KullĦadd 29.05.2022

Page 1

Il-Ħadd, 29 ta’ Mejju, 2022

Ħarġa Nru 1,507

Prezz €1

FIL-QRIB LI TITGAWDA D-DAWRA TA’ SALLY PORT

Rapport f’paġni 8 u 9

RIŻULTATI INKORAĠĠANTI FL-EDUKAZZJONI Ċifri uffiċjali tal-Eurostat jixhdu kif l-investimenti bla preċedent li twettqu f’pajjiżna fl-aħħar snin qed jissarrfu f’iżjed żgħażagħ li jibqgħu jistudjaw (+10.4%) u oħrajn li jkomplu sal-livell terzjarju (+14.1%) Is-sistema edukattiva Maltija kompliet tesperjenza titjib konsiderevoli, grazzi għall-politika mħaddna minn Gvernijiet Laburisti sa mill-bidla fl-amminis­ trazzjoni disa’ snin ilu. Fil-fatt, mill-aħħar aġġorna­ ment statistiku Ewropew joħroġ li pajjiżna llum jinsab qrib ħafna li jilħaq il-mira Ewropea tal-2030 għal dawk li jtemmu l-istudji tagħhom kmieni ferm qabel, filwaqt li għall-ewwel darba rnexxielna naqbżu l-medja Ewropea fost dawk li jkomplu bl-istudji tagħhom sal-livell terzjarju. Ċifri għall-2021 ippubblikati mill-Eurostat juru li għal darb’oħra Malta reġa’ kellna l-inqas persentaġġ ta’ Early (School) Leavers sa mill-2010. Waqt li dakin­ har konna nirreġistraw 21.4% tal-istudenti kollha li jħallu l-edukazzjoni qabel, is-sena l-oħra kellna 11% fost dawk ta’ etajiet bejn it-18 u l-24 sena, tnaqqis

sostanzjali ta’ 10.4%. Maħdumin skont il-popolazzjoni f’dik il-faxxa t’età, kif ippubblikati mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika (NSO), ifisser li 12-il sena ilu kien hemm 8,300 Early Leavers, waqt li s-sena l-oħra ċ-ċifra niżlet għal madwar 3,400. Din tal-aħħar inħadmet fuq l-għadd ta’ żgħażagħ (18-24 sena) fl-2020, peress li l-istatistika tal-NSO għall-2021 għadha mhix konkluża. Li hu żgur hu li f’perjodu ta’ 11-il sena, bejn l-2010 u l-2021, l-Early Leavers f’pajjiżna naqsu b’xi 4,900. Min-naħa l-oħra, skont il-pubblikazzjoni tal-Euro­ stat, fl-2021 Malta kellha 42.4% tal-istudenti bejn il-25 u l-34 sena li kisbu kwalifika fil-livell terzjarju tal-Università jew l-MCAST. Din hi l-ogħla rata li qatt irnexxielna niksbu u b’1.2% ogħla mill-medja Ewropea din hi wkoll l-ewwel darba li qatt qbiżna fuq

din in-naħa tal-klassifika f’dan il-każ. Fl-2012 Malta kellha 28.3% tal-popolazzjoni li kisbet edukazzjoni terzjarja meta l-medja bejn il-pajjiżi membri fl-Unjoni Ewropea kienet ta’ 34.1%, jiġifieri konna 5.8% taħt il-medja Ewropea dakinhar u kważi 13% inqas mill-medja tal-lum. L-istess maħdumin skont il-popolazzjoni (NSO / 25-34 sena), ifisser li waqt li fl-2012 kien hawn mal15,800 b’edukazzjoni terzjarja, is-sena l-oħra telgħu għal madwar 23,500, b’din tal-aħħar maħduma skont l-istatistika tal-2020 għall-istess raġuni ta’ qabel. Iddifferenza hi li f’disa’ snin dawk fil-faxxa t’età ta’ bejn il-25 u l-34 sena li għandhom edukazzjoni terzjarja żdiedu b’madwar 7,700 persuna. Tkompli f’paġna 9

IFALLI BIL-KEJL TA’ NIESU STESS • Avolja tellaq waħdu, Bernard Grech iġib biss 72% tal-voti kollha eliġibbli fil-Kunsill Ġenerali

• L-astensjonijiet, il-voti kontra u l-invalidi jgħoddu 440 (28%), minkejja l-isforzi għal mandat b’saħħtu • Strateġista tiegħu Jeremy Gingell (inset) u gazzetti jiktbu li kap ta’ partit irid 90% appoġġ, inkella jwarrab jew ma jkollux mandat b’saħħtu Rapport f’paġni 4 u 5

It’s Time!

05

lottery.mt MGA/B2C/003/2022

lottery.mt/rg • Play Responsibly

07

20 22


02

29.05.2022

DETTALJI EDITUR RONALD VASSALLO email: ronald.vassallo@partitlaburista.org

REKLAMAR U DISTRIBUZZJONI KIMBERLY CEFAI

IT-TEMP GĦAL-LUM L-Ogħla Temperatura: 26°C L-Inqas Temperatura: 18°C L-Indiċi UV: 10 Is-Sitwazzjoni Ġenerali: Firxa t’arja ta’ pressjoni baxxa tiksi l-Italja It-Temp: Pjuttost imsaħħab kmieni filgħodu li jsir xemxi Ir-Riħ: Moderat għal ftit qawwi mill-Punent Majjistru li jsir moderat mill-Punent il-Lbiċ Il-Viżibilità: Tajba Il-Baħar: Ħafif għal moderat L-Imbatt: Ftit li xejn li jsir baxx mill-Majjistral It-Temperatura tal-Baħar: 21°C

email: sales@kullhadd.com tel: (+356) 2568 2570 mob:(+356) 7943 4722

It-Tnejn

It-Tlieta

L-Erbgħa

DISINN TAL-PAĠNI KIMBERLY CEFAI tel: (+356) 2568 2570 mob:(+356) 7943 4722

30°C UV 11

20°C

Il-Ħamis

KUNTATT ĠENERALI

31°C UV 11

19°C

Il-Ġimgħa

33°C UV 11

20°C

Is-Sibt

KullĦadd email: editorial@kullhadd.com tel: (+356) 2568 2570

INDIRIZZ POSTALI KullĦadd One Complex, A 28B, Industial Estate Il-Marsa MRS 3000

SIT ELETTRONIKU www.one.com.mt

MEZZI SOĊJALI www.facebook.com/kullhadd

STAMPAT Miller Newsprint Ltd.

NUMRI IMPORTANTI Emerġenza Covid 19 - 111 Is-Servizzi kollha ta’ Emerġenza​– 112​ Il-Pulizija ta’ Malta – 2122 4001-9​ Id-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili – 2393 0000 Il-Gwardjani Lokali – 2132 0202 L-Isptar ta’ Malta – 2545 0000 L-Isptar ta’ Għawdex – 2156 1600 Servizz Veterinarju ta’ Emerġenza – 5004 3888 Servizz ta’ Direttorju Telefoniku – 1​ 182

32°C UV 11

21°C

32°C UV 11

21°C

32°C UV 11

22°C

SPIŻERIJI LI JIFTĦU LLUM IL-ĦADD 20/21, Triq ir-Repubblika, Il-Belt Valletta – 21246051 Thomas’ Pharmacy, 796, Triq il-Kbira San Ġużepp, Il-Ħamrun – 21238018 Drugshop Dispensary, Vjal De La Cruz, Ħal Qormi – 21443221 Collis Williams - St. Mark’s Pharmacy, Triq P. Borg Olivier k/m Triq Gianni Vella, Is-Swatar – 21440790 Regal Pharmcay, 39B, Triq Antonio Bosio, L-Imsida – 21313115 Krypton Pharmacy, Triq l-Ibraġġ, Tal-Ibraġġ –21370141 Brown’s Pharmacy, Unit 22, Triq Tigne, Tas-Sliema – 21313233 Il-Mehrież Pharmacy, 31, Triq Giovanni Curmi, L-Iklin – 21435567 Reeds Pharmacy 191, Triq il-21 ta’ Settembru, In-Naxxar – 27130068 Brown’s Pharmacy, 69, Triq George Borg Olivier, Il-Mellieħa – 21523554 St. Monica Pharmacy, 157, Triq Santa Monika, Paola – 21665848 Vittoriosa Pharmacy, 9, Triq il-Mina l-Kbira, Il-Birgu – 21807529 Hompesch Pharmacy, 207/2011, Triq Hompesch, Il-Fgura – 21807503 St. Catherine Pharmacy, Plot 3, Triq il-Qadi, Iż-Żejtun – 21678039 St. Andrew’s Pharmacy, 25, Triq Dun Pawl, Ħal Luqa – 21820795 Plaza Pharmacy, 86, Triq il-Kbira, Ħaż-Żebbuġ – 21467459 Ideal Pharmacy, 63, Triq il-Kbira, Ir-Rabat – 21455479 Għawdex Palm Pharmacy, 2, Triq il-Palma, Ir-Rabat – 21566170 Sokkors Pharmacy, Triq San Girgor, Ta’ Kerċem – 21553018 L-ispiżeriji huma miftuħin bejn id-9:00 a.m. u 12:00 p.m. u bejn l-4:00 p.m. u s-7:00 p.m.

Servizz ta’ tobba fiċ-Ċentri tas-Saħħa fil-Ħdud u l-festi pubbliċi Iċ-Ċentri tas-Saħħa tal-Mosta, ta’ Raħal Ġdid u tal-Furjana jiftħu għall-emerġenzi 24 siegħa, sebat ijiem fil-ġimgħa. Fil-Ħdud u fil-festi pubbliċi, iċ-Ċentru tas-Saħħa tal-Gżira jiftaħ għallemerġenzi bejn it-8.00am u l-5.00pm. Ikun hemm ukoll servizz ta’ infermier bejn it-8.00am u t-8.00pm. Il-pubbliku jrid jattendi ċ-Ċentru tas-Saħħa tad-distrett tiegħu. Persuni mingħajr karta tal-identità ma jiġux moqdija.


03

29.05.2022

F’APRIL IŻJED TITJIB FIL-FINANZI PUBBLIĊI F’April li għadda l-qagħda tal-finanzi pubbliċi kompliet titjieb, hekk kif bi €17-il miljun ġie rreġistrat l-inqas defiċit fil-Fond Konsolidat mill-istess xahar tal-2019. Dakinhar id-defiċit kien ta’ €10 miljun. Fi stqarrija tal-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika, li ppubblikat l-aħħar ċifri relatati, wieħed jara li fl-ewwel erba’ xhur tas-sena d-defiċit laħħaq €339 miljun, terz inqas mid-defiċit osservat fl-istess xhur sena qabel, għalkemm xorta d-doppju ta’ dak osservat fl-istess xhur tal-2019 qabel il-pandemija. Dan hu dovut l-aktar għall-fatt li fil-bidu tas-sena l-Gvern kien għadu qed iħallas il-Wage Supplement lill-ħaddiema u lin-negozji l-iżjed affettwati mill-kriżi globali, filwaqt li intervjena biex iżomm il-prezzijiet tal-fuel u tal-enerġija stabbli. Dan minbarra l-fatt li l-Gvern ħareġ b’madwar €74 miljun f’ċekkijiet ta’ rifużjoni ta’ taxxa u ta’ stimolu ekonomiku li għenu lill-familji Maltin u Għawdxin f’dawn iż-żminijiet ibsin. Dawn il-fatturi flimkien wasslu biex l-ispiża talGvern matul l-ewwel erba’ xhur tas-sena tilħaq rekord ta’ kważi €2 biljun. Din kienet €32 miljun aktar mill-istess perjodu fl-2021. Fejn jidħol dħul tal-Gvern, dan ukoll laħaq ċifra rekord, dik ta’ kważi €1.6 biljun, li jfisser żieda ta’ kważi kwart ta’ biljun ewro fuq id-dħul ta’ sena ilu. Fost l-akbar tkabbir, kienet innutata żieda ta’ €82 miljun (+18%) fid-dħul mill-income tax. Kien hemm ukoll żieda qawwija fid-dħul mill-VAT, aktar minn €53 miljun (+19%), konferma oħra ta’ kemm l-irkupru ekonomiku f’pajjiżna qed ikun sostnut.

Il-ħlas tal-Wage Supplement anke fl-ewwel xhur tal-2022 lil dawk l-aktar milqutin mill-pandemija hu fost il-fatturi li wasslu għal spiża rekord tal-Gvern

Inti Għaqda Volontarja?

Tixtieq tikseb finanzjament għall-proposta tal-proġett tiegħek? Sejħiet ġodda taħt il-Programm LIFE

L-istrument ta’ finanzjament tal-UE għall-Ambjent u l-Azzjoni Klimatika b’ € 5.432 biljun disponibbli.

1

Għal dan il-għan il-Ministeru għallAmbjent, Enerġija u Intrapriża nieda żewġ skemi:

Sa €5,000 permezz tal-Iskema li toffri Assistenza għall-Kitba tal-Proposta tal-Proġett tiegħek

2 Sa €150,000 permezz tal-Iskema ta’ Kofinanzjament tal-Proġett li jiġi sottomess taħt il-Programm LIFE

Għal aktar informazzjoni żur www.environment.gov.mt jew ikkuntattja lill-Punt ta’ Kuntatt Nazzjonali għal Malta: life.meee@gov.mt

2331 6232

www.facebook.com/ncp.Life.Malta


04

29.05.2022

28% TAL-ELIĠIBBLI MA JAQBLUX Il-Kap Nazzjonalista Bernard Grech ġab biss 72% tal-voti kollha eliġibbli fl-elezzjoni li fiha kkontesta waħdu biex jiġi kkonfermat jew le fil-kariga wara l-agħar riżul­tat miksub minnu fl-aħħar elezzjoni ġenerali tas-26 ta’ Marzu li għadda. Wara ġimgħat ta’ pressjoni qawwija u kampanja interna qalila, kien hemm ftit inqas minn terz tal-Kunsill Ġene­ rali li għażlu li ma jivvotawx, iħassru l-vot jew inkella jivvotaw le għal Grech fit-tmexxija tal-Partit, total ta’ 440 vot kontra l-Kap stess. Fost l-istrateġisti ewlenin li Grech ingaġġa miegħu kien hemm Jeremy Gingell, li flimkien mal-Eks Chief Of Staff ta’ George Pullicino, Ray Bezzina, u s-sid tal-Lovin Malta, Chris Peregin, kien fost l-aktar li ħadmu mill-qrib mal-Kap Nazzjonalista kemm ilu fil-kariga. Fl-eqqel tal-manuvri biex jittajjar Adrian Delia mit-tmun tal-Partit, Gingell kien kiteb f’artiklu fit-Times li kap tal-Partit kellu jikseb mill-inqas 90% tal-voti biex tassew ikollu l-kontroll. Lejlet li Delia kien qed jiffaċċja vot simili, Gingell fakkar kif fl-2012 Lawrence Gonzi kien qal li jitlaq mit-tmexxija talPN jekk ma jġibx 80% appoġġ tal-Kunsill Ġenerali. Gonzi, li dakinhar ukoll kien tellaq waħdu, kien ġab 96% tal-voti. Għal Delia, Gingell saħansitra stabbilixxa kejl ogħla meta ddikjara li “riżultat li jaqbeż id-90% hu dak li Kap tal-Partit Nazzjonalista jaspira li jikseb jekk tassew irid li jkollu kontroll tal-Partit.” Minbarra hekk, kien ċar li mingħajr dan il-vot il-Kap ma kienx ikollu l-leġitti­mità biex ikompli. Aktar kmieni din il-ġimgħa ngħad hekk ukoll fl-editorjal tal-Malta Inde­ pendent. “Sakemm Bernard Grech ma jġibx 90% tal-voti ma jkunx riżultat tajjeb,” qal l-Editur tal-ġurnal fl-editorjal fejn kompla li, mingħajr l-appoġġ tal-membri tal-Kunsill Ġenerali, l-Op-

pożizzjoni kienet se tkun aktar dgħajfa. Fil-fatt, mhux normali li persentaġġ daqshekk għoli jivvotaw kontra l-Kap meta dan itellaq waħdu. Dan apparti l-fatt li ammont ieħor ma marrux jivvotaw. B’hekk, taraha minn fejn taraha, Grech falla t-test u dan minkejja l-isforzi ddisprati kollha li saru biex dan ma jkunx il-każ. Saħansitra f’nofs elezzjoni u wara li kien diġà sar l-early voting it-Tnejn li għadda, inbidlu r-regolamenti biex ippermettew li persuna setgħet tibgħat lil xi ħadd ieħor jivvota minflokha. Fi kliem ieħor saret dik li magħrufa bħala votazzjoni “by proxy”. Din il-mossa qatt ma kienet seħħet qabel f’ebda elezz­ joni oħra ta’ din il-portata fil-PN u ġiet deskritta bħala mossa biex tintimida u thedded lil dawk il-kunsillieri li ma kinux biħsiebhom imorru jivvotaw.

Fl-aħħar ġimgħat saru wkoll numru kbir ta’ telefonati mid-Dar Ċentrali lill-kunsillieri biex imorru jivvotaw u l-midja tal-PN ma waqfitx ittambar l-istess messaġġ. Waqt li mis-somma eskluda l-għadd kbir ta’ astensjonijiet, voti kontra u invalidi, il-PN wera ruħu mill-ewwel sodisfatt bir-riżultat u interpretah bħala wieħed qawwi, anke jekk mhux il-każ. Sadanittant, sa qabel ir-riżultat fina-

li tal-bieraħ, il-kampanja ħadet diver­ si forom, b’appelli diretti biex dawk eliġibbli jivvotaw, b’kitba fil-ġurnali u, skont rapporti li fil-midja soċjali, anke b’telefo­nati diretti lill-kunsillieri eliġibbli mhux l-inqas minn Grech innifsu. Il-votazzjoni bikrija bdiet mit-Tnejn li għadda fejn, skont stqarrija uffiċjali talPN, tefgħu l-vot tagħhom 15.5% tal-kunsillieri eleġibbli. Dan il-persentaġġ jidher li inkwieta lill-Partit u lil Grech

MINN “RA LIL ĠESÙ” SA BOTTI MMIRATI LEJN Bi preludju għat-tellieqa, li kien se jtellaq waħdu Grech, kien hemm ukoll diversi reazzjonijiet u krib, speċjalment mill-klikka ta’ madwaru biex kemm jista’ jkun il-Kap jaqta’ figura tajba. Inkitbu diversi artikli minn esponenti Nazzjonalisti, uħud biex jagħtu palata lil Grech, oħrajn li talbu biex il-Partit ma jibqax rasu mgħaddsa fir-ramel u, filwaqt li jagħmel eżami tal-kuxjenza denja, ikun aktar realistiku dwar is-sitwazzjoni li jinsab fiha. L-aktar li spikka għal raġuni tal-argument li nġieb, kien il-kumment tad-Deputat Nazzjonalista Ivan J. Bartolo, li ddikjara li meta Grech tela’ fuq dak il-palk waqt il-Kunsill Ġenerali u semma t-€32 miljun dejn (€40 miljun biċ-Ċedoli inklużi) tal-Partit u l-isfidi li hemm, dak kien ifisser li l-PN beda jfiq. Aktar minn hekk hu ddeskriva dan il-mument partikolari fid-diskors ta’ Grech bħala “li ra lil Ġesù” (“come to Jesus moment”). Osservaturi politiċi għadhom per-

plessi quddiem din id-dikjarazzjoni, sempliċiment għax ma jistgħux jifhmu kif Kap tellief b’maġġoranza storika, li bl-aġir tiegħu kompla jifred lill-Partit u/ jew li fi żmienu sploda iżjed id-dejn Nazzjonalista, jista’ qatt jitqabbel ma’ frażi simili, li tindika tama qawwija għall-fejqan. Bartolo, li kien qed jitkellem fuq l-istazzjon televiżiv tal-PN stess, saħaq li jekk wieħed tassew iħobb lill-Partit, dan għandu jitkellem fi ħdan il-Partit u mhux barra minnu. Kompletament kontra dak li kien jagħmel hu nnifsu fi żmien meta Adrian Delia kien il-Kap talPartit. Il-gazzetta uffiċjali Nazzjonalista Il-Mument il-Ħadd li għadda wkoll kellha diversi artikli b’opinjonijiet varji fuq is-suġġett tal-votazzjoni għall-konferma ta’ Grech. Fost oħrajn, spikkat fil-faċċata l-karba ta’ Peter Fenech, Ċermen tal-Kummissjoni Elettorali talPN, fejn ħeġġeġ lill-kunsillieri kollha li

għandhom id-dritt tal-vot biex jeżerċitaw dan id-dritt u jivvutaw. Karba li kompliet ukoll matul il-ġimgħa li għaddiet fuq il-ġurnal uffiċjali In-Nazzjon, anke mill-Kap innifsu. Fenech qal li “kien hemm persuna waħda biss li setgħet titfa’ n-nomina tagħha u dan għax kien hemm persuna waħda biss li kienet iddikjarat l-interess tagħha għal din l-elezzjoni. Din il-persuna kienet il-Kap preżenti Bernard Grech”. Sorsi qrib id-Dar Ċentrali tal-PN qalulna li dan il-kliem hu apoloġetiku u mmirat biss biex isalva wiċċ Grech, li flimkien mal-establishment li jagħmel parti minnu l-istess Fenech, għamel dak kollu possibbli biex ma jkun hemm ħadd aktar li jitfa’ n-nomina tiegħu. Anke l-kliem tat-twerwir fl-aħħar ġim­ għat minn Grech stess dwar il-qagħ­da li jinsab fiha l-Partit u li dan jaf ma jkampax elezzjoni oħra kien ukoll intenzjonat għal dan il-għan.

Filwaqt li fl-artiklu, fejn ġie kkwotat Grech, tiġi ripetuta tliet darbiet l-istess karba biex dawk eliġibbli jivvutaw, il-Kap insista li din l-elezzjoni hi importanti għax il-membri tal-Kunsill Ġenerali, bil-vot tagħhom, se jkunu qed jiddeterminaw it-tmexxija futura ta’ dan il-Partit. Dwar it-tmexxija tiegħu kien hemm ukoll artikli li wieħed irid jaqra sew ilkliem magħżul li ntuża fihom. B’titlu (“Il-paranoja tal-illużi”) li wkoll ifisser ħafna, Carm Mifsud Bonnici jgħarbel l-elezzjoni ġenerali u l-futur tal-PN bi stil metikoluż. Wara li kien wieħed mill-veterani li twarrab minn Grech fil-ħatra tax-Shadow Cabinet tiegħu, bl-iskuża li kien parti mill-Kabinett ta’ Lawrence Gonzi, Mifsud Bonnici jitfa’ botti aktarx indirizzati lejn ilKap, inkluż fejn jgħid li bniedem “jista’ jidħol fil-ħolma li jiċħad dak li qiegħed iseħħ biex joħloq forma ta’ realtà oħra li jrid jgħix fiha”, referenza għad-dinja


05

29.05.2022

MA’ GRECH FIT-TMUN VOTAZZJONI KAP TAL-PN ELIĠIBBLI

1,564

MITFUGĦIN

1,402

ASTENSJONIJIET VALIDI INVALIDI

stess, għax il-Ġimgħa kien hemm sforz biex jinħarġu aktar kunsillieri jivvutaw. Dan fl-isfond tal-apatija minħabba l-ġlied bejn id-diversi fazzjonijiet fil-PN u wkoll id-diżappunt wara t-telfa elettorali. Il-Ġimgħa, fit-tieni jum tal-votazzjo­ ni, l-għadd tal-kunsillieri li tefgħu l-vot tela’ għal 51%. Meta lbieraħ għalqet il-votazzjoni fil5:00 p.m., ħareġ li kien hemm diġà as-

162 1,390 12

FAVUR

KONTRA

1,124

440

(72%)

(28%)

Bernard Grech u l-istrateġisti tiegħu Ray Bezzina u Jeremy Gingell (fiċ-ċirku). Fil-kwistjoni ta’ Adrian Delia, Gingell kien kiteb li Kap għandu jwarrab jekk ma jiksibx appoġġ ta’ 90% minn fost il-kunsillieri tal-Partit tensjoni ta’ ftit aktar minn 10%, ladarba l-voti mitfugħin ammontaw għal 89.7%. Mhux biss kien jidher li ma setax jintlaħaq il-“livell meħtieġ” li esprima l-istrateġista ta’ Grech, Jeremy Gingell, iżda mal-għadd tal-voti ħareġ ukoll li kien hemm mijiet oħrajn li vvotaw kontra l-Kap. Ir-riżultat awtomatikament kom­ pla jikkonferma li din l-elezzjoni wkoll

saret fi ħdan partit li jin­sab maqsum f’diversi klikek, argumenti interni u sitwazzjonijiet li qed joħorġu sew fil-beraħ, apparti tħassib serju dwar kwistjonijiet oħrajn, bħad-dejn li sploda fi żmien Grech innifsu fl-aħħar sena u nofs. Fil-jum t’għada stess mistenni jkun hemm ċaqliq sew fid-Dar Ċentrali. Dan wara li f’manuvra li saret proprju biex ma jinqalgħux problemi ġodda qabel il-vot tal-kunsillieri, il-Kummissjoni Etika, Dixxiplina u Midja Soċjali tal-PN ħalliet għal għada biex tibda l-proċess intern għal azzjoni dixxiplinarja kontra l-kandidat Nazzjonalista u s-Sindku ta’ San Ġiljan, Albert Buttigieg, wara l-allegazzjonijiet serji li dan għamel fil-pubbliku, b’indikazzjoni ta’ tixħim. F’artiklu li kien kiteb fit-Times tat-13 ta’ Mejju li għadda, Buttigieg allega li “uffiċjal għoli mhux elett fil-Partit”, aktarx b’referenza għal Ray Bezzina, kien iltaqa’ ma’ kuntrattur ewlieni f’lukanda u ftiehmu li l-Partit jagħlaqlu ħalqu (ta’ Buttigieg) għax kien qed jitkellem kontra ċerti proġetti fil-lokalità li jmexxi. Fl-artiklu, Buttigieg ilmenta li l-Partit fil-fatt warrbu għalkollox waqt il-kampanja elettorali u qal li ħassu ttradut u mibjugħ għal 30 biċċa tal-fidda. Wara li Buttigieg għamel dawn l-allegazzjonijiet serji, il-PN kien uffiċjalment tah ultimatum ta’ 24 siegħa biex jissostanzja dak li kien kiteb. Madan­ kollu, dan l-ultimatum baqa’ jitwal biex jiġi evitat li s-smigħ iqanqal aktar problemi li jxekklu l-kampanja intensiva li kienet għaddejja biex, kemm jista’ jkun, Grech ma jxellifha mal-ebda fazzjoni tal-partit qabel il-konferma tiegħu bħala Kap. Issa l-ewwel elezzjoni li se jħabbat wiċċu magħha Bernard Grech hi dik ta’ sentejn oħra, meta fl-2024 f’pajjiżna jkollna l-elezzjonijiet għall-ħatra ta’ Membri tal-Parlament Ewropew.

IL-KAP STESS QABEL L-ELEZZJONI tal-fantażija li qed jgħix fiha Grech. Mifsud Bonnici jgħid ukoll li s-sitwazzjoni li jinsab fiha l-PN mhix tawgura tajjeb għall-andament tal-elezzjoni li jmiss, dik għall-Membri tal-Parlament Ewropew. Imma Mifsud Bonnici kien iebes sew u ċar ħafna f’messaġġ lil dawk li għadhom deħlin fil-PN u, fl-opinjoni tiegħu, farrkuh, inkluż Grech stess. Hu jgħid li l-“ebda partit ma jista’ jinqata’ mill-passat tiegħu, dejjem jekk irid jibqa’ relevanti. Irid jaffronta bi proċess ta’ għarfien, ta’ awtokritika u jirreġistra fejn mexa u fejn seta’ jimxi iktar. Fuq kollox imur lura għand l-elettorat biex jiddiskuti dan kollu. Jekk dan jibqa’ ma jsirx allura jerġgħu jiġu ripetuti l-iżbalji li saru minn min ma jafx la l-istorja u lanqas il-fatti. Partit jimxi ’l quddiem mhux billi jkisser kulma għandu. Partit ma jirbaħx il-kunsens elettorali billi jibqa’ jaħdem bl-istess strateġija u tattika li jitlef bihom”.

Sorsi qrib id-Dar Ċentrali qalulna li dan il-paragrafu hu sinifikanti ħafna, għax Mifsud Bonnici qed jikkritika l-għażla ta’ Grech u dawk li jmexxuh li ma ssirx analiżi profonda dwar ittelfa massiva li ġarrab il-PN fl-aħħar elezzjoni u wkoll l-aħħar sentenza hi mmirata lejn il-bżonn ta’ tmexxija ġdida għall-PN. Mifsud Bonnici uża kliem meqjus ukoll biex jikkritika lil Grech, li flok qal “ħtija tiegħi” għat-telfa elettorali, tefa’ t-tort fuq kulħadd: “Jista’ flok jaffronta r-raġunijiet veri, jipprova joħloq oħ­ rajn, li jaf li mhux minnhom u jgħabbi bil-kaġun. Dan kollu jista’ jsir, imma kollox jaf jibqa’ fejn hu. Għax hemm ir-realtà u hemm dik li mhix. Jekk wieħed ma jagħrafx dan, fejn hu se jibqa’.” Kliem li jfisser ukoll li b’Bernard Grech bħala Kap tal-Partit, ħadd mhu qed jistenna li jkun hemm bidliet, imma aktar toroq lejn telfiet elettorali.

Opinjonist li kiteb f’Il-Mument talĦadd li għadda wkoll jagħti diversi botti, immirati lejn l-establishment. Charles Schembri jgħid: “Irrispettivament minn dak li seta’ diġà ntqal, is-sidien tal-Partit Nazzjonalista – it-tesserati – qed jitolbu jifhmu s-sitwazzjoni u t-triq ’il quddiem permezz ta’ rapport ta’ evalwazzjoni. It-tesserati mhux se jaċċettaw id-diktat u l-ebda forma ta’ sottomissjoni mhi se tqarreb lill-Partit lejn ċittadini li jridu jesperjenzaw ilħsieb nobbli tiegħu f’din id-demokrazija moderna”. B’mod ċar qed jgħid li l-PN hu tat-tesserati u mhux ta’ dawk li ħatfuh. Fl-artiklu tiegħu, Schembri jagħti palata lil Grech, imma jgħid ċar li Grech hemm bżonn li ma jibqax miġbud mill-ispag: “Jekk Bernard Grech jista’ jaċċetta talba ta’ attivisti li ftit jafuh, nitolbu jżomm quddiem għajnejh li fl-istess prinċipji tat-twemmin tal-Partit, m’hemmx lok għal forom ta’ sottomissjoni”.

EMENDI KIF IMWEGĦDIN GĦALL-IVF Kif imwiegħed li jsir fl-ewwel 100 jum mindu jingħata l-fiduċja, Gvern ġdid Laburista din il-ġimgħa ppreżenta l-bidliet fil-liġi tal-IVF, bl-iskop li aktar persuni jsiru ġenituri f’arthom stess. Id-Depu­tat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa, Chris Fearne, spjega kif bl-emendi se jiżdiedu ċ-ċikli tal-IVF bla ħlas u kull ġenitur prospettiv se jkollu ċ-ċans għal tliet ċikli bl-oocyte collection jew bl-użu ta’ bajd krijopriservat. Minbarra hekk, fl-hekk imsejħa donazzjonijiet gamete se jippermettu li anke persuni relatati b’affinità jkunu jistgħu jikkontribwixxu, waqt li persuni, li diġà għandhom wild, ukoll se jkunu eliġibbli għas-servizz mingħajr ħlas biex ikollhom l-opportunità għat-tieni wild. Fearne qal ukoll li l-età tal-ommi­jiet eliġibbli se titla’ minn 42 sena sa jum qabel jagħlqu 46 sena f’każ ta’ Oocyte Retrieval, waqt li Embryo Transfer jista’ jsir sa jum qabel jagħlqu 49 sena. Ma’ dan se jiġi pprovdut ukoll qafas legali li jagħti l-opportunità li f’każi ta’ kundizzjonijiet ġenetiċi serji jsir ilPGT-M jew Pre-implantation Genetic Testing for Monogenic Diseases. Fl-istess konferenza, li ġiet indiriz­ zata wkoll mis-Segretarju Parlamen­ tari Rebecca Buttigieg, id-Deputat Prim Ministru ħabbar ukoll li kien hemm 55 applikazzjoni għar-rifużjoni tal-ispiża tal-mediċina tal-IVF fil-forma ta’ għotja lil dawk il-koppji kollha li, mill-ewwel ta’ Jannar ta’ din is-sena, kienu għaddejjin bil-proċess tal-IVF, kif tħabbar ukoll mill-Prim Ministru Robert Abela.

IL-KARDINAL SODANO JMUT Tħabbret il-mewt tal-Kar­dinal Taljan Ange­lo Sodano (inset), li għal aktar minn kwart ta’ seklu, ġarr miegħu diversi kon­trov­ersji, b’mod speċja­li wara l-akkużi li għatta lil wieħed mill-aktar persuni magħrufin b’abbużi sesswali fil-Knisja Kattolika. Hu kien ilu ma jiflaħx u miet il-Ġimgħa filgħ­axija. Fl-2010, l-espert fuq ilkriżi t’abbużi sesswali mill-Knisja, Jason Berry, kien kiteb li Sodano waqqaf lill-Vatikan milli jinvestiga lil Fr Marcial Maciel, li ismu hu sinonimu ma’ dawn l-iskandli. Sodano okkupa t-tieni l-aktar kariga importanti fil-Vatikan, dik ta’ Segretarju tal-Istat, għal 16-il sena, bejn l-1990 u l-2006, taħt żewġ Papiet, Ġwanni Pawlu II u Benedittu XVI. Hu maħsub li Sodano u s-Segretarju ta’ Ġwanni Pawlu II, mexxew il-Knisja fl-aħħar snin tat-tmexxija tal-istess Papa li miet fl-2005 wara li saħħtu kienet iddeterjorat minħabba l-Parkinson’s u kundizzjonijiet oħrajn. Il-Papa Franġisku bagħat il-kondoljanzi tiegħu għall-mewt tal-Kardinal.


06

29.05.2022

MAS-7,100 OĦRA Aktar persuni se jkomplu jinqalgħu mill-miżerja

“MALTA TIBQA’ FIT-TRIQ GĦAL IŻJED TKABBIR” Rapport ieħor pożittiv mill-Kummissjoni Ewropea dwar l-ekonomija lokali u l-interventi tal-Gvern biex jipproteġiha “Malta remains on a path of growth” jaqra t-titlu tal-analiżi annwali tal-Kummissjoni Ewropea fuq l-istat ta’ pajjiżna. Filwaqt li jinnotaw kif qabel il-pandemija l-ekonomija ta’ pajjiżna kienet waħda mill-aqwa fl-Unjoni Ewropea kollha, l-esperti tal-Kummissjoni jisħqu kif l-impatt sostanzjali tal-pandemija kien mitigat bil-miżuri ta’ stimolu min-naħa tal-Gvern immexxi minn Robert Abela. Dan wassal biex pajjiżna issa rreġistra rata qawwija ta’ tkabbir u li mistennija tkompli fis-snin li ġejjin. Ir-rapport tal-Kummissjoni wkoll jinnota kif l-inflazzjoni f’pajjiżna ma kinitx affettwata minn żidiet qawwija fil-prezzijiet tal-enerġija, b’kuntrast mal-bqija tal-UE fejn il-gvernijiet rispettivi ma tawx l-istess protezzjoni lill-familji u lin-negozji. Fl-istess ħin, skont l-esperti Ewropej, l-impatt tal-kriżi Ukrena fuq Malta wkoll se jkun limitat. Aspett ieħor li rrimarkat fuqu l-Kummissjoni Ewropea kien li l-impjiegi lokali komplew jiżdiedu minkejja l-pandemija, waqt li l-qgħad baqa’ ferm taħt il-medja Ewropea. Anke hawn ir-rapport jinnota li dan kien dovut għall-miżuri adottati millGvern. Il-Country Report jindika li, fil-pandemija, ir-rata ta’ dawk f’riskju ta’ faqar jew esklużjoni soċjali f’pajjiżna baqgħet inqas mill-medja Ewropea, l-istess bħalma hu l-livell ta’ dħul minimu. Il-Kummissjoni Ewropea tbassar li d-defiċit nazzjonali se jonqos, filwaqt li tiġbed l-attenzjoni kif dan kien ikkawżat l-aktar minn miżuri ta’ stimolu ekonomiku relatati mal-pandemija, partikolarment l-għajnuna fil-forma ta’ Wage Supplement lil dawk il-ħaddiema u n-negozji fl-industriji l-iżjed milqutin. Għalhekk fid-dawl tal-irkupru ekonomiku, mhux talli l-qagħda fiskali se tit-

jieb, talli d-dejn nazzjonali se jibqa’ taħt is-60%. Ir-rapport ifaħħar ir-riformi li qed iseħħu u li qed isaħħu l-innovazzjoni, il-ħiliet u l-kapaċità tal-istituzzjonijiet. Dawn ir-riformi, parti minnhom sostnuti mill-fondi ta’ rkupru u reżiljenza, mistennija jwasslu biex il-mudell ta’ tkabbir ta’ pajjiżna jkun sostenibbli. L-esperti, fil-fatt, juru approvazzjoni għal riformi kruċjali biex tissaħħaħ il-ġudikatura, il-governanza u t-trasparenza, tant li r-rapport jgħid li “l-ambjent tan-negozju mtejjeb se jipprovdi bażi soda għal tkabbir fl-investimenti u l-produttività” (“the improved business environment will provide a solid foundation for investment and productivity growth”). Fl-aħħar nett, ir-rapport jikkonkludi li Malta sejra tajjeb ħafna fejn jidħlu l-indikaturi ta’ żvilupp sostennibbli. Fost l-oħrajn pajjiżna għandu andament tajjeb fejn jirrigwarda indikaturi fuq faqar u saħħa, kif ukoll fuq ġustizzja soċjali u ekonomika. Anke fir-rigward ta’ kundizzjonijiet ta’ xogħol, stabbiltà ekonomika u enerġija nadifa u affordabbli, pajjiżna hu mfaħħar. Filwaqt li qed ikun hemm progress fis-sostenibbiltà ambjentali, l-esperti jgħidu li hemm bżonn ħidma aktar fil-komunitajiet u f’ċentri urbani għal dan ilgħan. F’dan il-kuntest, il-Kummissjoni Ewropea kellha kliem ta’ tifħir għall-pjan ta’ rkupru u reżiljenza Malti, deskritt bħala ambizzjuż u li se jwassal għal suċċess fit-tranżizzjoni ambjentali u diġitali lokali. Il-Gvern Malti laqa’ dan iċ-ċertifikat pożittiv min-naħa tal-Kummissjoni Ewropea, li jafferma mill-ġdid ir-rieda li jkompli bir-riformi meħtieġa ħalli tinbena prosperità ġdida għal pajjiżna.

Numru ta’ miżuri li daħħal il-Gvern fl-aħħar snin se jwasslu biex aktar minn 7,000 persuna jaslu għal livell ogħla tal-għajxien li jbegħedhom mir-riskju tal-faqar, simili għall-esperjenza ta’ eluf oħrajn fl-aħħar disa’ snin mill-bidla fil-Gvern. In-National Reform Programme (NRP) hu rapport tekniku magħmul mill-Gvern Malti biex jintbagħat lill-Kummissjoni Ewropea, bi rwol ċentrali fid-diskussjonijiet dwar il-progress ta’ pajjiż. Fost l-oħrajn dan jinkludi valutazzjoni tal-impatt ta’ seba’ miżuri riċenti li ttieħdu mill-Gvern, jiġifieri estensjoni tal-In-Work Benefit, it-tisħiħ tal-għajnuna supplimentari, iż-żieda fil-pensjo­nijiet, dik fl-għotja lill-anzjani li jibqgħu jgħixu fi djarhom, it-titjib tal-eżenzjoni mittaxxa lill-pensjonanti, ir-rifużjoni tat-taxxa lil kull min jaħdem, it-tnaqqis fit-taxxa fuq xogħol parttime u ċ-ċekk ta’ stimolu. Skont ir-rapport, il-miżuri meħudin flimkien mistennija jnaqqsu iżjed il-persentaġġ ta’ riskju ta’ faqar bi kważi 1.5%. Dan ifisser li wieħed minn kull 12-il persuna, li bħalissa jinsabu f’riskju ta’ faqar, diġà bdew jesperjenzaw titjib fl-għajxien biex eventwalment jitneħħew minn din is-sitwazzjoni. Sa qabel il-pandemija, kien irrapportat kif id-dħul disponibbli medju tal-familji Maltin u Għawdxin żdied bi kważi €9,000 fis-sena bejn l-2012 u l-2020, b’riżultat ta’ €3 biljun aktar fid-dħul kumplessiv tagħhom f’dan il-perjodu. Grazzi għal titjib li ġabet magħha l-politika tal-Gvern Laburista, mhux biss ħafna iżjed persuni daħlu f’impjieg u l-familji qed jgħixu aħjar, għax qed jaqilgħu iżjed, iżda eluf ta’ persuni nħarġu anke mil-livell tal-faqar. Dan ir-riżultat pożittiv seħħ, fost oħrajn, bi tnaqqis ta’ piżijiet kbar li kienu jeżistu sal-aħħar amministrazzjoni tal-Partit Nazzjonalista, li tqalftet minn postha f’Marzu tal-2013, u anke bit-tqassim tal-ġid bla preċedent li beda jinħoloq millaħħar disa’ snin. Minn statistika, li ġiet ippreżentata fil-Parlament aktar kmieni din is-sena, kien ħareġ li l-akbar qab­ żiet fid-dħul disponibbli tal-familji ġew irreġistrati bejn l-2016 u l-2017, meta seħħ l-ewwel tqassim talġid maħluq, u bejn l-2020 u l-2021, meta l-Gvern ħoloq xibka ta’ protezzjoni għaċ-ċittadini waqt il-pandemija tal-COVID-19. Ir-rata ta’ dawk f’ċaħda materjali kienet naqset qabel il-pandemija minn 19.4% fl-2012 għal 8.7% fl-2020, waqt li r-rata ta’ dawk f’ċaħda materjali severa naqset minn 9.5% fl2012 għal 3.3% fl-2020. Dan ifisser tnaqqis ta’ 36,463 persuna f’ċaħda materjali, li minn 80,196 fl-2012 niżlu għal 43,733 fl-2020, u tnaqqis ta’ 22,617-il persuna f’ċaħda materjali severa, li minn 39,253 fl-2012 niżlu għal 16,636 fl-2020. Ta’ min ifakkar li, fil-Parlament,

Sa qabel il-pandemija l-persuni f’ċaħda materjali kienu naqsu minn 80,196 fl-2012 għal 43,733 fl-2020 u dawk f’ċaħda materjali severa niżlu minn 39,253 fl-2012 għal 16,636 fl-2020 l-Oppożizzjoni Nazzjonalista kienet ivvotat kontra l-pakkett ta’ miżuri msemmijin fir-rapport tan-National Reform Programme. Iżjed minn hekk, sal-lum l-Oppożizzjoni għadha ssostni saħansitra li ċ-ċekkijiet li ngħataw xahrejn ilu huma prattiċi korrotti biex jinxtraw il-voti. Issa nafu li fir-realtà dawn huma miżuri li se jneħħu lil madwar 7,100 persuna mir-riskju tal-faqar, b’aktar minn nofshom pensjonanti u madwar 1,300 tifel u tifla. Il-kritika vojta tal-Oppożizzjo­ ni joħroġ b’mod aktar ċar fil-każ ta’ dawn tal-aħħar ladarba dawn huma ċittadini li lanqas biss jistgħu jivvutaw fl-elezzjonijiet. Li jfisser li wieħed minn kull ħamsa minn dawk milqutin b’mod pożittiv minn dawn il-miżuri, allegatament ta’ xiri tal-voti, lanqas biss għandhom id-dritt tal-vot! Għal dawk bl-inqas qligħ, dawn is-seba’ miżuri żiedu d-dħul disponibbli b’aktar minn €25 fix-xahar, li jfisser titjib ta’ aktar minn


07

29.05.2022

’L BOGĦOD MILL-FAQAR bl-għadd kbir ta’ miżuri u benefiċċji li ddaħħlu fl-aħħar snin mill-Gvern

TAĦT L-ELF QED JIRREĠISTRAW GĦAX-XOGĦOL … f’Għawdex jinżlu taħt il-mija F’April li għadda kien hemm 963 persuna biss jirreġistraw għall-impjieg. Dan kien l-inqas numru ta’ nies fuq ir-reġistru mindu dan beda jinżamm fis-snin 60. Kien ifisser ukoll li għall-ewwel darba fl-istorja dawk jirreġistraw kienu taħt l-1,000 persuna f’pajjiżna, fl-istess ħin, għall-ewwel darba fl-istorja, dawk jirreġistraw fil-ġżira Għawdxija naqsu taħt il-100 persuna. Imqabbel ma’ sena ilu kien hemm tnaqqis ta’ 1,285, li jfisser li f’sena l-ammont ta’ dawk jirreġistraw naqas bi kważi 60%. L-akbar tnaqqis kien f’dawk li kienu qed ifittxu xogħol u li kellhom aktar minn 45 sena, bi tnaqqis ta’ kważi 600 persuna. Kien hemm tnaqqis qawwi wkoll fost dawk jirreġistraw ta’ bejn it-30 u l-45 sena, li naqsu b’442 persuna meta mqabbel ma’ sena ilu. Fost dawk ta’ inqas minn 30 sena kien hemm tnaqqis ta’ 192 jirreġistraw. Qabel bdiet il-pandemija, l-inqas livell ta’ persuni jirreġistraw kien intlaħaq f’Ġunju tal-2019 meta dakinhar kien hemm 1,616il persuna jirreġistraw jew 653 persuna aktar mill-ammont ta’ Marzu li għadda. Minkejja t-tbassir li kien sar meta faqq­ għet il-pandemija, jiġifieri li kien se jkun hawn aktar minn 50,000 persuna qiegħda, l-aktar li żdied il-qgħad kien f’Mejju tal2020 meta l-ammont ta’ nies jirreġistraw kien tela’ għal 4,409. Dan b’kuntrast għal kważi 8,000 li kienu jirreġistraw taħt amministrazzjoni Nazzjonalista fil-kriżi ferm iżgħar tal-2008.

4% tad-dħul tagħhom. B’kuntrast għal dawk li jinsabu fl-ogħla parti tad-distribuzzjoni tad-dħul, il-miżuri jfissru titjib ta’ madwar €12 fix-xahar, jew inqas minn 0.4% tad-dħul tagħhom. Dan juri b’mod ċar ir-ruħ soċjali ta’ dawn il-miżuri li kienu maħsubin biex jipproteġu lil dawk l-aktar f’riskju ta’ faqar mill-impatti taż-żieda fil-prezzijiet internazzjonali. Flimkien mal-mijiet ta’ miljuni li qegħdin jintefqu biex jinżammu l-prezzijiet tal-fuel u tal-enerġija stabbli, dawn il-miżuri jikkostitwixxu tarka għal dawk l-aktar vulnerabbli fis-soċjetà tagħna. Dan meta fil-bqija tal-Ewropa, familji simili qed ikollhom jiffaċċjaw dawn il-piżijiet waħedhom, wara li diġà ħadu daqqa finanzjarja qawwija fil-pandemija. Din id-differenza tispjega bl-aktar mod ċar għaliex il-Partit Laburista rnexxielu jikseb l-aqwa rebħa elettorali tiegħu mill-1955 lil hawn.

Fatt interessanti ieħor li joħroġ mill-NRP hu li r-rapport jistma li l-estensjoni tal-iskema tat-trasport pubbliku b’xejn minn Ottubru li ġej se tirriżulta fi 3.5 miljun siegħa ta’ ħin tal-ivvjaġġar iffrankat kull sena. Dan se jagħti spinta lill-produzzjoni ekonomika ta’ Malta b’0.3% u jkabbar b’mod effettiv il-provvista ta’ xogħol bl-ekwivalenti ta’ aktar minn 1,500 impjieg full-time. B’mod aktar ġenerali, l-NRP jindika li l-prijorità tal-Gvern tibqa’ dik li jiġi żgurat tkabbir ekonomiku sostenibbli, filwaqt li tiġi infurzata s-sostenibbiltà tal-finanzi pubbliċi. Għal dan il-għan il-Gvern se jkun qed jindirizza b’mod effettiv l-isfidi ewlenin tal-pajjiż, billi jwettaq miżuri mmirati lejn it-tranżizzjoni ambjentali u diġitali; isaħħaħ ir-reżiljenza tas-sistema tas-saħħa; itej­jeb il-kopertura, l-adeg­watezza u s-sos­tenibbiltà tas-siste­ma ta’ protezzjoni soċjali; jaħdem favur edukazzjoni ta’ kwalità u inklużiva; u lejn it-titjib tal-ħiliet.

Fl-istess ħin, se tkompli tiġi implimen­tata stra­teġi­ja ħalli ttejjeb il-qafas ta’ governanza fis-setturi kollha, b’mod partikolari, l-indipendenza u l-effettività tas-sistema ġudizzjarja, u tindirizza kwistjonijiet relatati mal-korruzzjoni, is-saltna tad-dritt, il-ħasil tal-flus u l-evażjoni tat-taxxa. Dan kollu juri kif ir-rapport Malti juri l-komprensività u l-effettività tal-pjani li għandha l-amministrazzjoni Laburista. Ma’ dawn il-miżuri, il-Kabinett il-ġdid ta’ Robert Abela se jibda jżid il-miżuri mill-manifest “Malta Flimkien”. Fil-kampanja elettorali l-Prim Ministru kien iħobb jgħid li, b’kuntrast mal-manifest Nazzjonalista li kien mifni bil-kundizzjonijiet (terms and conditions), il-programm Laburista kellu kundizzjoni waħda biss – li l-elettorat jeħtieġ li jappoġġjah. Għaldaqstant, issa li dan l-appoġġ ingħata, se tibda l-ħidma biex l-1,000 proposta jsiru 1,000 kisba ġdida għall-familji Maltin u Għawdxin.

Minn nofs l-2020 sa Marzu li għadda naqsu ħames persuni kuljum mir-reġistrar Jirriżulta li, bħala medja kull ġurnata mill-bidu ta’ Ġunju tal-2020 sa tmiem Mar­ zu li għadda, ħames persuni li kienu fuq ir-reġistru sabu impjieg. F’madwar 14il xahar l-għadd ta’ nies qiegħda naqas daqs­kemm kien qabel il-pandemija, u issa ilna xahar wara ieħor nilħqu minimi storiċi ġod­da, l-aktar tnaqqis rapidu fl-istorja. Biex treġġgħet lura ż-żieda fil-qgħad li kienet seħħet wara r-riċessjoni tal-2008 ilpajjiż kien dam xejn inqas minn 72 xahar, ħames darbiet aktar mil-lum il-ġurnata. Minkejja l-effetti ekonomiċi tal-pande­ mija, ta’ min jinnota wkoll li dawk jirreġistraw f’Malta kienu mas-seba’ darbiet inqas mill-ammont li kien hemm f’Marzu tal-2013 sa tmiem il-Gvern immexxi minn Lawrence Gonzi.


08

29.05.2022

ID-DAWRA TA’ SALLY PORT FIL-KOTTONERA FIL-QRIB LI TITGAWDA MILL-POPLU Proġett li se joħloq rotta għall-mixi bla interruzzjonijiet minn taħt Bighi sal-ponta tal-Isla Dawra twila mingħajr ebda interruzzjonijiet max-xatt tal-Kottonera se tkun tista’ tibda titgawda mill-poplu minn kmieni s-sena d-dieħla, hekk kif tlestew tliet kwarti tax-xogħlijiet infrastrutturali fil-parti ta’ Triq Sally Port, żona magħrufa wkoll bħala “It-Toqba”, li ma kinitx aċċessibbli. Dan il-proġett, li mistenni jiswa €5 miljun, beda ftit aktar minn sena ilu fuq il-mollijiet li jtulu madwar 600 metru jew l-ekwivalenti ta’ sitt grawnds tal-futbol li kienu perikolużi u inaċċessibbli. Meta x-xogħol ta’ tisbiħ jasal fi tmiemu, dan se jkun qed joffri promenade ġdid ta’ madwar sitt kilometri minn taħt Villa Bighi fil-Kalkara sa ħdejn il-ponta tal-Isla. Fil-fatt, il-mollijiet il-ġodda se jkunu qed jin­fdu mal-Wa­terfront tal-Birgu fuq in-naħa l-oħra ta’ Forti Sant’Anġlu, biex b’hekk tinħoloq rotta għall-mixi mill-isbaħ li tieħdok mix-xatt tal-Kalkara lejn il-marina tal-Birgu, l-inħawi talBaċir Numru 1 f’Bormla u tul ix-xatt tal-Isla sa ħdejn Boiler Wharf, taħt Ġnien il-Gardjola. Fi tweġiba għal Mistoqsija Parlamentari midDe­putat Laburista Glenn Bedingfield dwar fiex waslu x-xogħlijiet u x’qed isir bħalissa, il-Minis­

tru għat-Trasport, l-Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali Aaron Farrugia spjega li l-proġett qed jidħol fl-aħħar fażijiet tiegħu, hekk kif l-aġenzija Infrastructure Malta lestiet madwar tliet kwarti minnu. “It-tisħiħ u l-bini mill-ġdid tal-pedamenti talmol­lijiet, li kienu tkissru bil-maltemp, dalwaqt ikunu lesti. Bħalissa l-ħaddiema qed ilestu l-bordura ta’ barra tal-moll (cope beam) u bdew jibnu l-passaġġi, punti ta’ qsim pedonali, bankini u konok għall-arbuxelli u pjanti oħrajn li se jkomplu jsebbħu l-passaġġi tal-promenade ġdid,” saħaq il-Ministru Farrugia, waqt li semma li għaddej ukoll il-bini mill-ġdid ta’ żewġ skali u ta’ moll żgħir li jużaw is-sajjieda u d-dilettanti tad-dgħajjes f’dawn l-inħawi. Fi tweġiba elaborata, hu kompla jgħid li qed jasal fuq il-post il-ġebel tal-qawwi, li qed jinqata’ minn barriera lokali, għall-pavimentar tal-bankini ġodda man-naħa tas-swar. “Il-mollijiet, b’tul ta’ madwar sitt grawnds tal-futbol (600 metru) jinsabu fiż-żona magħrufa bħala Sally Port jew ‘It-Toqba’, taħt isswar tal-Birgu u mal-ġenb tax-xatt tal-Kalkara. Ħafna partijiet mill-istrutturi tagħhom kienu

ġarrbu ħsarat kbar bil-maltemp matul is-snin. Il-mollijiet komplew tfarrku fil-Grigalata kbira ta’ Frar tal-2019. Uħud spiċċaw f’riskju li jċedu, b’periklu għall-pubbliku,” kompla jingħad mill-Ministru res­ponsabbli.

Partijiet mill-istrutturi u l-mollijiet kienu tfarrku fil-maltemp u spiċċaw joħolqu periklu għall-pubbliku Jingħad li Infrastructure Malta bniet mill-ġdid il-partijiet li kienu tkissru, waqt li rranġat partijiet oħrajn mill-istrutturi tal-moll taħt l-ilma li ma kienx hemm għalfejn jinħattu kompletament. Dan sar permezz ta’ tim t’għaddasa. Il-Ministru qal li, għal dawn ix-xogħlijiet, l-entità governattiva użat 6,720 tunnellata konkos ta’ kwalità ogħla li jiflaħ iżjed għall-elementi talbaħar u b’hekk il-mollijiet ġodda jservu aktar


09

29.05.2022

QABŻIET FL-EARLY LEAVERS U B’EDUKAZZJONI TERZJARJA Tkompli minn paġna 1

fit-tul. Fil-ġimgħat li għaddew l-aġenzija naddfet din iż-żona minn għadd ta’ bastimenti żgħar, li kienu tħallew mitluqin fuq il-mollijiet matul issnin, fosthom żewġ luzzijiet (luzzu) u kajjik antiki li, fuq pariri tas-Sovrintendenza tal-Patrimonju Kulturali, se jkunu qed jiġu rrestawrati fil-futur. It-tisbiħ ta’ dawn il-mollijiet qed isir b’kollabo­ razzjoni mal-Korporazzjoni għar-Riġenerazzjoni tal-Port il-Kbir, li se tkompli ssebbaħ il-prome­ nade bi ġnien bil-bandli u b’banki­jiet, dwal deko­ rattivi u installazzjonijiet oħrajn għall-kumdi­tà tal-pubbliku. Tisbiħ simili se jseħħ ukoll maxxatt tal-Kalkara, quddiem il-Knisja Parrokkjali tal-lokalità.

Ir-riżultati għas-sena li għaddiet li l-Uffiċċju Ewropew tal-Istatistika għadu kemm ippubblika huma fost l-aktar kejl importanti li jindikaw l-aħjar sistemi edukattivi u dawk li qed ifallu fil-missjoni tagħhom. Bejniethom l-istatistiċi tal-Early Leavers u tal-kisbiet edukattivi fillivell terzjarju jiġbru l-persentaġġi tal-popolazzjoni mill-età ta’ 18 sa 34 sena. Iż-żewġ kategoriji huma wkoll riżultat ta’ dak li jkun tfassal u sar fuq livell politiku mid-Dipartimenti tal-Edukazzjoni, mill-iskejjel, mill-istituzzjonijiet edukattivi postsekondarji u terz­ jarji u l-imsieħba kollha involuti favur it-titjib edukattiv. Biex żagħżugħ jew żagħżugħa tiġi kklassifikata bħala Early Leaver trid tkun fl-etajiet minn 18 sa 24 sena u ma tridx tkun fl-edukazzjoni u lanqas fit-taħriġ. Huwa minnu li, meta fl-2010 l-Kummissjoni Ewropea stabbilixxiet l-Early School Leaving bħala waħda millmiri tagħha, Malta kienet fost l-aktar pajjiżi li kellha rata għolja ħafna u fost l-istati membri li kienu ferm ’il bogħod milli jilħqu l-mira tal-Unjoni Ewopea ta’ 10% sal-2020. Għal bosta snin donnu kienet intilfet kull tama li s-sitwazzjoni edukattiva f’Malta għad tikseb riżultati mixtiqin u bosta baqgħu bil-perċezzjoni li pajjiżna għadu l-agħar fost l-istati membri fl-UE dwar Early School Leavers. Minkejja dan, wara li fl-2014 ġiet ippubblikata l-istrateġija ewlenija nazzjonali għall-edukazzjoni, l-af­ fa­­­rijiet bdew jitjiebu drastika­ment. Din l-istrateġija identifikat miri speċifiċi u ċari għall-edukazzjoni lokali, b’mod parti­kolari mill-pri­ marja sas-sekondarja. L-istra­teġija xprunat għadd ta’ poli­cies ġodda, ħafna minnhom li koprew mill-edukazzjoni u l-kura bikrija, sal-MCAST u l-Università, mil-litteriżmu sat-tagħ­lim tul ilħajja. Malta nediet bosta aġġor­na­ menti u tiġdid motivati mill-miri identifikati fl-istrateġija għalledukazzjoni f’Malta. Ma’ dan inħolqu wkoll bosta programmi ġodda, inkluż it-tagħ­ lim ta’ suġġetti vokazzjonali u applikati fl-iskejjel kollha se­kon­ darji, tant li f’dawn il-jiem bosta studenti ta’ dawn is-suġġetti wkoll qed joqogħdu għall-eżamijiet taċĊES (Ċertifikat għall-Edukazzjoni Sekondarja) tal-MATSEC. Bis-saħħa t’hekk, il-persentaġġ tal-Early Leavers għal Malta baqa’ jitnaqqas sena wara l-oħra, inkluż waqt il-pandemija tal-COVID-19, biex issa niżel għal 11% fl-2021, skont l-aħħar aġġornament talEurostat. Jekk sa 10 snin ilu konna ma’ tal-aħħar fil-klassifika, illum ninsabu saħansitra qrib ħafna biex

MALTA

Il-qabża ta’ pajjiżna għall-ewwel darba fuq il-medja Ewropea fost dawk fl-etajiet ta’ 25-34 sena li kisbu edukazzjoni terzjarja nilħqu l-mira l-ġdida stabbilita mill-Kummissjoni Ewro­pea ta’ 9% sal-2030. F’sitwazzjoni differenti minn Malta hemm, fost oħrajn, ir-Ru­ma­ nija (15.3%), l-Iżlanda (14.4%), Span­ ja (13.3%), l-Italja (12.7%), in-Nor­ veġja (12.3%), il-Bulgarija (12.2%), l-Ungerija (12%) u l-Ġerman­ja (11.8%). Ħarsa iżjed fil-fond turi kif Malta qed jirnexxilha wkoll tnaq­ qas ir-rata ta’ Early Leavers fost il-bniet, fost is-subien u anke fiddifferenza bejn is-subien u l-bniet. Fl-2021, l-Early Leavers f’Malta kienu maqsumin bejn il-bniet b’9.5% u s-subien bi 12.3%, waqt li d-differenza bejn is-sessi tnaqqset għal 2.8%. Waqt li l-politika Laburista se tkompli bl-impenn favur iżjed riżul­tati edukattivi, inkluż b’interventi partikolari fejn meħ­ tieġ, illum il-mistoqsija nbidlet minn 10 snin ilu u saret meta se tintlaħaq il-mira l-ġdida Ewropea u kemm se jirnexxilna nkunu iżjed baxxi minnha sal-2030. Analisti fis-settur ibassru li, grazzi għall-interventi li saru flaħħar snin, din il-mira għandha tintlaħaq minn snin sew qabel, waqt li jkomplu jonqsu dejjem iżjed il-persentaġġi negattivi. Il-Eurostat tefgħet dawl ukoll fuq il-11% tal-Early Leavers f’Malta, skont il-qagħda tagħhom b’rabta max-xogħol. Mill-istatistika ppub­ b­likata joħroġ li madwar 60% minnhom qed jaħdmu tant li Malta hi t-tielet pajjiż (wara l-Olanda u Ċipru) bl-ogħla persentaġġ ta’ Early Leavers li għandhom impjieg. Madwar 10% tal-11% tal-Early Leavers mhumiex qed jaħdmu, imma qed ifittxu impjieg. Madwar

25% tal-istess 11% tal-Early Leavers, min-naħa l-oħra, ma jixtiqux jaħdmu. L-aġġornament statistiku l-ieħor ippubblikat mill-Eurostat juri li Malta kisbet riżultat pożittiv fejn jidħlu persuni fl-etajiet ta’ bejn il-25 u l-34 sena li jiksbu livell edukattiv terzjarju. Fil-fatt, is-sena l-oħra Malta laħ­qet ir-rata ta’ 42.4% f’dan irrigward, li hi l-ogħla li qatt irnex­ xielha tikseb. Jirriżulta wkoll li fl2021 il-medja Ewropea kienet ta’ 41.2%, li jfisser li pajjiżna rnexxielu wkoll jaqbeż dan il-livell fost l-istati membri kollha għall-ewwel darba. Pajjiżi li kklassifikaw wara Mal­ta kienu l-Iżlanda, il-Polonja, il-Fin­ landja, is-Slovakkja, il-Ġerman­ ja, il-Kroazja, ir-Repubblika Ċeka, il-Bul­­garija, l-Ungerija, l-Italja u r-Rumanija. Ta’ min jinnota li 10 snin ilu Malta kellha 28.3% talpopolazzjoni f’dawn l-etajiet li kisbu edukazzjoni terzjarja meta l-medja bejn il-pajjiżi membri flUE kienet 34.1%, 5.8% taħt il-medja Ewropea.Mill-istatistika għall-2021 jidher li t-42.4% ta’ dawk bejn il25 u l-34 sena f’pajjiżna jinqasmu bejn 49.6% nisa u 36.4% rġiel. Hu kruċjali li, bil-ħidma tiegħu fis-settur edukattiv, pajjiżna jkompli f’din it-triq li qiegħda twassal għal titjib u riżultati ferm inkoraġġanti sena wara l-oħra. Fl-istess waqt għandha tkompli tingħata attenzjoni biex tiġi indirizzata d-diskrepanza bejn ilġeneri u anke s-sitwazzjoni fejn innisa u, aktar, l-irġiel ta’ bejn il-25 u l-34 sena mhumiex jirnexxilhom jiksbu l-ogħla livell edukattiv bilgħan li l-forza tax-xogħol lokali jkollha iżjed ħiliet.


10

29.05.2022

MALTA L-EWWEL DESTINAZZJONI EWROPEA FUQ IL-LISTA TA’ FORBES Ritratt: JASON BORG/DOI

Malta hi l-ewwel pajjiż Ewropew li ġie ċċertifikat minn Forbes Travel Guide. Din hija aġenzija li tikklassifika, fuq diversi kategoriji, lukandi u restoranti għas-servizz li joffru lill-konsumatur. Għal din is-sena, seba’ lukandi f’Malta kisbu rikonoxximent minn Forbes Travel Guide. Il-lukanda Iniala akkwistat l-ogħla rikonoxximent ta’ ħames stilel, il-lukanda Corinthia Palace kisbet it-titlu ta’ erba’ stilel filwaqt li l-lukandi Hyatt Regency, Kempinski San Lawrenz, Malta Marriot, Radisson Blu Golden Sands u Roselli kisbu l-premju ta’ rakkomandazzjoni. Id-dettalji tħabbru f’konfe­ renza tal-aħbari­jiet indirizzata mil-Minis­tru għatTuriżmu, Clay­ton Bartolo, iċ-Ċer­men tal-Awtorità Malti­ L-Ambaxxatur ta’ Forbes jindirizza l-konferenza stampa din il-ġimgħa ja għat-Turiżmu (MTA), Gavin Gu­ f’dak kollu italizzazzjoni tas-settur, hekk eb is-saħħa u s-sigurtà kemm Seba’ lukandi lia, il-President li nagħmlu. kif huwa elenkat fl-istrateġija tat-turisti kif ukoll tal-imprikonoxxuti tal-Assoċjazzjoni Permezz ta’ tas-settur għall-10 snin li ġejjin,” jegati li jaħdmu f’dan is-settur għal-livell għoli Maltija għar-Restodin il-mental- qal iċ-Chairman Gavin Gulia. u għalhekk huwa importanti ranti u l-Lukandiera ità nkunu qegħIl-President tal-Assoċjazzjoni li iżjed lukandi u restoranti tagħhom (MHRA), Tony Zahra, u din niggarantixxu Tony Zahra sostna li l-MHRA Maltin u Għawdxin jagħmlu l-Ambaxxatur ta’ Forbes esperjenza turistika hija sodisfatta li ngħatat l-op- parti minn dan il-programm,” Travel Guide Filip Boyen. aħjar, tant li t-turisti jkoll- portunità sabiex tikkontrib- temm jgħid l-Ambaxxatur ta’ Il-Ministru għat-Turiżmu hom raġunijiet validi li jerġgħu wixxi għall-formulazzjoni ta’ Forbes Travel Guide Filip BoyClayton Bartolo qal li ż-żmien jirritornaw għall-vaganzi programm li jaħseb għan-niċeċ en. tal-pandemija kien il-mument tagħhom fil-Gżejjer Maltin,” differenti li jingħataw servizz opportun li l-Gvern flimkien saħaq il-Ministru Clayton Bar- mil-lukandi u r-restoranti. Kap Eżekuttiv tal-MTA mal-Awtorità Maltija għat- tolo. Huwa sostna li jeħtieġ li jkompTuriżmu issaħħu l-kwalità “Bħala awtorità nemmnu lu jtejbu l-kwalità fis-servizz, li Carlo Micallef inħatar Kap Eżefil-prodott turistiku Malti. li din ir-relazzjoni ma’ Forbes jħarrġu mill-ġdid il-ħaddiema kuttiv ġdid tal-Awtorità Malti­ “Irridu nkomplu nipprovdu Travel Guide, hija eżempju ċar filwaqt li jassiguraw livell għoli ja għat-Turiżmu (MTA) wara opportunitajiet u pjattafor- ta’ fejn nixtiequ nkomplu nwas- ta’ sigurtà għall-viżitaturi. 25 sena li fihom serva f’diversi mi għal-lukandi u r-restoranti slu lill-industrija tagħna, anke “Nirrikonoxxu li Malta hija rwoli importanti fl-istess entagħna bl-għan li nkunu l-aqwa fid-dawl tal-irkupru u tar-riv- impenjata b’mod sħiħ li ttejj- tità u anke fl-Istitut għall-Is-

tudji Tu­ristiċi (ITS). Matul dan il-perjodu serva bħala Direttur tal-istess Awtorità fl-uffiċċju ta’ Amsterdam fejn kien responsabbli għall-promozzjoni tal-Gżejjer Maltin fl-Olanda, il-Belġju u l-pajjiżi Nordiċi. Wara din l-esperjenza barra minn xtutna, irritorna Malta u kien inkarigat mit-tkabbir fil-promozzjoni ta’ pajjiżna f’diversi swieq ġodda u l-iżvilupp ta’ niċeċ ġodda ta’ turiżmu. Fl-2014, inħatar bħala Chief Marketing Officer u fl2017 bħala Deputat Kap Eżekuttiv tal-istess Awtorità. Fl-istess ħin fl-2013 hu beda jservi fuq il-Bord tal-Gvernaturi tal-ITS sakemm erba’ snin wara nħatar Chairman tal-istess istituzzjoni edukattiva. Micallef hu gradwat mill-Università ta’ Malta b’Baċċelerat fil-Kummerċ, Management bi speċjalizzazzjoni fil-Marketing. Il-Ministru għat-Turiżmu Clayton Bartolo qal kif l-għaż­ la ta’ Carlo Micallef kienet pass naturali biex l-MTA tkun mutur proattiv li permezz tiegħu s-settur turistiku Malti jkun wieħed ibbażat fuq il-prinċipji tal-kwalità u s-sostenibbiltà. Hu rringrazzja wkoll lil Johann Buttigieg għax-xogħol tiegħu matul is-snin li għamel iservi f’dan ir-rwol. L-Assoċjazzjoni Maltija għal-Lu­kandi u r-Restoranti (MHRA), l-Assoċjazzjoni għallIstabbili­menti tal-Catering (ACE) u anke l-As­soċjazzjoni għat-Turiżmu f’Għawdex (GTA) ilkoll ferħu lil Micallef.

IL-KUMMISSJONI EWROPEA TFAĦĦAR ĦIDMET IL-GVERN Il-Kummissjoni Ewropea illimitat irrak­ko­mandazzjonijiet annwali tagħ­ha għal pajjiżna, dawk magħrufin bħala l-Country Specific Recommendations, għal erbgħa biss. Dan hu l-istess ammont tas-sena ta’ qabel u b’differenza għal qabel il-bidla fl-amministrazzjoni disa’ snin ilu meta l-Kummissjoni kienet għamlet sitt rakkomandazzjonijet lil Malta. Jirriżulta li kien hemm biss seba’ pajjiżi mill-Unjoni Ewropea kollha li rċevew Country Specific Recommendation waħda inqas minna, waqt li kien hemm żewġ pajjiżi li rċevew sitta, tnejn aktar minna. Ir-rakkomandazzjonijiet li ngħataw lil pajjiżna huma wkoll simili għal dawk li ngħataw lil kull pajjiż ieħor. L-ewwel rakkomandazzjoni hi biex pajjiżna jkompli jieħu l-miżuri neċessarji ħalli jgħin lill-familji u lin-negozji affettwati miż-żidiet fil-prezzijiet internazzjonali kif ukoll biex jiġi megħjun il-poplu Ukren. Dan filwaqt li l-Kum-

missjoni ħeġġet lill-Gvern biex jinvesti fih xejn, għajr kliem ta’ tifħir għal dan fil-qalba diġitali u ambjentali. il-pjan. Fl-analiżi tagħhom, l-esperti It-tielet rakkomandazzjoni, li hi tal-Kummissjoni nnutaw li l-pjan fiskali speċifika għal Malta u xi pajjiżi oħrajn li tal-Gvern Malti hu konformi mar-rak- huma ċentri ta’ servizzi finanzjarji soskomandazzjonijiet tagħhom u li qed tanzjali, tkopri s-sistema ta’ tassazzjoni. isostni lill-ekonomiDan fid-dawl ta’ rija b’mod pożittiv. formi li qed isiru Fil-fatt, se jkun posf’ambitù internazsibbli li l-Gvern jibda zjonali, anke jekk jnaqqas l-appoġġ ir-rapport stess u jonqos id-defiċit jinnota kif il-Gvern Governanza tajba hi ta’ pajjiżna, filwaqt Malti diġà ħa passi fost il-pilastri tal-viżjoni f’dan ir-rigward. li d-dejn nazzjonali jibqa’ taħt is-60%, L-aħħar rakkoekonomi­ka fit-tul prova ċara tal-galbu mandazzjoni, li hi tal-Gvern Malti li bih qed jitmexxew komuni għall-pajjiżi il-finanzi pubbliċi. kollha, tittratIt-tieni rakko­man­dazzjoni, li ta l-qalba ambjentali u pajjiżna qed bħall-ewwel waħda hi komuni għal kull jiġi mħeġġeġ ikompli jkabbar l-użu ta’ pajjiż, hi li pajjiżna jkompli jimplimenta enerġija rinnovabbli kif ukoll inaqqas l-pjan ta’ rkupru u reżiljenza, l-istess l-emissjonijiet tas-sistema tat-trasport. pjan li l-Kap tal-Oppożizzjoni Bernard L-istess rapport tal-Kummissjoni Grech kien isejjaħ bħala froġa. Bil-ma- jinnota kemm il-pjan ta’ rkupru u reżilqlub, ir-rapport tal-Kummissjoni ma jenza ppreżentat mill-Gvern għandu

allokazzjoni qawwija favur il-qalba ambjentali u jsemmi wkoll l-importanza tal-pjan biex ikun hemm faċilitajiet offshore ta’ enerġija rinnovabbli. Is-sena li għaddiet pajjiżna kien ingħata rakkomandazzjoni li jkompli bittisħiħ tal-istituzzjonijiet u l-governanza. Ta’ min jinnota wkoll li, minbarra hekk, fl-2019 pajjiżna kien ingħata rakkomandazzjoni li kienet issemmi l-korruzzjoni kif ukoll il-bżonn ta’ tisħiħ tal-mod kif jinħatru membri tal-ġudikatura. Dan hu prova ta’ kemm ir-riformi li wettqet l-amministrazzjoni, immexxija mill-Prim Ministru Dr Robert Abela, qed ikunu milqugħin fl-Unjoni Ewropea. Ir-rapport tal-Kummissjoni jinnota, f’dan ir-rigward, li “governanza tajba hi waħda mill-pilastri tal-viżjoni ekonomi­ ka fuq perjodu twil tal-Gvern” (“good governance is one of the pillars of the government’s long-term economic vision”), filwaqt li jfaħħar il-miżuri f’dan ir-rigward fil-pjan ta’ rkupru u reżiljenza.


11

Ritratt: CLODAGH O’NEILL/DOI

29.05.2022

LAQGĦAT ĠENERALI ANNWALI 2022

Il-Kap taċ-Ċivil u s-suċċessur tiegħu (xellug) għand il-President George Vella

MARIO CUTAJAR ITEMM L-IMPENJI TA’ SEGRETARJU PERMANENTI EWLIENI Is-Segretarju Permanenti Ewlieni Mario Cutajar għamel żjara ta’ korteżija lill-President tar-Repubblika George Vella fl-aħħar impenn tiegħu qabel jirtira mill-kariga ta’ Kap tas-Servizz Pubbliku t-Tlieta li ġej. Postu se jkun qed jieħdu Tony Sultana, li wkoll kien preżenti għaż-żjara. Fl-aħħar appuntament tiegħu mal-President, Cutajar radd ħajr tal-kollaborazzjoni pożittiva li dejjem sab mill-Presidenza. Bħala Segretarju tal-Kabinett, Cutajar serva wkoll bħala Kanċillier tax-Xirka Ġieħ ir-Repubblika u tal-Ordni Nazzjonali tal-Mertu, li tagħhom il-President Vella hu l-Kap. Fl-aħħar ta’ dan ix-xahar, Cutajar, li għandu 63 sena, jagħlaq karriera ta’ 47 sena bħala uffiċjal pubbliku li matulhom ħadem f’għadd ta’ dipartimenti, ministeri u entitajiet. Hu laħaq l-ogħla ħatra fis-Settur Pubbliku fl-2013. Matul iż-żmien li dam jokkupa l-kariga, Cuta-

jar kien responsabbli mit-tiġdid tas-Servizz Pubbliku li, fost l-oħrajn, wassal biex is-servizzi governattivi kollha saru aċċessibbli l-ħin kollu minn kullimkien permezz tat-twaqqif ta’ servizz.gov. Hu waqqaf ukoll il-People & Standards Division biex l-uffiċjal pubbliku ma jibqax jitqies biss bħala riżorsa, kif ukoll l-Istitut għas-Servizzi Pubbliċi biex jixpruna riċerka u taħriġ skont il-bżonnijiet tas-Servizz Pubbliku. Fid-disa’ snin tiegħu bħala Kap taċ-Ċivil daħħal strutturi permanenti ta’ ppjanar u twettiq u li anke implimentaw 1,250 miżura ta’ tnaqqis ta’ burokrazija żejda, fost oħrajn. Is-Servizz Pubbliku taħt it-tmexxija l-ġdida mill-ġimgħa d-dieħla se jkompli jibni fuq din il-ħidma permezz tal-istrateġija ħolistika ta’ ħames snin imsemmija “Lejn Servizz ta’ Eċċellenza”, li kienet tnediet f’Novembru li għadda u li bdiet titwettaq minnufih minn din is-sena.

TISĦIĦ F’REPUTAZZJONI DIĠÀ EĊĊELLENTI FL-AVJAZZJONI Ir-reputazzjoni ta’ eċċellenza li għandu pajjiżna fis-settur tal-avjazzjoni kompliet titjieb hekk kif issa ninsabu l-ewwel f’indiċi ewlieni msejjaħ Cape Town Compliance. Il-Ministru Aaron Farrugia, li hu responsabbli għat-tras­ port, fost oħrajn, ħabbar dan fil-European Business Aviation Convention (EBACE) f’Ġinevra. Hu spjega li dan hu riżultat ta’ qafas leġiżlattiv robust ħafna għar-reġistrazzjoni ta’ ajruplani taħt il-bandiera Maltija. Fil-fatt, dan hu qafas leġiżlattiv importanti fis-settur bl-iskop li jipprovdi pro­tezzjoni lill-inte­ress tal-bejjiegħa,

tax-xerrejja u tal-kredituri permezz tal-ħolqien ta’ reġistru internazzjonali. Fil-preżent, pajjiżna għandu r-riżultat ta’ 95, li hu meqjus għoli ħafna fl-industrija. F’Ġinevra, il-Ministru ltaqa’ ma’ diversi stakeholders mex­ xejja tal-avjazzjoni kummerċjali li jixtarru l-innovazzjoni u l-investiment li jmexxu l-industrija lejn il-futur, bl-avvanzi fil-mobilità fl-ajru, titjir sostenibbli u l-iżvilupp tal-ħaddiema. Il-Ministeru, flimkien madDiret­torat tal-Avjazzjoni Ċivili fi ħdan Transport Malta, qed ikomplu jsaħħu l-prospetti fu-

turi tal-avjazzjoni f’Malta. Fil-fatt, riċentement tħabbar li r-reġistru Malti kważi jlaħħaq is-700 ajruplan li jtajjar il-bandiera 9H, waqt li ftit ġranet wara tħabbar ukoll li wara negozjati twal, il-linja tal-ajru low-cost WizzAir se tkun qed twaqqaf bażi f’Malta. “Dan juri biċ-ċar kif Malta qed tkun il-ġurisdizzjoni tal-għażla għal ħafna operaturi li jaħdmu fis-settur tal-avjazzjoni. Dan hu tkabbir li jsaħħaħ l-ekonomija ta’ pajjiżna u li joħloq impiegi ġodda u ta’ kwa­lità,” ġie kkwotat jgħid il-Ministru Farrugia fi stqarrija.

Fil-jiem li ġejjin se tissokta l-ħidma amministrattiva tal-Partit Laburista permezz tal-Laqgħat Ġenerali Annwali tal-kumitat lokali u reġjonali. Rappreżentanti u uffiċjali tal-Partit se jkunu qegħdin iduru l-lokalitajiet kollha ta’ Malta u Għawdex biex jattendu għal dawn il-laqgħat ġenerali annwali. Dawn se jsiru fiċ-ċentri rispettivi tal-lokalitajiet fis-6:30 ta’ filgħaxija fost il-ġimgħa u fid-9:00 ta’ filgħodu nhar ta’ Ħadd. Il-Laqgħat Ġenerali Annwali li jmiss (bis-sehem tal-uffiċjali jew ir-rappreżentanti fil-parenteżi) huma:

KUMITATI LOKALI IT-TNEJN 30 TA’ MEJJU 2022 San Ġiljan (Nettu Farrugia) Il-Mellieħa (Joe Zrinzo) Iż-Żejtun (Stanley Mifsud) Il-Baħrija (Saviour Azzopardi) L-Għarb (MPs Għawdxin) IT-TLIETA 31 TA’ MEJJU 2022 Il-Gżira (Joe Zrinzo) Iż-Żebbuġ (MPs Għawdxin) IL-ĦADD 5 TA’ ĠUNJU 2022 Ir-Rabat, Għawdex (Nettu Farrugia) KUMITATI DISTRETTWALI L-ERBGĦA 1 TA’ ĠUNJU 2022 Iż-Żejtun (Nettu Farrugia) Ir-Rabat (Joe Falzon) Ħal Qormi (Keith Darmanin) IL-ĦAMIS 2 TA’ ĠUNJU 2022 Il-Qrendi (Fredrick Cutajar) L-Imsida (Georvin Bugeja) Il-Gżira (Joe Zrinzo) IL-ĠIMGĦA 3 TA’ ĠUNJU 2022 Il-Ħamrun (Nettu Farrugia) Raħal Ġdid (Joe Falzon) Birkirkara (Stanley Mifsud) IL-ĦADD 5 TA’ ĠUNJU 2022 Ir-Rabat, Għawdex (Nettu Farrugia) Il-Birgu (Salvu Borg) In-Naxxar (Yana Debono Grech) Il-Mosta (Keith Darmanin)


12

29.05.2022

M’GĦANDU JKUN HEMM L-EBDA ĦAJT BEJN ĠENITUR U WLIEDU

BYRON CAMILLERI Ministru

Il-qasam tal-intern huwa qasam li fih trid tiddeċiedi, u trid tagħmel dan il-ħin kollu. Huwa qasam li jitpoġġa taħt il-lenti diversi drabi, jekk mhux għal ħaġa, għal oħra iżda huwa qasam li kemm-il darba taħdem fih, iħallilek sodisfazzjon kbir. Dan it-tip ta’ sodisfazzjon ħassejtu din il-ġimgħa meta quddiem il-mezzi tax-xandir, tajt informazzjoni dwar proġett bi sħab mal-Fondazzjoni midDlam għad-Dawl fejn ħejjejna binja, ’il bogħod mill-faċilità korrettiva intiża biex isiru

laqgħat bejn l-ulied u l-ġenituri li qed jiskontaw xi sentenza għal xi reat jew ieħor. Aħna nemmnu tabilħaqq li m’għandu jkun hemm l-ebda ħajt bejn il-wild u l-ġenitur anke jekk dan tal-aħħar ikun qed jiskonta xi sentenza jew oħra. Kull min daħal fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin, minkejja li nimpenjaw irwieħna li l-ambjent inżommuh fl-aqwa livelli għall-viżitaturi, iħoss li l-post huwa wieħed li żgur mhux post it-tfal. Għall-kbar li jidħlu hemm huwa xokk, immaġinaw kemm ix-xokk ikun ikbar meta dawk li jidħlu fil-faċilità jkunu tfal u aktar minn hekk, meta dawn ittfal ikunu daħlu biex ikellmu u jiltaqgħu ma’ xi ħadd mill-ġenituri tagħhom. F’numru ta’ ħabsijiet madwar id-dinja, hemm żoni apposta sabiex it-tfal iżuru lill-ġenituri jew lil xi membru tal-familja. Ħafna minn dawn il-postijiet anke jkollhom aċċess distint mill-ħabs, sintendi apposta sabiex it-tfal jidħlu f’ambjent ferm aktar rilassat u eqreb lejn

id-dinja li jgħixu huma. Aħna għażilna li nimxu mill-faċilità u mmorru għal post li jinsab barra mill-ħajt tal-ħabs. Kif nagħmlu dejjem bħala Gvern nimpenjaw ruħna li nżommu djalogu miftuħ speċjalment mal-imsieħba kollha fil-qasam li naħdmu fih, sintendi mhux b’inqas il-qasam tal-intern u f’dan il-każ il-qasam tar-riabilitazzjoni tal-priġunieri u s-sistema karċerarja. Għalhekk il-kollaborazzjoni mal-Fondazzjoni mid-Dlam għad-Dawl. Din il-fondazzjoni diġà għandha proġett ieħor fl-istess qasam, il-proġett bl-isem ta’ Locked Out fejn familji ta’ priġunieri jingħataw sessjonijiet ta’ terapija. Iżda issa ridna nagħmlu l-pass li jmiss. Se nkunu qed nużaw ftit logħob, ambjent iktar kwiet u aktar tad-dar, biex permezz ta’ interazzjoni diretta u attenzjoni minn professjonisti li se jkunu hawn waqt is-sessjonijiet, se naraw li jsiru laqgħat tajbin bejn it-tfal u l-ġenituri.

Permezz ta’ dan il-proġett irridu naraw li t-tfal iżommu kuntatt dirett u adegwat mal-ġenituri u bl-istess mod anke l-ġenituri jżommu kuntatt tajjeb mat-tfal. Dan se jwassal sabiex meta tasal dik il-ġurnata li ż-żewġ partijiet jingħaqdu flimkien fil-ħajja ta’ kuljum ikun hemm diġà ħidma fuq ir-relazzjoni tagħhom. L-idea tagħna u l-mod kif se naħdmu huwa fil-fatt li ftit wara li tispiċċa s-sessjoni bejn il-ġenituri u t-tfal jinżammu numru ta’ follow-ups ħalli jkun irreġistrat kull avvanz ‘il quddiem jew inkella kull ħaġa li tgħin fir-relazzjoni ta’ bejn il-ġenitur u l-wild. Dan se jwassal sabiex fis-sessjoni li tkun tmiss, wieħed ikun jista’ jagħfas fuq dawk iż-żoni li jkun meħtieġ ix-xogħol. Nemmnu tassew li l-kunċett tal-familja jrid jibqa’ wieħed b’saħħtu minkejja ċ-ċirkustanzi li dak li jkun ikun jinsab fihom. Irridu nservu ta’ pont u strument sabiex il-priġunier isib ħajt ta’ kenn u motivazzjoni waqt il-perjodu tiegħu ta’ riabilitazzjoni billi proprju

jżomm il-kuntatt mal-għeżież tiegħu. Fl-istess waqt li qed nikteb fuq din il-kamra għall-familja, għaddej ix-xogħol fuq iċ-ċentru ta’ riabilitazzjoni ġdid, fl-istess ħin li għaddej dak ix-xogħol, qed naħdmu wkoll mar-Rise fuq aktar aftercare għall-priġunieri wara li jiskontaw is-sentenza tagħhom u dan wara MOU ieħor li ffirmajna u fl-istess ħin qed iżidu wkoll l-opportunitajiet ta’ studju wara ftehim ieħor malMCAST. Dan huwa x-xogħol kollu li qed isir. Dan huwa parti minn riforma usa’ li imbarkajna fuqha u li permezz tagħha ġibna diġà ħafna tibdil. Dan ix-xogħol qed juri l-impenn tagħna li jkun hemm proċess ta’ riabilitazzjoni qawwi għall-priġunieri ħalli meta jiskontaw is-sentenza tagħhom, ikunu jistgħu jagħmlu dan b’mod preparat. Inħares ’il quddiem sabiex nara r-riżultati u l-effetti li din il-binja se tkun qed tħalli fuq tant familji u l-aktar importanti fuq it-tfal.

LAQGĦAT MA’ ĠGANTI TAT-TEKNOLOĠIJA GLOBALI

ALEX AGIUS SALIBA Membru Parlamentari Ewropew

Matul din il-ġimgħa kont mistieden biex inkun parti minn delegazzjoni tal-Parlament Ewropew, iffurmata minn membri tal-Kumitat tas-Suq Intern u l-Protezzjoni tal-Konsumaturi, sabiex inżuru l-kwartieri ġenerali ta’ diversi kumpaniji ġewwa Silicon Valley, fl-Istati Uniti. Dan il-post huwa meqjus bħala ċ-ċentru globali tat-teknoloġija avvanzata u l-innovazzjoni, u għal-

daqstant huwa d-dar ta’ wħud mill-kumpaniji u mill-korporazzjonijiet li llum il-ġurnata huma meqjusa ġganti tat-teknoloġija, kumpaniji li qed jixprunaw l-iżvilupp u jagħmlu l-użu tat-teknoloġija aktar relevanti f’kull aspett ta’ ħajjitna. Aktar minn hekk, dan il-post jospita wkoll ħafna start-ups li għandhom potenzjal kbir li jkunu influwenti fid-dinja ta’ għada. Din iż-żjara tad-Delegazzjoni f’Silicon Valley ġiet fi żmien importanti ħafna u fi żmien ta’ interess akbar għall-Istati Uniti minħabba l-infurzar tal-antitrust u aktar pressjoni fuq ir-regolamentazzjoni diġitali. Dan l-aħħar, fl-Unjoni Ewropea qbilna dwar regoli diġitali ġodda li għandhom l-għan li jieħdu lura l-kontroll diġitali fl-Ewropa, jippreservaw id-demokrazija, u jasserixxu regoli ċari u trasparenti biex jimmassimizzaw il-benefiċċji u jtaffu l-ħsara li qed issir dejjem aktar evidenti. Fost diversi laqgħat, kell-

na l-opportunità li niltaqgħu mal-kumpanija Google, li żgur li ħafna minna nużaw is-servizzi tagħha fuq bażi regolari. Waqt din il-laqgħa spjegajna x-xogħol li għamilna fil-Parlament Ewropew sabiex niżguraw li ċ-ċittadini Ewropej ikollhom ambjent diġitali aktar sigur u jien sħaqt b’mod partikolari fuq l-importanza li r-riżultati tattiftix fuq il-pjattaforma għandu jkun aktar trasparenti u nieqes minn bias kummerċjali. Matul din iż-żjara kelli wkoll l-opportunità li mmexxi l-laqgħa malViċi President tal-kumpanija Apple Jason Ludgaard, fejn spjegajt ix-xogħol li qed isir fuq iċ-charger komuni fuq livell Ewropew u ddiskutejna b’mod partikolari l-vantaġġi ta’ din il-miżura li se tkun qed tħalli aktar flus fil-bwiet tan-nies u inqas skart elettroniku. Tkellimna wkoll maċ-Chief Technology Officer ta’ PayPal Sri Shivananda, dwar kif din il-kumpanija qed tassigura li l-flus ta’ miljuni ta’ konsumatu-

ri li jużaw din il-pjattaforma jiġu mħarsa minn attakki ċibernetiċi. Iltqajna wkoll mal-kumpanija Salesforce li hija l-kumpanija li tieħu ħsieb is-sistemi diġitali kollha ta’ Mercedes-Benz, Nike u ħafna ditti multinazzjonali oħra. Din hija waħda mill-akbar kumpaniji fid-dinja fejn fl-Istati Uniti biss tħaddem 750,000 ruħ, u qed tistma li fl-10 snin li ġejjin ser toħloq 1.4 miljun opportunità tax-xogħol fl-Unjoni Ewropea. Barra minn hekk, kelli wkoll iċ-ċans li niltaqa’ mal-fundatur tal-pjattaforma AirBnB, Nate Blecharzcyk, fejn tkellimt miegħu dwar kif nistgħu nsaħħu aktar il-promozzjoni ta’ Malta bħala attrazzjoni turistika fuq il-pjattaforma tiegħu. Minbarra laqgħat ma’ dawn il-kumpaniji ġganti, kellna wkoll iċ-ċans li niddiskutu l-iżviluppi u r-regolamentazzjoni tal-intelliġenza artifiċjali ma’ wħud mill-aqwa akkademiċi fi Stanford University f’Silicon Valley, u kif ukoll

mal-awtoritajiet lokali, liema diskussjoni tatna l-opportunità li nitgħallmu aktar dwar kwistjonijiet attwali relatati mal-files tas-suq uniku diġitali li qed jiġu diskussi fuq livell Ewropew. Kien ta’ unur għalija, bħala Viċi President tas-Soċjalisti u d-Demokratiċi fil-Parlament Ewropew responsabbli mis-settur diġitali u bħala Ewroparlamentari li ħdimt fuq l-Att għas-Servizzi Diġitali u issa fuq iċ-charger komuni, li nkun nista’ niddiskuti ma’ wħud mill-akbar kumpaniji tad-dinja fis-settur. Stajt nispjega l-viżjoni tiegħi u tal-kollegi għal settur aktar ġust u li jħares id-dinjità taċ-ċittadini Ewropej, u stajna nitkellmu b’mod miftuħ fuq dak li qed nagħmlu u li għandna pjanat li nagħmlu fl-Unjoni Ewropea. Il-kuntatt ma’ dawn il-kumpaniji huwa wieħed essenzjali sabiex l-effettività ta’ dawn il-liġijiet tkun żgurata bl-aħjar mod possibbli u tħalli l-aqwa effett possibbli fil-ħajja tal-konsumaturi Ewropej.


13

29.05.2022

LEJN FUTUR TURISTIKU TA’ KWALITÀ

CLAYTON BARTOLO Ministru

Il-kwalità. Prinċipju li min trabba u għadu jgħix fil-qasam turistiku jirrikonoxxi li dejjem kien mitkellem kull meta feġġet diskussjoni kwalunkwe marbuta mat-turiżmu. Sallum il-ġurnata għadha teżisti perċezzjoni, li l-kwalità hija assoċjata biss mal-lussu jew ma’ oqsma li jġorru magħhom valur għoli finanzjajru. Altru minn hekk. Il-kwalità trid tkun pont li jgħaqqad biex is-settur turistiku Malti jkun kalamita ta’ turiżmu ddiversifikat u fuq kollox sostenibbli. Il-pandemija kienet mezz kif l-isfidi ndawruhom f’opportunitajiet. Dan kien żmien

fejn investejna fil-ħaddiema, fl-infrastruttura u f’inizjattivi li permezz tagħhom ngħollu l-livell tal-prodott Malti. Rinċentement, Malta saret l-ewwel pajjiż Ewropew ċċertifikat minn Forbes Travel Guide. Din hija rivista internazzjonali li tikklassifika fuq diversi kategoriji lukandi u restoranti għas-servizz li joffru lill-konsumatur. Fi ftit xhur mill-bidu tax-xogħol ta’ Forbes f’pajjiżna, seba’ lukandi f’Malta diġà kisbu rikonoxximent minn Forbes Travel Guide. Huwa essenzjali li nkomplu nipprovdu opportunitajiet u pjattaformi għal-lukandi u għar-restoranti lokali bilgħan li nkunu l-aqwa f’dak kollu li nagħmlu. Permezz, ta’ din il-mentalità nkunu qegħdin niggarantixxu esperjenza turistika aħjar, tant li t-turisti jkollhom raġunijiet validi li jerġgħu jirritornaw għall-vaganzi tagħhom fil-Gżejjer Maltin. Jeħtieġ li nkomplu ntejbu l-kwalità fis-servizz, intejbu t-taħriġ għal ħaddiema tagħna u nassiguraw livell għoli ta’ sigurtà għall-viżitaturi. Permezz tas-sostenibbiltà rridu naqbdu rotta waħda li permezz tagħha naslu f’sitwazzjoni li l-wasliet turis-

tiċi fil-Gżejjer Maltin ikunu kostanti u kontinwi matul is-sena kollha. Hawnhekk fejn tidħol l-importanza tad-diversifikazzjoni tal-prodott. Irridu nifhmu li l-pandemija ġabet magħha bidliet u anke ħsibijiet differenti minn dawk li konna mdorrijin bihom qabel. It-turisti saru iżjed esiġenti fuq il-valur tal-esperjenza meta jiġu biex jagħżlu d-destinazzjoni aħħarija tagħhom. Huwa għalhekk li fl-aħħar snin ħdimna b’mod kontinwu biex filwaqt li nkomplu nsaħħu l-prospetti tas-suq Malti fejn jidħlu assi naturali bħax-xemx u l-baħar, nibdew inħarsu lejn niċeċ turistiċi oħrajn li permezz tagħhom nattiraw viżitaturi li jħallu valur miżjud fl-ekonomija Maltija. Riċentement, sar ftehim li permezz tiegħu Visit Malta saret destinazzjoni uffiċjali tal-EOLO-Kometa Cycling Team. Dan ser ifisser reklamar ta’ pajjiżna, preżenti fuq il-kits tat-tiġrijiet u l-vetturi tat-tim waqt wieħed mill-aktar avvenimenti sportivi segwiti fid-dinja taċ-ċikliżmu, il-Giro D’Italia. Skont studju riċenti li sar minn “Road Cycling TV Viewing Report”, l-aħħar edizzjoni tal-Giro d’Italia ġġenerat ud-

jenza medja ta’ 6,780,150 miljun telespettatur għal kull stadju f’175 pajjiż differenti madwar id-dinja. Permezz ta’ din l-alleanza, il-Gżejjer Maltin ser ikomplu jibbenefikaw minn promozzjoni televiżiva u diġitali li ser issaħħaħ il-pożizzjoni tal-pajjiż bħala destinazzjoni ideali għad-dilettanti taċ-ċikliżmu. Din il-ġimgħa, wellidna wkoll Strateġija Nazzjonali għall-Għadis bil-għan li jiġu mfassla numru ta’ azzjonijiet li jwasslu biex l-industrija msemmija tkun waħda li tippremja l-kwalità u s-sostenibbiltà. Prinċipalment, l-istrateġija ser tindirizza l-isfidi tal-ġurnata kkawżati mil-pandemija, it-tisħiħ tal-prodott Malti u l-isfruttar tal-vantaġġ kompetittiv li għandhom il-Gżejjer Maltin f’din in-niċċa turistika. Turisti li jiġu f’Malta proprju biex jgħodsu fl-ibħra tagħna għandhom tendenza li ż-żjarat tagħhom ikunu relattivament itwal minn turisti oħrajn. L-għan tagħna huwa li noħolqu iżjed attrazzjonijiet marittimi biex insaħħu l-versatilità tagħna f’dan s-settur. Fil-fatt, huwa mistenni li fis-sajf li ġej isir l-iscuttling tal-MT Hephaestus, li ser isservi ta’ attrazzjoni oħra

taħt il-baħar fl-inħawi tan-nofsinhar tal-gżira Għawdxija. L-irkupru tas-settur turistiku għaddej ġmielu. Dan huwa mertu ta’ ħidma bejn Gvern li għen b’mod kontinwu fl-iżjed mumenti ta’ sfida u settur privat li b’sinerġija qiegħed jifhem fejn irridu nieħdu dan is-settur meqjus bħala l-pulmun tal-ekonomija Maltija. Quddiem dan kollu, nemmen bis-sħiħ li ninsabu fit-triq it-tajba biex verament Malta tagħmel il-qabża li jmiss lejn turiżmu ta’ kwalità.

tal-ġeneru, dan ma jingħatax importanza u rikonoxximent biżżejjed mill-qrati tagħna. Għal żmien twil wisq, il-vjolenza abbażi tal-ġeneru kienet meqjusa bħala reat minuri. Anzi, spiss kienet tkun trattata bħala kwistjoni privata. Ħafna drabi l-vittmi kienu jintbagħtu lura d-dar, mingħajr l-intervent meħtieġ u t-tfal tħallew ibatu fis-skiet. Bħala konsegwenza, l-abbuż kien jibqa’ għaddej għal snin sħaħ u sfortunatament kien hemm każijiet fejn din il-vjolenza kienet tispiċċa bil-mewt talmara. Imxejna triq twila minn dak iż-żmien. Waqqafna taqsima speċjalizzata fil-Korp tal-Pulizija, hemm maġistrat iddedikata għal każijiet ta’ vjolenza domestika, qed noffru assistenza legali bla ħlas, tajna aktar riżorsi lill-Kummissjoni kontra l-Vjolenza Domestika u saħansitra llum għandna l-ewwel Kummissarju full-time. Għamilna progress fit-tibdil tal-mod kif in-nies jaħsbu dwar il-vjolenza domestika u l-vjolenza abbażi tal-ġeneru

u issa kien imiss il-liġi dwar il-femiċidju. In-numri jitkellmu waħidhom. Sa mis-sena 2000, Malta rat 27 femiċidju. 27 mara li tilfu ħajjithom sempliċiment għaliex kienu nisa. Statistika li saret turi kif il-vjolenza domestika fuq wieħed minn kull erba’ vittmi, li xi drabi wasslet anke għal omiċidju, saret minn qarib sew tal-vittma u għalhekk dan iqajjem sens ta’ urġenza u importanza biex dawn l-emendi fil-liġi jsiru mill-aktar fis possibbli. Bħala Gvern irridu nibagħtu messaġġ ċar u b’saħħtu. L-ebda vjolenza mhi aċċettata. L-isfida ta’ kuljum hija għas-soċjetà kollha kemm hi u l-ġlieda kontra l-vjolenza domestika hija favur l-ugwaljanza fil-pajjiż. Għalhekk, qed nieħdu din l-azzjoni deċiżiva biex naraw li s-soċjetà tagħna tkun aktar sigura mhux biss biex ngħixu fiha imma biex ngħixu b’rasna mistrieħa li l-liġi qed toffri l-protezzjoni li tixraq lil kull mara u tfajla li tgħix f’pajjiżna. Bħalma tennejt fid-diskors Parlamentari tiegħi, l-argu-

ment għandu jkun mibni fuq l-imħabba. Persuna li vera tħobbok, ma turix dan bi vjolenza u b’abbuż. Min iħobbok irid juri mħabba lejk u l-ebda tip ta’ vjolenza qatt mhija ġustifikata. Importanti li dejjem nieqfu lill-vjolenza domestika u nemmnu fina nfusna u nemmnu wkoll li meta nitkellmu se nsibu l-għajnuna u se nsibu min se joħroġna minn din is-sitwazzjoni.

Il-kwalità trid tkun pont li jgħaqqad biex is-settur turistiku Malti jkun kalamita ta’ turiżmu diversifikat

IL-FEMIĊIDJU

REBECCA BUTTIGIEG Segretarju Parlamentari

Waħda mill-wegħdiet elettorali tal-Partit Laburista qabel l-elezzjoni ġenerali kienet li fil-leġiżlatura li jmiss jitkompla l-proċess biex fil-kodiċi kriminali jiġi introdott il-kunċett ta’ femiċidju. Għalhekk, parti mir-riformi huma proprju l-emendi fil-liġi kriminali fejn il-femiċidju ser ikun qed jingħata rikonoxximent bħala każ kriminali distint minn dak ta’ omiċidju. Il-vjolenza, u wisq aktar il-

qtil, mhumiex aċċettabbli fuq ħadd u jibqgħu kundannabbli. Min iwettaq dawn l-atti għandu jingħata piena ħarxa. Hu min hu, tiġi minn fejn tiġi. Però r-realtà tibqa’ li għandna sitwazzjonijiet fejn hawn nisa li ma jħossuhomx siguri. Dan ma jfissirx li pajjiżna mhuwiex sigur, iżda l-fatti jibqgħu jidentifikaw li mara, sempliċiment għax mara, tħossha skomda għaliex taf li hemm ċans kbir li tiġi attakkata jew stuprata abbażi tal-ġeneru tagħha. Però, wieħed jistaqsi x’inhi r-raġuni wara din l-introduzzjoni fil-kodiċi kriminali tagħna? Forsi din il-mistoqsija tkun ibbażata fuq il-fatt li l-kunċett ta’ omiċidju diġà jeżisti, u dan huwa kkastigat bl-akbar piena possibbli, jiġifieri dik ta’ għomor il-ħabs. Wieħed ma jkunx qed jiżbalja meta jargumenta hekk. Però, ikun qiegħed jonqos milli jirrealizza l-ispirtu totali li hemm wara dan l-abbozz. Filfatt, hu vera li l-omiċidju huwa diġà meqjus bħala att kriminali, imma, hemm ċirkostanzi, fejn allavolja l-qtil ikun xprunat minn kundizzjonijiet abbażi

Il-vjolenza, u wisq aktar il-qtil, mhumiex aċċettabbli fuq ħadd u jibqgħu kundannabbli


14

29.05.2022

Għar il-Kbir, Is-Siġġiewi

Sqaq Randun, L-Imġarr

Qabel

Issa

Il-Wied tal-Imsielet, L-Imġarr

Qabel

L-AWTORITÀ TN TA’ ŻVILUPPI ILLE Issa

Triq il-Maddalena, Ħad-Dingli

Qabel

Matul il-ġimgħat li għaddew, id-Direttorat tal-Konformità u l-Infurzar fi ħdan l-Awtorità tal-Ippjanar (PA) irnexxielu jagħlaq numru ta’ każi ta’ żvilupp illegali madwar il-gżejjer. L-illegalitajiet kienu jvarjaw minn kmamar mibnija f’żoni li huma barra miż-żoni ta’ żvilupp (ODZ), tqegħid ta’ kabini u strutturi oħrajn u rimi ta’ skart ta’ kostruzzjoni jew materjal skrappjat. Fost oħrajn, fiż-żona arkeoloġikament sensittiva ta’ Għar il-Kbir, fil-limiti tasSiġġiewi, medda ta’ art b’raddi preistoriċi (cart ruts) fuqha reġgħet inkixfet u nġiebet lura għall-istat oriġinali tagħha wara li kien inbena passaġġ illegali tal-konkos. Ix-xogħlijiet li saru kienu konformi ma’ metodu ta’ restawr approvat mill-Awtorità u b’konsultazzjoni mas-Sovrintendenza tal-Wirt Kulturali u l-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi (ERA). Il-proċess ta’ tneħħija tal-materjal kien issorveljat mill-istess Sovrintendenza u l-ispejjeż kollha nġarru minn min kiser il-liġi. Minbarra hekk, għadd ta’ kmamar li nbnew f’żoni ODZ, mingħajr permess ta’ żvilupp, fi Triq il-Wied ta’ San Martin f’Ħ’Attard, fi Triq il-Fortizza Ta’ Bengħajsa f’Birżebbuġa, u f’żona magħrufa bħala Ta’ Reħba f’sit maġenb il-ġibjun kbir ta’ Ħad-Dingli, twaqqgħu kollha u s-siti treġġgħu lura għal skopijiet agrikoli. Fl-Imġarr, Malta, tliet siti tnaddfu minn kull żvilupp illegali li kien fihom. F’sit fi Sqaq Randun, twaqqgħu u tneħħew kamra u strutturi oħrajn li nbnew fuq il-post mingħajr ebda permess ta’ żvilupp. F’għalqa fi Triq l-Armaġġ u fiż-Żebbiegħ tneħħew żewġ strutturi ta’ kabini li tpoġġew mingħajr permess, filwaqt li f’sit f’Wied Tal-Imsielet, is-sid mexa mad-direzzjonijiet tal-uffiċjali tal-infurzar u neħħa r-rimi illegali ta’ materjal tal-kostruzzjoni u skart ieħor. Triq il-Wied ta’ San Martin, Ħ’Attard

Qabel

Issa

Triq il-Fortizza ta’ Bengħajsa, Birżebbuġa

Qabel

Issa

Qabel

Is


15

29.05.2022

Għajn Tuffieħa, Il-Mellieħa

Triq l-Għarb, L-Għasri

Issa

Qabel

Issa

NEĦĦI GĦADD EGALI MINN ODZ F’Birżebbuġa, fi Triq Ħal Far u Triq Kalafrana, ġew imnaddfa għalqa li kienet bdiet tintuża bħala boatyard, u għalqa fejn materjal tal-kostruzzjoni u skart ieħor kien intefa’ illegalment, rispettivament. Bl-istess mod, f’sit f’Għajn Tuffieħa, fil-Mellieħa, tankijiet taż-żejt u materjal ieħor li kienu qed jinħażnu mingħajr permess tneħħew mis-sidien fuq ordnijiet tal-uffiċjali tal-infurzar. F’Għawdex, f’sit fi Triq l-Għarb, l-Għasri, u fi Triq Ta’ Sannat, ix-Xewkija, strutturi illegali, waħda li kienet tinkludi kamra kbira fuq pjattaforma tal-konkos u strutturi li kienu jintużaw bħala gaġeġ għall-annimali, ġew imwaqqgħin u s-siti reġgħu lura għall-istat oriġinali tagħhom. Thomas Paris, li għadu kif ġie maħtur Viċi Direttur fi ħdan id-Direttorat tal-Konformità u l-Infurzar, innota li “l-funzjoni ta’ infurzar tal-Awtorità qatt mhi faċli. L-uffiċjali tagħna jridu jiffaċċjaw sitwazzjonijiet u nies differenti. Tul is-snin li għaddew, kabbarna l-ħiliet tal-uffiċjali tagħna biex kemm jista’ jkun nikkonvinċu lis-sidien biex jirrimedjaw is-sitwazzjoni huma stess u jneħħu l-iżvilupp illegali.” Hu kompla jgħid li azzjoni diretta bl-użu ta’ makkinarju ta’ kuntratturi ħalli jitwaqqa’ jew jitneħħa l-iżvilupp illegali hija l-aħħar għażla li tittieħed mill-Awtorità, ladarba tali azzjoni tiswa ħafna flus kemm lill-Awtorità kif ukoll lil min ikun qed jikser il-liġi. “Meta s-sidien li jiksru l-liġi jieħdu azzjoni huma stess biex ineħħu l-iżvilupp illegali, hija l-aħjar soluzzjoni għal kulħadd. Is-sena li għaddiet, fejn ġew identifikati żviluppi illegali minn ilmenti, l-Awtorità għalqet 47% tal-każi permezz tal-persważjoni,” temm jgħid Paris.

ssa

Iż-Żebbiegħ, L-Imġarr

Qabel

Issa

Triq Ħal Far, Birżebbuġa

Qabel

Issa

Triq ta’ Sannat, Ix-Xewkija

Qabel

Issa

Triq L-Armaġġ, L-Imġarr

Qabel

Issa

Qabel

Issa


16

29.05.2022

IL-BIDLA MA TISTENNIEX – IL-BIDLA NAGĦMLUHA FLIMKIEN ġusta għaliex aktar nies ikollhom opportunità ugwali li jivvjaġġaw minn post għal ieħor, mingħajr il-bżonn li jinvestu fi trasport privat. L-infrastruttura f ’pajjiżna għandha tkun waħda ugwali għall-modi kollha ta’ trasport

MARIO FAVA

President Sezzjoni Kunsilliera PL

Il-kultura tagħna, ta’ kif nivvjaġġaw, bla dubju ta’ xejn hija dipendenti ħafna fuq il-vettura privata. Dan qed ikollu effett negattiv u devastanti fuq l-impatt tal-familji tagħna, saħħitna u l-klima. Aktar milli nispjega fit-tul, illum se nħalli dan ir-ritratt li jwassal il-messaġġ tal-qalba u l-bidla li pajjiżna, irid jew ma jridx, ikollu jgħaddi minnhom. Meta nagħtu nifs lil modi aktar sostenibbli sabiex nivvjaġġaw, inkunu wkoll qed nagħtu lir-residenti tagħna, toroq aktar siguri, konnettività aħjar, trasport aktar affordabbli u allura aktar opportunitajiet għar-residenti kif ukoll bliet u rħula aktar sostenibbli. Huwa ċar u anki bbażat fuq studji xjentifiċi li l-mobbilità sostenibbli hija aktar konvenjenti, affordabbli, aktar faċli biex tużaha u irħas milli jkollok iżżomm vettura privata. In-nuqqas talbżonn li jsir użu minn vetturi privati, iwassal għal dinja aktar b’saħħitha u

Biex dan kollu jsir, irridu nifhmu bħala poplu li ma nistgħux nibqgħu nwebbsu rasna. L-investimenti li qed isiru qed ikunu bbażati fuq l-ammont kbir ta’ karozzi li pajjiżna jirreġistra kuljum. Li jsir investiment fl-infrastruttura hu tajjeb għax pajjiżna kien ilu mxennaq għalih. Però issa rridu naraw qalba fejn ma jibqgħux jiġu akkomodati biss il-vetturi imma wkoll ir-residenti li jagħżlu u jagħmlu għażliet sostenibbli. Għażliet li huma mhux biss ta’ benefiċċju għalihom u għall-familji tagħhom, iżda wkoll għal pajjiżna. Dan mhux għax irridu nilħqu xi miri imposti minn xi kummissjoni jew xi ħadd ieħor imma għax verament nemmnu li din il-bidla trid issir. Il-prijorità trid tkun waħda ċara u mezzi ta’ trasport aktar nodfa, b’xejn u sostenibbli għandhom jingħataw prijorità. Trasport pubbliku effiċjenti u effettiv huwa dak li jagħti konnettività għal mezzi oħra ta’ trasport li jagħmluha aktar faċli għar-residenti sabiex mid-djar tagħhom jaslu b’mod faċli u sigur filbus shelter. Irridu naħsbu b’mod li nagħtu lura l-bliet u l-irħula tagħna lir-resident fejn hu jieħu prijorità fuq il-vetturi privati.

Sur Editur, Illum naħseb li sirna nafu minn rebaħ l-elezzjoni tal-Kap talPeNe. Issa jien qed inħarbex dawn l-erba’ kelmiet il-Ġimgħa, u m’iniex Nostradamu, ma nistax inbassar min se jirbaħ din l-elezzjoni. Imma jkolli npoġġi rasi taħt mannara u ngħid li Bernard rebaħ. Għax tellaq waħdu. Ilni ma nsemmih naqra, Sur Editur. Għax qisu jidher biss dan l-għaref meta jkun hemm xi ħaġa kontra Malta. Il-bqija, nagħmlu li jiġġerra fit-toroq ta’ Brussell ikun dan l-imniefaħ. Għal David il-Casa qed ngħid. Xejn e! Mela ma tismax ħossu, u mnalla li huwa hekk, u mbagħad ikun hemm xi barrani għaref iktar minnu, li jiġi jitkellem kontra pajjiżna, u tarah ħiereġ mit-toqba. U jkompli miegħu jekk ma tridx ukoll. Minflok jurih il-verità u jgħidlu li pajjiżna għaddejjin riformi u x’naf jien. Imma, la kien hemm xi ħadd kontra pajjiżna, qam jifraħ miegħu hux. Qalilna li l-Gvern lanqas biss mexa pass wieħed fid-direzzjoni t-tajba. U ħallina, Sur Casa. Mur kompli ġġerra fit-toroq ta’ Brussell, x’kull waħda! Issa dan il-Casa jfakkarni f’Wistin il-Gatt jien. Għax xi tliet snin ilu dan l-għaref kien iddikjara li l-Eks Ministru Nazzjonalista Wistin il-Gatt għadda minn martirju. Issa ħalliha li l-ewwel ħsieb ta’ martirju jmur għal Santa Maria Goretti, jien. Imma din kienet verġni jgħidu, għax m’għextx fi żmienha. Issa ma nafx kemm il-Gatt huwa verġni jien. Li naf li dan jibqa’ mfakkar għaż-żieda qawwija li daħħal fil-kontijiet tad-dawl u l-ilma u l-iskandlu tat-tixħim fix-xiri taż-żejt. Imma skont il-Casa, dan għadda minn martirju. Martirju għaddew minnu ħafna kieku. Imma mod ieħor. Għax il-Gatt jibqa’ mfakkar ukoll għat-tbati­jiet u l-frustrazzjoni kbira li ġab fuq eluf ta’ passiġġieri tal-karozzi tal-linja meta ġab is-servizz tal-Arriva f’Malta. U la qed insemmu lill-Arriva, dlonk niftakar fil-verġni l-ieħor. Manuel id-Delia. Dak naħseb jaf x’qed ngħid meta nsemmi l-Arriva. Issa dan l-għaref ta’ Manuel Delia, li miskin tant kien qed iħossu mġarrab li kellu jagħmel perjodu barra minn Malta, dan l-aħħar staqsa fejn jinsabu ċerti nies. Li skont hu huma mwaħħla fi skandli. Jista’ Manuel id-Delia jistaqsi wkoll fejn huma dawk tat-tixħim fix-xiri taż-żejt? Għamlilna pjaċir, Sur Delia, u staqsi wkoll. U hemm xi erba’ każi oħra, tista’ tistaqsi ftit dwar fejn jinsabu dawk li ħawdu fihom. Għamlilna pjaċir, Sur Delia! U jista’ jistaqsi wkoll dwar il-martri l-ieħor. Dak li fetaħ gwerra kontra Grech. L-Azzopardi qed ngħid, Sur Editur. Dan, ktibtha xi drabi oħra din, magħruf ukoll għal ħafna każi. Tal-Löwenbräu, tal-Fekruna, tal-Qabar ta’ Kristu. Mhux se nistaqsu fejn hu Jason Azzopardi. Għax inqerr miegħek, Sur Editur, frankament ma jinteressanix. Dan huwa wieħed minn dawk li jista’ jagħmel bħal Casa, għalija. Jidħol f’toqba u joqgħod hemm. Imma nsomma. Ara dawn l-għorrief, ma lissnux kelma waħda fuq dak li qalu ma nafx kemm-il aġenzija internazzjonali, il-Kummissjoni Ewropea u l-Bank Ċentrali ta’ Malta. Qrajtuhom naħseb l-aħbarijiet jien, hux. Kollha taw ċertifikati pożittivi lil pajjiżna. Fuq l-ekonomija u l-qgħad u x’naf jien. Imma għax dawn poġġew f’dawl tajjeb ħafna l-ħidma tal-Gvern tagħna, ħadd minnhom ma qal xejn. Vera por­ kerija dawn in-nies. Anki dwar din tal-IVF. Mela mnalla kien Gvern tagħna li mexxa ’l quddiem ir-riformi u biex żgur ikunu l-oraklu tan-negattività u d-dell tal-antipatija, qed jivvintaw stejjer ma nafx minn fejn jivvintawhom jien. L-aqwa li kontra u li dak li nagħmlu aħna jaraw kif jipprovaw itappnuh. Kapolavur dawn e! Imma ħallihom, Sur Editur. Il-poplu Malti u Għawdxi jaf x’inhu jagħmel. Għax weriehom bil-vot tiegħu fl-elezzjoni li għaddiet. B’min il-qaħbeċ iridu jiċċajtaw dawn, biex ma ngħidx kelma oħra u jkolli mmur inbattal l-ixkora għand il-kappillan. Għad-dieħla!


17

29.05.2022

IR-REBBIEĦA TAL-EDIZZJONI SPEĊJALI TAL-KARNIVAL 2022

TA’ 22 SENA B’KUNĊERT KLASSIKU BERNICE SAMMUT ATTARD

Waqt li rringrazzjat lill-parte­ ċipanti u lil kull min b’xi mod ta sehem fl-edizzjoni speċjali tal-Karnival ta’ Mejju 2022, Festivals Malta ħabbret ir-riżultati tar-rebbieħa tal-konkorsi kompetittivi fl-istess attività mifruxa fuq tlett ijiem, li għalihom attendew eluf ta’ spettaturi fil-Belt Valletta b’mod partikolari. Fl-istess ħin tħabbar­ li l-Karnival ta’ Malta għall-2023 se jiġi ċċelebrat bejn il-Ġimgħa 17 ta’ Frar u t-Tlieta 21 ta’ Frar. Ir-riżultati tal-Karnival organizzat fi tmiem ilġimgħa li għadda huma: KONKORS Nru 5 Kumpanija taż-Żfin Sezzjoni ‘A’ L-Ewwel Premju: ‘ Gangsters, Gamblers and Dancers’ ta’ Paul Chircop u Stiefnu DeBattista – Beqqu Stiefnu Carnival Company It-Tieni Premju: ‘Għat-Tempju Magħrufin u bir-Rix Imżejnin’ ta’ Manuel Pace u Stephania Gellel – Putullu u Stephania Gellel Carnival Company It-Tielet Premju: ‘Musart’ ta’ Chris u Marvic Aquilina – Tad-Deheb Carnival Company in collaboration with Continental Cars

Stephania Gellel – Putullu u Stephania Gellel Carnival Company It-Tieni Premju: ‘Musart’ ta’ Chris u Marvic Aquilina – Tad-Deheb Carnival Company in collaboration with Continental Cars It-Tielet Premju: ‘Gangsters, Gamblers and Dancers’ ta’ Paul Chircop u Stiefnu DeBattista – Beqqu Stiefnu Carnival Company

KONKORS Nru 5 – Kumpanija taż-Żfin Sezzjoni ‘A’ – Stallazzjoni

KONKORS Nru 6 – Kumpanija taż-Żfin Sezzjoni ‘B’

Marija Annunzjata, Ħal Tarxien It-Tieni Premju: ‘Queen’ ta’ Christian Caruana f’isem Shake Dancers It-Tielet Premju: ‘Techno Space’ ta’ Joseph Barbara – Spagu and Friends Carnival Company

Group It-Tielet Premju: ‘Luz Trevas’ ta’ Malcolm Bezzina u Joanne Zammit – MJ Carnival Troupe

KONKORS Nru 7 – Kumpanija taż-Żfin Sezzjoni ‘D’

L-Ewwel Premju: ‘Carnival Circus’ ta’ Gabriella Stagno Piscopo – Tarxien Lookstar Dancers It-Tieni Premju: ‘Trolls in the Chocolate Factory’ ta’ Wendy Caruana – Żejtun Carnival Troupe It-Tielet Premju: ‘Arabian Nights’ ta’ Maroushka Falletta – Dancing Feet Studio

L-Ewwel Premju: ‘The Queen’ ta’ Kluivert Caruana – Sezzjoni Żgħażagħ Stillieri, Ħal Tarxien It-Tieni Premju: ‘Time MaL-Ewwel Premju: ‘Għat-Temp- L-Ewwel Premju: ‘Ritmo Do chine, Back to Better Times’ ju Magħrufin u bir-Rix Samba’ ta’ Clinton Abela Ga- ta’ Angelle Vella u Kurt Grech Imżejnin’ ta’ Manuel Pace u lea – Għaqda Kultura u Armar Hypnotic Dancers Carnival

ĠEDDED IS-SĦUBIJA TIEGĦEK jew issieħeb bħala membru ġdid fil-familja tal-Partit Laburista. Gawdi minn sħubija valida għal tliet snin għall-prezz ta’ €20 minflok €24. Idħol fis-sit www.partitlaburista.org/membership jew ċempel fuq in-numru 5160 2034 (it-telefonata tiswa €10). Tista’ wkoll tagħmel kuntatt ma’ xi membru tal-kumitat tal-lokalità tiegħek. Għal aktar informazzjoni ċempel iċ-Ċentru Nazzjonali Laburista fuq 2124 9900.

KONKORS Nru 8 – Kumpanija taż-Żfin Sezzjoni ‘C’

Nhar is-Sibt 4 ta’ Ġunju 2022 fis-7.30pm, Dar il-Mediterran għall-Konferenzi ser ikun qed jippreżenta piano recital miżżagħżugħa ta’ 22 sena, Bernice Sammut Attard – li hija wkoll waħda mill-aqwa mużiċisti lokali. Il-programm ser ikun jikkonsisti f’xogħlijiet ta’ Bach, Bartok, Wagner/Liszt aund Chopin. Bernice Sammut Attard hija pjanista u vjolinista Maltija li qiegħda fir-raba’ u l-aħħar sena tal-Bachelor of Music degree ġewwa r-Royal Conservatoire tal-Iskozja ġewwa Glasgow. Hija tistudja l-pjanu mal-Professuri Fali Pavri u Petras Geniušas. Ruth Hahn hija l-għalliema tagħha tal-vjolin. Fil-bidu ta’ din is-sena, Bernice daqqet Rachmaninoff’s 2nd Piano Concerto mal-professur tagħha Petras Geniušas. Mill-konservatorju tagħha għal din is-sena se ddoqq fi Dvorak Piano Quintet, li huwa solo piano recital f’Ġunju li ġej, kif ukoll ser tieħu sehem bħala waħda minn piano duo waqt il-Piano Festival. Bernice Sammut Attard piano recital ser ikun qed jittella’ ġewwa s-sala La Valletta, f’Dar il-Mediterran għall-Konferenzi, fil-Belt Valletta. Id-durata hija ta’ 60 minuta u l-biljetti jixtraw €10 biss. Tfal taħt 12-il sena jidħlu b’xejn. Għal aktar informazzjoni, wieħed jista’ jċempel fuq 2559 5750 jew iżur is-sit elettroniku www.showshappening.com.


18

29.05.2022

EKU TAL-ORDNI MINN PALAZZINO SAPIENTI Għalkemm fl-1798 l-Ordni ta’ San Ġwann ċediet pajjiżna lil Napuljun u telqet minn fostna, fl-1960 twaqqaf il-Prijorat tagħha f’Malta, biex reġgħet għandha l-kwartier ġenerali tagħha fil-Belt Kapitali Valletta. Din is-sede tinsab f’223, Triq San Pawl, faċċata tal-bieb prinċipali talUniversità, u għadha ġġorr l-isem ta’ Palazzino Sapienti, fi fih innifsu għandu storja intriċċata mal-istess Kavallieri ta’ San Ġwann. F’dan il-bini nsibu bosta ħwejjeġ li jfakkru sew kemm il-ħajja tal-Kavallieri, permezz ta’ kopji ta’ dokumenti li ħarġu, u kemm il-mod tal-arkitettura li kienet tintuża meta nbniet il-Belt Valletta. Tkellimt ma’ Saviour Garcia, li apparti milli hu s-Segretarju tal-Kavallieri Ospitalieri tal-Ordni ta’ San Ġwann ta’ Ġerusalemm, hu wkoll Kmandant tal-Ġustizzja. Minn CHARLES B. SPITERI Palazzino Sapienti hu mibni fuq żewġ sulari, fi stil Barokk. L-ewwel tagħrif fuqu mir-riċerki nstab li nbena fl1582 u kien ikkummissjonat minn Sir Richard Shelly, Gran Prijur tal-Ingilterra. Iżda sfortunatament, dan ma tantx dam igawdih għax inqala’ xi inkwiet bejnu, bejn l-Ordni u l-Patrijiet Ġiżwiti. Sir Richard kellu relazzjoni tajba mar-Reġina Eliżabetta tal-Ingilterra, bint ir-Re Enriku VIII, fiż-żmien li kienet għaddejja x-xiżma tal-Protestantiżmu. Hi kienet xtaqet parir mingħandu fuq kellhiex tkeċċi lill-Ġiżwiti, li ma jmorrux jinċitaw xi rivoluzzjoni fir-renju tagħha. Sir Richard bagħtilha ittra, li ġiet interċettata. B’riżultat ta’ hekk, bagħat għalih l-Inkwiżitur fejn saru protesti miegħu u mal-Papa f ’Ruma. Finalment, spiċċa ħadulu l-Palazz Sapienti u tawh ieħor fil-kantuniera ta’ Triq San Kristofru. Din kienet prattika normali sa ma jaraw x’kellu jsir. Għalhekk, Palazzino Sapienti kien proprjetà personali ta’ Sir Richard u dik il-ħabta, kulma kien hawn Kavallieri Ingliżi kienu tnejn biss: Oliver Starkey, il-famuż Segretarju ta’ de Valette u dan, li ma kienx preżenti għall-Assedju. Hu kien wasal wara, iżda kien Superjur ta’ Sir Oliver Starkey.

tal-gallarija nsibu tinqix ta’ arzell, li tista’ tgħid issibu fil-bini kollu li sar fi żmien l-Ordni, għax hu s-simbolu ta’ San Ġwann Battista, li bih għammed lil Sidna Ġesù Kristu. Fl-intrata wieħed jara żewġ tipi ta’ arkitettura: waħda barrel vaulted ceiling, jiġifieri saqaf forma ta’ nofs kartell, li hu integrat b’ċerta preċiżjoni u armonija mal-Crusaders’ roof, li hu saqaf fit-tond u jifforma għamla ta’ salib. Fit-taraġ jidher rikordju ta’ bieb, għax fiż-żmien it-triq kienet aktar baxxa. Wieħed irid jiftakar ukoll li l-Belt Valletta kienet l-ewwel u l-unika belt li qatt inbniet mix-xejn, mill-Ordni ta’ San Ġwann, skont id-disinji tagħhom u kif riduha huma, għalkemm nafu li tul is-snin kienu jwaqqgħu u jerġgħu jibnu. Ġara iżda, li fl-1630 seħħet splużjoni ta’ ħażna ta’ porvli qrib il-Barrakka t’Isfel u Palazzino Sapienti ġarrab ukoll xi ħsarat. B’riżultat ta’ hekk, saru rinnovar u alterazzjonijiet fih. Apparti mill-bieb prinċipali fi Strada San Paolo, li kien jintuża min-nobbiltà u s-soċjetà l-għolja, il-Palazzin kellu wkoll bieb dejjaq fi Strada Sant’Ursola għall-ħaddiema u s-servjenti. Minn hemm kienu jiddaħħlu l-provvisti għall-Palazzin, bħal faħam, injam, frott u xi annimali, It-tqassim tal-post direttament għal ġol-kċina. Dawn l-affarijiet kienu jitBħala tqassim, il-bini baqa’ wasslu bix-xwieni mill-Port b’żewġ sulari, kif kien in- il-Kbir u l-eqreb daħla jew tiż mill-bidu. Fis-saljaturi mina għall-Belt Valletta,

kienet dik fejn illum insibu l-Victoria Gate, li qabel kien jismu Porta del Monte. Din il-mina twaqqgħet mill-Ingliżi biex ifakkru l-Ġublew tar-Reġina Vitoria. Iżda nkomplu bit-tqassim tal-Palazzin, fejn fuq quddiem insibu l-intrata u fil-ġenb in-naħa tax-xellug, taraġ irpużat li jagħti għal fuq, bitħa bi kmamar kif kienu jibnu dak iż-żmien, arjużi u mdawlin. Filfatt, fl-ewwel kamra li llum isservi bħala uffiċċju, kienet parti mill-istalla. Il-parti l-oħra li tiġi fit-triq, illum hi ħanut. Imbagħad hemm kamra ħdejn il-kċina, fejn kien jiġi mħejji l-ikel, li jittella’ fuq minn taraġ garigor. Dan kien jibda mill-kantina sa fuq il-bejt. Insibu li l-garigor dejjem kien jinbena n-naħa tal-lemin tal-ħajt, għar-raġuni li jekk jidħol l-għadu fid-dar u jitla’ minnu, ma kienx ikun jista’ jiġġieled wisq, għax isib li idu l-leminija taħbatlu mal-ħajt, waqt li s-sid jew dak li jgħix fil-post ikun jista’ jiddefendi ruħu u jxejjer id-daqqiet bla xkiel. Kotba sa mill-1640 Mill-kmamar ta’ isfel, il-garigor iwassal jagħti wkoll għall-ewwel sular, li kien jissejjaħ piano nobile,

jiġifieri p j a n tan-nobbli. Naraw iżda li anki l-arkitettura tinbidel minn isfel għall-ewwel sular, għax is-saqaf ta’ fuq hu kważi għoli d-doppju ta’ dak t’isfel. F’dan is-sular ta’ fuq insibu librerija, li hi abbinata mal-Librerija tal-Università u tista’ tintuża minn min ikun irid jagħmel xi riċerki. Iżda bħalma jsir f ’libreriji oħra b’kotba ta’ melitensia, il-volumi ma jinħarġux millpost. Fiha, wieħed isib kotba sa mis-sena 1640, ħafna minnhom bi storja relatata mal-Ordni, għalkemm hemm suġġetti oħrajn ukoll, bħal numismatika, kartografija, mapep u stejjer ta’ pajjiżi oħrajn. Ħafna mill-volumi

huma bit-Taljan jew bil-Latin. Hemm oħrajn bil-Franċiż, bil-Ġermaniż u ftit bl-Ingliż. Imbagħad hemm is-sala, li jirriferu għaliha bħala s-Sala tal-Kunsill, li fiż-żmien kienet tkun il-kamra tas-sodda. Fuq ġewwa hemm kamra li bħalissa qed isir xi xogħol fiha, minħabba xi ħsarat li ġarrbet b’bini ġdid fi proprjetà oħra tmiss mal-ġenb tagħha u finalment kamra, li tintuża bħala maħżen żgħir. Il-Prijorat f ’Malta Il-Prijorat f ’Malta twaqqaf fl1960. Fil-bidu, kellu l-uffiċini f ’dar fil-Furjana, fejn f ’dak iż-żmien, il-Prijur kien il-Professur Gaston Tonna Barthet. Erba’ snin wara kienet l-Ordni nnifsiha li ġiet stabbilita f ’pajjiżna. Jiġifieri l-ewwel infetħu l-uffiċini tal-Prijorat Malti, għax l-Ordni kienet inqatgħet ftit minn artna, meta wara li tkeċċiet marret


19

29.05.2022

użu tal-Ortodossi. Dik il-ħabta, il-kuntatt bejn il-Kattoliċi u l-Ortodossi kien mistmerr. Kważi kważi kienu jaslu joqtlu lil xulxin, minħabba piki antiki. Il-Kżarina Eliżabetta Petrovna talbet lil Pinto setax jitwaqqaf Prijorat tal-Kavallieri Ortodossi – li setgħu kienu miżżewġin – u kien b’hekk li twaqqaf il-Prijorat Russu. Wara kien hemm il-Prijorat Kattoliku fil-Polonja u aktar tard, wara li r-Russja invadiet lill-Polonja, iżżewġ branki tal-Ordni ta’ San Ġwann; taħt l-istess Ordni li kien ibbażat f ’Malta, ingħaqdu flimkien u ffurmaw ir-Russian Grand Priory, li hu ekumeniku, jiġifieri kellu bħala membri fih sew nies Kattoliċi kif ukoll Ortodossi. Il-Gran Mastru Hompesch

ir-Russja. Hemm inqasmet f ’ħafna xiżmiet, li għadhom jeżistu, iżda eventwalment, bħala Ordni, reġgħet irritornat f ’Malta, minkejja li kienu tilfuha. Insibu li wara li l-Maltin kienu qamu kontra l-Franċiżi, kien il-Kżar Pawlu I tar-Russja, li bagħat l-għajnuna meħtieġa lil niesna u wera fehmtu li Malta kellha terġa’ tintradd lill-Ordni. Naturalment, għax b’riħet hekk, Malta kienet tkun fil-pussess tal-Imperu Russu u kien jasal ikollu bażi fil-Mediterran ukoll. Sadanittant, l-Ingliżi, li kienu qed jgħinu fl-imblokk tal-Franċiżi, mill-ewwel raw il-potenzjal tal-Port il-Kbir u bdew jaħsbuha darbtejn jagħtuhilhomx. Fil-fatt, Artiklu 10 tat-Trattat ta’ Amiens jistipula li Malta kellha tkun ritornata lill-Ordni tal-Kavallieri, li dak iż-żmien kienet għadha fir-Russja, taħt il-Kżar Pawlu I, magħruf bħala Pawlu l-Kbir, li kien magħżul mill-Kunsill tal-istess Ordni bħala l-Gran Mastru tagħhom. Il-Kavallieri riedu jiġu lura, iżda peress li l-Gran Mastru kellu jkun fejn ikun hemm l-Ordni, il-Kżar ma setax jitlaq pajjiżu biex jiġi hawn. Madankollu,

ried jaħtar Lieutenant Grand Master u interessanti li kien se jkun Malti – il-Baruni Testaferrata. Nobbli li ma jafux jintegraw Sa mill-fundazzjoni tal-Ordni, kienet se tkun l-ewwel darba li jkun hemm Malti, għax l-Ordni qatt ma aċċettat lill-Maltin, peress li ma qisithomx bħala nies nobbli li kapaċi jintegraw. Madankollu dan ma seħħx, għax l-Ordni ma ġietx Malta u baqgħet

fir-Russja. Imbagħad ġara li parti mill-Ordni nqatgħet u marret taħt il-protezzjoni tal-Papa u llum iffurmat bħala Ordni għaliha u hi bbażata f ’Ruma. Wara r-Rivoluzzjoni Russa, l-Ordni li baqgħet fir-Russja, nqasmet fi tnejn; parti ssetiljat fi Franza u l-oħra fl-Amerka. Però baqgħu bl-istess Gran Mastru. Maż-żmien saru żewġ Ordnijiet separati u nħolqu aktar xiżmiet. Rigward l-Ordni u l-Kżar, nafu li dan ma kienx Katto-

liku Ruman u lanqas ċelibat, iżda kien miżżewweġ u Ortodoss. Iżda min jiċħad li l-Kżar kien Gran Mastru tal-Ordni, ikun qed jaqta’ r-rabtiet minn mal-Ordni li telqet minn Malta. U l-Kżar seta’ jkun Gran Mastru, għax kien il-Kunsill tal-Ordni stess li vvutalu. Insibu li fi żmien Pinto u anki qabel, kienu nbdew kuntatti mar-Russja. Waħda mill-ewwel deċiżjonijiet li ħa Pinto, kienet li titwaqqaf il-knisja ta’ San Nikola għall-

Bħala tqassim, il-bini baqa’ b’żewġ sulari, kif kien intiż mill-bidu. Fis-saljaturi tal-gallarija nsibu tinqix ta’ arzell, li tista’ tgħid issibu fil-bini kollu li sar fi żmien l-Ordni, għax hu s-simbolu ta’ San Ġwann Battista, li bih għammed lil Sidna Ġesù Kristu

Bosta jistaqsu x’sar millGran Mastru Hompesch. Dan, minn Malta mar Trieste, peress li kellu dixxendenza Ġermaniża. Dak iżżmien, Trieste kienet parti mill-Awstrija u llum hi parti mill-Italja. Ħafna mill-Kavallieri qisuh bi traditur, għalkemm Saviour jemmen li l-Kavallieri Franċiżi tiegħu stess tawh bosta gambetti. Irridu niftakru wkoll li dak iż-żmien f ’pajjiżna, minn kull tliet Kavallieri tal-Ordni ta’ San Ġwann, kien hemm tnejn ta’ dixxendenza Franċiża. Tant hu hekk, li huma kellhom tliet bereġ: l-Auberge de France, l-Auberge de Provence u l-Auberge d’Auvergne. Li ma rridux ninsew ukoll hu li billi parti sewwa mid-dħul għall-Ordni kien ikun il-ġlied fuq il-baħar mal-Ottomani, is-Sultan Ottoman, li kien fil-paċi marRe ta’ Franza, minħabba n-negozju u l-kummerċ bejniethom; kull darba li l-Ordni kienet tattakka xi xini Ottoman, dan kien jgħarraf lir-Re ta’ Franza, li min-naħa tiegħu jhedded lill-Ordni li jikkonfiskalha l-proprjetà. Finalment, dan ma għamlux ir-Re ta’ Franza, iżda wettqu minfloku Napuljun, li għamel l-istess ħaġa. Finalment jingħad, li waqt l-Assedju l-Kbir, għalkemm de Valette kien Franċiż, kienet ir-Reġina Eliżabetta I ‘il-Protestanta’, li bagħtitlu l-għajnuna meħtieġa. IlFranċiżi, li kienu Kattoliċi mhux talli ma bagħtulux għajnuna, talli ftiehmu mal-Ottomani li jekk ikollhom xi xwieni bil-ħsara kaġun talġlied, imorru jsewwulhom għandhom f ’Toulon. Jiġifieri wara t-tiswija, ix-xwieni Ottomani kienu jerġgħu jirritornaw fostna biex ikomplu l-ġlied tagħhom kontra l-Ordni ta’ San Ġwann u l-Maltin.


20

29.05.2022

IL-PORTAFOLL TAGĦNA JMISS MA’ KULL ĊITTADIN IL-MINISTRU JULIA FARRUGIA PORTELLI Kitba ta’ CLIFFORD GALEA

Kemm huwa importanti li nagħtu kas lill-konsumatur. Kemm nisimgħu dwar id-drittijiet! Ħadd ma għandu jitħalla barra fl-ebda faxxa tas-soċjetà. Dwar dan u iżjed, tkellimt mal-Ministru Julia Farrugia Portelli, Ministru għall-Inklużjoni, il-Volontarjat u d-Drittijiet tal-Konsumatur. Xi nkunu qed infissru meta ngħidu inklużjoni, volontarjat u drittijiet tal-konsumatur? Il-portafoll tagħna jmiss ma’ kull ċittadin. Kulħadd hu konsumatur u kulħadd imiss mal-kelma inklużjoni. Il-kelma inklużjoni tfisser ħafna, u tgħaqqad dan id-dekasteru flimkien. Tfisser ħafna fid-definizzjoni tagħha, iżda hija ferm akbar meta tkun attwata fil-prattika. Li kulħadd ikun inkluż u li nassiguraw li ħadd ma jitħalla lura fl-ebda faxxa tas-soċjetà. Li jkollna pajjiż inklużiv ifisser li kulħadd jingħata l-għodda neċessarja biex jgħix storja ta’ suċċess. Riċentement Malta kienet eżempju u l-wiċċ tal-inklużjoni hekk kif ospitajna l-Ispecial Olympics Invitational Games, u kienet ta’ suċċess kbir għax Malta b’kollox rebħet 192 midalja. L-inklużjoni timxi id f ’id ukoll mal-għaqdiet volontarji, li huma pilastru importanti fis-soċjetajiet tagħna, nazzarda ngħid wieħed mill-pilastri ewlenin. L-għaqdiet li jaħdmu bla waqfien biex ikunu ta’ sapport għal kulħadd, speċjalment dawk li huma l-aktar vulnerabbli. Temmen li f ’pajjiżna, hawn inklużjoni f ’kull qasam kif meħtieġ jew baqgħalna x’naqdfu? Malta għamlet riformi u passi kbar favur l-inklużjoni. Matul is-sena l-oħra ġew imfassla żewġ strateġiji fil-qasam tad-diżabilità: Libertà li Tgħix: L-eww-

el strateġija nazzjonali għal pajjiżna li trid teħodna sal2030 u L-Istrateġija Nazzjonali tal-Awtiżmu ta’ Malta għall-2021 – 2030 li esperti barranin qed iħarsu lejha bħala mudell. Għal dawn l-istrateġiji assigurajna li l-poplu Malti jkun fiċ-ċentru u jsemma’ leħnu u jgħidilna dwar il-problemi u l-isfidi li ta’ kuljum jaffaċċja. L-għan ta’ dan kien li ntejbu l-kwalità tal-ħajja ta’ dawn l-individwi u biex ikunu jistgħu jgħixu ħajja indipendenti. Kien hemm ukoll diversi inizjattivi oħra, fosthom l-Autism Friendly Spaces li s’issa f ’Malta hawn disa’ stabbilimenti differenti li huma akkreditati. Skema ġdida wkoll li tejbet l-inklużjoni fil-lokalitajiet tagħna kienet Soċjetajiet Mużikali

Riċentement Malta kienet eżempju u l-wiċċ tal-inklużjoni hekk kif ospitajna l-Ispecial Olympics Invitational Games, u kienet ta’ suċċess kbir għax Malta b’kollox rebħet 192 midalja. L-inklużjoni timxi id f’id ukoll mal-għaqdiet volontarji, li huma pilastru importanti fis-soċjetajiet tagħna, nazzarda ngħid wieħed mill-pilastri ewlienin aktar Inklussivi, bil-għan li persuni b’diżabilitajiet differenti jkunu jistgħu jibqgħu jgawdu u jħarsu t-tradizz-

jonijiet Maltin fejn jidħlu każini, festi u ċelebrazzjonijiet soċjali u kulturali relatati. Dan kollu ma jfissirx

li m’għadx hemm affarijiet xi ntejbu, anzi nħarsu lejn il-kisbiet li wettaqna tul dawn l-aħħar sena u nofs


21

29.05.2022

bħala motivazzjoni biex flimkien inkomplu naħdmu favur Malta aktar inklużiva. X’inhuma l-isfidi attwali? Ħares lejn din il-ġimgħa u fid-diżabilità jkollok tweġiba ċara. F’temp ta’ 48 siegħa pajjiżna għex żewġ każijiet fejn tfal b’awtiżmu spiċċaw fil-mira ta’ kummenti dispreġjattivi saħansitra kienu msejħa “perikolużi”. Din mhix attitudni aċċettabbli. Bħalma diġà stqarrejt pubblikament, se nibqa’ niġġieled sakemm kull persuna b’diżabilità tkun rispettata. Sena ilu fil-Parlament ressaqt u għaddejna liġi fejn persuni b’diżabilità ma jkunux vittmi ta’ diskors ta’ mibegħda minħabba l-kundizzjoni tagħhom. Nistenna li l-pulizija tagħmel xogħolha. L-inklużjoni vera mhix biss fit-teorija iżda wkoll fil-prattika. Mil-lat ta’ konsumatur, hija realtà globali li minħabba numru ta’ avvenimenti dinjin fosthom Brexit, il-pandemija COVID-19 u l-gwerra bejn l-Ukrajna u r-Russja, il-prezzijiet tal-prodotti għolew. F’pajjiżna, il-Gvern diġà ra kif ikun ta’ spalla għall-poplu Malti u Għawdxi. Infakkar li waħda mill-akbar pjagi preżenti madwar id-dinja hija l-prezz tal-enerġija, liema żieda l-Gvern Malti pproteġa lill-poplu Malti minnha. Din il-protezzjoni ma bdietx ilbieraħ iżda ilha li bdiet sa mill-ewwel ġurnata ta’ Gvern Laburista meta raħħasna l-kontijiet tad-dawl u tal-ilma u neħħejna l-piż minn fuq spallejn il-poplu. Iż-żieda fl-enerġija qed jassorbiha kollha l-Gvern minflok għaddejnieha lill-konsumatur. U dan juri s-serjetà ta’ dan il-Gvern. Fl-aħħar xhur, għal darba darbtejn, il-Gvern wieżen ukoll lill-poplu Malti billi ta’ ċekkijiet u vouchers biex jistimulaw l-ekonomija kif ukoll biex ikopru għall-għoli tal-ħajja. Lokalment l-MCCAA, l-Awtorità tal-Kompetizzjoni u l-Affarijiet tal-Konsumatur twettaq kontinwament numru ta’ spezzjonijiet fil-ħwienet biex ikun żgurat li l-ħwienet mhumiex qegħdin japprofittaw ruħhom. It-tielet sfida hi li nkomplu nsalvaw u nsaħħu lill-għaqdiet volontarji. Karba li smajnieha matul il-pandemija. Karba li ma waqgħetx f ’widnejn torox, tant li l-Gvern, fl-eqqel tal-pandemija in-

Minkejja li ksibna ħafna, fis-settur tad-diżabilità għad baqgħalna x’naħdmu. Irridu nkomplu ninċentivaw u nkunu ta’ spalla għall-ġenituri u qraba ta’ persuni b’diżabilità. Fil-ġimgħat li ġejjin se nibdew naraw partijiet mill-manifest elettorali jitwettaq

vesta somma rekord ta’ €5 miljun biex ikunu salvati eluf ta’ impjiegi fil-volontarjat u biex ix-xogħol tal-għaqdiet volontarja jibqa’ għaddej.

ġimgħa wkoll 44 għaqda volontarja ngħataw il-fondi taħt l-iskema Kwalità talĦajja biex jibdew proġetti ta’ fejda fil-komunità.

Il-volontarjat nisimgħu spiss dwaru u dwar kemm huwa importanti. Taħseb li qed jonqos f ’pajjiżna? X’qed isir mill-Ministeru li tmexxi biex dan ikun inċentivat?

Il-konsumatur kemm hu stmat f ’Malta u Għawdex?

L-għaqdiet volontarji huma pilastru importanti fis-soċjetajiet tagħna. Is-sabiħ ta’ dawn l-għaqdiet hu li jattiraw nies diversi li għandhom għan wieħed, dak li jagħtu vuċi lil xi minorità. Preżentament, irreġistrati mal-Kummissarju għall-Għaqdiet Volontarji għandna aktar minn 1,700 għaqda volontarja. Dawn l-għaqdiet volontarji jvarjaw minn scouts għal każini tal-banda għal għaqdiet soċjali u oħrajn sportivi. Bħala Gvern nifhmu l-importanza li dawn l-għaqdiet għandhom f ’pajjiżna u nibqgħu kommessi li nkunu ta’ spalla b’inizjattivi u skemi differenti. Matul il-ġimgħa li għaddiet biss, nedejna żewġ skemi importanti. Waħda mill-iskemi li nedejt mal-Ministru Michael Falzon bil-kollaborazzjoni tal-Kunsill Malti għas-Settur Volontarju (MCVS) u l-FSWS se tara 15-il żagħżugħ b’diffikultajiet soċjali jkunu integrati fis-soċjetà permezz tal-volontarjat. It-tieni skema hija Small Initiatives Scheme, fejn nhar il-Ġimgħa allokajna somma rekord ta’ €120,000 biex għaqdiet volontarji jkunu jistgħu jwettqu proġetti mmirati biex jagħmlu s-settur volontarju sostenibbli filwaqt li jkunu ta’ spalla għal eluf ta’ benfiċjarji. Fl-istess waqt, din il-

Jekk qatt kien hemm dubju dwar liema partit politiku f ’pajjiżna jistma lill-konsumatur, fl-aħħar xhur dan id-dubju tneħħa. Minkejja r-realtà globali li l-prezzijiet għolew, il-konsumatur kien, għadu u se jibqa’ jsib lil dan il-Gvern ħajt ta’ kenn fejn jidħlu prezzijiet ta’ prodotti. Ħajt ta’ kenn mhux biss mil-lat ta’ għajnuna finanzjarja iżda wkoll mil-lat ta’ protezzjoni minn ħwienet li forsi jippruvaw japprofittaw ruħhom mill-konsumatur. Dan isir permezz tal-MCCAA. Biex nagħti eżempju, is-sena li għaddiet l-MCCAA għamlet iktar minn 11,950 spezzjoni rigward prezzijiet indikati f ’diversi ħwienet, inkluż fis-swieq fejn minn dawn inqabdu 232 kummerċjant li ma kinux qed juru l-prezzijiet kif suppost. Dawn il-kummerċjanti rregolarizzaw ruħhom wara twissija li ngħatat mill-MCCAA. Dan minn barra li l-MCCAA tirċievi numru ta’ rapporti taħt l-Att li Jikkordina l-Ispezzjonijiet tal-Gvern fejn matul l-2021 irċieva aktar minn 1,000 rapport li minnhom ukoll kien hemm 234 kummerċjant li reġgħu ġew spezzjonati fejn dawn ukoll irregolarizzaw ruħhom wara l-intervent tal-MCCAA. Inti persuna li tħobb tara l-abilità fin-nies ... spjegalna F’għajnejn kull persuna li jkolli quddiemi ma narax id-diżabilità imma l-abilità straordinarja tagħha.

Din għalija hi frażi soda u b’saħħitha u li tagħti definizzjoni tanġibbli tal-kelma inklużjoni. Ħares lejn l-Ispecial Olympics. Malta kisbet 192 midalja differenti li 65 minnhom kienu tad-deheb. Din turi li meta ninvestu fir-riżorsi neċessarji, jinġiebu riżultati f ’kull livell. Għalija dan kien logħob li wera impenn, stamina u sagrifiċċju ta’ ambaxxaturi denji għal pajjiżna. L-abilità ta’ persuni b’diżabilità hi bla limiti. Inħares lejn il-klijenti tal-Aġenzija Sapport li jaħdmu ħafna xogħol artistiku bl-idejn. U l-istejjer differenti ta’ suċċess li għandhom persuni b’diżabilità f ’oqsma differenti tal-ħajja.

lat, imsaħħaħ u protett. Din kienet ukoll wegħda elettorali li se naraw li tkun attwata wkoll. Fost il-miżuri għas-settur tal-konsumatur, se naħdmu biex jissaħħaħ il-moniteraġġ tas-suq u s-sigurtà tal-konsumatur, speċjalment fejn jidħlu prodotti tal-ikel, prodotti mediċinali u prodotti relatati mat-tfal. Kemm hija importanti l-umiltà f ’politiku? Taħseb li l-pubbliku għadu jara lill-politiku fuq pedestall? L-umiltà hija importanti f ’kull aspett u f ’kull pass tal-ħajja. Min jitla’ fil-għoli jieħu tisbita kbira. Persuna fil-politika m’għandha qatt tinsa minn fejn bdiet il-mixja tagħha – u huma dawk l-għeruq li għandhom iżommu lil kull politiku responsabbli. Il-politika tajba hi dik il-politika li titfassal mannies u minn fost in-nies. Il-poplu tani fiduċja biex nirrappreżentah għal ħames snin oħra. Jien fid-dmir li din il-fiduċja nsarrafha f ’ħidma ġenwina u onesta fost in-nies. Għadu żmien li politiku jgħin lil tad-distrett biss? X’inhi l-viżjoni ta’ dan il-Gvern ġdid?

Min jagħmel hekk mhux politiku imma opportunist. Jien jiġu għandi nies minn kull X’inhuma l-proġetti raħal f ’Malta u anke minn ppjanati minnek f ’isem Għawdex. U qatt ma bgħatt il-Gvern fir-rigward lil ħadd lura. Għalija kull ċittar-responsabbiltajiet tadin hu ugwali. Aħna ministiegħek? Issemmilna xi tri mhux ta’ faxxa ta’ nies jew wħud? ta’ żona partikolari fil-pajjiż imma ministri ta’ poplu u Minkejja li ksibna ħafna, pajjiż sħiħ. fis-settur tad-diżabilità għad baqgħalna x’naħdmu. Irri- Meta jkun hemm kritika, du nkomplu ninċentivaw u kif teħodha? nkunu ta’ spalla għall-ġenituri u qraba ta’ persuni Meta kont naħdem fix-xanb’diżabilità. Fil-ġimgħat li dir l-ewwel ħaġa li kont niġejjin se nibdew naraw parti- staqsi lil ta’ madwari kif nijiet mill-manifest elettorali spiċċa minn xi programm jitwettaq. U dan se jingħata kienet tkun: kif morna, x’mar prijorità assoluta. ħażin? Fis-settur tal-volontarjat Il-kritika kostruttiva hi kommessi li nkomplu ngħinu l-aktar ħaġa importanti biex lill-għaqdiet volontarji jwet- wieħed itejjeb fejn seta’ sar tqu proġetti fil-komunità aħjar. Il-kritika kostruttiva permezz ta’ sensiela ta’ ske- twassal għall-komunikazzmi li se nkomplu nħabbru joni u d-djalogu, żewġ valuri matul is-sena. Irridu naraw li meta jintużaw tajjeb iħallu ukoll kif permezz tal-Kun- l-frott. sill Malti għas-Settur VoloFil-politika hi realtà imma ntarju u l-Uffiċċju tal-Ku- wkoll li ħafna drabi l-kritika missarju għall-Għaqdiet tispiċċa waħda aggressiva, Volontarji nnaqqsu l-buro- personali u li tattakka lill-inkraziji tal-proċessi minn fuq dividwu. Elementi li jekk l-għaqdiet filwaqt li nibqgħu jibqgħu jiżdiedu jgerrxu nies naraw li s-settur ikun rego- ġenwini mill-ħajja pubblika.


22

29.05.2022

REBEKAH GRIMA

IPPUBBLIKAT L-EWWEL KTIEB MILL-KANADA GĦAL MALTA Kitba ta’ RAMONA PORTELLI

Dan l-aħħar skoprejt ktieb ġdid fis-suq lokali, u inzertajt li lill-awtriċi kont nafha, għalkemm ilha li ħalliet lil Malta snin ilu biex marret tgħix il-Kanada. Qed nirreferi għal Rebekah Grima. Għandha 38 sena, minn San Pawl il-Baħar, self-employed, ġurnalista/kittieba freelance u l-Kanada fejn qed tgħix għandha negozju tagħha li torganizza d-djar. Tħobb is-safar, il-mużika, issegwi programmi ta’ ġrajjiet kurrenti kemm lokali kif ukoll internazzjonali, tħobb titgħallem dwar kulturi differenti, tħobb il-psikoloġija u kull meta tkun tista’ tħobb tgħin u tagħmel xogħol volontarju. Ftit xhur ilu, Rebekah ippubblikat l-ewwel ktieb tagħha bl-isem Bejn Rima u Tbissima: Niskopru l-Annimali. Huwa ġabra ta’ stejjer qosra dwar l-annimali li huma bbażati fuq fatti u miktuba b’rima ħelwa għattfal. B’kollox il-ktieb fih 12-il karattru. Il-ktieb huwa ideali għal tfal mit-twelid sa 10 snin u anke akbar, imma anke l-adulti ser jieħdu gost jaqrawh. Ħallejt f’idejha sa-

biex telabora aktar dwar dan il-ktieb. “Il-ktieb huwa sensiela ta’ stejjer qosra dwar annimali u insetti differenti. Huma stejjer bbażati fuq fatti u miktuba b’rima mexxejja li tagħmel l-istejjer jinstemgħu ħafna isbaħ u eħfef għat-tfal. It-tfal se jitgħallmu u jiskopru ħafna kurżitajiet dwar l-annimali b’mod pjaċevoli. Fost il-karattri hemm dawk tal-iljunfant, il-pitirross, il-brimba, il-qattus, il-ġiraff u ħafna aktar. L-aħħar storja hija dwar l-Unikornu u d-dinja tal-ħolm li jgħix fiha mimlija lwien u affarijiet sbieħ. Il-ktieb huwa mżejjen b’illustrazzjonijiet mill-isbaħ li jikkumplimentaw id-deskrizzjonijiet”. Bejn Rima u Tbissima: Niskopru l-Annimali Ta’ min jgħid li l-imħabba għall-kitba u l-produzzjoni ġew imxettla f’Rebekah sa minn età żgħira meta kienet tattendi fl-iskola ta’ Santa Monika. Fl-2004, gradwat fil-Midja u l-komunikazzjoni u l-istudji Ewropej mill-Università ta’ Malta. Ħadmet fis-settur tar-radju u t-televixin bħala ġurnalista u kienet par-

ti mit-tim tal-produzzjoni ta’ Xarabank u Bijografiji għal diversi snin. Matul il-ħidma tagħha fil-midja lokali, flimkien mat-tim rebħet diversi unuri għall-produzzjoni u l-kitba televiżiva. Iżda fis-sena 2015 emigrat lejn il-Kanada. Illum hija omm ta’ żewġt itfal, Matteo u Chloe. Kien proprju minħabba t-tfal tagħha li ddeċidiet li tibda tikteb stejjer qosra u ħelwin għat-tfal bilMalti. Peress li tgħix il-Kanada, u l-ktieb ippubblikatu hawn Malta, ridt inkun naf kif kien l-andament u l-preparazzjoni għall-publikazzjoni tiegħu. “Il-ktieb bdejt niktbu l-Kanada matul il-pandemija, imma l-kitba biss saret il-Kanada. Il-kumplament tal-produzzjoni tal-ktieb saret kollha Malta minn Kite Group inklużi l-illustrazzjonijiet. Il-qari tal-provi sar Malta wkoll minn Oriana Spiteri. Fid-dinja li qed ngħixu fiha u bil-mezzi ta’ komunikazzjoni moderni li nużaw kollox huwa possibbli. Kont nikkomunika spiss ma’ Gordon Pisani minn Kite Group permezz ta’ ittri elettroniċi, messaġġi u telefonati. Mill-ewwel kien

fehem dak li xtaqt nipproduċi u ħdimna sew biex minkejja d-differenza fil-ħin, dejjem sibna ħin biex nikkomunikaw. Il-proċess biex jiġi ppubblikat ktieb jinvolvi ħafna xogħol u korrezzjonijiet li kultant ma taħsibx fihom. Tant hu hekk li anke jien spiċċajt tgħallimt ħafna matul dan il-proċess,” stqarret miegħi Rebekah. L-idea li tikteb ktieb bil-Malti bir-rima minn dejjem kienet f’moħħha għaliex kienet taqra ħafna kotba bl-Ingliż għat-tfal li jużaw rima ħelwa, iżda meta kienet tfittex kotba bil-Malti bir-rima, ftit li xejn kienet issib. Matul il-pandemija talCovid bdiet tikteb għat-tfal tagħha u spiċċat bdiet tieħu gost bl-istejjer daqshom. Kienet uriet dak li kitbet lil xi ġenituri li mill-ewwel ħeġġuha biex taqsam dak li kitbet ma’ tfal oħra. Kull min hu interessat li jakkwista kopja tal-ktieb, jista’ jagħmel dan online minn kitegroup.com. mt jew mill-Ħanut ta’ Kite fil-Ħamrun. “Il-ktieb ser ikun qed jinbiegħ fil-ħwienet ewlenin, fi ħwienet żgħar oħra u anke online f’Malta u Għawdex. Fil-Kanada diġà kelli in-

teress u għandi xi kotba ordnati minn ġenituri Maltin. Aktar tard dan ix-xahar ser niltaqa’ wkoll ma’ negozjanti Maltin li jgħixu fil-Kanada u li wrew l-interess li jbigħu ilktieb fil-ħwienet tagħhom,” żvelat miegħi. L-ebda ktieb ma jonħor Fi kliemha stess, l-użu tarrima mhux biss għaliex jinstema’ sabiħ, imma għaliex fil-fatt ir-rima tgħin ħafna fit-tagħlim tal-lingwa, fl-iżvilupp tal-ħoss u r-ritmu u ttejjeb il-memorja tat-tfal. Temmen ukoll li l-istorja ma tridx tkun togħġob lit-tfal biss, imma trid toħloq entużjażmu u tbissima lill-qarrejja wkoll. Jekk il-qarrej ma jkunx qed jieħu gost waqt li jaqra, t-tfal jindunaw u jitilfu l-interess. Għalhekk Rebekah riedet tikteb ktieb bir-rima u ferrieħi. Il-ġenituri jieħdu gost jaqraw u janimaw, it-tfal jisimgħu u mbagħad jaqrawh it-tfal ukoll. Mistoqsija xi kemm damet biex kitbitu dan il-ktieb u kif bdiet tagħmel il-kuntatti neċessarji sabiex waslet eventwalment


08.11.2020 29.05.2022

23

SKEDA ONE 06:30 06:45 07:00 07:30 07:50 08:00 08:33 09:05 09:30

Espresso ONE News Liquorish Mill-Chcina ta’ Dari Kalamita ONE News Popcorn Primetime Preview Better Living

17:30 18:30 19:20 19:30 20:10 20:35 22:45 23:30

Flimkien 30-05 ma’ Nancy Pjazza ONE Sports & Temp ONE News Primetime Liquorish Music Legends ONE News

06:30 ONE News 06:45 Liquorish 07:00 Ħabrikt 07:30 ONE News 07:50 Mill-Chcina ta’ Dari 08:00 Quddiesa tal-jum 08:33 Telebejgħ 09:05 Primetime 09:30 Ieqaf 20 Minuta 10:00 Espresso

12:30 12:35 12:50 13:00 15:30 15:35 16:00 16:25 16:55

ONE News Liquorish Mill-Chcina ta’ Dari Kalamita ONE News What’s Cooking Primetime Preview Ondroad Mill-Chcina ta’ Dari fid-dettall

17:30 18:30 19:20 19:30 20:10 20:30 21:10 22:15 22:50 23:30

Dak li Jgħodd Pjazza ONE Sports & Temp ONE News Primetime Reboot Flip the Venue Il-Willy The Local Traveller ONE News

06:30 06:45 07:00 07:30 07:50 08:00 08:33 09:05 09:30 10:00

12:30 12:35 12:50 13:00 15:30 15:40 16:05 16:20 17:20 18:00

ONE News Liquorish Mill-Chcina ta’ Dari Kalamita ONE News Żona Sport Primetime Preview Pink Panther Imqades l-Istorja What’s Cooking

18:30 19:20

22:30 23:30

ERBGĦA Pjazza 01-06 ONE Sports & Temp ONE News Primetime The Local Traveller Gateway to Miss World Flip the venue ONE News

06:30 ONE News 06:45 Liquorish 07:00 What’s Cooking 07:30 ONE News 07:50 Mill-Chcina ta’ Dari 08:00 Quddiesa tal-Jum 08:30 Telebejgħ 09:05 Primetime 09:30 Ieqaf 20 Minuta 10:00 Espresso

12:30 12:35 12:50 13:00 15:30 15:35 16:05 16:26 17:00

ONE News Liquorish Mill-Chcina ta’ Dari Kalamita ONE News Mill-Chcina ta’ Dari fid-dettall Primetime Preview Popcorn Żona Sport

17:30 18:30 19:20 19:30 20:10 20:40 21:40 22:50 23:30

Mhux kemm taf Pjazza ONE Sports & Temp ONE News Primetime Ibgħathieli bil-posta Eko Djar Reboot ONE News

06:30 06:45 07:00 07:30 07:50 08:00 08:33 09:05 09:30 10:00

12:30 12:35 12:50 15:30 15:35 15:55 16:00 16:20 16:50 17:30

ONE News Liquorish Mill-Chcina ta’ Dari ONE News Telebejgħ Mill-Chcina ta’ Dari Primetime Preview Sabiħa l-Ħajja Music Legends Indhouse

18:15 19:18 19:30 20:10 20:30 22:30 23:00 23:30

Pjazza ONE Sports & Temp ONE News Primetime Brillanti Popcorn Żona Sport One News

06:30 ONE News 06:45 Music Legends 07:25 Reboot 08:00 Il-Quddiesa tal-jum 08:33 Better Living 09:30 Żona Sport 10:05 The Local Traveller

10:35 11:00 12:30 12:35 15:30 15:35 18:00

What’s Cooking Maratona Missjoni ONE News Maratona Missjoni ONE News Maratona Missjoni Pink Panther

18:45 19:20 19:30 20:10 20:30 23:30

Ondroad ONE Sports & Temp ONE News Ieqaf 20 Minuta Maratona Missjoni ONE News

06:30 06:45 07:12 07:43 08:00 08:40 10:00 10:25 11:30

12:30 12:40 13:15 15:30 15:35 16:00 16:35 17:05 18:15

ONE News Telebejgħ Arani Issa ONE News Arani Issa What’s Cooking Music Legends Imqades l-Istorja Eko Djar

19:25

One Sport & Temp ONE News Ieqaf 20 Minuta Willy Brillanti ONE News

TLIETA 31-05

ONE News Liquorish Popcorn ONE News Mill-Chcina ta’ Dari Quddiesa tal-Jum Telebejgħ Primetime Ieqaf 20 Minuta Espresso

ĦAMIS 02-06

għall-pubblikazzjoni tiegħu, Rebekah weġbitni: “Minħabba li l-kitba hija bbażata fuq fatti u mħawra bi ftit immaġinazzjoni, kont naqra diversi kotba, artikli u anke kont nikkorrispondi ma’ professjonisti biex kemm jista’ jkun l-informazzjoni tkun korretta. Wara li nkun qrajt u ġbart l-informazzjoni, kont nibda nikteb. Però, mhux faċli li tipprova żżomm l-istorja interessanti u fl-istess ħin tirrima u għalhekk ftit mill-istejjer ħaduli ftit ħin mhux ħażin. Kultant kont insib diffikulta’ biex insib il-kelma korretta bil-Malti u kultant waqt li nkun qed nikteb storja tiġini idea oħra u fil-fatt ġieli kont inkun qed nikteb żewġ stejjer f’daqqa. Huwa proċess mill-isbaħ u anke jien tgħallimt ħafna dwar l-annimali”. Interessajt ruħi nkun naf aktar dwar il-ħajja personali tagħha, dwar kemm ilha li telqet minn Malta u marret tgħix il-Kanada u x’ħajjarha tkompli ħajjitha hemmhekk. “Ilni ngħix il-Kanada b’mod permanenti għal dawn l-aħħar sitt snin. Però, kont u għadni nipprova nżur Mal-

ta kull sena. Malta tibqa’ art twelidi. Lil Malta nħobbha ħafna u minkejja ċ-ċokon, inħoss in-nuqqas tal-kultura u l-ħajja Maltija. L-aktar li nħoss in-nuqqas wara l-familja u l-ħbieb hija l-kultura sabiħa tagħna u l-mod li minkejja li aħna pajjiż żgħir nafu nieħdu jew nagħmlu pjaċir u festin minn kollox. Naturalment nimmissja l-baħar, il-festi u l-ikel Malti, imma l-aktar li nħoss in-nuqqas hu li nitkellem bil-lingwa Maltija. Fil-fatt, nagħmel mezz biex inkellem lil xi ħadd minn Malta spiss u kull ftit jiem. Bqajt ngħix il-Kanada minħabba x-xogħol, imma ma neskludux li nerġgħu nirritornaw Malta fis-snin li ġejjin,” żvelat miegħi Rebekah. Fl-aħħar ta’ din l-intervista, stedintha tħalli messaġġ għall-qarrejja ta’ din ilgazzetta. “Il-messaġġ tiegħi huwa li qatt ma għandek taqta’ qalbek milli tikseb il-ħolm tiegħek. Agħmel dak li temmen fih mill-qalb, emmen fik innifsek u ġġieled għal dak li tħobb. Ftakar biex dejjem tieħu ktieb miegħek qabel torqod. Il-ktieb ma jonħorx,” temmet tgħidli.

TNEJN

10:00 12:30 12:35 12:50 13:00 15:30 15:35 16:00 16:25

ONE News Liquorish Niftakru ONE News Mill-Chcina ta’ Dari Quddiesa tal-jum Telebejgħ Primetime Ieqaf 20 Minuta

ONE News Liquorish Żona Sport ONE News Mill-Chcina ta’ Dari Quddiesa tal-Jum Telebejgħ Primetime Ieqaf 20 Minuta Espresso

SIBT 04-06

ONE News Niftakru Żona Sport Ħabrikt Il-Quddiesa tal-jum Paperscan Ieqaf 20 Minuta Mhux Kemm Taf Flip the Venue

19:30 20:10 20:30 21:00

19:30 20:10 20:35 21:15 23:30

ĠIMGĦA 03-06

ĦADD 05-06


24

29.05.2022

reċensjoni tal-ktieb

IL-PIRATI U... IL-ĦBIEB TAL-ANNIMALI Pirati u annimali … jew wieħed jew l-ieħor, iċ-ċans hu li t-tfal tiegħek jaffaxxinaw ruħhom bihom. Hawn min avventura tal-pirati jikolha bilħobż u l-ġobon, u hawn tfal oħra li jogħxew jaqraw dwar annimali eżotiċi, oħrajn tal-kampanja u taddar. Dan jispjega s-suċċess tas-sensiliet Il-Pirati u Il-Ħbieb tal-Annimali: Taqsima Investigattiva li l-Merlin Publishers ħarġu ftit tas-snin ilu. U tant intgħoġbu minn tfal, li għadhom kif ħarġu erba’ kotba ġodda f ’dawn is-sensiliet. Il-Pirati jirrakkuntaw l-avventuri ta’ Tommy, Marija u Willy. Tommy u Marija mhumiex aħwa normali. Jew aħjar, huma normali fis-sens li bħall-aħwa kollha fid-dinja dejjem jilletikaw bejniethom, u jimpikaw ma’ xulxin. Imma huma differenti għax inzertaw li nannuhom huwa pirata famuż ħafna. In-nannu Ġanni u l-pappagall tiegħu s-Sur Moody, kellhom bosta avventuri qalbiena fi żmienhom. Issa n-nannu rtirat, imma d-demm ta’ pirata għadu jbaqbaq ġewwa fih, u għalhekk mhi sorpriża xejn li n-neputijiet tiegħu, flimkien mal-ġar tagħhom Willy, dejjem sejrin ifittxu l-avventura.

Iż-żewġ kotba ġodda f ’din is-sensiela tal-pirati huma: Ix-Xini Fantażma, fejn it-tfal jaraw appuntu xini fantażma fuq il-baħar u jiddeċiedu li jsolvu l-misteru, u Gżira Tassew Misterjuża, fejn it-tlett iħbieb jinzertaw gżira mhux magħrufa meta jintilfu waqt it-tbaħħir tagħhom.

tal-annimali jiddeċiedi li jagħmilha l-missjoni tiegħu li jgħinuh isib lil ommu! Il-Pirati: Ix-Xini Fantażma u Gżira Tassew Misterjuża, Il-Ħbieb tal-An-

nimali: Il-Panda Ċkejken Meħlus u, Il-Ħbieb tal-Annimali: Il-Mohor Midrub jinsabu għall-bejgħ mill-ħwienet tal-kotba kollha jew online minn merlinpublishers.com

Avventuri eċitanti għal kull min iħobb il-pirati u l-baħar! Is-sensiela l-oħra, Il-Ħbieb tal-Annimali: Taqsima Investigattiva, tlaqqagħna ma’ Adele, Louise u Rose, tlett ibniet li jħobbu b’passjoni kbira lill-annimali. Għandhom kull tip ta’ annimal: kelb, żewġ qtates, poni, kanarin, fniek u anki bebbuxu. U, kif tistgħu tobsru, bejniethom ħlief fuq l-annimali ma jitkellmux! Fl-ewwel ktieb ġdid f ’din is-sensiela, Il-Panda Ċkejken Meħlus, il-bniet imorru safra ċ-Ċina ma’ omm waħda minnhom, u hemm isibu ruħhom f ’riserva fejn panda ċkejken ikun se jiġi meħlus fl-abitat naturali tiegħu. U fit-tieni ktieb ġdid, Il-Mohor Midrub, il-ħbieb ikollhom avventura sew għax jinzertaw mohor – żiemel ċkejken – li waqt maltempata jintilef u jispiċċa midrub. U l-klabb tal-ħbieb

Mistoqsija: X’jisimhom iż-żewġ kotba ġodda fis-sensiela tal-Pirati? Ibagħtu r-risposta tagħkom lil: Kompetizzjoni Ktieb, KullĦadd, ONE Complex A 28B, Industrial Estate, il-Marsa MRS 3000, u tidħlu biċ-ċans li tirbħu l-kotba IL-PIRATI u IL-ĦBIEB TAL-ANNIMALI. Ir-rebbieħ jitħabbar nhar il-Ħadd 20 ta’ Frar. Ir-rebbieħa huma mitluba jiġbru l-ktieb mill-ONE Complex, il-Marsa, billi jippreżentaw il-karta tal-identità, flimkien mal-ittra li se tintbagħtilhom minn din il-gazzetta, mit-Tlieta sal-Ġimgħa bejn id-09.00 u s-13.00, u s-Sibt bejn il-11.00 u l-16.00, festi pubbliċi esklużi. Intant, ir-rebbieħa tal-ktieb IL-GŻIRA TAX-XITAN U STEJJER OĦRA hija:

M.GATT - IŻ-ŻURRIEQ

03 Ġemma’ l-kupuni ta’ ħames ġimgħat wara xulxin kif ukoll wieġeb il-mistoqsija marbuta mal-aħbarijiet. Ibgħathom f ’daqqa lil: KOMPETIZZJONI €100, KullĦadd, ONE Complex, A 28 B, Industrial Estate, Il-Marsa MRS 3000 Kemm-il lukanda f ’Malta kisbet rikonoxximent minn Forbes Travel Guide?

Isem: Numru tat-telefown:

Tweġiba: Indirizz:


25

29.05.2022

‘THE MOORHOUSE MURDERS’ David u Catherine Birnie joqtlu erba’ nisa f’darhom

IT-TIENI PARTI Fl-1 ta’ Novembru, David u Catherine Birnie raw lill-ħabiba tagħhom, Noelene Patterson ta’ 31 sena, wieqfa ħdejn il-karozza tagħha u waqfu jkellmuha. Patterson rikbet fil-karozza tal-koppja Birnie għax kien mingħaliha li David u Catherine kienu se jgħinuha u minflok ħaduha d-dar tagħhom fejn ġiet marbuta mas-sodda u stuprata. Għall-bidu, il-koppja kienet se toqtolha dakinhar stess iżda David żammha ħajja għal tliet ijiem hekk kif beda jinġibed lejha. Kif Catherine rat hekk, hi qaltlu li jew joqtolha jew inkellha kienet se tneħħi ruħha b’idejha. Kif qaltlu hekk, David qabad il-pilloli talirqad u bellagħhom lil Patterson. Kif intilfet minn sensiha, David fgaha u ħaduha fl-istess foresta iżda difnuha ’l bogħod mill-ewwel żewġ vittmi. Ir-raba’ vittma kienet Denise Brown ta’ 21 sena. Brown bdiet tistenna l-karozza tal-linja u David u Catherine Birnie offrewlha li jwassluha. Hekk kif rikbet, Brown ġiet mhedda b’sikkina u ttieħdet fid-dar tagħhom. Hi ġiet marbuta mas-sodda u ġiet stuprata mill-koppja. Wara, David u Catherine ħaduha fil-foresta u sakemm stennew li jidlam, David reġa’ stupra lil Brown. Kif dalam, huma kaxkruha ’l bogħod mill-karozza u David stupraha tal-aħħar qabel ma taha daqqiet ta’ sikkina f ’għonqha. David u Catherine ħasbu li Brown kienet mejta u kif tefgħuha fil-qabar, Brown qamet bilqiegħda. Kif David ra hekk, hu qabad mannara u taha daqqtejn fuq rasha biha biex joqtolha u wara komplew jidfnuha. L-aħħar vittma ta’ ħtif u stupru kienet Kate Moir ta’ 17-il sena. David u Catherine Birnie raw lil Moir u offrewlha biex iwassluha u Moir aċċettat. Bħall-vittmi l-oħrajn, Moir ittieħdet fid-dar tal-koppja u ġiet marbuta mas-sodda. Moir staqsiethom kinux se jistuprawha jew joqtluha u huma qalulha li “jistuprawha biss jekk tobdi.” Billejl, Moir ġiet immanettjata ma’ David biex ma taħrabx u neħħewlha l-manetti l-għada filgħodu kif David qam biex imur għax-xogħol. Jidher li ħabbat il-bieb u Catherine nesiet torbot lil Moir mas-sodda sakemm marret tiftaħ. Kien hawn li

Kitba ta’ STEPHANIE CACCIATTOLO

Wieħed mill-oqbra tal-vittmi

<< Catherine Birnie wara li ngħatat is-sentenza ta’ għomor il-ħabs Moir ħarbet minn tieqa u marret tħabbat il-bibien tal-ġirien għall-ajjut. Fl-aħħar irnexxielha ssib ħanut u qalet lis-sid x’kien ġralha u ssejħu l-pulizija. Għall-bidu, il-pulziija ma bdewx jemmnuha minħabba li kienet isterika iżda kuntistabbli minnhom emmnitha minħabba li tat ħafna dettalji tal-koppja u tad-dar. Moir qaltilhom li filgħaxija raw film partikolari u li ħbiet il-baskett u s-sigaretti tagħha fis-saqaf tad-dar bħala evidenza li kienet hemm. Meta l-pulizija marru jfittxu fid-dar tal-koppja Birnie, huma sabu l-film li semmiet, il-basket u s-sigaretti. David u Catherine Birnie ġew arrestati u interrogati separatament. Catherine qalet li ma kinitx taf lil Moir u li qatt ma ltaqgħet magħha filwaqt li David qal li Moir marret għandhom minn jeddha biex ikollhom x’jaqsmu sesswalment flimkien. Minkejja l-gideb, is-Surġent Vince Katich irnexxielu jikkonvinċi lil David biex jammetti. David spiċċa biex ammetta bil-ħtif u l-istupru ta’ Moir u ammetta wkoll li qatlu erba’ nisa oħrajn u qallu fejn jinsabu midfuna. Il-ġuri David u Catherine nstabu ħatja

ta’ erba’ omiċidji li jinkludu ħtif u stupru. Huma weħlu erba’ sentenzi ta’ għomor il-ħabs u huma eliġibbli għall-ħelsien proviżorju wara li jkunu skontaw 20 sena ħabs. David ittieħed fil-Fremantle Prison fejn wara ftit tpoġġa f ’ċella solitarja minħabba li kien aggredit diversi drabi minn ħabsin oħrajn. Il-ħabs ingħalaq fl-1991 u David ittieħed fil-Casuarina Prison. Fis-7 ta’ Ottubru tal2005, David instab mejjet fiċ-ċella tiegħu hekk kif neħħa ruħu b’idejh. Catherine għadha sal-ġurnata tal-lum fil-ħabs Bandyup Women’s Prison. Hi applikat għall-ħelsien proviżorju fl-2007 iżda t-talba tagħha ma ġietx aċċettata wara diversi talbiet mingħand il-familji tal-vittmi. Fl14 ta’ Marzu tal-2009, l-Avukat Ġenerali Christian Porter qal li Catherine Birnie kienet se tibqa’ fil-ħabs għal għomorha. F’Marzu tal-2010, Catherine pruvat tappella din id-deċiżjoni iżda ma ġietx milqugħa u reġgħet applikat għall-ħelsien proviżorju. L-aħħar talba reġgħet ġiet miċħuda u minn hawn bdiet kampanja mill-aħħar vittma, Kate Moir, biex ħabsin bħal Birnie ma jingħatawx l-għażla biex japplikaw għall-ħelsien proviżorju kull tliet snin. It-tifel iżżgħir ta’ Catherine qabel mal-kampanja ta’ Moir u qal li minħabba ommu ġie aggredit kemm-il darba tul ħajtu.

It-tielet vittma Noelene Patterson

Ir-raba’ vittma Denise Brown

L-aħħar vittma li rnexxi elha ssalva - Kate Moir

TMIEM


26

29.05.2022

GĦAQQAD IL-KAXXI

Għaqqad skont kemm hu l-valur li hemm fil-kaxxi. Eżempju: Jekk f’waħda mill-kaxxi hemm valur ta’ 10, trid tgħaqqad 10 kaxxi żgħar li jridu jkunu jmissu ma’ xulxin u f’forma ta’ kaxxa jew rettanglu. Ilkaxxi kollha jridu jintużaw u kaxxa tista’ tintuża darba biss. In-numru huwa indikazzjoni tat-total ta’ kaxxi żgħar u mhux neċessarjament juri minn fejn għandha tibda l-kaxxa.

SIB IL-VALUR Kull ittra fiha valur, uħud mill-valuri huma diġà mpoġġija. Uża dawn il-ħjilijiet biex issib il-kumplament tal-valuri tal-ittri.

1

2

3

4

5

6

7

8

9

10

11

12

13

14

15

16

17

18

19

20

21

22

23

24

25

26


27

29.05.2022

SUDOKU SPONSORJATA MINN WELLA

Irbaħ shampoo u conditioner tad-ditta Wella. Aqta’ din il-logħba u ibgħatha lil:

KOMPETIZZJONI WELLA, KullĦadd, ONE Complex, A 28 B, Industrial Estate, Il-Marsa MRS 3000 Isem: Indirizz:

TISLIBA 436

J.DEBONO BRIFFA - XEMXIJA

Bi 3 NUMRI 135 218 316 376 505 601 603 692 734 757 866 874 B’4 NUMRI 0060

0138 0294 0341 0867 1016 1111 1833 2520 3061 3542 3620 5126 5158 5536 5877 6200

6354 6363 6376 6497 7008 7085 7201 7257 8033 8085 9383 B’5 NUMRI 00202 15329 26265

27614 30554 34099 34104 38101 42131 46380 50961 56786 58561 66150 66169 69126 71403 96608 98080

99607 B’6 NUMRI 087763 367022 369121 431920 513109 608696 725202 727019 727205 845681 B’7 NUMRI 2194464

2579338 3136278 3171778 4610084 4907539 6597780 8086764

MIMDUDIN: 9. 1. Kompli l-qawl: ... 10. Għal ħabba bżar 12. tilef il-......... (5) 4. Bajjiet? (4) 16. 7,9. Imwieled f’raħal (5) WEQFIN: 1. Ħaddiema fuq il-vapuri (8) 2,11. Ħareġ bil-pensjoni (5) 3,17. Nofs tond (6) 5,21W. Tgħaffeġ (6)

Ara 7 18,19. Imlaħħqa (6) 19. Isiru min-nies 20. tas-servizzi (6) 21. Fejn hemm 23. id-duħħan 24. hemm dan (3)

6. 8. 11. 12. 13.

Frott (3) Telaq (9) Ara 2 Public Relations (1,1) Robert Incorvaja Inglott (1,1,1)

14. 15. 17. 21. 22.

Immur lura (5) Ara 18 Is-sidt tiegħi (5) Ġurdien kbir (3) Ħelu iswed (4) Qiem (5) Żellġu? (6) Pajjiż (6) Ara 3 Ara 5 Marka?

SOLUZZJONI TAL-AĦĦAR TISLIBA MIMDUDIN: 1.Tamal, 4.Kull, 9.Red, 10.Karate, 12.Serkin, 16.Taf, 18,21 mimduda. Vagun, 20.Faret, 23.Nsib, 24.Irtir

WEQFIN: 1.Turist, 2,7.Madum, 3,17.Lukaku, 5,21 wieqfa. Uragan, 6.Lie, 8.Maskarati, 11,22.Venti, 12,19.Sfida, 13.RVA, 14.Nitnet, 15.Farfar


28

29.05.2022

IL-BIDLA LI TISSARRAF F’ĦAJJA Editorjal

L-istorja ta’ suċċess tal-IVF f’pajjiżna għandha tkompli tikber, minkejja li diġà twieldu aktar minn 400 tarbija mill-2013 ’l hawn. Mhux biss għax hekk iddeċieda l-poplu, iżda għax dawn il-persuni jixirqilhom ċans b’saħħtu ħafna li jsiru ġenituri f’pajjiżhom stess

Il-bidliet fil-Liġi tal-In Vitro Fertilisation (IVF) li l-Gvern Laburista ressaq fl-ewwel 100 jum ta’ din il-leġiżlatura l-ġdida għandhom għajta ċara ħafna. Dan hu Gvern li jekk hemm anke ċans li tiżdied fostna mqar familja waħda, dak iċ-ċans se jagħtihulha f’pajjiżna stess. Dan għal raġunament sem­ pliċi li dan jibqa’ Gvern umli li m’għalaqx il-bieb wara l-emendi li kienu diġà seħħew fl-2018. Anzi, bil-maqlub, fetħu beraħ biex jisma’ l-kritika u s-suġġe­ rimenti ta’ dawk kollha involuti biex dawn il-bidliet sabu posthom bħala wegħda ewlenija fl-aħħar manifest elettorali tal-Partit Laburista, “Malta Flimkien”. Fl-opinjoni ta’ din il-gazzetta, iżda, l-akbar għajta tibqa’ dik li toffri l-kuraġġ lil dawk li diġà għamlu għadd ta’ tentattivi għal­xejn biex isiru ġenituri. Kif kien qal il-Prim Ministru Robert Abela matul il-kampanja elettorali, kien hemm biss talba waħda speċifika li kellhom persuni simili u li qasmu miegħu l-esperjenzi diffiċli li qegħdin jgħixu marbutin ma’ infertilità jew kundizzjoni­jiet

ġenetiċi li jwassluhom biex jitil­ fu lil uliedhom … dik li fil-fatt ikun kuraġġuż f’isimhom. U dan il-kuraġġ issa qed ikun rifless fil-bidliet li ġew proposti u li għandhom ifissru opportunitajiet akbar u aħjar lil aktar persuni li jixtiequ jsiru ġenituri. Fost dawn il-persuni hemm uħud li, mill-jum li ddeċiedew li jibdew jippruvaw għat-tfal, diġà għaddew is-snin itertqu qalbhom. Persuni li jweġġgħu meta jiltaqgħu ma’ ħbieb tagħhom li jinsabu fl-istess fażi tal-ħajja bħalhom, iżda kienu fortunati biżżejjed u qed igawdu wild jew iżjed. Li wkoll “jitqattgħu minn ġewwa” kull darba li jiltaq­għu ma’ qrabathom u jgħidulhom issa intom imiss li jkollkom ittfal. Iweġġgħu mhux għax ma jkunux kuntenti għal oħrajn li għandhom l-ulied. Jew għax ma jafux li dawk il-qraba jgħidul­ hom il-kliem li jniffed min­ għajr ebda intenzjoni ħażina. Iżda jinfilġu tant kemm hi kbira x-xewqa tagħhom li jibdew irabbu lil uliedhom. Li xi darba ’l quddiem ikun hemm min jirrikonoxxihom bħala “ma” u

“pa”. Għalhekk illum qed nistaqsu jekk dik il-mara jew dak ir-raġel għandhomx ikollhom ukoll kull possibbiltà li jsiru ġenituri f’pajjiżhom stess? Din hi l-mistoqsija li nem­m­nu li għandha tiġi mistoqsija u anke mwieġba waqt id-dibattitu li se jkollna fil-jiem li ġejjin, inkluż fl-ogħla istituzzjoni nazzjonali, dwar dawn il-bidliet, li kemm-il darba jidħlu fis-seħħ, dik il-possib­ biltà se tkun qed tingħata minnufih. F’dan ir-rigward ukoll nawguraw li dan id-dibattitu ma joffrix it-togħma qarsa li tkompli twessa’ l-feriti ta’ dawk kollha li qed jittamaw fil-possibbiltà li qed tiġi offruta mill-Gvern. Ngħidu dan sempliċiment għax s’issa l-Oppożizzjoni Nazz­ jonalista kienet kapaċi biss toħloq iżjed ġrieħi dwar issuġġett, inkluż fil-kampanja elettorali ta’ xahrejn ilu. Taħt it-tmexxija ta’ Bernard Grech, il-PN sal-lum dejjem tkellem abbażi ta’ dak li kien konvenjenti għalih, milli dak li jemmen fih. Li hu żgur li l-Partit fl-Oppożizzjoni mhux kredibbli dwar is-suġġett, għax

meta kellu ċ-ċans, inkluż meta kien għadu fil-poter sal-2013, sempliċiment sabbat il-bieb f’wiċċ dawk kollha li kienu jeħtieġu tali servizzi. Ħadd ma nesa d-dikjarazzjonijiet insensittivi li għamel Grech fl-eqqel tal-kampanja elettorali fejn, fl-istess nifs li talab il-fiduċja bil-vot ta’ dawn il-persuni, ħeġġiġhom jissieħbu fil-PN biex bl-attiviżmu kollu tagħhom jgħinu lit-tfal ta’ ħaddieħor jilħqu miri fil-ħajja daqslikieku xtaqu li kienu wliedhom li qed jilħquhom. Din il-gazzetta tappella, għal­ hekk, għal dibattitu mdawwar mar-realtà ta’ dawn il-persuni. Nappellaw li, bil-mira tal-wegħda ewlenija tal-Partit Laburista, l-istorja ta’ suċċess tal-IVF f’pajjiżna tkompli tikber iżjed, minkejja li frott id-deċiżjonijiet li ttieħdu preċedentement diġà twieldu aktar minn 400 tarbija bejn l-2013 u s-sena li għaddiet. Tkompli, mhux biss għax hekk iddeċieda l-poplu fis-26 ta’ Marzu, iżda għax dawn il-persuni jixir­qilhom ċans b’saħħtu ħafna li jsiru ġenituri, bl-appoġġ ta’ dawk viċin tagħhom fil-pajjiż li jgħixu fih.


Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.