tard ittieħed jgħix ma’ zijuh, Lord Louis Mountbatten (ħu Alice), fl-Ingilterra. Alice reġgħet rat lil żewġha u lil binha Philip fl-1937. Iċ-

ċirkustanzi li ġabuhom flimkien kienu ta’ dieqa kbira għax bintha Cecilie, żewġha Georg Donatus u ż-żewġ uliedhom ċkejknin mietu f ’inċidenti tal-ajru. Sarilhom funeral kbir f ’Darmstadt u, fost personalitajiet distinti, attenda l-Ministru Hermann Goering peress li Cecilie u Georg kienu attivi fil-Partit Nażista. Sena wara, Alice telqet lura l-Greċja; setgħet tagħmel dan għax fl-1935 il-pajjiż kien irritorna għall-monarkija. Xtaqet li binha jmur magħha, imma Philip kellu karriera fil-Qawwa Navali Brittanika tistennieh. Faqqgħet it-Tieni Gwerra Dinija u Alice ma setgħet titlaq imkien meta, fl-1941, it-truppi Ġermaniżi invadew il-Greċja. Beda perjodu diffiċli ħafna għall-Griegi kollha u Alice ħadmet kemm felħet mal-Għaqda tas-Salib l-Aħmar meta dawn bdew iqassmu sopop u ftit ħobż lill-imsejkna nies inġewħin. Ħbiet nies Lhud f ’darha Il-Ġermaniżi damu jokkupaw il-Greċja sal-1944 u dejjem assumew li Alice kienet fuq in-naħa tagħhom minħabba li wlieda bniet kienu miżżewġin prinċpijiet Ġermaniżi ttesserati Nażisti. Ħadd qatt ma ntebaħ

li l-Prinċipessa, matul dan iżżmien kollu, kienet qed taħbi Lhud f ’darha. Hija għenet lillfamilja Cohen jeħilsuha minn ħalq il-mewt u, fl-1993, isem Alice ġie miżjud mal-lista filYad Vashem, il-monument f ’Ġerusalemm, għall-att umanitarju li wettqet. Żewġha Andrea miet f ’Diċembru tal-1944 u fl1947 binha Philip iżżewweġ lill-Prinċipessa Eliżabetta, li eventwalment saret ir-Reġina tal-Ingilterra. Alice baqgħet tgħix fil-Greċja u, fl-1949, irtirat għall-ħajja monastika fuq il-gżira ta’ Tinos fejn waqqfet l-Ordni Kristjana tas-Sorijiet ta’ Marta u Marija – sorijiet infermiera. Fl-1967 sar kolp ta’ stat ieħor fil-Greċja. Il-Prinċipessa Alice, li issa kienet qabżet it-tmenin sena u saħħitha bdiet sejra lura, intalbet minn binha Philip, Duka ta’ Edinburgu, sabiex tħalli l-kunvent u tmur tgħix miegħu u ma’ martu r-Reġina Eliżabetta II. Alice mietet fil-Palazz ta’ Buckingham nhar il-5 ta’ Diċembru 1969 u, fuq ixxewqa tagħha, il-fdalijiet tagħha ndifnu maġenb dawk ta’ zijitha Eliżabetta Fjodorovna filKnisja ta’ Marija Maddaliena, imdawrin bil-ħemda tal-Ġnien tal-Ġezzemani f ’Ġerusalemm.


KALEJDOSKOPJU

20 28|08|2016

kullhadd.com

Fatti miġbura minn

KURŻITAJIET

BALIENA TAGĦMILHA TA’ AJRUPLAN

CHARLES B.

SPITERI

1830: L-ewwel ferrovija fl-Istati Uniti, it-Tom Thumb tagħmel il-vjaġġ bejn Baltimore u Ellicotts Mill. 1837: L-ispiżjara John Lea u William Perrins, jimmanifatturaw il-Worcesterhire Sauce. 1898: Caleb Bradham jibdel l-isem tax-xarba karbonata tiegħu għal Pepsi Cola. 1913: Ir-Reġina Wilhelmina tiftaħ il-Palazz tal-Paċi f ’The Hague. 1914: It-tielet jum tal-Battalja ta’ Tannenberg (l-Ewwel Gwerra Dinjija). Ġlied vjolenti bejn il-Ġermaniżi u r-Russi. 1914: Il-Battalja ta’ Heligoland: Il-flotta Britannika tirbaħ lil dik Ġermaniża. Jinqatlu 1,100 persuna. 1916: Il-Ġermanja tiddikjara gwerra kontra r-Rumanija. 1916: L-Italja tiddikjara gwerra kontra l-Ġermanja matul l-Ewwel Gwerra Dinjija. 1922: L-ewwel darba li ntlagħbet il-Walker Cup: l-Istati Uniti jirbħu lill-Ingilterra 8-4. 1924: L-oppożizzjoni Georgjana tibda l-Irvell ta’ Awwissu kontra l-Unjoni Sovjetika. 1937: Il-kumpanija Toyota Motors issir kumpanija indipendenti. 1943: Id-Danimarka tiddikjara strajk universali kontra l-okkupanti Nażisti. 1963: 200,000 persuna jimmarċjaw u jiddimostraw favur id-drittijiet tal-Afrikani Amerikani f ’Washington, DC. 1963: Martin Luther King Jr iwassal il-messaġġ tiegħu ‘I have a dream’ meta jindirizza l-marċ favur id- drittijiet ċivili fil-Mafkar ta’ Lincoln, f ’Washington. 1965: Bvon Dylan jisfa bbuwjat talli jdoqq kitarra elettrika f ’kunċert fi New York Forest Hills. 1968: Il-pulizija u d-dimostranti kontra l-gwerra f ’taqtigħa waqt il-Konvenzjoni Nazzjonali Demokratika f ’Chicago. 1968: Il-Membru Parlamentari Gerry Fitt iressaq mozzjoni fil-House of Common, fejn jitlob li ċ-ċittadini tal-Irlanda ta’ Fuq għandu jkollhom l-istess drittijiet għal dimostrazzjoni paċifika bħal dawk fil-partijiet kollha tal-Gran Brittanja. 1974: Soyuz 15 jirritorna fid-Dinja. 1978: Donald Vesco jsuq mutur Kawasaki ta’ 21 pied tul b’veloċità ta’ 318.598 mil fis-siegħa. 1979: Bomba tal-IRA tisplodi fis-suq ta’ Brussell. 1981: John Hinckley Jr jiċħad li kien ħati fl-attentat biex joqtol lill-President Ronald Reagan. 1983: Il-Prim Ministru Iżraeljan Menachem Begin iħabbar ir-riżenja tiegħu. 1986: Żvelata f ’Hollywood l-istilla ġdida – Tina Turner. 1988: Imutu 70 persuna wara kraxx bejn tliet ajruplani tal-ġlied tal-forza tal-ajru Taljana waqt wirja tal ajru f ’Ramstein, il-Ġermanja. 1993: Tinqasam diga f ’Qinghai, fil-Punent taċ-Ċina. Imutu 223 persuna. 1994: L-ewwel gay pride parade fil-Ġappun. 1995: Abdul Moshen al-Medej, il-Ministru taż-Żejt fil Kuwajt, iħabbar li pajjiżu se jżid il-produzzjoni taż żejt għal 3.5 miljun barmil kuljum sal-2005. 1997: Nies li jitilgħu fl-amusement park fil-Belġju, jeħlu rashom ’l isfel għal 90 minuta. 2003: Qtugħ tal-provvista tal-elettriku tħalli madwar 500,000 persuna, li jgħixu fix-Xlokk tal-Ingilterra, fid-dlam, u 60% tal-ħidma tal-ferrovija taħt l-art wieqfa għalkollox. 2013: Iċ-Ċina u r-Russja joħorġu ’l barra mil-laqgħa tal- Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti hekk kif l-Istati Uniti tħeġġeġ għal azzjoni immedjata kontra l-użu tal-armi kimiċi fis-Sirja.

ĠRAW BĦAL-LUM

Baliena tat-tip humpback dan l-aħħar tat wirja speċjali, meta dehret ittir u xejret lil dgħajsa mimlija turisti, qabel ma nstabtet mill-ġdid fl-ilma. Ir-ritratti nġibdu ’l barra mill-kosta tal-Afrika t’Isfel, mill-gwida tat-turisti Steven Benjamin, li baqa’ skantat bid-dehra hekk qrib tagħhom ta’ din il-baliena ‘ttir’.

Il-baliena ta’ madwar 40 tunnellata, għaddiet fl-arja ftit jardi bogħod mid-dgħajsa u werwret lil kulħadd. Steven Benjamin kien qed jiddokumenta l-migrazzjoni ta’ aktar minn 1,000 baliena mill-kosta tal-Afrika t’Isfel lejn baħar aktar sħun fil-Mozambique u l-Madagascar. Hu qal li l-wirja tal-baliena damet aktar minn

20 minuta; tistaħba taħt ilbaħar u f ’salt wieħed tinqata’ mill-baħar u ttir, u bħal issellem lil dawk li kienu qed jarawha. Lejn tmiem is-snin sittin, il-balieni humpback kienu waslu biex jinqerdu, iżda l-projbizzjoni għall-kaċċa tagħhom wasslet li llum il-ġurnata reġa’ hawn madwar 80,000 waħda.

L-AKTAR KAFÈ LI JISWA FLUS…

IFFERMENTAT FL-ISTONKU TAL-ILJUNFANTI

Jingħad li l-aqwa kafè u l-iktar wieħed għoli fil-prezz hu dak li qed ikun prodott fit-Tajlandja…reġjun magħruf ukoll għall-esportazzjoni illegali tal-loppju. In-negozjant Kanadiż Blake Dinkin ta’ 44 sena, qed jinvesti flusu kollha biex minn din l-idea joħroġ id-‘deheb’. Hu qed jitma’ l-coffee beans lill-iljunfanti u mbagħad għandu ħaddiema li jerġgħu jfittxuhom u joħorġuhom mill-istess ħmieġ tal-annimali. Kulħadd jaf li l-iljunfanti jieklu ħafna ħxejjex u weraq. Dawn jagħmlu tajjeb għall-fermentazzjoni, li hi meħtieġa ferm għall-inbejjed, il-birer u l-kafè, għax toħroġ iz-zokkor mill-bean. Fl-istess waqt, tul il-fermentazzjoni

titneħħa t-togħma morra talkafè. U, b’dan il-mod, Dinkins isostni li dan kollu hu dak li jagħmel il-kafè tiegħu uniku. Hu qal li jrid li l-pubbliku jtiegħem il-bean u mhux ilkafè mixwi. “It-togħma hi florali u taċ-ċikkulata. La hu morr u lanqas tqil. Qisu għandek varjazzjoni bejn ilkafè u t-te.” Biex isir dan kollu, Dinkins iħallat il-coffee beans ma’ taħlita ta’ frott u jitmagħhom lill-iljunfanti minn ħalqhom jew idaħħalhomlhom mit-tromba. Meta jsir hekk, il-ħoss li jagħmlu jkun bħal ta’ vacuum cleaner. Imbagħad, f ’bejn jum u tlett ijiem, l-iljunfanti jiżvujtaw l-istonku u jinġabar il-ħmieġ tagħhom (meta jinstab). Dan

jittieħed biex jinħasel fis-sapun, jitnixxef u jerġa’ jinħasel u jitnixxef. Mhux dejjem faċli li jkollok ir-riżultat u hu għalhekk li minn madwar 33 libbra ta’ coffee beans toħroġ libbra biss ta’ Black Ivory Coffee. Dinkin jixtri l-coffee beans tiegħu mit-tribujiet fit-Tajlandja ta’ Fuq, qrib il-fruntiera mal-Myammar. Il-biża’ tiegħu hu biss meta l-kafè jqabbad uġigħ ta’ ras lil xi ljunfanti u dawn jibda jitlgħalhom in-nervi malajr. F’dawn il-każi l-iljunfanti jsiru perikolużi. Għalissa, dan il-kafè jinsab servut biss f ’lukandi b’ħames stilel fl-Ażja u fil-Lvant Nofsani. Dinkin jixtieq li n-negozju tiegħu jiffjorixxi sew. S’issa, la għamel telf u lanqas qligħ. Nawgurawlu.


KUN AF

kullhadd.com

28|08|2016 21

KUN AF

IL-ĦABS TA’ GUANTANAMO Kurżitajiet minn hawn u minn hemm Kitba ta’

SAVIOUR

MAMO

Il-kamp ta’ detenzjoni fil-bażi navali Amerikana fil-Bajja ta’ Guantanamo, fix-Xlokk ta’ Kuba, huwa magħruf bħala ‘Gitmo’. Kellu l-bidu tiegħu fl-2002 biex jilqa’ fih militanti Musulmani u terroristi li kienu nqabdu mill-Forzi Amerikani fil-gwerra tal-Afganistan u l-Iraq. Fuq dan il-ħabs inqalgħu ħafna kontroversji, speċjalment mill-Konvenzjoni ta’ Geniva minħabba nuqqasijiet ta’ drittijiet umani u torturi ħorox fuq il-priġunieri mill-awtoritajiet Amerikani. L-ewwel detenuti li beda jirċievi fih dan il-ħabs kienu membri suspettati tal-al-Qaeda, terroristi li kienu responsbbli tal-attakk tal-11 ta’ Settembru 2001, ġellieda tat-Talibani, u fundamentalisti Iżlamiċi Afgani (1996-2001) immexxija minn Osama bin Laden. Mijiet minn dawn id-detenuti ġew ikkundannati l-ħabs mingħajr raġuni ta’ xejn u mingħajr ebda provi. L-Amministrazzjoni Repubblikana tal-President George W. Bush ma kinitx tagħti protezzjoni lil dawn il-ħabsin minħabba li r-reati li kienu għamlu saru barra t-territorju Amerikan. L-ebda spetturi internazzjonali ma setgħu josservaw u jirrappurtaw x’kien isir f ’dan il-ħabs. Fl-2006, il-Qorti Suprema Amerikana ddikjarat li t-tmexxija u s-sistema kif jitqassmu l-priġunieri filħabs ta’ Guantanamo millkummissjoni militari tmur kontra l-Konvenzjoni ta’ Geniva u kontra l-Kodiċi Militari tal-Ġustizzja. Minn żmien għal żmien, dan il-kamp spiss jissemma fuq il-mezzi

tal-aħbarijiet minn għaqdiet favur id-drittijiet tal-bniedem, minħabba t-trattament ħażin li jingħataw il-pruġunieri. Qatt ma ġew aċċettati pruġunieri barranin biex ikomplu jiskuntaw il-kumplament tassentenza tagħhom f ’pajjiżhom. Kundanna għaqdiet

minn

ħafna

Fost l-għaqdiet u organizzaturi internazzjonali li jikkundannaw dan il-kamp ta’ detenzjoni, minħabba l-mod kif ilpriġunieri jiġu ttorturati waqt l-interrogazzjoni biex jgħidu l-vertità, insibu lil Amnesty International, Human Rights Watch, International Committee of the Red Cross, kif ukoll il-European Union u l-Organization of American States (OAS). L-amministrazzjoni ta’ Bush dejjem ċaħdet dan u qalet li dawn huma kollha allegazzjonijiet foloz; anzi tgħid li l-priġunieri dejjem kienu ttrattati u miżmuma kif suppost. Fl-2008, madankollu, minkejja li kien sar xi forma ta’ ftehim biex xi priġunieri setgħu jmorru pajjiżhom, xorta dan ma seħħx għax l-ebda pajjiż ma kien aċċettahom u lanqas ma kien hemm garanzija fuq is-sigurtà tagħhom. Fit-22 ta’ Jannar 2009, ilPresident Demokratiku Barack Obama għamel kampanja sħiħa biex il-kamp tad-detenzjoni ta’ Guantanamo jingħalaq fi żmien sena u l-priġunieri jitqassmu f ’ħabsijiet fl-Istati Uniti wara li jkunu interrogati u mtellgħin il-Qorti. Kien għamel enfasi li, waqt l-interrogazzjoni, ma kull priġunier m’għandhiex

tintuża xi forma ta’ tortura. Din il-kampanja kollha ġiet imfixkla mill-Kungress tarRepubblikani u Demokratiċi fl-oppożizzjoni għax qalu li dawn il-priġunieri jistgħu jkunu ta’ periklu għas-sigurtà Amerikana. Fl-2013, biex titqajjem kuxjenza u tiġbed l-attenzjoni mad-dinja kollha fuq issitwazzjoni ta’ dan il-kamp, iktar minn nofs id-detenuti li kienu jammontaw għal 166, kienu għamlu strajk tal-ġuħ. Jonqsu fin-numru Mill-11 ta’ Jannar 2002, ilkamp ta’ Guantanamo laqa’ fih 783 priġunier. Ħafna minn dawn ġew meħlusa jew skontaw is-sentenza tagħhom. Sas-16 ta’ Awwissu 2016,

in-numru ta’ detenuti niżel għall-61 (numru dubjuż). Wieħed biss minn dawn iddetenuti kien ġie trasferit lejn l-Istati Uniti biex jiġi interrogat quddiem il-Qorti Amerikana F’dan il-perjodu, mietu disa’ persuni f ’dan ilkamp: seba’ għamlu suwiċidju, wieħed miet b’attakk f ’qalbu, u ieħor miet bil-kanċer. Taħt l-amministrazzjoni ta’ Bush inħelsu 532 minn dan il-kamp u taħt l-amministrazzjoni ta’ Obama, sa issa, inħelsu 151. Fl-aħħar diskors li għamel filKungress, Obama qal li l-kamp ta’ Guantanamo Bay irid jingħalaq għalkollox u jitniżżel fl-istorja. Il-kumplament tal-priġunieri li fadal f ’dan il-kamp se jitqassmu fi 13-il ħabs ta’ sigurtà kbira mifruxa mal-Istati Uniti. Kien hemm

min qarras wiċċu għax ħaseb li dawn id-detenuti jistgħu ’l quddiem jinfiltraw fl-Amerika u jwettqu xi attakk terroristiku. L-ispiża biex jinżammu dawn il-61 detenut fil-kamp ta’ Guantanamo, fl-2015 kienet tlaħħaq $445 miljun. Din issena hu maħsub li l-ispiża hija ħafna ikbar. Għal kull ħabsi f ’dan il-kamp, l-ispiża titla’ bejn $3.7 miljun u $4.2 miljun kull sena. Kieku dawn ilħabsin kellhom imorru f ’ħabs mill-iktar sigur fl-Istati Uniti, l-ispiża ma taqbiżx it-$78,000 kull sena għal kull detenut. Hu kkalkulat li, jekk dan il-pjan jirnexxi, l-Istati Uniti tiffranka mal-$85 miljun kull sena. L-aħħar kumment minn Obama kien li huwa xtaq jagħlaq dan il-ħabs mill-ewwel ġurnata li fiha sar president.


22 28|08|2016

kullhadd.com

MADWARNA

X’JAGĦMEL ĦABIB TA’ VERU?

Fr Mario Attard OFM Cap

Għax ħabib hu dak li, għax jafek, jibqa’ jħobbok bl-istess mod

Xi xhur ilu xi ħadd fettillu jibagħtli email li tgħidx kemm ħadt gost naqraha! Mhux hekk biss, imma spiċċajt ngħarbilha tant li issa se naqsam magħkom vjaġġ li terraqt flimkien magħha fir-riflessjoni. It-titlu ta’ din l-email kien: Dan hu li jagħmel ħabib tassew! Il-punt esklamattiv tani naqra f ’għajni. Dan għax l-awtur ta’ din il-kitba donnu ried jagħti l-impressjoni li dawn l-ingredjenti, u dawn biss, huma li jagħmlu ħabib tassew; ħabib ta’ min jorbot fuqu. Fi żmienna, fejn is-sentenza: ‘Illum ma’ tista’ tafda lil ħadd’ saret il-mantra tas-soċjetà postmoderna tagħna, li jkollok ħabib hija tassew grazzja. Mhux ta’ b’xejn li l-Ktieb ta’ Bin Sirak jistqarr: “Kenn sod ilħabib ta’ min jafda fih, u min isib wieħed ikun sab teżor” (Sir 6:14). Ħa ngħaddu issa għallingredjenti li jsawru ħabib tassew. Ħabib tajjeb jibqa’ miegħek anke fi żminijiet iebsa. Ħbieb tassew se jibqgħu dejjem hemm għalik biex jagħtuk idhom ħa

jgħinuk. Ilkoll nafu l-esperjenza qarsa ta’ min ippreżenta ruħu b’ħabib ta’ veru f ’ħajjitna. Imma mbagħad, meta ra li ma kienx jaqbillu aktar, dabbar rasu. Eżattament bħalma jgħid l-awtur tal-Ktieb ta’ Bin Sirak: “Hemm il-ħabib li joqgħod miegħek mal-mejda, imma ma jiqafx miegħek dakinhar tal-għawġ” (Sir 6:14). Dan hu ‘ħabib meta jaqbillu’ biss (Sir 6:8)! Mhux lant li tagħżlu b’ħabibek! Għax ħabib hu dak li, għax jafek, jibqa’ jħobbok bl-istess mod. Irrilevanti jekk intix fqir jew għani, influwenti jew le, sabiħ inkella ikrah. U, ħaġa oħra importanti, ħabib tassew ma jħallikx tagħmel ħwejjeġ li jġibuk f ’inkwiet kbir. Le! Jiftaħlek għajnejk! Għax, kif jgħallem Sant Tumas minn Akwinu, l-imħabba vera hija li tixtieq il-ġid lil ħaddieħor jew li tixtieq lil ħaddieħor jirnexxi. U jekk tassew nixtieqlek ilġid, kif se nagħlaq ħalqi u nħallik tegħreq fl-iżball? Dik xi mħabba hi? Ħabib tassew jaqsam

miegħek l-esperjenzi li tgħaddi minnhom, u jipproteġik. Ħabib veru, għax ikun jafek, jgħinek tara n-naħa l-oħra talmunita. Hekk, kull deċiżjoni li tagħmel tkun aktar ħolistika. Għax l-affarijiet tkun tfajthom ilkoll fuq il-mejda bil-għan li tara l-istampa kollha, u tiżen ittajjeb minn dak li jidher tajjeb u l-ħażin minn dak li jidher ħażin. Għalhekk, il-parir ta’ ħabib mhux ta’ min jinjorah, imma ta’ min jonorah! Ħbiberija vera mhijiex sempliċiment imkejla millammont ta’ żmien li int u ħabibek ilkom tafu lil xulxin, daqskemm li minn kemm ilkom tafu lil xulxin qatt ma ħallejtu lil xulxin. Qatt ma tbegħidtu wieħed mill-ieħor. Kos hux! Kemm il-ħbiberija vera hija li tagħti lil dak li tqisu b’ħabibek u li fuqu tista’ jserraħ, li taf li hu qiegħed hemm għalik dejjem, tkun fiex tkun! Din l-email ġegħlitni naqbel waħda sew magħha meta għallmitni li ‘ħabib ta’ veru huwa għajnejk fid-dinja’. Dan għax tant kemm isir ħaġa

waħda miegħek li l-ħbiberija ta’ bejnietkom tgħinek ikollok viżjoni oħra tal-ħajja. Sintendi, mingħajr ma tiċħad, tgħattan jew twarrab il-viżjoni tiegħek! L-aħħar parir li nissuġġerixxi lil min jixtieq ikollu ħabib huwa dak li joffrilna l-Ktieb ta’ Bin Sirak: “Meta tikseb ħabib, iksbu wara li tkun ġarrabtu, u tkunx mgħaġġel biex tafda fih” (Sir 6 :7). Ġarrbu kemm tiflaħ ħa tara għandekx fuq min isserraħ, għax ħabib huwa bħal bastun – jew li isserraħ fuqu, inkella li tissawwat bih. Min ma ħax iż-żmien tiegħu biex jafda ħabib spiċċa msawwat bla ħniena, imma min ġarrab u ittestja lil ħabibu u ra li hu ta’ min jafdah illum jista’ jserraħ qalbu miegħu. Il-ħbiberija tkun soda meta tkun ankrata fil-Mulej! Eżatt bħalma qal l-awtur tal-Ktieb ta’ Bin Sirak: “Min jibża’ millMulej imexxi tajjeb il-ħbiberija tiegħu u, kif ikun hu, ikun ħabibu” (Sir 6:17). B’dawn il-ħsibijiet f ’moħħok u f ’qalbek għid issa lill-veri ħbiebek li tħobbhom!

Ritratti: FLASH PHOTOGRAPHY

TENTATTIV TA’ REKORD NAZZJONALI FIL-QASAM PIROTEKNIKU

Il-festa ta’ San Bert f ’Ħal Għargħur hija waħda magħrufa sew għal-logħob tan-nar kif ukoll hija waħda minn talaħħar għal kull staġun tal-festi. Din is-sena, il-festa tinkludi bosta spettakli pirotekniċi ta’ murtali tradizzjonali, spettakli sinkronizzati malmużika kif ukoll spettaklu ta’ nar tal-art, kollha ppreparati volontarjament mill-membri fi ħdan l-Għaqda tan-Nar San Bartilmew fil-kamra tan-nar tal-lokal. Fost il-kwantità sabiħa ta’ murtali li nħadmu għall-festa ta’ din is-sena, iċċelebrata llum f ’Ħal Għargħur, insibu sett murtali tradizzjonali talberaq b’tentattiv li jitniżżel bħala rekord nazzjonali. Dan is-sett, kompost minn 12-il murtal, inħadmu minn Simon Aquilina u jikkonsistu f ’murtali li jibdew minn fetħa

beraq u bomba, bil-murtali sussegwenti jżidu fetħa beraq, sa 12-il fetħa beraq u bomba. Din mhux l-ewwel darba li sar dan is-sett murtali, iżda din is-sena ħadmu għall-ewwel darba Simon, bl-għajnuna ta’ missieru, Isaac u Manuel Gauci. L-istorja piroteknika f ’Ħal Għargħur tmur lura xejn inqas minn mitt sena. Daqshekk ilfamilja ta’ Simon ilha involuta fil-piroteknika b’ġenerazzjoni li tmur lura sa żmien ilbużnannu tiegħu stess. Dan is-sett murtali huwa sinonimu ma’ dan ir-raħal u jinħaraq waqt il-purċissjoni f ’jum il-festa ta’ San Bert li kull sena tiġi ċċelebrata Ħadd wara l-24 ta’ Awwissu. Dan issett jinħadem kull meta r-raħal jiċċelebra xi anniversarju. Infatti, l-aħħar li nħadem kien fis-sena 2010 meta kien

iċċelebrat il-100 anniversarju minn meta beda jinħadem innar f ’Ħal Għargħur. Wara domanda minn bosta dilettanti tan-nar Għargħurin, din is-sena Simon tħajjar li jerġa’ jagħmel dan is-sett, bittentattiv li jitniżżel fil-Malta Records taħt it-titlu ta’ ‘Sett murtali tradizzjonali minn waħda sa 12-il fetħa beraq u bomba’. Il-qies ta’ dawn ilmurtali huwa ta’ seba’ pulzieri f ’dijametru. Mistoqsi x’biħsiebu jagħmel għall-futur, Simon wieġeb bħal kull dilettant ieħor, li l-ewwel jistenna din il-festa tgħaddi u jittama li jmur kollox b’wiċċ il-ġid. Għalhekk nawguraw ilfesta t-tajba lill-Għargħurin kollha u nawguraw ukoll lillGħaqda tan-Nar Għargħurija biex illejla tikseb rekord ieħor biex ikompli jżid mal-unuri li kisbet din l-Għaqda.

Simon Aquilina, Manuel Gauci, Edwin Gatt (rappreżentant għal The Malta Records) u Isaac Aquilina


MADWARNA

kullhadd.com

28|08|2016 23

KONT TAD-DEPOŻITU ĠDID APPLIKAZZJONIJIET IMNIEDI MILL-APS BANK MIFTUĦA MILL-ITS IT-TIENI SEJĦA GĦALL-KORSIJIET

Għadu kif ħareġ għall-pubbliku l-14-il APS Kapital Plus Deposit Account. Il-Kapital Plus hu kont tad-depożitu b’terminu fiss ta’ seba’ snin b’rata ta’ mgħax regolari bilkapital garantit mill-APS Bank. Minbarra hekk, dan il-kont hu marbut mal-andament tal-Euro Stoxx 50, li hu indiċi fl-istokk li jirrappreżenta l-aqwa mill-kumpaniji ewlenin li jkopru 50 stokk minn 12-il pajjiż fiż-Żona Ewro. Permezz ta’ din l-istruttura, il-kont se jibbenefika minn rata ta’ mgħax fissa ta’ 0.7% kull sena kif ukoll

ħlas ta’ bonus annwali. Il-Kapital Plus Account jista’ jinfetaħ b’depożitu minimu ta’ €5,000 u hu disponibbli għal żmien limitat biss. Termini u kundizzjonijiet japplikaw. Kull min jiddepożita f ’dawn il-kontijiet hu protett bid-Depositor Compensation Scheme. Għal aktar informazzjoni ibgħat email lil: invest@apsbank.com.mt, jew żur is-sit elettroniku tal-Bank www.apsbank.com.mt jew ċempel 2122 6644.

L-istitut għall-Istudji Turistiċi ħabbar it-tieni sejħa għal applikazzjonijiet minn studenti interessati li jsegwu wieħed mill-programmi ta’ studju full-time li qed joffri din is-sena. L-applikazzjonijiet se jintlaqgħu nhar il-5, 6 u 7 ta’ Settembru 2016, filkampus ewlieni tal-Istitut li jinsab il-Bajja ta’ San Ġorġ, San Ġiljan. Il-korsijiet full-time flIstitut għall-Istudji Turistiċi jibdew f ’Ottubru u studenti prospettivi li jilħqu r-rekwiżiti neċessarji jistgħu japplikaw biex jibdew l-istudji tagħhom millentry points li hemm f ’kull programm ta’ studju li joffri l-Istitut, jiġifieri: • Foundation in Hospitality and Tourism; • Certificate in Travel & Tourism; • Certificate in Rooms Division; • Certificate in Events & Leisure; • Certificate in Food Preparation & Production; • Higher National Diploma in Hospitality Management; u • Higher National Diploma in Tour Guiding. B’tisħiħ tax-xogħol li sar issena li għaddiet, il-programmi ta’ studju varji li qed joffri l-Istitut għall-Istudji Turistiċi

huma integrati f ’sistema ta’ progressjoni simplifikati sabiex l-istudenti jkunu jistgħu jidħlu fil-programm li jixtiequ fl-entry point offruti mill-Istitut u minn hemm ikomplu javvanzaw sena wara l-oħra sakemm jilħqu l-ogħla kwalifikazzjonijiet offruti. Aktar informazzjoni għallprogrammi ta’ studju tinsab fil-prospectus 2016-17 għallkorsijiet full-time, li jinsab fis-sit www.its.edu.mt. Studenti prospettivi jistgħu wkoll iniżżlu kopja talapplikazzjoni mill-istess sit elettroniku. L-applikazzjonijiet, mimlija kif mitlub u flimkien mad-dokumenti mitlubin, għandhom jiġu sottomessi lill-Uffiċċju tar-Reġistrar flIstitut għall-Istudji Turistiċi f ’San Ġiljan. L-Uffiċċju tarReġistrar tal-ITS jista’ jiġi kkuntattjat ukoll permezz ta’ email (registrar.its@gov. mt) jew bit-telefown 2379 3231/2. Sadanittant, is-servizzi ta’ appoġġ għall-istudenti flITS huma wkoll disponibbli f ’dan il-perijodu u jistgħu jiġu kkuntattjati b’email lil s t u d e n t s e r v i c e s. i t s @ g ov. mt, jew bit-telefown 2379 3301/141) kemm għal pariri dwar karriera u studji, u wkoll għal counselling.

SUĊĊESS MINN KANTANTI MALTIN F’FESTIVAL PRESTIĠĠJUŻ FIR-RUMANIJA

Grupp ta’ kantanti Maltin kellhom esperjenza pożittiva f ’kompetizzjoni internazzjonali f ’Iasi, ir-Rumanija. Il-kantanti Maltin ħadu sehem fisseba’ edizzjoni tal-festival Music for Kids 2016. Il-parteċipazzjonji tagħhom kienet riżultat li kisbu f ’April li għadda fissitt edizzjoni tal-Malta International Singer’s Festival – Euro Stars, imtella’ minn Stardust Promotions. Elisa Muscat, kantanta ta’ disa’ snin, kisbet l-ewwel post flimkien

ma’ Quivan Agius fit-tieni kategorija. Fit-tielet kategorija, Emma Cutajar kisbet it-tieni post bil-kanzunetta Girl on Fire, filwaqt li Kacey Azzopardi ġiet fit-tielet post. Fil-ħames kategorija, Shazay Grima ġiet fl-ewwel post blinterpretazzjonji tal-kanzunetta I’m in love with a monster. Fis-sitt kategorija, Kayley Cuschieri rebħet l-overall bil-kanzunetta Upside Down, u Reanue Falzon ġiet fit-tielet post.

Fis-seba’ kategorija, Arianna Mallia kisbet l-ewwel post. Il-kantanta Nicole Hammet rebħet l-overall bil-kanzunetta O fortuna/ Believe u l-kantanti ċkejknin Elisa Muscat u Emma Cutajar rebħu l-overall tal-gruppi bil-kanzunetta oriġinali Boogie Woogie miktuba minn Kaya u Dorian Psaila. Arianna Mallia u Reanue Falzon ġew fl-ewwel post fil-kategorija talgruppi. Waqt il-festival, il-kantanti Quivan

Agius, Elisa Muscat u Shazay Grima kienu magħżula biex jieħdu sehem fil-World Performing Arts Festival f ’Hollywood. Francesca Zarb ippreżentat dan ilfestival. Id-direttur ta’ Stardust Promotions jixtieq jirringrazzja lill-organizzaturi, lill-kantanti u l-għalliema tagħhom. Qal li dan il-festival prestiġġjuż kien opportunità għall-Maltin biex jiksbu esperjenza ġdida fil-karriera tagħhom lil hinn minn xtutna.


24 28|08|2016

kullhadd.com

PERSONALITÀ

IMXIET FUQ IL-PASSI T’OMMHA RAMONA

PORTELLI TINTERVISTA LIL

KASEY AZZOPARDI

Sit elettroniku: www.ramonaportelli.com Email: ramonaportelli@hotmail.com

Il-mużika tista’ tgħid li nsibuha kullimkien: fil-karozzi, ħwienet, uffiċini, djar, attivitajiet u f ’ħafna postijiet oħra. Kultant tkun għaddejja u lanqas nagħtu kasha, u drabi oħra nfittxuha għal ftit rilassament jew għal xi żifna. Hemm min iħobb jismagħha, filwaqt li hemm min iħobb joħloqha. Meta nisimgħu kanzunetta għandna napprezzaw minn fejn tkun ġejja, il-messaġġ tagħha, kif ukoll il-mod kif tkun qed tiġi interpretata millkantant jew kantanta. Ħafna drabi ma nagħtux kas issagrifiċċji u eżerċizzji li jkun hemm wara kull kanzunetta. Għall-intervista tal-lum ħsibt li nitkellem ma’ kantanta lokali li, bħal kantanti żgħar oħra, diġà bdiet tiddebutta u ssemma’ leħinha f ’attivitajiet lokali u anke barra minn xtutna. Qed nirreferi għallkantanta Kasey Azzopardi. Għandha 13-il sena, toqgħod is-Siġġiewi u hija studenta filKulleġġ San Injazju. Tħobb taqra, tħobb ħafna l-baħar u l-għawm, u tħobb ukoll it-teknoloġija. Tiddeskrivi lilha nnifisha bħala persuna simpatika, b’qalb kbira u li għandha ħafna enerġija, però taf tkun rasha iebsa ħafna u kultant jgħidulha li tpaċpaċ ħafna, speċjalment l-iskola. Tgħid li s-sodisfazzjon li jagħtiha l-kant mhux faċli

tiddeskrivih bil-kliem. Ilkant jagħtiha s-sodisfazzjon li twassal l-emozzjonijiet tagħha. Fil-fatt, ippruvat diversi passatempi differenti, però sabet li l-kant huwa l-passjoni tagħha. L-isbaħ ħin tal-ġurnata Kasey tkanta mużika varjata bħal ballads u anke pop. Ilkanzunetti tagħha jkunu tista’ tgħid kollha b’xi messaġġ ta’ ferħ għal dawk li jisimgħuha u jarawha. Xtaqt inkun naf kemm tiddedika ħin kuljum għallvuċi tagħha, u dlonk weġbitni: “Nittrenja siegħa kuljum u jkun l-isbaħ ħin tal-ġurnata tiegħi; f ’dak il-mument inħossni qiegħda f ’dinja oħra,” sostniet Kasey. Dejjem kelli l-kurżità nkun naf x’wieħed iħoss meta jkun fuq il-palk ikanta quddiem udjenza u jara dik il-massa ta’ nies quddiemu jew, għall-kuntrarju, ma jara xejn. Personalment, qatt ma

għamiltha, u lanqas bi ħsiebni nagħmilha, għall-fatt li għażilt linja oħra: li nikteb u mhux inkanta! Għalhekk staqsejt lil Kasey fuq dan. “Mumenti b’emozzjonijiet differenti; jiddependi l-okkażjoni ta’ fejn inkun qed inkanta. Meta nkun waqt xi kompetizzjoni jew audition ma tantx narahom in-nies ta’ quddiemi għax inkun aktar ikkonċentrata fuq il-kanzunetta u l-interpretazzjoni li nkun qed nagħmel, però meta nkun mistiedna f ’xi attività n-nies huma importanti ħafna għax inkun qed inkanta biex nagħti pjaċir lill-udjenza preżenti.” Kasey ilha tkanta għal dawn l-aħħar tliet snin. Staqsejtha kif eżattament ġietha l-ħajra li tibda tkanta. “Minn età żgħira ħafna dejjem kont noqgħod inkanta u niżfen, speċjalment quddiem il-mera, imbagħad wasalt fi żmien li xtaqt li nibda nitgħallem il-kant u nuża u nkabbar it-talent tiegħi.” Ta’ min jgħid li omm Kasey mhi ħadd ħlief il-kantanta u attriċi Amanda Bugeja, magħrufa l-aktar għallkanzunetta tagħha Ħafna xogħol ma jgħoddx għalina. Ma stajtx ma nistaqsihiex jekk taħsibx li ommha, b’xi mod jew ieħor, kienet ta’ influwenza pożittiva fuqha. “Ifhimni, il-kant u r-reċtar trabbejt fihom, allura xi ftit ta’ influwenza kien hemm,” sostniet Kasey. Kasey hija kuntenta ħafna li tagħmel parti minn waħda mill-aħjar skejjel tal-kant f ’Malta, speċjalment blgħalliema tal-kant tagħha Gillian Camenzuli Kerr, u bl-għalliem ta’ teknika talvuċi il-Mro Joseph Chircop.

Ovvjament, s’issa kienet kif sostniet importanti, miegħi Kasey stess, issib ukoll filwaqt li l-esperjenzi għajnuna kbira mingħand jibqgħu marka matul ħajjitha ommha Amanda, aktar u kollha. aktar meta din kienet fl-istess Mhux hekk biss, iżda fisx-xena. sena 2015 Kasey ħarġet l-ewwel single tagħha; ilKisbet diversi awards kanzunetta bil-Malti Ġenna f ’Malta u anke barra minn tal-Art, b’lirika ta’ Rita Pace u mużika ta’ Gillian Attard u xtutna Dominic Cini. “Ħadt sehem Minkejja li Kasey ilha tkanta biha fi produzzjoni ta’ Erseb għal dawn l-aħħar tliet snin Productions, festival bl-isem biss, diġà kellha xi suċċessi Għanja Ġmiel is-Seba’ Noti, fejn rebħet diversi awards fejn ikklassifikajt fit-tieni post. fosthom Best Interpration Kanzunetta li tintgħoġob – OltreOceano Festival, u ħafna, speċjalment għallMonreale Sicily f ’Awwissu messaġġ li fiha. Anke fuq 2015. Ħadet sehem fil- il-YouTube akkwistat ħafna programm tal-Mediaset views.” Ta’ min jgħid ukoll li Tra Sogno è Realtà li xxandar f ’Diċembru li għadda fuq f ’Ġunju li għadda kellha La5, u ġiet fit-tieni post esperjenza ġdida fil-karriera minn għoxrin parteċipant tagħha tal-kant, fejn kantat internazzjonali f ’festival fil- portrait ta’ Andrew Loyd Belarus f ’April tal-2016. Fi Webber live fil-kunċert talkliemha stess, kull okkażjoni li festa tas-Siġġiewi mal-banda kellha matul il-karriera tagħha San Nikola, u issa wkoll mistiedna biex tkanta live l-Ave Maria f ’żewġ okkażjonijiet differenti. Fi kliemha stess, din kienet esperjenza oħra mill-isbaħ fejn għall-ewwel darba kantat ma’ live band. Ovvjament, ħassitha onorata li kienet mistiedna fil-kunċert tagħhom, u issa aktar u aktar għax reġgħet intgħażlet biex tkanta wkoll għall-ewwel darba l-Ave Maria. Ma’ Kasey iddiskutejt il-futur mużikali tagħha fejn sostniet li, meta tkun għadha żgħira bħalha, ikun hemm ħafna ambizzjonijiet. “Nemmen li dan huwa tajjeb għax inħares lejn il-futur mużikali tiegħi b’lenti mifruxa ħafna, b’aktar okkażjonijiet u opportunitajiet differenti. Nixtieq ukoll noħroġ l-ewwel album tiegħi.” Fl-aħħar nett xtaqet tgħaddi messaġġ lill-qarrejja talgazzetta KullĦadd sabiex jemmnu fihom infushom u, jekk ikollhom xi ħolma, jagħmlu minn kollhox biex din issir realtà. “Kulħadd huwa kapaċi għal xi ħaġa u kulħadd għandu xi talent,” temmet tgħid Kasey.


XJENZA

kullhadd.com

28|08|2016 25

IL-FORESTI TROPIKALI CLAYTON CUTAJAR B.Ed (Hons.), M.Ed. fix-Xjenzi

Il-foresti tropikali magħrufa aħjar bħala rainforests huma l-eqdem ekosistema eżistenti fuq wiċċ id-dinja bl-akbar ammont ta’ ħlejqiet fihom. Isimhom magħhom, irrainforests huma l-ambjent ideali fejn is-siġar u l-pjanti jikbru u jirnexxu. X’inhuma l-aktar affarijiet importanti għall-pjanti? Proprju l-ilma u d-dawl li fir-rainforests hemm blabbundanza. Dawn il-foresti tropikali nsibuhom fl-Ażja, fl-Awstralja, fl-Afrika u flAmerika t’Isfel, proprju f ’dik il-parti tad-dinja magħrufa bħala ‘l-ekwatur’, li tinsab fin-nofs tad-dinja mill-lat orizzontali. Iddur kif iddur id-dinja max-xemx, din ilparti dejjem se tirċievi l-istess ammont ta’ dawl tax-xemx u ilma; infatti, fir-rainforests ma jeżistux staġuni. Dan ifisser li l-pjanti għandhom aċċess għal ħafna ilma u dawl matul is-

sena kollha. Mill-lat xjentifiku, l-ilma u x-xemx ma jitqisux bħala limiting factors għall-pjanti ta’ hawnekk. B’hekk il-pjanti u s-siġar jiffullaw u jogħlew tant li jilħqu anke għoli ta’ 50m u aktar. Fir-rainforests, is-siġar jikkompetu l-aktar għallispazju, għad-dawl u għannutrijenti fil-ħamrija. Minħabba li s-siġar jikbru u jilħqu ċertu tul, tinħoloq tinda ta’ weraq mifruxin u mgezzin ma’ xulxin. L-għan ewlieni tassiġar ikun dak li l-weraq jilħqu d-dawl biex ikunu jistgħu jipproduċu l-ikel (il-pjanti jagħmlu l-ikel tagħhom stess mill-ilma u d-dawl permezz ta’ kimika ħadra li għandhom fihom). Infatti, huwa biss meta tmut u taqa’ siġra li, bil-vojt li tħalli, aktar dawl jirnexxilu jinżel qrib tal-ħamrija u b’hekk xi żerriegħa li tkunu ilha rieqda fil-ħamrija għal żmien twil, tieħu, tikkompeti u tipprova

tkun minn tal-ewwel li timla’ l-vojt li s-siġra l-oħra tkun ħalliet warajha. Ċertu pjanti oħra ,bħal tipi ta’ orkidi u felċi, saħansitra adattaw b’tali mod li jikbru fuq is-siġar l-oħra mingħajr il-bżonn li jankraw l-għeruq tagħhom fil-ħamrija. Dawn jikbru eżatt taħt ittinda li jifforma l-weraq sabiex ikollhom biżżejjed dawl u jużaw ilma u nutrijenti li jaqgħu millweraq ta’ fuqhom b’mod dirett. Wieħed jifhem ukoll li taħt din it-tinda ta’ weraq u pjanti, ftit li xejn jidħol dawl. Infatti, 1% tad-dawl biss jirnexxilu jasal sal-ħamrija li normalment tkun mimlija b’tipi differenti ta’ ħażiż u faqqiegħ, u biċċiet ta’ pjanti li jkunu waqgħu minn fuq. Tajjeb li wieħed jirrealizza li mat-80% tal-ikel li nieklu joriġina mir-rainforests, bħaċċikkulata, il-kafè, il-banana, il-patata u r-ross, fost ħafna affarijiet oħra. Dan l-ambjent hu d-dar naturali ta’ ħafna annimali, fosthom insetti, mammiferi, għasafar u rettili. Ħafna millannimali adattaw b’tali mod li jgħixu fil-quċċata tas-siġar, proprju f ’dawn il-friegħi fuqana, minħabba li l-akbar ħdura u ammont ta’ ikel jinsab

hemm. L-għasafar u l-insetti saħansitra evolvew numru ta’ relazzjonijiet mal-pjanti. Dawn jieklu l-frott biż-żerriegħa u jifirxuha f ’postijiet differenti permezz tas-sistema diġestiva tagħhom. L-insetti u l-għasafar isibu sors ta’ ikel filwaqt li l-pjanti jsibu sors ta’ kif jifirxu ż-żgħar tagħhom malforesta. Fost il-ħafna annimali tropikali nsibu numru kbir ta’ pappagalli bħal Macaws u Toucans fost l-oħrajn. Dawn l-għasafar magħrufa għall-kuluri sbieħ tar-rix tagħhom u għall-attitudnijiet partikolari tal-individwi rġiel lejn individwi nisa. Numru kbir ta’ xadini li jgħixu f ’dan l-ambjent evolvew b’tali mod li denbhom hu b’saħħtu biżżejjed tant li jaqbad malfriegħi tas-siġar sabiex ikunu jistgħu jixxabbtu u jiġġebbdu għall-ikel. Fost l-annimali li wieħed isib fir-rainforests hemm il-jaguar, il-puma, iċ-ċriev, l-anteater, il-gurilli u l-iljunfanti. Uħud ta’ dawn l-annimali, sfortunatament, huma fi stat vulnerabbli minħabba r-rata ta’ deforestazzjoni mill-bniedem. Is-siġar tar-rainforests huma sors kbir ta’ karta kif ukoll iżżona tintuża għall-agrikultura

u biedja kif ukoll għar-riżorsi naturali bħall-gass u ż-żejt. Fl-aħħar iżda mhux l-anqas, fir-rainforests jgħixu numru mdaqqas ta’ tribujiet ta’ nies li jista’ jkun qatt ma għamlu kuntatt mal-bqija tad-dinja. Tribuijiet bħall-Matsigenka li jinsabu fl-Amazon Rainforest, speċifikament fil-Perù, jużaw armi sabiex jikkaċċjaw ixxadini, ħut u annimali oħra, u jaqtgħu u jiġbru l-frott u numru ta’ ħxejjex li l-foresta tipprovdi. Ħafna minn dawn it-tribujiet jagħmlu użu minn partijiet tal-pjanti bħala mediċina, huma superstizzjużi u jagħmlu differenza kbira bejn ir-rwol soċjali tal-individwi rġiel (dawk li jikkaċċjaw) u dak tan-nisa (dawk li jieħdu ħsieb lit-tfal u d-djar fil-komunità tagħhom b’mod kollettiv). Dan kollu jurina kemm il-foresti tropikali huma ambjent importanti u imprezzabbli. Riċerki xjentifiċi juru li r-rainforests jgħinu sabiex jonqos l-effett serra minħabba li jassorbu ammont kbir ta’ sħana mill-atmosfera tad-dinja. Dawn ikopru biss 6% mill-wiċċ tad-dinja, però huma l-ambjent naturali li fih jgħixu madwar nofs l-ispeċi ta’ annimali u pjanti li jeżistu fid-dinja.


26 28|08|2016

kullhadd.com

MIN IĦADDEM

KIF TAĦSIBHA L-ASSOĊJAZZJONI TA’ MIN IĦADDEM?

L-MEA, B’SMETOOL GĦALL-SMEs Anton Vella SMEs Helpdesk Executive Malta Employers’ Association

Għal dawn l-aħħar xhur l-SME Helpdesk fi ħdan l-Assoċjazzjoni ta’ min iħaddem ħadem qatigħ fuq inizjattiva innovattiva li tista’ tkun ta’ għajnuna kbira għal dawk kollha li jaħdmu fissettur tal-SMEs. Qed nirreferi għall-kunċett ta’ SMETOOL, sit elettroniku speċifiku u adattat għal kull min jaħdem fis-settur tannegozju. Huwa kunċett għalkollox innovattiv għax bħalu, sa issa, għadu qatt ma kien hawn f ’pajjiżna. Sit elettroniku uniku li se jkun qed jiġbor fih dak kollu li għandu x’jaqsam man-negozju u kull attività kummerċjali u industrijali li tkun qed tevolvi f ’pajjiżna. Ħidma li, għalkemm ilha li bdiet xhur, se tkun qed tilħaq il-qofol tagħha fit-30 ta’ Settembru li ġej fejn, waqt attività li l-MEA se torganizza bħala parti millSME WEEK 2016, se jkun varat proprju dan il-kunċett tal-SMETOOL. Sit elettroniku informazzjoni

li

joffri

Sa issa, diġà sar ħafna xogħol preparatorju, li inkluda diversi laqgħat ma’ entitajiet tal-Gvern, laqgħat ma’ awtoritajiet responsabbli milliċenzjar ta’ negozji, laqgħat ma’ entitajiet regolatorji, diskussjonijiet ma’ NGOs, u ħidma oħra. Fi ħdan l-MEA, bħalissa nsibu xejn anqas minn 600 intrapriża li huma membri attivi. Dawn jirrappreżentaw il fuq minn 55,000 impjegat – terz tal-work force f ’Malta. Iżda dan l-SMETOOL mhux se jkun biss għodda għallmembri tagħna, iżda se jkun sit elettroniku li joffri l-informazzjoni għal kull min qiegħed jaħdem fis-settur tannegozju, jew saħansitra għadu qed jikkunsidra li jkun. Hija għodda li verament kull imprenditur għandu jsib utli sabiex jimxi ’l quddiem fil-ħolma tiegħu u jagħmel suċċess min-negozju b’aktar faċilità. Sit elettroniku li, fiddinamika tiegħu huwa uniku. Se jkun punt ta’ referenza li fih issib kif għandek tiftaħ negozju, minn fejn għandek tibda, u x’għandek tagħmel pass wara pass, mingħajr ma toqgħod tiġri minn post għall-

Se jkun punt ta’ referenza li fih issib kif għandek tiftaħ negozju, minn fejn għandek tibda, u x’għandek tagħmel, pass wara pass, mingħajr ma toqgħod tiġri minn post għall-ieħor

ieħor. Se jiffranka l-bżonn li tfittex fejn u lil min għandek tistaqsi mistoqsijiet dwar gwida, u proċessi fi tmexxija ta’ negozju. Sit elettroniku li, fis-sempliċità tiegħu, se jgħin lill-studenti jifhmu aħjar xi jfisser li tkun sid ta’ negozju. Għodda li tiggwida lil kull imprenditur, speċjalment lil dawk is-sidien ta’ negozji żgħar u kif dawn jistgħu jibbenefikaw minn fondi Ewropej. Fi kliem ieħor, l-SMETOOL se tkun qed timla’ vojt (vacuum) li bħalissa jeżisti bejn l-amministrazzjoni governattiva u l-imprendituri nfushom. L-SMETOOL hija intenzjonata li tqarreb aktar l-informazzjoni lejn kull min jaħdem fis-settur tan-negozju. Se tkun qed tissimplifika l-proċeduri, tispjega aħjar it-toroq li wieħed/waħda jkollhom quddiemhom biex ikomplu jikbru fin-negozju, u se toffri bir ta’ informazzjoni li sal-lum, għalkemm qiegħda hemm, mhix tasal għand min għandha tasal. Fit-30 ta’ Settembru se ssir attività bla ħlas li tiżvolġi fin-nofstanhar ta’ filgħodu, f ’lukanda fil-Balluta. Kull min jinteressah is-suġġett huwa mħeġġeġ li jattendi. Postijiet huma ferm limitati u għalhekk, kull min jixtieq li jingħaqad magħna, għandu jikkuntattjana minnufih sabiex ma joħroġx diżappuntat. Dakinhar hija l-intenzjoni tal-SME Helpdesk tal-MEA li l-parteċipanti jikkontribwixxu

b’ideat, suġġerimenti u tal-istess sidien li ma jurux proposti ta’ kif jixtiequ li dan interess, iżda hemm ukoll każi ġenwini fejn, għal xi raġuni l-SMETOOL jaħdem. jew oħra, l-informazzjoni mhix qed tasal. Naqsmu l-ideat tagħna L-SMETOOL se tkun Għalkemm il-ħidma fuqu ilha għodda li tgħin biex din għaddejja x-xhur, f ’Settembru l-informazzjoni tasal. Imma li ġej xorta waħda ma aħniex kif ? Dak hu li l-MEA qed se npoġġu s-sit on-line qabel ma nikkonsultaw u naqsmu taħdem fuqu. Dan hu li l-SME l-ideat tagħna ma’ numru ta’ Helpdesk qiegħed ftit ftit isib sidien ta’ SMEs. Fit-30 ta’ is-soluzzjoni għalih. Flimkien Settembru, fil-preżenza tal- mal-azzjonisti kollha, qegħdin, ministru responsabbli mis- bil-mod il mod, nippruvaw settur tal-SMEs, kif ukoll nistabbilixxu l-aħjar metodu, quddiem Ludger Odenthal, l-aktar mod faċli, iżda fuq il-mistieden apposta mill- kollox bl-iktar mod attreanti, Kummissjoni Ewropea, sabiex l-istess portal ma jaqtax se jitnieda l-kunċett biss. dak li jkun qed ifittex, iżda Dakinhar irridu li flimkien jkun l-istess portal li jgħinek nevalwaw u nikkonsolidaw tkompli tiskopri u tkun taf għodda li għandha tkun x’qed jiġi offrut biex tkompli efettiva u prattika sabiex lin- miexi ’l quddiem fin-negozju. negozji ż-żgħar ngħinuhom bil-fatti, u nagħtuhom Ħolma li se ssir realtà inċentiv biex ikunu aktar parteċipi fid-dinja tan-negozju Flimkien mal-ministeru u jagħrfu jibbenefikaw minn responsabbli mis-settur talkull inizjattiva u inċentiv li SMEs, bil-għajnuna ta’ diversi jkun tfassal speċifikament entitajiet, bl-appoġġ mingħalihom. naħa tal-amministrazzjoni talIva, dan huwa punt verament Gvern, u bil-kollaborazzjoni importanti għax f ’pajjiżna ta’ ħafna, l-MEA hija mhux ma jeżistux inċentivi determinata li tasal u tkun hi biżżejjed, mhux m’hawnx li finalment twassal biex din min qed joffri opportunitajiet, l-għodda minn ħolma ssir mhux m’hawnx benefiċċji realtà li jistgħu jibbenefikaw L-aħħar appell tiegħi hu biex minnhom diversi SMEs, iżda, tħallu t-30 ta’ Settembru li ġej sfortunatament, dawn mhux mingħajr impenji u minnufih dejjem qed jaslu għand min tikkuntattjawna sabiex tiġu suppost jaslu, u mhux dejjem u tkunu parti mill-udjenza l-informazzjoni qed tasal li se tassisti u tipparteċipa għand is-sidien tan-negozji fid-diskussjoni dwar dan żgħar. Kultant ikun tort l-SMETOOL.

www.facebook.com/MaltaEmployersAssociation Jekk tixtieq tagħmel kuntatt magħna (bħala Assoċjazzjoni ta’ Min Iħaddem) tista’ tagħmel dan billi ċċempel 2122 2992 jew 2123 7585. Tista’ wkoll tibgħat email lil anton.vella@maltaemployers.com jew tuża t-24/7 helpline 2122 2006, billi ċċempel u tħalli ismek biex fl-iqsar żmien possibbli nirritornaw it-telefonata tiegħek.


SKEDA

kullhadd.com

28|08|2016 27

103 06.30 Aħbarijiet 08.00 Skorfina (R) 09.00 Paperscan 10.05 Multisport (R) 10.35 Sejjaħtli (R) 11.15 Mad-Daqqa t’Għajn (R) 12.20 Sketches mad-Dulli (R) 12.30 Aħbarijiet 12.35 Better Living (R) 14.00 Telebejgħ 15.00 Arani Issa (R) 17.30 Aħbarijiet 17.35 Hazzzard Daily (42) 17.45 Telebejgħ 18.00 Madre Margerita DeBrincat 18.50 Fresh & Funky 19.30 Aħbarijiet 20.15 Sketches mad-Dulli 20.30 Mill-Arkivji ta’ ONE 21.55 Popcorn (R) 22.30 Talk to Me (R) 23.20 Hazzzard Daily

101 07.00 Aħbarijiet 08.30 Mill-Arkivji 08.45 Ħadt l-Aħbar 10.00 X’Joffri l-Kunvent 10.30 Fil-{nien ma’ Melo 11.00 Ħadd Għalik 14.00 Promotional Material 15.00 Simpatiċi 17.05 Ninvestigaw x’Qed Nieklu 18.00 Aħbarijiet 18.15 Għawdex Illum 18.45 Ħallih Iħabbat! 19.30 Mill-Imħażen tal-Festa 20.00 Aħbarijiet 20.45 FIlm: Enigma 23.15 Aħbarijiet 23.30 Smack Down WWE

151 06.00 I Nostri Amici Animali 06.30 Memex 07.00 Sea Patrol 08.30 Heartland 09.55 Dream Hotel 11.25 La nave Dei Sogni 13.00 Tg2 Giorno 13.30 Tg2 Motori 13.45 Sereno Variabile Estate 14.35 Viaggi da Record 17.05 Il Commissario Voss 18.10 Squadra Speciale Stoccarda 18.55 NCIS – New Orleans 20.30 Tg2 21.00 Formula 1 23.00 Domenica Sportiva 23.20 Meteo 2 23.25 Appuntamento al Cinema 23.30 Common Law

152 06.30 Rassegna Stampa 08.00 I Basilischi 09.20 Domenica d’Agosto 10.40 Speciale Camera Con Vista 11.10 Attenti a Quei Due 12.00 Tg3 12.25 Colpo di Scena 13.00 Geo Magazine 13.10 Il Grande Freddo 14.00 Tg Regione 14.15 Tg3 14.40 L’Erba Dei Vicini 17.00 Perception 17.40 Geo Magazine 17.55 Kilimangiaro Magazine 18.55 Meteo 3 19.00 Tg3 19.30 Tg Regione 20.00 Blob 20.10 I Dieci Comandamenti 21.10 Per Qualche Dollaro in Più 23.25 Fuori Orario

162 06.00 Media Shopping 07.00 Tempesta d’Amore 08.35 Media Shopping 08.50 Una Vita 11.20 Il Segreto 12.30 Hemlock Grove 16.00 Tuozoo 16.40 Linas Hair 17.15 Rosamunde Pilcher 19.15 Royal Pains 21.10 Matrimonio Impossibile 23.00 Royal Pains 23.45 Modamania

300 06.00 Gigglebiz 06.15 Mr Blooms Nursery 06.55 Charlie and Lola 07.05 Gigglebiz 07.20 Mr Blooms Nursery 07.40 Charlie and Lola 07.50 Doctors 09.45 EastEnders 11.45 Absolutely Fabulous 13.45 Bargain Hunt 16.00 Doctor Who 17.30 Upstairs Downstairs 20.10 Father Brown 21.00 Orphan Black 21.45 DCI Banks 23.00 Orphan Black 23.15 Jonathan Creek 23.45 DCI Banks

104 07.00 Known Universe 08.00 News Loop 08.45 Kelma għall-Ħajja 09.00 Holy Mass 09.45 Vatican Magazine 10.15 L-Ordni 11.00 Għanafest 12.15 Paq Paq on Test 12.30 Euronews 13.30 Britain’s Got Talent 15.00 Madwarna 15.30 Madagascar 16.30 Euronews 18.00 Gastrokultura 18.30 New Rooms 19.00 Għawdex Illum 19.30 Known Universe 20.30 Aħbarijiet għal persuni b’diżabilità 20.40 Ħallih Iħabbat 21.10 Il-Vjaġġatur 21.40 Aħbarijiet Sportivi

102

153 05.35 Norma e Felice 07.25 Tg4 Night News 07.45 Media Shopping 08.15 Mondo Sommerso 09.20 Generazione Terra 10.00 Santa Messa 10.50 Generazione Terra 11.30 Tg4 Telegiornale 12.02 I Due Vigili 14.12 I Mostri 17.01 Il Pistolero 18.50 Anteprima Tg4 18.55 Tg4 Telegiornale 19.35 Tempesta d’Amore 21.15 Tutte le Donne Della Mia Vita 23.32 Michael Collins

306 06.00 Keeping Up With the Kardashians 11.00 WAGS 15.00 Botched 16.00 Keeping Up With the Kardashians 21.00 Hollywood Medium With Tyler Henry 22.00 Botched By Nature 23.00 Famously Single 23.00 Hollywood Medium With Tyler Henry

07.00 Aħbarijiet 09.00 Mill-Familja Rjali 09.15 Missjoni 10.15 Telebejgħ 11.15 Quddiesa mis-Santwarju ta’ Pinu 12.00 Telebejgħ 14.00 Aħbarijiet 14.05 Telebejgħ 14.30 It-Tfal Jigu bil-Vapuri 16.00 Iswed fuq l-Abjad (R) 17.00 Mister Fisherman (R) 18.00 Aħbarijiet 18.05 Flusek (R) 18.35 Road Trip 19.30 Aħbarijiet 20.30 Kuġini 21.30 Aħbarijiet 21.35 It-Tfal Jiġu bil-Vapuri 22.20 Votum 23.00 Aħbarijiet

150 07.00 Tg1 07.05 Overland 14 08.00 Tg1 08.20 Passaggio a Nord-Ovest 09.00 Tg1 09.05 Dreams Road 09.55 Easy Driver 10.25 A Sua Immagine 10.55 Santa Messa 11.50 A Sua Immagine 12.00 Recita dellAngelus 12.10 A Sua Immagine 12.20 Linea Verde Estate 13.30 Telegiornale 14.00 Visto Non Visto Che Spettacolo 15.40 Aeronautica – Frecce Tricolori 18.45 Reazione a Catena 20.00 Telegiornale 20.35 Techetechete – Stasera Con Noi 21.25 Provaci Ancora Prof 23.00 Puccini – Turandot

154 06.00 Prima Pagina 08.00 Tg5 Mattina 09.10 Un Amore Senza Tempo 12.00 Melaverde 13.00 Tg5 13.40 Larca di Noe 14.00 Gallo Cedrone 16.20 Indovina Chi Sposa Mia Figlia 18.45 Il Segreto 20.00 Tg5 20.40 Paperissima Sprint 21.10 I Delitti Del Lago

155 06.00 The Office 06.20 Media Shopping 07.00 The Office 07.20 Al Lupo! Al Lupo! 07.40 Taz-Mania 08.15 Scooby Doo 08.40 I Flintstones 09.10 Mila e Shiro 10.30 Una Mamma Per Amica 12.25 Studio Aperto 13.00 Sport Mediaset Extra 13.56 Il Mio West 15.55 Sheena – Regina Della Giungla 18.20 Camera Cafè 18.30 Studio Aperto 19.00 Fattore Umano 19.35 Scuola di Polizia 6 21.25 Footloose 23.40 Studio Aperto 23.40 Transporter 23.55 Premium Sport

307

406 06.00 Big Fish, Texas 07.00 Yukon Gold 08.00 Breakthrough 09.00 Cosmos 10.00 Stephen Hawkings Science of the Future 11.00 Card Shark 12.00 Nazi Megastructures 13.00 Terror in the Skies 14.00 Hasselhoff vs. The Berlin Wall 15.00 Earthquake on Everest 16.00 The Story of God With Morgan Freeman 17.00 Genius by Stephen Hawking 18.00 Science of Stupid 19.00 Primal Survivor 20.00 World War II: Drain the Ocean 21.00 Cosmos 22.00 Genius by Stephen Hawking 23.00 World War II. Drain the Ocean 23.00 Science of Stupid

06.50 Giada at Home 07.40 Healthy Gourmet 08.30 Beachfront Bargain Hunt 09.25 Caribbean Life 09.50 Hawaii Life 10.15 Rehab Addict 11.10 Curb Appeal 12.00 House Hunters 12.50 Fixer Upper 13.45 Platinum Weddings 14.35 Tiny House, Big Living 15.25 Fixer Upper 16.15 Restoration SOS Virginia 17.05 Platinum Weddings 18.00 Island Hunters 18.55 House Hunters 19.45 Hawaii Life 20.10 Caribbean Life 20.35 Island Life 21.00 Vacation House for Free 21.55 Tiny House, Big Living 22.45 Caribbean Life

405 372 06.00 Roadtrip With G. Garvin 07.00 Chopped 08.00 Amazing Wedding Cakes 09.00 The Pioneer Woman 10.00 Sibas Table 11.00 Barefoot Contessa 12.00 Diners, Drive-Ins and Dives 14.00 Chopped 15.00 Guys Grocery Games 16.00 Amazing Wedding Cakes 17.00 Sibas Table 18.00 Andy Bates Brazilian Street Feasts 19.00 Cutthroat Kitchen 20.00 Kitchen Casino 21.00 Man v Food 22.00 Mystery Diners 23.00 Man v Food 23.00 Cutthroat Kitchen 23.30 Man v Food

400 06.00 How Do They Do It? 06.25 Misfit Garage 07.15 Fast N Loud 08.10 Wheeler Dealers 09.05 Extreme Car Hoarders 09.55 Junkyard Empire 10.50 Misfit Garage 11.40 Storage Hunters UK 12.35 Property Wars 13.30 The Liquidator 14.25 Dallas Car Sharks 15.20 Driving Wild 16.15 For the Love of Cars 17.10 How Its Made 18.05 Wheeler Dealers 19.00 Alaskan Bush People 20.00 Men, Women, Wild 21.00 Dark Woods Justice 22.00 Deadliest Catch 23.00 Return of the Monster Mako 23.50 Men, Women, Wild

403 06.00 Best Of Buddys 09.30 My Big Fat Fabulous Life 13.10 Separated At Birth 14.05 Cake Boss 15.00 Bride by Design 15.30 Say Yes to the Dress 15.55 Say Yes to the Dress: Bridesmaids 16.25 Say Yes to the Dress: Randy Knows Best 16.50 Curvy Brides 17.20 Something Borrowed, Something New 17.50 My Crazy Italian Wedding 18.15 Say Yes to the Dress Canada 18.45 Say Yes to the Dress: Randy Knows Best 19.10 Randy to the Rescue 20.05 We Should Have Eloped! 21.00 Say Yes to the Dress 21.55 Supersized 22.50 Separated At Birth 23.35 Ultimate Shopper

312 07.30 Duplex 09.00 Crimes and Misdemeanors 10.45 Akeelah and the Bee 12.35 New York, New York 15.15 Fuzz 16.45 The Apple 18.10 The Great Train Robbery 20.00 Johnny Be Good 21.30 The Young Savages 23.10 Witchboard

06.00 Call of the Wildman 06.25 DogTV 07.15 Yankee Jungle 08.10 Zoltan the Wolfman 09.05 Wild Expectations 10.00 DogTV 10.55 Austin Stevens: Snakemaster 11.50 Untamed China with Nigel Marven 17.20 Treehouse Masters 18.15 Zoltan the Wolfman 19.10 Wild Expectations 20.05 Dr. Jeff. Rocky Mountain Vet 21.00 Treehouse Masters 21.55 Austin Stevens: Snakemaster 22.50 Gator Boys

EXCELLENT OPPORTUNITIES FOR NURSES IN LONDON, UK We have new vacancies for staff nurses ONCOLOGY, ICU and OR in a Private Hospital in London, UK

410 06.00 House Hunters International 08.05 Extreme Vacation Homes 09.00 Durban Beach Rescue 10.00 Big Crazy Family Adventure 11.00 Hotel Impossible 12.00 Building Alaska 13.00 The Treehouse Guys 14.00 Lake Life 15.00 Salvage Dawgs 16.00 Building Alaska 17.00 Lifes a Beach 18.00 Hotel Impossible 19.00 Extreme RVs 20.00 Mysteries at the Museum 21.00 Mysteries at the Hotel 22.00 Building Alaska 23.00 Delicious Destinations 23.00 Durban Beach Rescue 23.30 Delicious Destinations 23.30 Durban Beach Rescue

412 06.00 Teleshopping 09.00 Pawn Stars 15.00 Car Hunters 16.00 Alaska Off-Road Warriors 17.00 Storage Wars 18.00 Pawn Stars 19.00 Smartest Guy in the Room 20.00 Mountain Men 21.00 Pawn Stars 22.00 The Hidden Children 23.00 American Pickers 23.00 Storage Wars

600 06.00 Vuelta a Espana Cycling 07.00 U.S. Open Tennis 08.00 Sports Insiders 08.30 Vuelta a Espana Cycling 10.00 FIS Summer Grand Prix Ski Jumping 11.30 Porsche Supercup Motor Racing 12.15 Blancpain Sprint Series Motor Racing 13.30 Vuelta a Espana Cycling 14.45 Vuelta Extra 15.00 Vuelta a Espana Cycling 17.45 Vuelta Extra 18.00 FIS Summer Grand Prix Ski Jumping 19.10 Eurosport2 News 19.15 The French Open Tennis 20.15 FIA European Championship Rally 20.45 Major League Soccer 22.40 Eurosport2 News 22.45 Live. Major League Soccer 23.00 FIA European Championship Rally

Requirements include a minimum of 2 years experience in above specialities. Salary and benefits Starting annual salary is £31000 eligible for overtime 3 months free accommodation (plus another 3 months at staff rate) Free flights one month oyster card £50 tesco card. Email me if you are interested as this is a great opportunity if you are interested to work in the UK. E: chris@thymic.eu W: www.thymic.eu


28 28|08|2016

kullhadd.com MIĊ-

ĊINEMA

RAPPORT TA’

ĊINEMA

CARMEL BONNICI

IL-ĠURNATA TAĊ-ĊINEMA GĦAT-TFAL

Reġgħet waslet attività ċinematografika speċjali – ittieni waħda tax-xorta tagħha għal din is-sena – il-Ġurnata taċĊinema għat-Tfal. Din se ssir nhar is-Sibt 3 ta’ Settembru fejn fis-swali ta’ Malta u Għawdex se jintwerew 14-il film bi prezzijiet imraħħsin. Il-films għal dakinhar ikopru varjetà ta’ ġeneri, minn xogħlijiet animati, kummiedji, avventuri, fantasiji, sa oħrajn għall-familji, produzzjonijiet drammatiċi, kummiedji bl-azzjoni u anke dawk tax-xjenza fittizja. Il-wiri f ’din l-okkażjoni jibda mid-9.00am sal-7.00pm. Dawn huma l-films li se jintwerew: SWALLOWS AND AMAZONS (PG) – Minn novella klassika għat-tfal, dwar erba’ aħwa li jgħaddu minn avventura gwappa fuq gżira żgħira fil-Lake District.

PETE’S DRAGON (PG) – ICE AGE: COLLISION Tifel orfni jitrabba fil-foresta u COURSE (U) – Tliet annimali preistoriċi ħbieb jippruvaw jsir ħabib ma’ dragun. jiskartaw minn attakki ta’ NINE LIVES (PG) – meteoriti li jistgħu jeqirdu lidNegozjant ambizzjuz u sinjurun Dinja. isib ruħu maqbud ġol-ġisem talGHOSTBUSTERS (12A) qattus tal-familja. – Kummiedja sfrenata dwar STAR TREK BEYOND erba’ nisa kaċċaturi tal-iħirsa fi (12A) – L-ekiwpaġġ tal- New York. vettura spazjali Starship Enterprise jazzardaw imorru THE JUNGLE BOOK (U) f ’parti misterjuża tal-univers – Mowgli hu tifel imrobbi millmeta jirrispondu għal talba annimali fil-ġungla fl-Indja, għall-għajnuna minn vettura RATCHET AND CLANK tturufnata. (U) – Film animat dwar żewġ FINDING DORY (U) – Ħuta eroji li flimkien iridu jsalvaw ilħelwa ta’ kulur blu fil-vjola galassija. b’memorja qasira timbarka fuq LEGEND OF vjaġġ biex tfittex il-ġenituri THE TARZAN (12A) – Wara snin tagħha. jgħix komdu fl-Ingliterra, THE BFG (PG) – Avventura Tarzan jerġa’ lura fil-ġungla fantastika dwar ġgant kbir fidil tal-Afrika biex iwaqqaf lil li jieħu tifla orfni f ’post maġiku. dawk li jridu jisirqu r-riżorsi

LIGHTS OUT

tal-pajjiż. THE SECRET LIFE OF PETS (PG) – Kummiedja animata fejn żewġt iklieb jgħaddu minn avventura perikoluża fit-triqat ta’ New York fejn jgħixu annimali ta’ kondotta ħażina. TEENAGE MUTANT NINJA TURTLES: OUT OF THE SHADOWS (12A) – L-erba’ fkieren protetturi talbnedmin jikkumbattu xjentist miġnun kif ukoll għadu misterjuż perikoluż ħafna. ANGRY BIRDS (U) – Għasfur li jirrabja malajr, wara li jitkeċċa, jerġa’ lura biex isalva lil sħabu meta ħnieżer jiġu fuq il-gżira biex jisirqu l-bajd tagħhom. Tajjeb li wieħed jaħseb għallbiljetti kmieni. MORBIDU

FIGURA MISTERJUŻA SEWDA LI TIDHER FID-DLAM

Atturi Ewlenin: Teresa Palmer, Gabriel Bateman, Alexander DiPersia, Maria Bello, Billy Burke Direttur: David F. Sandberg Ħin: 81 min. Distributur: Warner Bros/New Line Cinema Maħruġ minn KRS Releasing Ċert. 15 Il-film tal-biża’ u t-twerwir, The Conjuring 2 kien xogħol sod u allarmanti; wieħed millaħjar ta’ dan il-ġeneru. Iddirettur James Wan u oħrajn mill-ekwipaġġ tiegħu involvew ruħhom ukoll f ’Lights Out, b’Wan issa biss wieħed millprodutturi. Ibbażat minn fuq storja qasira, dan ix-xogħol b’mod affaxxinanti jispikka b’andament ta’ tensjoni qawwija, biża’ palpabbli li jseħħ f ’salt u fid-dlam u fotografija rikka għall-għajnejn. Rebecca (Palmer), li meta kienet żgħira dejjem kienet titwerwer mid-dlam, issa telqet mid-dar bil-fiduċja li anke qed tinsa l-waħx ta’ qabel. Imiss issa lil ħuha ż-żgħir, Martin (Bateman) li jgħaddi minn din l-istess esperjenza ta’ twerwir.

Xi ħaġa sewda, makabra u bi dwiefer kbar reġgħet qed tidher u dan l-ispettru qisu marbut misterjożament ma’ ommhom, Sophie (Bello). Kull meta d-dar tkun fiddlam ħajjithom tkun f ’periklu tremend. Lights Out jiżvolġi b’manjiera furjuża mimlija movimenti u dellijiet li jisparixxu meta jinxtegħel iddawl. Matul din il-produzzjoni ta’ inqas minn siegħa u nofs, wieħed dejjem jistenna li se tissuċċiedi xi qatgħa kbira, ġismu jqum xewk xewk u jsib ruħu f ’atmosfera nervuża, però dejjem attent għal dak li ġej. Produzzjoni oħra ta’ livell sodisfaċenti għal dan it-tip ta’ film, b’fotografija ċara u lussuża u reċtar tajjeb.


ĊINEMA

kullhadd.com

28|08|2016 29

WAR DOGS

TOPIKU

JISTAGĦNEW MINN FUQ IL-GWERRA Atturi Ewlenin: Jonah Hill, Miles Teller, Ana de Armas, Bradley Cooper Direttur: Todd Phillips Distributur: Warner Bros Maħruġ minn KRS Releasing Il-qligħ ta’ flus mingħajr tbatija, anke b’mezzi mhux onorabbli, iħajru lill-maġġoranza. Fi żmien l-amministrazzjoni ta’ George W. Bush ingħataw ħafna kuntratti lil kumpaniji kbar biex jissuplixxu armi filgwerer tal-Iraq u l-Afganistan. Wara kritika ħarxa dwar dawn il-profitti mill-gwerra, il-Gvern Amerikan iddeċieda li jiftaħ dan in-negozju għal kulħadd, basta kull min japplika jitfa’ offerta. Din is-sistema kien fiha ħafna toqob u kien hemm min ħa vantaġġ minnha. Żewġt iħbieb ta’ aktar minn għoxrin sena, David Packouz (Teller) u Ephraim Diveroli (Hill), li fi żmien ilgwerra mal-Iraq kienu jgħixu f ’Miami Beach, saru jafu b’din l-inizjattiva tal-Gvern fejn anke

Ħin: 114 min. Ċert. 15

negozji żgħar setgħu japplikaw u jitfgħu offerti fuq dawn ilkuntratti tal-militar. War Dogs jiffoka fuq kif dawn it-tnejn, li bdew b’mod kawtel, malajr daħħlu flus kbar u bdew jgħixu ħajja lussuża. Is-suċċess tela’ għal rashom u, meta ddeċdew li jidħlu għan-negozju ta’ mijiet ta’ miljuni ta’ dollari biex ifornu bl-armi lill-militar Afgan, negozju li ġabhom jikkompetu ma’ pampaluni ta’ kondotta mhix tajba, midħla tal-Gvern Amerikan stess, sabu b’sabta l-waqgħa tagħhom. War Dogs hu l-laqam li qalgħu dawn it-tnejn, li għamlu kemxa flus mill-gwerra mingħajr qatt Il-film jadotta manjiera sa sabu ruħhom fejn hemm ittaqbid. Dan it-titlu ngħatalhom investigattiva li jaqleb lejn f ’wieħed mimli b’disprezz, però huma ħadu il-final eċitament. L-andament hu pjaċir bih.

wieħed sodisfaċenti ħafna b’vena ta’ umoriżmu tinfiltra kontinwament f ’din ilproduzzjoni bbażata fuq storja

SWALLOWS AND AMAZONS

vera li dehret għall-ewwel darba fl-2011 fir-rivista Rolling Stone, f ’artiklu jismu Arms And The Dudes ta’ Guy Lawson. MOVIMENTAT

ANTAGONIŻMU BEJN ŻEWĠ GRUPPI TA’ TFAL FUQ GŻIRA ĊKEJKNA ħafna snin mill-kurrikulu Atturi Ewlenin: Rafe Spall, Andrew Scott, Kelly Macdonald, tal-iskejjel fir-Renju Unit. Jessica Hynes, Harry Enfield Fl-1974 ħarġet verżjoni ċinematografika ta’ dan ilDirettriċi: Philippa Lowthorpe Ħin: 96 min. volum avventuresk u mimli Distributur: Studiocanal Ltd Films tensjoni. Maħruġ minn KRS Releasing Ċert. PG Ambjentat fir-reġjun turistiku u verament pittoresk tal-Lake Bħal The Railway Children, The tfal ta’ Arthur Ransome, District, f ’Cumbria, Swallows Chronicles Of Narnia u ħafna Swallows And Amazons kien And Amazons il-ġdid jiffoka oħrajn, il-ktieb klassiku għat- jifforma parti integrali għal fuq l-erba’ aħwa tfal tal-familja

Walker u l-avventuri li jgħaddu minnhom meta jmorru fuq gżira żgħira bid-dgħajsa tagħhom jisimha Swallow (ħuttafa), biex jikkapparrawha. Hemmhekk, waqt li jkunu qed jilagħbu tal-pirati, isibu li xi tfal ribelli, il-Blacketts, li adottaw l-isem ta’ Amazons, diġà waqqfu tinda. Ta’ tfal energetiċi li huma, tibda battalja għassupremazija. Imma, bil-Gran Brittanja f ’xifer il-gwerra u

b’aġent sigriet li qed ifittex iz-ziju tal-Blacketts, kollox se jinqaleb ta’ taħt fuq. Ittfal jirrealizzaw li l-aħjar mod hu li jaġixxu flimkien bi pjan maħsub. Swallows And Amazons tassew jidħol fl-ispirtu kuraġġuż u avventuruż tat-tfulija, b’fotografija panoramika ta’ ambjent maestuż u bleċitament sfiq tal-final. Produzzjoni tassew xierqa għall-familja kollha.

L-AQWA ĦAMES FILMS Bejn is-17.08.2016 u l-21.08.2016

1. 2. 3. 4. 5.

Suicide Squad Finding Dory The Shallows Pete’s Dragon Jason Bourne

KOMPETIZZJONI EMPIRE CINEMA

Mistoqsija għal din il-ġimgħa:

Semmi wieħed mill-films li se jintwera fil-ġurnata taċ-ċinema għat-tfal

Ibgħat it-tweġiba tiegħek lil: Kompetizzjoni Films, KullĦadd, KullĦadd, ONE Complex, A, 28 B, Industrial Estate, il-Marsa, MRS 3000 Rebbieħa tal-ġimgħa l-oħra: G. MAGRO – il-Mosta


30 28|08|2016

kullhadd.com

AVVIŻI KLASSIFIKATI ­­­­SERVIZZI

wkoll għall-kiri: wheelchairs, hoists, commodes, walking frames u hospital beds. Għal aktar informazzjoni ċempel fuq dawn in-numri: 2137 6946/9947 0178.

Lezzjonijiet tal-privat: Maths minn Form 1 sa Form 5. Accounts minn beginners sa Livell Ordinarju, Intermediate u Avvanzat. Ċempel 9922 3915 jew 2143 7886. AFFARIJIET GĦALL-BEJGĦ Investigazzjoni privata: żwiġijiet, għerusija u Għamara għall-bejgħ f ’relazzjonijiet oħra, DNA kundizzjoni tajba. Kċina talforensic tests, tfal maħtufin oak bil-mejda u sitt siġġijiet. minn Malta, każijiet ċivili, Kamra tas-sodda. Wall unit każijiet oħra fil-Qorti, u vetrina tal-kawba kollha problemi f ’kumpaniji ħġieġ. Ċempel 2731 2977. jew negozju. Nagħmlu xhieda fil-Qorti. Naħdmu Għandna varjetà kbira ta’ f ’Malta u anke barra. Għal arloġġi bħal Tissot, Citizen, appuntament ċemplu Casio, Michael Kors, Fossil, 7959 0000. Email: info@ Esprit, Festina u Q&Q. privateinvestigationmalta. Issibilna wkoll arloġġi ta’ malcom ħajt, żveljarini u selezzjoni ta’ cuckoo clocks mill-Black Korsijiet f ’Livell Ordinarju Forest. Noffru servizzi f ’diversi suġġetti bħall- rigward tiswija ta’ kull tip Matematika,  Ingliż, Malti, ta’ arloġġ kif ukoll nibdlu Franċiż, Fiżika u oħrajn. batteriji, ċineg, naqtgħu kull Noffru wkoll korsijiet tal- forma ta’ ħġieġa, eċċ. Għal ECDL. Prezz €35 kull module. dawk l-arloġġi tajbin għallNoffru wkoll korsijiet bażiċi ilma, noffru s-servizz ta’ water fil-kompjuter, €50. Ċempel pressure test waqt li tistennew 2166 2241 jew 7766 2241 għalih. Nispeċjalizzaw ukoll jew żur is-sit elettroniku fuq tiswija ta’ grandfather www.tudorinstitute.com clocks u kull tip ta’ clock. Ittiswija hija bil-garanzija. Lezzjonijiet taż-żfin fuq stil Għal aktar informazzjoni ballroom jew Latin-Amerikan. żur is-sit: www. Lezzjonijiet taż-żfin għall- expresswatchrepairs.com beginners u kompetizzjonijiet jew irrikorru 110, Triq ilminn Imperial Qualified Kungress Ewkaristiku, ilDance Teacher (ISTD) Mosta. Ċempel 2141 7235. Ibgħat SMS fuq 7925 3015 jew ċempel 2138 6818 sa 12.00pm. XOGĦOL U MANUTENZJONI Care and Cure Group Ltd: infermiera mħarrġa, Installazzjoni u tiswija ta’ caring assistants, nannies, nies aerials tat-televiżjoni. Offerti imħarrġin biex iżommu vantaġġużi fuq sistemi taskumpanija, għajnuna fid- satellita u fuq l-Android TV djar u night sitters. Servizz Boxes. Ċempel fuq 2148 ta’ 24 siegħa, Għandna 6211.

Jason Gatt għal kull xogħol ta’ tibjid u tikħil, kisi normali, fuq il-fil, fuq xogħol antik u bil-pont, kisi bil-ġibs u graffiato. Kiri ta’ cherry picker (tower ladder). Ċempel fuq 9945 4235 jew 2180 5811.

esperjenza. Stimi b’xejn u prezz moderat. Ċempel 2148 8972, 2143 8326, 9944 5527 jew 7981 2784 jew żur is-sit www.wpmalta.com

Varjetà ta’ ħwat, ħoroż, kanali tal-ilma, ċangatura qadima jew ġdida, kantun qadim, lavur ta’ kull tip. Ċempel lil Jason fuq innumru 2143 2352 jew 9947 7167.

Paul & Waters – The Perfumery. Għall-aqwa ditti ta’ fwejjaħ, oriġinali u bl-orħos prezzijiet f ’Malta, żur il-ħwienet ta’ Paul & Waters – The Perfumery. Ilħwienet tagħna tal-Fgura, il-Mosta, Ħal Qormi u Raħal Ġdid ikunu miftuħin kuljum mid-9.00am san12.30pm u mill-4.00pm sas7.00pm. Paul & Waters Free Delivery Service. Ċempel 2766 3361.

Għal kull tip ta’ problema ta’ moffa jew bjut jagħmlu l-ilma aħna għandna s-soluzzjoni. Nispeċjalizzaw f ’waterproofing membrane u liquid membrane fuq bjut, appoġġi, btieħi, basements, eċċ. Nużaw materjal ta’ kwalità kollu ċċertifikat b’10 snin garanzija. Għal stima b’xejn ċempel 7908 6715. Għal kull tip ta’ kisi bil-ġibs, ramel u siment, graffiato, żebgħa, xogħol fuq l-antik, xogħol fuq il-pont, madum, membrane, dawl u ilma. Ċempel fuq 7928 5444. Tiswija u installazzjoni ta’ estensjonijiet tat-telefowns għal kull tip ta’ linji fissi. Ċempel fuq 7993 0419. Varjetà ta’ ħwat, ħoroż, kanali tal-ilma, ċangatura qadima jew ġdida, kantun qadim, lavur ta’ kull tip. Ċempel lil Jason fuq innumru 2143 2352 jew 9947 7167. WP Ltd ta’ Triq ix-Xitwa, Ħal Qormi, jispeċjalizzaw f ’xogħol ta’ waterproof membrane, damp proofing u rubberised paint. 25 sena

AVVIŻI OĦRA

MUSIC LINK: Issibilna kull tip ta’ strumenti mużikali, fosthom drums kemm akustiċi u elettriċi, cymbals, percussion, pjanijiet diġitali, baby grand pianos, sound mixers u sound cards. Apparat ta’ DJ sound systems, kitarri klassiċi u akustiċi, bass guitars, strumenti tarram, wood winds, vjolini, spare parts u aċċessorji oħra. Issib ukoll kotba tal-mużika tattagħlim. Mur Music Link, 262, Triq Fleur-de-Lys, B’Kara. Ċempel 2148 2796. AGR AUTO JAPANESE PARTS għall-karozzi: Inbigħu kull tip ta’ parts ta’ karozzi Ġappuniżi u Koreani, fosthom Kia, Toyota, Isuzu, Daewoo, Mitsubishi, Honda, Subaru. Huma wkoll importaturi ta’ żjut u air filters, shock absorbers, brake pads, clutches, eċċ. Parts ġenwini. Għal aktar informazzjoni ċempel 2144 6839 jew 9947 4504.

KUPUN AVVIŻI KLASSIFIKATI IKTEB L-AVVIŻ F’DAN L-ISPAZJU

ISEM, KUNJOM, NRU TAT-TELEFOWN/MOWBAJL U INDIRIZZ

AVVIŻI

Fax: 2147 0295. Email: alex@agrautoparts.com Nigret Night Club and Restaurant, Labour Ave, ir-Rabat, Malta. Naċċettaw riservazzjonijiet għal coffee mornings, lunches u dinner dances u kull okkażjoni oħra. Miftuħin fil-weekends, lejla Maltija b’differenza kull nhar ta’ Ġimgħa. Nhar ta’ Sibt mużika għal kulħadd ma’ Franz Grech. Inservu wkoll take-away fil-weekends. Naċċettaw riservazzjonijiet għal kull okkażjoni. Għal aktar informazzjoni ċempel 2145 4858/2145 4908/7945 4908. Tistgħu żżuru s-sit elettroniku www. nigretnightclub.com jew www.nigretnc.com TALBA LILL-ISPIRTU S-SANTU: Int li ssolvi l-problemi kollha, dawwal it-toroq kollha tiegħi biex nikseb dak li neħtieġ. Inti li tajtni d-don divin biex naħfer u ninsa d-deni kollu li jsir kontra tiegħi, li f ’kull mument ta’ ħajti tkun maġenbi. F’din it-talba qasira nixtieq nirringrazzjak ta’ dan kollu, waqt li nikkonferma mill-ġdid li qatt ma ninfired minnek, anke quddiem l-illużjonijiet materjali. Nixtieq li nkun miegħek fil-glorja ta’ dejjem. Grazzi għall-ħniena tiegħek lejja u lejn dawk li jiġu minni. Din it-talba għandha tingħad tlett ijiem wara xulxin. Wara tlett ijiem it-talba tkun maqlugħa, anke jekk għall-bidu tidher diffiċli. It-talba għandha tkun ippubblikata millewwel wara li tinqala’ l-grazzja, bla ma tissemma’ x’kienet.

Offerta 1: Ġimagħtejn Offerta 2: 5 ġimgħat Offerta 3: 2 avviżi għal 5 ġimgħat Offerta 4: 13-il ġimgħa Offerta 5: 26 ġimgħa Offerta 6: 52 ġimgħa

€5 €10 €15 €30 €56 €93

ĦLAS B’CASH JEW CHEQUE LIL: Avviżi Klassifikati, KullĦadd, ONE Complex, A 28 B, Industrial Estate, il-Marsa, MRS3000


AVVIŻI

kullhadd.com

AVVIŻI ĠENERALI Sejħa għal proposti Pjazza Teatru Rjal qiegħed iniedi sejħa għal proposti għall-Kalendarju Artistiku 2017. Din is-sejħa ssaħħaħ il-viżjoni strateġika tat-teatru għall-2017, jiġifieri dik li tikkumplimenta l-kwalitajiet uniċi ta’ dan is-sit b’kalendarju artistiku tal-ogħla livell. Għaldaqstant, it-teatru qiegħed jilqa’ applikazzjonijiet mingħand individwi, kumpaniji tat-teatru jew żfin, entitajiet mużikali, organizazzjonijiet kulturali, kumpaniji privati jew oħrajn li jixtiequ jtellgħu produzzjonijiet fi Pjazza Teatru Rjal. L-applikazzjonijiet jintlaqgħu sal-Ġimgħa 11 ta’ Novembru 2016. Il-formola tal-applikazzjoni flimkien ma’ dokument informattiv jistgħu jitniżżlu mis-sit tat-teatru www. pjazzateatrurjal.com Darba Waħda: Registrazzjoni għas-sessjonijiet ta’ Settembru issa miftuħin Ir-reġistrazzjoni biex tipparteċipa f ’Darba Waħda, proġett ta’ Valletta 2018 li jfittex li jtaffi d-distanza ġenerazzjonali bejn it-tfal u l-anzjani permezz talirrakkuntar ta’ stejjer, drama, logħob, arti, u attivitajiet pjaċevoli oħrajn, issa hija miftuħa. Is-sessjonijiet mingħajr ħlas, immexxija minn Anna Formosa, se jsiru bejn l-aħħar ta’ Settembru u Diċembru. Matul is-sessjonijiet il-parteċipanti jitgħallmu minn xulxin, jużaw l-imaġinazzjoni tagħhom, jiżviluppaw ħiliet ġodda, u jieħdu pjaċir f ’ambjent kreattiv li jippromovi sens ta’ komunità.

Afternoon by the pool ma’ tal-Ġilju Junior Club, L-Imqabba Il-Junior Club fi ħdan is-Soċjetà Mużikali Madonna tal-Ġilju tal-Imqabba se jorganizza attività għat-tfal kollha tal-Imqabba u l-ħbieb tagħhom nhar it-Tlieta 6 ta’ Settembru 2016. Din l-attività se ssir fil-Green Farmhouse fil-limiti taż-Żurrieq, facilità mgħammra b’pool, li matulha se jkun hemm bosta attivitajiet divertenti għattfal, fosthom logħob u divertiment ieħor. It-tfal se jkollhom l-opportunità li jgħumu u se jiġi servut ukoll ikel u xorb. Il-grupp ikun taħt is-superviżjoni stretta tal-membri tal-Kummissjoni Nisa. Trasport jitlaq mill-pjazza ewlenija tal-Imqabba fis2.00pm. Riservazzjonijiet jistgħu isiru fuq 7946 0156 u aktar informazzjoni tinkiseb mis-sit elettroniku uffiċjali tas-Soċjetà Mużikali Madonna tal-Gilju www. talgilju.com Ġurnata Għawdex għall-familja kollha Nhar il-Ħamis 8 ta’ Settembru 2016 (festa tal-Vitorja) se tkun organizzata ġurnata Għawdex mill-ħbieb talGħaqda Soċjo-Mużikali Anici A.D. 1988. Tul din il-ġurnata nżuru r-Rabat, ix-Xagħra fejn inżuru l-Bażilika ta’ Maria Bambina, immorru nieklu fir-ristorant popolari Seashells fix-Xlendi, u wara għal Marsalforn. Dan kollu għal donazzjoni ta’ €23 il-kbar, u €10 iżżgħar. Dan jinkludi t-transport f ’Malta u Għawdex u l-ikla fir-ristorant. Aħseb kmieni għall-biljetti li jistgħu jinkisbu millkażin. Għal aktar informazzjoni ċempel 7970 2874. Narawk. Ġita ta’ ġurnata fi Sqallija Nhar is-Sibt 17 ta’ Settembru 2016 se tiġi organizzata ġurnata fi Sqallija. Inżuru s-suq ta’ Catania b’ikla buffet inkluża; inżuru wkoll Aci Trezza, Aci Castello, u Auchan Porte Di Catania Din il-ġita hija organizzata mill-Għaqda SoċjoMużikali Anici ta’ Ħal Qormi bil-kollaborazzjoni ta’ Micallef Joe Travel (Ħadd ma jista’ jurik Sqallija aħjar.) Għal aktar dettalji u biex tirriserva post ċempel lil John M. Spiteri fuq 7970 2874 jew ibgħat email lil info@anicibandclub.org

28|08|2016 31


32 28|08|2016

kullhadd.com

TEMP GĦAL-LUM

It-Tnejn

It-Tlieta

L-Erbgħa

31°C

31°C

31°C

23°C

23°C

22°C

08

08

07

Il-Ħamis

Il-Ġimgħa

Is-Sibt

31°C

30°C

29°C

23°C

22°C

22°C

07

07

07

ALMANAKK

RITRATT MILL-ANTIK

L-OGĦLA TEMPERATURA: 31°C L-INQAS TEMPERATURA: 22°C INDIĊI UV: 08 SITWAZZJONI ĠENERALI: Arja ta’ pressjoni għolja qed tiksi ċ-Ċentru tal-Mediterran TEMP: Ftit imsaħħab li jsir xemxi RIĦ: Ħafif Majjistral

għal

moderat

mill-

li jsir ħafif

għal

UV

BAĦAR: Ħafif moderat

IMBATT: Baxx mil-Lvant li jsir ftit li xejn TEMPERATURA TAL-BAĦAR: 26°C

UV

SPIŻERIJI LI JIFTĦU LLUM IL-ĦADD Collis Williams Pharmacy, 15, Triq ir-Repubblika, il-Belt Valletta – 2123 4567 Chemimart International Pharmacy, 650, Triq il-Kbira San Ġużepp, il-Ħamrun – 2123 6477 Tal-Ħlas Pharmacy, Triq il-Ħelsien, Ħal Qormi – 2148 7739 Rational Pharmacy, 74/75, Triq il-Wied, Birkirkara – 2144 1513 Mayer Pharmacy, 33, Ix-Xatt ta’ Xbiex, l-Imsida – 2133 1732 Balluta Pharmacy, 30, Triq il-Kbira, San Ġiljan – 2131 7888 Harley Pharmacy, 1, Triq Nathalie Poutiatin Tabone, Tas-Sliema – 2133 4635 St Mary Pharmacy, 2, Triq Antonio Schembri, Ħ’Attard – 2143 6348 Rotunda Pharmacy, 7, Triq il-Kungress Ewkaristiku, il-Mosta – 2141 1197 St Simon Pharmacy, 8, Dawret il-Gżejjer, Buġibba – 2157 1649 Sta.Lucia Pharmacy, 1, Misraħ Dorell, Santa Luċija – 2189 0111 Victory Pharmacy, 32, Triq il-Vitorja, l-Isla – 2180 1698 Felice Pharmacy, 95, Triq is-Santwarju, Ħaż-Żabbar – 2182 7939 Beta Pharmacy, 50/52, Triq Santa Marija, Ħal Għaxaq– 2166 3311 Kristianne Pharmacy, Triq Pietru Pawl Saydon, iż-Żurrieq – 2164 7391 Menelo Pharmacy, Triq it-Tabib Nikol Zammit, is-Siġġiewi – 2144 62957 Spiżerija Carmen, 1, Triq Misraħ is-Suffara, Ħad-Dingli – 2145 7128 Għawdex

Ritratt: Bay Retro

VIŻIBBILTÀ: Tajba

Il-bejjiegħ tal-pitrolju fil-bidu tas-snin sittin, fix-Xagħra

DIN IL-ĠIMGĦA MILL-ISTORJA

30.08.1942 Tibda l-battalja ta’ Alam El Halfa waqt it-Tieni Gwerra Dinjija

Fontana Pharmacy, Triq il-Għajn, il-Fontana – 2156 6979 Għajnsielem Pharmacy, Pjazza Indipendenza, Għajnsielem – 2720 3615 Servizz ta’ tobba fiċ-ċentri tas-saħħa fil-Ħdud u l-festi pubbliċi Iċ-ċentri tas-saħħa tal-Mosta, Raħal Ġdid, u l-Furjana jiftħu għall-emerġenzi – 24 siegħa, sebat ijiem fil-ġimgħa. Fil-Ħdud u fil-festi pubbliċi, iċ-ċentru tas-saħħa tal-Gżira jiftaħ għall-emerġenzi bejn it-8.00am u l-5.00pm, ikun hemm ukoll servizz ta’ infermier bejn it-8.00am u t-8.00pm. Il-pubbliku jrid jattendi ċ-ċentru tas-saħħa taddistrett tiegħu. Persuni mingħajr karta ta’ identità ma jiġux moqdija.

NUMRI REBBIEĦA SUPER 5 GRAND LOTTERY

27 45 07 43 08 03 00 02 09 04 08 09

01.09.1985 Operazzjoni Amerikana-Franċiża sabet eżatt il-post li fih għereq l-RMS Titanic


TISLIBA

kullhadd.com

28|08|2016 33 RIŻULTATI TAX-XAHAR LI GĦADDA MIMDUDIN: 1 Stupidu, 5 Abbati, 8 Skarpin 14 Tapit, 15 Anzjan, 17 Redden, 19 Nitfa, 20 Nhar, 21 Ġnus, 23 Ġbara, 25 u 28 Attentati, 29 u 30 Muntun, 31 Nsib, 33 Kuntistabbli, 39 Ikla, 41 Usa, 42 Lat, 43 Swar, 45 Tazzi, 46 Spagu, 47 Apap, 50 Tetu, 53 u 54 Trinek, 56 Kutri, 58 Lanżit, 60 Duħħan, 62 Adami, 64 Spiss, 67 Tiċpis, 69 Siġill, 70 Klima, 72 u 73 Parata, 75 Mall, 77 Rigi, 79 Tango, 80 u 82 Oriġinali, 84 u 85 Stivati, 87 Pett, 88 Pantallerija, 93 Fama, 94 u 95 Nemusa, 96 Nisa, 98 Ftira, 100 Onesti, 101 Armi, 105 Ganċ, 108 Ċikku, 109 Latina, 110 Enormi, 111 Tanti, 112 Eremiti, 113 Panini, 114 Azzarin.

032

WEQFIN: 2 Toppu, 3 Patt, 4 Djar, 6 Benna, 7 Terra, 9 u 10 Kanarini, 11 Ittra, 12 Staġuni, 13 Vatikan, 16 Zoptu, 18 Dwell, 22 Mutur, 24 u 26 Rattab, 27 Multa, 32 Insett, 33 u 34 Katnazz, 35 Imita, 36 Assurd, 37 Bjar, 38 Ilu, 40 Koppla, 44 Atti, 48 Pika, 49 Pilastri, 51 Annullat, 52 Skarsi, 55 Sittax, 57 Roħs, 59 Zipp, 61 Ħruġ, 63 Dawl, 65 Ingrat, 66 Spag, 68 Simone, 69 Salome, 70 Kala, 71 Inċira, 74 Bnin, 76 Biki, 78 Isfel, 79 Tip, 81 Iva, 82 Ntesa, 83 Spinaċi, 86 Pariġin, 89 Aptit, 90 u 91 Terran, 92 Jasar, 97 Siker, 99 Agata, 100 Oċean, 102 Renti, 103 Bumm, 104 Blat, 106 u 107 Pinzetta.

Mimdudin 1 Dan kien jintlibes min-nisa minn taħt biex iżommu figura rqiqa (7) 5 Bużobba billi kellu ...... (6) 8 Dan huwa magħmul b’taħlita ta’ siment, żrar u ramel biex jużawh għall bini (7) 14 1/5: frazzjoni ta’ minn ħamsa wieħed (5) 15 Kiel bħall-għasfur, iteftef (6) 17 Waqqaf l-istorbju jew ma ħalliex lil min jitkellem (6) 19 Kienet il-lingwa tar-Rumani u tal kleru llum (5) 20 Allura dan ir-raġel tas-santa? (4) 21 u 23 Xi kelma mibnija bl-istess ittri ta’ kelma oħra (9) 25 u 28 Bellah, ġennen, għaxxaq, saħħar (9) 29 u 30 Din tfisser maqjel jew miżbla (6) 31 Paul il-kantant Kanadiż, kiteb u jkanta Diana (4) 33 Ngħiduha fil-Missierna, eħlisna .... .... .... (4,4,4) 39 Kulħadd ikollu xi ...., xi għawġ, xi għali, xi twegħir, dannu (4) 41 u 42 Rasu iebsa, ma jċedix malajr (6) 43 Meta jilħaq il-fqir agħmillu .... ħalli jtir, qawl (4) 45 u 46 Din iġġiegħlek tagħmel eżerċizzi fiżiċi biex isaħħu l-ġisem (10) 47 Wieħed mit-twal (4) 50 Ħadu fuq demm id-...., beda jarah ikrah (4) 53 u 54 Bagħtu għand boxxla ...... (6) 56 Dan il-metall bajdani huwa irtab miż-żingu (5) 58 Rappreżentant ta’ gvern fi stat barrani, imma mhuwiex ambaxxatur (6) 60 Niżel minn abbord (6) 62 Din suppost ħuta makakka iżda kultant tinqabad b’gamblu jinten (5) 64 Din il-likwidu tintuża għall-kitba jew

għall-istampar (5) 67 Dan qisu knisja jew maqdes jew anke santwarju (6) 69 Allura din il-mara tal-bjank? (6) 70 Skont id-..... ż-żifna (5) 72 u 73 Dan huwa, jew aħjar kien, il-ħatar tas-setgħa (6) 75 Gidem it-tuffieħa u ġieb is-saħta fuqna (4) 77 Daqstant kienu l-Appostli (4) 79 F’dan f ’kull belt u raħal jiltaqgħu l-imsieħba u jaħsbu l-aktar għall-festa (5) 80 Dan għandu x’jaqsam mal-elettriku, fergħa ta’ xi linfa jew bozoz (5) 82 Dawn l-insetti żgħar ħafna jintnu seba’ pesti, ibejtu fis-sħana tas-sodod (4) 84 u 85 Il-kapijiet tal-pajjiż (6) 87 Xi ħadd piluż, miksi bix-xagħar (4) 88 Fil-Missierna: bħalma naħfru ... ... .. .... għalina (3,3,2,4) 93 Ġemgħa ta’ nies, jew nofs gangster (4) 94 u 95 Wieħed mill-appalti (6) 96 X (4) 98 Għamel aktar fin, roqom, raqqaq, sebbaħ aktar (5) 100 Xarba a la Ingliża (5) 101 Donnhom is-seba’ .... tal-għaks u l-abbundanza (4) 105 Din miżmuma f ’wiċċ il-baħar iżda b’mażżra fil-qiegħ (4) 108 Din mhijiex il-mara tat-tifel (5) 109 Kellna bħalu fi tfulitna, raġel idur fit- toroq forsi jtuh xi ħaġa (6) 110 u 111 Din magħmula minn ġewż tal-miskta, tintuża għar-riħa tfuħ fit taħwir tal-ikel (11) 112 Dawn xi tfal imqarqċa, x’aktarx fuq ruħhom wisq (7) 113 Aktar minn qantar wieħed (6) 114 Ħaqqaq kemm felaħ, ħambaq, iddisputa, insista fuq li nsista (7)

Weqfin 2 M’hawnx oħra bħalha (5) 3 L-artist tal-films Brad (4) 4 Kieku x-xagħar kien żina ma jikbirx fit-.... (4) 6 F’ħalqek suppost li għandek waħda tal-għaqal (5) 7 Biżżejjed, aqtagħha, dejjaqtni, daqshekk (5) 9 u 10 Fixkel, xekkel, tellef kemm felaħ (8) 11 Hawn min huwa gradwat jew professur u għandu ħafna minnhom wara ismu (5) 12 Dawn tal-metall mimlijin bil-porvli, għall-isparar (7) 13 Sajjar il-kafè jew xi vapur li weħel mal-qiegħ (7) 16 F’dawn jitkabbru bosta xtieli jew fjuri u żżejjen bihom quddiem id-dar u ġewwa d-dar (5) 18 Il-pulċinell li jdaħħak f ’ċirklu (5) 22 Jgħidu li din hija ħaxixa friska ħafna (5) 24 u 26 Fuq is-salib Ġesù Kristu kien ...... b’daqqa ta’ lanza (6) 27 Dan huwa l-prodott tajjeb tas-siġar u x-xtieli (5) 32 Munita antika li llum jgħidu ma tiswa xejn (6) 33 u 34 Postha suppost f ’Wied Inċita (7) 35 Min jitwieled tond ma jmutx ......(6) 36 Naturalment mimli lussu u eleganza (6) 37 u 38 Warrab jew neħħa jew skarta (7) 40 Xogħlu tas-sengħa, jgħaqqad il-biċċiet tal-metall jew ħadid (6) 44 Xi ras li mhijiex mgħottija (4) 48 Fil-kumpannija ta’ ħaddieħor tħoss li inti mistrieħ aktar(4) 49 Xi snin ilu kellna l-pulizija tal-........ blu (8) 51 Deskrizzjoni perfetta tal-ekonomija ta’ pajjiżna (8) 52 Dan l-ikel magħmul mill-bebbux

mgħolli u mħawwar sew (6) 55 Dan jiddeskrivuh bħala melħ tal-porga (6) 57 Baċir (4) 59 Dan l-annimal kbir jew żgħir ikollu jitkaxkar mal-art biex jimxi (4) 61 Xi ħadd li donnu jgħix bl-...., ma jiekol xejn (4) 63 Waħda mis-songs sbieħ ta’ dan il- grupp Żvediż hija Mamma Mia (4) 65 Qagħad jaqla’ r-rix waħda wara l-oħra (6) 66 Mannarett, għodda li traqqaq l-injam (4) 68 Drawwiet (6) 69 Dari konna nżommu fih l-ilma frisk (6) 70 Id-.... ta’ Edinburgh, ir-raġel tar-Regina Elizabeth (4) 71 It-tiġieġa li ssir omm (6) 74 Kontra tlugħ (4) 76 Lady ...., kantanta popolari tal-lum (4) 78 Ħadt qatgħa? Mur bul fuq .....! (5) 79 u 81 Ħabs, fejn jitpoġġew dawk li jinstabu ħatja mill-qorti (6) 82 Kultant ikollok bżonnha, biex tistrieħ, jew tbiddel mix-xogħol (5) 83 Dawn l-imgħallmin fix-xogħol tagħhom (7) 86 Maqlugħ, mgħawweġ, milwi, mxattar, illaxkat (7) 89 Għalih tinżel bit-taraġ jew bil-lift (5) 90 u 91Wiċċna għandu żewġ toqbiet, waħda biex nieħdu n-nifs u l-oħra biex inxommu (6) 92 Ir-roti huma magħmulin hekk biex iduru (5) 97 Orizzont (5) 99 u 100 Kwantità bir-radam (10) 102 Ma baqax marbut (5) 103 u 104 Dawn ix-xtieli huma magħrufa wkoll bħala zunnarija (8) 106 u 107 Dawn huma għodda tal- ġeometrija li bihom jieħdu l-qisien (8)


34 28|08|2016

kullhadd.com

LOGĦOB

TISLIBA BIN-NUMRI POĠĠI N-NUMRI F’POSTHOM Bi 3 Numri 135 218 316 376 505 601 603 692 734 757 866 874 B’4 Numri 0060 0138 0294 0341 0867 1016 1111 1833 2520 3061 3542 3620 5126 5158 5536 5877

6200 6354 6363 6376 6497 7008 7085 7201 7257 8033 8085 9383 B’5 Numri 00202 15329 26265 27614 30554 34099 34104 38101 42131 46380 50961 56786 58561 66150 66169 69126 71403 96608

98080 99607 B’6 Numri 087763 367022 369121 431920 513109 608696 725202 727019 727205 845681

2579338 3136278 3171778 4610084 4907539 6597780 8086764

B’7 Numri 2194464 IR-RIŻULTAT TAL-ĦADD LI GĦADDA

] SUDOKU SPONSORJATA MINN WELLA

Irbaħ xampù u conditioner tad-ditta Wella. Aqta’ din il-logħba u ibgħatha lil: KOMPETIZZJONI WELLA KullĦadd, ONE Complex, A 28 B, Industrial Estate, il-Marsa, MRS3000 Isem: Indirizz:

Rebbieħ tal-ġimgħa l-oħra: D. SANT – il-Mellieħa

WWW.KULLHADD.COM B’DISINN ĠDID U AKTAR INFORMAZZJONI


LOGĦOB

28|08|2016 35

kullhadd.com

IRBAĦ €100 FI FLUS

138

Ibgħat dawn iż-żewġ kompetizzjonijiet f ’daqqa fl-indirizz: IRBAĦ €25 FI FLUS, KullĦadd, ONE Complex, A 28 B, Industrial Estate, il-Marsa, MRS3000 Idħol biċ-ċans li tirbaħ magħna.

TISLIBA Mimdudin:

1. Kompli l-qawl: ..... ħobżna fil-mindel (5) 4. Biċċa flus antika (4) 7,11. Mhux supperv (4) 9. L-ewwel tlieta ta’ 2,12W.(3) 10. Dan żgur iebes (6) 12. Qraba (6) 16,21M. Ħuta (6) 18. Kollox sew (1,1) 19. Ara 3 20. Mill-ewwel! (5) 21. Ara 16 23. Omnipotenti (4) 24. Fejn nitfa’ l-ikel (5)

Weqfin:

1. Kontinent (6) 2,12W. Tax-xemx (5) 3,19. Frotta (6) 5,21W. Pajjiż (6) 6. L-ewwel tlieta ta’ pupa Ingliża (3) 8. Irid kollox eżatt (9) 11. Ara 7 12. Ara 2 13. Ronald Oliva Ragonese (1,1,1) 14. Ma nibqax (6) 15. Inżejnu bihom (6) 17. Taż-żejt (3) 21. Ara 5 22. Kollox Ingliż (3)

SOLUZZJONI TAL-ĠIMGĦA L-OĦRA Mimdudin:

Weqfin:

1. Qliel, 4. Ħobż, 9. Lad, 10. Nibbet, 16. TCI, 18. RN, 20. Tazza, 24. Twila

1. Qaliet, 2,7. Indaf, 3,6. Lanżit, 5,12 mimduda. Obbligati, 8. Finanzjat, 11,19. Kiber, 12,21 mimduda. Linja, 13,21 wieqfa. Granit, 14. Ibatti, 15. Arriva, 17,23. Ċajtier, 22. Ave

QED TAGĦRAFHOM? Fir-ritratt hemm żewġ uċuħ f ’wiċċ wieħed. Qed tagħrafhom? Ħjiel: Wieħed issuċċieda lill-ieħor fil-programm Late Night. Personalità 1: Personalità 2: Isem: Indirizz: Nru tat-telefown:

IDĦOL BIĊ-ĊANS LI

TIRBAĦ €100

Kull l-aħħar Ħadd tax-xahar il-premju ta’ €25 jiżdied għal €100! Sabiex tipparteċipa ibgħat din il-paġna bħas-soltu. Apparti minn hekk żomm il-logos tal-KullĦadd tal-ġimgħat ta’ qabel, billi tqasqashom mill-ewwel paġna tal-gazzetta bid-data tal-ħarġa tidher, u tibgħathom flimkien ma’ din il-paġna. Eżempju: ibagħtu l-paġna ta’ din il-logħba tal-lum il-Ħadd 28 ta’ Awwissu flimkien mal-logos tal-ħarġiet tas-7, 14, 21 ta’ Awwissu.

RIŻULTATI TAL-ĠIMGĦA L-OĦRA

Adam Devine

Ir-rebbieħ tal-ġimgħa l-oħra: L. MEILAK – is-Siġġiewi L-ittri rebbieħa jintbagħtu fix-xahar ta’ wara li tkun intrebħet il-kompetizzjoni.

Zac Effron


36 28|08|2016

kullhadd.com

SPORTS

IL-ĠIMGĦA EWROPEA TAL-ISPORT HIJA GĦALIK! IL-ĠIMGĦA EWROPEA TAL-ISPORT TAL-2016 FI FTIT KLIEM

Dwar xiex inhi? Il-Ġimgħa Ewropea tal-Isport hija inizjattiva talKummissjoni Ewropea biex tippromovi l-isport u l-attività fiżika madwar l-Ewropa. L-edizzjoni tal2016 se tkun it-tieni waħda li se tittella’. Filwaqt li tkompli tibni fuq is-suċċess tal-ewwel edizzjoni, ilĠimgħa Ewropea tal-Isport se tkompli tiġġenera attivitajiet ġodda filwaqt li tibni fuq attivitajiet eżistenti li kienu ta’ suċċess. It-tema ġenerali talkampanja għadha “#BeActive” (Kun Attiv), u għandha tinkoraġġixxi lil kulħadd biex ikun attiv kemm matul il-Ġimgħa kif ukoll tul is-sena kollha. Għal xiex? L-isport u l-attività fiżika jikkontribwixxu b’mod sostanzjali għall-benesseri taċ-ċittadini Ewropej. Madankollu, il-livell ta’ attività fiżika bħalissa mhux qed jiżdied u saħansitra qed jonqos f ’xi pajjiżi. IlĠimgħa Ewropea tal-Isport hija tweġiba għal din l-isfida. In-nuqqas tal-attività fiżika ma għandux biss impatt negattiv fuq is-soċjetà u s-saħħa tannies, iżda jsarraf ukoll fi spejjeż ekonomiċi. Barra

minn hekk, l-isport għandu l-potenzjal li jsaħħaħ il-messaġġi tat-tolleranza u jqawwi ċ-ċittadinanza madwar l-Ewropa. Il-promozzjoni tar-rwol talisport bħala mezz ta’ inklużjoni soċjali se jgħin biex ikunu indirizzati l-isfidi li qed tiffaċċa bħalissa s-soċjetà Ewropea. Min? Il-Ġimgħa Ewropea tal-Isport għandha l-għan li tħeġġeġ lin-nies jieħdu sehem fl-isport u flattività fiżika u li tqajjem kuxjenza dwar il-bosta benefiċċji ta’ dawn it-tnejn. Il-Ġimgħa hija għal kulħadd – irrispettivament mill-età, l-isfond jew il-livell tal-fitness. Il-Ġimgħa għandha tressaq lejn xulxin individwi, awtoritajiet pubbliċi, il-moviment tal-isport, l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili u s-settur privat. Meta? Il-Ġimgħa Ewropea tal-Isport tal-2016 se ssir mill10 ta’ Settembru. L-istess bħas-sena l-oħra, huwa maħsub li dan ikun avveniment tassew Ewropew,

b’attivitajiet madwar l-Ewropa kollha. Il-pajjiżi li se jieħdu sehem se jkollhom il-possibbiltà li jwettqu attivitajiet u avvenimenti fil-livell nazzjonali matul Ġimgħa Nazzjonali tal-Isport fil-perjodu bejn l-10 ta’ Settembru u t-2 ta’ Ottubru 2016. Il-ftuħ uffiċjali tal-Ġimgħa Ewropea tal-Isport tal-2016 se jseħħ f ’Košice, is-Slovakkja, fl-10 ta’ Settembru, u l-avveniment ewlieni fi Brussell fil-15 ta’ Settembru. Kif ? Il-Ġimgħa Ewropea tal-Isport hija inizjattiva mmexxija mill-Kummissjoni Ewropea. L-implimentazzjoni tal-Ġimgħa madwar l-Ewropa hija, fil-biċċa l-kbira, deċentralizzata u ssir b’koperazzjoni mill-qrib mal-kordinaturi nazzjonali u ma’ ħafna sħab differenti li huma impenjati bis-sħiħ li jappoġġaw il-Ġimgħa Ewropea tal-Isport. Din se tkun strutturata madwar temi fokali: l-ambjent tal-edukazzjoni, il-post tax-xogħol, l-ispazji miftuħa, il-klabbs talisport u ċ-ċentri tal-fitness. Se jiġu organizzati firxa wiesgħa ta’ inizjattivi u attivitajiet madwar dawn it-temi f ’livelli differenti.


SPORTS

kullhadd.com

28|08|2016 37

PREMIER INGLIŻ

RIŻULTATI 1-1 3-0 1-1 1-0 2-1 1-1 1-3 Tard

Tottenham Hotspur Chelsea Crystal Palace Everton Leicester City Southampton Watford Hull City

Liverpool Burnley AFC Bournemouth Stoke City Swansea City Sunderland Arsenal Manchester United

*Ir-riżultat kien magħruf wara li morna għall-istampar

LOGĦOB GĦAL-LUM 14.30 17.00

West Bromwich Albion Manchester City

vs vs

Middlesbrough West Ham United

KLASSIFIKA

Danny Rose jġib il-gowl tad-draw

DRAW ĠUST F’WHITE li mar minn fuq fid-9 minuta. Kien Eden Hazard, li jidher HART LANE li qed jerġa’ jikseb il-forma Fl-partitissima tal-bieraħ tiegħu taħt Antonio Conte, waranofsinhar li kien hemm li wara azzjoni fuq ix-xellug, f ’White Hart Lane, it-tim ta’ qata’ lejn in-nofs u fajjar ix-xutt Tottenham u dak tal-Liverpool fix-xibka. It-tieni gowl wasal qasmu l-punti fi draw ġust ta’ ftit qabel ma ntemmet l-ewwel 1-1. Kienu proprju l-Liverpool taqsima. Kien proprju Willian li marru fil-vantaġġ meta Erik li fil-41 minuta qabad il-ballun Lamela waqqa’ lil Roberto fuq in-naħa tal-lemin tal-kaxxa Firmino eżatt fuq ġewwa tal- l-kbira ta’ Burnley, u b’xutt kaxxa ż-żgħira, li mill-penalty b’saħħtu fir-rokna tax-xibka James Milner ma falliex u għeleb mingħajr problemi ta’ tefa’ l-gowler in-naħa l-oħra. xejn lill-gowler tal-avversarji Għal dan il-gowl, Tottenham Tom Heaton. It-tielet u l-aħħar irreaġixxew u ħolqu l-aktar gowl tal-partita wasal prorpju periklu fl-aħħar nofs siegħa minuta qabel it-tmiem, fid-89 tal-logħba. Dawn l-isforzi minuta. Kienet azzjoni tajba kienu ppremjati meta Danny bejn is-sostituti Pedro u Victor Rose venven xutt b’saħħtu fix- Moses, bil-kross tal-ewwel, ilxibka fit-72 minuta, biex kiseb ballun spiċċa f ’saqajn Moses, punt għat-tim tiegħu. Minkejja u dan issiġilla r-rebħa għal kollox, kienu Tottenham Chelsea. li bdew il-partita b’aktar entużjażmu, imma kienu Liverpool li setgħu marru DEBUTT STORIKU FILfil-vantaġġ aktar kmieni fil- QRIB logħba. Dan hekk kif Firmino rċieva mingħand Sadio Mane Kane Wilson jista’ jkun ilfil-kaxxa, u sab lil Philippe plejer li jagħmel l-istorja llum Coutinho fl-ispazju li mil- jekk dan jiddebbutta mat-tim lemin ixxuttja, iżda Michel ta’ West Brom Albion kontra Vorm kien attent. Liverpool Middlesbrough. Jekk jiġri hekk, setgħu wkoll marru tnejn dan id-difensur ikun l-ewwel minn fuq meta fis-57 minuta, plejer li twieled fil-21 seklu u Georginio Wijnaldum qassam li se jagħmel id-debutt tiegħu lejn Adam Lallana, bil-ballun fil-Kampjonat Ingliż. Dan iljasal għand Sadio Mane u dan plejer twieled b’Marzu tal-2000 tefa’ fix-xibka, iżda l-gowl hekk kif matul din il-ġimgħa tħassar minħabba senjalazzjoni ddebutta fil-League Cup fittelfa kontra Northampton. ta’ offside. Lil hinn minn dan, it-tim ta’ TLIETA MINN TLIETA Tony Pulis għandu rebħa biss s’issa, u għalkemm dan insista GĦAL CHELSEA li jixtieq li jiffirma aktar plejers, F’waħda mis-sensiela ta’ mhux se jkun qed jagħmel dan logħob li kien hemm ilbieraħ, b’għaġla, hekk kif it-tmiem tat-trasferimenti it-tim ta’ Chelsea, għamilhom tas-suq tlieta minn tlieta wara li lbieraħ jagħlaq nhar l-Erbgħa li ġej. kiseb rebħa tajba f ’daru kontra Min-naħa l-oħra, it-tim ta’ Burnley bl-iskor kbir ta’ 3-0. Middlesbrough għadu mhux Kien proprju t-tim ta’ Londra megħlub s’issa u l-aħħar

rebħa tagħhom waslet kontra Sunderland. Madankollu, huma sfaw eliminati milLeague Cup fost il-ġimgħa kontra Fulham. Minkejja dan, il-kowċ ta’ dan it-tim Aitor Karanka kompla jissaħħaħ aktar bil-firma ta’ Adam Forshaw, li ffirma kuntratt ġdid ta’ erba’ snin nhar il-Ġimgħa li għadda, u jemmen li dan it-tim jista’ joffri sfida lil kulħadd.

TIM

L

R

D

T

F

K

PT

01

Chelsea

3

3

0

0

7

2

9

02

Everton

3

2

1

0

4

2

7

03

Manchester City

2

2

0

0

6

2

6

04

Manchester United *

2

2

0

0

5

1

6

05

Hull City *

2

2

0

0

4

1

6

06

Tottenham Hotspur

3

1

2

0

3

2

5

07

Arsenal

3

1

1

1

6

5

4

08

Middlesbrough

2

1

1

0

3

2

4

09

Leicester City

3

1

1

1

3

3

4

10

Liverpool

3

1

1

1

5

6

4

11

West Bromwich Albion

2

1

0

1

2

2

3

12

West Ham United

2

1

0

1

2

2

3

13

Burnley

3

1

0

2

2

4

3

14

Swansea City

3

1

0

2

2

4

3

15

Southampton

3

0

2

1

2

4

2

16

Sunderland

3

0

1

2

3

5

1

17

Crystal Palace

3

0

1

2

1

3

1

18

Watford

3

0

1

2

3

6

1

19

AFC Bournemouth

3

0

1

2

2

5

1

20

Stoke City

3

0

1

2

2

6

1

CLAUDIO BRAVO JRID JISTENNA Il-gowler il-ġdid ta’ Manchester City Claudio Bravo mhux mistenni jibda mal-ewwel ħdax fil-logħba tal-lum waranofsinhar kontra West Ham. Willy Caballero, li lagħab l-ewwel żewġ logħbiet fil-Kampjonat Ingliż huwa mistenni li jerġa’ jibda bejn il-lasti, minkejja li Joe Hart irnexxielu jżomm clean sheet fost il-ġimgħa kontra Steaua Bucharest fiċ-Champions League. Min-naħa l-oħra, Slaven Bilic qed jittama li West Ham iqumu fuq tagħhom, wara li ġew eliminati fost ilġimgħa mill-kompetizzjoni tal-Europa League minn Astra Giurgiu, billi jiksbu riżultat tajjeb kontra l-istess City barra minn darhom. Għat-tieni sena infila, West Ham fallew milli jikkwalifikaw għall-fażi talgruppi ta’ din il-kompetizzjoni Ewropea, wara li spiċċaw fi draw ta’ 1-1 barra minn darhom u tilfu 1-0 fil-London Stadium – l-ewwel telfa f ’dan il-grawnd ġdid. Minkejja dan id-diżappunt, Bilic jemmen li jista’ jirrepeti r-riżultat li kiseb is-sena l-oħra, meta t-tim tiegħu kien rebaħ kontra s-City bl-iskor ta’ 2-1, din id-darba kontra l-kowċ ġdid Spanjol Pep Guardiola.

Eden Hazard wara li skurja l-ewwel gowl tal-logħba


38 28|08|2016

kullhadd.com

SPORTS

SERIE A AKTAR PRESSJONI kien rnexxielhom jirbħu 15il logħba minn 21 waħda. FUQ DE BOER? Spalletti m’għandux injuries Il-pressjoni diġà qiegħda ġodda fuq xiex jinkwieta, tagħmel tagħha fuq Frank iżda xorta waħda mistennija de Boer wara li fid-debutt li jkunu bidliet drastiċi maltiegħu fil-Kampjonat Taljan ewwel tim, minħabba li fost ma tantx ħareġ bl-unuri meta il-ġimgħa lagħbu 9 kontra tilef kontra Chievo bl-iskor 11. Kruċjali se jkunu t-tlieta ta’ 2-0. Hekk kif l-akkwisti ta’ quddiem li jinkludu ta’ Antonio Candreva u Ever lil Stephan El Shaarawy, Banega kienu kkonfermati Mohamed Salah u Diego aktar kmieni dan is-sajf, Perotti. il-prospetti għat-tim ta’ Inter bdew jidhru sbieħ, SORPIŻA OĦRA MINN wara kampanja diżastruża CHIEVO? l-istaġun li għadda. Battibekk wieħed wara Friska għadha s-sorpriża l-ieħor bejn id-diriġenza u li wettqu t-tim ta’ Chievo l-ekskowċ Roberto Mancini, kontra Inter fl-ewwel logħba fost affarijiet oħrajn, wasslu tagħhom dan l-istaġun, meta biex dan tal-aħħar jitneħħa b’sorpriża għelbu lit-tim ta’ mit-tmun ta’ Inter. Dan Inter bl-iskor ta’ 2-0. B’dan kollu wassal biex il-moral il-moral ferm għoli, it-tim ta’ Chievo se jkunu qed tal-iskwadra mess il-qiegħ. Iżda issa, bl-akkwisti ta’ jimmiraw li jagħmlu l-istess, Gabigol u Joao Mario, din id-darba barra minn l-aspettattivi tal-Interisti darhom kontra t-tim talgħolew u qed jistennew Fiorentina. Min-naħa l-oħra, it-tim ta’ risposta immedjata. Palermo wkoll mhux mexjin fuq ir- Paulo Sousa jridu li jibdew rubini, dan hekk kif salvaw jirbħu hekk kif, kontra t-tim bi żbrixx l-istaġun li għadda ta’ Juventus, ħasbu li kellu u mingħajr l-aqwa plejer li punt ġewwa minn dik ilkellhom, Franco Vazquez, logħba, iżda marru żmerċ wara li dan ingħaqad ma’ meta Gonzalo Higuain Sevilla. Li titlef kontra skurja l-gowl tar-rebħa Sassuolo bl-iskor ta’ 1-0 għat-tim il-ġdid tiegħu, mhux xi diżgrazzja, imma li wkoll inzerta l-ewwel li tiltaqa’ kontra Inter barra gowl tiegħu wkoll. Dan ilminn darek sebat ijiem biss gowl ma niżilx tajjeb maswara din it-telfa, mhuwiex sapporters ta’ Fiorentina xenarju ideali, hekk kif wara hekk kif anke huma bdew llum hemm ċans tajjeb li jistennew li tal-inqas jieħdu jispiċċaw b’idhom f ’idhom draw minn din il-logħba. Din it-telfa kompliet tkun aktar wara l-logħba f ’San Siro. frustranti meta kulħadd jaf ROMA DDISPRATI li l-Vjola għamlu ħafna ħin jippressaw lil Juventus. GĦAL REBĦA B’dan ix-xenarju quddiemu, Kemm Cagliari kif ukoll Sousa għadu fil-ħin li jiffirma Roma għandhom bżonn xi plejers ġodda fejn, fost urġenti li jirbħu xi forma ħafna ismijiet oħrajn, qed ta’ punti hekk kif se jkun jissemma li jista’ jagħmel ras imb ras illum fi Stadio ir-ritorn tiegħu l-plejer ta’ Sant’Elia. Luciano Spalletti Inter, Stevan Jovetic. Kollox se jkun responsabbli li ma’ kollox, inħass ukoll injgħolli l-moral tal-iskwadra nuqqas ta’ Borja Valero moralment imkissra li f ’nofs il-grawnd u dan għandu bħalissa taħt idejh għandu jkun disponibbli wara t-telfa devastanti fl- għal-logħba tal-lum. Ewropa. Min-naħa l-oħra, ittim ta’ Massimo Rastelli qed LOGĦBA ifittex li jirreġistra l-ewwel B’POTENZJAL TA’ punti dan l-istaġun. Wara ĦAFNA GOWLS l-falliment fiċ-Champions League ta’ Roma, l-istaġun Fuq il-karta jidher li domestiku issa huwa aktar Sampdoria huma l-favoriti ta’ importanti biex Roma li jirbħu din il-logħba jkomplu jibnu fuq ir-rebħa f ’darhom kontra Atalanta, ta’ 4-0 kontra Udinese fl- iżda minħabba li dawn iżewwel logħba tal-istaġun. żewġ timijiet għandhom Għaldaqstant, it-tim ta’ attakk fluwidu ħafna, din Cagliari jrid jagħmel ħiltu il-logħba tista’ tkun waħda biex jakkwista kemm jista’ minn dawk li toffri xalata ta’ jkun punti mil-logħbiet gowls. Minkejja li Atalanta li jilgħab f ’daru għax rnexxielhom jiskurjaw tliet għada pitgħada jaf ikunu gowls il-ġimgħa l-oħra, dan d-differenza fil-ġlieda kontra it-tim xorta waħda falla milli r-relegazzjoni. Dan it-tim jakkwista t-tliet punti. jittama li jirrepetu s-suċċess Fl-istess ġurnata, dak tal-istaġun li għadda fejn ta’ Sampdoria għamel

prestazzjoni tajba ħafna u kiseb riżultat tajjeb barra minn daru kontra Empoli. Fl-ewwel logħba tagħhom, Atalanta rreġistraw statistiki impressjonanti fejn jidħol il-pussess tal-ballun, b’71% tal-ballun kien f ’saqajn il-plejers ta’ dan it-tim. Ħafna minn dan il-pussess wassal biex it-tim ta’ Lazio jitwaqqa’ lura, b’Atalanta fuq l-attakk. Għaldaqstant, Sampdoria ħolqu aktar ċansijiet mittim ta’ kontrihom u b’mod ġenerali dehru aħjar meta mexxew il-ballun ’il quddiem. Bħal Atalanta, ukoll irnexxielhom iġiegħlu lill-opponenti tagħhom jaqgħu lura minħabba l-attakki kontinwi li offrew. Id-differenza bejn dan ittim u dak tas-Sampdoria hija li dan tal-aħħar iddefenda ferm aħjar, b’Emiliano Viviano jkun kostrett li jagħmel save wieħed biss f ’disgħin minuta għal dawk ix-xuttijiet minn barra Rebħa biss tissodisfa lil l-kaxxa. Luciano Spalletti TORINO KKARGATI GĦAL REBĦA Wara li kienu tant qrib li jiksbu draw tajjeb fit-telfa kontra Milan f ’San Siro nhar il-Ħadd li għadda, illum, Torino jinsabu kkargati biex jiksbu l-ewwel rebħa tagħhom f ’darhom a spejjeż ta’ Bologna. B’injury kerha li sofra Adem Ljajic li ma ħallitux ikun disponibbli fl-ewwel logħba, il-kowċ Sinisa Mihajlovic se jkun qed jittama li Marco Benassi huwa disponibbli biex jibda ma’ Daniele Baselli, li skurja wara li ġie introdott aktar tard fil-logħba kontra Milan. Benassi u Baselli għandhom joffru dik il-kreattività tant meħtieġa f ’nofs il-grawnd, xi ħaġa li kienet nieqsa għal Torino fl-istaġun li għadda. Maxi Lopez u l-plejer ilġdid ta’ Torino Lucas Boye qed jikkompetu bejniethom biex jagħmluha mal-ewwel ħdax, filwaqt li Iago Falque jista’ jagħmel id-debutt tiegħu mat-tim il-ġdid. Bologna, min-naħa l-oħra, diġà rnexxielhom jiksbu l-ewwel rebħa f ’darhom dan l-istaġun, f ’rebħa kontra Crotone, bil-gowl tar-rebħa jasal fl-aħħar minn Mattia Destro. Għalhekk, huma qed iħossu li għandhom javvinċinaw l-logħba tal-lum b’aktar kunfidenza u kuraġġ. Roberto Donadoni mistenni li jbiddel xi plejers fuq wara li Domenico Maietta jinsab imweġġa’ u għandu daqs tliet ġimgħat barra. Postu mistenni li jieħdu l-Grieg Marios Oikonomou.

RIŻULTATI TAL-BIERAĦ Tard Tard

Lazio SSC Napoli

Juventus AC Milan

*Ir-riżultati kienu magħrufa wara li morna għall-istampar

LOGĦOB GĦAL-LUM 18.00 20.45 20.45 20.45 20.45 20.45 20.45 20.45

Inter Cagliari Crotone Fiorentina Sampdoria Sassuolo Torino Udinese

vs vs vs vs vs vs vs vs

Palermo Roma Genoa ChievoVerona Atalanta Pescara Bologna Empoli

KLASSIFIKA TIM

L

R

D

T

F

K

PT

01

Roma

1

1

0

0

4

0

3

02

Genoa

1

1

0

0

3

1

3

03

Chievo

1

1

0

0

2

0

3

04

Lazio *

1

1

0

0

4

3

3

05

AC Milan *

1

1

0

0

3

2

3

06

Juventus *

1

1

0

0

2

1

3

07

Bologna

1

1

0

0

1

0

3

08

Sampdoria

1

1

0

0

1

0

3

09

Sassuolo

1

1

0

0

1

0

3

10

SSC Napoli *

1

0

1

0

2

2

1

11

Pescara

1

0

1

0

2

2

1

12

Atalanta

1

0

0

1

3

4

0

13

Torino

1

0

0

1

2

3

0

14

Fiorentina

1

0

0

1

1

2

0

15

Crotone

1

0

0

1

0

1

0

16

Empoli

1

0

0

1

0

1

0

17

Palermo

1

0

0

1

0

1

0

18

Cagliari

1

0

0

1

1

3

0

19

Inter

1

0

0

1

0

2

0

20

Udinese

1

0

0

1

0

4

0


FORMULA 1

kullhadd.com

28|08|2016 39

RAPPORT U ANALIŻI TA’ LIAM GAUCI TELLIEQA NRU

13

Numru ta’ dawriet 44 Tul tat-tellieqa 308.052KM

CIRCUIT DE SPA-FRANCORCHAMPS

Dawra rekord S.VETTEL

Soft

Riħ 23-35 km/hr

Rebbieħ tal-2015 L.HAMILTON

Medium

Umdità 66%

ROSBERG SEGWIT MIR-RED BULLS

Vantaġġ strateġiku Hamilton ħareġ jagħmel dawra biex jirreġistra ħin validu minkejja l-fatt li ngħata b’penalità ta’ 55 post wara l-bidliet irregolari li saru fil-vettura tiegħu fl-aħħar jiem. Sadanittant, Alonso kompla jkun ippersegwitat minn problemi tekniċi serji li lanqas ħallewh jagħmel dawra waħda valida tul Q1. Min-naħa tiegħu, Rosberg għażel li juża s-Softs biss f ’din is-sessjoni fejn witta t-triq għal Massa fil-

26°c

2009

BELĠJU SPA-FRANCORCHAMPS

Rosberg poġġa lilu nniffsu f ’pożizzjoni tajba biex jirbaħ ittellieqa tal-lum b’pole position li tista’ tagħtih l-opportunità li jevita li jinqabad f ’nofs it-taqtigħa li ġeneralment tikkaratterizza l-ewwel kurva tat-tellieqa Belġjana. Madankollu, huwa ma jistax jieħu xejn bħala ċert hekk kif, bejn l-ewwel u l-ħames post, hemm distanza ta’ inqas minn nofs sekonda; fatt li jixhed l-avvanzi kbar li r-Red Bull u l-Ferrari għamlu f ’termini ta’ żvilupp.

Tyres għad-dispożizzjoni Temperatura tal-art 27°c Super Soft Temperatura tal-arja

quċċata tal-klassifika. Ocon, fiddebutt tiegħu mal-Manor, kien qiegħed jittama li jimpressjoni. Però, kien Wehrlein li ħalla mpatt hekk kif il-Ġermaniż irnexxielu għal darb’oħra jwassal lill-Manor tiegħu f ’Q2. Dan ir-riżultat ma kienx irreplikat fit-tieni sessjoni fejn Wehrlein kellu jieqaf fl-ewwel attentat tiegħu minħabba rota laxka. Eventwalment, meta kompla huwa rnexxielu biss jikseb is-16-il post. Rosberg reġa’ kiseb ħin kompetittiv bis-Softs li se jpoġġuh f ’pożizzjoni tajba llum b’sett ta’ roti Supersoft għad-dispożizzjoni tiegħu hekk kif huwa obbligat li jibda t-tellieqa bissett li kiseb l-aqwa ħin tiegħu fi Q2. Il-Ġermaniż imbagħad ħareġ irrankat fi Q3 fejn kiseb l-ewwel post kmieni fis-sessjoni. Vettel irnexxielu jidħol warajh ftit tal-ħin wara, però Verstappen daħal bejn iż-żewġ Ġermaniżi f ’qasir żmien. Għal xi ħin deher li warajh kien se jkun hemm Ricciardo, però ż-żewġ Ferraristi rnexxielhom jidħlu bejniethom fl-aħħar ftit.

POŻ. 01 02 03 04 05 06 07 08 09 10

ISEM IS-SEWWIEQ Rosberg Verstappen Raikkonen Vettel Ricciardo Perez Hulkenberg Bottas Button Massa

TIM Mercedes Red Bull Ferrari Ferrari Red Bull Force India Force India Williams McLaren Williams

Rai 2 21.00 Ħin oriġinali 14.00 ĦIN 1:46.744 +0.149 +0.166 +0.364 +0.472 +0.663 +0.799 +0.869 +1.370 +1.519

LIL HINN MIĊ-ĊIRKWIT Il-kuntratti ta’ diversi sewwieqa reġgħu kienu fiċ-ċentru taddibattitu hekk kif riesaq iż-żmien tas-sena fejn tradizzjonalment tibda t-tellieqa għall-aħħar postijiet vojta għall-istaġun ta’ wara. Sadanittant, kien hemm ukoll xi żviluppi interessanti f ’xi timijiet li qegħdin jippruvaw jagħtu l-aħħar spinta biex itejbu l-prospettivi tagħhom għal dan l-istaġun. Deċiżjonijiet fil-qrib? Ewlenin fost is-sewwieqa li jidhru li huma qrib li jiċċaraw il-futur tagħhom huma dawk tal-Williams, jiġifieri Valtteri Bottas u Felipe Massa. Dawn iż-żewġ sewwieqa ilhom jagħmlu parti mit-tim mill2014 ’il hawn. Madankollu, hemm għajdut qaww li s-sitwazzjoni tista’ tinbidel fl-2017. Fost il-kandidati biex jieħdu l-post vakanti hemm Jenson Button u Sergio Perez, b’dan tal-ewwel jissemma bħala l-favorit. Min-naħa l-oħra, jekk it-tim jagħżel li jmur għal xi ħadd żagħżugħ, jista’ jkun hemm il-possibbiltà li

jagħtu opportunità lis-sewwieq ta’ żvilupp tagħhom Lance Stroll. L-istaġun li għadda dan is-sewwieq kellu esperjenza bħala sewwieq ta’ żvilupp mal-Ferrari u din is-sena qiegħed jibbilanċja l-impenji malWilliams ma’ dawk fil-kategorija Formula 3 fejn jinsab fl-ewwel post tal-klassifika. Wieħed mit-timijiet li kien assoċjat ma’ Bottas għall-2017 kien irRenault. Madankollu, f ’intervista li ta din il-ġimgħa, Kevin Magnussen sostna li mhux se jkun hu li jitlef postu fl-istaġun li ġej. Anzi, issewwieq Daniż huwa tal-fehma li se jkun hu li jmexxi lit-tim fuq ittraċċat. Barra minn hekk, huwa żvela li fil-kuntratt attwali tiegħu diġà joffri opzjoni biex it-tim iżommu għal staġun ieħor. Sadanittant, jekk Button jitlaq jew jitlef postu minn mal-McLaren, il-kandidat prinċipali li jeħodlu postu huwa Stoffel Vandoorne, iżżagħżugħ Belġjan li impressjona mhux ħażin l-istaġun li għadda fil-kategorija GP2. Vandoorne ilu jipponta għal post fil-Formula 1.

Però, din is-sena għamilha ċara mal-McLaren li jekk ma joffrulux opporunità fl-2017, huwa lest li jdabbar rasu minn mat-tim minn Woking. Il-kap tal-Mercedes Toto Wolff tefa’ lixka lill-Belġjan din ilġimgħa fejn sostna li huwa jqisu bħala l-aktar sewwieq promettenti li hemm bħalissa. Minħabba f ’hekk, Wolff saħaq li kieku tkun għall-Mercedes, sewwieq bħal Vandoorne ma jibqax barra millFormula 1 għal sena oħra. Tgħid il-Belġjan jaħtaf il-lixka? L-aħħar żviluppi maġġuri Sadanittant, il-Mercedes u l-McLaren għaddejjin b’investiment qawwi f ’tokens ta’ żvilupp biex jippruvaw itejbu l-prospettivi tagħhom għallbqija ta’ dan l-istaġun. Min-naħa tagħhom, il-Mercedes użaw ħames tokens għall-iżvilupp tal-power unit biex isaħħu l-internal combustion engine, l-MGU-H, l-MGU-K u t-turbocharger. Dan bl-għan li

jerġgħu jiftħu ftit tad-distakk minn mar-Red Bull hekk kif ir-Renault għamlu avvanzi sostanzjali filmagni tagħhom fl-aħħar tlielaq. Il-McLaren mistennijin li jgawdu minn magna aktar kompetittiva hekk kif il-Honda investew seba’ tokens li għandhom l-għan li jtejbu l-effiċjenza tal-kombustjoni u t-tisħiħ tat-turbocharger. Dan sar hekk kif ir-rendiment u l-konsum tal-magna kienu uġigħ ta’ ras kbira għat-tim minn Woking li dan l-istaġun bata biex ħareġ ilpotenzjal tal-power unit Ġappuniż. Barra minn hekk, xi bnadi tal-midja sportiva spekulaw li ExxonMobil offrew taħlita ta’ fjuwil ġdida lit-tim bix jikkumplimenta l-iżviluppi li saru fil-power unit. Wara dawn l-iżviluppi, il-Honda għad baqgħalhom biss tliet tokens mit-32 li kellhom għaddispożizzjoni tagħhom fil-bidu tal-istaġun. Għaldaqstant, wieħed jispekula li l-Honda issa dawru l-attenzjoni tad-dipartiment ta’ riċerka u żvilupp tagħhom fuq l-istaġun li ġej.


40 28|08|2016

kullhadd.com

LOKALI

TA’ AUSTIN GATT JILTAQGĦU BIEX JIDDISKUTU LIL CLAUDIO GRECH • QED JIKBER IL-MOVIMENT KONTRA SIMON BUSUTTIL U TISSEMMA PETIZZJONI • IL-KAP ISERRAĦ FUQ RCC, LOUIS GALEA U KAROL AQUILINA Bis-sitwazzjoni interna fil-Partit Nazzjonalista tinsab fl-iktar mument kritiku fl-aħħar snin, fazzjonijiet differenti fil-partit iltaqgħu biex jiddiskutu min jista’ jkun iż-żiemel tagħhom biex jisfida t-tmexxija ta’ Simon Busuttil. Dan minkejja li huwa remot ħafna ċ-ċans li jiġri hekk qabel l-elezzjoni ġenerali peress li Busuttil kien ‘impoġġi’ filkariga minn dawk li għandhom kontroll tal-magna tal-partit. Dawk li ħolqu u mexxew lil GonziPN, fuq quddiem nett Richard Cachia Caruana. Ma’ dan Busuttil għandu wkoll l-appoġġ bla kundizzjoni talAvukat u President tal-Kunsill Amministrattiv Karol Aquilina u l-eks-Ministru Louis Galea. Fl-istess ħin Simon Busuttil mhu biħsiebu jċedi ebda pulzier lil dawk li qed jikkritikawh blaħrax. Anke għax, il-fatt li laħaq Kap, Simon Busuttil iqisu bħala l-iktar mument importanti u ta’ sodisfazzjon tal-karriera tiegħu kif iddikjara dan l-aħħar f ’intervista mal-Maltatoday. U b’Simon Busuttil jippjana

l-istrateġija ta’ kif jista’ jidher iktar b’saħħtu u kredibbli, f ’kafetteriji differenti u uffiċini diversi d-diskussjoni dwar x’jista’ jiġri ma qatgħet xejn. Ikkonfermaw dan sorsi millqalba tal-Partit Nazzjonalista. Fost dawk li ddiskutew dan fiddettall kien hemm Manuel Delia u nies oħra li kienu jaħdmu fil-Ministeru ta’ Austin Gatt, fosthom Jes Saliba li llum iridha ta’ opinjonist indipendenti. Ma jistax jonqos li ż-żiemel favorit tagħhom huwa d-Deputat

Claudio Grech li magħhom ħadem fis-segretarjat ta’ Austin Gatt bi Grech ikun l-iktar bniedem fdat mill-eks-Ministru Nazzjonalista għal ħafna snin, tant li kien hu li fl-eqqel taliskandlu taż-żejt mar jitkellem mal-aħwa Farrugia (ħut dak li ħa l-proklama) biex jipprova jpaċi s-sitwazzjoni għal Austin Gatt. Fin-Naxxar, Delia u Saliba ddiskutew x’inhuma ċ-ċansijiet ta’ Claudio Grech u jekk dawn hux se jfeġġu qabel

jew wara l-elezzjoni ġenerali. Raw ukoll x’inhuma x-xenarji kollha, kemm jekk il-Partit Nazzjonalista jirbaħ l-elezzjoni ġenerali u kemm jekk jitlef. Ma naqsitx lanqas l-analiżi tagħhom tas-sitwazzjoni preżenti li ma tantx kienet tvarja minn dak miktub riċentament. Iżda mhux dawn biss tkellmu. David Casa tkellem dwar kemm jappoġġja l-Kap u qabeż għalih ma’ deputati li esprimew diżappunt. “Forsi għax għamlu Kap tad-Delegazzjoni fi Brussell,” qalu l-imkejjen tagħna. Jirriżulta li l-Membru talParlament Ewropew Roberta Metsola hija fost dawk l-iktar xettiċi bih. Bħal Metsola hemm l-eks-Segretarju Ġenerali Chris Said li xejn mhu kuntent bissitwazzjoni u mdejjaq ukoll hemm l-eks-Ministru George Pullicino. B’xi mod dawk qrib Pullicino għandhom għal Ryan Callus li saħansitra qed jiddeskrivuh bħala negattiv wisq u li qed jagħmel ħsara ma’ diversi setturi tas-soċjetà.

Fl-istess ħin, deputati qed jitkellmu flimkien dwar kif il-Partit qiegħed mingħajr proposti u jistaqsu x’se jgħidu lin-nies li se jagħmlu jekk ikunu fil-Gvern. Jintqal li b’differenza huma ma jistgħux jitkellmu fil-miftuħ, bħal kif għamel Ivan Bartolo, għax hemm issiġġu tagħhom fin-nofs. Iżda, kuntenti mhumiex, tant li kien hemm min semma l-ħsieb ta’ petizzjoni interna bit-tama li jinbidlu l-affarijiet. Isegwi dan kollu b’reqqa hemm Beppe Fenech Adami li kontroll fil-partit għandu kemm irid u dwar iċ-ċansijiet tiegħu jitkellem biss fost l-iktar qrib tiegħu. Bil-kritika lejn Busuttil mhix mistennija tnaqqas dan ittip ta’ laqgħat, li m’huma xejn għajr xhieda ta’ partiti fi kriżi, mistennija jiżdiedu u fiċ-ċirkustanzi dejjem ifeġġu dawk li, minn quddiem jew wara l-kwinti, dejjem iddettaw l-affarijiet fil-Partit Nazzjonalista. Ara wkoll paġni 6 u 7


Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.