ĦARSA LEJN IT-TNAQQIS FIL-LISTI TA’ STENNIJA
www.kullhadd.com Il-Ħadd, 29 ta’ Mejju, 2016
Ara paġna 2
Ħarġa Nru 1,194 Prezz €1
ĦAMES SNIN ILU QTAJNA L-KTAJJEN TAL-BIŻA’
1,652 ingħataw ċans ta’ ħajja ġdida 7 biss ma ressqux talba skont il-ligi Bħall-bieraħ ħames snin sar referendum storiku għal pajjiżna; dak li u kien attiv ħafna fil-kampanja favur id-dħul ta’ din il-liġi, jitkellem daħħal id-dritt tad-divorzju għaċ-ċittadini Maltin. Fl-ewwel snin li din ma’ din il-gazzetta dwar dak li huwa jiddeskrivi bħala mument storiku il-liġi ilha fis-seħħ kienu 1,652 persuna li ngħataw id-dritt li jerġgħu u l-effetti tiegħu llum. jibnu familja b’sentenza tal-qrati Maltin. Kien hemm imbagħad seba’ talbiet li kienu miċħuda. Ara paġna 6 Il-Ministru Evarist Bartolo, li ssekonda l-abbozz ta’ liġi tad-divorzju
IL-GVERN BL-EWWEL LABORATORJU TAD-DNA
FRANKAR TA’ FLUS U ĦEFFA GĦALL-QRATI
Il-ġimgħa d-dieħla l-Gvern se jkun qed jinawgura l-ewwel laboratorju tad-DNA akkreditat bi standards Ewropej. Dan kien possibbli grazzi għall-ħolqien tal-Malta Laboratories Network, li ppermettiet ukoll sinerġija mal-privat. Il-ħolqien ta’ dan il-laboratorju mhux biss se jiffranka lill-pajjiż eluf kbar ta’ ewro għax il-kampjuni jistgħu jibdew jiġu analizzati f ’Malta, iżda wkoll jgħaġġel proċessi ġudizzjarji meta jkun hemm bżonn ix-xhieda tal-analisti. Il-Professur Anthony Serracino Inglott, Chairman tan-netwerk, ikkonferma li permezz ta’ din is-sistema l-pajjiż jista’ jimmira li jsir ċentru ta’ eċċellenza f ’dan il-qasam; xenarju li ma kienx ikun possibbli bis-sistema mħaddma minn gvernijiet preċedenti. Ara paġna 3
MUTUR EKONOMIKU
Attwalment il-Partit Laburista qed ilaqqa’ l-Kungress Ġenerali f ’Għawdex; gżira li fl-aħħar tliet snin rat bidliet pożittivi kbar fuq diversi fronti. Dan huwa kkonfermat millistatistiki li jixhdu l-frott tal-inizjattivi li ħa l-Gvern preżenti mill-2013 sal-lum. Ara paġna 5
02 29|05|2016
kullhadd.com
LOKALI
CLAUDETTE BUTTIGIEG TERĠA’ TIŻLOQ FIN-NIEXEF biex wieħed ikun jista’ jagħmel djanjosi, biex l-ispeċjalist partikolari li jkun qed jieħu ħsieb il-pazjent ikun jista’ jagħti t-trattament neċessarju lill-pazjent partikolari. Ħafna drabi t-trattament huwa wieħed sempliċi. Dan jissejjaħ continuous positive airway pressure u jingħata permezz ta’ kompressur żgħir bi standards kliniċi, li jimbotta l-arja li tħalli l-pajp tan-nifs miftuħ, biex l-ossiġnu jkun jista’ jgħaddi filpulmun u sussegwentament florgani l-oħra tal-ġisem. Total ta’ 32,222 appuntament fis-CDAU
Minn mistoqsija parlamentari li saret lill-Ministru għas-Saħħa Chris Fearne mixShadow Minister tal-Partit Nazzjonalista (PN) fuq dan is-settur, Claudette Buttigieg waslet biex għal darb’oħra reġgħet żelqet fin-niexef. Dan hekk kif din il-mistoqsija kienet tittratta l-lista ta’ stennija għall-operazzjonijiet tal-arthroscopy fejn irriżulta li filpreżent hemm 1,200 pazjent jistennew biex jagħmlu din l-operazzjoni. Madankollu, parti mir-risposta li Buttigieg ma stennietx hija li, fl-2012, meta kien għad hemm Gvern Nazzjonalista u anke hi kienet tagħmel parti mis-Segretarjat taleks-Ministru tas-Saħħa Joe Cassar, din il-lista kienet tammonta għal 1,877. Fi kliem ieħor, f ’dawn l-aħħar tliet snin din il-lista ta’ stennija naqset b’xejn inqas minn 677 operazzjoni. Minkejja kollox, dan mhuwiex biżżejjed għal dan il-Gvern u se jkun qed ikompli jaħdem bla heda biex, bħalma ġara f ’listi ta’ stennija ta’ operazzjonijiet oħrajn kif se nkunu qed naraw f ’dan l-artiklu, din il-lista tiġi indirizzata u wkoll tkompli tonqos. Jonqsu drastikament il-listi l-ultrasounds, dawn ukoll raw titjib enormi, tant li fl-2008 ta’ stennija saru 17,272, fl-2012 saru F’dan il-kuntest, din il-gazzetta 27,086, filwaqt li fl-2015 biss se tagħti ħarsa lejn is-suċċessi saru 32,736 ultrasound. ta’ dan il-Gvern fil-qasam tas- Listi ta’ stennija oħrajn li raw titjib huma dawk tal-iSleep saħħa. Fejn tidħol il-lista ta’ stennija Lab (minn tliet snin għal tliet tal-MRI din naqset minn 18-il xhur), l-echocardiogram (minn xahar għal erba’ xhur. Apparti sentejn u disa’ xhur għal tmien minn hekk, jekk wieħed ġimgħat), l-operazzjoni taljgħodd l-ammont ta’ MRIs li katarretti (minn 36 xahar flsaru fl-2008 (5,227) flimkien 2013 għal sitt xhur fl-2016), mal-ammont li saru fl-2012 il-bone density (minn 18-il xahar (8,181), dan jammonta għal għal tmien ġimgħat), kif ukoll 13,408. Madankollu, fl-2015 is-phychological assessment (minn biss saru xejn inqas minn sena għal tmien ġimgħat) u 19,736; jiġifieri f ’sena waħda s-servizz tal-occupation therapists biss saru kważi 6,000 MRI (minn sitt xhur għal tmien meta mqabbla mal-2008 u ġimgħat) fi ħdan iċ-Child Development Assessment l-2012. Din il-prassi tidher ukoll Unit (CDAU). fejn tidħol il-lista ta’ stennija fis-CT scans. Dan hekk kif Xi jsir fis-Sleep Lab? fl-2008 saru 13,863, fl-2012 saru 21,880, filwaqt li fl-2015 Il-pazjenti li jiġu riferuti biss saru xejn inqas minn fis-Sleep Lab ikunu riferuti tal-mard 30, 831 CT scan. Fejn jidħlu mill-ispeċjalisti
respiratorju. Dawn il-pazjenti jiġu riferuti għax l-ispeċjalist jissuspetta li l-kwalità talirqad ta’ dawn il-pazjenti tkun inferjuri. B’hekk pazjent li jonħor ħafna bil-lejl, juri wkoll li jkun qed jieqaf jieħu n-nifs u, minn aspett aktar kliniku, normalment ikollu pressjoni aktar għolja u taħbit tal-qalb li mhux regolari. B’dan il-mod ikun qed isir assessjar dwar jekk il-pazjenti hux qed jieqfu jieħdu n-nifs u jekk l-inħir tagħhom għandux relevanza klinika, għax mhux kull min jonħor għandu obstructive sleep apnea. Isir assessjar tal-livell talossiġnu waqt l-irqad, kif ukoll jekk dawn is-sitwazzjonijiet hux qed jiġru f ’pożizzjonijiet partikolari waqt li wieħed ikun rieqed Mhux kull min jonħor għandu din il-kundizzjoni L-obstructive sleep apnea twassal
biex persuna tieqaf tieħu n-nifs diversi drabi matul illejl. Din il-kundizzjoni ħafna drabi hija relatata b’mod dirett mal-obeżità fejn, meta wieħed ikun mimdud, il-piż tal-għonq jagħlaq il-pajp tan-nifs u joħloq ostaklu għall-arja li tkun dieħla u ħierġa, u dan iwassal għallinħir. Madankollu, ma jfissirx li kull min jonħor ibati minn din il-kundizzjoni. Illum il-ġurnata s-sleep study għandna modules li jintużaw fid-dar. Dawn huma portable equipment fejn il-pazjent jiġi skont l-appuntament skedat fis-Sleep Lab, jitwaħħlulu numru ta’ sensors u electrodes li jinkludu l-ECG, il-moviment tas-sider u ż-żaqq, jinkludi wkoll nifs dieħel u ħiereġ millimnieħer u l-ħalq, imbagħad il-pazjent imur jorqod fiddar tiegħu. Waqt l-irqad dan it-tagħmir jirrekordja l-physiological measurement data, biex imbagħad l-għada filgħodu din id-data li tinġabar, tkun analizzata fi proċess kemxejn twil, għax kull qari jinqasam f ’partijiet ta’ 30 sekonda biex jinħareġ ir-riżultat. Ir-riżultat joħroġ bl-analiżi partikolari u speċjalizzata fejn il-qari kollu ta’ dak il-lejl ikun maqsum f ’epox ta’ 30 sekonda, biex jiġi identifikat għal kemm-il darba l-pazjent ikun waqaf jieħu nifs u l-livell talossiġnu b’kemm ikun naqas. Hemmhekk ikun stabbilit dak li huwa magħruf bħala apnea hypopnea index u l-oxygen desaturation index, li huma indiċi
Matul l-2015, iċ-child development assessment Unit (CDAU) saru total ta’ 32,222 appuntament bejn każijiet ġodda u follow ups. Minn dawn 3,564 kienu każijiet ġodda. Dawn l-appuntamenti kienu jvarjaw minn viżti ma’ konsulenti mediċi, psikologi, fiżjoterapisti, speech and language therapists u occupational therapy. Dan id-dipartiment jagħti servizzi prinċipalment ta’ assessjar ta’ tfal li jippreżentaw nuqqasijiet fl-iżvilupp bikri tagħhom. Dawn ivarjaw minn preżentazzjonijiet mediċi bħal down sydrome, cerebral palsy, spina bifida fost oħrajn, għal imġibiet assoċjati ma’ nuqqas ta’ attenzjoni u attività żejda bħal ADHD, nuqqas ta’ żvilupp filkomunikazzjoni soċjali u flinteress li wieħed jingaġġa ma’ dawk ta’ madwaru, bħal fil-każ tal-autism spectrum, fost oħrajn. Titjib across the board Għal appuntamenti għallassesjar psikoloġiku fi ħdan is-CDAU, fl-2013 wieħed kien jistenna sena, filwaqt li llum il-lista ta’ stennija naqset għal tmien ġimgħat. L-istess ġara flappuntamenti mal-occupational therapists, fejn il-listi ta’ stennija naqsu minn sitt xhur fl-2013 għal tmien ġimgħat illum. F’dixxiplini oħra fi ħdan isCDAU, fosthom servizzi ta’ occupational therapy u assessjar mediku m’hemmx lista ta’ stennija, filwaqt li l-lista ta’ stennija għas-servzzi tal-fiżjoterpija hija ta’ tliet ġimgħat. Is-CDAU huwa eżempju ieħor kif qed jitnaqqsu l-listi ta’ stennija fid-dipartimenti. Għalkemm huwa importanti li jitnaqqsu l-listi ta’ stennija għall-interventi mediċi. Huwa importanti wkoll li jitnaqqsu l-listi ta’ stennija għat-testijiet mediċi u għall-apputamenti mal-professjonisti. Fi kliem ieħor, dan il-Gvern qed jaħdem biex il-listi ta’ stennija fl-aspetti kollha fil-qasam tassaħħa jkunu kkontrollati.
LOKALI
kullhadd.com
29|05|2016 03
“IRRIDU NSIRU ĊENTRU TA’ EĊĊELLENZA FIL-LABORATORJI”
Il-Prof. Anthony Serracino Inglot
RITIANNE AGIUS tispiċċa tiswa eluf kbar ta’ ritianne@kullhadd.com ewro, għax, anke jekk it-testijiet infushom ma jkunux jiswew Din il-gazzetta tinsab infurmata ħafna flus, il-Qorti titlob ixli nhar l-Erbgħa li ġej il-Gvern xhieda tal-analisti tal-kampjuni. se jkun qed jinawgura l-ewwel Dawn ikollhom jinġiebu minn laboratorju tad-DNA akkreditat barra u jiġu kkumpensati, bi standards Ewropej. Dan minbarra l-ispejjeż tal-vjaġġ wara li l-privat irrisponda għal u l-akkomodazzjoni. Din isespressjoni ta’ interess maħruġa sistema kienet twassal ukoll għal mill-Gvern, li permezz tagħha iktar dewmien fil-Qrati. Huwa għalhekk li dan ilt-tmexxija tal-laboratorju tadDNA privat li kellna f ’Malta issa laboratorju se jkun qed joffri lil se tkun tifforma parti mill-Malta pajjiżna diversi vantaġġi, imma mhux biss. Il-Prof. Serracino Laboratories Network. Il-Professur Anthony Serracino Inglott spjega li l-mira hija li Inglott, Chairman tan-netwerk pajjiżna jsir ċentru ta’ eċċellenza tal-laboratorji, spjegalna kif il- f ’dan il-qasam. It-triq fil-fatt laboratorju l-ġdid tad-DNA, diġà bdiet titwitta. Memorandum li jinsab fil-Life Sciences of understanding li ġie ffirmat malPark, se jġib miegħu diversi Istitut Forensiku tal-Olanda se vantaġġi. Qabel il-Gvern kellu jassisti lil Malta Laboratories żewġ għażliet għall-analiżi ta’ Network biex jaġġorna ruħu blkampjuni tad-DNA: jibgħathom aħħar żviluppi fit-teknoloġija. għand il-privat fiċ-ċentru talinkubazzjoni, fejn ma setgħux Għall-ewwel darba xjentisti jinżammu għal tul ta’ żmien; minn laboratorji differenti inkella jibgħathom barra minn qed jiltaqgħu madwar mejda Malta. Din il-proċedura spiss kienet Il-Prof. Serracino Inglott qal
li għall-ewwel darba xjentisti minn laboratorji differenti qegħdin jiltaqgħu u jassistu lil xulxin fil-ħidma tagħhom, kemm mil-lat ta’ għarfien u anke mil-lat ta’ riżorsi tekniċi. Spjega kif dan in-netwerk ta tama ġdida lix-xjentisti, hekk kif qabel kull dipartiment kien jispiċċa b’riżorsi nieqsa li n-nuqqas tagħhom ma kienx jippermetti ħidma sħiħa. “Qabel kellek sitwazzjoni fejn kulħadd kien jissielet għall-fondi mal-Ministeru talFinanzi, li kien impossibbli li jaqdi lil kulħadd,” sostna ċ-Chairman. “Allura l-Ministeru kien jispiċċa jagħti parti mill-għodda mitluba lil kull dipartiment, bil-konsegwenza li l-ebda dipartiment ma kien ikollu struttura kompluta.” Permezz tan-netwerk issa l-għodda f ’dipartiment partikolari tista’ tiġi sfruttata bl-aħjar mod biex taqdi l-funzjonijiet ta’ dipartimenti oħra, u viċi versa. L-ewwel
eżempju ta’ din ix-xorta tħabbar il-ġimgħa li għaddiet, hekk kif il-laboratorji fi ħdan il-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma se jibdew janalizzaw ukoll il-preżenza tal-pestiċidi fil-qasam tal-agrikultura minflok ma dawn jibqgħu jintbagħtu barra minn Malta. Proġett li kellu l-appoġġ talUffiċċju tal-Prim Ministru Iċ-Chairman stqarr li dan ilproġett, li sar prinċipalment mill-Ministeru mmexxi minn Dr Helena Dalli, kellu l-appoġġ ukoll tal-Uffiċċju tal-Prim Ministru. Dan kien strumentali sabiex ilaqqa’ liddipartimenti kollha taħt saqaf wieħed u ssir konsultazzjoni ma’ kulħadd. Iċ-Chairman spjega li l-idea oriġinali kienet li jkun hemm laboratorju wieħed ċentralizzat, iżda minbarra li dan il-proġett kien se jiswa ħafna flus u jieħu żmien sostanzjali, kien hemm
min beda jitħasseb fuq irrwol tiegħu f ’din is-sistema kompletament ġdida. Għalhekk il-Gvern għażel li jimxi lejn din id-direzzjoni pass pass u joħloq netwerk bejn laboratorji differenti talGvern u anke b’sinerġija malprivat. S’issa kollox qed jindika li dan in-netwerk se jirnexxi. “Illum ix-xjentisti jinsabu kuntenti li dik l-għajnuna li ilhom jitolbu għal snin twal finalment waslet,” itemm jgħid il-Prof. Serracino Inglott.
TAĦRIĠ GĦAS-SEZZJONI TAL-FORENSIKA WARA NUQQAS TA’ IKTAR MINN 20 SENA Permezz ta’ MOU li sar mal-Istitut Forensiku Olandiż, fil-jiem li ġejjin 20 pulizija mis-sezzjoni Maltija talforensika se jkunu qegħdin jirċievu taħriġ speċjalizzat f ’Ta’ Kandja wara iktar minn 20 sena nieqsa minn tali taħriġ. Dan it-taħriġ se jkun jikkonsisti f ’parti teoretika u parti oħra ta’ prattika, u se jkun mifrux fuq għaxar ġimgħat sħaħ. Dawn il-pulizija, li minkejja l-kapaċitajiet tajba tagħhom kienu nieqsa mit-taħriġ, se jiġu ffamiljarizzati mal-aħjar prattiki u l-aħħar teknoloġija. Dan huwa essenzjali għax, fi kliem il-Prof Serracino Inglott, huwa intuli li jkollok l-aqwa laboratorju għall-analiżi jekk ilkampjuni ma jkunux inġabru sew jew ġew mittiefsa. Għal dan il-għan qed titħejja xena ta’ delitt finta biex il-pulizija jkunu jistgħu jistudjaw fuqha fiċ-ċentru ta’ Ta’ Kandja. Fl-aħħar tal-kors il-pulizija se jagħmlu eżami sabiex jiġu ċertifikati bħala Scene of Crime Officers. Dan il-kors għall-pulizija, flimkien mal-ħolqien ta’ laboratorju tad-DNA, se jgħolli l-livell ta’ pajjiżna filqasam tal-investigazzjoni tar-reati mil-lat forensiku.
04 29|05|2016
kullhadd.com
LOKALI
JISSOKTA L-PROĠETT TAL-KAPPARA
XOGĦLIJIET FIS-CENTRAL STRIP U L-FENCING, U RILOKAZZJONI TA’ SIĠAR Saru diversi xogħlijiet minn nofs April li għadda ’l hawn, hekk kif daħal fis-seħħ ilProġett tal-Kappara li qed isir mill-Ministeru għat-Trasport u Infrastruttura. Dawn ix-xogħlijiet kienu jinkludu preparamenti biex jitħejjew ir-retaining walls li se jibnu t-toroq il-ġodda biswit il-Pixxina Nazzjonali u n-naħa tal-Università ta’ Malta. Din il-gazzetta tinsab infurmata li issa bdiet tinqala’ wkoll is-central strip li tagħti mir-roundabout lejn l-Università, dejjem fuq in-naħa tal-Pixxina Nazzjonali, biex eventwalment il-hoarding eżistenti jitressaq aktar lejn it-triq biex isiru x-xogħlijiet meħtieġa. Dan filwaqt li se ssir karreġġjata minflok is-central strip eżistenti biex it-traffiku jibqa’ għaddej. Proġett li hu ppjanat li jitlesta f ’Ottubru tal-2017 u li se jieħu madwar 77 ġimgħa. S’issa kellhom jittieħdu ċerti miżuri biex proprju jsiru dawn ir-retaining walls, fosthom kien hemm numru ta’ siġar protetti
f ’Wied Għollieq li kellhom jinqalgħu u reġgħu tħawlu viċin l-Università. Siġar li ninsabu infurmati wkoll li diġà qegħdin jaqbdu ġmielhom, kif ukoll ittieħdet xi proprjetà biex titwessa’ t-triq u qegħdin isiru l-pedamenti meħtieġa. Transport Malta twissi lis-sewwieqa biex isuqu b’attenzjoni, speċjalment meta jkunu f ’siti jew madwar is-siti fejn ikunu qegħdin isiru x-xogħlijiet. Huwa rakkomandat ukoll li l-pubbliku jevita kemm jista’ s-siti fejn ikun qed isir ix-xogħol, l-aktar fl-aħħar mumenti meta jiġi biex jitpoġġa l-pont, għalkemm se jitħallew xorta waħda żewġ karreġġjati għaddejjin: waħda lejn Paceville u oħrajn lejn il-Belt, kif ukoll toroq alternattivi li sar titjib fihom minn qabel. Bħala għajnuna l-pubbliku se jsib diversi sinjali matul it-toroq kif ukoll enforcement officers li jiggwidaw, filwaqt li jidhru filmati ta’ spjegazzjoni u gwida minn żmien għal żmien.
L-EWROPEJ IĦALLSU 66% IKTAR MILL-MALTIN GĦALL-ELETTRIKU L-istatistika tal-Eurostat turi li l-familji Maltin qed iħallsu r-raba’ l-orħos prezz tal-elettriku fl-Ewropa, Il-Maltin qed iħallsu €12.7 għal kull 100 kilowatt ta’ enerġija li jikkunsmaw; jiġifieri 66% anqas mir-rata li jħallas iċ-ċittadin Ewropew. Fi tmiem l-amministrazzjoni preċedenti, l-elettriku kien jiswa €16.8 kull 100 kilowatt, jew 26% aktar mil-lum. Dak iż-żmien il-prezz talelettriku f ’pajjiżna kien il-15 l-ogħla madwar il-pajjiżi tal-Unjoni Ewropea. Dan ifisser li pajjiżna, fi tliet snin, rebaħ 11-il post fil-klassifika tal-orħos prezzijiet tal-elettriku fl-Ewropa. Fil-ħames snin tal-amministrazzjoni preċedenti, il-kontijiet tad-dawl għolew b’68% f ’pajjiżna. Fl-istess żmien, madwar l-Unjoni Ewropea kien hemm żieda ta’ 26%. Dan
jikkonferma li l-amministrazzjoni preċedenti kienet għolliet id-dawl bi kważi tliet darbiet aktar mill-medja Ewropea. B’kuntrast, il-Gvern preżenti raħħas
l-elettriku b’25% meta fil-bqija talEwropa, fl-aħħar tliet snin, il-prezz għola b’7%. L-istatistika Ewropea turi wkoll li s-sena li għaddiet, filwaqt li f ’Malta
l-prezz tal-elettriku għall-industrija raħas bi 23%, il-prezz medju madwar l-Unjoni Ewropea naqas b’1% biss. Fl-aħħar tliet snin il-prezz għallindustrija naqas b’24% f ’Malta iżda żdied bi 2.4% fl-Unjoni Ewropea. B’kuntrast, fil-ħames snin talamministrazzjoni preċedenti, il-prezz tal-enerġija għall-industrija f ’Malta kien żdied b’49%, filwaqt li fl-Unjoni Ewropea kien hemm żieda ta’ 21%. Id-differenza fil-politika tal-enerġija bejn iż-żewġ amministrazzjonijiet qed tħalli impatt qawwi u pożittiv fuq l-ekonomija ta’ pajjiżna, tant li s-sena li għaddiet il-ġid nazzjonali kiber b’rata rekord u kien it-tieni l-aqwa fl-Unjoni Ewropea. Din l-amministrazzjoni tibqa’ kommessa biex tkompli tagħmel differenza reali għall-familji u n-negozji f ’pajjiżna.
LOKALI
kullhadd.com
29|05|2016 05
GĦAWDEX: XHUD IEĦOR TAL-BIDLA LI QED ISSEĦĦ
Meta f ’dan tmiem il-ġimgħa l-Partit Laburista qed ilaqqa’ l-Kungress Ġenerali f ’Għawdex bit-tema ‘Għawdex Mutur Ekonomiku’ se jkun qed jagħmel dan fi gżira li fl-aħħar tliet snin saru bidliet kbar – bidliet li tassew raw lil Għawdex jinbidel f ’mutur iktar milli mażżra ekonomika. L-istatistiki li joħroġ l-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika jikkonfermaw ix-xejriet pożittivi tal-aħħar snin. Xejriet pożittivi li ma ġewx mix-xejn, Iżda huma riżultat ta’ gvern li jinċentiva u jgħin lil min f ’Għawdex idawwar mhux biss lira hu, iżda anke jimpjega miegħu persuna oħra. Jiżdiedu l-vjaġġi Fost l-inizjattivi li ttieħdu u għamlu differenza kbira kien hemm dawk li ħeġġew iktar Maltin jaqsmu l-fliegu. Fi żmien il-Milied, l-Għid jew okkażjonijiet oħra, xi inizjattiva jkun hemm dejjem u dan iħalli l-frott. Mentri matul il-ħames snin tal-amministrazzjoni preċedenti kien hemm zieda ta’ 300,000 passiġgier li qasmu bejn Malta u Għawdex, fl-ewwel tliet snin ta’ din l-amministrazzjoni kien hemm żieda ta’ 815,000. B’hekk, it-tkabbir li ġie rreġistrat matul din l-amministrazzjoni, diġà kien tliet darbiet dak ta’ matul ħames snin ta’ gvern preċedenti. Is-sitwazzjoni hija anke aħjar fir-rigward tan-numru ta’ vetturi li qasmu bejn iż-żewġ gżejjer: f ’ħames snin kien hemm żieda ta’ 80,000 vettura, mentri matul fl-ewwel tliet snin ta’ din l-amministrazzjoni kien hemm żieda ta’ 300,000 vettura – iż-żieda kienet kważi erba’ darbiet dik irreġistrata fil-leġiżlatura preċedenti. Fl-2015 it-turisti żdiedu b’0.4% u l-livell ta’ okkupanza baqa’ stabbli: 55%. Fl-ewwel xahrejn tal2016 kien hemm żieda ta’ 22% fin-numru ta’ turisti u l-okkupanza baqgħet 22%.
Iktar impjiegi f ’Għawdex
Titjib ikbar Fl-2013 id-dħul medju ta’ familja Għawdxija laħaq €21,917. Dan kien ifisser titjib ta’ €1,300, jew 6%, fuq is-sena ta’ qabel. B’kuntrast, f ’Malta t-titjib kien ta’ 5%. Fl-ewwel sena ta’ din il-legiżlatura d-dħul medju ta’ familja Għawdxija żdied kważi tliet darbiet aktar miż-żieda osservata fl-aħħar sena tal-amministrazzjoni preċedenti. B’hekk, id-distakk bejn id-dħul medju ta’ familja Maltija u dik Għawdxija naqas. Fost is-setturi ekonomiċi li kibru f ’Għawdex, wieħed jinnota l-agrikultura u s-sajd (+8%), l-industrija (+10%), is-settur kummerċjali, ir-ristoranti u l-lukandi (+6%), l-informatika u l-komunikazzjoni (+20%), is-servizzi ta’ rikreazzjoni (+7%) u l-qasam tal-amministrazzjoni pubblika, saħħa u edukazzjoni (+8%). Mentri fl-aħħar sentejn tal-amministrazzjoni preċedenti n-numru ta’ azjendi f ’Għawdex naqas b’636, f ’dawn l-aħħar sentejn reġa’ kien hemm tkabbir. Pereżempju, mentri fl-aħħar sena talamministrazzjoni preċedenti kienu fetħu 207 azjenda f ’Għawdex u għalqu 236, is-sena li għaddiet fetħu 240 u għalqu 125 biss. In-numru ta’ ħaddiema full-time f ’Għawdex żdied b’rata ta’ 8% f ’dawn l-ewwel sentejn, kontra tkabbir ta’ 6% f ’Malta. Ir-rata ta’ qgħad f ’Għawdex naqset minn 7.1% fl-2012 għal 6.9% fl-2014. Bħal f ’Malta, is-sors tat-tnaqqis kien l-aktar fost iż-żgħażagħ. Ta’ importanza kbira kien l-andament tat-turizmu. Kien hemm żieda fil-passiġġieri bejn Malta u Għawdex fl-2014 (+6%), mentri fl-2012 kien hemm tnaqqis (-1%). Anke meta tħares lejn in-numru ta’ vetturi; mentri fl-2012 kien hemm tnaqqis (-2%), is-sena li għaddiet kien hemm titjib qawwi (+8%). F’sentejn in-numru ta’ turisti li qagħdu fl-lukandi Għawdxin żdied b’aktar minn 13,000 jew 18% (aktar minn 8,000 miż-żieda kienet ta’ turisti barranin). Din kienet proporzjonalment żieda akbar minn dik f ’Malta (+15%). Fl-aħħar sentejn tal-amministrazzjoni preċedenti kien hemm tkabbir ta’ 2,500 turist lejn Għawdex, jew 3.5% biss. Il-livell ta’ okkupanza fil-lukandi Għawdxin tela’ minn 46.8% fl-2012 għal 52.8% fl-2014. L-akbar tkabbir kien fis-settur tal-ħames stilel, fejn kien hemm żieda minn 46.9% għal 55%. Dan minkejja li żdiedu n-numru ta’ sodod fil-lukandi bi kważi 6% f ’dawn is-sentejn. Barra t-turisti li qagħdu f ’lukandi, in-numru ta’ day-trippers għal Għawdex żdied bi 17% f ’sentejn Kien hemm żviluppi tajba anke fil-qasam edukattiv. In-numru ta’ Għawdxin isegwu korsijiet universitarji full-time żdied minn 801 fl-aħħar sena sħiħa tal-amministrazzjoni preċedenti, għal 878 issa; dan ifisser titjib ta’ kważi 10%. In-numru ta’ gradwati tela’ għal 327 minn 273 fl-2012; din hija żieda ta’ 20%. Ras għal ras, aktar qed jiggradwaw Għawdxin milli Maltin (10 minn kull elf resident f ’Għawdex kontra 8 minn kull elf f ’Malta). L-istess fejn jidħol l-MCAST (f ’Għawdex hemm 7 minn kull elf resident, kontra 6 f ’Malta). Dan kollu jawgura tajjeb biex il-qagħda ekonomika ta’ Għawdex tkompli tittejjeb. Il-Gvern se jkun qiegħed jaħdem favur żvilupp ta’ setturi ġodda f ’Għawdex ħalli jiġi utilizzat aħjar il-potenzjal tal-gżira għall-ġid tal-Għawdxin kollha.
In-numru ta’ Għawdxin jirreġistraw għax-xogħol naqas għal 547 f ’April minn 742 fi tmiem l-amministrazzjoni li għaddiet (-26%). Matul il-ħames snin tal-amministrazzjoni preċedenti, il-qgħad f ’Għawdex kien tela’ minn 730 għal 742 (+2%). It-tkabbir fl-impjiegi huwa riżultat ta’ inizjattivi bħal dawn u oħrajn. Mentri fl-2012 l-ekonomija Għawdxija kibret b’1.8% biss ikkumparat mat-tkabbir ta’ 5.1% f ’Malta, matul l-2014 ittkabbir f ’Għawdex kien aħjar minn dak f ’Malta. Stqarrija talUffiċju Nazzjonali tal-Istatistika (NSO) tindika li l-Prodott Domestiku Gross Għawdxi matul l-2014 kiber bi 8.1%, kontra l-5.8% rreġistrat f ’Malta. It-tkabbir f ’Għawdex matul l-2014 kien erba’ darbiet akbar minn dak fl-aħħar sena tal-amministrazzjoni preċedenti. Fost is-setturi li kibru ħafna matul l-2014, saħansitra b’rata ogħla minn dik f ’Malta, wieħed isib il-manifattura, ilkostruzzjoni, il-bejgħ bl-ingrossa (wholesale) u bl-imnut (retail), il-lukandi u r-ristoranti, l-informatika u l-komunikazzjoni, isservizzi professjonali u tekniċi u s-settur tal-arti u r-rikreazzjoni. B’riżultat ta’ dak li seħħ matul l-2014 kien hemm tnaqqis fiddistakk fil-ġid nazzjonali ras għal ras fiż-żewġ gżejjer. Matul l-2014 l-impjiegi f ’Għawdex żdiedu b’520 – tliet darbiet aktar miż-żieda fl-2012, mentri fl-2012 iż-żieda kienet in-nofs dik ta’ Malta; fl-2014 din kienet akbar b’punt perċentwal.
06 29|05|2016
kullhadd.com
LOKALI
“MA JIRRIŻULTAX LI MINĦABBA D-DIVORZJU Ż-ŻWIĠIJIET QED JITKISSRU IŻJED” Il-Ministru Evarist Bartolo
Deborah Schembri u Evarist Bartolo kienu quddiem nett tal-kampanja għad-dħul tad-divorzju Kitba ta’ iridu: Kelly Peplow • ikunu għamlu millinqas erba’ snin jgħixu Il-kampanja tad-divorzju ta’ separatament; ħames snin ilu kienet waħda • jiżguraw permezz qalila ħafna. Dawk tal-‘Iva’ ta’ proċess ta’ medjazzjoni kienu qed jiddeskrivu l-liġi li m’hemm ebda tama ta’ bħala waħda li tagħti tama rikonċiljazzjoni; u ġdida lill-dawk li għal xi raġuni • jonoraw il-kuntratt jew oħra tfarrkilhom iż-żwieġ. ta’ seperazzjoni li jingħata Tal-‘Le’ iddeskrivewha bħala qabel id-divorzju fejn jidħol l-aħħar tad-dinja. manteniment tat-tfal. Ladarba rebaħ l-‘Iva’, Malta issa tħaddan il-liġi tal-hekk Fil-fatt, raġunijiet għaliex seba’ imsejjaħ ‘no-fault divorce’, jiġifieri talbiet ta’ divorzju ġew miċħuda l-proċess għal dan ma jirrikjedix mill-Qorti kienu jinkludu: evidenza ta’ ħsieb illeċitu minn • il-fatt li wieħed wieħed mill-partijiet, dment li mill-partijiet ma ħallasx dawn jonoraw il-kuntratt ta’ manteniment adegwat jew separazzjoni personali. miftihem; • kien hemm Għalkemm biex il-Qorti rikonċiljazzjoni intima u tappoġġja d-divorzju dawn domestika bejn il-partijiet fi
żmien inqas milli titlob il-liġi; u • il-koppja kienet mifruda għal inqas minn erba’ snin qabel ma talbet għaddivorzju. Kif mistenni, il-Knisja f ’Malta ma appoġġjatx din l-introduzzjoni. Kuntrarju għal pajjiżi akbar, Malta donna rat bidliet soċjali sinifikanti fi żmien relattivament qasir; bidliet li setgħu ifixklu tradizzjonijiet u valuri antiki li dejjem kienu assoċċjati ma’ pajjizna. F’intervisti li ta fi żmien ilkampanja, Dun Renè Camilleri saħaq li, bl-introduzzjoni taddivorzju, l-Istat xorta jirrispetta l-istituzzjoni taż-żwieġ. Iżda xorta kellu d-dubji tiegħu fuq kemm id-divorzju jista’ jitqies bħala ‘dritt ċivili’ kif għadu
jissejjaħ sal-lum. Madankollu, il-kampanja favur din il-liġi dejjem saħqet li l-liġi se topera dejjem favur il-familji u mhux bil-għan li tkisser iżżwiġijiet. Il-mistoqsija fuq il-vot kienet taqra hekk: Taqbel mal-introduzzjoni taddivorzju f ’każ ta’ koppja miżżewġa li ilha separata għal erba’ (4) snin, u fejn m’hemmx tama għal rikonċiljazzjoni, iżda hemm manteniment u protezzjoni garantiti lit-tfal? Riżultati: Voti % Iva: 122,547 53.16% Le: 107,971 46.84% Il-liġi tad-divorzju f ’pajjiżna,
Għaddew ħames snin mill-kampanja għad-dħul Apparti d-dħul tad-diversi drittijiet ċivili oħra, tal-liġi tad-divorzju, li ma kinitx immexxija minn kif inbidlet is-soċjetà Maltija permezz tadentitajiet politiċi. X’memorji għandek ta’ din il- dħul tad-divorzju? kampanja? Rajtha tinbidel anke waqt diskussjonijiet fuq Inħoss li kienet waħda mill-isbaħ mumenti tal-ħajja id-dħul tad-divorzju. Il-fatt li n-nies kienu jiġu politika tiegħi. Kienet sabiħa għax din kienet kampanja jaqsmu l-istejjer tagħhom u kienu jitkellmu fuq ilġejja mis-soċjetà ċivili iktar minn xi għaqda politika. Il- lat uman aktar milli xi kruċjata ideoloġika. Ridna gost tiegħi kien li ħdimt ma’ persuni li kellhom opinjoni noqogħdu attenti li ma nispiċċawx f ’xi kruċjata politika differenti minn tiegħi, li ġejjin minn partiti mal-Knisja jew xi entità konservattiva. Għalhekk differenti, imma qbilna li ndaħħlu d-dritt ċivili tad- konna ngħidu “Iva għaż-żwieġ, Iva għad-divorzju”. divorzju biex nagħtu tama ġdida għal dawk li, għal xi Kull fejn daħal id-divorzju, daħal bl-appoġġ ta’ dawk li ma kellhomx bżonnu. Allaħares id-drittijiet raġuni jew oħra, iż-żwieġ kien tkissrilhom. ċivili jiġġieldu għalihom biss dawk li għandhom bżonnhom; allura rajt is-soċjetà tinbidel minn dak Tqisu bħala mument storiku? il-lat. Naħseb huwa mument storiku, iva. Meta tħabbar irriżultat kien hemm min staqsieni x’naħseb. Jien weġibt Kif irreaġixxiet il-Knisja bil-kisba ta’ riżultat li jien ferħan għax nemmen li beda staġun politiku ġdid bħal dan? f ’pajjiżna. Dan ma kienx kliem li għedtu sempliċiment għax kont ferħan imma għax nemmen ukoll li bid-dħul Il-mod kif ċerti esponenti tal-Knisja aġixxew tad-dritt ċivili tad-divorzju ftaħna l-bibien għal dħul ta’ dakinhar kien żbaljat għax kienet knisja li donnha drittijiet ċivili oħra bħalma huma d-drittijiet ta’ persuni qed tiddefendi l-passat bla ma taħseb fil-ġid talomosesswali u transgender. Bis-saħħa t’hekk ukoll, anke persuni. Nifhem li l-Knisja għandha tiddefendi ftaħna t-triq għal-liġi tal-identità tal-ġeneru. Fi tliet snin, l-pożizzjoni tagħha, u għandha kull dritt tagħmel min qabel f ’pajjiżna kien fil-qiegħ tal-klassifika tad- dan, però naħseb li hemm biżżejjed tagħlim Nisrani biex il-Knisja taħseb fil-lat uman. drittijiet ċivili, issa tela’ fl-ewwel post.
li kienet imressqa għall-ewwel darba bħala liġi mill-eksDeputat Jeffrey Pullicino Orlando, ġiet fis-seħħ fl-1 ta’ Ottubru tal-2011. Dan wara vot fil-Parlament li saħansitra ra diversi membri parlamentari tal-Partit Nazzjonalista jivvutaw kontra tagħha. Tkellimna mal-Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol, Evarist Bartolo proprju dwar il-kampanja storika li wasslet għad-dħul ta’ din il-liġi. Kampanja li, fi kliemu, spikkat fil-ħajja politika tiegħu għax l-għan tagħha kien it-titjib fiddrittijiet ċivili tal-poplu Malti. Fil-fatt, kienet kampanja b’nies minn kull sfera tas-soċjetà u li l-wiċċ tagħha kienet Deborah Schembri, avukat li llum hija Segretarju Parlamentari.
Kien hemm tfixkil minn entitajiet oħra? Il-Partit Nazzjonalista għażel li jikkampanja kontra d-dħul ta’ din il-liġi, u anke individwi magħrufa bħala Nazzjonalist għażlu li jagħmlu dan. Naħseb li l-iżball li għamlu kien li esaġeraw fid-diżastru li se jġib miegħu iddivorzju. Qalu li se ndaħħlu żwiġijiet li jkollhom expiry date u żwiġijiet li jiskadu wara ftit taż-żmien. Imma żwieġ jitfarrak mhux għax tidħol il-liġi tad-divorzju; żwieġ jitfarrak għax żewġ persuni li jkunu għażlu li jiżżewġu jkun ġara xi ħaġa fiż-żwieġ tagħhom, li jduru kontra xulxin u jagħżlu li jtemmu r-relazzjoni, jew inkella ma jeħduhiex kontra xulxin u xorta jagħżlu li jtemmu r-relazzjoni. Jien nemmen li l-familja hija importanti ħafna u ż-żwieġ huwa importanti ħafna wkoll, allura li rridu nagħmlu huwa li ninvestu iktar fi sforzi u enerġija biex ikollna preparazzjoni aħjar għall-persuni li jidħlu għaż-żwieġ u li se jkunu ġenituri. Kien hemm iżjed żwiġijiet li tfarrku kemm ilha li daħlet din il-liġi? Fl-ewwel ftit snin, kif wieħed jistenna, kien hemm każijiet fejn kollox kien qed jakkumula f ’xi koppji u, permezz tal-liġi, imbagħad dawk setgħu jirregolaw ilpożizzjoni tagħhom. Iżda ma jirriżultax li minħabba d-divorzju ż-żwiġijiet qed jitkissru iżjed.
LOKALI
kullhadd.com
29|05|2016 07
L-AWTUR TA’ UFOs FUQ IL-GŻEJJER MALTIN
ILLUM KONVINT LI S-SOPRANATURAL MA JEŻISTIX spjegazzjoni għal dak li kien qed jiġrili, ikkalmajt u wara xi għaxar minuti rnexxieli nqum u kollox reġa’ ġie għannormal,” jgħid Pace.
“Ix-xjenza spjegat ħafna affarijiet u minkejja li ma spjegatx kollox, xorta tibqa’ l-aktar għodda importanti li biha nistgħu ninvestigaw id-dinja ta’ madwarna”
Meta kien daqsxejn ta’ tfajjel, David Pace kien jaffaxxina ruħu bi stejjer ta’ avvenimenti sopranaturali jew ekstraterrestri. Iżda din l-imħabba ma kinitx waħda għamja, tant li llum Pace jiddeskrivi lilu nnifsu bħala persuna xettika. Isostni li dak kollu li nqisu bħala sopranatural għandu spjegazzjoni xjentifika, anke jekk din għadna ma fhimniex x’inhi. Għoxrin sena wara li ppubblika l-ktieb UFOs Fuq il-Gżejjer Maltin, illum Pace wasal biex jippubblika ktieb ieħor dwar il-ġrajjiet ‘strambi’ li ltaqa’ magħhom u l-ispjegazzjoni xjentifika li sab għalihom, biex dak li kien jidher bħala sopranaturali filfatt kien għalkollox naturali. Pace jitkellem ma’ din ilgazzetta dwar l-esperjenzi tiegħu mal-‘paranormal’.
aktar fattwali u jitwemmnu,” jirrakkonta Pace. “Niftakar li ta’ 13-il sena kont diġà bdejt naqra kulma nsib fuq issuġġett u fuq ix-xjenza, u bdejt niskopri li jgħidu affarijiet differenti. Filwaqt li dawk li jaħilfu bil-paranormal kienu jibbażaw kollox fuq stejjer, leġġendi u ġrajjiet individwali, ix-xjentisti kienu jibbażaw kollox fuq il-metodu xjentifiku u fuq il-fatti.” Minn hawn ħass li seta’ juża l-metodu xjentifiku biex jagħmel l-investigazzjonijiet tiegħu tal-paranormal, u filfatt beda jiġbor tagħrif lokali dwar dehriet ta’ UFOs, iħirsa u spirti. “Ħafna minn dawn ilġrajjiet u l-mod kif irnexxieli nuri li kellhom spjegazzjoni xjentifika u mhux paranormali qed niktibhom fi ktieb li nispera li nlestih sas-sena d-dieħla.”
Bejn l-istejjer u l-fatti
Dejjem sab spjegazzjoni naturali
Dwar it-twelid tal-interess tiegħu fil-paranormali, David Pace jispjega kif dawn it-temi bdew juruh li d-dinja kienet ferm aktar interessanti milli qatt ħaseb. Kien iffissat fuq ilkotba ta’ Erick von Daniken, li fost oħrajn kien jgħid li l-aljeni kienu l-id moħbija wara l-bini tat-tempji neolitiċi f ’Malta. Ġara iżda li, peress li kien jaqra kulma jsib, iltaqa’ wkoll ma’ kotba li kienu jikkritikaw it-teoriji ta’ von Daniken. “Dan kien punt importanti għalija għax ma’ kull ktieb tal-paranormal li naqra, kont naqra ieħor li jmerih, u bdejt insib li dawk il-kotba xjentifiċi li jmeruhom kienu ferm
Pace jgħid li matul issnin mar jinvestiga diversi djar, ċimiterji u postijiet li suppost fihom kienu jidhru manifestazzjonijiet sopranaturali. “Nista’ ngħid li qatt ma esperjenzajt xejn ta’ barra minn hawn.” Fi wħud mid-djar fejn in-nies kienu jgħidu li l-ħin kollu jisimgħu l-ilħna, l-għajjat u l-istorbju, hu ma kien jisma’ xejn. Ħa wkoll reġistrazzjonijiet matul il-lejl iżda qatt ma nstema’ xejn speċjali. “Dan ma jfissirx li ma kienx hemm każijiet strambi, iżda dawn dejjem irnexxieli nsib spjegazzjoni għalihom.” Każ partikolari kien dak ta’ ħanut tal-affarijiet taċ-
ċeramika u l-ħġieġ. Sidt il-ħanut kienet imħassba għax ġieli kienu jisplodu bla spjegazzjoni. Sa ġabet qassis biex ibirkilha l-ħanut għax qalulha li seta’ ‘seħitha’ xi ħadd. “Jien mort bit-tir li nsib kawża tagħmel sens,” jgħid Pace. “Qattajt xi ħin fil-ħanut u ma ġara xejn, u nnotajt li s-sid kellha tifel ta’ xi ħames snin bilqiegħda fuq siġġu żgħir f ’rokna tal-ħanut jilgħab b’xi ġugarelli. Kellimnt lil missieru u għedtlu biex naħbu kamera xi mkien għal xi ftit sigħat u naraw jekk naqbdux xi ħaġa.” Meta l-għada raw il-filmati nnutaw lit-tifel iħares ’il fuq u jagħmel moviment b’subajgħ meta fil-pront instema’ t-tkissir. Il-missier millewwel induna li t-tifel kien tefa’ xi ħaġa li kissret figurin taċ-ċeramika, u meta kellmu induna li dan kien sablu ċ-ċomb tal-iskrataċ tas-senter u kien qed iwaddabhom lejn ic-ċeramika. Peress li ċ-ċomb ma kienx kbir u kien hemm tapit fil-ħanut, ma kienx jibqa’ traċċa tiegħu. Esperjenza kerha ġegħlitu jerġa’ jemmen fissopranatural... għal ftit sekondi Pace jisħaq li wħud min-nies li jgħidu li jesperjenzaw ilparanormal u jaraw l-erwieħ jew il-UFOs mhux dejjem ikunu totalment f ’sikkithom. Ħafna nies ikollhom alluċinazzjonijiet u diversi ħsejjes bħall-infrasound li ma nisimgħuhx u jikkawża sintomi li nassoċċjawhom mad-dehriet tal-iħirsa, bħall-bard, tfesfis
fil-widnejn qisu qed ikellimna xi ħadd u anke sens li qed imissna xi ħadd. Fil-fatt, minn dan kollu ma jkun hemm xejn. Ikunu qed jiġu stimulati partijiet mill-moħħ li mhux soltu jiġu stimulati. Dan Pace jafu tajjeb, għax għadda minn esperjenza simili huwa stess. “Niftakar kont inbati mis-sinusite u mniffsejja dejjem jinstaddu. Darba mort norqod u wara xi ftit sigħat ħassejtni nqum għax smajt qishom passi ta’ xi ħadd dieħel fil-kamra,” jirrakonta Pace. Naturalment, inħasad, għax kien jaf li ma kien hemm ħadd iktar fid-dar. “Ittantajt indawwar għonqi u niċċaqlaq u ma stajtx. Ħassejtni paralizzat. Il-passi baqgħu resqin lejja u ħassejt in-naħa tas-sodda l-vojta tingħafas ’l isfel. Xi ħadd kien tiela’ ħdejja. Imbagħad ħassejt xi ħadd jirrombla għal fuqi u minkejja li kelli għajnejja miftuħin ma stajtx narah. Ħassejt biss innifs tiegħu jonfoħ f ’wiċċi u għall-ewwel twerwirt!” B’xorti tajba iżda ftakar f ’artiklu xjentifiku dwar kif il-problemi bin-nifs jistgħu jagħtu lok għall-viżjonijiet, fejn persuna taħseb li qed tiġi attakkata jew misruqa minn xi ħadd filwaqt li hi tibqa’ paralizzata. Dan jiġri minħabba nuqqas ta’ ossiġnu fil-moħħ, li jnaqqas l-attività tal-moħħ biex ikun jista’ jkampa, u fl-istess ħin jerħi kimiki li jistgħu jikkawżaw l-alluċinazzjonijiet. Bl-Ingliż isejħulha the old hag syndrome u bil-Malti għandna isem għaliha wkoll: il-ħaddiela. “Dak il-ħin, kif ftakart f ’dak li qrajt u rajt li kien hemm
L-allegazzjonijiet talparanormal: sfruttament ta’ min hu vulnerabbli “Il-paranormal ma jeżistix għax xi ħadd jiġi jgħidilna li xi ħadd qal lil oħt il-mara tiegħu li l-kuġina t’ommu rat ħares, u li dan qed jagħtiha l-flus,” jgħid Pace. Jisħaq li n-nies jgħidu ħafna affarijiet u hawn ħafna li, meta jisimgħu xi ħaġa, ħallihom iżejnuha ħalli jagħmluha aktar attraenti. “Niftakar każ ta’ raġel xiħ li qalli li kien qed jattakkah Beelzebul – wieħed mixxjaten, u sibt li kellu bejt naħal ta’ taħt l-art fil-kamra tal-ikel tiegħu!” Mistoqsi jekk jemminx li teżisti spjegazzjoni xjentifika għal dak kollu li llum insejħulu paranormal, anke jekk din l-ispjegazzjoni għadna ma sibnihiex, Pace jafferma din il-konvinzjoni, li bnieha wara r-riċerka li għamel u l-esperjenzi li kellu. “Dejjem ninsew li, sa ftit mijiet ta’ snin ilu, ilmaġġoranza tan-nies kienu jaħsbu li jimirdu minħabba l-ispirti l-ħżiena, iżda l-avvanz tax-xjenza wriena li dan mhux minnu u l-iżvilupp tat-teorija tal-mikrobi spjegat b’mod komplet għalfejn nimirdu.” Iżid jgħid li aktar qabel, eluf ta’ snin ilu, kienu jaħsbu li l-vulkani u t-terremoti huma riżultat ta’ allat li jgħixu taħt l-art u l-ħin kollu jiġġieldu, iżda llum nafu eżatt għalfejn dawn il-fenomeni jseħħu. “Ix-xjenza spjegat ħafna affarijiet u, minkejja li ma spjegatx kollox, xorta tibqa’ l-aktar għodda importanti li biha nistgħu ninvestigaw iddinja ta’ madwarna,” isostni Pace. Huwa jtemm jgħid li ħafna min-nies li jridu jikkonvinċuna li l-paranormal jeżisti jagħmlu dan għax jafu li jistgħu jaqilgħu kemxa tajba minn fuq dar innies, fejn jippruvaw jgħixu u jisfruttaw l-insikurezza u l-inkwiet ta’ nies vulnerabbli. “Għalija l-agħar ħaġa li jista’ jagħmel bniedem huwa li jipprova jaqla’ l-flus minn fuq il-problemi tan-nies meta jaf li m’għandu xejn x’joffrilhom ħlief gideb u invenzjonijiet. Dan mhu xejn ħlief serq minn nies vulnerabbli u jiena minn dejjem stmerrejtu; għalhekk bqajt ninvestiga l-paranormal.”
08 29|05|2016
kullhadd.com
LOKALI
HARVARD B’PARIRI LILL-MANAGEMENT TAL-ISPTAR ĠENERALI TA’ GĦAWDEX
Waqt li kien qiegħed jindirizza l-Kungress Reġjonali: Għawdex Mutur Ekonomiku, il-Ministru tas-Saħħa Chris Fearne ħabbar kif fi tmiem il-ġimgħa li ġejja se jkun qiegħed fi triqtu lejn Boston, l-Istati Uniti, biex ikun iffinalizzat ftehim ma’ Harvard li permezz tiegħu se jkunu qed jingħataw pariri lill-management tal-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex. Dr Fearne, li flimkien malMinistri Evarist Bartolo u Edward Zammit Lewis indirizza l-kungress reġjonali, sostna li l-pariri se jkunu qed jingħataw kemm f ’dak li għandu x’jaqsam mal-imaniġġjar tal-isptar, ittaħriġ tal-ħaddiema u anke l-użu tal-apparat mediku. Dan kollu se jkun qed jikkontribwixxi lejn sptar li jkun aqwa minn Mater Dei, hekk kif l-għan ta’ dan ilftehim huwa li Għawdex ikun rikonoxxut bħala wieħed millaqwa sptarijiet fid-dinja bl-aqwa standards. Il-Ministru tas-Saħħa tkellem ukoll fuq il-ħidma li saret biex ma jibqgħux mediċini out of stock permezz ta’ sistemi ġodda li bdew jitħaddmu, filwaqt li għamel referenza għax-xogħol li se jsir fl-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex li, minn sptar li għandu 291 sodda, se jkun żviluppat għal sptar b’450 sodda, li 100 minnhom se jmorru għat-turiżmu mediku. Dr Fearne fisser kif it-turiżmu mediku se jfisser li tkompli ddur ir-rota ekonomika ta’ Għawdex, kif se jsir ukoll permezz taliskola medika Barts li se tkun qed tiġbed numru ta’ studenti lejha. Chris Fearne ssokta jgħid li diġà beda x-xogħol fuq it-testing talart u l-konkrit fl-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex, filwaqt li semma kif se jkun miftuħ ċentru ta’ simulazzjoni u speċjalizzazzjoni għat-tobba u speċjalisti kemm Maltin u barranin fl-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex. Żieda ta’ 60% fin-numru ta’ turisti li żaru Għawdex meta wieħed iqabbel l-ewwel kwart tas-sena tal-2012 ma’ tal-2016 Min-naħa tiegħu l-Ministru tat-Turiżmu Edward Zammit Lewis tkellem fuq kif minn studju li sar, ħareġ kif wieħed minn kull ħames jobs ġenerati f ’Għawdex, wieħed minnhom
huwa relatat direttament matturiżmu. Zammit Lewis issokta jgħid li fl-2015 f ’Għawdex kien hawn miljun viżitatur, li huwa rekord assolut, u meta wieħed iqabbel din iċ-ċifra ma’ dik tal2014, wieħed isib li kien hemm żieda ta’ 8%. Dr Zammit Lewis stqarr ukoll li kien hemm żieda ta’ 14% tat-turisti li qattgħu ljieli f ’Għawdex; dan apparti dawk li ġew hawn għal ġurnata biss. L-istagjonalità hija importanti; għal Għawdex huwa importanti li jkun hawn xitwa tajba. Filifatt, fl-ewwel kwart ta’ din is-sena kien hawn 140,000 viżitatur li żaru Għawdex spjega l-Ministru Zammit Lewis; ċifra li tfisser tkabbir ta’ 30%. Dr Zammit Lewis sostna li meta tqabbel l-ewwel tliet xhur tal-2012 malewwel tliet xhur tal-2016, il-qabża kienet ta’ 60%, u dan kien grazzi għall-isforz ta’ kulħadd. Il-Ministru tat-Turiżmu tkellem ukoll fuq l-isfida li jkunu mħajra aktar studenti Għawdxin li jmorru għal karriera fil-qasam tatturiżmu filwaqt li semma kif huwa konvint li, sal-aħħar tal-2018, f ’Għawdex isir proġett bil-flus miġbura mill-ekokonribuzzjoni li se tidħol fis-seħħ mill-1 ta’ Ġunju, ekokontribuzzjoni li se tħalli €6 miljun fis-sena. L-istorja tas-suċċess għal Għawdex huwa li hawn Gvern iffukat fuq Għawdex. Irridu nibqgħu naħdmu biex Għawdex ikun destinizzjoni turistika għal rasu u mhux second division wara Malta, sostna Zammit Lewis. Fl-aħħar nett, il-Ministru taledukazzjoni u x-xogħol, Evarist Bartolo qal li f ’dawn it-tliet snin ħdimna tajjeb kemm filqasam edukattiv u kemm filqasam tax-xogħol. It-tkabbir ekonomiku fl-aħħar tliet snin u l-ħolqien tax-xogħol ħadu spinta ’l quddiem filwaqt li beda jerġa’ jersaq investiment ġdid lejn Għawdex. Minkejja dan, xorta mhux kuntenti b’dan biss; hemm bżonn anke li nkomplu noħolqu l-impjiegi, li jkun hemm investimenti fit-tul li jfissru aktar sostenibbiltà, stqarr Evarist Bartolo. Il-Ministru Bartolo tkellem ukoll fuq ix-xogħol li sar fil-qasam edukattiv fil-gżira Għawdxija f ’kull livell, kemm dak primarju, sekondarju u anke sixth form.
LOKALI
kullhadd.com
29|05|2016 09
ŻIEDA TA’ 40 SODDA GĦALL-ANZJANI F’GĦAWDEX Fi żjara li għamlet ilbieraħ is-Segretarju Parlamentari għad-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabbiltà u Anzjanità Attiva Justyne Caruana f ’Villa San Lawrenz, Għawdex, hija ħabbret li l-Gvern laħaq ftehim biex tiżdied il-provvista ta’ sodod għall-kura residenzjali tal-anzjani f ’Għawdex; dan wara li s-servizz ġie introdott is-sena l-oħra stess mill-istess Segretarjat Parlamentari u li issa jammonta għal total ta’ 40 sodda għall-kura residenzjali. Is-Segretarju Parlamentari Caruana qalet li l-ftehim kien meħtieġ minħabba ż-żieda fiddomanda għal dan is-servizz u minħabba l-fatt li Għawdex għandu popolazzjoni li qiegħda ssir aktar anzjana. Dan ifisser li se jkun hemm il-bżonn ta’ aktar servizzi li jkomplu jżidu l-kwalità tal-ħajja tal-anzjani Għawdxin. Hija fakkret kif din is-sistema tinħadem bl-
istess mod li tinħadem f ’Malta, fejn persuni li japplikaw għas-servizz jiġu assessjati minn tim multidixxiplinarju sabiex jevalwa s-sitwazzjoni u jara l-bżonnijiet tal-individwi li jkunu applikaw, u għalhekk tingħatalhom il-kura li jkunu jeħtieġu. Il-formoli għal dan is-servizz jistgħu jinkisbu minn fuq in-numru 2590 3175. Is-Segretarju Parlamentari Caruana kkonkludiet billi fakkret f ’servizzi oħra li ġew introdotti minn dan il-Gvern f ’Għawdex għall-anzjani Għawdxin, fosthom is-servizz ta’ respite, is-servizz ta’ night shelter, ta’ ċentri għall-anzjanità attiva, u ta’ ċentru għal persuni bid-dimenzja. Is-suċċess li kisbu dawn l-inizjattivi jinkoraġġixxi lis-Segretarjat Parlamentari jkompli jsaħħaħ u jifrex dawn isservizzi għall-anzjani Għawdxin.
IMĦABBAR PJAN TA’ ĊENTRU SOĊJALI Waqt konferenza tal-aħbarijiet il-Ministru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali Michael Farrugia ħabbar li se jsir proġett soċjali fillokalità tal-Ħamrun. L-idea li jsir dan iċ-ċentru nibtet mill-Kunsill Lokali li ressaq il-bżonnijiet għal ċentru simili madwar sentejn ilu. Spjega li l-bżonnijiet prinċipali identifikati għal dan il-proġett kienu uffiċċju tas-sigurtà soċjali denju ta’ dan il-lokal u l-madwar, ċentru għall-iżvilupp soċjali (LEAP) għal dan irreġjun, u night shelter li jkun jista’ jilqa’ l-anzjani li ilhom jitolbu għal refuġju matul il-lejl. Il-Ministru Farrugia qal li l-proġett jinkludi wkoll it-tisbiħ tal-misraħ quddiem il-Kunsill, filwaqt li l-bejt tal-Kunsill se jsir aċċessibbli u msebbaħ sabiex jintuża mill-komunità Ħamruniża u r-residenti tal-madwar. Żied jgħid li saru diskussjonijiet mal-Kunsill ta’
qabel li kien offra sabiex iċ-ċentru soċjali jsir hawnhekk. F’April tal-2015 tlestew il-pjanti li ġew esposti għall-ewwel darba lill-pubbliku flokkażjoni tal-ftuħ tal-ġnien tar-Rabbat. Il-Ministru spjega wkoll li l-Kunsill preżenti kompla bil-ħidma li kien beda l-Kunsill ta’ qablu sabiex dan il-proġett ikun jista’ jseħħ. Dr Farrugia żied li ftit tal-ġimgħat ilu nkisbu l-permessi neċessarji mill-Awtorità tal-Ippjanar u l-Ministeru rranġa sabiex ikun hemm il-fondi meħtieġa biex isir dan il-proġett li meta jitlesta se jkun jiswa ’l fuq minn terz ta’ miljun ewro. “Bħalissa qed jiġi mħejji t-tender document għax-xogħlijiet li jridu jsiru u fil-ġimgħat li ġejjin ikun ippubblikat. Huwa ppjanat li dan il-proġett ikun lest lejn it-tieni nofs tas-sena d-dieħla,” temm jgħid il-Ministru Farrugia.
L-UNIVERSITÀ TA’ MALTA TINGĦATA APPARAT SOFISTIKAT PERMEZZ TAL-FOND RIDT L-Università ta’ Malta ngħatat għotja ta’ apparat mill-aktar sofistikat li se jgħin l-istudju li għaddej bħalissa mill-Grupp tar-Riċerka dwar il-Puplesija fid-Dipartiment tal-Fiżjoloġija u l-Bijokimika. L-apparat il-ġdid, imsejjaħ EVOS®FL Auto Imaging System awtomatizzat, ingħata minn E. J. Busuttil Limited ta’ B’Kara, wieħed mid-distributuri ewlenin ta’ prodotti relatati mal-kura tassaħħa u laboratorji. L-għotja kienet iffaċilitata permezz tal-Fond tar-Riċerka talUniversità (RIDT). Il-EVOS®FL Auto Imaging System kienet żviluppata għall-applikazzjoni avvanzata ta’ imaging awtomatizzat, bħal time-lapse imaging, multiwell plate scanning, image stitching u tiling, u cell counting. L-apparat il-ġdid hu magħmul minn kompjuter, sors ta’ dawl LED, filters u lista ta’ prerekwiżiti elenkati mill-grupp ta’ riċerkaturi stess li se juża dan l-apparat. Il-Professur Mario Valentino, il-Kap tal-Grupp tar-Riċerka dwar il-Puplesija fl-Università ta’ Malta, qal li din l-għodda importanti ser tippermetti lir-riċerkaturi jeliminaw fatturi kumplessi li jinsabu f ’microscopy avanżata, filwaqt li jinżammu l-ogħla
livelli ta’ prestazzjoni. Hu qal: “Din hi għotja sinifikanti u ninsabu grati ħafna għallkollaborazzjoni li għandna ma’ E. J. Busuttil Ltd. Din l-għodda se tipprovdina b’imaging ta’ kwalità għolja b’mod iktar faċli minn qatt qabel. Id-disinn innovattiv għall-aħħar tiegħu b’hardware/ software integrati, mingħajr bżonn ta’ bozoz, mingħajr allinjament, u mingħajr spejjeż jew manutenzjoni, se jkun ta’ benefiċċju kbir għattim ta’ riċerkaturi tagħna li qed jaħdmu fuq baġit ristrett ħafna.” Is-Sur Edwin Busuttil, Direttur Maniġerjali ta’ E. J. Busuttil Ltd, qal: “Bħala wieħed mid-distributuri ewlenin ta’ tagħmir relatat mal-kura tas-saħħa u laboratorji, għandna l-impenn li ntejbu l-kwalità tal-ħajja tal-komunità tagħna. Li nkunu ta’ assistenza kbira għall-Università tà Malta filħidma tagħha għal riċerka dwar il-puplesija hu mod prattiku ieħor ta’ kif nistgħu ngħinu.” It-tagħmir kien mibgħut direttament mill-manifatturi u installat minn inġinier talkumpanija. Wilfred Kenely, il-Kap Eżekuttiv ta’ RIDT, qal: “Rigal bħal dan hu ta’
importanza kbira biex jgħin lill-Università tkun minn ta’ quddiem nett. Ninsabu grati għall-E. J. Busuttil Ltd għal din l-għotja tagħhom tal-apparat u talli ssieħbu mal-Fond tar-Riċerka talUniversità.” Il-Fond RIDT twaqqaf biex isaħħaħ l-investiment firriċerka u żvilupp ta’ kwalità għolja fil-fakultajiet kollha u biex jattira l-fondi neċċessarji. Aktar tagħrif jinkiseb mis-sit
www.ridt.eu
10 29|05|2016
kullhadd.com
GVERN LABURISTA… GVERN LI JAĦDEM
X’WETTAQ IL-GVERN… SENA ILU Informazzjoni miġbura minn EMANUEL CUSCHIERI 23 ta’ Mejju
Alfred Mifsud ġie maħtur Deputat Gvernatur tal-Bank Ċentrali
Emanuel Cuschieri
24 ta’ Mejju
Dawk il-persuni li jadottaw it-tfal bdew jingħataw il-maternity leave daqslikieku welldu lit-tfal huma
1. Fl-ewwel tliet xhur ta’ din is-sena l-Maltin li siefru żdiedu bi 33%. 2. Il-Kummissjoni Ewropea kkonfermat li Malta għandha waħda mill-inqas rati ta’ qgħad fl-Unjoni Ewropea. 3. Filwaqt li fl-2012 familja ta’ żewġ adulti kienet tħallas €629 f ’kontijiet tad-dawl u l-ilma kull sena, illum din l-istess familja qed tħallas €276. 4. Ġie inawgurat proġett ta’ tisbiħ fl-inħawi magħrufa bħala TalFekruna, ix-Xemxija. 5. Ġiet inawgurata wing ġdida fl-iskola primarja ta’ Tal-Pietà. 6. Fil-ġimgħat li ġejjin se jkun qed jiġi varat programm ta’ xogħlijiet ta’ manutenzjoni f ’numru ta’ skejjel matul ix-xhur tassajf. 7. Id-distretti tal-pulizija għadhom kif ġew imsaħħa bi 11-il vettura ġdida. F’dawn l-aħħar sentejn u nofs ta’ Gvern Laburista l-Korp tal-Pulizija ngħata 70 vettura ġdida. 8. Il-kumpanija Enemed li topera fis-swieq tal-fjuwils se tinvesti €15 miljun biex ittejjeb u timmodernizza l-faċilitajiet tal-ħażna tal-fjuwil tal-ajruplani. 9. F’Wied il-Għajn se jkun qed jinbena grawnd ġdid tal-futbol. 10. Bejn Novembru tal-2014 u Novembru tal-2015 dawk li jaħdmu full-time żdiedu b’aktar minn 7,000 persuna.
25 ta’ Mejju
Tlesta xogħol ta’ rinnovar fl-iskola sekondarja ta’ Ħal Tarxien
26 ta’ Mejju
Tfal Maltin b’mard kroniku se jibbenefikaw bla ħlas mis-servizzi talisptar ġdid li se jinbena fi Smart City
27 ta’ Mejju Bejn April u Novembru 2014, fl-Isptar Mater Dei fil-qasam talangiograms, il-lista ta’ stennija niżlet minn 319 għal xejn
11. Fl-ewwel tliet xhur ta’ din is-sena ġiet reġistrata żieda ta’ 20% fin-numru ta’ passiġġieri li qasmu bejn Malta u Għawdex. 12. Se jsir investiment ta’ €21 miljun biex jiġu installati liftijiet fi blokok tal-Gvern ħalli jgħinu lill-anzjani u dawk bi problemi ta’ aċċessibbiltà . 13. Ġie deċiż li membri tal-korpi dixxiplinati, li jsofru diżabbiltà mingħajr ħtija waqt il-qadi ta’ dmirijiethom, se jibdew ikunu intitolati għal pensjoni sħiħa daqslikieku għamlu 25 sena servizz. 14. Beda servizz ġdid fil-komunità għall-pazjenti bi problemi ta’ saħħa mentali, servizz li permezz tiegħu tobba tal-familji privati se jkunu jistgħu jaraw pazjenti li jbatu minn mard mentali, blispiża tkun imħallsa mill-Gvern. 15. Għaddejja ħidma biex it-tobba tal-familji privati jkunu jistgħu jaraw lil pazjenti partikolari tliet darbiet fis-sena fil-klinika tagħhom u għal dawn is-servizzi jħallas il-Gvern. 16. Filwaqt li sal-2013 kien hemm 3,580 persuna jistennew għal operazzjoni tal-katarretti, sa tmiem is-sena li għaddiet dawn niżlu għal 1,231. 17. Għall-ewwel darba wara 36 sena, il-qgħad niżel għal taħt l-4,000 persuna.
RUBRIKA
28 ta’ Mejju
Beda x-xogħol ta’ tisbiħ fi Pjazza Kastilja
29 ta’ Mejju
Ġie deċiż li jinbidlu l-liġijiet biex il-persuni b’diżabbiltà jkunu rappreżentati f ’bordijiet, aġenziji u awtoritajiet tal-Gvern
OPINJONI
kullhadd.com
MOODY BLUES
29|05|2016 11
Ċertifikat ieħor
Catherine Fenech Membru fl-Eżekuttiv Nazzjonali PL
Il-feel good factor fost il-poplu dan il-Gvern ħolqu permezz tal-ġid li qed jiġġenera u li l-poplu qed iħossu għax qed jonfoq iktar u għandu kwalità ta’ ħajja aħjar milli kellu tliet snin ilu
Il-kantaliena tat-tixwix tissokta min-naħa talOppożizzjoni u l-alleati tiegħu. Tixwix mal-korpi kostitwiti, inkluż l-unjins; ixewxu u jnisslu biża’ u dubji fost il-ħaddiema. Għamluha mal-ħaddiema tal-Enemalta u issa qed jużaw l-istess riċetta mal-ħaddiema tal-Air Malta, fl-isptar, fl-ITS, malgħalliema, mal-istudenti, mal-anzjani u ma’ persuni b’diżabbilta. Imma minkejja t-tixwix u l-ħsara li qed jippruvaw jagħmlu, partikolarment barra minn Malta, u jiddikkjaraw li Malta hi staġnata u l-Gvern hu ċċassat u fi kriżi, f ’daqqa waħda toħroġ il-Moody’s u għal darb’oħra toħroġilna faqgħa ta’ ċertifikat ekonomiku mill-aktar bnin. Il-Moody’s ikkonfermat li l-Gvern preżenti m’għandu bżonn l-ebda rebħ ta’ Eurovision biex joħloq ilfeel good factor fil-poplu. Il-feel good factor fost il-poplu dan ilGvern ħolqu permezz tal-ġid li qed jiġġenera u li l-poplu qed iħossu għax qed jonfoq iktar u għandu kwalità ta’ ħajja aħjar milli kellu tliet snin ilu. Moody’s faħħret il-politika ekonomika tal-Gvern u t-tkabbir ekonomiku li rnexxielu jiġġenera. Faħħret ilpass għaqli li salva l-Enemalta u b’hekk assigura li pajjiżna ma jibqax jegħreq fid-defiċit u kompla jkabbar l-ekonomija. U l-ħelwa hi li l-Gvern dawwar ir-rotta u qed jagħmel suċċess ekonomiku mhux permezz ta’ miżuri ta’ awsterità imma, kif ikkonfermat minn din l-aġenzija ta’ kreditu stess, li l-ekonomija kibret biż-żieda fil-konsum domestiku u fittkabbir ta’ diversi industriji bħall-gaming, il-kostruzzjoni u t-turiżmu. Moody’s qed tantiċipa u tistenna tkabbir ekonomiku għal Malta ta’ aktar minn 4% din is-sena rikorrenti. Tkabbir ta’ 4% fi żmien Gvern Nazzjonalista bilfinanzi fis-sod u t-trumbetti kollha lanqas qatt ma kienu jikkonċepuha fil-garigori ekonomiċi tagħhom. L-eksPrim Ministru Gonzi ħlief isemmi l-maltemp u s-sħab iswed ma kienx jagħmel. Qatt ma semma l-bnazzi. Anzi, tant kemm kienu negattivi u nieqsa mill-ideat ekonomiċi, fil-Baġit 2012 bassru li l-ekonomija kienet se tikber bi 2.8%. Fil-qari tal-Baġit 2013, (dak il-baġit li m’għaddiex mill-Parlament), kienu ammettew li marru żmerċ fil-kalkoli tagħhom u li t-tkabbir ekonomiku fl-2012 kien, fil-fatt, ta’ 1.2%. Imma lanqas hawn ma kienu sinċieri mal-poplu u qarrqu bih għax Gvern Laburista ġdid iddikjara fl-ewwel baġit moqri
minnu f ’April tal-2013 li t-tkabbir ekonomiku fl-2012 kien verament ta’ 0.8% biss. Imma ċ-ċirasa fuq il-kejk kienet hekk kif il-Moody’s faħħret il-ħidma effettiva ta’ dan il-Gvern fuq ilgovernanza u l-kontroll tal-korruzzjoni li kienu ’l fuq mill-medja tal-pajjiżi A-rated minn din l-aġenzija. Tajba wkoll! Bużżieqa oħra mifqugħa fil-wiċċ qares talOppożizzjoni. Reazzjoni tal-PN jew innuqqas tagħha Naturalment, meta l-Erbgħa filgħodu ħarġu l-istqarrija l-Moody’s, għax-xandir talPN din ma kellhiex valur ta’ aħbar. Kien aktar ta’ importanza nazzjonali li tħabbar li waqgħet purtella
mill-gallarija tal-Palazz il-Belt milli Malta ngħatat ċertifikat ta’ eċċellenza minn aġenzija internazzjonali. Għandhom raġun jaħbuha din l-aħbar u ma jsemmuhiex. Jew inkella jista’ jkun li jaslu biex jgħidu li Moody’s qed tħawwad jew saħansittra korrotta, mhix kredibbli u mixtrija mill-Gvern Malti. Bħal xejn jitħajru jfittxu sabiex jaraw jekk Moody’s tissemiex filPanama Papers jew għandhiex xi kumpanija l-BVI. Però, li żgur naf hu li għandhom il-wiċċ imqit li jgħidu li dan il-ġid inħoloq grazzi għalihom għax saqu l-vapur fil-maltemp u li dan il-Gvern sab sodda mifruxa u l-bnazzi u li kulħadd jaf joħloq il-ġid fil-bnazzi. Madankollu, anke hawnhekk il-PN jiżolqu fin-niexef u jidgiddbu fid-
dikjarazzjonijiet tagħhom stess. Fid-diskors tal-Baġit 2013, li sar f ’Novembru tal2012, intqal hekk: “Imma dan il-maltemp għadu għaddej u jidher li se jibqa’ magħna għal xi żmien.’’ U allura l-mistoqsija tiġi waħidha. Jekk dan hu grazzi għalihom, mela għalfejn f ’25 sena sħaħ m’għamluhx huma dan il-ġid? Sa fejn naf jien l-Enemalta riedu jbigħuha għal €1 tant kemm kienu qatgħu qalbhom li jsolvu l-problema. Dan il-Gvern, minflok, ra kif dawwar din il-mażżra f ’opportunità ekonomika tant li issa waslet biex anke tinvesti u tespandi l-operat u s-servizzi tagħha barra minn xtutna. Min jaf ? Forsi l-PN kienu se jsolvu l-problema tal-Enemalta biċċedoli!
12 29|05|2016
kullhadd.com
OPINJONI
JINTERESSANA MILL-VALUR UMAN TAL-KORPI DIXXIPLINATI Carmelo Abela Ministru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali
F’dan ir-rigward, il-Ministeru għallIntern, hekk kif imwiegħed filprogramm elettorali, qiegħed jevalwa l-possibbiltà li l-membri jkollhom xi forma ta’ assigurazzjoni
Sodisfatt, li l-membri talkorpi dixxiplinati qegħdin jagħrfu li dan il-Gvern għandu għal qalbu l-interess tagħhom u li qiegħed jaħdem bla heda biex ikompli jtejjeb il-kundizzjonijiet tax-xogħol tagħhom. Għaddiet ġimgħa minn meta ħabbarna li kull membru li jkorri waqt il-qadi ta’ dmirijietu u ma jkunx tajjeb biex ikompli jaqdi dmiru se jingħata l-pensjoni sħiħa, daqslikieku għamel il-25 sena servizz, indipendentament kemm ikun fil-fatt serva. Irreazzjonijiet pożittivi kienu kontinwi. Miżura li ntlaqgħet b’ħeġġa u li r-reazzjonijiet għaliha jimlewni b’kuraġġ u enerġija biex inkompli naħdem għal aktar investiment f ’din irriżorsa umana. Laqtuni l-kummenti ta’ apprezzament għall-valur uman li qed nagħtu lillpulizija, suldati, pumpiera u uffiċjali korrettivi. Oħrajn qaluli li din rawha bħala raġġ ta’ dawl u sinjal ta’ fiduċja lejn il-ħidma tagħhom. Uħud ikkummentaw b’emozzjoni fuq id-dritt il-ġdid li, jekk membru jitlef ħajtu waqt ilqadi ta’ dmirijietu, is-sieħeb/ sieħba, tfal jew dipendenti se jkunu qegħdin jibbenefikaw minn din il-pensjoni. Rimarka partikolari li ħallietni naħseb kienet tgħid li, sa ġimgħa ilu, din il-
persuna ma kinitx taf x’se jiġri minn familtha jekk issofri diżabbiltà permanenti jew titlef ħajjtha waqt xogħolha u li issa rasha mistrieħa. Nittamaw li ma jkunx hawn ċirkustanzi simili, però aħna, bħala l-persuni responsabbli mit-tfassil tal-politika, huwa fid-dmir tagħna li naħsbu għal kull eventwalità. Fix-xhur li għaddew fassalna u wara biddilna diversi liġijiet u avvizi legali. Spiċċa allura ż-żmien li, jekk jiġri każ hekk, wieħed jieħu biss persentaġġ mill-pensjoni. Il-ħaddiema jixirqilhom l-aħjar trattament u hekk qegħdin nagħmlu bittwettiq ta’ miżuri differenti. Fil-fatt, tajjeb li niftakru li fil-programm elettorali kien ġie elenkat li din kienet se tkun ta’ benefiċċju għallpulizija u s-suldati biss. Ngħidha bla tlaqliq li għalija kull xogħol fl-erba’ korpi rispettivi huwa trattat ugwali. Għalija x-xogħol tagħhom kollha huwa ta’ siwi u jġorr miegħu ċertu diffikultajiet. Għaldaqstant, ridt ngħaddi messaġġ ċar favur it-tneħħija ta’ anomaliji bejn il-korpi u kburi li, illum, il-madwar 4,500 membru tal-erba’ forzi dixxiplinati qegħdin igawdu għall-ewwel darba minn dan id-dritt ġdid. Din ma kinitx l-unika darba li wrejna bir-riżultati li determinati li nżommu l-kelma li tajna fil-programm
elettorali . Fis-sena li għaddiet il-ħaddiema tal-protezzjoni ċivili saru intitutali għal pensjoni tal-irtirar wara 25 sena servizz, kif ilu jigri għal żmien twil fil-korpi l-oħra. Forsi, issa li daħlet din il-miżura fis-seħħ, wieħed jistaqsi fuq l-implimentazzjoni ta’ din il-miżura. Nista’ ngħid li se jkun qed jitwaqqaf bord fi ħdan il-Ministeru skont kif inhu preskritt fil-liġijiet li biddilna, magħmul minn esperti fl-oqsma meħtieġa, u kull każ li jseħħ se jkun qed jitla’ quddiemu għal deċiżjoni. Se nassiġuraw li ma jinħolqux burokraziji addizjonali f ’dan il-proċess li għandu jkun wieħed simplifikat bid-deċiżjonijiet jittieħdu mingħajr dewmien żejjed. Nemmnu bil-fatti u mhux bil-paroli li t-titjib filkundizzjonijiet tal-ħaddiema jissarraf f ’serħan il-moħħ tal-familji tagħom wkoll, u jkattar is-suċċess talforzi dixxiplinati li jissarraf f ’servizz ta’ kwalità ogħla liċċittadini. Madankollu, mhux biħsiebna nieqfu hawn. Kull min isegwi fuq il-mezzi tax-xandir minn żmien għal ieħor jisma’ b’inċidenti li fihom ikunu involuti membri tal-korpi dixxiplinati waqt li jkunu qed jaqdu d-doveri tagħhom. Kuntrarjament għal li kien
isir qabel, mhux se nagħlqu għajnejna jew nippretendu li dawn l-inċidenti ma jeżistux. F’dan ir-rigward, ilMinisteru għall-Intern, hekk kif imwiegħed fil-programm elettorali, qiegħed jevalwa l-possibbiltà li l-membri jkollhom xi forma ta’ assigurazzjoni. Diġà ħriġna sejħa ta’ interess u bħalissa qed issir analiżi tal-proposti li daħlu wara din is-sejħa, filwaqt li qed niddiskutu xenarji differenti malMinisteru tal-Finanzi. Determinati biex inkomplu nagħtu s-sostenn tagħna lillmembri tal-Pulizija, Armata, Protezzjoni Ċivili u Faċilità Korrettiva ta’ Kordin. Diġà għamilna passi ’l quddiem tant li l-effett pożittiv beda jinħass. Minbarra li ngħataw id-dritt ta’ rappreżentanza fl-unjin tal-għażla tagħhom, millbidu ta’ din is-sena l-allowance tas-suldati rduppjat u r-rata għolja ta’ taxxa fuq l-extra duty tal-Pulizija naqset. Nixtieq insellem lill unjins kollha li jirrappreżentaw membri tal-forzi dixxiplinati għax-xogħol kbir u siewi li qed iwettqu u nħeġġiġhom biex ikomplu f ’din il-ħidma. Konvinti li din il-ħidma se tkompli tissarraf f ’lealtà akbar tal-membri tal-forzi dixxiplinati u dedikazzjoni sħiħa favur il-protezzjoni taċċittadini Maltin u Għawdxin.
L-EDUKAZZJONI: ĠLIEDA KONTRA L-ĦIN?
Naomi Cachia Koordinatur Politiku FŻL
X’qed jieħdu iktar millħajja matul il-perjodu li jkunu rreġistrati bħala studenti universitarji?
Il-ħajja studenteska, speċjalment meta tkun qed toqrob tmiemha, hija ġlieda kontra l-ħin u kontra t-tensjoni; ġirja waħda biex tegħleb l-ostakli kollha li ssib bejnek u bejn dak li tkun ilek tant tistinka għalih. Sena wara l-oħra nħoss il-ħtieġa li naqsam dawn ilħsibijiet għax is-sitwazzjoni li nara b’għajnejja bħala studenta universitarja tippreokkupani mhux ftit. Dan iż-żmien huwa wieħed fejn ħafna żgħażagħ ikunu qed jippreparaw għall-eżamijiet, li sfortunatament huma l-qofol tas-sena akkademika. Fillivell terzjarju tal-edukazzjoni tagħna, x’qed nagħmlu filbqija tas-sena? Immorru għall-lectures, nieħdu n-noti u nitfgħuhom fuq l-ixkaffa sa ftit ġimgħat qabel l-eżami, biex imbagħad naraw li nitgħallmu kollox bl-amment u nirrepetu kollox fl-eżami? Dan flisfond ta’ ammont ridikolu ta’ pressjoni li jsarraf f ’ħafna kontroproduttività. X’qed noffrulhom iktar lill-
istudenti tagħna? Kif qed ngħinu l-iżvilupp personali tagħhom? X’qed jieħdu iktar mill-ħajja matul il-perjodu li jkunu rreġistrati bħala studenti universitarji? Dawn huma mistoqsijiet li, issa li qed noqrob l-aħħar fażi tal-istudji tiegħi, insaqsihom iktar spiss. Jekk il-qofol talesperjenza universitarja talistudent li għadu kif iggradwa u issa qed jiskopri d-dinja taxxogħol kienu l-eżamijiet, mela kemm hu attwalment lest li jiffaċċja l-isfidi iktar prattiċi tal-ħajja? Din hi karatteristika li nara fost ħafna studenti. Ma nagħtihomx tort, għax jagħmlu parti minn sistema li tibbaża ruħha fuq il-marka li jkollok fuq il-karta; sistema li tippremja l-pappagalliżmu filwaqt li toħnoq il-kreattività. Inħoss li għandi ngħid li qed nitkellem mill-esperjenza personali tiegħi u dan mhux riflessjoni tas-sentimenti ta’ kulħadd. Nemmen ukoll li jekk numru, żgħir kemm hu żgħir, ta’ studenti jħossuhom
frustrati b’dan il-mod, l-ilment ta’ kull wieħed u waħda minnhom għandu jinstema’ u jittieħed bis-serjetà.
One size fits all Is-sistema edukattiva ma tistax tilħaq l-oġġettivi tagħha jekk tkun one size fits all. F’għajnejja, jekk student, imqar wieħed, jaqa’ lura għax inħakem mill-pressjoni u l-aspettattivi tal-kors li jkun qed isegwi u ma sabx min jagħtih l-għarfien neċessarju sabiex għall-inqas jipprova jerġa’ jsib triqtu lura, mela hemm problema li mhux qed tiġi indirizzata. Jekk student qed iħossu mgħakkes bit-tensjoni u anzjetà u ma sabx min jifhmu u jagħtih l-għajnuna neċessarja, jew, agħar minn hekk, is-sentimenti tiegħu ma ġewx meħuda bis-serjetà, mela rridu nevalwaw il-prijoritajiet tagħna. Dan il-punt tal-aħħar huwa wieħed li nisħaq b’għafsa ta’ qalb. Fl-erba’ snin li ilni
l-università, kelli x-xorti li niltaqa’ ma’ ħafna nies li l-unika ħaġa li għandhom inkomuni hi li ħadmu u stinkaw kemm felħu biex ikomplu l-istudji tagħhom. Mill-bqija, kull student huwa differenti, u t-tensjoni u l-anzjetà jaffettwaw lil kulħadd b’mod differenti ħafna. Xi kultant, dawn il-punti jaslu fuq widnejn torox għassempliċi fatt li l-korelazzjoni bejn ‘eżami’ u ‘stress’ tfisser li l-attitudni lejn dan kollu ħafna drabi tkun xi rimarka bħal “U iva, daqt jgħaddi kollox.” Veru. Iżda ejja naraw x’nistgħu nagħmlu biex niffaċilitaw ilħajja tal-istudent, u nagħtuh esperjenza iktar produttiva u ħolistika. Fuq kollox, ejja naraw li jkun hemm sistema ta’ sapport li tibda minn età żgħira li taċċerta li qed nagħtu biżżejjed importanza lis-saħħa mentali tal-istudent sabiex ikun mgħammar biex jikseb dejjem iktar, kemm akkademikament u kif ukoll f ’kull qasam ieħor tal-ħajja.
EDITORJAL
kullhadd.com
29|05|2016 13
www.kullħadd.com agħmel kuntatt magħna
EDITUR
Aleander Balzan aleander.balzan@one.com.mt +356 2568 2230
ĠURNALISTI
Ritianne Agius ritianne@kullhadd.com +356 2090 1410
SALES U DISTRIBUZZJONI
Liam Gauci liam@kullhadd.com +356 2090 1413
INDIRIZZ POSTALI
KullĦadd, Ċentru Nazzjonali Laburista, Triq Mile End, il-Ħamrun, ĦMR 1717
Alan Saliba sales@kullhadd.com +356 2090 1520
KUNTATT ĠENERALI editorial@kullhadd.com + 356 2090 1411
DISINN TAL-GAZZETTA Leanne Grech
GĦALL-QASAM TAS-SAĦĦA L-KBIR GĦADU ĠEJ Għalkemm il-poplu Malti u Għawdxi kien imwiegħed kemm-il darba minn gvernijiet differenti Nazzjonalisti li se jkollu l-aqwa sptar fil-forma ta’ Mater Dei, kulħadd flaħħar induna li dan kien kollu kliem fieragħ. Kulħadd jaf li l-ippjanar u l-mod ta’ kif inbena l-Isptar Mater Dei huwa mifni dubji u mistoqsijiet li s’issa għad m’għandniex risposta għalihom. Huwa ironiku ħafna l-fatt li dan l-isptar il-ġdid inbena iżgħar minn dak li kellna, l-Isptar San Luqa. Dan liema gvern, ikun min ikun, jiddeċiedi li jibni sptar ġdid iżgħar milli diġà għandu? Apparti minn hekk, xi ħaġa li għadha friska fl-imħuħ talpoplu Malti u Għawdxi, huwa l-fatt li dan l-isptar ġie jiswa ferm u ferm aktar milli kien stmat. Bħal donnu kienet ilprassi u xi ħaġa etikament u politikament korretta li l-istimi kienu jinbidlu minn żmien għal żmien. Ma rridux ninsew insemmu li, apparti l-fatt li dan l-isptar dam jinbena 17-il sena sħaħ, riċentament sirna nafu li huwa mifni bi problemi strutturali, tant li biex dawn ikunu indirizzati l-poplu Malti jrid jerġa’ jħallas xejn minn €150 miljun oħra. Dan kollu huwa riżultat ta’ inkompetenza grassa u stil ta’ tmexxija mibnija fuq it-tafal, fejn issa dawn l-imsemmija flus irid ikollu bilfors joħroġhom dan il-Gvern biex jirranġa l-iżbalji tal-amministrazzjoni preċedenti, liema flus setgħu faċilment jintużaw fuq proġett u affarijiet siewja oħra. Ma rridux ninsew ukoll li fil-verità ħadd ma jista’ jgħid eżattament dan l-isptar kemm sewa flus lill-poplu Malti. Dan hekk kif f ’moħħ Fenech Adami kien hemm is-somma ta’ €40 miljun. Imbagħad f ’moħħ Lawrence Gonzi beda jingħad li jista’ jiġi jiswa mal-€200 miljun. Iżda fl-aħħar mill-aħħar huwa
stmat li dan is-suppost sptar ġdid state of the art, kif kienu jħobbu jsejħulu, laħaq issomma astronomika ta’ €600 miljun. Madankollu, kien proprju bis-saħħa ta’ Gvern Laburista ġdid li dan il-qasam reġa’ beda jieħu l-ħajja. Bil-mertu ta’ kulħadd, fosthom tal-eks-Ministri Godfrey Farrugia u Konrad Mizzi, u issa bil-Ministru Chris Fearne, il-Maltin u l-Għawdxin kollha qed jaraw titjib konkret fis-servizz tassaħħa. Dan it-titjib jinkludi lista kbira ma tispiċċa qatt ta’ kisbiet, fosthom it-tnaqqis kbir li sar fil-mediċini out of stock, it-tnaqqis li sar fillisti ta’ stennija fejn jidħlu l-operazzjonijiet tal-katarretti u operazzjonijiet oħrajn, kif ukoll ammont ta’ proġetti ġodda li wħud minnhom bdew jitwettqu u oħrajn waslu biex. Jirriżulta li, filwaqt li sal-2013 persuna kienet iddum madwar tliet snin fuq il-lista ta’ stennija biex tagħmel operazzjoni, illum persuna ddum madwar sitt xhur tistenna. Bħala operazzjonijiet tal-katarretti żdied in-numru ta’ kemm qed isiru operazzjonijiet, fejn din is-sena se jkunu saru 4,332 operazzjoni talkatarretti meta mqabbel mal2,564 fl-aħħar sena ta’ Gvern Nazzjonalista. Dan ifisser li kien hemm żieda ta’ madwar 68% fl-operazzjonijiet li saru. Fl-aħħar sena ta’ Gvern Nazzjonalista kien
hemm 3,443 persuna fuq il-lista ta’ stennija filwaqt li bħalissa hemm madwar 1,385 jistennew li ssirilhom l-operazzjoni tal-katarretti. Jirriżulta wkoll li fid-Dipartiment tadDermatoloġija fl-Isptar Ġenerali f ’Għawdex m’hemmx listi ta’ stennija waqt li hemm 228 koppja li applikaw u qegħdin jistennew
li jingħataw b’xejn is-servizz tal-IVF. Wieħed mill-aktar dipartimenti li fih kien hemm tnaqqis drastiku fil-listi ta’ stennija huwa dak tal-Medical Imaging fejn minn sena u nofs għat-test tal-MRI illum tistenna bejn tlieta u erba’ xhur. Jekk dan mhux biżżejjed, ilbieraħ waslet l-aħbar li l-Gvern Malti qiegħed filviċin li jiffinalizza ftehim mal-Università ta’ Harvard – waħda mill-aqwa universitajiet fid-dinja – biex isservi ta’ konsulent għall-immaniġġjar tal-isptar il-ġdid f ’Għawdex. Dan se jsir bil-għan li jkun rikonoxxut bħala wieħed mill-aqwa sptarijiet fiddinja. Intant, proprju għada l-Ministru għas-Saħħa Chris Fearne se jkun fi triqtu lejn Boston, l-Amerika, biex jiġi ffinalizzat il-ftehim mal-Università Amerikana.
14 29|05|2016
kullhadd. com
ITTRI
SEMMA’ LEĦNEK Ibagħtilna ittra biex nippubblikawha fil-gazzetta KullĦadd. Preferibbilment l-ittri jkunu miktuba bil-kompjuter. INDIRIZZ POSTALI KullĦadd Ittri, Ċentru Nazzjonali Laburista, Triq Mile End, il-Ħamrun, ĦMR 1717. INDIRIZZ ELETTRONIKU editorial@kullhadd. com. Annotaw l-email billi fis-suġġett tindikaw li qed tibagħtu ittra.
RAJT MALTA SIMON BUSUTTIL U TINBIDEL Ċ-ĊEDOLI SIGRIETI Sur Editur,
Sur Editur, U le! Fejn sejjer b’rasek? Dan mhux xi volum minn ta’ Ganado. Irrid infisser il-verità li qed nara madwari. Mhux tort tal-Gvern preżenti u lanqas tal-Gvern preċedenti. U lanqas taħsbu li jien xi razzist. Il-biża’ tiegħi hi, li jekk tiftaħ ħalqek kontra persuni barranin issib ruħek il-Qorti u tiġi ammonit, jekk ma teħilx il-ħabs. Niġi għall-punt: jien insegwi ħafna l-aħbarijiet u ninnota li kważi l-maġġoranza tal-kriminalità – bħal serq, drogi, sess u ġlied bl-armi u qtil, jitwettaq mill-barranin. Din hija
realtà. Illum ma tista tmur imkien għax tkun moħħok fid-dar minn xi serqa. Lanqas tista’ tħalli tifla żgħira bilqiegħda fuq it-tarġa tal-bieb għax żgur isib xi gistuż jittantaha. Mur ħalli ċ-ċavetta fil-bieb bħalma konna nagħmlu dari! Il-kultura tal-Maltin inbidlet totalment. Jien nitħassar lil uliedna għax min jaf x’għad isibu fil-futur. Jien nixtieq nerġa’ nara lil art twelidi Malta ħielsa minn kull ħażen u tibqa’ żżomm il-kultura Maltija. INĦOBB LIL MALTA, IL-FGURA
ĊIVILI?
Sur Editur,
Mhux l-ewwel darba li ltqajt ma’ xi ħadd mill-kamp Nazzjonalista jew xi membru parlamentari u jsellimli; u mhux l-ewwel darba jew tnejn li anke waqfu jkellmuni. Nieħu gost. Għandhom x’għandhom f ’qalbhom għalija ma nafx, għax ilwiċċ huwa maskla li tużaha kif trid, imma almenu nistgħu nkunu ċivili lejn xulxin. Veru li fil-prinċipju qegħdin ‘in-north u s-south’ imma id-daħka fuq fommna lejn dak li jaħsiba differenti minna tagħmel iddifferenza kollha fid-dinja; turi minn barra li almenu ma hemmx mibegħda lejn xulxin. Andrew Borg Cardona huwa bniedem assolutament uniku. Qatt ma sellimli, avolja spiss niltaqgħu Triq ir-Reppublika; forsi għalhekk ġejt fi stat li b’bozza ta’ 25 teħodli X-ray, għax mhux qed niekol bl-inkwiet! Li bniedem iħoss xi ħaġa għal ħaddiehor li mhix kumplimentari nifhimha, imma li jgħidha ma nifhimha qatt. Li tgħajjar “bitch” lil xi ħadd qatt ma tissejjaħ kumplimentuża aħseb u ara meta din il-persuna jkolla DNA bħal tiegħu, u din xi ħaġa li jien ċerta minna. Mela Cardona għamel żewġ żbalji: l-ewwel li għajjar superstar bħal dik “bitch”, u t-tieni li għajjar waħda minn ‘tiegħu’ stess. Ara kemm hu baħnan is-sur avukat! Għalija personali Ira Losco seta’ kella simpatija ma Idi Amin għax ma jinteressanix x’politika tħaddan, kulma jien ċert minnu hu li għandha vuċi tad-deheb u min jaf x’bokka għandhom biha ommha, missierha u il-partner tagħha. Għandhom biex. Lill-Prim Ministru maħbub tagħna Dr Joseph Muscat għajru ‘mother******’, iżda din ma ħadthiex bi kbira. Lilna l-Laburisti jixtieq jixħetna ma’ ċorma sriep velenużi, aħseb u ara lill-Prim Ministru! Nixtieq naf lil min iħobb dan Andrew Borg Cardona, jew aħjar IM Beck għax fuq il-gazzetta The Times fuq kulħadd jgħid! Tant ta kasu l-Prim Ministru li saħansitra, l-għada li qal hekk fuqu Beck, dan irriżenja! Malta saret magħrufa mad-dinja kollha minħabba Dr Joseph Muscat!
Il-Kap tal-PN Simon Busuttil bagħat messaġġ lit-tesserati Nazzjonalisti biex iħeġġiġhom jagħtu self ta’ €10,000 lill-PN. Simon Busuttil kiteb li “…beda jaħdem b’determinazzjoni biex jiġġedded”. Iżda t-tesserati Nazzjonalisti għadhom b’emblema u bandiera li tfakkrek fi żmien il-faxxiżmu internazzjonali peress li l-isfond tal-arma tal-PN, magħrufa bħala ‘il-Maduma’, huwa iswed daqs il-faħam. L-Istess tesserati għadhom mobbija b’eksministri, segretarji parlamentari u membri parlamentari li għandhom diversi akkużi serji ta’ abbużi. It-tesserati tal-PN għadhom ukoll mgħobbija b’ħafna politika negattiva, qarrieqa u tgħawwiġ tal-fatti. Għalhekk, dak li kiteb il-Kap Nazzjonalista hu ferm ’il bogħod mill-verità għax il-partit għadu partit konservattiv. “…poġġejna l-finanzi tagħna fuq pedamenti sodi…” kitbilhom Simon Busuttil. Allura dan ifisser li Simon Busuttil se jerġa’ jwaqqaf l-istamperija tal-PN? Se jerġa’ jimpjega lil dawk il-ħaddiema li l-istess partit kien keċċa? Allura jekk hu kif kiteb Simon Busuttil, għala l-PN kellu jivvinta skema ta’ ċedoli sigrieti, jekk il-finanzi tal-PN huma fuq pedamenti sodi? Jidher ċar li l-Kap tal-PN qed jgħawweġ il-fatti anke fejn jidħlu l-finanzi tal-partit. Simon Busuttil kiteb “… politika li tirrispetta tassew il-prinċipji ta’ tmexxija onesta, nadifa u trasparenti…” Il-PN ilu s-snin li mtela’ tilja dejn. Dejn li qabel l-aħħar elezzjoni, meta Simon Busuttil kien Viċi Kap u Delegat Speċjali tal-PM Gonzi, Simon Busuttil kien jaf bih. Iżda Simon Busuttil mhux talli żamm fommu sieket
dwar dan id-dejn, u mhux talli ma qalx lit-tesserati Nazzjonalisti kemm kien dan id-dejn, talli anke issa Simon Busuttil għadu fommu sieket ta’ kemm hu verament iddejn li ħoloq il-PN għax kien jibbaża kollox fuq dejn, dejn u aktar dejn. Mela għandhom raġun li ħafna tesserati Nazzjonalisti qed isostnu li dak li kiteb Simon Busuttil mhux politika li tirrispetta tassew il-prinċipji ta’ tmexxija onesta, nadifa u trasparenti! Il-Kap Nazzjonalista kiteb lit-tesserati “…tmexxija li tuża l-poter mhux għall-benefiċċju talftit imma għall-ġid tal-ħafna”. Imma Simon Busuttil fejn kien meta l-Gvern ta’ GonziPN ta żieda ta’ €600 fil-ġimgħa lillministri tiegħu iżda mbagħad ta biss u €1.16 lill-familji? Fejn kien meta ċilindru gass ta’ 12-il kilogramm minn €5.40 sploda għal €20.60? Fejn kien meta l-gvern tiegħu għolla l-kontijiet tad-dawl u l-ilma għall-ogħla livell li qatt kienu? Verament li taħt l-aħħar Gvern Nazzjonalista kellna tmexxija fejn il-ftit talklikka kellhom ġid u benefiċċji bl-
abbundanza, iżda għal ħafna kien hawn il-faqar, nuqqas ta’ xogħol, xogħol prekarju u għoli tal-ħajja. “Il-PN jibni fiduċja ġdida filpolitika,” kiteb Simon Busuttil. Tibni fiduċja ġdida permezz talkazijiet koroh ta’ mgiba politika ferm skura ta’ Beppe Fenech Adami, Mario de Marco, Chris Said, Jason Azzopardi, Toni Bezzina, Tony Abela, David Agius, Francis Zammit Dimech, Richard Cachia Caruana, Ann Fenech u tal-istess Simon Busuttil? Fejn il-Kap tal-PN kien l-avukat ta’ kumpanija internazzjonali li tissupplixxi ż-żejt li ngħatat €5 miljun minn flus il-poplu biex din ma tiħux passi kontra l-Gvern ta’ GonziPN, għax l-istess kumpanija qatt ma kellha ċans li takkwista offerta biex tissupplixxi żejt matul l-iskandlu tax-xiri tażżejt? Simon Busuttil sejjer ferm żmerċ meta jaħseb li t-tesserati Nazzjonalisti kollha jħallu moħħhom ikun iddettat min dak li jikteb il-kap tal-partit. PINNA STORIKA, RAĦAL ĠDID
GEJTU L-KONSULENT Sur Editur,
Fil-programm ta’ ġrajjiet kurrenti Realtà, il-preżentatur Brian Hansford ippreżenta lill-mistednin li kienu se jieħu sehem fid-diskussjoni u, lil wieħed minnhom, introduċieh bħala konsulent. Dan il-konsulent ma kien ħadd ħlief l-ekskandidat Nazzjonalista Gejtu Vella. Brian ma speċifikax ta’ xiex jew ta’ min dan Gejtu huwa konsulent. Ma jimporta xejn li din l-informazzjoni ma ngħatatx fil-ftuħ tal-programm VALERIE BORG, għax matul id-diskussjoni IL-BELT VALLETTA ħareġ ċar u mingħajr dubju li
Gejtu Vella huwa konsulent għall-Partit Nazzjonalista. Filwaqt li t-tliet kelliema l-oħra, inkluż id-Deputat Nazzjonalista Gouder, żammew mal-linja ta’ raġunar mingħajr xejn partiġġjaniżmu, Gejtu Vella sa mill-ewwel intervent tiegħu, għalkemm ma kienx dirett fi kliemu, kien partiġġjan u, f ’kull intervent li għamel, f ’moħħu kellu għan wieħed: li jżeffen fin-nofs lil Konrad Mizzi. Baqa’ baqa’ sakemm daħħal lil Karl Gouder fix-xibka tiegħu u t-tnejn li huma spiċċaw jitkellmu biss fuq il-Ministru Mizzi. Però, ilkonsulent tal-PN, meta ffaċċjat
minn skandli li ġraw taħt gvernijiet Nazzjonalisti, l-onest Gejtu Vella ma riedx jitkellem fuq ilbieraħ iżda fuq għada. Ta’ konsulent ‘newtrali’ li hu, jippretendi li jiddetta fuq xiex għandha ssir id-diskussjoni, biex ma jweġġgħulux issentimenti partiġġjani tiegħu. Gejt, Malta żgħira u n-nies magħrufa u ieqaf ilgħabha ta’ newtrali. Il-maskra ilha li waqgħet minn ma’ wiċċek. Flelezzjoni ġenerali li jmiss se narawk fuq il-lista tal-kandidati Nazzjonalisti? TICHY, ĦAL LUQA
TA’ BARRA
kullhadd.com
29|05|2016 15
L-EWWEL SENA TA’ BUHARI: KIF INBIDLET IN-NIĠERJA?
Il-President Muhammadu Buhari ġie elett bil-wegħda li jġib il-bidla għall-poplu Niġerjan. L-awtriċi Niġerjana ADAOBI TRICIA NWAUBANI tikteb dwar dak li nbidel minn mindu Buhari ħa f ’idejh it-tmun tal-pajjiż preċiżament sena ilu; fid-29 ta’ Mejju 2015. l-inkwiet fin-Niġer qed jerġa’ jitfaċċa. L-attakki Nwaubani tgħid li dawk li riċenti fuq faċilitajiet tażjivjaġġaw regolarment lejn żejt ikkawżaw tnaqqis filproduzzjoni u żieda fil-prezz ilGrigal tan-Niġerja kienu internazzjonali taż-żejt. mdorrija bi vjaġġ li suppost idum kwarta jinbidel Fejn huma flusi? f ’wieħed ta’ siegħa. Kellek tieqaf kemm-il darba Qabel l-elezzjoni tas-sena f ’roadblocks u tinżel mill- l-oħra, l-għajta popolari fitvettura, filwaqt li suldati toroq kienet “Sai Buhari”, armati jispezzjonawlek il- li bil-Hausa, li hija l-iktar mitkellma fitvettura għal traċċi tal-grupp lingwa Tramuntana minn fejn Iżlamiku Boko Ħaram. Issa l-ammont ta’ roadblocks joriġina l-President, tfisser naqas sostanzjalment, anke “Buhari Biss.” Din l-għajta fit-triq lejn Chibok, grazzi saret donnha tislima maġika, għal iktar kunfidenza fis- li jaf takkwistalek skont waqt sigurtà tar-reġjun. L-armata xi xirja jew tippermettilek rebħet lura biċċiet ta’ li tgħaddi malajr miċterritorji li l-militanti checkpoints. Sena wara din l-għajta Iżlamiċi kienu okkupaw. IlBoko Ħaram iddgħajfu, u inbidlet għal “Buhariya”, li rrassenjaw ruħhom li jużaw tfisser “Il-mod ta’ Buhari” attakki suwiċida fuq postijiet jew “Is-siegħa ta’ Buhari”. faċli. Eluf ta’ nisa u tfal Dan is-slogan issa qed jintuża misruqa minn dan il-grupp biex jispjega l-evidenza inħelsu wkoll, inkluż waħda tal-ekonomija Niġerjana li mill-219-il student misruqa tinsab f ’diffikultà. Jekk tmur tixtri u ssib li l-prodotti minn Chibok f ’April 2014. Madankollu, minkejja għolew, malajr iwiġbuk bill-progress fil-Grigal, frażi “Buhariya!” Pajjiż iktar sigur?
Fejn huma flusna? Bħal dan iż-żmien sena, ħbiberija ma’ Sambo Dasuki, l-ekskonsulent tas-sigurtà nazzjonali, kienet tibdillek iċ-ċirkustanzi ekonomiċi tiegħek għal dejjem. Dasuki kien jirċievi ruxxmata inviti biex ikun il-mistieden ta’ unur f ’attivitajiet varji. Meta kien jidħol ġo kamra, kulħadd kien iqum bilwieqfa. Illum Dasuki qiegħed ġo ħabs f ’Abuja, jistenna li jgħaddi ġuri fuq allegat immaniġġjar ħażin ta’ biljuni ta’ dollari intenzjonati għall-ġlieda kontra l-Boko Ħaram, liema akkuża huwa qed jiċħad. Diversi rjus kbar oħra wkoll qegħdin il-ħabs jistennew li jgħaddu ġuri fuq każijiet ta’ korruzzjoni, jew qegħdin barra fuq bail. Persuni oħra li kienu qrib tal-gvern preċedenti jidhru ddisprati għall-flus u qegħdin ibigħu l-assi tagħhom. Jidher li l-viti li kienu qed joħorġu biljuni biex jintefqu bladdoċċ, ingħalqu fiż-żmien li Buhari ilu fil-poter. Fejn huma n-nisa? Li tkun l-parteċipazzjoni fil-livelli kollha ekonomiċi u l-ħajja huwa wieħed
żgurata tan-nisa politiċi, pubblika mill-miri
tan-Nazzjonijiet Uniti għal żvilupp sostenibbli. Madankollu, sitta biss minn 37 fil-kabinett ta’ Buhari huma nisa, li jammontaw għal 16%. Dan b’kuntrast malamministrazzjoni preċedenti li kellha 31%. Il-mara tal-President, Aisha, hija wkoll l-iktar first lady siekta li n-Niġerja kellha fi snin twal. Din bilkemm tinstema’ jew tidher, għajr għal meta forsi żżur xi kamp tar-refuġjati. Tidher bħala l-isterjotipa tal-mara ideali Afrikana. dan in-nuqqas tagħha jqajjem tħassib meta wieħed jikkunsidra li matul il-kampanja elettorali Buhari kien qal li se jneħħi l-kariga ta’ first lady, iżda mbagħad irtira l-idea meta kien ikkritikat mill-femministi. X’qed nilbsu?
magħrufa bħala babarigas, u l-kaftans, saru parti integrali, u kienu jintlibsu anke minnies li mhumiex ġejjin minn din iż-żona. Madankollu, dan inbidel fl-2011 bl-elezzjoni ta’ Goodluck Jonathan. Dan kien l-ewwel President li kien ġej minn wieħed mill-gruppi etniċi ż-żgħar, u anke l-ewwel wieħed min-Niġer Delta, finNofsinhar. Dan il-President kien jippreferi flokk twil u qalziet; tibdila komuni filkommunità. F’daqqa waħda l-barbariga sparixxiet, u din it-tibdila saret popolari. Ingħatat l-isem “kontroll tarriżorsi”, għax donnu kull min jilbisha kellu taħt idejh irriżorsi taż-żejt. Iżda għal darb’oħra dan kollu reġa’ nbidel, u sena wara l-elezzjoni ta’ Buhari din it-tibdila m’għadha tidher kważi mkien. Issa reġgħet daħlet il-barbariga. Lil hinn minn dawn il-bidliet li jaf jidhru superfiċjali, hemm ħafna iktar bidliet li l-poplu Niġerjan qed jistenna mingħand dan il-Gvern, u li għadhom ma tfaċċawx. Dawn il-bidliet jieħdu ż-żmien, u l-istruttura ta’ korruzzjoni u tmexxija ħażina trid tinħatt qabel ma jitpoġġew ilpedamenti tal-progress.
F’Abuja l-Gvern jinfluwenza l-istil tal-ilbies flamministrazzjoni kollha. Ilħaddiema tal-Gvern, il-ħbieb tal-Gvern u l-ħbieb aspiranti kollha jippruvaw jilbsu bħallpersuna li tinsab fil-quċċata. In-nies tat-Tramuntana mexxew lin-Niġerja għallmaġġoranza tat-tletin sena minn wara l-Indipendenza mill-Ingilterra fl-1960. Matul is-snin il-ħwejjeġ tradizzjonali tagħhom, Sors: BBC
16 29|05|2016
1
kullhadd.com
TA’ BARRA
MINN MADWA
IMUTU FIL-KURITURI
2 3 Speċjalisti fil-marda tal-kanċer fil-Venezwela qed isostnu li nofs il-pazjenti tagħhom qegħdin imutu bla bżonn minħabba li m’għandhomx aċċess għall-aktar mediċini bażiċi. Dawn it-tobba qegħdin isostnu li l-korruzzjoni rampanti u l-istat kaotiku qed iwasslu għal sitwazzjoni fejn huma ma jistgħux jikkuraw lill-pazjenti tagħhom, fejn saħansitra lanqas għandhom it-tagħmir bżonjuż biex jaħdmu. Qed ikun irrappurtat ukoll li, tant qed imutu nies, li l-kamra mortwarja hija mimlija sa ruħ ommha u, b’konsegwenza ta’ hekk, in-nies qed imutu fil-kurituri. Il-pazjenti li għadhom ħajjin qed jgħixu fil-ħmieġ, u lanqas għandhom aċċess għall-arja kkundizzjonat jew għal ilma nadif.
2
1
MIŻMUMA ERBGĦA
3 Fi tfittxija li għamlet il-Pulizija Belġjana fi djar f ’Antwerp arrestaw erba’ persuni fuq suspett li dawn jagħmlu parti minn grupp terroristiku u li bdew jirreklutaw persuni oħrajn biex jingħaqdu mal-militanti Iżlamiċi fis-Sirja u l-Libja. Tnejn minnhom kienu formalment arrestati filwaqt li t-tnejn l-oħra ġew meħlusa b’kundizzjonijiet Mill-investigazzjonijiet li saru, la nstabu armi u lanqas splussiv, u ma nstabet l-ebda evidenza li dawn għandhom x’jaqsmu mal-attakki li saru f ’Pariġi u fi Brussell aktar tard din is-sena. Madankollu, instab li dawn il-persuni setgħu kienu qed jippjanaw attakk ieħor fil-Belġju.
JISFRONDA MOLL F’FIRENZE Parti minn moll fix-Xmara Arno fiċ-ċentru ta’ Firenze sfronda bil-konsegwenza li parti mit-triq u minn tal-anqas 20 karozza spiċċaw f ’foss li għadu kif inbena. Dan seħħ qrib ħafna l-pont famuż ta’ Ponte Vecchio. Fil-fehma tal-uffiċjali responsabbli mit-tifi tan-nar, dan l-inċident kien ikkawżat minħabba li pajp kbir tal-ilma ma bediex jiffunzjona sew. Is-Sindku ta’ din il-belt Taljana, Dario Nardella, ikkonferma li b’xorti tajba ħadd ma weġġa’ f ’dan l-inċident li seta’ faċilment kien wieħed fatali. Huwa appella lis-sidien tal-karozzi biex ineħħuhom minn ħdejn din iż-żona u qal ukoll li nqatgħet l-provvista tal-ilma f ’parti minn din il-belt.
TA’ BARRA
kullhadd.com
AR ID-DINJA 6
29|05|2016 17
ESTREMISTA GĦAX SINGLE?
4 5 6
Skont artiklu li deher fil-midja Ċiniża kien irrappurtat li l-mexxejja l-ġdida tat-Taiwan Tsai Ing-wen għandha “stil estremist” minħabba l-fatt li mhijiex miżżewġa. Dan l-artiklu qajjem furur kbir fil-midja soċjali. L-utenti Ċiniżi tal-midja soċjali, fil-maġġoranza tagħhom, appoġġaw lil din il-mexxejja li ma ddejqitx titkellem fl-apert fuq l-istatus tagħha. Ing-wen ħadet il-ġurament tal-ħatra l-ġimgħa l-oħra bħala l-ewwel President mara tat-Taiwan. Il-partit li tagħmel parti minnu Ing-wen, dak tad-DPP li jxaqleb lejn indipendenza miċ-Ċina, rebaħ l-elezzjonijiet ta’ Jannar li għadda, liema rebħa ġabet fi tmiem perjodu ta’ tmien snin taħt it-tmexxija tal-partit pro-Beijing.
5
4
MEXXEJ ĠDID GĦAT-TALIBAN
SFURZATI JEĦDULHA B’IDEJHA Studenti Musulmani fl-Iżvizzera jridu bilfors jieħdu b’idejn l-għalliema tagħhom fil-bidu tal-lezzjonijiet. Dan skont kif qatgħetha awtorità reġjonali tal-istess pajjiż wara li ngħatat eżenzjoni kontroversjali lil żewġ żgħażagħ subien Musulmani li, skont l-interpretazzjoni tagħhom tal-Koran, huma ma jistgħux imissu parti mill-ġisem ta’ xi ħadd tas-sess oppost tagħhom. Skont din id-deċiżjoni, jekk dawn iż-żgħażagħ jirrifjutaw li jagħmlu dan, il-ġenituri tagħhom se jkunu qed jintalbu jħallsu multa. Fil-pajjiż tal-Iżvizzera, li l-istudenti jieħdu b’idejn l-għalliema tagħhom huwa sinjal ta’ rispett u hija wkoll tradizzjoni twila li permezz ta’ din id-deċiżjoni żgur mhux se tkun qed tinqata’ fil-futur qrib.
It-Taliban ħabbar mexxej ġdid biex ikun jista’ jieħu post Mullah Akhtar Mansour li safa maqtul wara attakk militari mill-forzi Amerikani. Fi stqarrija, it-Taliban ikkonferma għall-ewwel darba l-mewt ta’ Mansour u ħabbar il-mexxej il-ġdid li jġib l-isem ta’ Mawlawi Hibatullah Akhundzada. Analisti ta’ dawn il-gruppi terroristiċi sostnew li huwa improbabbli li dan il-grupp jibdel l-ideoloġija reliġjuża tiegħu taħt dan il-mexxej il-ġdid. Kien proprju biss is-sena l-oħra li t-Taliban għadda minn kriżi simili ta’ mexxejja hekk kif l-istess Mansour kien ħa post il-fundatur ta’ dan il-grupp, Mullah Mohammad Omar.
18 29|05|2016
kullħadd.com
MILL-ISTORJA
LOUISE ASTON (1818-1871) KITTIEBA RADIKALI ĠERMANIŻA kitba ta’ Alfred Consiglio
Louise Aston kienet waħda mill-aktar kittieba nisa radikali Ġermaniżi tal-era Vormärz. Kienet waħedha li qabblet is-sitwazzjoni tan-nisa ma’ dik tal-klassi ħaddiema f ’soċjetà kapitalista; hija wkoll irrikonoxxiet li l-emanċipazzjoni tat-tnejn tiddependi fuq l-iskartar komplut tal-istituzzjonijiet patrijarkali. Il-pożizzjonijiet provokattivi u bla kompromess, speċjalment is-sejħa tagħha lejn is-sehem maskili aċċettati, firduha minn attivisti nisa oħra ta’ żmienha. Hija ma ħalliet ebda djarji u ebda ittri, għalhekk kulma nafu dwar ħajjitha huwa minn kitbietha. Aston, bint qassis protestant, twieldet fis-26 ta’ Novembru 1814, u ta’ 17-il sena żżewġet industrijalist sinjurun li kien magħżul mill-ġenituri tagħha. Wara 13-il sena ta’ żwieġ, li matulhom saret radikali permezz ta’ kuntatti malħaddiema fil-fabbriki ta’ żewġha, u bl-għarfien dejjem jikber tas-sehem limitat li s-soċjetà tat lin-nisa, hija ddivorzjat lil żewġha u telqet flimkien ma’ bintha lejn Berlin. Hija kienet determinata li tgħix bħala kittieba, taħdem għal tibdil politiku u soċjali. F’Berlin ħasdet lill-borgeżija bl-opinjonijiet tagħha, bi lbies maskili u tipprattika mħabba libera. Fl-1848, anke qabel ma xi kitbiet tagħha kienu ppubblikati, hija sfat eżiljata minn Berlin fuq akkużi li kellha konnessjonijiet ma’ kittieba estremisti u li fetħet klabb iħeġġeġ l-emanċipazzjoni tannisa u l-ateiżmu. Hija kienet iddikjarata periklu pubbliku u sfat imkeċċija minn bliet Ġermaniżi oħrajn. Mat-tibdil li ġabet is-sena 1848, Aston irritornat Berlin. F’Marzu hija ġġieldet fuq il-barrikati u lejn tmiem is-sajf marret SchleswigHolstein fost il-ġlied bejn id-
Danimarka u l-Prussja. Minn Novembru sa Diċembru, meta r-reazzjoni kienet minn fuq, hija ppubblikat seba’ ħarġiet ta’ dik li kienet intenzjonata li tkun il-gazzetta Der Freischärler. Rikonoxxuta bħala l-ewwel gazzetta
tal-moviment femminili Ġermaniż, l-għan tagħha kien li temanċipa lin-nisa u ’l-ħaddiema billi tgħaqqadhom ma’ ħassieba progressivi millistati Ġermaniżi kollha. Meta r-rivoluzzjoni falliet, Aston kellha taħrab, tiġġerra
minn belt Ewropea għal oħra. Marida u għajjiena, hija marret toqgħod f ’belt żgħira fin-naħa t’isfel tal-Ġermanja fejn għexet bil-moħbi bħala Louise Meier sakemm mietet. Aston kienet tagħmel parti mill-ewwel ġenerazzjoni tas-
seklu dsatax li tikteb liriċi politiċi u li tagħmel linnisa bħala l-figura ċentrali tan-novelli tagħha. Kritiċi kkreditawha bl-introduzzjoni ta’ stil letterarju ġdid, dak tal-mara politikament attiva li taġixxi fuq l-inizjattiva tagħha. L-opinjonijiet politiċi u l-insistenza fuq it-tneħħija ta’ tabujiet sesswali fil-kitbiet tagħha kienu aktar radikali minn dawk ta’ nisa li ġew warajha. Ix-xogħol l-aktar miftuħ ta’ Aston kien Meine Emanzipation: Verweisung und Rechtfertitung (L-Emanċipazzjoni Tiegħi: Riferiment u Ġustifikazzjoni) (1846), fuljett ippubblikat fi Brussell, li ddiżapprova t-tkeċċija tagħha minn Berlin. Tipponta l-isfida tagħha lejn il-poplu Ġermaniż, hija għaqqdet id-destin tagħha ma’ dak tal-poplu inġenerali u sejħet għal tibdil komplet fissistema soċjopolitika. It-tliet novelli tagħha għaqqdu elementi awtobijografiċi ma’ stejjer. Kollha avvanzaw ugwaljanza soċjali u sesswali, u kienu kkundannati talli skorrew il-limiti. It-temi, kemm ta’ Aus dem Leiben einer Frau (Mill-Ħajja ta’ Mara) (1847) u kemm ta’ Lydia (1847) kienu għarfien tan-nisa li l-attiviżmu politiku tagħhom kien neċessarju biex tinkiseb l-ugwaljanza mixtieqa. F’talewwel, hija wkoll eluċidiet ilkredu artistiku tagħha. Il-kitba tagħha Revolution und Contrerevolution (Rivoluzzjoni u Kontrarivoluzzjoni) (1849) kien lok għal diskussjoni talfalliment tar-rivoluzzjoni; ir-rakkont personali tarrivoluzzjoni niseġ l-istorja ta’ mara politika iżda emozzjonali ma’ storja sentimentali ta’ mħabba. L-ewwel poeżiji tagħha Wilde Rosen (Fjuri Selvaġġi) (1846) sfidaw valuri borgeżi billi ffavorew imħabba libera. Louise Aston mietet fil-21 ta’ Diċembru 1871.
INNOVAZZJONI
kullhadd.com
29|05|2016 19
MESSAĠĠI TA’ SOPRAVVIVENZA MILL-ANTENATI TAGĦNA Clayton Cutajar B.Ed (Hons.), M.Ed. fix-Xjenzi
F’Atlanta skoprew li l-ġrieden jistgħu jgħaddu informazzjoni li jkunu tgħallmu minn ċertu esperjenzi trawmatiċi jew stressanti f ’ħajjtihom liż-żgħar tagħhom
Qatt xi darba smajt lil xi ħadd jirrakkonta li jiftakar esperjenzi minn ħajjiet passati? Jew forsi tibża’ jew għandek fobija jew anzejtà minn xi ħaġa? Hemm ċans tajjeb li dak hu mod kif l-antenati tiegħek qed jippruvaw iwasslulek xi tip ta’ messaġġ. Numru ta’ riċerki xjentifiċi li saru f ’dawn l-aħħar snin juru li ċertu esperjenzi trawmatiċi jew stressanti li ngħaddu minnhom jissawru f ’memorji li jistgħu jgħaddu minn ġenerazzjoni għall-oħra. L-idea li l-memorji jista’ jkollhom effett fuq id-DNA u anke s-sistema ta’ nervituri tagħna hi xi ħaġa straordinarja għal numru ta’ raġunijiet. L-ewwel nett dan jurina li l-ambjent ta’ madwarna u dak kollu li nkunu esposti għalih jista’ jaffettwa lill-ġenerazzjonijiet futuri tagħna, kif ukoll jikkonferma li ċertu reazzjonijiet fi ħlejqa li minn dejjem kienu meqjusa bħala istint, bħal ngħidu aħna stkerrih minn ċertu rwejjaħ jew biża’ minn ħlejqiet oħra, jaf hemm storja twila u kkumplikata warajhom u mhux sempliċiment istint. Riċerkaturi fl-Emory University School o f Medicine f ’Atlanta skoprew li l-ġrieden jistgħu jgħaddu informazzjoni li jkunu tgħallmu minn ċertu esperjenzi trawmatiċi jew stressanti f ’ħajjihom liż-żgħar tagħhom. Dawn il-memorji jistgħu jgħaddu għand ġenerazzjonijiet futuri permezz ta’ bidla fid-DNA tal-ħlejqa partikolari. Din il-bidla bħal titfi jew tixgħel partijiet partikolari mid-DNA fejn saħansitra tintiret fiż-żgħar tagħom. B’hekk aktarx huwa possibbli li l-ġrieden ikunu wirtu xi esperjenzi tal-antenati tagħhom. Normalment dawn il-memorji u l-esperjenzi jservu bħala protezzjoni minn ċertu fatturi jew sitwazzjonijiet tal-ħajja. Hekk kif dawn il-proċeduri jseħħu fil-ġrieden, hemm ċans kbir li jseħħu anke fina l-bnedmin. Ħafna minna probabbli nassumu li l-memorji u l-esperjenzi li għandna jiġu msawra matul ħajjitna permezz ta’ tagħlim jew permezz ta’ esperjenzi fattwali li ngħaddu minnhom. Dan hu minnu għal ħafna mill-memorji, però probabbilment mhux għal kollha kemm huma. Ċertu memorji jista’ jkun li jkunu tal-antenati tagħna fejn ġew imsawra f ’ġenerazzjonijiet preċedenti. Permezz ta’ dawn l-iskoperti, hemm indikazzjonijiet ċari li, meta esperjenza tkun trawmatika jew stressanti, il-ġisem jara kif jagħmel biex, mhux talli jiftakarha hu, imma saħansitra jgħaddiha lit-tfal u din tibqa tintiret mal-ġenerazzjonijiet ta’ wara permezz ta’ bidla fid-DNA. Dan hu parti mill-mekkaniżmu ta’ selezzjoni naturali li jgħin lil ċertu ħlejqiet fil-proċess tassopravvivenza tagħhom. Fl-istess ħin, permezz ta’ aktar studju
u riċerki, dawn ir-riżultati jistgħu jgħinuna nifhmu ċertu fobiji irrazzjonali li jeżiżtu fost in-nies. F’dan l-istudju li ġie ppublikat fil-ġurnal Nature Neuroscience, ix-xjentisti investigaw grupp ta’ ġrieden li esperjenzaw skumdità qrib il-fjuri taċ-ċirasa kull darba li resqu lejh (prattika li fl-opinjoni tiegħi tista’ tqajjem mistoqsijiet etiċi dwar it-trattament tal-annimali). Instab li ż-żgħar ta’ dawn il-ġrieden urew attitudni ta’ biża’ lejn dawn il-fjuri b’mod awtomatiku malewwel darba li resqu lejh. Il-ġenerazzjonijiet ta’ wara wrew l-istess attitudni wkoll, allura dan jista’ jindika li l-memorji jistgħu jsibu posthom fid-DNA ta’ ħlejqa b’mod permanenti. Interessanti wkoll li fi studju ieħor ippubblikat fil-ġurnal Nature America, fl-2014 instab li l-memorji tal-ġrieden jistgħu jiġu affettwati minn ċertu kimiki filħalib tal-omm. Dr Miklos Toth, mill-Weill Cornell Medical College, sab li dawn il-kimiki li jinġarru fil-ħalib talomm jikkawżaw bidliet f ’moħħ iż-żgħar fejn jissawru xi memorji. Però, mhux sitwazzjonijiet stressanti u trawmatiċi biss jistgħu jixegħlu jew jitfu partijiet mid-DNA tagħna. Studju ieħor li ġie ppubblikat fl-2013 wera kif ċertu fatturi tal-ambjent tagħna, bħall-istil tal-ħajja, età jew mard, jistgħu jitfu jew jixegħlu partijiet midDNA. Dawn it-tibdiliet jistgħu jikkawżaw ilCrohn’s fost kundizzjonijiet oħra bħal obeżità, dijabete u anke artrite. F’numru ta’ riċerki oħra, xjentisti rnexxielhom jimmodifikaw biċċiet mid-DNA ta’ ġrieden biex ifejquhom minn ċertu kundizzjonijiet ereditarji li normalment joħorgu aktar tard fil-ħajja ta’ dik il-ħlejqa partikolari. Jista’ jagħti l-każ li l-istess proċedura taħdem fuqna l-bnedmin. Dan ikun ifisser li hemm tama li, xi darba fil-futur qrib, insibu mod kif neliminaw darba għal dejjem ċertu kundizzjonijiet bħal dawk fil-fwied. Id-DNA jinsab f ’kull ċellola ta’ ġisimna u fih l-informazzjoni kollha li ġisimna għandu bżonn biex jikber, jifforma u jgħix. Kull karatteristika tagħna hija riflessa mid-DNA u kull bidla fid-DNA tagħna li tinħoloq waqt ħajjitna hemm ċans li tkun riflessa fit-tfal tagħna u fil-ġenerazzjonijiet futuri tagħhom. Il-kulur naturali ta’ xagħarna, il-fatturi ta’ wiċċna, il-kundizzjonijiet ta’ ġisimna u saħansitra anke ċertu memorji huma msawra fid-DNA tagħna.
Id-DNA jinsab f ’kull ċellola ta’ ġisimna u fih l-informazzjoni kollha li ġisimna għandu bżonn sabiex jikber, jifforma u jgħix
KALEJDOSKOPJU
20 29|05|2016
kullħadd.com
Fatti miġbura minn
KURŻITAJIET
€5 MILJUN MINSIJA F’ĦANGAR
CHARLES B.
SPITERI
ĠRAW BĦAL-LUM 1900: It-trademark ‘Escalator’ tiġi reġistrata mill-kumpanija Otis Elevator. 1903: Il-kolp ta’ stat ta’ Mejju: Alexander Obrenovich, Re tas-Serbja u r-Reġina Draga, jinqatlu f ’Belgrad mill-organizzazzjoni Id Sewda (Crna Ruka). 1905: Pogrom kontra l-komunità Lhudija fi Brisk, il- Litwanja. 1910: Enċiklika tal-Papa fuq Editae Saepe, kontra r-riformaturi tal-Knisja. 1914: Vapur jibqa’ dieħel fil-vapur Kanadiż, l-Empress of Ireland, fix-Xmara San Lawrenz. Imutu 1,024 persuna. 1916: Adottata l-bandiera uffiċjali tal-President Amerikan. 1919: Charles Strite japplika għal-liċenzja tal-invenzjoni tiegħu tat-toaster li jitla’ u jinżel. 1919: It-tbassir ta’ Albert Einstein, li d-dawl jintlewa, jiġi konfermat minn Arthur Eddington. 1919: Titwaqqaf ir-Repubblika ta’ Prekmurje – stat li ma għexx fit-tul u lanqas kien konoxxut, sa ma fis-6 ta’ Ġunju tal-istess sena jiġi inkorporat fir- renju mwaqqaf mill-ġdid tas-Serbi, Kroati u Sloveni (bl-isem ġdid ta’ Jugoslavja, fl-1929). 1919: Spedizzjoni mħallsa mis-Soċjetà Rjali ta’ Londra tosserva eklissi totali tax-xemx fil-Golf ta’ Guinea, ’il barra mill-kontinent Afrikan. 1928: Fritz von Opel itella’ 200 kilometru fis-siegħa bil- karozza-rokit sperimentali. 1935: Il-bastiment Franċiż Normandie jitlaq għall-vjaġġ inawgurali tiegħu u jasal fil-belt ta’ New York fit-3 ta’ Ġunju. 1940: Adolf Kiefer jgħum ir-rekord dinji ta’ 100 jarda backstroke fi 58.8 sekonda. 1940: It-Tieni Gwerra Dinjija: Il-Ġermaniżi jaħtfu Ostend u Ypres fil-Belġju u Lille fi Franza. 1942: Bing Crosby jirrekordja d-diska White Christmas; l-aktar diska li nbiegħet sal-lum. 1943: Titwaqqaf il-Konfederazzjoni tal-Alġerija bejn Churchill-Marshall u Eisenhower. 1943: Jibda r-razjonar tal-laħam u l-ġobon fl-Istati Uniti. 1944: It-truppi Brittaniċi jokkupaw Aprilia, fl-Italja. 1949: L-ewwel darba li jingħataw l-awards għall-films Ingliżi (BAFTAS). Jirbaħ il-film The Best Years of Our Lives. 1951: Issir l-ewwel titjira għan-North Pole, f ’ajruplan b’magna waħda. Jagħmilha CF Blair. 1953: Edmund Hillary minn New Zealand u Tenzing Norgay min-Nepal huma l-ewwel nies li jitilgħu fil- quċċata tal-Muntanja Everest, bħala parti minn Spedizzjoni Brittanika. 1951: Il-500 anniversarju mill-waqgħa ta’ Kostaninopli u t-tmiem tal-Imperu Biżantin (sas-Sultan Ottoman Mehmed II). 1959: Charles de Gaulle jifforma l-Gvern Franċiż. 1967: Il-Papa Pawlu VI jħabbar 27 kardinal ġdid, fosthom lil Karol Wojtyla, Arċisqof ta’ Krakov, li aktar tard isir Papa Ġwanni Pawlu II. 1969: Strajk ġenerali f ’Cordoba, l-Arġentina, iwassal għal inkwiet ċivili f ’Cordobazo. 1973: Thomas Bradley elett bħala l-ewwel sindku iswed ta’ Los Angeles, f ’Kalifornja. 1977: Jintemm is-servizz ta’ 24 siegħa aħbarijiet tal-NBC News & Information Service. 1979: L-Isqof Abel Muzorewa jingħata l-ġurament bħala l-ewwel Prim Ministru iswed f ’Zimbabwe. 1982: L-ewwel żjara papali fl-Ingilterra sa mill-1531. 1988: Il-President tal-Pakistan Zia ul-Haq ineħħi l-Gvern u jxolji l-Parlament. 1990: Boris Yeltsin jiġi elett President tar-Repubblika Russa. 2012: Il-pulizija Indoneżjana tagħmel l-akbar qabda ta’ droga f ’għaxar snin wara li taqbad aktar minn miljun pillola ecstasy b’valur ta’ $45 miljun.
Kollezzjoni ta’ sitt ajruplani Messerchmitts, li kellhom sehem fil-film epiku Battle of Britain kważi 50 sena ilu, inbiegħu għal madwar €5 miljun wara li għal dawn is-snin kollha ntnesew f ’ħangar. Dawn l-ajruplani tal-ġlied, li ssieltu ma’ Spitfires u Hurricanes fil-battalja tal-ajru fuq in-naħa t’isfel tal-Ingilterra fl-1940, instabu maħżuna f ’ħangar mimli trabijiet f ’Texas, l-Istati Uniti. L-istess ajruplani ntużaw fil-film epiku u klassiku tal1969, fejn dehru numru ta’ artisti internazzjonali, fosthom
Michael Caine, Laurence Olivier, Treor Howard, Christopher Plummer u Kenneth Moore. Il-produtturi tal-film xtraw 50 Messerschmitt – li, ironikamnet, kellhom l-istess magna Rolls Royce Merlin li bħalha kellhom il-famużi Spitfires u Hurricanes tal-RAF – u 32 Heinkel, u 33 Spitfire u Hurricane. Meta ntemm il-ġbid tal-film, is-sitt Messerchmitts li kien fadal spiċċaw f ’Texas għand il-biljunarju taż-żejt u entużjast enormi tal-gwerra, Wilson ‘Connie’ Edwards.
Dan il-bniedem, ta’ 80 sena, li kien artist tal-films bħala stunt pilot, ingħata l-ajruplani bħala ħlas għax-xogħol tiegħu fil-film. Issa, wara 40 sena, dawn l-ajruplani nbiegħu lil kumpanija Żvizzera li se tirrestawra tnejn u tbigħ l-erbgħa l-oħra lil mużewijiet jew restawraturi. L-ewwel ajruplani bħal dawn li nbiegħu kienu saru għallewwel darba u ppruvati matul il-Gwerra Ċivili Spanjola fl1937 u l-1938 biex ikunu jistgħu jiżviluppawhom u jtejbuhom qabel il-bidu tat-Tieni Gwerra Dinjija.
IL-QEDEM FL-UŻU TAŻ-ŻEJT TAŻ-ŻEBBUĠA
L-eqdem traċċi li jeżistu tażżejt taż-żebbuġa nstabu meta minn taħt l-art f ’Iżrael ittellgħu bċejjeċ ta’ fuħħar antik. L-arkeologi tellgħu fdalijiet ta’ 8,000 sena ilu minn Ein Zippori, belt tal-ewwel Żmien tal-Bronż fin-naħa t’isfel tal-Galilea. Mill-istudju li sar fuqhom jirriżulta li fir-reċipjenti nstabu traċċi tal-pjanta taż-żejt, simili ħafna għal dik użata wkoll illum. Ianir Milevski u Nimrod Getzov mill-Awtorità talAntikità Iżraeljana riedu
jistudjaw x’kien ikun maħżun u għal xiex kienu jintużaw dawn ir-reċipjenti mill-abitanti talpassat. Huma qalu li, għalkemm hu impossibbli biex ikunu jafu eżatt, jidhrilhom li fihom kien hemm l-ispeċi ta’ żebbuġ li ġie domestikat u tħallat mal-qamħ u l-legumi li kienu jitkabbru flgħelieqi. Hu magħruf li dawn l-uċuħ kienu jitkabbru madwar 2,000 sena qabel ma bdew imorru n-nies f ’Ein Zippori. Bl-
adozzjoni taż-żejt taż-żebbuġa, id-dieta Mediterranja bażika kienet kompluta. Jingħad li, mill-qedem sal-lum, l-ekonomija Mediterranja kienet ibbażata fuq il-kwalità għolja taż-żejt taż-żebbuġa u l-qamħ, u dawn spiss jissemmew ukoll fil-Bibbja. Hu fatt magħruf ukoll li l-użu taż-żejt sa minn qabel il-Lhud, kien użat fil-prattika tar-reliġjon pagana, u dan peress li kien jitqies bħala sors uniku għallfertilità.
KUN AF
kullhadd.com
29|05|2016 21
KUN AF
META L-ĦABSIN KIENU JINTBAGĦTU L-AWSTRALJA
Kurżitajiet minn hawn u minn hemm Kitba ta’
SAVIOUR
MAMO
Il-Kontinent Awstraljan kien il-post ideali għallġustizzja Ingliża biex tibgħat fih eluf ta’ ħabsin jiskontaw is-sentenza tagħhom. Fil21 ta’ Jannar 1788, ilKaptan Arther Phillip, li kien ukoll il-kmandant talflotta, kien daħal fil-Port ta’ Jackson b’751 kalzrat (ħabsi) akkumpanjati b’252 għassies flimkien mal-familji tagħhom. Din kienet l-ewwel darba għallEwropej li jirfsu fuq dik l-art. Gimgħa wara, bħala tifkira, saret ċerimonja bittlugħ tal-bandiera Ingliża f ’Sydney. Fis-sena ta’ wara waslu żewġ bastimenti oħra mimlijin b’numru ieħor ta’ kalzrati Bastiment wara l-ieħor, ilpopolazzjoni bdiet tikber għax, minbarra l-ħabsin, bdew jaslu wkoll familji u qraba ta’ dawk ikkundannati.
Bdew jiffurmaw kolonji u New South Wales saret l-ewwel belt li kibret b’dawn l-emigranti ġodda. Sena wara sena l-emigranti li 20% tagħhom kienu nisa, bdew jinbagħtu wkoll lejn il-gżejjer ta’ Norfolk, Van Diemen, Port Maquarie u fil-Bajja ta’ Moreton. Ilħabsin nisa kienu jintbagħtu jaħdmu l-iktar f ’fabbriki tal-insiġ għax f ’dawk iżżmienijiet kien hemm domanda kbira għad- drapp. Waħda mill-iktar fabbriki li baqgħet tissemma kienet The Parramatta Factory, li kienet tħaddem nisa tqal u tieħu ħsieb ukoll lil ulied l-impjegati waqt il-ħin taxxogħol. Dixxiplina kbira Ħafna mill-ħabsin ma kinux jissakkru fiċ-ċelel, imma
jinbagħtu jaħdmu skont issengħa li kellhom jew filmestier li jixtiequ jaħdmu. Kien hemm minn kellu s-sengħa ta’ mastrudaxxa, bennej, infermier, gabillott jew jieħu ħsieb il-baqar, eċċ. Minn kellu ftit aktar edukazzjoni, kien isib xogħol f ’xi uffiċċju. Kull kwalità ta’ xogħol kien bżonjuż, tant li kienet faċli li taqla’ sold. L-iktar xogħol imfittex kien ix-xogħol fil-kostruzzjoni; kien hemm domanda kbira għal ħaddiema biex jibnu t-toroq, pontijiet, sptarijiet u djar. Kienet tinżamm dixxiplina kbira u min kien iġib ruħu tajjeb malġustizzja kien jingħata speċi ta’ biljett bħala ċertifikat biex titnaqqaslu l-piena talħabs, imma min ixellifha mal-ġustizzja kien isib ruħu marbut bil-ktajjen u ttrattat b’mod annimalesk. Għadda ż-żmien u l-kolonji kibru u tħalltu ma’ ħafna kulturi differenti. Sal-l820, il-parti l-kbira tal-kalzrati kienu liberi u ħadd ma xtaq li jerġa’ jmur lura lejn pajjiżu. Kienu 6% biss il-kalżrati li jaqilgħu l-inkwiet, u mhux l-ewwel darba li dawn kienu jiġu kkastigati bis-swat bilfrosta. Ma kinux jitħalltu ma’ ħabsin oħra u lanqas kienu jridu jmorru jaħdmu
– kienu biss jieklu u jilagħbu fil-bitħa prinċipali tal-ħabs. Sal-1852 insibu li kien hemm mal-1,800 kalżrat minn Wales li l-biċċa l-kbira tagħhom ma kinux jafu jitkellmu bil-lingwa Ingliża. Sfortunatament, dawn ġew iżolati f ’ħabsijiet oħra. Ħafna minn dawn l-istejjer ta’ krudeltà fost il-ħabsin jissemmew f ’għanjiet u kanzunetti antiki Awstraljani. Inħadmu wkoll films fuq dan is-suġġett, li juru it-tbatijiet li għaddew minnhom il-kalzrati. L-aħħar vjaġġ bil-ħabsin lejn l-Awstralja kien sar fid-9 ta’ Jannar tal-1868, bil-bastiment Hougoumont li wassal 269 ħabsi. B’kollox, f ’perjodu ta’ 80 sena, mal-162,000 raġel u mara ġew deportati lejn l-Awstralja. Skont l-istorja, dawn twasslu bi 806 vjaġġ. Nistgħu ngħidu li dawn innies kienu l-pijunieri li bnew l-Awstralja. Minn kienu l-ħabsin? Insibu li 70% kienu Ingliżi, 24% Irlandiżi u 5% Skoċċiżi, però kien hemm minnhom li kellhom demm Indjan, Kanadiż, Ċiniż u Maori (New Zealand). Kien hemm ukoll ilsiera
mill-Karibew. Ħafna minn dawn il-ħabsin kienu kkundannati minħabba serq minħabba li dak iżżmien wieħed kien jispiċċa jgħix bis-serq minħabba li kien jeżisti ħafna ġuħ. Il-pieni kienu ħorox; fuq sempliċiment akkuża żgħira kont tiġi deportat għal seba’ snin. Jekk tinqabad tisraq xi ħaġa b’valur iktar minn xelin ($50 tal-lum) tingħata piena tal-mewt bit-tgħalliq. Il-ġustizzja Ingliża kienet iktar krudili man-nisa milli mal-irġiel u min jaf kemm nisa innoċenti ġew deportati għalxejn lejn l-Awtralja. Il-Maltin Minħabba li Malta kienet tagħmel parti mill-kolonja Ingliża, ċertu Maltin missithom ukoll din ix-xorti ħażina. Jekk tinzerta li int Malti kont tkun ikkastigat aktar bl-aħrax quddiem ilġustizzja Ingliża. Fl-1810 intbagħtu l-ewwel Maltin lejn l-Awstralja bħala kastig, li nbagħtu jaħdmu filkannamieli b’kundizzjonijiet mill-agħar. Illum id-dinja nbidlet u n-nies iżuru l-Awstralja għall-vaganza u biex jitpaxxew bil-ġmiel ta’ dan il-kontinent.
kullhadd.com
22 29|05|2016
MIN IĦADDEM
KIF TAĦSIBHA L-ASSOĊJAZZJONI TA’ MIN IĦADDEM?
FTEHIM FUQ L-INFURZAR TAL-LIĠI B’RISQ IL-PERSUNI B’DIŻABILITÀ Anton Vella SMEs Helpdesk Executive Malta Employers’ Association
Id-data tat-28 ta’ April 2016, hija importanti għax fil-Berġa ta’ Kastilja ġie ffirmat ftehim (MOU) bejn l-Assoċjazzjoni ta’ min iħaddem, il-Kamra talKummerċ, u l-Korporazzjoni għal-Impjiegi u t-Taħriġ (ETC), dwar kif għandu jiġi applikat l-infurzar tal-liġi li tistabbilixxi li 2% tal-impjegati jkunu persuni b’diżabbilità. Fil-preżenza ta’ uffiċjali millKNPD u saħansitra l-Prim Ministru Joseph Muscat innifsu, Arthur Muscat, President tal-MEA, ħassu kburi li kellu jkun hu f ’isem l-Assoċjazzjoni li jiffirma dan il-ftehim, għax b’hekk inkitbet paġna oħra fl-istorja tal-Assoċjazzjoni fejn għal darb’oħra kienet strumentali sabiex ġew iċċarati u solvuti d-differenzi li kienu jeżistu bejn is-settur tal-employers u l-Gvern. L-MOU jikkonsisti fi 13-il paragrafu, li bejn wieħed u ieħor huma dawn : 1. Li l-employer għandu jkun hu li jidentifika min millimpjegati tiegħu huma uffiċjalment reġistrati bħala persuni b’diżabbiltà. Hija l-intenzjoni li l-Att li jirregola l-Jobplus jagħti s-saħħa lillETC biex ikun jista’ jipprovdi lill-istess employers id-dettalji personali ta’ individwi li huma reġistrati kemm mal-ETC, ilKNPD kif ukoll, ’il quddiem, mar-reġistru uniku ta’ persuna b’diżabbiltà. Sakemm dan irreġistru uniku jiġi stabbilit, l-ETC se tingħata aċċess għar-reġistri kollha eżistenti li jinkorporaw fihom ismijiet ta’ persuni b’diżabbiltà, biex b’hekk ikunu jistgħu jiġu kkunsidrati fil-kalkoli talkwoti stabbiliti bil-liġi. 2. Jekk persuna li tkun reġistrata bħala persuna b’diżabbiltà, tingħata impjieg u wara l-istess persuna tiddeċiedi li tneħħi isimha minn fuq ir-reġistru ta’ persuni b’diżabbiltà, l-istess employer, għal fini ta’ kwota, ma jiġix ippenalizzat.
Inkitbet paġna oħra fl-istorja talAssoċjazzjoni fejn għal darb’oħra kienet strumentali sabiex ġew iċċarati u solvuti d-differenzi li kienu jeżistu bejn is-settur tal-employers u l-Gvern
3. Fil-paragrafu nru 3 ġiet iċċarata u stabbilita d-definizzjoni eżatta ta’ x’nifhmu meta ngħidu persons with disability ( persuna b’diżabbiltà), liema
7. Paragrafu nru 7 ta’ dan l-MOU jidħol fid-dettall dwar kif tiġi kkalkulata l-kwota filkaż ta’ kumpaniji li jħaddmu magħhom impjegati fuq perjodi qosra ta’ żmien, u fejn in-numru ta’ impjegati jogħla 4.1 Impjegati li bħalissa u jinżel skont l-istaġuni. mhumiex irreġistrati bħala persuni b’diżabbiltà, iżda 8. Employers li jaċċettaw li manifestament jidhru u huma joffru impjieg taħt l-iskema ċċertifikati li jaqgħu taħt tal-apprentistat, tal-inqas għal id-definizzjoni ta’ persuni sena, lil persuni b’diżabbiltà, b’diżabbiltà, ikunu kkunsidrati l-istess apprentisti jkunu mill-ETC bħala persuni eliġibbli wkoll għal fini ta’ b’diżabbiltà, iżda dan biss għal kalkoli ta’ kwota. fini ta’ kalkulazzjoni tal-kwota, u ma jkunux intitolati għal xi 9. F’każi fejn employers jistgħu benefiċċji sakemm dawn ma jsibu diffikultà li jimpjegaw jirregolawx rwieħhom skont persuni b’diżabbiltà minħabba il-liġi li tirregola lill-istess l-ambjent li jaħdmu fih, liema ambjent ma jkunx adattat biex persuni b’diżabbiltà. jilqa’ fih persuni b’diżabbiltà, 4.2 Jekk id-diżabbiltà tkun l-ETC jew il-Lino Spiteri jikkommettu waħda ta’ natura temporanja, Foundation akkreditazzjoni tkun kostretta rwieħhom li jidħlu fi djalogu għal perjodu definit għaż- mal-istess employer biex jaraw żmien li fih il-persuna tkun jistgħux isibu alternattivi ta’ kif iċċertifikata bħala persuna l-employer jista’ jiġi konformi mal-liġi. Fin-nuqqas ta’ dan ilb’diżabbiltà. ftehim, sa Novembru ta’ kull 5. L-ETC mhix se tkun qed sena, l-employer ikun suġġett li tippenalizza lil ebda employer jħallas il-kontribuzzjoni skont li ma jkunx laħaq il-kwota il-liġi. ta’ impjegati li jkunu persuni b’diżabbiltà sakemm, l-istess 10. Employers li preżentament employer, ikun jista’ jagħti provi għaddejjin bi proċess biex li qed joffri l-istess numru ta’ jingaġġaw f ’impjieg persuni sigħat ta’ xogħol ekwivalenti lil b’diżabbiltà huma eżentati persuni b’diżabbiltà li jaħdmu mill-ħlas tal-kontribuzzjoni, ma subkuntratturi. sakemm dawn jirregolarizzaw rwieħhom sat 30 ta’ Novembru 6. L-employers ma jiġux 2016. Fin-nuqqas ta’ dan, isippenalizzati fuq nuqqas sena li ġejja jkunu kostretti ta’ kwota jekk persuni jħallsu il-kontribuzzjoni; b’diżabbiltà, jirriżenjaw kemm dik dovuta għall-2015, f ’inqas minn sena fl-impjieg. kif ukoll għall-2016. definizzjoni hi applikata fil- ‘United Nations Charter for rights of persons with disability’ kif ukoll fil-Local Equal Opportunities Act (CAP 413).
11. L-ETC u l-Lino Spiteri Foundation se joffru l-għajnuna kollha lill-employers biex ikunu jistgħu jimpjegaw persuni b’diżabbiltà. Dan mhux se jsir biss billi jintbagħtu listi ta’ ismijiet, iżda se jkun qed isir sforz biex kemm jista’ jkun iqabblu l-ħiliet tal-persuni b’diżabbiltà mal-bżonnijiet tal-istess employer. 12. Employers li joperaw grupp ta’ kumpaniji, għal fini ta’ kwota jkunu kkunsidrati bħala entità waħda bbażata fuq ilpersuni kollha impjegati malgrupp. 13. Employers li jiġu konformi mal-liġi matul perjodu ta’ sena, sakemm ma tinqabiżx id-data tat-30 ta’ Novembru, ma jkunux suġġetti għall-ħlas tal-kontribuzzjoni skont il-liġi. Kif qed taraw dan l-MOU jolqot diversi aspetti u bih ġew iċċarati ħafna anomaliji li seta’ kien hemm. L-MEA laqgħet ukoll b’mod pożittiv l-inċentivi fiskali u dawk dwar krediti ta’ taxxa offruti mill-Gvern lill-employers biex jinċentivaw lill-istess employers li jħaddmu magħhom aktar persuni b’diżabbiltà. L-MEA, permezz ta’ dawn il-kolonni f ’din il-gazzetta, tieħu l-opportunità u tkompli tħeġġeġ lill-employers membri tagħha biex ma jżommux lura milli jħaddnu l-prinċipji ta’ inklussività fuq il-post taxxogħol tagħhom, għax b’hekk biss nistgħu nġibu aktar benefiċċji soċjali u ekonomiċi.
www.facebook.com/MaltaEmployersAssociation Jekk tixtieq tagħmel kuntatt magħna (bħala Assoċjazzjoni ta’ Min Iħaddem) tista’ tagħmel dan billi ċċempel 2122 2992 jew 2123 7585. Tista’ wkoll tibgħat email lil anton.vella@ maltaemployers.com jew tuża t-24/7 helpline 2122 2006, billi ċċempel u tħalli ismek biex fliqsar żmien possibbli nirritornaw it-telefonata tiegħek.
MADWARNA
kullhadd.com
29|05|2016 23
MALTA BNI B’MESSAĠĠ DWAR L-EĊĊELLENZA WAQT IR-RABA’ PREMJAZZJONI ANNWALI Jekk fin-negozju wieħed irid jasal fil-livell li jmiss ta’ suċċess, għandu jimmira u jistenna eċċellenza għax inkella jaqa’ fil-medjokrità. Dan intqal mid-Direttur Nazzjonali ta’ Malta BNI, David Bullock, waqt irraba’ preżentazzjoni annwali organizzata biex tiċċelebra l-għeluq tal-ħames snin ta’ din l-organizzazzjoni ta’ business referrals f ’Malta. David Bullock tenna l-ħsieb ta’ Dr Ivan Misner, ilfundatur ta’ BNI (www.bni. com) f ’Kalifornja iktar minn 30 sena ilu. “Fl-aħħar ħames snin, kelli l-opportunità li napprezza dejjem aktar il-kwalità eċċezzjonali ta’ ħafna mill-membri tagħna hawn Malta. Jekk l-impenn tagħhom biex jiżviluppaw kapitli ta’ business referrals b’saħħithom hu daqshekk b’saħħtu, allura mhi l-ebda sorpriża li l-membri ta’ Malta BNI huma fost l-aqwa li qed iservu b’mod professjonali lill-klijenti tagħhom billi joffrulhom servizzi ta’ livell globali.” Hu feraħ lill-membri, u b’mod partikolari lil dawk li rebħu l-unuri, għal dak li nkiseb mit-twaqqif ta’ BNI f ’Malta matul dawn l-aħħar ħames snin. Bil-filosofija ta’ BNI tkun ibbażata fuq ‘Givers Gain’, is-snin li ġejjin se jaraw lil Malta BNI
Gordhan Mohnani, Gordon Pace, Enrich Stafrace Most Improved Chapter : Wignacourt Best Chapter : Verdala Exemplary Chapter : De Redin, La Valette
tikber minn sitt għal għaxar kapitli madwar Malta. Dan biex tgħin lin-negozji Maltin jiksbu iktar suċċess permezz ta’ networking effettiv f ’Malta u barra. Il-Malta BNI tagħmel parti minn organizzazzjoni internazzjonali ta’ negozji mifruxa madwar d-dinja, u bħalissa tiġbor fiha sitt kapitli (chapters) b’membri li bnew relazzjonijiet fit-tul u huma sinċerament impenjati li jgħinu lil xulxin isibu iktar negozju permezz tal-filosofija tal-BNI ‘Givers’ Gain’ u referenzi tan-negozju (business referrals). Il-mira tal-BNI hi li toħloq aktar għarfien dwar il-proċess ta’ business referrals. Dan mhux kwalunkwe tip ta’ networking, imma networking
ibbażat fuq l-iżvilupp ta’ relazzjonijiet kummerċjali’. Barra minn hekk, in-network ta’ BNI jgħaqqad lill-membri Maltin ma’ membri oħra mifruxa f ’60 pajjiż madwar id-dinja. Il-preżentazzjoni annwali tirrikonixxi u tiċċelebra l-kisbiet ta’ għadd ta’ membri ta’ Malta BNI. Ir-rebbieħa kienu: Outstanding Ambassador: Carmel Bonello, Adrienne Despott, Stephen Micallef, Gordon Pace Outstanding President: George Bonello, Gordon Pace, Robyn Pratt Outstanding Vice President: Duncan Polidano, Tom van Malderen
Il-BNI toffri lill-membri tagħha l-opportunità li jaqsmu l-ideat, il-kuntatti, kif ukoll l-aktar ħaġa importanti li hi r-riferenzi ta’ negozju. Bħalissa hawn sitt kapitli talBNI f ’Malta. Kull kapitlu hu magħmul minn membri li huma ġenwinament impenjati li jgħinu lil xulxin Outstanding Secretary: isibu iktar xogħol u jkabbru Richard Falzon, Anneli n-negozji ta’ xulxin permezz Nilsson, Marjo Parascandalo ta’ networking u referenzi bilEducation Co-ordinator : fomm. Mark Azzopardi Is-sitt kapitli – kollha Outstanding Contribution: msemmijin għal Gran Mastri James Abela, Dymar Angileri, – jiltaqgħu nhar ta’ Tlieta Chris Cachia, Peter England, f ’Tas-Sliema u l-Marsa, nhar Marthese Grech, Peter ta’ Erbgħa fin-Naxxar, nhar Mercieca, Ron Mifsud, ta’ Ħamis fil-Furjana u nhar Martin Parker ta’ Ġimgħa f ’San Ġiljan. Outstanding Service: Bħalissa l-Malta BNI Martin Bonello, Dunstan għandha ’l fuq minn 120 Magro, Derek Hall membru ġejjin minn setturi u Best Attendance: P a u l professjonijiet differenti. Ellul Iċ-ċerimonja ta’ Most 1-to-1s: preżentazzjonijiet kienet Anneli Nilsson, Ann Marie organizzata minn Carmel Mangion Bonello. Aktar tagħrif dwar Most Visitors: il-Malta BNI jista’ jinkiseb Gordhan Mohnani, Gordon permezz tal-email carmel. Pace bonello@bpc.com.mt jew Most Referrals: bit-telefown 2124 3211.
MANWEL! KEMM TAF XI TGĦID!
Fr Mario Attard OFM Cap
“Il-wiċċ huwa preżenza ħajja, huwa espressjoni. Il-wiċċ jitħaddet”
Xi xhur ilu kelli l-grazzja nattendi għal taħdita pubblika fejn issemma ilfilosfu magħruf Franċiż, li ġej minn dixxendenza Litwana, Emmanuel Levinas. Levinas twieled fit-12 ta’ Jannar 1906 u miet fil-25 ta’ Diċembru 1995. Ħsieb Levinas sammarli moħħi u għaġġilli l-qalbi. Levinas juża l-frażi: li tfittex il-wiċċ tal-ieħor. Issa aħna, flilsien Malti, għandi l-frażi: ma nħarisx lejn wiċċu/wiċċha iżjed. Inkella, f ’dagħdiegħa ta’ rabja jew weġgħa ta’ qalb, mhux l-ewwel darba li għedna: “Le! Ma jarawx wiċċi iżjed!” Issa, kliem bħal dan iġib qerda sħiħa skont Levinas. Għaliex? Fil-ktieb sabiħ tiegħu Totalità u Infinità Levinas jgħid hekk: “Il-wiċċ huwa preżenza ħajja. Huwa espressjoni… Ilwiċċ jitħaddet.” Jekk taqta’! Int ħu lil ibnek jew bintek meta jiġu mill-iskola b’wiċċ imqarras, inkella kwieti għallaħħar; mill-ewwel tintebaħ li l-affarijiet ma jkunux sejrin sewwa. Inkella meta r-raġel jew il-mara jqumu bil-geddum, mill-ewwel tgħid: “U dan x’għandu għodu għodu? Xi ġralu? Xi nqalalha?” Hekk hu ħbieb!
Il-wiċċ huwa espressjoni ta’ niket jew diżappunt li jkun qed jinħema minn ġewwa. Issa wiċċi u wiċċek għalfejn qegħdin hemm? Biex sempliċiment niżbgħuhom? Jew biex inneħħulhom ittikmix? Tkun tassew ħasra jekk nieqfu hemm biss! Għax, meta jiġrilna hekk, inkunu qegħdin nuru kemm ma fhimna xejn minn ħajjitna. Levinas jgħidilna hekk filktieb tiegħu Totalità u Infinità: “Il-wiċċ ikellimni u b’hekk jistedinni għar-relazzjoni.” Mela, fi ftit kliem, meta tarani b’wiċċi mqarras, taħrabnix! Tħallinix waħdi f ’dik il-qrusa! Tinjoranix! Ieqaf u ejja ara xi ġrali! Għax dak il-wiċċ, li soltu ma jitqarrasx, qed jibkilek bil-ħniena biex tieqaf u tiftaħ djalogu miegħi. Nifhmek. Forsi f ’dak il-mument mhux se jkun id-djalogu li int qed tistenna. Jaf ikun djalogu mqanżaħ, inkella ta’ skossjaturi fil-kliem. Jaf ikun djalogu fejn, bħas-sulluzzu, nieqfu wara kull kelma, kull espressjoni tal-wiċċ, inkella tal-ġesti. Imma, nerġa’ ngħidlek, taħrabnix! Ieqaf! Poġġi bilqiegħda! Ismagħni! Għax il-wiċċ iġib miegħu obbligazzjoni! X’jiġifieri?
Levinas jikteb hekk: “Ilwiċċ jiftaħ id-diskors bażiku li l-ewwel kelma tiegħu hija ‘obbligazzjoni’.” Imma x’obbligazzjoni? Jissokta Levinas: “Il-wiċċ jippreżenta lilu nnifsu, u jitlob ġustizzja.” U x’ġustizzja? Għal Levinas din il-ġustizzja mhija xejn għajr dik li tagħti l-wiċċ lil min fis-soċjetà m’għandux wiċċ, għax jeżiżti biss bħala numru imma mhux bħala persuna. Levinas isemmi “lillbarrani, lill-iltim u lill-armla” (Dt 26:12). Mela lill-iskart tas-soċjetà. Imma l-barrani huwa biss irrefuġjat? Dak ta’ karnaġġjon jew ilsien differenti minn tagħna? L-iltim u l-armla huma dawk biss li tilfu lil xi ħadd għażiż bil-mewt? Kemm hawn persuni li jħossuhom refuġjati f ’darhom stess! Persuni li, meta jitfgħu ċ-ċavetta fis-sokra tal-bieb ta’ barra, jafu li se jidħlu f ’infern! Kemm hawn nies li, minflok se jsibu min jilqagħhom b’tgħanniqa inkella b’bewsa la jaslu f ’darhom se jkollhom jisimgħu b’widnejhom xebgħa lsien kif tmiss illiġi! Kemm hawn persuni li, fil-familja tagħhom stess, iħossuhom romol u ltiema
għax jew il-ġenituri tagħhom ma jridux jafu bihom, inkella għax uliedhom, wara li ħadu dak li riedu mingħandhom, ħelsu minnhom, iżolawhom. U hekk, dawn l-imsejkna anzjani, iħossuhom skart f ’darhom stess! Għandna bżonn infittxu l-wiċċ ta’ ħaddieħor ħbieb? Ejja ma mmorrux ’il bogħod! Il-missjoni rridu nibdewha f ’artna stess. Fil-familji u filkomunitajiet reliġjużi tagħna. Għax ħadd ma jista’ jibqa’ jgħix aktar il-ħarba mill-wiċċ. Li jien nippreferi t-tarmak tal-art milli lil wiċċek. Le! Irrid nieqaf inkun iprokrita! Ħa nħares lejn wiċċek! Għax wiċċek jistedinni nisimgħek; nagħtik id-dinjità li tixraqlek. U hekk int, fil-verità kollha, tibda’ tħares lejn wiċċi ħa tiftakar li int ukoll trid tieħu ħsiebi! Għax wiċċi u wiċċek ġejjin minn wiċċu! Wiċċ ilMulej! Għalhekk, ħa nitolbu mas-salmista: “Jien wiċċek infittex, Mulej. La taħbix wiċċek minni, la twarrabx bilherra l-qaddej tiegħek. Inti l-għajnuna tiegħi; tħallinix u titlaqnix” (Salm 27:8-9). Manwel! Kemm taf xi tgħid!
24 29|05|2016
kullhadd.ċom
MADWARNA
IL-FESTI TAL-ĠILJU FL-IMQABBA Bejn l-10 u d-19 ta’ Ġunju, ser tiġi ċċelebrata l-Festa ad Unur il-Madonna tal-Ġilju ġewwa r-raħal tal-Imqabba. Din is-sena, s-Soċjetà Mużikali Madonna tal-Ġilju qegħda tfakkar anniversarji prinċipali, dak tal-140 sena mill-miġja tal-Vara Artistika u Devota tal-Madonna talĠilju ġewwa l-Imqabba. Il-fergħat kollha li minnhom hija magħmula s-Soċjetà Mużikali Madonna tal-Ġilju ħadmu bla heda biex ilFesta tal-2016 tkun suċċess bħal dawk ta’ qabilha. Fost dawn, il-Kummissjoni Banda Madonna tal-Ġilju qegħda tħejji għall-appuntament ewlieni: Kunċert Vokali u Strumentali b’differenza nhar it-Tlieta 14 ta’ Ġunju. Dan il-programm li ser ifakkar l-anniversarju tal-Vara u ser jiġi eżegwit fuq il-Planċier Meravilja, opra artistika talogħla kalibru li hija unika taxxorta tagħha. Diversi talent nazzjonali u nternazzjonali ser ikun qiegħed jieħu
sehem waqt dan nil-kunċert. L-Għaqda tal-Armar wettqet ħidma li ser twassal għallinawgurazzjoni ta’ aktar opri artistiċi li ser jagħnu l-Pjazza ewlenija u t-toroq talImqabba tul il-ġimgħa talFesta tal-Madonna tal-Ġilju. Fost dawn ta’ min isemmi l-ewwel fażi tat-trofew artistiku li ser jiġi inawgurat waqt il-Marċ tal-Ħamis 16 ta’ Ġunju. Mistennija diversi sorpriżi innovattivi Wara sena ta’ attivitajiet bla waqfien, is-Sezzjoni Żgħażagħ Madonna tal-Ġilju ssoktat bis-sehem tagħha billi tarma r-raħal. Il-qofol talħidma tas-Sezzjoni Żgħażagħ żgur ser jintlaħaq waqt ilbriju tal-Marċi speċjalment dak tal-Aħħar Tridu nhar il-Ġimgħa 17 ta’ Ġunju b’diversi sorpriżi nnovattivi. L-Għaqda Piroteknika Madonna tal-Ġilju ser terġa’ tkun protagonista ewlenija
waqt il-Festa b’logħob tannar tal-ajru tul il-ġranet kollha tal-Festa li jilħaq il-quċċata nhar is-Sibt 18 ta’ Ġunju, lejlet il-Festa bi spettaklu ta’ nar tal-ajru u tal-art. Ċertament li l-Festa tal-Madonna talĠilju fl-Imqabba hija manifestazzjoni li tfawwar bl-aspett devozzjonali. Dan grazzi għall-ħidma talmembri tal-Fratellanza talImmakulata Kunċizzjoni li tkun impenjata fl-armar tal-Knisja Parrokkjali, l-organizzazzjoni taċċerimonja tal-ħruġ min-niċċa tal-Istatwa tal-Madonna talĠilju u l-Proċessjoni Solenni f ’Jum il-Festa. Kollox jindika li l-Imqabba ser ikollha Festa oħra kbira li tagħmlilha ġieh. J’Alla tkun Festa li tirnexxi u tħalli l-ġid spiritwali mixtieq billi tilħaq l-għan ewlieni tagħha: li jingħata l-ogħla ġieħ lil Ommna Marija Immakulata Kunċizzjoni taħt it-Titlu Singulari minn Tal-Ġilju.
JUM TA’ DIVERTIMENT, GĦAL KAWŻA ĠUSTA
L-Inspire tgħin lill-persuni li għandhom xi diżabilità sabiex jilħqu l-potenzjal sħiħ tagħhom. Il-Fondazzjoni taħdem ma’ trabi ta’ ftit ġimgħat u tibqa’ tgħin lil dawn il-klijenti anke matul ilħajja adulta tagħhom. Diversi attivitajiet għallġbir ta’ fondi jiġu organizzati matul is-sena kollha, sabiex l-Inspire tkun tista’ tibqa’ toffri s-servizzi tagħha, u illum ser tiġi organizzata waħda fil-Lido tal-Bajja ta’ San Ġorġ. Din ser tkun organizzata mil-Lukanda Corinthia, ser tibda fl-10:00 ta’ filgħodu, u ser tinkludi attivitajiet kemm għat-tfal kif ukoll għal adulti ta’ kull età. Filwaqt li l-adulti ser igawdu ġurnata rilassanti ħdejn il-baħar, it-tfal jistgħu jipparteċipaw f ’waħda mill-ħafna logħob u attivitajiet li qed jippjanaw għalihom l-Inspire u l-Corinthia. Ser ikun hemm logħob tal-ilma, logħob bil-bżieżaq
u logħob ieħor fil-bajja, biex it-tfal ikunu jistgħu jgħaddu ġurnata ta’ attivitajiet u divertiment, filwaqt li l-ġenituri, familjari u ħbieb ikunu jistgħu jirrilassaw u jerġgħu jiksbu ftit enerġija wara ġimgħa xogħol! Il-Lukanda Corinthia San Ġorġ qed toffri dħul mingħajr ħlas għal-Lido għall-adulti kollha, filwaqt li ser tinġabar donazzjoni ta’ €5 biss għal kull tifel u tifla biex jipparteċipaw fil-logħob kollu. L-ikel u x-xorb kollu li jinxtara mil-Lido ser ikollu skont ta’ 40%, filwaqt li 10% mill-bejgħ kollu ser jingħata lill-Inspire – narawkom hemm biex niddevertu flimkien filwaqt li ngħinu kawża tajba. Għal aktar informazzjoni dwar din l-attività ikkuntattjaw lil Andrew Galea fuq 2370 2666 jew 9942 1457 jew żur www.inspire.org.mt.
KORS BLA ĦLAS FUQ L-GĦASIR TAL-INBID
Tazza inbid kuljum hi tajba għas-saħħa, u tqatta’ x-xaħam, skont diversi riċerkaturi. Iżda kemm hu isbaħ li kieku tkun taf tagħmlu? Il-Kunsill Lokali taż-Żejtun flimkien mal-Għaqda Għassara tal-Inbid qed jagħtu l-opportunità lill-pubbliku biex jitgħallem kif għandu jagħmel l-inbid, permezz ta’ kors bażiku. Dan ilkors se jkun maqsum fi tliet darbiet kull nhar ta’ Tnejn, fis-6, fit-13 u fl-20 ta’ Ġunju, 2016, mis-6.00 p.m. sas-7.30 p.m., fisSala tal-Kunsill Lokali taż-Żejtun, Triq Sant’ Anġlu, iż-Żejtun. Dan il-kors kollu se jkun bla ħlas, u l-postijiet huma limitati. Fil-fatt il-pubbliku diġà wera interess kbir f ’dan il-kors u fadal l-aħħar ftit postijiet. Dawk li se jattendu, fl-aħħar tal-kors se jkunu qed jingħataw ċertifikat ta’ attendenza. Biex tattendi għal dan il-kors m’għandekx għalfejn ikollok esperjenza f ’dan il-qasam. Dan il-kors jgħin biex il-pubbliku jkollu aktar tagħrif dwar l-għasir Malti tal-inbid. Fil-fatt ir-raħal taż-Żejtun jagħti importanza lill-inbid, li fil-5 ta’ Lulju li ġej, se jkun qed jorganizza kompetizzjoni tal-inbid bla ħlas ukoll. Jekk tixtieq tirreġistra għal dan il-kors u b’hekk titgħallem kif tagħmel l-inbid, għandek tapplika mill-Kunsill Lokali taż-Żejtun jew iċċempel fuq 2166 3866 jew tibgħat posta elettronika fuq chircop.sean@gmail.com, sa mhux aktar tard mill-4 ta’ Ġunju, 2016. Ħu dan il-kors, imbgħad tkun tista’ tieħu tazza inbid b’xejn minn taħt idejk.
MADWARNA
kullhadd.com
29|05|2016 25
LEJLA LETTERARJA BANDA INGLIŻA B’KUNĊERTI F’BIRKIRKARA F’MALTA
Il-Kunsill Lokali ta’ Birkirkara, bl-inizjattiva u d-direzzjoni ta’ Terry Muscat, għal dawn l-aħħar snin daħħlu drawwa sabiħa ta’ xeħta kulturali li fiha jittellgħu lejliet letterarji minn kittieba varji dwar Birkirkara u aspetti relatati ma’ din il-belt. Fost dawn l-awturi nsibu lil Ġorġ Peresso, Philip Borg, Tarcisio Zarb, Therese Pace, Angelo Mamo, Ninu Borg, Charles Mifsud, Wayne Farrugia, Charles Spiteri, Louis Briffa u Anton Grasso. Ta’ min jgħid li dawn l-iljieli letterarji huma minnhom infushom turija tal-ethos ta’ din il-belt, li fit-tiġrija kontra l-ħin tagħraf hija wkoll tieqaf taħseb u tirrifletti fuqha nnifisha u fuq dak li jagħmilna nies. Aktar kmieni din is-sena, ittellgħet lejla letterarja dwar it-tbatija u kif din tinħass fil-bniedem, xejn anqas fin-nies komuni u mhumiex tar-raħal ta’ Birkirkara. Il-misteru tat-tbatija ma jafx fruntieri. Din il-lejla letterarja kienet waħda serja u ta’ valur kulturali daqskemm reliġjuż, u kellha aspetti partikolari; riżultat tal-fatt li din ittellgħet fis-Santwarju tal-Madonna tal-Ħerba. Waqt din il-lejla kellna waqtiet mużikali minn Joseph Lia akkumpanjat fuq l-orgni minn Ray Magri u siltiet klassiċi mil-vjolinista Elena Muscat. Fil-11 ta’ Ġunju li ġej, waqt l-attività Birkirkara maż-Żminijiet, se tittella’ lejla letterarja oħra fi Triq Imnajjar, faċċata tal-Għassa tal-Pulizija li, għal darb’oħra, fiha l-wirt letterarju u kulturali Karkariż,se jingħata l-valur li jistħoqqlu.
Trinity Concert Band se ttella’ kunċert mużikali fil-Każin tal-Banda San Gabrie, Ħal Balzan, għada t-Tnejn 30 ta’ Mejju 2016, fis-7.15pm. Din il-banda Ingliża se tella’ programm ta’ mużika varjata b’marċi militari, klassiċi, mużika kontemporanja u mużika ċinematografika. Din se tkun ir-raba’ banda Ingliża li se tkun il-mistiedna talKażin tal-Banda San Gabriel. Il-kunċert se jsir fil-bitħa talistess każin. Din l-attività hija miftuħa għal kulħadd u d-dħul huwa b’xejn. Il-Każin tal-Banda San Gabriel għalhekk jixtieq iħeġġeġ lid-dilettanti talmużika u l-pubbliku inġenerali, sabiex isegwu din l-attività u oħrajn fuq www. stgabrielbandclub.com jew
inkella billi jagħmlu ‘like’ fuq il-paġna ta’ Facebook talKażin. Intant, l-għada t-Tlieta, l-istess banda se tkun qed tesegwixxi programm mużikali fil-pjazza ta’ quddiem il-Każin tal-Banda Sant’Elena ta’ Birkirkara fis-7.00pm. Din il-banda, taħt id-direzzjoni ta’ Paul Speed, se tesegwixxi numru ta’ siltiet varji, minn marċi għal mużika klassika, mużika Spanjola, Taljana u Amerikana u anke silta Maltija bl-isem ta’ Maltese Rhapsody, kompożizzjoni ta’ C, Muscat. Trinity Concert Band Din il-banda Ingliża hija bbażata f ’Reading f ’Londra. Hija banda ferm żagħużgħa li ffurmat biss 12-il sena ilu
imma malajr żviluppat bħala banda ewlenija fiż-żona. Din il-banda hija magħmula minn 45 element mużikali, għalkemm 26 minnhom biss se jkunu f ’pajjiżna. Ir-repertorju mifrux tagħha jinkludi marċi, mużika minn shows u films, diski popolari, tradizzjonijiet klassiċi u kompożizzjonijiet oriġinali, fost oħrajn. Il-banda tesegwixxi numru ta’ kunċerti fis-sena fuq żewġ stili differenti: kunċerti formali u kunċerti ta’ mużika ħafifa li ġeneralment jittellgħu barra. Għaldaqstant, l-istess banda għandha żewġ uniformijiet differenti li tużahom għallokkażjonijiet imsemmija. Il-programmi li se jittellgħu f ’Malta se jkollom taħlita miżżewġ stili biex iżjed jipprovdi divertiment milli jeduka.
FESTIVAL AGRARJU TAL-PATATA TAT-TAMAL FEST Il-Kunsill Lokali tal-Qrendi bilkollaborazzjoni tas-Segretarjat Parlamentari għall-Gvern Lokali; is-Segretarjat Parlamentari għall-Biedja, Sajd u Drittijiet tal-Annimali; flimkien mal-Awtorita’ Maltija għat-Turiżmu, se jkun qiegħed jorganizza l-ħames edizzjoni tal-Festival Agrarju talPatata. Dan il-festival se jkun organizzat nhar il-Ħadd 5 ta’ Ġunju 2016 mit-8.00am ’l quddiem f ’Misraħ il-Maqluba, il-Qrendi. Fil-festival ta’ din is-sena se jolqot ilgosti ta’ kulħadd. Ċertament li l-attrazzjoni prinċipali u l-attenzjoni tkun iffukata fuq il-patata, fejn l-importaturi u l-esportaturi Qrendin se jesibixxu u jbigħu l-prodott tagħhom, filwaqt li jagħtu informazzjoni lil dawk preżenti dwar liema tip ta’ patata tintuża għal platti differenti. Barra minn hekk, wieħed ikun jista’ jara mill-qrib ilmakkinarju li jintuża biex tinżera’ u tinqala’ l-patata, kif ukoll makkinarju li bih tintgħażel il-patata qabel tasal fil-ħwienet jew inkella tiġi esportata barra l-pajjiż. Ma jistax jonqos li f ’dan il-festival l-ikel li jinbiegħ ikun jikkonsisti mill-patata. L-interessanti hu li f ’dan il-festival jinbiegħ ikel innovattiv li mhux dejjem insibuh fuq il-mejda tagħna. Minbarra l-ikel, bħas-snin l-imgħoddija se jkun hemm ħelu magħmul mill-patata, kif ukoll il-ġelat tal-patata, li issa prattikament sar famuż u sinonimu ma’ dan il-festival. Kull sena, fil-ġelat tal-patata jkun hemm innovazzjoni u din is-sena mhux se jkun inqas. Esklussivament għall-Festival Agrarju tal-Patata ta’ din is-sena, se jkollna wkoll il-cocktail tal-patata – xi ħaġa ġdida għal pajjiżna u li qegħdin nistennew li tintlaqa’ tajjeb ħafna. Matul il-ġurnata kollha jkun hemm isservizz ta’ fun train li ddawwar lil dawk li
jixtiequ madwar il-Qrendi u fil-postijiet l-aktar interessanti tal-lokal, fosthom ilĠnien tal-Kmand mibni minn Sir Alexander Ball lura għall-bidu tas-seklu dsatax u li fih saret l-ewwel esperimentazzjoni bil-patata. Postijiet oħra ta’ interess huma t-tempji ta’ Ħaġar Qim u l-Imnajdra li, grazzi għal Heritage Malta, il-Ħadd 5 ta’ Ġunju, id-dħul għalihom se jkun b’donazzjoni ta’ €2 biss. Il-Festival Agrarju tal-Patata huwa sinonimu ma’ dak kollu li jagħmilna Maltin u din is-sena mhux inqas. Matul l-għodwa jkun hemm wirja ta’ żwiemel għerja u armati, flimkien mal-għana tradizzjonali Malti. Apparti t-tberik tal-annimali se jkun hemm ukoll esibizzjoni mill-klieb tal-Pulizija ta’ Malta, filwaqt li l-grupp Projekt Lazarus Malta se jagħmlu re-enactement tal-ħajja Medjevali f ’pajjiżna. Attrazzjonijiet oħra jkunu d-diversi posti tal-artiġġjanat Malti, flimkien ma’ żewġ wirjiet li għandhom jolqtu u jinteressaw lil ħafna. Wirja minnhom se tkun artistika, fejn diversi artisti Maltin flimkien jesibixxu x-xogħlijiet tagħhom, fosthom pitturi u xogħol fil-ġebla Maltija. Barra dan se ssir wirja ta’ statwi u xogħlijiet sagri li tittella’ fil-kappella ta’ San Mattew tal-Maqluba matul il-ġurnata kollha. Bħas-snin l-imgħoddija, ma jonqosx iddivertiment fil-Festival Agrarju tal-Patata, b’talent lokali mill-aqwa, diversi kantanti żgħażagħ u gruppi taż-żfin. Ikun hemm ukoll diversi kantanti u gruppi stabbiliti, fosthom Marisa D’Amato, il-grupp Moosnhine, Christabelle, Destiny, kif ukoll Brooke flimkien mal-band tagħha. Għaldaqstant, il-Ħadd 5 ta’ Ġunju, f ’Misraħ il-Maqluba, il-Qrendi, ikun hemm xi ħaġa li tolqot lil kulħadd matul il-ġurnata kollha filFestival Agrarju tal-Patata 2016.
Nhar is-Sibt 18 ta’ Ġunju 2016, mit-8.30pm ’il quddiem, fi Triq il-Kbira, il-Ħamrun, se titella’ t-tieni edizzjoni ta’ Tat-Tamal Fest b’risq il-Malta Community Chest Fund. Din is-sena l-attività, organizzata mill-Għaqda tal-Mużika San Gejtanu, issir bis-sehem tal-grupp Airport Impressions, Xarulù u Pierre Cordina. Waqt l-imsemmija attività se jkunu miġbura fondi b’risq il-Malta Community Chest Fund u minn hawn nappellaw lill-poplu Malti u Għawdxi biex ikun ġeneruż u jikkontribwixxi b’risq din ilkawża. Se jkun hemm diversi posti bl-ikel u x-xorb u divertiment għallfamilja kollha. Inħeġġu lin-nies biex is-Sibt 18 ta’ Ġunju, fit-8.30pm, ikunu fi Triq il-Kbira l-Ħamrun u, filwaqt li jieħu pjaċir b’dak kollu ppreparat, jgħinu lil-Malta Community Chest Fund.
26 29|05|2016
kullħadd.com
PERSONALITÀ
KUNĊERT MILL-ORKESTRA FILARMONIKA TA’ MALTA RAMONA
PORTELLI TINTERVISTA LIL SIGMUND
MIFSUD
Sit elettroniku: www.ramonaportelli.com Email: ramonaportelli@hotmail.com
Dan l-aħħar sirt naf li, fuq inizjattiva tal-Uffiċċju tas-Segretarju Permanenti Ewlieni u f ’għeluq il-Ġimgħa għas-Servizz Pubbliku, għall-ewwel darba din is-sena se jittella’ kunċert mill-Orkestra Filarmonika ta’ Malta. L-aħħar avveniment ta’ din il-Ġimgħa għas-Servizz Pubbliku, li se tibda’ nhar ilĠimgħa 27 ta’ Mejju u tintemm nhar il-Ġimgħa 3 ta’ Ġunju, hu proprju dan il-kunċert. Għal dan il-għan tkellimt masSurmast Sigmund Mifsud, li f ’dan il-kuntest jokkupa l-kariga ta’ Chairman Eżekuttiv tal-Orkestra Filarmonika ta’ Malta, biex jgħaddili aktar informazzjoni dwar dan il-kunċert. Għandu tnejn u erbgħin sena, minn Tas-Sliema u missier ta’ tifla ta’ ħames snin. Ilpassatemp tiegħu kien li jdoqq il-kurunetta fejn din imbagħad saret il-professjoni tiegħu. Fil-fatt, għal ħafna snin hu kien mużiċist mal-Orkestra Filarmonika ta’ Malta iżda, minħabba li llum jokkupa kariga amministrattiva fl-Orkestra, il-ħin biex jiddedikah għall-passatemp tiegħu naqas ħafna. Għalkemm tajjeb ngħidu li, minħabba din il-ġibda għall-mużika, hu jibqa’ involut f ’dak kollu li toffri l-mużika. Iħobb jiddeskrivi lilu nnifsu bħala bniedem li jħobb ilħajja. Iħares lejn it-tazza bħala nofsha mimlija, u jħobb ikun f ’kumpanija ta’ nies pożittivi. “Meta l-affarijiet ikunu sfukati ma nkunx kuntent qabel ma nifhem xi rrid nagħmel biex jirnexxili nibda nara l-affarijiet ċari! Nemmen fl-importanza li bniedem jirrispetta lilu nnifsu u lill-proxxmu, nobgħod naħli l-ħin għax nemmen li l-ħin huwa prezzjuż u nevita li nkun f ’kumpanija li m’għandhiex l-istess valuri tiegħi. Għandi passjoni lejn ix-xogħol u nħossni bniedem viżjonarju,” stqarr Sigmund. L-involviment tiegħu flOrkestra Filarmonika ta’ Malta hu li jesplora possibbiltajiet ġodda ta’ xogħol għallOrkestra, kif ukoll jaħdem bis-sħiħ biex l-Orkestra tilħaq udjenzi ġodda u tkabbar ilprofil tagħha. “Għalhekk kien ta’ sodisfazzjon kbir għalija meta ġejt avviċinat mill-Uffiċċju tas-Segretarju Permanenti Ewlieni, fejn isSur Mario Cutajar esprima x-xewqa tiegħu biex l-Orkestra tkun parteċipi ta’ dan l-avveniment organizzat millUffiċċju tiegħu L-idea tagħna hi li nagħtu l-opportunità
lil dawk kollha li forsi qatt ma interessahom jew qatt ma setgħu jattendu kunċert tal-Orkestra biex jieħdu din l-opportunità u, f ’atmosfera verament partikolari, jiġu fi Pjazza San Ġorġ u jgawdu minn serata ta’ mużika li sa tkun tappella lil kulħadd. Kunċert mill-Orkestra Filarmonika ta’ Malta 2016 Proprjament, il-kunċert se jagħlaq il-Ġimgħa għasServizz Pubbliku 2016. Ilprogramm ta’ din il-ġimgħa beda l-Ġimgħa 27 ta’ Mejju b’konferenza għal-ogħla karigi fis-Servizz Pubbliku u kompla s-Sibt 28 ta’ Mejju b’workshops organizzati mill-MITA għallpubbliku, fosthom l-istudenti żgħażagħ fejn is-suġġett huwa mobile apps b’servizzi governattivi li jitnedew f ’Marzu 2017. Mit-Tnejn 30 ta’ Mejju sal-Ħamis 2 ta’ Ġunju se jkunu qegħdin isiru laqgħat mal-partijiet interessati u l-pubbliku fuq servizzi li joffri l-Gvern, fosthom edukazzjoni,
saħħa, kummerċ, affarijiet tal-konsumatur, kultura, turiżmu, kuntratti tal-Gvern u sigurtà soċjali. Fl-aħħar nett, il-Ġimgħa 3 ta’ Ġunju se jkun qed isir seminar għallentitajiet pubbliċi. Il-Ġimgħa għas-Servizz Pubbliku 2016 tingħalaq, kif semmejt aktar qabel, b’dan il-kunċert. L-invit tagħna huwa miftuħ għall-pubbliku fejn iddħul huwa b’xejn u l-pjaċir garantit. Il-kunċert jibda fit-8.30pm u, għaldaqstant, inħeġġukhom biex taħsbu ftit kmieni għall-parkeġġ biex ma tiddiżżappuntawx ruħkom u titilfu l-opportunità unika ta’ dan l-avveniment. “Qabel ma tibda l-Orkestra se jkun hemm il-grupp Xarulù, li hu magħmul minn żewġ mużiċisti li verament kapaċi joffru spettaklu partikolari. Huma jdoqqu mużika pop b’ċertu umoriżmu u għalhekk żgur li se jpaxxu lil kull min jattendi. Wara jkun imiss lill-Orkestra biex tesegwixxi varjetà ta’ xogħlijiet minn kompożituri diversi. Il-mużika hija maħsuba biex tolqot il-gosti ta’ kulħadd peress li se ikun hemm kemm mużika li tvarja minn dik klassika popolari minn musicals kif ukoll mużika pop. Bħala solista mistiedna se jkun hemm il-kantanta Dorothy Bezzina u l-Orkestra tkun immexxija mis-Surmast Michael Laus.” Minkejja li dan il-kunċert qed isir għall-ewwel darba, Sigmund jinsab żgur li mhux se jkun l-aħħar darba li l-Orkestra tipparteċipa f ’dan l-avveniment. Għal dawk li għadhom qed jaħsbuha jattendux jew le, stedint lil Sigmund jaqsam il-kummenti tiegħu. “Kif aċċennajt qabel, dan il-kunċert huwa maħsub biex anke dawk in-nies li mhux daqshekk midħla tal-mużika klassika jistgħu jirrelataw mal-mużika li ntgħażlet. Dan għax il-mużika
klassika li ntgħażlet hija ferm popolari u żgur li kulħadd se jagħraf dawn is-siltiet. Barra minn hekk, hemm għażla ta’ siltiet minn musicals popolari li se jiġu interpretati mill-kantanta Dorothy Bezzina, kif ukoll għażla ta’ kanzunetti minn gruppi bħal The Beatles.”
u f ’Robert Sammut Hall qed naraw interess pożittiv fost ħafna żgħażagħ. Għalhekk nemmnu li dan il-kunċert jappella wkoll għaż-żgħażagħ mhux biss għax l-atmosfera se tkun waħda partikolari minħabba l-post fejn se jsir, imma għax l-għażla ta’ mużika se tkun varjata b’mod li tappella għal kulħadd.”
L-attendenza taż-żgħażagħ Ma’ Sigmund iddiskutejt fil-kunċerti qed tiżdied il-preparamenti li jinvolvi Xtaqt inkun naf, minn dak kunċert ta’ dan it-tip. “Fil-fatt, li jinnota Sigmund, kemm ikkonfermali li l-ikbar uġigħ ta’ qed ikun hawn interess ras wara kull kunċert tkun ilmiż-żgħażagħ għal kunċerti preparamenti meħtieġa. “Trid simili mtellgħa lokalment. tkun involut biex tapprezza “Ovvjament li ż-żgħażagħ x-xogħol li jkun għaddej. Idiktar ifittxu postijiet ta’ diskussjonijiet ikunu ilhom divertiment fejn il-mużika li bdew minn xhur qabel. tkun iktar kummerċjali, Wieħed irid iżomm f ’moħħu però b’sodisfazzjon ngħid li għal min għandu jappella l-attendenza taż-żgħażagħ dan il-kunċert, minn hemm għall-kunċerti tal-Orkestra naslu għall-għażla tal-mużika. tintgħażel il-mużika qiegħda dejjem tiżdied. Kif L-iktar kunċerti popolari maż- wieħed ikun irid jordna żgħażagħ jibqgħu Rockestra l-mużika minn barra u, fejn ilu l-kunċert ta’ Joseph Calleja, mużika ma tkunx aċċessibbli, però anke għal kunċerti klassiċi wieħed ikun irid jagħmel li l-Orkestra torganizza matul arranġament għall-Orkestra. l-istaġun tagħha fit-Teatru Ikun hemm diskussjonijiet Manoel, kif wkoll f ’Dar il- fuq it-tqassim tal-istage fejn Mediterran għall-Konferenzi tkun trid toqgħod l-Orkestra, dawl apposta u diskussjonijiet mal-persuna responsabbli mill-amplifikazzjoni talOrkestra. Ovvjament, ikun hemm xogħol ta’ permessi kif ukoll wieħed irid jippjana kif se jirreklama dan ilkunċert biex iktar nies jitħajru jattendu. Imbgħad fl-aħħar ikun hemm il-ġranet ta’ provi mal-Orkestra, kif wkoll malkantanta,” spjegali fid-dettall Sigmund. Fl-aħħar nett, Sigmund saħaq fuq il-fatt li dan huwa kunċert b’xejn fejn kulħadd huwa mistieden imur igawdi minn serata li żgur se toffri esperjenza unika għal dawk kollha preżenti, mhux biss biex igawdu mill-mużika, imma anke mill-atmosfera li jemmnu li se jkun hemm.
SKEDA
kullhadd.com
103 06.50 Flimkien ma’ Nancy (R) 07.45 Sejjaħtli Helpline (R) 08.30 Paperscan 10.05 Aroma Kitchen (R) 11.10 Maratona b’Risq Puttinu 12.30 Aħbarijiet 12.35 Kyrios 12.45 Telebejgħ 13.00 Maratona b’Risq Puttinu 17.30 Aħbarijiet 17.35 Telebejgh 17.50 Maratona b’Risq Puttinu 18.45 Attività Politika 19.30 Aħbarijiet 20.10 Ieqaf 20 minuta 20.35 Andrew & Sue 21.35 Maratona b’Risq Puttinu 23.30 Aħbarijiet
151 06.00 Lena 06.30 Memex 07.00 Due Uomini e Mezzo 07.40 Heartland: Il Progetto di Scienze 08.20 Viaggi da Record 08.45 Il Nostro Amico Charly 09.30 I Nostri Amici Animali 10.15 Cronache Animali 11.00 Mezzogiorno in Famiglia 13.00 TG2 Giorno 13.30 TG 2 Motori 13.45 Delitti in Paradiso 15.45 Squadra Omicidi 17.15 Squadra Speciale 18.00 TG2 L.I.S. 18.05 Toni Costa 19.35 Squadra Speciale Cobra 11 20.30 TG2 20.30 21.05 Hawaii Five-0 21.45 C.S.I. 23.25 La Domenica Sportiva Estate
154 06.00 Prima Pagina TG5 07.55 Traffico 08.00 TG5 09.10 Le Frontiere Dello Spirito 09.50 Life 10.50 La Ricetta Perfetta 12.00 Melaverde 13.00 TG5 13.40 L’Arca di Noè 14.00 Domenica Live 18.45 Caduta Libera 19.57 TG5 Prima Pagina 20.00 TG5 20.40 Paperissima Sprint 21.10 Riassunto 21.11 Il Segreto 23.15 Speciale TG5
29|05|2016 27
101 06.00 Aħbarijiet 07.30 Qalb in-Nies 08.00 Paq Paq on Test 08.15 Madwarna 08.45 Ħadt l-Aħbar 10.00 New Rooms 10.30 Malta u Lil Hinn Minnha 12.00 Aħbarijiet 12.10 Ħadd Għalik 15.00 Ħbieb u Għedewwa 18.00 Aħbarijiet 18.15 Għawdex Illum 18.45 L-Ordni 19.15 Il-Vjaġġatur 20.00 Aħbarijiet 20.50 Britian’s Got Talent 21.50 Aħbarijiet 21.55 Super Human 22.55 Paq Paq on Test 23.15 Aħbarijiet
152 07.00 Film: Lacrime d’Amore 08.45 TGR 12.00 TG3 12.25 TGR Mediterraneo 12.55 Ritratti Nino Manfredi 14.00 TG Regione 14.15 TG3 14.30 In ½ ora 15.00 TG3 LIS 15.05 Giro d’Italia 2016 15.40 Rai Sport 17.15 Processo Alla Tappa 17.40 Rai Sport 18.00 Equitazione 19.00 TG3 19.30 TG Regione 20.00 Blob 20.10 Che Tempo Che Fa 21.45 Report 23.30 TG3 23.40 TG Regione 23.45 Tutti Salvi Per Amore
155 07.00 Super Partes 08.05 Iacchi Du-Du 08.15 Pixie E Dixie 08.25 I Flinstones 09.20 Pippi Calzelunghe 10.30 Una Mamma Per Amica 12.25 Studio Aperto 13.00 Sport Mediaset 13.45 Tremors (Tremori) 15.40 Alex Rider Stormbreaker 17.30 Grand Prix 18.30 Studio Aperto 19.01 Tu, Io e Dupree 21.15 Una Notte Da Leoni 23.30 Top DJ
104 06.00 Euronews 07.00 News Loop 08.00 Quddiesa tal-Ħadd 09.00 Maratona b’Risq Puttinu
153 06.55 TG4 Night News 07.15 Media Shopping 07.45 Super Partes 08.15 Avventure Nella Prateria 09.20 I Luoghi Del Cuore 10.00 Santa Messa 10.50 I Luoghi Del Cuore 11.30 TG4 Telegiornale 12.02 Perry Mason 14.00 Donnavventura 14.07 Always-Per Sempre 16.50 Sparatorie Ad Abilene 18.50 Anteprima TG4 18.55 TG4 Telegiornale 19.35 Dentro la Notizia 19.55 Tempesta d’Amore 21.15 Maurizio Costanzo Show
162 06.00 Media Shopping 06.55 Anica Flash 07.00 Extreme Makeover Home Edition 08.40 Media Shopping 08.55 Cambio Casa Cambio Vita ‘16 10.00 X-Style ‘16 10.40 The Rachel Zoe Project 12.30 Dr. House Medical Division 14.30 Lana, Fashion Blogger 17.15 Rosamunde Pilcher. Un Amore All’orizzonte 19.15 Dr. House Medical Division 21.10 I Could Never Be Your Woman 23.20 Ascolta Il Tuo Cuore
102 07.00 Net News 08.00 Telebejgħ 09.00 Maratona b’Risq Puttinu 10.15 Għalkulħadd 11.15 Maratona b’Risq Puttinu 14.00 Aħbarijiet 14.05 Maratona b’Risq Puttinu 17.30 Flusek (R) 18.00 Aħbarijiet 18.05 What’s for Dinner 18.45 Maratona b’Risq Puttinu 19.30 Aħbarijiet 20.10 Maratona b’Risq Puttinu 23.00 Aħbarijiet
150 06.30 Unomattina in Famiglia 10.00 Easy Driver 10.30 A Sua Immagine 10.55 Santa Messa 11.50 A Sua Immagine 12.00 Recita Angelus 12.10 A Sua Immagine 12.20 Linea Verde Trentino 13.10 Gran Premio di Monaco di Formula 1 13.30 Telegiornale 13.39 Gran Premio di Monaco di Formula 1 14.00 Gara 14.15 Gran Premio di Monaco di Formula 1 16.30 TG 1 16.33 Che Tempo Fa 16.35 Domenica In: Il Meglio Di… 18.45 L’Eredità 20.00 Telegiornale 20.30 Calcio: Italia Scozia
307 06.50 Caribbean Life 07.15 Hawaii Life 07.40 Healthy Gourmet 08.30 Beachfront Bargain Hunt 09.25 Caribbean Life 09.50 Hawaii Life 10.15 Rehab Addict 11.10 Curb Appeal 12.00 House Hunters 12.50 Fixer Upper 13.45 Platinum Weddings 14.35 Tiny House Big Living 15.25 Fixer Upper 16.15 Restoration SOS Victoria 17.05 Platinum Weddings 18.00 Million Dollar Contractor 18.55 House Hunters 19.45 Hawaii Life 20.10 Caribbean Life 20.35 Rehab Addict 21.00 Rachel Hunter’s Tour of Beauty 21.55 Tiny House
410 06.00 House Hunters International 08.05 Salvage Dawgs 09.00 Rev Runs Around the World 10.00 Baggage Battles 11.00 The Treehouse Guys 12.00 Building Alaska 13.00 Man Caves 14.00 Lake Life 15.00 Salvage Dawgs 16.00 The Treehouse Guys 17.00 Building Alaska 18.00 Hotel Impossible 19.00 Expedition Unknown 20.00 Mysteries at the Museum 21.00 Mysteries at the Castle 22.00 Building Alaska 23.00 The Treehouse Guys
405 06.25 DogTV 07.15 Giant Pandas Go Wild 08.10 Rugged Justice 09.05 Austin Stevens. Most Dangerous 10.00 DogTV 10.55 Night 11.50 Mutant Planet 12.45 Wildest Islands 13.40 Untamed China with Nigel Marven 14.35 Swimming With Monsters With Steve Backshall 15.30 Spawn of Jaws. The Birth 16.25 Wildest Islands 17.20 Restoration Wild 18.15 Rugged Justice 19.10 Austin Stevens: Most Dangerous 20.05 Village Vets 21.00 Restoration Wild 21.55 Night 22.50 Gator Boys
312 06.30 Solarbabies 08.05 Beat Street 09.50 The Great Escape 12.40 Movers and Shakers 14.00 Rich Kids 15.35 Beauty Shop 17.20 Troll 18.40 The Sharkfighters 20.00 The Birdcage 22.00 Nightwatch 23.40 Wolf
412 300 06.00 Nina and the Neurons: In the Lab 06.15 Charlie and Lola 06.25 Jollywobbles 06.35 CBeebies Stories 06.40 Mr Bloom’s Nursery 07.00 Nina and the Neurons: In the Lab 07.15 Charlie and Lola 07.30 Jollywobbles 07.40 Doctors 09.35 EastEnders 11.35 Only Fools and Horses... 13.10 Bargain Hunt 16.55 Father Brown 20.05 Our Zoo 21.00 Mad Dogs 21.45 The Fear 23.20 Sherlock
403 07.40 Cake Boss 09.30 Little People Big World 11.20 The Undateables 12.15 Baby Changes Everything 13.10 Little People Big World 14.05 Cake Boss 15.00 Happily Ever Laughter 15.30 Say Yes to the Dress 15.55 Say Yes to the Dress: Bridesmaids 16.25 Say Yes to the Dress: Randy Knows Best 16.50 Curvy Brides 17.20 Something Borrowed Something New 17.50 My Crazy Italian Wedding 18.15 Say Yes to the Dress Canada 18.45 Say Yes to the Dress: Randy Knows Best 19.10 Randy’s Wedding Rescue 20.05 Psychic Matchmaker 21.00 Say Yes to the Dress. The Big Day 21.55 My 600-Lb. Life
372 06.00 Diners Drive-Ins and Dives 07.00 Chopped 08.00 Amazing Wedding Cakes 09.00 The Pioneer Woman 10.00 Siba’s Table 11.00 Barefoot Contessa: Back to Basics 12.00 Chopped 13.00 DinersDrive-Ins and Dives 16.00 Chopped 17.00 Siba’s Table 18.00 Valerie’s Home Cooking 19.00 Chopped 20.00 Cutthroat Kitchen 21.00 Man v Food 22.00 Valerie’s Home Cooking 23.00 Chopped
452 07.10 Blaze and the Monster Machines 07.35 PAW Patrol 08.00 Winx Club 08.55 The Fairly OddParents 09.30 Sanjay and Craig 10.00 Alvinnn!!! and the Chipmunks 10.25 Kung Fu Panda 11.20 The Fairly OddParents 12.10 Sanjay and Craig 17.30 SpongeBob SquarePants 18.10 Teenage Mutant Ninja Turtles 18.35 The Penguins of Madagascar 18.50 Henry Danger 19.15 The Thundermans 19.45 Bella and the Bulldogs 20.10 Sam & Cat 20.40 SpongeBob SquarePants 21.05 Avatar. The Legend of Aang 21.55 Big Time Rush 22.45 The Penguins of Madagascar 23.10 Rabbids Invasion 23.20 iCarly
400 06.00 How Do They Do It? 06.25 Fat n’ Furious 07.15 Fast n’ Loud 08.10 Wheeler Dealers 09.05 Extreme Car Hoarders 09.55 Classic Car Rescue 10.50 Salvage Hunters 11.40 Storage Hunters UK 12.35 Property Wars 13.30 The Liquidator 14.25 Dallas Car Sharks 15.20 Classic Car Rescue 16.15 Extreme Car Hoarders 17.10 Outback Truckers 18.05 World’s Toughest Jobs 19.00 Kings Of The Wild 20.00 Free Ride 21.00 Boy to Man 22.00 Telescope 23.00 Last Flight of the Space Shuttle
600 06.00 The French Open Tennis 08.30 Giro d’Italia Cycling 09.15 The French Open Tennis 10.15 Game, Set and Mats 10.45 The French Open Tennis 14.15 Giro dItalia Cycling 17.45 The French Open Tennis 20.30 Game, Set and Mats 20.55 Eurosport2 News 21.00 The French Open Tennis 22.00 Giro dItalia Cycling 22.30 Major League Soccer 23.00 Giro dItalia Cycling 23.25 Eurosport2 News 23.30 The French Open Tennis 23.30 Major League Soccer
306 06.00 Rich Kids of Beverly Hills 11.00 Fashion Police 12.00 L.A. Clippers Dance Squad 15.00 Botched 16.00 Keeping Up With the Kardashians 21.00 Botched 22.00 Rich Kids of Beverly Hills 23.00 Keeping up with the Kardashians
09.00 Pawn Stars 17.00 Storage Wars 18.00 Pawn Stars 19.00 Swamp People 20.00 American Restoration 21.00 American Pickers 22.00 Storage Wars 23.00 Vikings
28 29|05|2016
kullhadd.com MIĊ-
ĊINEMA
RAPPORT TA’
ĊINEMA
CARMEL BONNICI
MUSTANG
INTERESSANTI
ID-DESTIN TA’ ĦAMES AĦWA BNIET F’POST KONSERVATTIV Atturi Ewlenin: Gunes Nesihe Sensoy, Doga Zeynep Doguslu, Tugba Sunduroglu, Elit Iscan, Ilayda Akdogan, Nihal Koldas Direttriċi: Denize Gamze Erguven Ħin: 97 min. Distributur: Curzon/Artificial Eye Films Maħruġ minn Side Street Films, Eden Cinemas. Ċert. 12. Il-film Tork tad-direttriċi debuttanta Torka-Franċiża, Denize Gamze Erguven, Mustang, diġà affaxxina lil ħafna kritiċi u udjenzi filfestival ta’ Cannes u meta ntwera fi Franza. Din ilkoproduzzjoni FranċiżaĠermaniża-Torka u millQatar, sponsorjata wkoll mill-ministeru Tork talkultura, hija xogħol qalbieni u pjuttost spint għal pajjiż konservattiv bħat-Turkija. Il-film juri l-emanċipazzjoni ta’ ħames aħwa bniet orfni li jridu biss ‘a good time’. Wara l-aħħar ġurnata tal-iskola, l-aħwa Sonay, Selma, Ece, Nur u Lale jitilqu lejn ixxatt. Ir-reazzjoni tagħhom ħdejn il-baħar ma’ xi ġuvintur tamparhom tiskandalizza l-kbir lill-villaġġ tagħhom, tant li tal-familja (in-nanna u
z-ziju strettissimu tagħhom) isakkruhom ġewwa fid-dar qisha fortizza. Anzi, malajr isiru preparazzjonijiet biex iżewġuhom mill-aktar fis possibbli. Naturalment, huma jirribellaw, isiru nervużi u mingħajr sabar, tant li wieħed jistenna xi traġedja. Mustang, li jseħħ millperspettiva taż-żgħira, Lale, li hi wkoll in-narratriċi, fih mumenti ta’ tensjoni li tikkarga b’andament li jixbah xi xogħol ta’ tentattiv ta’ xi ħarba mill-ħabs jew minn xi post imsakkar sewwa. Dan kien wieħed mill-films barranin innominati għall-Academy Award, b’nominazzjonijiet u rebħ ta’ xi unuri fi Franza. Mustang, li hu bis-sottotitoli, mhuwiex melodrammatiku daqs The Virgin Suicides (1999).
EVERYBODY WANTS SOME!!
MERA REALISTIKA
ĦAJJA LIBERA TA’ STUDENTI Atturi Ewlenin: Blake Jenner, Will Brittain, Zoey Deutch, Ryan Guzman, Tyler Hoechler, J. Quinton Johnson. Direttur: Richard Linklater Distributur: E-One Films Maħruġ minn KRS Releasing Richard Linklater hu direttur metikoluż f ’xogħlu, kapaċi jżomm kontroll sħiħ kif film għandu jiżviluppa, jagħfas ħafna fuq id-djalogu u ma jħallix l-azzjoni (meta hemm bżonnha) tiskappa l-limiti. L-aħħar xogħol tiegħu, Everybody Wants Some!! hi speċi ta’ kummiedja kif grupp ta’ ħbieb li, fillibertà li jsibu ruħhom fiha kif ukoll fir-responsabbiltajiet tagħhom, meta m’għandhomx superviżjoni, jirreaġixxu. Ambjentat fil-ħajja ta’ kulleġġ fis-snin tmenin, id-direttur stess stqarr li dan hu film awtobijografiku u forma ta’ sequel spiritwali ta’ Dazed And Confused (1993). Jake Bradford (Jenner), l-alter ego ta’ Linklater stess, student ġdid, attraenti, xi ftit timidu, kważi mingħajr tattika mat-tfajliet, jasal flUniversità ta’ Southeast Texas u, bil-mod u b’eżempji forsi
Ħin: 117 min. Ċert. 15
mhux tajbin ta’ sħabu – kollha plejers tat-tim tal-baseball talpost, jaqbad il-passaġġ tiegħu għall-maturità. Hu jsib ruħu involut fixxorb, tipjip tal-ħaxixa u xi party storbjuż kważi kull filgħaxija. Dan kollu erbat ijiem u nofs qabel jibdew il-klassijiet. Li kieku Linklater idderieġa National Lampoon’s Animal House (1978), xogħol ieħor simili b’aktar furja u eċċessi, konna nistennew xi ħaġa simili għal Everybody Wants Some!! Dan il-film jiffoka sewwa fuq id-diskursati bejn il-ħbieb, l-attentati kif dawn l-atleti jirreaġixxu biex jaqbdu, ġieli mingħajr diffikultà, mattfajliet u anke sekwenzi qosra ta’ vjolenza jew logħob aħrax bejniethom li anke joħroġ iddemm. Id-direttur ried juri li meta tkun eċċentriku u uniku kif topera
hu punt ta’ kburija u pass għaqli kif timpressjoni lis-sess oppost. L-andament forsi ma jolqotx mill-ewwel iżda, meta wieħed jaħseb fuqu wara, jissoponi li
hemm ħafna iżjed x’wieħed jammira f ’din il-produzzjoni b’kast mhux magħruf iżda li jidhru naturali ħafna fil-parti tagħhom.
ĊINEMA
kullhadd.com
29|05|2016 29
MONEY MONSTER
EĊITANTI ĦAFNA
MINAĊĊJA QAWWIJA FI STUDIO TAT-TELEVIŻJONI
ieri klawstofobici (l-aħjar ta’ Atturi Ewlenin: George Clooney, Julia Roberts, Jack dan il-film), hawn tinħoloq O’Connell, Catriona Balfe, Giancarlo Esposito tensjoni palpabbli li tiggranfa miegħek u ma tħallikx taljena Direttriċi: Jodie Foster Ħin: 98 min. ruħek mument biss. Lee Gates Distributur: Tristar/Sony (Clooney) li jospita programm Maħruġ minn KRS Releasing Ċert. 15 televiżiv jismu Money Monster, fejn jagħti pariri dwar investiL-attriċi brava u rinomata iġenzi ta’ dan il-mestier, għax menti finanzjarji, dejjem jiftaħ Jodie Foster, li llum għandha għalkemm Money Monster hu il-programm tiegħu b’ħafna 53 sena u ilha taħdem minn film iddominat minn atturi ta’ mossi u żuffjett madwar l-ismindu kienet tifla, hija reb- fama, tinħass sewwa l-id soda tudio u bi żfin minn tfajliet bieħa ta’ żewġ Oscars u tinsab ta’ reġija suprema. sbieħ. Din il-produzzjoni tiżvolġi fir-raba’ attentat tagħha bħala Minkejja l-popolarità ta’ direttriċi f ’Money Monster. Jid- fil-ħin reali u, għalkemm dan ix-show, hu jħoss ruħu her sewwa li fit-tliet xogħlijiet il-parti l-kbira minnha tiġri fi vojt minn ġewwa u stmat ta’ ta’ qabel qabdet sewwa l-es- studio tat-televiżjoni, fi kwart- mażetta minn ħafna mill-ud-
jenzi. Waqt wieħed mill-programmi tiegħu, jidħol baxx baxx Kyle Budwell (O’Connell), ħaddiem li tilef flusu kollha għax investiehom kif tah parir Gates. Hemm ġew, quddiem il-poplu kollu, iżommu ostaġġ u anke jlibbsu ġakketta li fiha bomba. It-tensjoni u l-avvenimenti kollha li jseħħu tinnotahom Patty Fenn (Roberts), il-produttriċi li ma tista’ tagħmel xejn. Dan il-mument terribbli għall-impotenti u ineffiċjenti Gates jista’ jservi biex, bl-għajnuna ta’ Patty,
jaħtaf l-okkażjoni u juri li hu uman, attiv u jirreaġixxi ta’ wieħed matur. Money Monster, li jirreferi għall-kriżi monetarja ta’ ftit snin ilu, jindika li l-banek kienu l-ħatjin. Dan it-thriller qisu bomba tal-ħin, li fih jispikkaw Clooney u Roberts, jagħti omaġġ lil films oħra klawstrofobiċi, però eċċellenti, tal-passat bħal 12 Angry Men, u aktar lil Dog Day Afternoon. Jack O’Connell, l-attur Ingliż li spikka fil-film ’71, iħabbatha bis-sħiħ maż-żewġ protagonisti aktar magħrufa minnu.
L-AQWA ĦAMES FILMS Bejn il-11.05.2016 u l-15.05.2016
1. 2. 3. 4. 5.
X-Men Apocalypse The Jungle Book Captain America: Civil War Bad Neighbours 2 Eye in The Sky
KOMPETIZZJONI EMPIRE CINEMA
Mistoqsija għal din il-ġimgħa:
Liema film tidderieġi Jodie Foster?
Ibgħat it-tweġiba tiegħek lil: Kompetizzjoni Films, KullĦadd, Ċentru Nazzjonali Laburista, Triq Mile End, il-Ħamrun, ĦMR 1717. Rebbieħ tal-ġimgħa l-oħra: J. CUTAJAR – Ħaż-Żebbuġ
30 29|05|2016
kullhadd.com
AVVIŻI KLASSIFIKATI
PROPRJETÀ
www.tudorinstitute.com
Il-Baħrija: Appartamenti għall-bejgħ bi tliet kmamar tas-sodda, l-ewwel darba fuq issuq bi prezzijiet speċjali. Prezz: €165,000. Ċempel 7931 0597. Mingħajr aġenti jekk jogħġbok.
Tewmi Group għal lezzjonijiet tal-karozzi kemm manual u kif ukoll automatic. Cab service u karozzi għall-kiri bi prezzijiet raġonevoli. Żur is-sit www. tewmi.com jew ċempel 9942 2422.
Ħad-Dingli: Appartamenti għall-bejgh bi tliet kmamar tas-sodda. Prezz: €150,000. Ċempel 7931 0597. Mingħajr aġenti jekk jogħġbok.
Lezzjonijiet taż-żfin fuq stil ballroom jew Latin-Amerikan. Lezzjonijiet taż-żfin għallbeginners u kompetizzjonijiet minn Imperial Qualified Dance Ix-Xemxija: wwAppartament Teacher (ISTD) Ibgħat SMS bi tliet kmamar tas-sodda b’ve- fuq 7925 3015 jew ċempel 2138 duti mill-isbaħ u lock-up garage 6818 sa 12.00pm. inkluż. Prezz: €215,000. Ċempel 7931 0597. Mingħajr aġenti Care and Cure Group Ltd: infermiera mħarrġa, caring jekk jogħġbok assistants, nannies, nies imħarrġin iżommu kumpanija, TANAYA’S Dev. Ltd: Għażla biex kbira ta’ appartamenti f ’kull għajnuna fid-djar u night sitters. żona ta’ Malta. Jinbiegħu Servizz ta’ 24 siegħa, Għandna mingħajr depożitu u nħallsulek wkoll għall-kiri: wheelchairs, hoists, il-kuntratt. Offerta speċjali. commodes, walking frames u hospital Għal aktar dettalji ċempel 9992 beds. Għal aktar informazzjoni 4999. Mingħajr aġenti jekk ċempel fuq dawn in-numri: 2137 6946/9947 0178. jogħġbok. SERVIZZI Investigazzjoni Privata: Żwiġijiet, għerusija u relazzjonijiet oħra, DNA forensic tests, tfal maħtufin minn Malta, każijiet ċivili, każijiet oħra filQorti, problemi f ’kumpaniji jew negozju. Nagħmlu xhieda fil-Qorti. Naħdmu f ’Malta u anke barra. Għal appuntament ċemplu 7959 0000. Email: info@ privateinvestigationmalta.com Korsijiet f ’Livell Ordinarju f ’diversi suġġetti bħallMatematika, Ingliż, Malti, Franċiż, Fiżika u oħrajn. Noffru wkoll korsijiet talECDL. Prezz €35 kull module. Noffru wkoll korsijiet bażiċi fil-kompjuter, €50. Ċempel 2166 2241 jew 7766 2241 jew żur is-sit elettroniku
ta’ grandfather clocks u kull tip ta’ clock. It-tiswija hija bil-garanzija. Għal aktar informazzjoni żur is-sit: www.expresswatchrepairs. com jew irrikorru 110, Triq ilKungress Ewkaristiku, il-Mosta. Ċempel 2141 7235.
fuq faċċata, bjut, appoġġi, gallarijiet, eċċ. Membrane jew liquid membrane. Mela pproteġi l-proprjetà tiegħek mill-ilma tax-xita u ċempel issa għal stima b’xejn bin-numru 7905 8883 jew idħol fuq is-sit www. darrendoitall.com
XOGĦOL TA’ MANUTENZJONI
Il-bejt tiegħek jagħmel l-ilma? Għandek problema ta’ moffa? Kenda Ltd issolvilek ilproblema. Nispeċjalizzaw fuq xogħol ta’ waterproofing u membrane b’10 snin garanzija. Xogħol professjonali blaqwa materjal ISO Pool. Għal stima bla obbligu ċemplu 7972 9967 jew żur is-sit www. kendawaterproofing.com
Installazzjoni u tiswija ta’ aerials tat-televiżjoni. Offerti vantaġġjużi fuq sistemi tassatellita u fuq l-android TV boxes. Għal aktar informazzjoni ċempel 2148 6211.
Għal kull tip ta’ kisi bil-ġibs, ramel u siment, graffiato, żebgħa, xogħol fuq l-antik, xogħol fuq il-pond, madum, membrane, dawl AVVIŻI OĦRA u ilma. Ċempel fuq 7928 5444. Paul & Waters – The Perfumery. Tiswija u installazzjoni ta’ Għall-aqwa ditti ta’ fwejjaħ, estensjonijiet tat-telefowns għal oriġinali u bl-orħos prezzijiet kull tip ta’ linji fissi. Ċempel fuq f ’Malta, żur il-ħwienet ta’ Paul 7993 0419. & Waters – The Perfumery. Il-ħwienet tagħna tal-Fgura, Varjetà ta’ ħwat, ħoroż, kanali il-Mosta, Ħal Qormi u Raħal tal-ilma, ċangatura qadima jew Ġdid ikunu miftuħin kuljum ġdida, kantun qadim, lavur ta’ mid-9.00 san-12.30 u mill-16.00 AFFARIJIET kull tip. Ċempel lil Jason fuq sas-19.00. Paul & Waters Free GĦALL-BEJGĦ in-numru 2143 2352 jew 9947 Delivery Service. Ċempel 2766 3361. Aħna nixtru kollox, bħal 7167. għamara, fajjenza, arloġġi, figurini, muniti, midalji, u kull Jason Gatt għal kull xogħol ta’ MUSIC LINK Issibilna kull tip ħaġa oħra. Ċemplu fuq 2147 tibjid u tikħil, kisi normali, fuq ta’ strumenti mużikali, fosthom 0128, 2123 7597 jew 9986 9519. il-fil, fuq xogħol antik u bil- drums kemm akustiċi u elettriċi, pont, kisi bil-ġibs u graffiato. cymbals, percussion, pjanijiet Għandna varjetà kbira ta’ Kiri ta’ cherry picker (tower ladder). diġitali, baby grand pianos, sound cards. Apparat arloġġi bħal Tissot, Citizen, Ċempel fuq 9945 4235 jew 2180 mixers u sound ta’ DJ sound systems, kitarri Casio, Michael Kors, Fossil, 5811. klassiċi u akustiċi, bass guitars, Esprit, Festina u Q&Q. Issibilna wkoll arloġġi ta’ mal- WP Ltd ta’ Triq ix-Xitwa, Ħal strumenti tar-ram, wood winds, ħajt, żveljarini u selezzjoni ta’ Qormi, jispeċjalizzaw f ’xogħol vjolini, spare parts u aċċessorji cuckoo clocks mill-Black Forest. ta’ waterproof membrane, damp oħra. Issib ukoll kotba talNoffru servizzi rigward tiswija proofing u rubberised paint. 25 mużika tat-tagħlim. Mur Music ta’ kull tip ta’ arloġġ kif ukoll sena esperjenza. Stimi b’xejn u Link, 262, Triq Fleur-de-Lys, nibdlu batteriji, ċineg, naqtgħu prezz moderat. Ċempel 2148 B’Kara. Ċempel 2148 2796. kull forma ta’ ħġieġa, eċċ. Għal 8972, 2143 8326, 9944 5527 jew dawk l-arloġġi tajbin għall-ilma, 7981 2784 jew żur is-sit www. AGR AUTO JAPANESE noffru s-servizz ta’ water pressure wpmalta.com Parts għall-karozzi: Inbigħu test waqt li tistennew għalih. kull tip ta’ parts ta’ karozzi Nispeċjalizzaw ukoll fuq tiswija Għal kull tip ta’ xogħol Ġappuniżi u Koreani, fosthom
KUPUN AVVIŻI KLASSIFIKATI IKTEB L-AVVIŻ F’DAN L-ISPAZJU
ISEM, KUNJOM, NRU TAT-TELEFOWN/MOWBAJL U INDIRIZZ
AVVIŻI
Kia, Toyota, Isuzu, Daewoo, Mitsubishi, Honda, Subaru. Huma wkoll importaturi ta’ żjut u air filters, shock absorbers, brake pads, clutches, eċċ. Parts ġenwini. Għal aktar informazzjoni ċempel 2144 6839 jew 9947 4504. Fax: 2147 0295. Email: alex@agrautoparts.com Nigret Night Club and Restaurant, Labour Ave, irRabat, Malta. Naċċettaw riservazzjonijiet għal coffee mornings, lunches u dinner dances u kull okkażjoni oħra. Miftuħin fil-weekends, lejla Maltija b’differenza kull nhar ta’ Ġimgħa. Nhar ta’ Sibt mużika għal kulħadd ma’ Franz Grech. Inservu wkoll take-away fil-weekends. Naċċettaw riservazzjonijiet għal kull okkażjoni. Għal aktar informazzjoni ċempel 2145 4858/2145 4908/7945 4908. Tistgħu żżuru s-sit elettroniku www.nigretnightclub.com jew www.nigretnc.com TALBA LILL-ISPIRTU S-SANTU: Int li ssolvi l-problemi kollha, dawwal ittoroq kollha tiegħi biex nikseb dak li neħtieġ. Inti li tajtni d-don divin biex naħfer u ninsa d-deni kollu li jsir kontra tiegħi, li f ’kull mument ta’ ħajti tkun maġenbi. F’din it-talba qasira nixtieq nirringrazzjak ta’ dan kollu, waqt li nikkonferma mill-ġdid li qatt ma ninfired minnek, anke quddiem l-illużjonijiet materjali. Nixtieq li nkun miegħek fil-glorja ta’ dejjem. Grazzi għall-ħniena tiegħek lejja u lejn dawk li jiġu minni. Din it-talba għandha tingħad tlett ijiem wara xulxin. Wara tlett ijiem it-talba tkun maqlugħa, anke jekk għall-bidu tidher diffiċli. It-talba għandha tkun ippubblikata mill-ewwel wara li tinqala’ l-grazzja, bla ma tissemma’ x’kienet.
Offerta 1: Ġimagħtejn Offerta 2: 5 ġimgħat Offerta 3: 2 avviżi għal 5 ġimgħat Offerta 4: 13-il ġimgħa Offerta 5: 26 ġimgħa Offerta 6: 52 ġimgħa
€5 €10 €15 €30 €56 €93
ĦLAS B’CASH JEW CHEQUE LIL: Sound Vision Print Ltd, KullĦadd, Avviżi Klassifikati, Ċentru Nazzjonali Laburista, Triq Mile End, il-Ħamrun, ĦMR 1717.
AVVIŻI
kullhadd.com
29|05|2016 31
AVVIŻI ĠENERALI Collage: Wirja ta’ arti kollettiva L-Għaqda Filantropika Talent Mosti tippreżenta wirja artistika ta’ Sarah Buckle, Paul Cassar u Caroline Sammut bejn l-4 u t-18 ta’ Ġunju 2016, fir-Razzett tal-Markiż Mallia Tabone, Triq Wied il-Għasel, il-Mosta. Ħinijiet tal-ftuħ: mit-Tnejn sa-Sibt, mis-6.00pm sat8.00pm; Ħdud: mill-10.00am sa nofsinhar u bejn is6.00pm u t-8.00pm. Kulħadd hu mistieden li jattendi. Dħul bla ħlas. Għal aktar tagħrif żur il-paġna ta’ Facebook Razzett talMarkiż, jew is-sit elettroniku www.talentmosti.com Tlielaq mill-Qormi Athletic Club Il-Qormi Athletic Club se jorganizzaw l-20 edizzjoni tat10km Qormi road race, 10km walk u 2km fun run li se jsiru nhar it-Tlieta 7 ta’ Ġunju 2016. Dawn it-tlielaq se jsiru taħt l-awspiċi tal-Malta Amateur Athletic Association u bil-kollaborazzjoni tal-Kunsill Lokali ta’ Ħal Qormi. It-10km road race tibda fit-8.00am minn quddiem l-uffiċċju tal-Kunsill Lokali ta’ Ħal Qomi bi prezz ta’ €15. It-10km walk tibda fit-8.15am minn quddiem l-uffiċċju tal-Kunsill Lokali ta’ Ħal Qomi bi prezz ta’ €10. It-2km fun run tibda fid-9.30am minn quddiem il-klabb tal-boċċi bi prezz ta’ €3. Għal aktar informazzjoni kkuntattja lill-Kunsill Lokali ta’ Ħal Qormi fuq 2144 0101; jew mur personalment fl-uffiċċju tal-Kunsill li jinsab fi 392, Triq il-Vitorja, Ħal Qormi; jew żur is-sit elettroniku www.qormilocalcouncil. com; jew ibgħat email lil qormi.lc@gov.mt Inawgurazzjoni tal-ewwel fażi ta’ trofew artistiku fl-Imqabba Fl-okkażjoni tal-Festa tal-Madonna tal-Ġilju 2016 flImqabba, se ssir l-inawgurazzjoni tal-ewwel fażi ta’ trofew artistiku; proġett fuq skala kbira li l-Għaqda talArmar Madonna tal-Ġilju ilha għal dawn l-aħħar snin taħdem fuqu. Din se ssir nhar il-Ħamis 16 ta’ Ġunju 2016, fl-10.00pm, fil-pjazza ewlenija tal-Imqabba. Se jkun hemm spettaklu multiviżiv imżewwaq bi dwal u nar. Wara, jintlaħaq il-qofol tal-marċ brijuż tat-tridu bis-sehem tal-banda mistiedna San Ġużepp tal-Ħamrun. Aktar informazzjoni tinkiseb mis-sit elettroniku uffiċjali tas-Soċjetà Mużikali Madonna tal-Ġilju www. talgilju.com
Pasta night fil-pjazza tal-Imqabba Fl-okkażjoni tal-festa ad unur il-Madonna tal-Ġilju 2016, il-Kumitat Amministrattiv fi ħdan is-Soċjetà Mużikali Madonna tal-Ġilju tal-Imqabba se jorganizza pasta night nhar is-Sibt 11 ta’ Ġunju 2016 fit-8.00pm, fil-pjazza ewlenija tal-Imqabba, quddiem il-każin tasSoċjetà Mużikali Madonna tal-Ġilju. Jigu servuti diversi tipi ta’ għaġin. Waqt din l-attività se jkun hemm divertiment mużikali provdut minn Vintage Group li se jallegraw lil dawk kollha preżenti. Kulħadd huwa mistieden jattendi f ’atmosfera brijuża. Riservazzjonijiet isiru fuq in-numru 7985 3044 u aktar informazzjoni tinkiseb mis-sit elettroniku tas-Soċjetà Mużikali Madonna tal-Ġilju www.talgilju.com Ħruġ tal-istatwa tal-Madonna tal-Ġilju min-niċċa Nhar il-Ħadd 12 ta’ Ġunju 2016 se ssir iċ-ċerimojna talħruġ solenni min-niċċa tal-istatwa artistika u devota talMadonna tal-Ġilju u l-espożizzjoni solenni tagħha fuq il-bradella artistika fiċ-ċentru tal-knisja parrokkjali talImqabba. L-istatwa se tkun esposta għal 15-il ġurnata ta’ qima pubblika fl-okkażjoni tal-festa tal-Madonna tal-Ġilju, li se tiġi ċċelebrata nhar il-Ħadd 19 ta’ Ġunju. Iċċerimonja tibda’ fil-10.30am u d-devoti kollha ta’ Marija Immakulata huma mħeġġa li jattendu. Din is-sena qiegħda ssir it-tifkira tal-140 sena mill-miġja tal-vara talMadonna tal-Ġilju fl-Imqabba. Għal aktar informazzjoni żur is-sit elettroniku uffiċjali tas-Soċjetà Mużikali Madonna tal-Ġilju www.talgilju. com
SEGWI L-GAZZETTA KULLĦADD FUQ FACEBOOK BILLI TAGĦFAS LIKE FUQ IL-PAĠNA TAGĦNA facebook.com/kullhadd
32 29|05|2016
kullhadd.com
TEMP GĦAL-LUM
It-Tnejn
It-Tlieta
L-Erbgħa
28°C
27°C
26°C
18°C
18°C
18°C
09
08
08
Il-Ħamis
Il-Ġimgħa
Is-Sibt
26°C
27°C
25°C
17°C
18°C
19°C
09
09
08
ALMANAKK
RITRATT MILL-ANTIK
L-OGĦLA TEMPERATURA: 28°C L-INQAS TEMPERATURA: 19°C INDIĊI UV: 10 SITWAZZJONI ĠENERALI: Firxa dgħajfa ta’ pressjoni baxxa testendi fuq iċ-ċentru tal-Mediterran TEMP: Il-biċċa l-kbira msaħħab li jsir sabiħ filgħaxija
UV
VIŻIBBILTÀ: Tajba Ritratt: Bay Retro
RIĦ: Ħafif mit-Tramuntana li jsir moderat mill-Majjistral it-Tramuntana BAĦAR: Ħafif li jsir moderat IMBATT: Ftit li xejn li jsir baxx millPunent TEMPERATURA TAL-BAĦAR: 19°C
UV
SPIŻERIJI LI JIFTĦU LLUM IL-ĦADD Empire Pharmacy (Branch), 46 Triq Melita, il-Belt Valletta – 2122 5785 Chemimart International Pharmacy, Triq il-Kbira San Ġużepp, il-Ħamrun – 2123 6477 Evans Pharmacy, 96/98, Triq San Bastjan, Ħal Qormi – 2148 7020 Mackie’s Pharmacy, Triq L. Casolani, Ta’ Paris, Birkirkara – 2149 6089 O’Hea Pharmacy, 128, Triq Manoel, il-Gżira – 2133 0268 Potter Chemists Ltd, Triq Wilġa, Paceville – 2136 3244 Edward’s Pharmacy, 115, Triq Manwel Dimech, Tas-Sliema – 2133 4102 St Catherine Pharmacy, Triq id-Dielja k/m Triq Santa Katerina, Ħ’Attard – 2141 3442 Sta Margherita Pharmacy, Vjal il-Qalbiena Mostin, il-Mosta – 2141 6426 Euro Chemist, Triq il-Kurazza, il-Qawra – 2158 1876 Distinction Pharmacy, 32, Pjazza Antoine De Paule, Raħal Ġdid – 2169 3412 Brown’s Pharmacy, 8, Misraħ l-Arċisqof Gonzi, il-Kalkara – 2180 7740 Cilia’s Pharmacy, 303, Triq Ħaż-Żabbar, il-Fgura – 2180 1962 Beta Pharmacy, 50/52, Triq Santa Marija, Ħal Għaxaq – 2166 3311 Żurrieq Dispensary, 68, Triq il-Kbira, iż-Żurrieq – 2168 9971 Santa Marija Pharmacy, 40, Triq l-Għasfura, Ħaż-Żebbuġ – 2146 5346 Imtarfa Pharmacy, 207 Triq San David, l-Imtarfa – 2145 1261 Għawdex
Dehra taċ-Ċitadella, lura għas-sena 1926
DIN IL-ĠIMGĦA MILL-ISTORJA
30.05.2013 In-Niġerja tgħaddi liġi li twaqqaf milli jsiru żwiġijiet jew unjonijiet ċivili għal koppji tal-istess sess
Castle Pharmacy, 2, Misraħ l-Indipendenza, ir-Rabat, Għawdex – 2155 6970 Għajnsielem Pharmacy, Pjazza Indipendenza, Għajnsielem, Għawdex – 2720 3615 Servizz ta’ tobba fiċ-ċentri tas-saħħa fil-Ħdud u l-festi pubbliċi Iċ-ċentri tas-saħħa tal-Mosta, Raħal Ġdid, u l-Furjana jiftħu għall-emerġenzi - 24 siegħa, sebat ijiem filġimgħa. Fil-Ħdud u fil-festi pubbliċi, iċ-ċentru tas-saħħa tal-Gżira jiftaħ għall-emerġenzi bejn it-8.00am u l-5.00pm, ikun hemm ukoll servizz ta’ infermier bejn it-8.00am u t-8.00pm. Il-pubbliku jrid jattendi ċ-ċentru tas-saħħa tad-distrett tiegħu. Persuni mingħajr karta ta’ identità ma jiġux moqdija.
NUMRI REBBIEĦA LOTTU
74 22 21 06 05 52 26 24
SUPER 5
36 28 04 29 15
GRAND LOTTERY
00 04 07 08 03 01 04
31.05.1929 Jintwera għall-ewwel darba l-cartoons ta’ Mickey Mouse, The Karnival Kid
TISLIBA
kullhadd.com
29|05|2016 33 RIŻULTATI TAX-XAHAR LI GĦADDA MIMDUDIN: 1 Kwatern, 5 Stromu, 8 Skamplu, 14 Kesħa, 15 Lumier, 17 Xekkel, 19 Truxa, 20 Rikk, 21 Palk, 23 Użata, 25 u 28 Atlantiku, 29 u 30 Ferħan, 31 Rasu, 33 Ingratitudni, 39 Isla, 41 u 42 Kannol, 43 Lupa, 45 Isfel, 46 Lasti, 47 Apap, 50 Oral, 53 u 54 Krakar, 56 Warda, 58 Gorboċ, 60 u 62 Regolamenti, 64 Redus, 67 Makakk, 69 Miraġġ, 70 Pesti, 72 u 73 Preġju, 75 Wiżż, 77 Paga, 79 Rtokk, 80 u 82 Araniissa, 84 u 85 Stunar, 87 Rjus, 88 Ħaddwaraħadd, 93 Żina, 94 u 95 Muniti, 96 Fann, 98 Itwal, 100 Dnubu, 101 Fdal, 105 Alla, 108 Tasal, 109 Mirdum, 110 u 111 Rilassament, 112 Xandara, 113 Żarmuġ, 114 Firilla.
029
WEQFIN: 2 Wasal, 3 u 4 Teatrali, 6 u 7 Terramaxka, 9 u 10 Kalamita, 11 Lhudi, 12 Skopert, 13 Natural, 16 Mażun, 18 Klawn, 22 Mekka, 24 u 26 Tartru, 27 Falla, 32 u 33 Sulfarini, 34 Goff, 35 Arloġġ, 36 Tellar, 37 u 38 Destini, 40 Sapjan, 44 Pika, 48 Perm, 49 Sagramew, 51 Skariġġa, 52 Dwejra, 55 Wistin, 57 Dinu, 59 Bupa, 61 Garr, 63 Esse, 65 Doppju, 66 Spag, 68 Kawkaw, 69 Miżata, 70 Puss, 71 Salami, 74 Bond, 76 Papa, 78 Astuż, 79 Ruħ 81 u 82 Indirett, 83 Profitt, 86 Falluti, 89 Awtur, 90 u 91 Dħaħen, 92 Debba, 97 Nasba, 99 u 100 Lampadarju, 102 Dwell, 103 u 104 Vladimir, 106 u 107 Nspirati.
Mimdudin 1 5 8 14 15 17 19 20 21 23 25 28 29 31 33 39 41 42 43 45 46 47 50 53 56 58 60
Disk żgħir tal-kompjuter (7) Qam mill-mewt (6) Allura dan ir-raġel tal-ambaqra? (7) Aktar mimli, aktar smin (5) Dan il-frott irqiq, qisu żinżel, jittiekel mal-insalata (6) Biha tqabbad is-sigarett (6) Dan ħażin ferm fit-togħma, semm, velenu, ma tniżżlux (5) Min jgħix bit-.... jmut bil-piena (4) Erfa’ u .... għal meta jiġi l-morr (4) Din tfisser qerq, imbrolja u ingann, x’aktarx finanzjarju (5) Waħda mir-rokon (5) Allura dan ir-raġel tal-qajla? (4) u 30 Għan-niżla kull ...... jgħin (6) Kulħadd tad-.... u l-laħam (4) Ngħiduha bil-ħniena lil min hu ċuċ u injurant għax irid hu (5,1,6) Il-.... u tajjeb aħjar mill-wisq u ħażin (4) ... Gardner kienet artista ta’ Hollywood wisq sabiħa (3) Kienet maħluqa minn kustilja ta’ Adam (3) Aktar minn ħodon wieħed (4) Hood? (5) Pjan f ’livell ta’ mill-inqas 11-il filata (5) Din taraha fuq id-desk biex fiha żżomm xi karti jew ittri (4) Dan mhuwiex ir-raġel ta’ Kuba (4) u 54 Dan kien il-qalziet ta’ taħt tan-nisa (6) Tistrieħ fuqu fis-sodda (5) Dan il-materjal jiġġebbed u jiġġebbed, u jerġa’ jiġi f ’tiegħu (6) Għamel għadd ta’ toqob (6)
62 64 67 69 70 72 75 77 79 80 82 84 85 87 88 93 94 96 98 100 (9) 105 108 109 110 111 112 113 114
Aktar prim (6) Min jitwield taħt stilla ta’ Lvant ..... tkun kollha hena u kant, qawl (5) Kemm hija kerha mimlija rmied tas-sigarretti (6) Il-benjamin tal-familja (6) Is-..... jiekol il-ħadid (5) u 73 L-arti tal-films fuq il-liżar (6) Minn dan is-seklu diġà għaddew aktar minn sittax (4) Qalleb kollox ta’ .... fuq (4) Allura dan il-kappillan jorqod fuq kutra mqallba? (5) Flopp kbir (5) Bir-raġel tiġieġa u bil-.... serduq, id- dar tinqaleb ta’ taħt fuq (4) Ismu ssibu fid-divorzju (3) Fl-Italja għandu erba’ stazzjonijiet tat-TV (3) Imċaħħad (4) Dawn jagħtu sehemhom fil-gazzetti, bil-kitba (12) H (4) u 95 Wieħed mid-dojoq (6) Lil din kienu jgħidulha tal-Flagship (4) Allura dan ir-raġel ta’ spunta (5) u 101 Din iġġagħlek tibda tomħot
2 3 4 6 7 9 11 12 13 16 18 22 26 32 33 34 35 36 Minn fommok għal ....! (4) 37 Bxara (5) Il-pajjiż ta’ Mosè (6) 38 Ċuċata tat-tfal żgħar (6) Dan ifisser rahan, garanzija jew 44 kapparra (5) 48 Dan iżomm l-ordni f ’xi najtklabb u jkeċċi lil min joħloq l-inkwiet (7) 49 Il-kapitali tat-Turkija (6) Din il-logħba tal-karti oriġinat minn 51 pajjiżi Spanjoli (7) 52
Weqfin Dan il-lewn bejn qastni u sewdieni (5) Dan il-moviment taż-żwieġ (4) Dan mhuwiex ir-raġel tat-tikka (4) Fortuna (5) Kemm ifuħ mimli bil-pastizzi jaħirqu (5) u 10 Din it-triq tal-kummerċjanti fil- kapitali tagħna (8) Din il-biċċa għodda qisha lima ħaxxuna (5) Qan qisu kalċi wiesa’ li fih jinżammu l-ostji (7) Hawn irġiel li ma jistgħux jaraw ....... għax jinħallu (7) Din ġawhra prezzjuża, mhijiex omm il-perlina (5) Mhumiex kwadri (5) u 24 Dan l-għasfur jixbah ħafna l-bilbla u jpassi rari fil-ħarifa (5) u 27 Dan imissu jibqa’ jafulek (8) Għamel in-nar għalih u nxtewa bih (6) Din il-kelma għadha kemm għaddiet (3) Kontra telf (4) Meta jkollok xi ...... bil-mod teħles minnu (6) Din il-kelma tweġġa’ l-qalb (6) .... tal-fenek, tajjeb għall-kaċċa tiegħu (4) u 40 Dan il-bniedem inkarigat jieħu ħsieb skola (9) Suppost jinkiteb għanbu (4) Dan għandu ċertu preġju, kontra ta’ spiss (4) Dawn il-fjuri kollha lwien għandhom forma ta’ qanpiena (8) Iż-żejjed ........, qawl (8) Din hija broxk jew xkupa (6)
55 57 59 61 63 65 66 68 69 70 71 74 76 78 79 81 83 86 89 91 92 97 99 100 102 103 106 107
Ordnijiet (6) Aħjar tard inkella .... (4) S’issa ma rajna xejn speċjali, il-.... għadu ġej (4) Min jaqta’ bla ma jqis, minn pezza drapp ma joħroġx ...., qawl (4) La tmur Ruma tara l-.... (4) Min imaqdar irid ...... (6) Wiċċ u wiċċ u aktar minnhom (4) Min ...... il-ħalliel għandu sehem millħtija (6) Din il-ħuta jgħidulha spjun tal-kelb ilbaħar (6) Diċembru fis-.... jidħol membru (4) Allura dan id-drapp tat-tapizzerija jiġi minn Damasku? (6) Aktar minn qarn wieħed (4) Xi ħadd li .... żurżieqa, kollox jiżżerżaq minn moħħu (4) ..... il-vapur ta’ Għawdex, ma laħqux (5) Hu jaf x’fiha l-borma (3) u 82 Dan postu f ’Kordin (8) Jgħidu li dan milli jkollu jtik (7) Jużaha l-aktar min isiefer, biex iġorr kollox fiha (7) u 90 Din il-kelma tfisser f ’waqtu, fil- ħin li jaqbel (8) Għandu ħafna minnu min hu twil (3) Din tiġi minn folla u ġemgħa kbira ta’ nies, kulħadd jgħaffeġ fuq xulxin (5) Din il-boċċa żgħira tal-ħġieġ ikollha toqba fin-nofs (5) It-tali u t-tali u t-tali (5) Kontra kontra (5) Raġel bħal dan kultant ikollok toħroġ tfittxu bil-lampa (5) u 104 Infjammazzjoni tal-bronki (8) Jgħidu li tagħha aktar ifuħ (4) Għid! U l-ħabel skappa (4)
34 29|05|2016
kullhadd.com
LOGĦOB
TISLIBA BIN-NUMRI POĠĠI N-NUMRI F’POSTHOM Bi 3 Numri 070 077 106 261 466 477 658 728 734 B’4 Numri 0098 0285 0477 1137 1216 1405 1568 1702 1870 2498 2562 3099 3115 3178 3878 4549 4618 4703
4704 5587 5829 5961 6334 6456 6518 6838 6895 7403 7487 7974 9607 9648 B’5 Numri 01777 01778 02693 05051 12621 16566 16854 17689 28252 40227 46024 49707 53617 56073 58516
61471 72558 74163 74403 75477 75814 80372 82348 85567 85904 86565
466245 589941 B’7 Numri
B’6 Numri
1685606 2153487 3039635 3481886 5825297 6586211 8748849
014723 041345 277853 411776 IR-RIŻULTAT TAL-ĦADD LI GĦADDA
] SUDOKU SPONSORJATA MINN WELLA
Irbaħ xampù u conditioner tad-ditta Wella. Aqta’ din il-logħba u ibgħatha lil: KOMPETIZZJONI WELLA KullĦadd, Ċentru Nazzjonali Laburista, Triq Mile End, il-Ħamrun, ĦMR 1717. Isem: Indirizz:
Rebbieħ tal-ġimgħa l-oħra: A. B. GARAS – il-Ħamrun
KOMPETIZZJONI CENTRO CASALINGA ]
6
Ġemma’ sitt kupuni u ibgħathom f ’daqqa lil: KOMPETIZZJONI CENTRO CASALINGA, KullĦadd, Ċentru Nazzjonali Laburista, Triq Mile End, il-Ħamrun, ĦMR 1717. Isem: Indirizz: Nru tal-kartà tal-identità:
Nru tat-telefown:
LOGĦOB
29|05|2016 35
kullhadd.com
IRBAĦ €100 FI FLUS
125
Ibgħat dawn iż-żewġ kompetizzjonijiet f ’daqqa fl-indirizz: IRBAĦ €25 FI FLUS, KullĦadd, Ċentru Nazzjonali Laburista, Triq Mile End, il-Ħamrun, ĦMR 1717. Idħol biċ-ċans li tirbaħ magħna.
TISLIBA Mimdudin:
1. 4. 7,23. 9,19. 10. 12. 16. 18. 19. 20. 21. 23. 24.
Kompli l-qawl: Alla jdenneb il-..... (5) Jista’ jkun goff (4) Żid fir-ritmu (6) Tkissir (6) Fixkel (6) Appik (6) Hekk għamel meta fittex (3) Ara 11 Ara 9 Pjazza (5) Din trabbi (3) Ara 7 Maħbuba Taljana (5)
Weqfin:
1. 2,6. 3,12. 5,17. 6. 8. 11,18. 12. 13. 14. 15. 17. 21. 22.
Annimal domestiku (6) Ċekċek? (6) Mhux iebes (5) Talba għall-għajjut? (6) Ara 2 Elezzjonijiet speċjali? (9) Ma tarax bih (4) Ara 3 Tnejn (3) Ħarsu lejna (6) Dewwi (6) Ara 5 Siegħa Taljana (3) Nofs maktur (3)
SOLUZZJONI TAL-ĠIMGĦA L-OĦRA Mimdudin: 1.Ħalib, 4.Mija, 7,9.Akbar, 10.Ħaġġar, 12.Tlieta, 16,18. Trott, 19.Tug, 20.Batut, 21.Ħin, 23.Rari, 24.Ixtri
Weqfin: 1.Ħabbat, 2,5.Larinġ, 3,21 wieqfa. Baħħar, 6,15. Arroganti, 8.Karettuni, 11.IL, 12,17.Torri, 13.ITA, 14.Attent, 22.Nar
QED TAGĦRAFHOM? Fir-ritratt hemm żewġ uċuħ f’wiċċ wieħed. Qed tagħrafhom? Ħjiel: Żewġ kantanti minn grupp popolari Brittaniku. Personalità 1: Personalità 2: Isem: Indirizz: Nru tat-telefown:
IDĦOL BIĊ-ĊANS LI
TIRBAĦ €100
Kull l-aħħar Ħadd tax-xahar il-premju ta’ €25 jiżdied għal €100! Sabiex tipparteċipa ibgħat din il-paġna bħas-soltu. Apparti minn hekk żomm il-logos tal-KullĦadd tal-ġimgħat ta’ qabel, billi tqasqashom mill-ewwel paġna tal-gazzetta bid-data tal-ħarġa tidher, u tibgħathom flimkien ma’ din il-paġna. Eżempju: Ibagħtu l-paġna ta’ din il-logħba tal-lum il-Ħadd 29 ta’ Mejju flimkien mal-logos tal-ħarġiet tal-1, 8, 15 u 22 ta’ Mejju.
RIŻULTATI TAL-ĠIMGĦA L-OĦRA
Jimmy Fallon
Ir-rebbieħ tal-ġimgħa l-oħra: R. FORMOSA – in-Naxxar L-ittri rebbieħa jintbagħtu fix-xahar ta’ wara li tkun intrebħet il-kompetizzjoni.
Jimmy Kemmel
36 29|05|2016
STACKING F’MALTA
Kitba ta’ Dr Marina l-istima personali ta’ dak li Bonello, Head Coach jkun. Studju universitarju ta’ Sport Stacking Malta ta’ Dr Brian Udermann, li bħalissa jinsab fl-UniversiStacking huwa attivitá fiżi- tà ta’ Wisconsin-La Crosse, ka li tinvolvi kordinazzjoni jikkonferma li l-istacking bejn l-idejn u l-għajnejn u itejjeb il-kordinazzjoni bejn li tuża 12-il tazza ddisinja- l-idejn u l-għajnejn u l-ħin ti b’mod speċjali. Dawn it- ta’ reazzjoni b’sa 30%. Dan tazzi tal-plastik, hekk imse- l-isport huwa attività fiżijħa Speed Stacks, iridu jiġu ka u anke tal-moħħ li jista’ ffurmati f ’sekwenzi parti- jtejjeb il-parteċipazzjoni kolari fl-iqsar ħin possibbli tat-tfal fi sport ieħor bilu għal dan il-għan jintuża li jżid il-konċentrazzjoni u apparat speċjali li jirrekord- l-ħin li wieħed jirreaġixxi ja l-ħin. L-istackers qegħdin fih. Apparti minn hekk, l-isf ’tellieqa kontra l-ħin biex tacking huwa metodu li ħafipoġġu fuq xulxin it-tazzi na ġenituri jużaw biex iżomtal-plastik. Din hija attività mu lil uliedhom ’il bogħod li tagħtik l-enerġija u tistim- mill-iskrin u mil-logħob ulalek moħħok. elettroniku, speċjalment L-istacking huwa sport meta tikkunsidra li l-imħabżagħżugħ li beda 20 sena ba għall-istackingtittieħed! ilu fl-Istati Uniti tal-Ameri- Meta t-tfal jaraw l-istacking – ka. Bħalissa huwa pprattikat għax l-istacking huwa xi ħaġa f ’54 pajjiz madwar id-dinja li verament trid tara biex bħala parti mill-kurrikulu temmen – il-lista ta’ dawk tal-edukazzjoni fiżika u fi entużjażti għal dan l-isport klabbs sportivi f ’livell naz- tkompli titwal! zjonali u internazzjonali. Is-sbuħija ta’ dan l-isport L-istacking jifforma parti hi li hemm ħafna modi kif mill-kurrikulu f ’iktar minn wieħed jista’ jipparteċipa. 40,000 skola u klabb f ’orga- Pereżempju, wieħed jisnizzazzjoniet taż-żgħażagħ ta’ jibni b’mod individwali, madwar id-dinja. f ’doubles, f ’relays, jew anke Il-benefiċċji prinċipali jivvinta logħob ġdid bittal-istacking huma li wieħed tazzi. Dan l-isport huwa juża ż-żewġ idejn, kordinaz- partikolari għax il-ġenituzjoni bejn l-idejn u l-għajne- ri jistgħu jikkompetu ma’ jn, konċentrazzjoni, ħiliet wliedhom – fil-fatt huwa li ssolvi l-problemi, ħiliet l-uniku sport li għandu katta’ team building u li jgħolli egorija ta’ ‘Ġenituri u Wlied’
fid-doubles. Normalment, il-ġenituri huma spettaturi li jsegwu lil uliedhom fl-isport; imma mhux fl-istacking, fejn hemm enfasi qawwija fuq il-bini ta’ piramidi pożittivi, u għaqda fl-isport. L-istacking mhuwiex biss dwar il-kompetizzjoniet; huwa minnu li hemm l-element kompetittiv permezz ta’ turnamenti li jiġu organizzati biex jingħażlu l-aktar stackers tajbin, imma hemm ukoll element ta’ attività fiżika. L-istacking jifforma parti minn logħob li jgħin il-qalb u minħabba li jista’ jiġi vvintat logħob ġdid bit-tazzi, hemm ukoll aspett kreattiv qawwi f ’dan l-isport. L-istacking ġie introdott Malta f ’Jannar tas-sena 2014 fl-iskola primarja talKulleġġ San Alwiġi. Beda bħala attività li ssir fi ġranet ta’ xita meta t-tfal ma jkunux jistgħu jilagħbu fil-bitħa. Fi ġranet xitwin, l-istacking kien għażla tajba biex it-tfal setgħu jibqgħu attivi minkejja li kienu ġol-kurituri tal-iskola. L-għatx għall-istacking żdied qalb numru kbir ta’ tfal b’tali mod li f ’April tal2015 ġie organizzat l-ewwel turnament hekk imsejjaħ Stack Fest f ’Malta. Waqt dan it-turnment ġie stabbilit il-baseline tar-rekords Maltin f ’kategoriji differen-
ti. Il-ġenituri għenu kemm felħu fl-organizzazzjoni ta’ dan it-turnament u l-istudenti l-kbar tal-primarija servew ta’ ġurija. Il-komunità tal-Kulleġġ San Alwiġi ħadet sehem ukoll fi Stack Up! Day f ’Novembru tal-2014 u l-2015. Din l-attività annwali organizzata mill-World Sport Stacking Association (WSSA) għandha l-għan li twaqqaf Guinness World Record ġdid għall-iktar numru ta’ nies jibnu f ’diversi lokalitajiet madwar id-dinja f ’ġurnata waħda. Eluf ta’ stackers mid-dinja kollha bnew diversi piramidi u għamlu varjeta’ ta’ attività fiżika bi Speed Stacks. Grazzi għal 618,394 stacker minn 31 pajjiż, fit-12 ta’ Novembru tal- 2015 – għall-għaxar sena konsekuttiva – Stack Up! waqqfet rekord ġdid. F’Malta, l-istacking infirex b’mod regolari f ’attivijiet li jsiru wara l-ħin tal-iskolal, u f ’avvenimenti speċifiki bħal Stack with Santa Fest li hi attività b’tema tal-Milied u li tinvolvi logħob bi Speed Stacks. Waħda mill-affarijiet sbieħ dwar l-istacking hi li tista’ tagħmlu fejn trid u ma tantx għandek spejjeż – kulma għandek bżonn hu sett biex tibda. Tfal u adulti minn kull sfera tal-ħajja u
kullhadd.com
SPORTS
ta’ kull abbiltà jistgħu jipprattikaw dan l-isport. Intix atleta jew le, l-istacking jista’ jtejjiblek ir-rutina tal-attività fiżika tiegħek. L-istacking, għaldaqstant, jgħin tfal li mhumiex daqshekk tajbin fl-isport biex jikkompetu direttament ma’ dawk aktar tajbin minnhom. Dan jgħolli l-istima tagħhom infushom u jimmotivahom biex jaħdmu aktar fl-edukazzjoni fiżika. L-istacking għalhekk iżidlek il-kunfidenza fik innifsek u jippromovi l-għaqda fl-isport. Ma tantx hemm fejn tista’ tiżbalja! L-istacking jgħin ukoll fit-tagħlim akkademiku. Studenti li jibnu fuq bażi regolari wrew titjib fir-riżultati tat-testijiet u fil-livelli ta’ konċentrazzjoni. Dan iseħħ għax biex tibni trid tuża kemm in-naħa leminija kif ukoll dik xellugija tal-moħħ. Meta l-istudenti jibnu jkunu qed jiżviluppaw konnessjonijiet ġodda f ’moħħhom. Jekk tixtieq issir taf aktar dwar dan l-isport, tista’ tissieħeb fil-grupp Facebook Sport Stacking Malta. Jekk tixtieq tara filmati tal-istacking, żur dawn il-paġni: http://www. thewssa.com/video/ jew https://www.youtube.com/ watch?v=BY48eQGPhY8. Trid verament tara biex temmen!
SPORTS
kullhadd.com
29|05|2016 37
L-AUSKICK F’PAJJIŻNA B’ĦIDMA TA’ SPORT MALTA
SportMalta flimkien malKummissjoni Għolja Awstraljana u The Australian Football League (AFL) ħabbret inizjattiva ġdida li biha se tkompli twessa’ l-programmi sportivi tagħha. Auskick huwa programm li oriġina fl-Awstralja fl1988 bl-iskop ewlieni jkun li jippromovi l-futbol Awstraljan kemm mas-subien kif ukoll mal-bniet sa minn età żgħira. Regoli bażiċi Permezz ta’ dan il-programm it-tfal jitgħallmu r-regoli bażiċi ta’ dan l-isport kif ukoll iservi ta’ opportunità biex ilġenituri jipprattikaw flimkien ma’ wliedhom billi jingħaqdu magħhom f ’xi sessjonijiet. Madankollu, l-iktar ħaġa li tispikka hija li bis-saħħa ta’ dan il-programm tfal minn diversi oqsma tas-soċjetà jersqu qrib xulxin lil hinn mid-differenzi tagħhom. Waqt konferenza talaħbarijiet li saret fil-Kumpless Sportiv tal-Kottonera, il-Kap Eżekuttiv ta’ SportMalta Mark Cutajar beda billi aċċenna għar-relazzjoni qawwija li hemm bejn iż-żewġ pajjiżi u għalhekk kien ta’ pjaċir għalih li SportMalta laħaq ftehim mal-Kummissjoni Għolja Awstraljana biex ikunu jistgħu jaħdmu flimkien fuq diversi attivitajiet. Fil-fatt, Auskick,
li huwa tant popolari mhux biss fl-Awstralja iżda f ’diversi pajjiżi oħra, se jkun inkluż fissessjonijiet ta’ #OnTheMove SkolaSport minn Ottubru li ġej. Dan kollu qed isir fl-isfond taż-żjara ta’ Grant Williams, li huwa l-Kap tal-Komunità u l-Iżvilupp Internazzjonali tal-logħba tal-Futbol Awstraljan. Grant Williams se jqatta’ ġimgħa f ’pajjiżna biex jippromovi l-programm Auskick kif ukoll iħarreġ kowċis biex SportMalta tkun tista’ toffri dan il-programm fix-xitwa. Minbarra hekk huwa se jkun qed jagħti s-sehem tiegħu fi sports day li se tkun qed issir fil-Kumpless Sportiv ta’ Ħal Kirkop u se jkun qiegħed iżur ukoll l-Iskola Primarja ta’ Marsaxlokk biex jaqsam din l-esperjenza malistudenti. Il-Kummissarju Għoli Awstraljana, Jane Lambert, spjegat li l-Kummissjoni dejjem tfittex li ttejjeb irrelazzjoni tajba li għandhom iż-żewġ pajjiżi u spjegat dak li tixtieq li jintlaħaq permezz ta’ dan il-programm. Lambert aċċennat kemm l-isport huwa għodda tajba sabiex itejjeb irrelazzjonijiet mhux biss bejn il-pajjiżi imma wkoll bejn razez u kulturi differenti. L-isport u l-programm Auskick, kompliet tgħid, se jservi ta’ pjattaforma sabiex kulħadd iħossu ugwali.
Parti mis-soċjetà Min-naħa tiegħu, is-Segretarju Parlamentari għar-Riċerka, Innovazzjoni, Żgħażagħ u Sport, Chris Agius, spjega kif Malta dejjem kienet fuq quddiem biex tgħin ħalli kulħadd iħossu parti missoċjetà. Wara snin jaħdem fil-volontarjat f ’diversi sferi tas-soċjetà, is-Segretarju Parlamentari spjega li xorta għad hemm nies li ma jintegrawx minħabba diversi raġunijiet, fosthom il-qagħda finanzjarja, id-diżabbiltà u r-razza tagħhom. Huwa faħħar l-inizjattivi li jieħdu diversi klabbs sportivi biex jinkludu lil kulħadd; madankollu, dawn l-inizjattivi jridu issa jkunu fuq bażi nazzjonali. Huwa spjega kif il-Gvern diġà ilu għexieren ta’ snin jaħdem sabiex jgħin lil dawk li, sfortunatament, ma jlaħħqux mal-ħajja tal-lum. Is-Segretarju Parlamentari fiehem kif anke SportMalta qed taħdem sabiex kull ċittadin ikollu opportunitajiet indaqs fejn jidħol sport. Fil-fatt, hija tejbet l-operat u s-servizz, però żammet il-prezzijiet baxxi. Il-pubbliku kien mistieden jattendi għall-Isport Carnival li sar fil-Kumpless Sportiv talMarsa, fejn kellu l-opportunità jiltaqa’ ma’ Grant Williams u esperjenza dan il-programm
f ’attività li ttellgħet apposta. Waqt din il-ġurnata tnieda uffiċjalment Auskick f ’Malta u kien hemm ukoll ilparteċipazzjoni ta’ Balzan Youths u l-Malta Cricket Association. Diskussjoni dwar kif l-isport jindirizza l-inklużjoni soċjali SportMalta flimkien malKummissjoni Għolja Awstraljana għal Malta laqqgħu flimkien diversi partijiet interessati sabiex jiddiskutu t-tema ‘L-Isport’ bħala pjattaforma għallinklużjoni soċjali. F’din id-diskussjoni, li kienet indirizzata misSegretarju Parlamentari għar-Riċerka, Innovazzjoni, Żgħażagħ u Sport Chris Agius u l-Eċċellenza Tagħha Jane Lambert, ħadu sehem numru ta’ kelliema li kollha jirrappreżentaw oqsma differenti tas-soċjetà b’rabta diretta jew indiretta malkamp sportiv, fosthom rappreżentanti mill-Insitute of Physical Education and Sport (IPES), Gozo Sports Board, id-Direttorat tal-Edukazzjoni u x-Xogħol, SportMalta, is-Segretarjat Parlamentari responsabbli mill-Isport, ilKumitat Olimpiku Malti, il-Malta School Sport Federation (MSSF), inNational Commission for
the Promotion of Equality (NCPE), The President’s Foundation for the Wellbeing of Society u Grant Williams mill-programm Auskick. Iddiskussjoni tmexxiet mill-Kap Eżekuttiv ta’ SportMalta isMark Cutajar. Temi differenti Issemmew diversi temi ta’ kif l-isport għandu jservi ta’ pjattaforma biex jindirizza l-inklużjoni soċjali fosthom kif aktar ċittadini, speċjalment dawk li ġejjin minn minoritajiet, ikunu attivi; kif SportMalta tibqa’ toffri sessjonijiet bi prezzijiet ridotti, bl-aħjar kowċis u faċilitajiet; kif ix-xandir għandu jgħin biex jattira ċittadini minn diversi sferi tas-soċjetà u kif l-istess xandir jagħti spazju lill-sport differenti u ġeneri differenti fosthom l-isport femminili. L-isport fl-iskejjel Kien diskuss l-isport fliskejjel, il-problemi li jiltaqgħu magħhom l-edukaturi u kif l-attività fiżika tista’ tiżdied. L-involviment tal-Kunsilli Lokali kien wkoll imsemmi. Ideat oħra inkludew kif għandu jiġi utilizzat kull spazju li jeżisti kif ukoll il-kollborazzjoni bejn partijiet interessati differenti biex flimkien ikomplu jkattru l-kultura sportiva.
38 29|05|2016
kullhadd.com
SPORTS
GLADIATOR NIGHT XIII SUĊĊESSI GĦAL
MKF F’SALERNO
Fl-4 ta’ Ġunju se ssir l-edizzjoni li jmiss tal-Gladiator Night. Din se ssir fil-Victor Tedesco Stadium il-Ħamrun. Għall-ewwel darba t-taqbida ewlenija se tkun bejn atleti nisa. Mandy Cortis, Fight Factory, u Diane Schembri, Team Noel, se jiffaċċjaw lil xulxin fit-taqbida ewlenija tas-serata. Iż-żewġ atleti se jitqabdu bir-regoli tal-boxing għaċ-ċinturin tat-titlu talMediterran tal-World Boxing Union (WBU). It-taqbida se tkun ta’ 6x2 fil-kategorija tal-54kg. It-taqbidiet kollha se jiġu sanzjonati mill-Assoċjazzjoni tal-kickboxing ta’ Malta (MKBA) u millAssoċċjazzjoni tal-Boxing ta’ Malta (MBA). B’kollox se jkun hemm 12-il taqbida fid-dixxiplini tal-K1 u tal-boxing fil-livell semi-professjonali. Ħames taqbidiet se jkunu bejn atleti Maltin għatTitlu Nazzjonali fil-kategoriji rispettivi. Gladiators Promotions u BoxMania, li qed jorganizzaw l-avveniment, se jġibu wkoll atleti barranin biex jikkompetu. Dawn ġejjin mill-Estonja, mir-Renju Unit u minn Franza. L-atleti Maltin li se jitqabdu mal-barranin huma: Lydon Chircop, Christian Schembri, Brandon Spiteri, Christopher Rotin, Brandon Borg u Kerstin Brown.
X’SE JIĠRI MINN IBRAHIMOVIC? Il-plejer Żvediż ta’ 34 sena bħalissa jinsab free agent hekk kif il-kuntratt tiegħu mal-PSG intemm. Huwa mifhum li Manchester United huwa l-uniku tim tal-Premier League li Zlatan Ibrahimovic innifsu lest jikkunsidra. Aktar u aktar issa li Jose Mourinho kien appuntat kowċ tal-istess tim. Madankollu, l-aġent tiegħu Mino Raiola qal li għadha ma ttiħditx deċiżjoni fuq x’inhu l-pass li jmiss, u insista li l-klijent tiegħu m’għandux għaġla biex jieħu deċiżjoni. Raiola kkonferma li saru wkoll offerti oħrajn għal dan il-plejer fosthom mill-Ewropa u oħrajn barra mill-Ewropa. Għaldaqstant, f ’intervista li kellu nhar il-Ġimgħa li għadda, Ibrahimovic qal li diġà ddeċieda ma’ min se jingħaqad u kkonferma li sarulu offerti oħrajn barra mill-Ewropa. Huwa mifhum li din l-offerta ġejja miċ-Ċina u li t-tim tal-United mhumiex lesti li jħallsu l-istess ammont ta’ paga li dan it-tim miċ-Ċina lest li jħallas lil dan il-plejer. Qed ikun irrapport li l-ammont imsemmi huwa ta’ £53 miljun fuq żewġ staġuni. L-unika garanzija li Raiola ta hi li dan il-plejer żgur li mhux se jkun qed jirtira mill-futbol.
L-AĠENT TA’ LEWANDOWSKI F’KUNTATT MA’ REAL MADRID L-aġent ta’ Robert Lewandowski żvela li hu kellu taħdidiet ma’ Real Madrdid dwar possibbiltà li dan il-plejer jitlaq lil Bayern Munich u jingħaqad ma’ Real Madrid fi Spanja. Dan l-attakkant Pollakk, li skurja 30 gowl l-istaġun li għadda fil-Bundesliga, fadallu tliet snin kuntratt mat-tim Ġermaniż, iżda spiss qed jissemma li jista’ jiċċaqlaq qabel iż-żmien. L-aġent tiegħu qal li Real Madrid għamlu kuntatt miegħu ftit ġimgħat ilu u sema’ dak kolllu li kellhom jgħidu. Lewandowski ngħaqad ma’ Bayern Munich fl-2014 mingħand ir-rivali Borussia Dortmund u s’issa rnexxielu jiskurja 67 gowl f ’100 partita malklabb Bavarjan. Fil-preżent, dan il-plejer ta’ 27 sena qed iħejji ruħu għall-Euro 2016 mat-tim nazzjonali tal-Polonja, u sostna li l-kuntratti mhux dejjem huma garanzija għall-futur. Fil-fatt, huwa sostna li “ilkuntratti mhumiex xi ħaġa sagra fil-futbol. Dik hi l-verità, għalkekk mhux kulħadd jista’ jaqbel magħha. Xi kultant trid taħseb dwar jekk ikunx tajjeb għalik li tmur u tesperjenza xi ħaġa ġdida,” kien ikkwotat jgħid l-attakkant Pollakk.
MESSI JWEĠĠA’ ... DUBJUŻ GĦALL-COPA AMERICA? Lionel Messi kellu jħalli l-grawnd hekk kif weġġa’ f ’daru waqt li kien qed jilgħab f ’logħba tal-ħbiberija li t-tim tal-Arġentina rebaħ bl-iskor minimu ta’ 1-0 kontra Honduras. Il-captain tal-Arġentina ħalla l-grawnd b’uġigħ kbir f ’daru wara li kien involut f ’azzjoni fejn il-plejer avversarju laqtu bl-irkoppa f ’daru. Huwa mill-ewwel kien issosstitwit minn Ever Banega. Din l-injury se tkun qed titfa’ dubji serji fuq kemm Messi jista’ jkun fiżikament ippreparat għall-kompetizzjoni tal-Copa America, li se jkun qed jingħata l-bidu għaliha l-ġimgħa d-dieħla fl-Istati Uniti. Fil-kompetizzjoni tas-sena l-oħra, dan il-plejer li rebaħ il-ballun tad-deheb għall-ħames darbiet, sab ix-xibka darba u pprovda tliet assists. Kollox ma’ kollox, l-Albicelesta se jkunu qed jittamaw li dan il-pedina kruċjali għalihom ikun irkupra minn din l-injury fil-logħba kontra ċ-champions preżenti ċ-Ċili. Bħal dejjem, l-istilla ta’ Barċellona kien fil-fokus tal-attakki tal-Arġetina meta huma marru fil-vantaġġ wara nofs siegħa logħob f ’mument brillanti għall-attakkant Gonzalo Higuain. L-attakkant ta’ Napoli rċieva l-ballun mingħand Marcos Rojo, mexa bil-ballun u għaddieh minn bejn saqajn difensur tal-Honduras, fejn imbagħad iċċippja l-ballun minn fuq il-gowler avversarju Donis Escober. Messi nbidel fl-64 minuta, iżda minkejja dan, l-Arġentina xorta komplew jippressaw u resqu viċin kemm ta’ Sergio Aguero kif ukoll ta’ Gabriel Mercado, b’dan tal-aħħar jolqot il-lasti.
Żgħażagħ Maltin kisbu suċċessi din il-ġimgħa f ’kompetizzjonijiet tal-karate f ’Salerno, l-Italja. Taħt il-kappa tal-Malta Karate Federation iż-żgħażagħ Maltin irnexxielhom jirbħu diversi premji fis-26 edizzjoni tal-Memorial Di Karate Ciro Bracciante; kompetizzjoni magħrufa sew fl-Italja. Joelle Farrugia kisbet l-ewwel post filwaqt li Jacob Camilleri kiseb it-tielet post f ’kategorija oħra. Il-coach Joseph Mizzi, minn La Salle Karate Club, stqarr li jinsab kuntent ħafna b’dawn issuċċessi: “Marru tajjeb ħafna u rebħu f ’żewġ kategoriji diffiċli. Ir-rispons tat-Taljnani kien wieħed pożittiv ukoll.”
FORMULA 1
kullhadd.com
TELLIEQ NRU
29|05|2016 39
RAPPORT U ANALIŻI TA’ LIAM GAUCI
07
Numru ta’ dawriet 78 Ultrasoft
Tul tat-tellieqa 260.286KM Dawra rekord D.RICCIARDO 2015
MONACO Monte Carlo
Rebbieħ tal-2015 N.ROSBERG
CIRCUIT DE MONACO
RICCARDO FUQ QUDDIEM Daniel Ricciardo rnexxielu jikseb il-pole position f ’sessjoni ta’ kwalifikazzjoni mimlija inċidenti li offrewlna klassifika interessanti għat-tellieqa tallum. Storja differenti kienet dik ta’ Verstappen li rema’ okkażjoni tajba biex ikompli jibni fuq issuċċess li kiseb fi Spanja. Kif kien mistenni, ħafna mis-sewwieqa ħarġu blultrasofts mill-ewwel f ’Q1. Ilkomplikazzjonijiet bdew kmieni fis-sessjoni meta ċediet il-magna ta’ Nasr, inċident li wassal għallħruġ tal-bnadar il-ħomor. Meta reġgħet bdiet is-sessjoni, ilġlieda għall-ewwel post kienet bejn Hamilton, Rosberg u Vettel.
Madankollu, ftit tal-ħin wara kellna interruzzjoni oħra hekk kif Verstappen daħħal ir-Red Bull tiegħu f ’barriera. Wara ftit minuti, is-sitwazzjoni rritornat għan-normal fejn kienu Ericsson, Palmer, Haryanto, Wehrlein, Verstappen u Nasr li sabu ruħhom eliminati. Q2 ma tantx kellha żviluppi interessanti ħlief mossa tajba ta’ Ricciardo li rnexxielu jikseb l-aħjar ħin tiegħu bis-supersofts li se tippermettilu jitlaq b’sett ta’ roti li jservih aktar illum. L-Awstraljan kompla jsaħħaħ il-pożiżżjoni tiegħu għattellieqa f ’Q3 b’dawra eċċellenti li poġġietu quddiem Rosberg u
Temperatura tal-art 17°c Temperatura tal-arja 19°c
Supersoft
Riħ 13 - 14 km/hr
Sofor
Umdità 86%
POŻ. ISEM IS-SEWWIEQ TIM 01. Daniel Ricciardo Red Bull 02. Nico Rosberg Mercedes 03. Hamilton Mercedes 04. Sebastian Vettel Ferrari 05. Nico Hulkenberg Force India 06. Kimi Raikkonen * Ferrari 07. Carlos Sainz Toro Rosso 08. Sergio Perez Force India 09. Daniil Kvyat Toro Rosso 10. Fernando Alonso McLaren * se jitlaq mill-11-il post minħabba penalità Hamilton rispettivament. Ta’ min isemmi li dan tal-aħħar kellu problemi tekniċi serji li żammewh fil-garaxx għal ħin twil tul Q3. Minkejja li dawn kienu
Rai 1 fis-14.00 Diretta ĦIN 1:13.622 1:13.791 0.169 1:13.942 0.320 1:14.552 0.930 1:14.726 1.104 1:14.732 1.110 1:14.749 1.127 1:14.902 1.280 1:15.273 1.651 1:15.262 1.741
indirizzati malajr biżżejjed biex il-Brittaniku jikseb it-tielet post, m’hemmx dubju li llum se jkun imsarnu f ’saqajh fir-rigward talkundizzjoni tal-vettura tiegħu.
LIL HINN MIĊ-ĊIRKWIT Hamilton, li wkoll wasal biex iġedded il-kuntratt tiegħu. Skont l-għejdut, jekk il-Brittaniku jiddeċieda li jibqa’ mal-Mercedes, il-kollega tiegħu jista’ jfittex post ma’ tim ieħor bil-Ferrari jissemmew bħala l-favuriti.
Matul l-aħħar jiem kien hemm varjetà ta’ aħbarijiet interessanti relatati mal-Formula 1 hekk kif bosta timijiet mhux biss kienu qegħdin jippreparaw għall-Gran Premju ta’ Monaco, imma anki għax-xhur u s-snin li ġejjin. Barra minn hekk, kien hemm żvilupp mhux mistenni li reġa’ fetaħ beraħ kapitlu li deher li ngħalaq is-sena l-oħra.
Implimentazzjoni nofs leħja
Ifittxu risposta Nhar il-Ħamis li għadda l-familja ta’ Jules Bianchi ħabbret li se tiftaħ proċeduri legali kontra l-FIA, l-FOM u l-Marussia. Għal min ma jiftakarx, Bianchi kien sewwieq talFormula 1 li tilef ħajtu s-sena l-oħra wara li għamel disa’ xhur f ’koma b’konsegwenza ta’ inċident ikrah li kellu fil-Gran Premju tal-Ġappun fl-2014. Wara dan l-inċident, l-FIA kienet fetħet investigazzjoni li kkonkludiet li l-inċident seħħ minħabba numru ta’ fatturi nkluż il-veloċità eċċessiva li kien qiegħed isuq biha Bianchi. Din il-konklużjoni ma niżlet tajjeb xejn mal-familjari taleks sewwieq Franċiż illi jħossu li l-inċident seħħ minħabba nuqqas ta’ attenzjoni min-naħa tal-organizzaturi. Għaldaqstant, huma fetħu l-proċeduri legali biex jagħmlu pressjoni bit-tama li ssir investigazzjoni aktar birreqqa fejn l-organizzaturi jieħdu r-responsabbiltà ta’ dak li ġara fil-
Ġappun. Irranġaw? Żvilupp anqas serju imma aktar immedjat kien dak relatat marrelazzjoni bejn Nico Rosberg u Lewis Hamilton wara l-ħabta li kellhom fit-tellieqa ta’ Barċellona. Dan l-inċident reġa’ fetaħ kotba li l-Mercedes kienu ttamaw li ngħalqu hekk kif l-ebda wieħed mis-sewwieq ma aċċetta r-responsabbiltà ta’ dak li ġara. Nhar l-Erbgħa li għadda, f ’konferenza stampa li saret qabel il-Gran Premju ta’ Monako,
Rosberg sostna li l-kwistjoni bejnu u Hamilton kienet magħluqa. Madankollu, huwa rriffjuta li jgħid jekk hu u l-Brittaniku tkellmux direttament jew kienx it-tim li għamilha ta’ intermedjarju. Dan il-battibekk kien ta’ interess partikolari għall-midja għaliex Rosberg għadu ma ġedditx ilkuntratt tiegħu mal-Mercedes minkejja li hu u t-tim jidhru kuntenti li jestendu din ir-relazzjoni li bdiet fl-2010. Għadu mhuwiex ċar x’qiegħed iwassal għal dan iddewmien, però hemm min qiegħed jispekula li s-sewwieq Ġermaniż qed jistenna biex jara x’se jagħmel
Kwistjoni oħra li kienet fiċċentru tad-diskussjonijiet flaħħar jiem kienet riforma żgħira fir-regolamenti li l-FIA se tibda timplimenta minn Monako. Filpassat is-sewwieqa kienu jitħallew ineħħu l-koperturi adeżivi tal-viżieri tagħhom fuq it-traċċat bl-għan li jneħħu xi ħmieġ li jkun akkumula fuqha waqt it-tellieqa. Madankollu, l-FIA issa għamlet din il-prattika llegali hekk kif kien hemm diversi każijiet meta dawn il-koperturi taru fil-passaġġi tal-arja li jkessu l-brejkijiet ta’ vetturi oħra, fatt li f ’diversi okkażjoni wassalhom biex jisħnu żżejjed u jċedu. Din ir-riforma ġiet milqugħu minn ħafna sewwieqa li apprezzaw il-problemi li kienet toħloq ilprassi l-antika. Madankollu, huma esprimew it-tħassib tagħhom għallfatt li l-FIA ma pprovdiet l-ebda alternattiva konkreta għaliha. Fil-fatt, wara xi diskussjoni mattimijiet, l-FIA reġgħet dawret iddeċiżjoni tagħha nhar il-Ġimgħa li għadda hekk kif ġie konkluż li r-riforma setgħet żiedet il-periklu għas-sewwieqa.
40 29|05|2016
kullhadd.com
LOKALI
INKOMPLU NIKSBU SUĊĊESS
Stefan Zrinzo Azzopardi Kandidat għall-kariga ta’ Deputat Mexxej tal-PL
Filwaqt li l-Gvern għaddej b’ritmu mill-aqwa li qed jikseb suċċessi kbar għal pajjiżna, fi ħdan il-partit jeħtieg li nwettqu ħidma akbar biex inħejju l-partit għall-isfidi elettorali tal-futur
Il-Gvern immexxi minn Joseph Muscat qiegħed jikteb storja ta’ suċċess għal pajjizna. Dan is-suċċess isegwi ir-riżultat elettorali li kiseb il-Partit Laburista fl-2013 meta l-poplu ta appoġġ qawwi, bl-akbar maġġoranza li qatt kiseb partit mill-Indipendenza ’l hawn. Is-suċċess li nkiseb fl-2013 kien riżultat ta’ ħidma kbira fi ħdan ilpartit li bdiet minn bidliet kbar li twettqu fl-istrutturi tal-partit, sa ħidma biex il-partit iwassal il-ħsibijiet tiegħu madwar Malta u Għawdex filwaqt li sema’ u kien qrib tan-nies. Illum ninsabu f ’punt importanti matul din illeġiżlatura. Filwaqt li l-Gvern għaddej b’ritmu mill-aqwa li qed jikseb suċċessi kbar għal pajjizna, fi ħdan il-partit jeħtieg li nwettqu ħidma akbar biex inħejju l-partit għall-isfidi elettorali tal-futur. Nemmen li l-Partit Laburista għandu jkompli jikseb suċċess. Suċċess kemm għall-pajjiż kif wkoll għall-partit. Fil-laqgħat li qiegħed nagħmel maddelegati tal-konferenza, qed toħroġ ċara r-rieda tan-nies li jaħdmu fl-istrutturi tal-partit biex inwettqu aktar, biex millġdid jerġa’ jkollna partit imħejji tajjeb kif konna tħejjejna għall-elezzjoni tal-2013. Liddelegati u lill-attivisti tal-partit nifhimhom sewwa għax għal
għaxar snin sħaħ ħdimt qrib tagħhom meta servejt fil-kariga ta’ President tal-Partit. L-għażla li nersaq ’il quddiem u mill-ġdid nerġa’ nservi lill-Partit Laburista kienet imnebbħa mill-ħtieġa li jkollna ħidma maħsuba u ffukata fuq ix-xogħol li jeħtieg li jwettaq il-partit. Nemmen li s-suċċess tal-ħidma li qed titwettaq millGvern jeħtieg li ssib appoġġ minn ħidma kbira li jeħtieġ li jwettaq il-partit; ħidma li tmur lil hinn mix-xogħol tal-Gvern iżda li taċċerta li dan il-Gvern jibqa’ jikseb l-appoġġ biex inkomplu niksbu suċċess. Il-pjan ta’ ħidma li qed nippreżenta biex infisser ilvizjoni tiegħi huwa maqsum f ’ħames punti: tlieta marbuta mal-ħidma tal-partit u tnejn marbuta ma’ ħsieb politiku
li nemmen li l-partit għandu jmexxi ’l quddiem flimkien ma’ għazliet oħra li rridu nwettqu f ’oqsma oħra. L-ewwel nett nemmen li l-partit mill-ġdid għandu jwettaq ħidma mill-aktar wiesgħa biex jerġa’ jmur lura għand in-nies. Nemmen li l-aqwa proċess li għandu jseħħ huwa proċess ta’ outreach fejn il-partit, aktar mill-jistenna linnies jiġu għandu, ikun hu li jmur għand in-nies. Dan huwa ferm meħtieġ biex nifhmu kif is-suċċess li qiegħed jikseb dan il-Gvern qed jolqot linnies u naraw liema huma dawk l-oqsma u każijiet li fihom ilGvern għadu ma laħaqx linnies u lill-familji. Marbut ma’ dan l-outreach, hemm il-bżonn li mill-ġdid il-partit ikun il-benniena tal-
ideat ġodda li jkunu s-sisien talviżjoni għall-futur tal-partit u tal-ħidma tal-Gvern. Hemm bżonn li nsaħħu l-mezzi tax-xandir tal-partit biex bl-aħjar mod possibbli nwasslu l-viżjoni tagħna u l-messaġġ politiku dwar dak li qed iseħħ u ’l fejn irridu nieħdu lil dan il-pajjiz. Flimkien ma’ dan l-għan hemm il-ħtieġa li nsaħħu l-finanzi tal-partit filwaqt li nuru biċ-ċar ilkredenzjali tagħna favur ittrasparenza. Nemmen li l-ġid li qed jinħoloq jeħtieg li jitqassam aktar u b’mod aħjar u għalhekk qed inressaq l-idea li l-partit iniedi proċess ta’ diskussjoni wiesgħa biex ikollna żieda gradwali filpaga minima. Dan huwa mezz biex naċċertaw li l-ġid jitgawda aktar minn kulħadd. Bl-istess mod nemmen li, fittfassil tal-policies tiegħu, il-partit għandu jippromovi tijib filkwalità tal-ħajja tal-poplu. Dan għandu jsir permezz ta’ ħidma li ttejjeb l-ambjent li ngħixu fih, kif ukoll miżuri li jinkoraġġixxu aktar nies iqattgħu aktar ħin mal-familja tagħhom. Dawn huma l-ħames prijoritajiet ewlenin li qed immexxi ’l quddiem. Konvint li b’ħidma aktar wiesgħa li twassal aktar il-ħidma tal-Partit Laburista nkomplu niksbu suċċess.