KullĦadd_29.11.2020

Page 1

Rapport f’paġni 4u5

Il-Ħadd, 29 ta’ Novembru, 2020

Ħarġa Nru 1,429

Prezz €1

IL-ĠLIEDA ATTWALI KONTRA L-FAQAR U L-QABŻA POŻITTIVA MILL-“PERĊEZZJONI” TAL-PN

ĦABIB TA’ CASA AKKUŻAT B’REAT INTERNAZZJONALI WARA L-GIDBA …

L-EKS PLEJER TAL-FUTBOL JEFFREY CHETCUTI, LI JINSAB MIXLI B’ĦASIL TA’ FLUS U TRAFFIKAR TAŻ-ŻEJT MIL-LIBJA FLIMKIEN MA’ ERBA’ PERSUNI OĦRA, FTAĦAR BIL-ĦBIBERIJA TIEGĦU MAL-MEP NAZZJONALISTA … L-AMBAXXATA TAL-ISTATI UNITI TFAĦĦAR LILL-PULIZIJA MALTIJA TALLI RNEXXIELHA SSOLVI DAN IL-KAŻ

L-eks plejer internazzjonali tal-futbol Jeffrey Chetcuti, li din il-ġimgħa ġie arrestat u akkużat b’ħasil ta’ flus u traffikar taż-żejt mil-Libja, kien ftaħar kemm hu ħabib mal-Ewroparlamentari Nazzjona­ lista David Casa u li t-tnejn ilhom jafu lil xulxin minn mindu kienu għadhom tfal. Ftit tas-snin ilu wkoll ħareġ kif l-eks plejer l-ieħor li qed jiġi akkużat fl-istess reat, Darren Debono, hu wkoll qrib ħafna l-Eks Ministru Nazzjonalista Tonio Borg. It-tnejn li huma qed jinżammu l-Ħabs ta’ Kordin

sakemm jinbdew il-proċeduri f’dan il-każ li qed jiġi deskritt bħala l-akbar reat tax-xorta tiegħu u li jinvolvi l-ħasil ta’ miljuni ta’ ewro. L-Ambaxxata tal-Istati Uniti tal-Amerka lbiraħtlula faħħret lill-Pulizija Maltija għas-suċċess tagħha biex solviet dan il-każ internazzjonali. Sadanittant f’filmat ta’ ftit inqas minn żewġ minuti, li ilu jiċċirkola fuq YouTube sa mill-kampanja elettorali għall-Elezzjoni tal-Parlament Ewropew tal-2009, il-plejer Jeffrey Chetcuti jgħid li

Casa kien ta kontribut sinifikanti għal Malta, grazzi għad-determinazzjoni tiegħu li jasal fil-ħajja. Hu jiddeskrivi lil sieħbu bħala persuna tal-punt, rasha iebsa u ambizzjuża. “Oħrajn jgħidu ħafna, però ma tantx jattwaw,” jisħaq Chetcuti biex jagħtih l-imbottatura mixtieqa bħala parti mill-kampanja personali li kienet ingħatat l-isem ta’ “Kontinwità”. Tkompli f’paġna 10

Ċifri mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika (NSO) jixhdu kif, f’din is-sena fejn il-pandemija tal-COVID-19 ħalliet impatt negattiv fuq l-ekonomiji u l-ħaddiema kollha Ewropej, il-pagi f’pajjiżna baqgħu b’saħ­ ħit­hom, grazzi għall-miżuri li introduċa l-Gvern tal-Prim Ministru Robert Abela. Il-Ministru l-ġdid tal-Finan­zi Clyde Caruana ddeskriva dan bħala ċertifikat li l-għaj­nuna multimiljunarja li ngħatat f’dawn iż-żminijiet ibsin qed tħalli l-frott kif kien mixtieq. Tkompli f’paġna 6

GĦANDNA KARDINAL ĠDID!

Rapport f’paġna 6

SAĦĦA AKBAR FIL-PAGI


02

29.11.2020

DETTALJI EDITUR RONALD VASSALLO email: ronald.vassallo@partitlaburista.org

REKLAMAR U DISTRIBUZZJONI KIMBERLY CEFAI email: sales@kullhadd.com tel: (+356) 2568 2570

IT-TEMP GĦAL-LUM L-Ogħla Temperatura: 19°C L-Inqas Temperatura: 14°C L-Indiċi UV: 2 Is-Sitwazzjoni Ġenerali: Arja ta’ pressjoni baxxa minn fuq il-Punent tal-Mediterran ser tersaq lejn il-Lvant. It-Temp: Pjuttost imsaħħab bil-ħalbiet tax-xita iżolati li jistgħu jkunu bir-ragħad f’xi waqtiet Ir-Riħ: Moderat għal ftit qawwi mil-Lbiċ li jdur millMajjistral sa filgħaxija Il-Viżibilità: Tajba minbarra fix-xita Il-Baħar: Moderat L-Imbatt: Baxx għal moderat mix-Xlokk It-Temperatura tal-Baħar: 22°C

It-Tnejn

It-Tlieta

L-Erbgħa

DISINN TAL-PAĠNI KIMBERLY CEFAI tel: (+356) 2568 2570

KUNTATT ĠENERALI

19°C UV 3

13°C

Il-Ħamis

19°C UV 2

13°C

Il-Ġimgħa

19°C UV 3

13°C

Is-Sibt

KullĦadd email: editorial@kullhadd.com tel: (+356) 2568 2570

INDIRIZZ POSTALI

19°C UV 3

KullĦadd One Complex, A 28B, Industial Estate Il-Marsa MRS 3000

SIT ELETTRONIKU www.one.com.mt

MEZZI SOĊJALI www.facebook.com/kullhadd

STAMPAT Miller Newsprint Ltd.

NUMRI IMPORTANTI Emerġenza Covid 19 - 111 Is-Servizzi kollha ta’ Emerġenza​– 112​ Il-Pulizija ta’ Malta – 2122 4001-9​ Id-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili – 2393 0000 Il-Gwardjani Lokali – 2132 0202 L-Isptar ta’ Malta – 2545 0000 L-Isptar ta’ Għawdex – 2156 1600 Servizz Veterinarju ta’ Emerġenza – 5004 3888 Servizz ta’ Direttorju Telefoniku – 1​ 182

13°C

20°C UV 3

13°C

20°C UV 3

13°C

SPIŻERIJI LI JIFTĦU LLUM IL-ĦADD Vilhena Pharmacy, 3, Triq Sant’Anna, Il-Furjana – 21244114 Brown’s Pharmacy, 706, Triq il-Kbira San Ġużepp, Il-Ħamrun – 21238623 St. George’s Pharmacy, 21, Triq il-Kbira, Ħal Qormi – 21443045 Pharmaplus, Triq Ganu, Birkirkara – 21492958 Brown’s Pharmacy, Shop 10, Yacht Marina Apartments, Triq il-Marina, L-Imsida – 21244366 Penny Lane Pharmacy, Triq is-Sejjieħ, Is-Swieqi – 21375373 Mrabat Pharmacy, Triq l-Imrabat, Tas-Sliema – 21313535 St. Joseph Pharmacy, 164, Triq Annibale Preca, Ħal Lija – 21414051 St. Mary Pharmacy, -Mġarr Dispensing Chemists, 71, Triq Sir Harry Luke, L-Imġarr – 21580711 Parkes Pharmacy, 582, Triq San Pawl, San Pawl il-Baħar – 21571764 Sta. Lucia Pharmacy, 1, Misraħ Dorell, Santa Luċija – 21890111 White Cross Pharmacy, Shop A, Block 1, Fuq San Pawl, Bormla – 21821671 May Day Pharmacy, Triq il-Vittorja, Ħaż-Żabbar – 21826529 Martin’s Pharmacy, 182, Triq Birżebbuġa, Birżebbuġa – 21651031 Salus Pharmacy, 21, Misraħ ir-Repubblika,Iż-Żurrieq – 21680761 The Bypass Pharmacy, Triq Mikiel Azzopardi, Is-Siġġiewi – 21461681 Anici Pharmacy, BLK A, Town Centre HOS, L-Imtarfa – 21452833 Għawdex Taċ-Ċawla Pharmacy, Triq 7 ta’ Ġunju 1919, Ir-Rabat – 21557819 Ta’ Pinu Pharmacy, Triq Franġisk Portelli, L-Għarb – 27888128 Servizz ta’ tobba fiċ-Ċentri tas-Saħħa fil-Ħdud u l-festi pubbliċi Iċ-Ċentri tas-Saħħa tal-Mosta, ta’ Raħal Ġdid u tal-Furjana jiftħu għall-emerġenzi 24 siegħa, sebat ijiem fil-ġimgħa. Fil-Ħdud u fil-festi pubbliċi, iċ-Ċentru tas-Saħħa tal-Gżira jiftaħ għallemerġenzi bejn it-8.00am u l-5.00pm. Ikun hemm ukoll servizz ta’ infermier bejn it-8.00am u t-8.00pm. Il-pubbliku jrid jattendi ċ-Ċentru tas-Saħħa tad-distrett tiegħu. Persuni mingħajr karta tal-identità ma jiġux moqdija.


03

29.11.2020

FULL-TIME U PART-TIME BĦALA X-XOGĦOL EWLIENI TAL-GĦAWDXIN F’GĦAWDEX STESS RĠIEL SETTUR PRIVAT

NISA SETTUR PUBBLIKU

Jaħdmu għal rashom

Impjegati

Total

Entitajiet

Gvern

Diċ 2013

1,696

3,114

4,810

328

Diċ 2014

1,721

3,261

4,982

Diċ 2015

1,766

3,435

Diċ 2016

1,813

Diċ 2017

SETTUR PRIVAT

SETTUR PUBBLIKU

TOTAL Settur Privat u Pubbliku

Total

Jaħdmu għal rashom

Impjegati

Total

Entitajiet

Gvern

Total

2,060

2,388

476

2,307

2,783

127

1,396

1,523

11,504

384

2,056

2,440

508

2,519

3,027

124

1,421

1,545

11,994

5,201

318

2,012

2,360

550

2,689

3,239

132

1,425

1,557

12,357

3,781

5,594

358

1,956

2,314

616

2,928

3,544

130

1,402

1,532

12,984

1,873

4,071

5,944

361

2,046

2,407

696

3,261

3,957

141

1,566

1,707

14,015

Diċ 2018

2,012

4,510

6,522

364

1,997

2,361

790

3,543

4,333

144

1,566

1,710

14,926

Diċ 2019

2,154

4,979

7,133

341

1,977

2,318

889

3,769

4,658

158

1,563

1,721

15,830

Jan 2020

2,171

5,045

7,216

338

1,976

2,314

899

3,795

4,694

181

1,550

1,731

15,955

QABŻIET FL-IMPJIEGI F’GĦAWDEX BEJN L-2013 U L-2019 KIEN HEMM ŻIEDA MEDJA TA’ AKTAR MINN 720 GĦAWDXI LI KULL SENA SABU IMPJIEG EWLIENI ĠDID FIL-GŻIRA STESS Statistika ppubblikata din ilġimgħa wriet kif bejn l-2013 u l-2019 l-Għawdxin li sabu impjieg f’Għawdex stess, mingħajr l-iskariġġ li jaqsmu l-fliegu regolarment, żdiedu kull sena b’medja ta’ 721 ħaddiem iżjed mis-sena ta’ qabel. Dan ir-ritmu kien ferm aħjar fl-aħħar snin, tant li l-medja titla’ għal 949 ħaddiem kull sena bejn is-snin 2016 u 2019. Tagħrif, li ngħata nhar it-Tlieta fi tweġiba Parlamentari minn Clyde Caruana l-għada li ħa l-ġurament

tal-ħatra bħala Ministru ġdid tal-Finanzi, wera li waqt li f’Diċembru 2013 kien hemm 11,504 ħaddiema Għawdxin li kellhom impjieg full-time jew part-time bħala x-xogħol ewlieni tagħhom fil-gżira stess, f’Jannar 2020 l-ammont tela’ b’4,451 għal 15,955 ħaddiem Għawdxi. Minn dawn, 965 Għawdxi/ja kellhom ukoll xogħol part-time ieħor. Tabelli, li ġew ippreżentati bħala tweġiba għal mistoqsija tad-Deputat Għawdxi Chris Said, jispjegaw iċ-ċifri

GĦAWDXIN LI GĦANDHOM XOGĦOL PART-TIME MINBARRA XOGĦOL FULL-TIME NISA

RĠIEL

Total

Diċembru 2013

427

1,398

1,825

Diċembru 2014

454

1,421

1,875

Diċembru 2015

464

1,445

1,909

Diċembru 2016

502

1,553

2,055

Diċembru 2017

592

1,749

2,341

Diċembru 2018

647

1,877

2,524

Diċembru 2019

731

2,033

2,764

Jannar 2020

743

2,047

2,790

maqsumin bejn ħaddiema rġiel u nisa u bejn self-employed, impjiegi mal-privat u mal-Gvern jew l-entitajiet tiegħu. Dawn jixhdu kif ir-rota ekonomika Għawdxija kienet ukoll fl-aqwa tagħha fl-aħħar seba’ snin, kontra kull perċezzjoni żbaljata li jipprovaw ibellgħu mill-Oppożizzjoni Nazzjonalista. Minn dawn mhux biss joħroġ li l-akbar żidiet ta’ ħaddiema kienu rreġistrati mas-settur privat, iżda kien hemm ukoll żieda qawwija ta’ kważi 900 ħaddiem li jaħdmu għal rashom. Minn total ta’ 2,172 fl-aħħar tal-2013 dawn telgħu għal 3,070 fil-bidu ta’ din is-sena. Minbarra hekk joħroġ li f’Jannar li għadda kien hawn 13,470 Għawdxi li jaħdmu fulltime f’Għawdex stess, meta f’Diċembru ta’ seba’ snin ilu kien hemm 9,526 persuna, kważi 4,000 inqas. Għawdxin li l-impjieg ewlieni tagħhom hu part-time żdiedu b’aktar minn 500 minn 1,978 f’Diċembru 2013 għal 2,485 f’Jannar 2020. Mit-tweġiba mogħtija fil-Parlament ġie nnutat ukoll li kien hemm żieda fin-numru ta’ nisa jaħdmu full-time f’Għawdex. Filwaqt li f’Diċembru ta’ seba’ snin ilu kien hemm 3,211-il mara taħdem full-time f’Għawdex, f’Jannar li għadda n-numru tela’ għal 5,041.


04

29.11.2020

IL-ĠLIEDA ATTWALI KONTRA L-FAQAR U L-QABŻA POŻITTIVA MILL-“PERĊEZZJONI” TAL-PN ELUF KBAR TA’ ĊITTADINI MALTIN U GĦAWDXIN LI, WARA SEBA’ SNIN, ĦASSEW TITJIB ENORMI F’ĦAJJITHOM GRAZZI GĦALL-ĦIDMA U L-GĦAQAL SFIQ TA’ GVERN LABURISTA Bla dubju l-ġlieda kontra l-faqar li l-Gvern Laburista daħal b’rasu u b’ġismu għaliha hekk kif ħa f’idejh it-tmun tal-pajjiż fl-2013, qed tħalli l-frott. Dan jidher mhux biss fiċ-ċifri li perjodikament joħorġu mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika (NSO), iżda wkoll jixhduh il-familji nfushom li bis-saħħa tat-tkabbir ekonomiku u l-progress soċjali qed jgħixu kwalità ta’ ħajja ferm ogħla minn dik ta’ ftit ilu. Jidher ukoll fiż-żieda qawwija fid-depożiti tal-familji fil-banek, fit-tnaqqis rekord fl-għadd ta’ nies li jfittxu x-xogħol kif ukoll fit-tnaqqis bin-nofs fl-ammont ta’ nies fuq l-assistenza soċjali. Tant hu hekk li statistika tal-Eurostat, maħruġa ftit tal-ġimgħat ilu, ikklassifikat lil Malta fost l-aqwa 10 pajjiżi fl-Ewropa fir-rigward tat-tnaqqis fiċ-ċaħda materjali fost il-popolazzjoni. Fid-diskors tiegħu waqt id-dibattitu dwar l-estimi finanzjarji, il-Ministru għall-Familja, Drittijiet tatTfal u Solidarjetà Soċjali, Michael Falzon, aċċenna għal dan it-titjib fil-qagħda ekonomika u soċjali tal-familji Maltin f’dawn l-aħħar snin u elenka kif niżlu drastikament l-ammonti ta’ persuni li b’xi mod jew ieħor ma jlaħħqux mal-ispejjeż jew li ma jifilħux jixtru oġġetti bażiċi fil-ħajja. Fost dawn semma kif bejn l-2013 u l-2019 il-proporzjon ta’ dawk li ma jlaħħqux malħlas tal-kontijiet tad-dawl u l-ilma, kirjiet jew ħlasijiet ta’ djun naqas bi kważi 14,000, waqt li dawk li ma jifilħux iżommu darhom sħuna fix-xitwa niżlu saħansitra b’61,500. Ilkoll niftakru stejjer ta’ persuni, mhux l-inqas anzjani li jiddependu fuq il-pensjoni bħala l-uniku dħul finanzjarju, li sal-2013 ma kinux jifilħu jħallsu għall-utilitajiet li kienu jogħlew kull xahar, bħal ċilindri tal-gass biex isaħħnu djarhom, jew jiċċaħħdu minn affarijiet

INDIKATUR

2008

2013

%

Għadd ta’ persuni

%

Għadd ta’ persuni

Persuni f’riskju ta’ faqar jew esklużjoni soċjali

20.1

81,000

24.6

102,000

Persuni mċaħħdin materjalment

13.3

54,000

19.9

Persuni mċaħħdin materjalment severament

4.0

16,000

Persuni MHUX f’riskju ta’ faqar jew esklużjoni soċjali

79.9

Persuni MHUX imċaħħdin materjalment Persuni MHUX imċaħħdin materjalment severament

Differenza 2008-2013

2019

Differenza 2013-2019

%

Għadd ta’ persuni

+21,000

20.1

97,000

-5,000

82,000

+28,000

8.4

41,000

-41,000

10.2

42,000

+26,000

3.6

18,000

-24,000

322,000

75.4

312,000

-10,000

79.9

388,000

+76,000

86.7

349,000

80.1

332,000

-17,000

91.6

447,000

+115,000

96.0

387,000

89.8

372,000

-15,000

96.4

470,000

+98,000

daqstant essenzjali biex jixt- nuqqasijiet u tbatija fl-għajx- lura anke fiċ-ċirkostanzi bla preċedent li laqtu lill-pajjiż ru l-mediċini, li kienu jkunu ien tagħhom.” Ilum stenbħu u issa l-faqar minħabba l-COVID-19. intitolati għalihom b’xeIl-Gvern jaġixxi u jwettaq. jn, iżda ġeneralment kienu m’għadux perċezzjoni. Dan riċentement Biex jasal ma jintilifx iżżejjed jkunu out of stock mingħand ikkonfermah editorjal f’In-Nazzjon li fuq studji u riċerka biex isir il-Gvern. Fl-analiżi tiegħu, il-Min- stqarr li “il-faqar u r-risk- magħruf fejn hu l-faqar, eżatt istru Falzon kompla jispjega ju tal-faqar f’pajjiżna huma kif qed jipproponi l-PN bitkif fl-istess perjodu tal-aħħar realtà” u talab biex jittieħdu twaqqif ta’ “Poverty Watch”. tal-Gvern issir seba’ snin dan it-titjib kien miżuri biex jitnaqqsu l-per- L-għassa ko n t i nwa m e n t jinħass fil-qau b’mod prattisam tal-akkoku għax għandu modazzjoni f ’idejh il-polz b’żieda ta’ 31,700 soċjali tal-pajjiż fl-għadd ta’ u jinsab viċin familji sidien ta’ in-nies biex jisdjarhom, tant Il-Ministru Falzon qal li ma’ l-weġgħat u li llum tmienl-aspirazzjonija minn kull għalkemm jinsab sodisfatt u jiet tagħhom. għaxart idjar filkburi bil-progress li ntlaħaq, irridu B’hekk ma jopajjiż huma proqgħodx lura prjetà tal-istess nibqgħu b’saqajna mal-art, għax biex minn sena familji li jgħixu ir-realtà tal-ħajja turina li għad baqa’ għal oħra joħroġ fihom. Aqwa miżuri ġodda, minn hekk, tliet x’isir biex nilħqu aktar nies u familji li flimkien ma’ kwarti minngħoti ta’ żidiet hom m’għandnqatgħu lura, speċjalment fid-dawl xierqa fil-penshom l-ebda piż tal-effetti tal-COVID-19 jonijiet u fir-rata’ self malti tal-benefiċċbanek fuqhom. ji lill-familji, Ma jistax jonqos li għall-kelliema tal-Op- suni fir-riskju tal-faqar. Hu lill-vulnerabbli u persuni pożizzjoni u In-Nazzjon appuntu dan li qed jagħmel b’diżabilità. Mill-kliem għall-fatti, kif dan il-progress ma jarawhx il-Gvern, li b’kuxjenza soċjab’għajn tajba u, flok ma jir- li, jagħraf li l-ġlieda kontra jgħid il-Malti, hemm baħar rikonoxxu t-titjib li nkiseb, l-faqar hi waħda li ma taqtax, jikkumbatti. Għalhekk ta’ jikkritikaw li l-Gvern tilef għax kif juru l-istess statis- min wieħed jagħti ħarsa lejn il-boxxla soċjali u jsostnu li tiċi għad baqa’ xi jsir biex kif kienet ix-xejra tal-faqar fi “l-familji jinsabu f’morsa ta’ jintlaħqu aktar nies li jaqgħu snin li l-Partit Nazzjonalista

kien fil-Gvern u li jqishom aqwa miż-żminijiet tal-lum. Kif turi t-tabella annessa hawnhekk, meta nqabblu l-istatistika bejn l-2008 u l-2013, jiġifieri l-aħħar ħames snin ta’ Gvern Nazzjonalista, insibu li l-għadd ta’ persuni li kienu f ’riskju ta’ faqar jew esklużjoni soċjali żdied b’4.5% jew 21,000 persuna. L-ammont ta’ dawk imċaħħdin severament materjalment – jiġifieri li ma kinux jifilħu jakkwistaw erbgħa minn disa’ oġġetti bażiċi fil-ħajja jew ilaħħqu mal-ispejjeż – spara ’l fuq b’6.2% u minn ftit aktar minn 16,000 tela’ għal 42,000 persuna. Fir-rigward taċ-ċaħda materjali – fejn persuna ma tkunx tista’ tlaħħaq ma’ tlieta minn disa’ oġġetti bażiċi jew spejjeż – il-qabża ’l fuq fil-faqar kienet ta’ 6.6% għal 82,000 fl-2013 jew żieda ta’ aktar minn 28,000 mill-2008. Dan kien l-ogħla li qatt tela’ l-faqar f’pajjiżna. Fl-istess żmien, in-numru ta’ dawk MHUX f’riskju ta’ faqar jew esklużjoni soċjali naqas b’10,000, in-numru ta’ dawk MHUX imċaħħdin materjalment naqas bi 17,000 u n-numru ta’ dawk MHUX


05

29.11.2020

imċaħħdin materjalment severament naqas bi 15,000. Ix-xejra negattiva kienet dovuta l-aktar għall-għadd akbar ta’ persuni li ma kinux qed ilaħħqu mal-ispejjeż biex isaħħnu djarhom, biex iħallsu l-kontijiet tad-dawl u l-ilma u ħlasijiet fuq xiri u self. Kien hemm żieda wkoll fl-ammont ta’ persuni li ma kinux jifilħu jieklu laħam jew ħut kull jumejn. Dawn iċ-ċifri jirriflettu x-xejriet ekonomiċi u soċjali li kien għaddej minnhom il-pajjiż, b’qgħad u għoli talħajja telgħin ’il fuq u b’familji u anzjani ma jlaħħqux mal-kontijiet għoljin taddawl u l-ilma. Fejn il-qagħda tal-finanzi tal-Gvern kienet imwiegħra tant li l-Gvern iffaċċja restrizzjonijiet mill-Kummissjoni Ewropea minħabba defiċit eċċessiv. Kien żmien fejn f ’ħames snin in-nefqa fuq il-benefiċċji tal-qgħad u l-assistenza soċjali kibret b’€19.5 miljun għal ftit aktar minn €78 miljun. Kien żmien fejn l-għassiesa kontra l-faqar kienu ċassi u truxi, għax għalihom il-faqar kien biss fuq il-karta u perċezzjoni. Dak iż-żmien ma għamlu l-ebda “Poverty Watch”! Ir-rota reġgħet bdiet iddur mill-2013 u aktar ma l-pajjiż beda jiġi f ’sikktu ekonomikament u finanzjarjament aktar beda jinħass il-fejqan soċjali. Bit-tħabrik tal-Gvern gradwalment ir-rigress iddawwar fi progress u tjieb l-għajxien tal-familji tant li sal-2019 in-numru ta’ per-

suni mċaħħdin materjalment naqas bin-nofs ta’ dak li kien fl-2013, filwaqt li n-numru ta’ dawk imċaħħdin materjalment severament naqas b’60%. Kif turi t-tabella, meta nqabblu l-istatistika bejn l-2013 u l-2019, insibu li l-għadd ta’ persuni li kienu f ’riskju ta’ faqar jew esklużjoni soċjali naqsu b’4.5% jew 5,000 persuna. Dawk imċaħħdin severament materjalment naqsu b’6.6% jew niżlu b’24,000 persuna. Fir-rigward taċ-ċaħda materjali, dan naqas bi 11.4% jew b’41,000. It-tnaqqis ma kienx akbar anke minħabba li kibret sostanzjalment il-popolazzjoni, iżda dan ma kellux effett negattiv tant li fl-aħħar sitt snin in-numru ta’ dawk MHUX f ’riskju ta’ faqar jew esklużjoni soċjali żdied b’76,000, in-numru ta’ dawk MHUX imċaħħdin materjalment żdied b’115,000 u n-numru ta’ dawk MHUX imċaħħdin materjalment severament żdied b’98,000. It-tnaqqis seħħ f ’kull dimensjoni soċjali, minkejja li fl-istess żmien il-pajjiż kellu tkabbir fil-popolazzjoni. Fl-istess żmien rajna n-nefqa fuq l-assistenza soċjali u fuq il-benefiċċji tal-qgħad taqa’ sena wara l-oħra, għax kibru l-opportunitajiet tax-xogħol u nħolqu l-inċentivi biex persuni fuq l-assistenza soċjali jitħeġġu jidħlu fid-dinja tax-xogħol. Minflok, l-infiq soċjali żdied fejn verament kien hemm bżonn, inkluż fuq il-pensjonijiet, u dan wassal

għall-progress kbir irreġistrat fl-aħħar sitt snin. Dan wassal biex il-Gvern Laburista rnexxielu jelimina l-faqar kollu li żdied taħt il-Gvern Nazzjonalista bejn l-2008 u l-2013. Mitlub jikkummenta, il-Ministru Falzon qal li għalkemm jinsab sodisfatt u kburi bil-progress li ntlaħaq,

irridu nibqgħu b’saqajna mal-art, għax ir-realtà talħajja turina li għad baqa’ x’isir biex nilħqu aktar nies u familji li nqatgħu lura, speċjalment fid-dawl taleffetti tal-COVID-19. Xhieda ta’ dan huma l-miżuri soċjali maħsubin għas-sena li ġejja u li jkomplu mal-kullana ta’ inizjattivi u miżuri li

wettaqna f ’dawn l-aħħar snin. Il-Ministru qal li jinsab sodisfatt li, fl-approvazzjoni tagħha għall-Baġit 2021, il-Kummissjoni Ewropea din il-ġimgħa ħadet nota wkoll ta’ dawn il-miżuri importanti intiżi biex inkomplu ntejbu l-benefiċċji għall-familji u l-pensjonanti.


06

29.11.2020

GRECH IT-TIELET KARDINAL MALTI Monsinjur Mario Grech ilbie­­ raħ waranofsinhar inħatar Kardinal fil-Bażilika ta’ San Pietru fl-Istat tal-Vatikan, flimkien ma’ 12-il porporat ieħor f’konċistorju li seħħ taħt restrizzjonijiet b’riżultat tal-pandemija tal-COVID-19. Permezz ta’ din il-kariga, Mons. Grech, li għandu 62 sena u hu mill-Qala, se jkun it-tielet Kardinal ta’ nisel Malti (u l-ewwel wieħed minn Għawdex). Hu se jkollu vot fil-konklavi għall-ħatra ta’ papa ġdid. Qablu kien hemm il-Belti Fabrizio Sciberras Te­ staferrata u l-Ġirbi Prospero Grech li nħatru fl-1818 u fl2012 rispettivament. Waqt iċ-ċerimonja speċjali tal-bieraħ, li bdiet għall-ħab­ ta tal-4:00 p.m., Grech in­ għata l-privileġġ li jindirizza lill-Papa Franġisku f’mes­ saġġ tal-okkażjoni li matulu wkoll semma l-fidi tal-Maltin u s-Santwarju tal-Madonna ta’ Pinu fil-gżira Għawdxi­ ja. Minbarra hekk hu wassal viżjoni ta’ Knisja Universali miftuħa għal dawn iż-żmini­ jiet fejn ir-rwol tal-lajċi hu akbar minn qatt qabel. Mario Grech, imbagħad qara l-kredu bil-Latin u anki ħa l-ġurament ta’ lealtà lejn il-Papa f’ismu u f’isem it-12il reliġjuż l-ieħor li kienu se jiġu maħtura Kardinali. Sussegwentement, Mon­ sinjur Grech kien ukoll l-ew­ wel wieħed li nħatar Kardi­ nal billi niżel għarkupptejh quddiem il-Papa li libbislu l-karlotta, il-berettin aħmar u ċ-ċurkett biex uffiċjalment sar Kardinal. Il-proċedura segwiet għall-bqija. F’messaġġ b’saħħtu, il-Pa­

Grech ingħata l-privileġġ li jindirizza lill-Papa Franġisku f’messaġġ tal-okkażjoni li matulu wkoll semma l-fidi tal-Maltin u s-Santwarju tal-Madonna ta’ Pinu fil-gżira Għawdxija. Minbarra hekk hu wassal viżjoni ta’ Knisja Universali miftuħa għal dawn iż-żminijiet fejn ir-rwol tal-lajċi hu akbar minn qatt qabel

pa Franġisku fakkar lill-kar­ dinali eletti biex jibqgħu dejjem umli u jibqgħu jsegwu t-triq ta’ Kristu u ma joħorġu qatt minnha, għax hemm ikunu fallew fil-missjoni sagra tagħhom. Grech, li issa se jkompli ħidmietu fil-Kurja Ruma­ na bħala Segretarju Ġen­ erali tas-Sinodu tal-Isqfiji­ et, ilbieraħ filgħodu bagħat messaġġ lill-poplu Malti u Għawdxi. “Bqajt ftit im­ saħħar bir-reazzjoni ta’ ġen­ sna għat-tħabbira li għamel il-Papa Franġisku meta qal

li se jseħibni fil-Kulleġġ tal-Kardinali tal-Knisja,” qal l-Emeritu Isqof ta’ Għaw­ dex, waqt li tenna kif dakin­ har tal-25 ta’ Ottubru, meta l-Papa sejjaħlu biex ikun Kardinal, ħafna ħassew sens ta’ sodisfazzjon, għax il-Kap tal-Knisja Kattolika ftakar fil-Maltin, minkejja ċ-ċokon ta’ pajjiżna. Hu qal li kemm il-Knisja kif ukoll pajjiżna għandhom ħafna tajjeb u kif kull wieħed u waħda minna għandna sens ta’ responsabbiltà biex nieħdu ħsieb inkattru t-tajj­

eb, filwaqt li nnaqqu l-ħaxix ħażin li jitfaċċa maż-żmien. Il-Kardinal tenna kif din il-mewġa friska li ġiet fuq pajjiżna tfisser li l-Knis­ ja għadha tagħmel ħoss, minkejja li fil-passat għamlet l-iżbalji tagħha. Saħaq li hu importanti li l-fjamma tal-fi­ di fi Kristu tibqa’ tixgħel filqlub ta’ kulħadd. Il-kardinali l-ġodda l-oħrajn huma Marcello Se­ meraro, Antoine Kamban­ da mir-Rwanda, l-Amerikan Wilton Gregory, Jose Fuerte Advincula mill-Filippini,

iċ-Ċilen Celestino Aos Bra­ co, Cornelius Sim mill-Bru­ nei, it-Taljani Paolo Loju­ dice u Mauro Gambetti, u Felipe Arizmendi Esquivel mill-Messiku. Iċ-ċerimonja tal-konċis­ torju tal-bieraħ, għalkemm mhux komuni, ma kinitx bla preċedent. Il-midja tal-Vati­ kan irrapportat kif fl-2014 Lo­ ris Francesco Capovilla laħaq kardinal, imma ma kienx preżenti fil-Vatikan minħab­ ba l-età u problemi ta’ saħħa. Hu ngħata l-kappa l-ħamra u ċ-ċurkett speċjali aktar tard mingħand id-Dekan talKulleġġ tal-Kardinali.

MIŻURI LI SALVAW IN-NEGOZJI U L-IMPJIEGI Tkompli minn paġna 1 Stqarrija mill-Ministeru għall-Finanzi u x-Xogħol qalet li “l-pandemija ħalliet im­ patt negattiv f’setturi bħat-turiżmu u r-retail minħabba r-restrizzjonijiet intro­ dotti relatati mal-COVID-19, iżda d-diver­ sità fl-ekonomija Maltija għenet biex dan l-impatt jittaffa. Oqsma varji bħas-servizzi finanzjarji, professjonali u l-kostruzz­ joni kienu importanti biex l-impatt fuq l-ekonomija jitnaqqas.” Ingħad li l-klima ekonomika ta’ pajjiżi oħrajn irriżultat f’negozji li fallew b’rati għoljin, pagi tal-ħaddiema jinżlu u l-qgħad jisplodi, filwaqt li f’Malta l-pagi u l-impjie­ gi baqgħu stabbli. “Dan fl-isfond li n-ne­

gozji Maltin u Għawdxin baqgħu joperaw, minkejja li raw tnaqqis fil-profitti tagħhom b’konsegwenza tat-tnaqqis naturali fid-do­ manda minħabba l-pandemija.” Il-Ministru Caruana qal li “l-istatisti­ ka maħruġa mill-NSO turi li fl-ewwel disa’ xhur ta’ din is-sena l-pagi f’Malta baqgħu stabbli filwaqt li fl-Ewropa rajna tnaqqis sostanzjali. Dawn il-figuri huma ċertifikat lill-Gvern li l-pakketti ta’ għajnuna mħab­ bra matul dawn l-aħħar xhur, speċjalment il-Wage Supplement, qed iħallu l-frott tagħhom u qed jiksbu l-miri mixtieqa.” Wara pakketti oħrajn preċedenti, li wkoll introduċew il-kunċett ta’ suppliment tal-paga lin-negozji ta’ €800 fix-xahar għal kull ħaddiem full-time u €600 għal

kull ħaddiem part-time biex iżommuhom fl-impjieg, fid-9 ta’ Ġunju li għadda l-Prim Ministru Abela nieda l-akbar pakkett ta’ rkupru ekonomiku li qatt ġie introdott f’pajjiżna, €900 miljun. Anke jekk dan waqqaf ħesrem il-mixja pożittiva ta’ surpluses fil-finanzi pubbliċi, li esperjenzajna fl-aħħar snin grazzi għallgħaqal u t-tmexxija tal-Ministru Edward Scicluna, in-negozji u l-impjiegi lokali ġew salvati prattikament kollha. Dan illum ukoll jagħmilna fost l-aħjar, jekk mhux l-aħjar, pajjiżi fl-Unjoni Ewro­ pea kollha u fid-dinja li rnexxielhom ifendu bl-aħjar mod fis-sitwazzjoni u ċ-ċirkostan­ zi bla preċedent li ħasdu lid-dinja kollha kemm hi.


07

29.11.2020

TFARFAR TRADIMENT FUQ DALLI METSOLA TIPPROVA TISKOLPA RUĦHA GĦAL PROĊEDURI LI FTAĦRET LI BDIET FI BRUSSELL KONTRA PAJJIŻNA L-Ewroparlamentari Nazzjonalista Roberta Metsola, li tiftaħar kif kienet minn ta’ quddiem nett biex tagħmel ilħsara lil Malta, fosthom b’attakk faħxi kontra l-Programm ta’ Ċittadinanza b’Investiment (IIP), bil-wiċċ tost kollu issa trid twaħħal fil-Kummissarju Ewropew Maltija Helena Dalli għal proċeduri li l-Kummissjoni Ewropea bdiet kontra pajjiżna. Biex tipprova tgħatti dak li għamlet u għadha tagħmel, Metsola tefgħet ir-responsabbiltà fuq Dr Dalli, għax, skontha, din kienet preżenti fil-laqgħa tal-Kulleġġ tal-Kummissarji Ewropej fejn ġie deċiż li jiskattaw proċeduri kontra Malta, li l-istess Ewroparlamentari Nazzjonalista stinkat biex filfatt jibdew malajr kemm jista’ jkun. Dan kollu qalitu waqt li kienet qed tieħu sehem fil-programm Xtra fuq l-istazzjon nazzjonali fil-ġimgħat li għaddew. Metsola, iżda, qed tipprova tqarraq meta taf li l-proċeduri ta’ ksur ta’ direttivi jinfetħu mill-Kummissarju Ewropew responsabbli mis-suġġett partikolari wara li tkun saret pressjoni mill-Parlament Ewropew, fosthom bħalma ġara fil-każ tal-Programm ta’ Ċittadinanza b’Investiment, li l-istess rappreżentanta tal-PN fetħet kruċjata fuqu. Għaldaqstant, mhux minnu l-impressjoni li pprovat tagħti Metsola li Helena Dalli kellha xi sehem fid-deċiżjoni. F’Malta kulħadd jaf li Metsola u Casa ilhom is-snin imexxu aġenda kontra Malta. Fuq il-każ tal-IIP, pereżempju, l-ewwel mistoqsija fil-Parlament Ewropew fuq l-iskema taċ-ċittadinanza saret minn Metsola. Battalja qalila li ilhom imexxu, avolja esponenti ewlenin tal-Partit tagħha ħaddnu l-iskema kemm ilha teżisti. Metsola u Casa għamlu numru ta’ interventi kontra Malta biex iqajmu kull dubju fuq il-governanza u s-saltna tad-dritt f’Malta u anke mexxew delegazzjonijiet f’Malta mill-Parlament Ewropew għal dan il-għan. Metsola għamlet minn kollox biex tikkundanna lil Malta, iżda, fl-istess nifs qabżet għal pajjiżi, bħall-Ungerija u l-Bulgarija l-aktar riċenti. Fil-Bulgarija kien hemm in-nies fit-toroq tal-kapitali Sofia proprja jitkellmu fuq is-saltna tad-dritt u jipprotestaw kontra l-Gvern Bulgaru, li hu mill-istess familja politika tal-PN, il-Partit Popolari Ewropew (EPP), u d-difiża ta’ Metsola fil-konfront tat-tmexxija tal-Prim Ministru Boyko Borisov qanqlet ir-rabja tal-maġġoranza tal-Bulgari li fil-protesti tagħhom laqqmuha “Mrs Mafia”.

KUMPANIJA MALTIJA SE TIFFAĊILITA L-PRODUZZJONI TAL-KANNABIS MEDIĊINALI EVOLVE LTD TIFFIRMA FTEHIM MA’ ŻEWĠ KUMPANIJI INTERNAZZJONALI TA’ KONSULTAZZJONI U BEJGĦ TA’ MAKKINARJU GĦAL DAWK INTERESSATI FIS-SUQ LOKALI Evolve Ltd, kumpanija lokali tax-xjenza li qed tikber b’rata mgħaġġla, ħabbret li ffirmat ftehim ta’ sħubija maġġuri biex tkompli tiżviluppa l-industrija tal-kannabis mediċinali kemm lokalment kif ukoll barra minn xtutna. Fil-fatt Evolve ngħaqdet ma’ żewġ kumpaniji speċjalizzati, Cannalytica, li hi bbażata f’Malta u fir-Renju Unit, u Cannabreeze mill-Greċja, biex taqdi l-ħtiġijiet tal-klijenti u tipprovdi punt wieħed ta’ kuntatt għal dawk interessati li jinvestu f’din l-industrija emerġenti. Riċerka Ewropea tindika li l-industrija tal-kannabis mediċinali mistenni jkollha valur ta’ aktar minn €55 biljun sal-2028. Ftit aktar minn sentejn ilu, pajjiżna kien l-ewwel stat membru li lleġiżla qafas regolatorju ħolistiku biex ikun hawn produzzjoni tal-mediċina magħmula mill-kannabis. Minn mindu din il-liġi daħlet fis-seħħ, pajjiżna beda jgawdi minn aktar investimenti ta’ proġetti innovattivi u impjiegi ta’ kwalità. Evole Ltd, li diġà għandha rekord ta’ suċċess fis-settur tant li għenet fl-iżvilupp tal-ewwel faċilitajiet tal-kannabis mediċinali regolati f’pajjiżna s-sena l-oħra, hi wkoll kuntrattur turnkey ewlieni lokali għal kull parti fl-iżvilupp speċjalizzat, inkluż tagħmir għal-laboratorji, fost oħrajn. Cannanalytica toffri servizzi regola­ torji bħal ċertifikazzjoni bi grad EU-GMP u servizzi ta’ konsulenza dwar l-iżvilupp tan-negozju lil investituri u produtturi liċenzjati li bħalissa huma preżenti fis-settur jew qed jippjanaw li jidħlu fin-negozju tal-kannabis mediċinali. Min-naħa l-oħra, Cannabreeze tipprovdi wkoll servizzi innovattivi ta’ konsultazzjoni u apparat, mill-kultivazzjoni tal-kannabis mediċinali sa faċilitajiet għall-ipproċessar. Id-Direttur Maniġerjali ta’ Evolve Christopher Busuttil Delbridge (lemin) qal li “b’dan il-ftehim ta’ koperazzjoni qed inneħħu t-tbatijiet tal-ippjanar u t-twaqqif ta’ faċilitajiet neċessarji qed inneħħuhom minn fuq spallejn l-investituri prospettivi. Flimkien għandna għexieren ta’ esperjenza fl-industrija u dan il-proġett konġunt se jippermetti lill-investituri u lill-produtturi biex jimxu għal dak li jridu u dak li huma tajbin fih, waqt li jaqtgħu l-frott tal-impenji tagħhom. Il-futur hu sabiħ għal kull min jiddeċiedi li jibda jopera f’din l-industrija lokali u din is-sħubija għadha kemm għamlet l-affarijiet eħfef.” Statistika riċenti żvelat kif attwal­ ment jeżistu mas-700 persuna li, min­ ħabba mard jew kundizzjonijiet partikolari, qed jikkuraw lilhom infushom

permezz tal-kannabis mediċinali wara li applikaw mal-awtoritajiet rispettivi u ġabu l-permess neċessarju biex jixtruha direttament mingħand spiżerija. Jirriżulta li terz ta’ dawk li għandhom permess għal din ilme­diċina huma affettwati minn ansjetà, dipressjoni, nuqqas ta’ rqad (insomnia) u obsessive-compulsive disorder (OCD). Dawn jammontaw għal total ta’ 239 pazjent. Warajhom jiġu dawk li jbatu minn uġigħ tar-rewmatiżmu kkawżat minn Fibromyalgia (140 każ) u uġigħ ieħor, partikolarment uġigħ fid-dar (136 każ). Il-lista twila ta’ każi intitolati għall-kannabis mediċinali hi vasta u tvarja minn pazjenti li jbatu minn uġigħ ta’ ras/ emigranja jew Ekżema sa dawk milquta mill-Parkinson’s Disease jew mill-kanċer.


08

29.11.2020

VIŻJONI MILL-PERSPETTIVA TAL-ERBA’ MINISTRI ĠODDA “L-aktar Kabinett żagħżugħ, femminili, Għawdxi u ta’ stoffa.” Hekk iddeskriva l-Kabinett il-ġdid tiegħu l-Prim Ministru Robert Abela wara li tħabbru l-bidliet bħall-bieraħ ġimgħa. Il-bidliet saru wara ż-żewġ co-options fil-Parlament Malti fid-19 ta’ Ottubru li għadda, u wara li tħabbar li l-Professur Edward Scicluna kien se jirriżenja minn Ministru għall-Finanzi fejn serva għall-aħħar seba’ snin biex jinħatar Gvernatur tal-Bank Ċentrali ta’ Malta wara li jiskadi l-perjodu ta’ Mario Vella. Il-Kabinett tal-Ministri l-ġdid jinkludi ħames uċuħ ġodda ta’ deputati Parlamentari li fil-passat qatt ma servew la bħala Ministri u lanqas bħala Segretarji Parlamentari. Bil-

JUSTYNE CARUANA Ministru għall-Edukazzjoni

bidliet li saru, issa d-deputati kollha nisa li ġew eletti fl-elezzjoni ġenerali li għaddiet f’isem il-Partit Laburista (jew li ġew co-opted filkaż ta’ Dr Dalli) għandhom kariga fl-eżekuttiv, tnejn bħala Ministri u Segretarju Parlamentari. Apparti dan, bil-ħatra ta’ Justyne Caruana bħala Ministru għall-Edukazzjoni nħolqot ukoll storja politika, għax hi l-ewwel darba kemm ilu jiggverna l-Partit Laburista, li Għawdex se jkollu tliet deputati minn tlieta eletti minnu lkoll Ministri. L-oħrajn ovvjament huma Clint Camilleri, Ministru għal Għawdex, u Anton Refalo, Ministru għall-Agrikoltura, Sajd u Drittijiet tal-Annimali. Il-bidliet ikomplu jikkaratterizzaw il-Kabinett bħala wieħed ta’ talent u magħqud, b’element

Nirringrazzja lill-Prim Ministru Robert Abela tar-responsabbiltà ġdida li fdani fiha bil-ħatra bħala Ministru għall-Edukazzjoni. Bħalma dejjem għamilt, dħalt f’dan ir-rwol b’impenn mill-ewwel sigħat. Nonqos jekk ma nroddx ħajr lill-Ministri li kienu responsabbli qabli minn dan is-settur, Evarist Bartolo u Owen Bonnici. Qatt ma għamilt pass lura quddiem sfida. Is-settur Edukattiv huwa wieħed mill-pilastri ewlenin li jsawru soċjetà sana, soċjetà li tħares ’il quddiem biex tkun tista’ tgħix ħajja aħjar. U huwa dan is-settur li jħejji lill-ġenerazzjonijiet ġodda għall-ħajja futura tagħhom, li jdaħħalhom fid-dinja tax-xogħol, li jħejjihom tajjeb għall-bżonnijiet kollha għall-quddiem. U din hija l-isfida li rrid nara li tieħu l-ħajja; li b’kull mezz possibbli dan is-settur ikun wieħed ta’ kwalità għolja, wieħed li jaqdi l-ħtiġijiet tal-edukaturi u tal-istudenti ta’ kull sena skolastika u ta’ kull livell skolastiku fl-istituzzjonijiet kollha edukattivi tal-pajjiż. U wkoll il-ħtiġijiet tal-pajjiż. Il-Ministeru għall-Edukazzjoni huwa wieħed vast, b’ħtiġijiet varji u għandu wkoll il-prijoritajiet tiegħu. Kull prijorità għandha l-importanza tagħha.

Din il-pandemija bidlitilna ħajjitna u għalhekk nħarsu ’l quddiem biex nerġgħu lura għar-rutina ta’ kuljum: dik li ngawdu l-affarijiet li dejjem kienu ċentrali f ’ħajjitna. L-ivvjaġġar u ż-żjarat f ’postijiet ġodda jibqgħu kruċjali fl-esperjenza tagħna l-Maltin u l-Għawdxin. Huwa b’dan f ’moħħna li nixtiequ nħaddnu u nilqgħu t-turisti li jagħżlu lil Malta u Għawdex bħala d-destinazzjoni tal-għażla tagħhom. L-ebda pandemija, mhi ser titfa’ f ’detriment il-livell b’saħħtu ta’ ospitalità li joffri pajjiżna lill-viżitaturi li jżuruna. Fuq kollox, f ’dan il-perjodu għandna noffru l-kuraġġ lil dan is-settur li sfortuntament bata ħafna f ’dawn l-aħħar xhur. Irridu nħarsu ’l quddiem biex il-Gżejjer Maltin jservu bħala post fejn in-nies ikoll-

qawwi ta’ żgħażagħ u bil-parteċipazzjoni tan-nisa kollha fil-Grupp Parlamentari tal-Gvern. Il-prijorità tal-Prim Ministru Robert Abela f’dawn id-deċiżjonijiet kienet li l-pajjiż ikompli miexi b’saħħtu ’l quddiem billi jwettaq aktar bidliet u riformi li jtejbu l-kwalità tal-ħajja tal-Għawdxin u Maltin. Dan huwa l-Kabinett li jista’ jkompli jindirizza u joffri s-serħan il-moħħ lill-familji, il-ħaddiema u n-negozji, għax kburi b’pajjiżna u li jemmen fil-poplu Malti u Għawdxi. Waqt li l-Ministri l-ġodda diġà bdew mill-ewwel bil-ħidma tagħhom fid-dekasteri rispettivi fil-ftit jiem biss mill-ħatra tagħhom, tlabna mingħandhom il-viżjoni tagħhom għall-Ministeru rispettiv tagħhom.

Fuq quddiem nett se nara li jkolli kuntatt dirett ma’ dawk kollha li jsawru dan is-settur: l-edukaturi, l-LSEs, l-istudenti, il-ġenituri, l-għaqdiet tal-istudenti u tal-ġenituri u mhux anqas l-imsieħba kollha li b’mod dirett u wkoll b’mod indirett jagħtu l-kontribuzzjoni siewja tagħhom biex l-edukazzjoni f’pajjiżna tkun waħda tal-ogħla livell possibbli. Irrid nara tisħiħ mhux biss tal-infrastruttura – li hija importanti għax hija l-ambjent fejn l-istudenti u l-edukaturi jqattgħu l-parti l-kbira talħin tagħhom, imma wkoll tal-mezzi u l-għodda ta’ tagħlim li għandna fil-pajjiż. Dan il-Gvern iħares lejn dan is-settur b’importanza. Xhieda ta’ dan huwa l-akbar allokazzjoni finanzjarja li qatt ingħatat f’Baġit. Il-Baġit għas-sena 2021 qed jagħti lill-edukazzjoni żieda ta’ €65 miljun fuq il-Baġit tal-2020, ċifra li teskludi Fondi Ewropej. U din hija allokazzjoni li se jibbenefikaw minnha t-tfal tagħna u l-edukaturi tagħna. Se tkun prijorità li nara li dawn il-fondi jkunu hemm biex ukoll noħolqu l-aqwa opportunitajiet f’dan il-qasam biex iwasslu għal kwalità ta’ ħajja aħjar għall-poplu Malti u Għawdxi.

hom esperjenza unika msejsa fuq il-kultura, l-istorja, id-divertiment u fuq kollox il-ħajja Maltija. It-titjib fil-prodott Malti ser inkun ċentrali fil-viżjoni tagħna. Dan jikkumplimenta bil-kbir l-aspirazzjoni li nsaħħu u niddiversifikaw in-niċeċ turistiċi tagħna ma’ pajjiżi Ewropej u lil hinn. Bil-vaċċin tal-COVID-19 ftit ġimgħat ’il bogħod, ser inkunu fuq quddiem biex noffru lit-turisti li jżuruna esperjenza unika bi prodott ta’ kwalità u sostenibbli. Il-pandemija waslet max-xtut tagħna meta Malta kienet fl-aqwa tagħha fiż-żjarat turistiċi. Ninsab fiduċjuż li wara dawn iż-żminijiet ta’ sfida, dan il-pajjiż ser joħroġ iżjed b’saħħtu minn li kien ftit tax-xhur ilu.

CLAYTON BARTOLO Ministru għat-Turiżmu u l-Protezzjoni tal-Konsumatur


09

29.11.2020

MIRIAM DALLI, Ministru għall-Enerġija, l-Intrapriża u l-Iżvilupp Sostenibbli

Is-suċċess ta’ pajjiż mhuwiex it-tkabbir ekonomiku waħdu imma flimkien miegħu l-kwalità tal-ħajja tal-familji Maltin u Għawdxin. Id-dekasteru li ġejt fdata bih – dak tal-Enerġija, l-Intrapriża u l-Iżvilupp Sostenibbli – huwa messaġġ ċar tad-direzzjoni li qed jieħu l-Gvern Laburista. Dik ta’ viżjoni fejn il-pajjiż jilħaq il-mira ta’ ekonomija li ma tħammiġx sal-2050. Flimkien mal-kollegi tiegħi, irridu nuru li din il-viżjoni mhijiex sempliċement stqarrija imma se naħdmu b’mod konkret biex nilħqu dawn l-għanijiet. Ħafna jaħsbu li l-2050 qiegħda ’l bogħod. Mhuwiex il-każ. Irridu nibdew naħdmu mil-lum biex din it-tranżizzjoni ma tkunx ta’ piż fuq in-negozji, il-ħaddiema u l-familji. Bil-ħdima tiegħi rrid inħeġġeġ lill-intrapriżi jkunu innovattivi; irrid li ċ-ċittadini jħossuhom parti minn din il-bidla. Fl-aħħar mill-aħħar, it-tibdil pożittiv u l-ħidma li trid issir biex inkomplu nsaħħu l-ekonomija ta’ pajjiżna trid twassal biex minnha jgawdi kullħadd. Dejjem sħaqt li l-ekonomija, l-ambjent u l-aspett soċjali jimxu id f ’id. Mill-qasam tal-enerġija rrid nara li nagħmlu użu aħjar mill-enerġija rinnovabbli. Fih innifsu

Filwaqt li f ’pajjiżi oħra Ewropej rajna tnaqqis sostanzjali fil-pagi tal-ħaddiema u numru ta’ tkeċċijiet, f ’Malta s-sitwazzjoni kienet waħda stabbli. Filwaqt li huwa żmien diffiċli għall-ħaddiema u n-negozji minħabba l-inċertezza li ġabet magħha l-pandemija, qed naraw ukoll ir-reżiljenza ta’ ekonomija li hija diversifikata. Dan mhux żmien sabiħ. Il-prijorità kienet u tibqa’ s-saħħa tal-Maltin u l-Għawdxin. Iżda hekk kif nibdew naraw aħbarijiet promettenti fuq il-vaċċin u d-dinja terġa’ tibda tiġi lura għan-normal is-sena d-dieħla, irridu naraw li jkollna negozji li jkunu f ’qagħda li jkomplu l-kummerċ tagħhom u li l-ħaddiema jerġgħu jibdew isaħħu d-dħul tagħhom. Kellna ħaddiema li tilfu l-overtime, li forsi kellhom it-tieni impjieg, u s-self-employed li raw tnaqqis tax-xogħol tagħhom fil-forom varji, minħabba li d-domanda naqset minħabba l-COVID-19.

dan il-pjan jista’ jwassal għall-opportunitajiet biex nattiraw investiment barrani li joħloq xogħol ġdid. Il-vantaġġ tad-daqs ta’ pajjiżna huwa li nistgħu nservu bħala testing ground għal proġetti pilota. B’dan il-mod, jkunu qed jinħolqu wkoll opportunitajiet għall-intrapriżi diġa stabbiliti f ’Malta u Għawdex. Fiż-żmien tal-pandemija, ħarġet bl-aktar mod ċar il-bżulija tal-ħaddiema u s-sidien tan-negozji tagħna. Din il-bżulija rridu nippremjawha u ninkoraġġixxu lil min iħaddem biex ikun innovattiv, jinvesti fil-futur, bi pjan fit-tul. Li negozju jkun effiċjenti jfisser li jrid isir investiment inizjali u għal dan il-għan, il-Malta Enterprise għandha numru ta’ skemi li n-negozji huma mħeġġa jagħmlu użu minnhom. Se naħdmu biex naraw kif nistgħu nkomplu nsaħħuhom. Il-kwalità ta’ ħajja aħjar, il-protezzjoni tal-ambjent u t-tkabbir ekonomiku huma tlieta mill-pilastri li jiffurmaw is-Sustainable Development Goals (SDGs). Hemm 17-il mira ta’ Żvilupp Sostenibbli mfassla mill-Ġnus Magħquda li Malta, flimkien mal-pajjiżi ta’ madwar id-dinja, irridu nilħqu. Dawn il-miri huma mibnija fuq il-prinċipji li ħadd ma jitħalla lura. Din hija l-viżjoni li tixpruna l-politika tiegħi.

Dawn il-ħaddiema, speċjalment dawk li għandhom dħul baxx, se jkunu prijorità u se jsibu l-Gvern warajhom biex jgħinhom jiksbu lura l-livell ta’ xogħol li kellhom qabel. Fuq kollox irridu naraw li l-ħaddiema Maltin u Ghawdxin ikollhom dħul li jista’ joffrilhom livell ta’ għajxien tajjeb. Għandhom ikollhom dħul li tista’ tibni futur bih. Irridu nnsaqsu l-mistoqsijiet diffiċli lilna nfusna u għandna noffru tweġiba. Għandna koppji żgħażagħ bi dħul baxx li minkejja li għandhom żewġ pagi ma jistgħux jieħdu biżżejjed self u jixtru dar? Irridu ekonomija li tippermetti li dawn il-koppji ma jeħlux f ’morsa li ma jistgħux joħorġu minna, iżda li d-dħul tagħhom ikun biżżejjed biex jistgħu jibnu futur. Għalhekk, irridu nibnu fuq il-ġid li nħoloq fil-passat u naraw li l-ekonomija post-COVID-19 tkun waħda iżjed ekwa u ġusta fost il-familji Maltin u Għawdxin.

CLYDE CARUANA, Ministru għall-Finanzi u x-Xogħol


10

29.11.2020

CHETCUTI U DEBONO QRIB IL-PN Tkompli minn paġna 1 Biex isaħħaħ l-argument tiegħu ta’ kemm kien ilu jaf lill-Membru Parlamentari Nazzjonalista, Chetcuti jqanqal il-memorji ta’ meta bħala tfal ta’ xi 12 jew 13-il sena kienu jilagħbu fit-toroq tal-Belt Valletta, fejn kienu joqogħdu n-nanniet rispettivi tagħhom. “Kelli n-nanna u n-nannu joqogħdu l-Belt u żewġ bibien ’l isfel kienet toqgħod in-nanna ta’ David Casa. Konna niltaqgħu grupp kbir ta’ ġuvintur u tfajliet dejjem hemm il-Belt għand in-nanniet u konna nilagħbu futbol, noli, ħarba u kollox. U ovvjament minn hemm bdiet il-ħbiberija tiegħi ma’ David Casa.” Wara dik il-kampanja elettorali ta’ 11-il sena ilu, Casa kien irnexxielu jiġi elett fil-Parlament Ewropew, flimkien ma’ Simon Busuttil, wara li wiret il-voti ta’ Roberta Metsola li spiċċat waqgħet flgħadd preċedenti. Nhar il-Ħamis il-Qorti rrevokat digriet li ħarġet jumejn qabel għal divjett fuq l-ismijiet ta’ Chetcuti u Debono, sakemm ġew arrestati iżjed persuni f’dan iċ-ċirku ta’ traffikar taż-żejt u ħasil talflus. Flimkien ma’ Chetcuti u Debono, ġew arrestati wkoll Gordon Debono, negozjant taż-żejt, u martu Yvette-Marie, li huma diretturi fi 11-il

kumpanija, u Shawn Higgins. Minbarra hekk ġew interrogati wkoll l-Avukat Arthur Azzopardi u l-Accountant Chris Baldacchino, li, iżda, ġew rilaxxati fuq police bail. Tliet snin ilu, din il-gazzetta kienet żvelat ukoll kif Darren Debono, li wkoll jinsab akkużat bl-istess reat, kien impjegat fil-Ministeru għall-Affarijiet Barranin bħala persuna ta’ fiduċja ta’ Joe Borg qabel dan sar Kummissarju Ewropew fl2004. Dakinhar il-gazzetta

KullĦadd kienet rat dokumenti li jikkonfermaw dan kollu u tagħrif f’idejna wera li Joe Borg ma kienx l-uniku esponent tal-PN li tiegħu Debono kien qrib, iżda kellu konoxxenzi stretti oħrajn fid-Dar Ċentrali. Joe Borg kien ħatar lil Debono bħala persuna ta’ fiduċja fis-Segretarjat tiegħu, iżda l-impjieg ġie terminat fl2004, meta l-Ministru nħatar Kummissarju Ewropew responsabbli mis-Sajd u Affarijiet Marittimi.

Meta l-każ ta’ traffikar taż-żejt mil-Libja kien issemma l-ewwel darba tliet snin ilu bħala parti minn investigazzjoni Taljana msejħa “Dirty Oil”, Debono kien ġie arrestat fi Sqallija u akkużat b’kompliċità flimkien mal-istess Gordon Debono. Il-proċeduri hemmhekk għadhom għaddejjin. Fl-2017 kien ingħad li l-pulizija fi Sqallija kienet qed tinvestiga serq ta’ diesel minn raffinerija fi Tripli fl-2015 u kien stmat li kienu diġà ġew

importati fl-Ewropa mat-82 miljun kilo ta’ diesel trasportat fuq dgħajjes żgħar tal-immigranti u wara tgħabba fuq vapuri akbar li kienu qegħdin jistennew barra minn Malta. Dak iż-żmien kien ġie indikat li Debono approfitta ruħu minn sistema fil-Ministeru għall-Affarijiet Barranin, li seta’ kien familjari sew magħha, biex inaddaf it-traġitt illegali tal-konsenji taż-żejt mil-Libja għal Sqallija. Sadanittant, fi stqarrija ppubblikata nhar il-Ġimgħa li għadda, l-Ambaxxata tal-Istati Uniti f’pajjiżna laqgħet u faħħret l-azzjonijiet tal-Korp tal-Pulizija ta’ Malta biex jiġġieldu l-isfruttament illeċitu u l-kuntrabandu ta’ żejt u fuel Libjan. “Permezz tal-kollaborazzjoni internazzjonali fil-operazzjoni kontra l-ħasil tal-flus, Malta wriet l-impenn tagħha li taħdem mas-sħab reġjonali u internazzjonali tagħha, inklużi l-Europol, l-Italja, ir-Renju Unit u l-Istati Uniti, biex tipproteġi r-riżorsi naturali tal-Libja u tiġġieled il-kriminalità organizzata transnazzjonali,” qalet l-Ambaxxata, li wkoll tenniet li l-azzjoni tal-Pulizija Maltija tenfasizza wkoll l-importanza tal-koperazzjoni reġjonali, inkluż bl-Inizjattiva għas-Sigurtà tal-Mediterran Ċentrali, fejn tinqasam l-informazzjoni u l-aħjar prattiċi.

MUŻEWIJIET U SITI STORIĊI ESTIŻI U ORĦOS Fix-xahar ta’ Diċembru, Heritage Malta se toffri ħinijiet estiżi fil-Mużew Nazzjonali tal-Arti – MUŻA fi ġranet partikolari, filwaqt li se tagħti roħs ta’ 50% fuq il-Multisite Ticket u l-Family Pass. Il-ħinijiet ta’ MUŻA se jkunu estiżi sad-9.00 p.m. fil-11, fit-12 u fit-13 ta’ Diċembru biex b’hekk fi żmien il-festi tal-Milied wieħed ikollu aktar ħin biex japprezza x-xogħlijiet tal-arti li hemm f ’dan il-mużew fil-Belt Valletta. Il-Multisite Ticket u l-Family Pass matul Diċembru se jkunu jistgħu jinxtraw għal nofs il-prezz tas-soltu. Dan ifisser li l-Multisite Ticket jinxtara għall-prezz ta’ €25 għall-adulti; €19 għall-anzjani, l-istudenti u konċessjonijiet; u €12.50 għattfal. Il-prezz tal-Family Pass (żewġ adulti u żewġt itfal ta’ bejn 6 snin u 17-il sena) matul Diċembru se jkun €55 biss minflok €110. Iż-żjarat kollha fis-siti u

l-mużewijiet ta’ Heritage Malta jsiru f’osservanza stretta tar- regolamenti tas-Saħħa Pubblika b’rabta mal-pandemija talCOVID-19. Din hi l-lista sħiħa tas-siti u l-mużewijiet ta’ Heritage Malta li se jkunu miftuħin f’Diċembru: L-Ipoġew ta’ Ħal Saflieni se jkun miftuħ mit-Tnejn sal-Ħadd mid9.00 a.m. sal-5.00 p.m. Biljetti flaħħar ħin jistgħu jinxtraw biss mis-sit. Mill-Ħamis sal-Ħadd, se jkunu miftuħin dawn il-mużewijiet u siti mill-10.00 a.m. sal- 4.30 p.m.: Il-Forti Sant’Iermu u l-Mużew Nazzjonali tal-Gwerra Il-Mużew Nazzjonali tal-Arkeoloġija MUŻA (ħinijiet estiżi sad-9.00 p.m. fil-11, fit-12 u fit-13 ta’ Diċembru) L-Armerija tal-Palazz Il-Forti Sant’Anġlu Il-Katakombi ta’ San Pawl It-Tempji ta’ Ħaġar Qim u l-Im-

najdra It-Tempji ta’ Skorba u Ta’ Ħaġrat It-Tempji tal-Ġgantija Il-Mitħna Ta’ Kola Kull nhar ta’ Tlieta, Sibt u Ħadd, se jkunu miftuħin dawn il-mużewijiet u siti mill-10.00 a.m. sal-4.30 p.m.: Għar Dalam u Borġ in-Nadur Id-Domvs Romana Il-Palazz tal-Inkwiżitur It-Tempji ta’ Ħal Tarxien Il-Mużewijiet taċ-Ċittadella u ċ-Ċentru tal-Viżitaturi Għalissa, dawn il-mużewijiet u siti se jibqgħu magħluqin minħabba proġetti li għaddejjin fihom: Il-Katakombi Ta’ Bistra; Iċ-Ċentru għall-Interpretazzjoni tal-Fortifikazzjonijiet; Il-Mużew Marittimu; Il-Kmamar Statali tal-Palazz tal-Gran Mastru; u Il-Mużew Nazzjonali tal-Istorja Naturali. Aktar tagħrif fuq is-sit uffiċjali (www.heritagemalta.org).


11

29.11.2020

ROTTA ILLEĊITA MILL-BAĦAR WARA L-QABDA TA’ 55KG KANNABIS, L-ASSISTENT KUMMISSARJU DENNIS THEUMA JTENNI LI L-PULIZIJA MA TILLIMITAX RUĦHA BISS FUQ IS-SUSTANZI ILLEGALI LI JINBIEGĦU FIT-TOROQ Ħinijiet twal ta’ osservazzjoni f’diversi lokalitajiet wasslu lill-Pulizija biex tinterċetta l-importazzjoni ta’ kwantità sinifikanti ta’ 55 kilo kannabis minn fuq il-baħar, rotta prinċipali minn fejn persuni jittantaw idaħħlu diversi sustanzi illeċiti li jispiċċaw jinbiegħu fis-suq lokali. L-Assistent Kummissarju Dennis Theuma, Kap tal-Iskwadra tal-Pulizija ta’ Kontra d-Droga, qal lil din il-gazzetta li, kif uriet din il-ġimgħa, il-ħidma tagħhom tmur lil hinn minn osservar tal-liġijiet relatati fuq l-art, u suċċessi bħal dawn mhux biss iqawwu lill-istess Taqsima, imma anke l-fiduċja tal-pubbliku fil-Korp inġenerali, għax bis-saħħa t’hekk ikun jista’ jissaħħaħ is-servizz u l-protezzjoni li jingħataw mill-forzi tal-ordni. Bħalma kien il-każ ta’ nhar l-Erbgħa, li fih huma involuti tliet Taljani residenti f’pajjiżna, il-valur ta’ dawn is-sustanzi jlaħħaq l-eluf kbar ta’ ewro u ġieli anke l-miljuni. Stqarrija tal-Pulizija l-Ġimgħa qalet li l-Iskwadra ta’ Kontra d-Drogi, assistita mill-uffiċjali tar-Rapid Intervention Unit (RIU) jumejn qabel iċċirkondaw lanċa rreġistrata

f’Malta b’żewġ persuni abbord malli din ittrakkat mal-moll f’Wied il-Għajn. Raġel ieħor li kien qed jistenniehom fuq l-art ukoll ġie arrestat. Abbord instabet id-droga mgeżwra fil-plastik u f’sitt xkejjer tad-drapp moħbijin f’partijiet differenti tal-opra tal-baħar. Sussegwentement saru tfittxijiet fir-residenza tat-Taljani fejn instab ammont żgħir tal-pjanta tal-kannabis u sustanza bajda, allegatament kokaina. Wara li tressqu l-Qorti nhar il-Ġimgħa, Vito Potenza ta’ 34 sena u Antonio Saponara ta’ 35 sena baqgħu jinżammu arrestati wara li ċaħdu li importaw u ttraffikaw l-istess droga. Huma ġew akkużati wkoll b’importazzjoni tad-droga f’Malta. It-Taljan l-ieħor, li għandu 54 sena u li kien qed jistenna l-lanċa torbot mal-moll għadu ma tressaqx il-Qorti u qed jinżamm arrestat mill-Pulizija fl-investigazzjonijiet li għadhom għaddejjin. “Qabda bħal din, li hija qabda sostanzjali ta’ droga, hi importanti. Iżda ċ-ċirkostanzi ta’ kif inqabdet juru li l-Iskwadra ta’ Kontra d-Droga fi ħdan il-Korp tal-Pulizija ma tillimitax ruħha fuq id-droga li tkun qiegħda

ILLUM TISSOKTA T-TILQIMA KONTRA L-INFLUWENZA Is-servizz tat-tilqima kontra l-influwenza se jkompli jingħata b’xejn miċ-ċentri tas-saħħa madwar Malta u Għawdex mil-lum. L-ewwel konsenja ta’ 25,000 tilqima kienet waslet f ’pajjiżna flaħħar ta’ Settembru li għadda u sat-tielet ġimgħa ta’ Ottubru kienu diġà tlaqqmu iżjed minn 100,000 persuna, iktar milli jitlaqqmu regolarment f ’dan l-istaġun. Il-konsenja l-ġdida se tkun qed titqassam f ’din l-ewwel ġimgħa, jiġifieri sal-Ħadd li ġej 6 ta’ Diċembru, se tingħata l-ewwel bi prijorità lil persuni ta’ ’l fuq minn 55 sena, tfal li għandhom minn tlieta sa ħames snin u persuni li huma ċċertifikati li jbatu minn mard kroniku.

It-tfal minn tlieta sa ħames snin u oħrajn sa disa’ snin li jbatu b’mard kroniku jistgħu jirċievu l-vaċċin miċ-Ċentri tasSaħħa tal-Mosta, tal-Furjana, Raħal Ġdid u Għawdex. Iċ-ċentri tas-saħħa kollha se jkunu miftuħin mit-8:00 a.m. sas-7:00 p.m. mil-lum ’il quddiem. Hu importanti li kull min imur jieħu dan il-vaċċin jippreżenta l-karta tal-identità u fil-każ tal-persuni li jbatu minn mard kroniku trid tiġi ppreżentata l-kartuna s-safra jew ċertifikat tat-tabib li turi l-kundizzjoni medika tal-persuna. Mit-Tnejn 7 ta’ Diċembru l-vaċċin jibda jingħata lill-pubbliku inġenerali.

tinbiegħ fit-toroq tagħna jew inkella fuq l-hekk imsejjaħ pussess sempliċi, imma tmur oltre minn hekk,” tenna l-Assistent Kummissarju Theuma, f’kummenti lill-KullĦadd. Hu kompla li “dan iseħħ biex il-mira ewlenija tkun is-sors ta’ barra, ta’ minn fejn tiġi d-droga. Hu fatt magħruf li ammonti ta’ droga jidħlu minn fuq il-baħar, f’sitwazjonijiet simili għal dik li seħħet nhar l-Erbgħa. Tul diversi ġimgħat ta’ ħidma sfiqa li kienet tinkludi ħinijiet twal ta’ osservazzjoni f’diversi lokalitajiet madwar Malta, il-Pulizija eventwalment irnexxielha twaqqaf dan id-dħul ta’ madwar 55 kilo droga tal-kannabis.” Il-Kap tal-Iskwadra tal-Pulizija ta’ Kontra d-Droga enfasizza li suċċessi bħal dawn iqawwu l-moral tal-uffiċjali involuti u tal-Korp inġenerali, “fejn joħroġ aktar ċar il-messaġġ li aħna qegħdin hemm biex nagħtu servizz u se nibqgħu nippruvaw nagħtu jemmen li l-fiduċja tal-pubb- l-aħjar servizz possibbli, tkun l-aħjar servizz possibbli lis-soċ- liku fina, li tant hi importanti qiegħda tissaħħaħ u tiġi konjetà tagħna. B’hekk il-Korp biex inkunu nistgħu nagħtu solidata.”


12

29.11.2020

AZZJONI KONKRETA BIEX NINDIRIZZAW IL-LISTA TA’ STENNIJA

LEONID MCKAY

Kap Eżekuttiv tal-Awtorità tad-Djar

Id-djar li ngħixu fihom huma bżonn bażiku li kull ċittadin f’pajjiżna jistħoqqlu li jkollu. Dar diċenti u adegwata hija indikatur ċar tal-kwalità talħajja ta’ dak li jkun għaliex it-tali residenza hija l-qafas fejn il-familji qegħdin jibnu l-ħajja u l-futur tagħhom. L-Awtorità tad-Djar, li għal ħafna snin kienet assoċjata mal-qasam tal-akkomodazzjoni soċjali biss, illum għand- ti l-abbużi. Se jkunu qegħdin li, biss għandhom bżonn spinha r-responsabbiltà aktar jiġu intensifikati l-ispezzjoni- ta ’l quddiem biex ikunu pass wiesgħa li tipprovdi u tkattar jiet tar-rutina għal għarrieda eqreb li jsiru sidien ta’ daropportunitajiet ġodda ta’ ak- sabiex jiġi assigurat li l-propr- hom. Bħala Awtorità smajna komodazzjoni soċjali lil per- jetajiet tal-Gvern qegħdin jiġu l-karba ta’ dawn in-nies u għalsuni eliġibbli. Minkejja dan, utilizzati skont il-liġi. F’dawn hekk inħolqu diversi skemi l-akkomodazzjoni soċjali tibqa’ l-aħħar tliet snin l-Awtorità li jgħinu persuni jsiru sidien l-prijorità ewlenija. Kien għal- għamlet ’il fuq minn 4,400 ta’ darhom anke jekk id-dħul hekk li bħala Awtorità ħdimna spezzjoni ta’ rutina biex kull tagħhom huwa relattivament u stinkajna biex nindirizzaw forma ta’ abbuż jiġi indiriz- baxx. B’kollaborazzjoni ma’ il-lista ta’ stennija ta’ akkomo- zat. Huwa fundamentali li banek lokali u mal-FSWS, l-Awl-benefiċjarji kollha jifhmu li torità tad-Djar qed tippromdazzjoni soċjali. Dan sar b’diversi modi. Iż-żie- meta qegħdin jingħataw ak- wovi self soċjali sabiex b’hekk da fl-istokk ta’ appartamenti komodazzjoni soċjali, qegħdin iktar familji jsiru sidien ta’ tal-Gvern huwa l-iktar mod jiffirmaw kuntratt mal-Gvern darhom minflok jistennew akevidenti. Permezz ta’ eżerċizz- li jitlob numru ta’ responsab- komodazzjoni soċjali. Il-Banek ju ta’ profiling rajna mill-viċin biltajiet u obbligi. L-impenn ser jagħtu self sa massimu ta’ €120,000 li jkoil-bżonnijiet pri 100% tastal-klijenti tagħself. Għalhekk na. Għalhekk, l-applikant illum il-ġurnata mhux ser ikun qegħdin jiġu mibqiegħed jintanija ’l fuq minn lab jiffinanzja 1,700 appartaNemmen li meta tħares lejn l-10% depożitu ment ġdid, ilkoll fuq il-konvenis-soċjetà b’mod ħolistiku tifhem pjanati skont ju. L-Awtorità il-ħtiġijiet tal-apaħjar il-ħtiġijiet tal-individwi, li tassisti lill-applikanti. Dan l-investiment bla meta jiġu indirizzati pass wara pass, plikant billi tissussidja sa preċedent ser tarġa wara oħra, inkunu qegħdin massimu ta’ jgħin biex il-lis€167 fix-xahar ta ta’ stennija ngħinu l-familji Maltin jitilgħu bħala pagagħall-akkomoment ta’ self dazzjoni soċjali t-taraġ għal kwalità ta’ ħajja aħjar fuq ix-xiri ta’ tonqos konsiddin il-proprerevolment. Tajjeb li ngħidu li qegħdin naraw tagħna huwa li niġġieldu l-ab- jetà. Barra minn hekk, l-Awbidla fil-mod ta’ kif l-akkomo- buż sabiex ngħinu lil min hu torità tad-Djar qed tassisti wkoll billi tipprovdi s-servizzi dazzjoni soċjali qed tiġi allo- ġenwinament fil-bżonn. Biss il-ħidma tal-Awtorità notarili. Tajjeb ngħid li biex kata sabiex tirrifletti realtajiet tad-Djar ma tiqafx hemm. persuna tikkwalifika taħt soċjali preżenti. Il-waiting list ma tindiriz- Nedejna numru ta’ skemi din l-iskema trid ikollha dħul zahiex biss billi tibni blokok biex ngħinu persuni li mhux gross fis-sena ta’ mhux aktar għandhom minn €18,354 f’każ ta’ perta’ appartamenti ġodda. Mod neċessarjament ieħor huwa li jiġu indirizza- bżonn akkomodazzjoni soċja- suna waħedha, €19,354 f’każ

ta’ ġenitur wieħed bi tfal dipendenti u €20,354 f’każ ta’ koppja. Sal-lum, hemm kważi 200 applikant li jew iffirma kuntratt jew konvenju jew wasal biex jiffirma konvenju. Huwa ta’ sodisfazzjon kbir għalija ngħid li 50 minn dawn l-applikanti li ffirmaw kuntratt kellhom applikazzjoni valida u attiva għall-akkomodazzjoni soċjali. Għalhekk, permezz ta’ skemi ta’ dan it-tip, qegħdin b’mod indirett inkomplu nindirizzaw il-waiting list tal-Awtorità. 22 applikant ieħor kienu qegħdin jikru proprjetà mill-privat u jirċievu sussidju fuq il-kera. Dan ifisser li dawn il-persuni llum il-ġurnata minflok qegħdin iħallsu l-flus fuq il-kera, qegħdin jinvestu flushom fuq residenza f’isimhom.

Dawn il-miżuri huma kollha parti minn strateġija ħolistika li għandha din l-Awtorità. Ir-riċerka li saret l-id il-leminija tagħna qed tiggwida l-politika tagħna biex tippromwovi l-mobbiltà soċjali. Nemmen li meta tħares lejn is-soċjetà b’mod ħolistiku tifhem aħjar il-ħtiġijiet tal-individwi, li meta jiġu indirizzati pass wara pass, tarġa wara oħra, inkunu qegħdin ngħinu l-familji Maltin jitilgħu t-taraġ għal kwalità ta’ ħajja aħjar. Din il-mobbiltà soċjali ser tgħin biex fis-soċjetà jinħoloq sens ta’ stabbiltà li jippromwovi l-inklużjoni u l-integrazzjoni bejnietna, għaliex li jkollok dar fejn tikber u trabbi l-familja mhuwiex kapriċċ imma dritt fundamentali.


13

29.11.2020

GVERN BIEŻEL LI JGĦIN LILL-FAMILJI, LILL-ĦADDIEMA U LIN-NEGOZJI

CLINT CAMILLERI Ministru

Dan il-Gvern jieħu ħsieb il-poplu tiegħu bil-fatti u f’nofs pandemija mhux biss ma rtira l-ebda benefiċċju mill-aħħar seba’ snin, iżda kompla jżid fuqhom. Huwa Gvern immexxi minn Prim Ministru, li għandu viżjoni għal pajjiżna u li għandu miri ċari għal Għawdex u għal Malta. Għawdex kien, għadu u se jibqa’ prijorità għal dan il-Gvern. Sejrin ’il quddiem għaliex hawn Gvern li qed jaħdem sabiex ikun hawn l-impjiegi f’Għawdex għall-Għawdxin, billi nattiraw kumpaniji ġodda, ninvestu ak-

tar fl-infrastruttura industrijali u nagħtu sensiela ta’ inċentivi. Għall-Gvern Laburista n-negozji, il-ħaddiema u l-familji huma prijorità. Għas-sena d-dieħla għandna sensiela ta’ skemi li se jkunu qed jissoktaw bħall-Employment Refund Scheme, it-Teleworking Scheme, l-iskemi fil-qasam tal-MICE u se nkomplu nsaħħu l-Back Office Employment Refund Scheme u skemi ta’ sapport promozzjonali lill-intraprizi Għawdxin li joperaw b’mod speċjali fis-settur tal-innovazzjoni digitali, tat-teknoloġija tal-internet u fis-settur turistiku. Qed inkomplu noħolqu aktar inċentivi għallħolqien tal-impjiegi f’Għawdex fosthom permezz tal-introduzzjoni tat-tieni fibre optic cable u l-Innovation Hub tax-Xewkija. Irridu nkomplu ntejbu l-konnettività bejn Malta u Għawdex u ninsabu impenjati li nwettqu l-proġett tal-mina bejn Malta u Għawdex. Din il-mina se toffri ħafna vantaġġi għall-Għawdxin li jaqsmu l-fliegu biex imorru għax-xogħol kuljum. Sadanit-

tant, żidna r-raba’ vapur u se ndaħħlu dan is-servizz fuq bażi permanenti. Barra minn hekk, se nsostnu s-servizz tal-linja X300, għall-istudenti u l-ħaddiema Għawdxin, li tgħaqqad it-Terminal fiċ-Ċirkewwa mal-Università u l-Isptar Mater Dei, G.F. Abela Junior College u l-Belt Valletta. Permezz tal-X300 qed insolvu short term parti mill-problema tal-konnettività tal-Għawdxin. Wettaqna ħafna fi ftit żmien imma fadlilna x’nagħmlu. L-infrastruttura u r-rikostruzzjoni madwar Għawdex ukoll se jibqgħu prijorità għal dan il-Gvern. Lestejna Pjazza San Franġisk, il-proġett ta’ Riġenerazzjoni tad-Dry Standing tax-Xlendi, il-Menqa f’Marsalforn, Triq iż-Żewwieqa,

Triq Sant’Antnin u investejna miljuni ta’ ewro biex lestejna diversi toroq oħra madwar Għawdex. Se nkomplu x-xogħol fuq il-bini taċ-Ċentru Akkwatiku – proġett ta’ €10 miljun, fuq il-Mużew t’Għawdex - proġett ta’ €9 miljun, fuq l-Iskola Primarja l-Ġdida tar-Rabat – proġett ta’ €10 miljun, Triq l-Imġarr, in-Nadur – proġett ta’ €8 miljun, il-masterplan ta’ Marsalforn – proġett ta’€3 miljun, u se jsiru l-istudji meħtieġa biex eventwalment jiġi implimentat il-Mużew Kulturali taħt il-Baħar. Barra mill-inċentivi li dan ilGvern qed jagħti lill-istudenti li jsegwu l-korsijiet f’Malta se jwettaq ukoll il-proġett ta’ akkomodazzjoni għall-istudenti Għawdxin f’Villa Lauri, Birkir-

Il-ġid, il-proġetti u t-titjib fl-infrastruttura qegħdin u se jibqgħu jidhru bil-fatti aktar minn qatt qabel

kara. L-anzjani tagħna wkoll huma prijorità u għalhekk se jitkompla x-xogħol fuq id-dar għall-anzjani f’Dar San Ġużepp f’Għajnsielem biex nagħtu l-aqwa servizzi residenzjali għall-anzjani f’Għawdex. Din hija biss ftit mill-ħidma li għandna ppjanata għal Għawdex. Il-ġid, il-proġetti u t-titjib fl-infrastruttura qegħdin u se jibqgħu jidhru bil-fatti aktar minn qatt qabel. Aħna kommessi li nkomplu nwettqu, li nkomplu ntejbu l-għajxien tal-poplu Għawdxi u Malti. Il-poplu jaf li għandu Prim Ministru u Gvern li kapaci jieħdu d-deċiżjonijiet u li dan iwassal biex jissaħħu n-negozji u tibqa’ titjieb il-kwalità tal-ħajja tal-pensjonanti u tal-familji. Minn proġetti infrastrutturali kbar li jiswew il-miljuni sa proġetti mhux daqstant kbar iżda importanti, il-ħidma tal-Ministeru għal Għawdex tissokta sabiex jitlestew ix-xogħlijiet fiż-żmien stabbilit u bl-inqas inkonvenjent għar-residenti filwaqt li jagħti kwalità ta’ ħajja aħjar lill-Għawdxin u lil dawk kollha li jżuru l-gżira.

EJJEW NIRRISPETTAW LIL XULXIN!

ANTHONY AGIUS DECELIS

Membru Parlamentari

Jekk kien hemm perjodu f’ħajjitna fejn verament juri kemm nirrispettaw lil xulxin, huwa proprju l-perjodu tal-pandemija COVID-19. Għaliex huwa f’dan il-perjodu li wieħed jeħtieġ mhux biss iħares issaħħa tiegħu, iżda bl-għemil tiegħu jaffettwa wkoll kemm lil dawk qrib tiegħu, kif ukoll lis-soċjetà Maltija. Tgħiduli kif? Għaliex jekk wieħed jaħsel idejh sew, jilbes il-maskra sew, jiġifieri jgħatti ħalqu u mnieħru,

iżomm distanza ta’ 2 metri, kif ukoll jevita li jinġemma’ ġo folol ta’ nies, ikun qiegħed jagħmel is-sehem tiegħu sabiex nikkontrollaw din il-pandemija. Meta nagħmlu dan inkunu qegħdin nagħmluh għall-ġid tiegħek, tiegħi u tas-soċjetà tagħna kollha. Bla dubju, ħadd ma jrid li jkun hawn imwiet la bil-pandemija, u lanqas b’mard ieħor, iżda aħna jeħtieġ nagħtu s-sehem tagħna. Ma nistgħux niefqu milli nagħtu s-sehem tagħna jekk verament għandna għal qalbna ħajjitna, ħajjet ilmaħbubin tagħna u rispett lejn xulxin. Jeħtieġ li nifhmu li din il-pandemija tista’ tħalli konsegwenzi mhux mixtiqin, speċjalment fuq l-anzjani tagħna u fuq persuni vulnerabbli. Għalhekk, wieħed irid jieħu l-miżuri li joħorġu l-awtoritajiet tas-saħħa b’responsabilità kbira. L-awtoritajiet tas-saħħa flimkien mal-forzi tal-ordni qegħdin jagħmlu l-almu tagħhom, iżda fuq kollox irridu nkunu aħna li nsegwu l-miżuri għax nagħrfu li dan huwa ta’

ġid għal kulħadd. Iżda jien konvint li l-poplu tagħna, bħalma għeleb żminijiet diffiċli fil-passat, jegħleb dan iż-żmien ukoll. Aħna poplu qalbieni, li ma beżax mill-għadu tal-gwerra, li ssielet għad-drittijiet tiegħu u għal dak li emmen fih… u konvint li ser juri l-istess qlubija sabiex negħlbu din il-pandemija. Dan hu żmien li ġegħelna nirriflettu kemm l-iktar affarijiet prezzjużi fil-ħajja ma jiswewx flus… għafsa ta’ id, tgħanniqa, bewsa mingħand l-għeżież tagħna, ilkoll ma jiswewx flus iżda niftakru li jistgħu jiswew ħajjitna!

Bħalma ħafna minnkom tafu jien bniedem li nħobb il-kuntatt soċjali, inħobb nitkellem mannies fil-pjazza tar-raħal, fl-attivitajiet soċjali, fid-djar… iżda nifhem li bħalissa saħħitna titlob li nagħmlu restrizzjonijiet. Naf li mhux faċli, anżi lil hinn minn faċli, iżda l-imħabba lejn xulxin turina li jeħtieġ nagħmlu dan. Issa li qiegħed joqrob iżżmien tal-Milied ma nistax ma nwassalx l-appell tiegħi sabiex dan il-Milied nagħtu l-isbaħ rigal lil xulxin, dak li nħarsu saħħitna. Il-COVID-19 ma tagħmilx distinzjoni bejn persuna u oħra, bejn staġun u

L-awtoritajiet tas-saħħa flimkien mal-forzi tal-ordni qegħdin jagħmlu l-almu tagħhom, iżda fuq kollox irridu nkunu aħna li nsegwu l-miżuri

ieħor. U proprju għalhekk li ma nistgħux naħsbu li l-COVID-19 ma tgħaddix minn membru tal-familja għal ieħor, jew li fil-Milied il-virus ħa jieħu xi vaganza. Irridu nibqgħu kawti f’dak li nagħmlu. Nifhem li huwa żmien diffiċli, speċjalment għalina l-Maltin li naf kemm ngħożżu ż-żmien tal-Milied u l-ħin ta’ kwalità mal-familji tagħna, iżda nagħmlu kuraġġ! U proprju għaliex ngħożżu lill-familjari tagħna, dan il-Milied ma nistgħux nillaxkaw milli nħarsu l-miżuri tas-saħħa. Dan hu żmien li jekk il-bambin irid, jgħaddi. Iżda sakemm jinstab il-vaċċin irridu nibqgħu kawti f’dak li nagħmlu. Jidhru li bħalissa għaddejjin żviluppi sbieħ fejn jidħol il-vaċċin. Niftakru wkoll li dan il-Gvern sa mill-bidu nett ħadem sabiex ladarba jkun hawn il-vaċċin kontra l-COVID-19 fis-suq, inkunu minn ta’ quddiem sabiex nitlaqqmu kontra dan il-virus. Kuraġġ!


14

29.11.2020

L-ITWAL ĠNIEN VERTIK B’27,600 PJANTA JAGĦTI Ħ LILL-MARSA-ĦAMRUN BY Total ta’ 27,600 pjanta taw ħajja lill-itwal ġnien vertikali f’Malta li nħoloq fuq ħajt ta’ twil 350 metru, daqs tliet grawnds tal-futbol, li nbena sentejn ilu bħala parti mill-ħolqa tal-proġett sħiħ tal-Marsa-Ħamrun Bypass, li sar fuq medda ta’ tliet snin. Il-Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali Ian Borg u l-Ministru għall-Ambjent, it-Tibdil fil-Klima u l-Ippjanar Aaron Farrugia nhar it-Tnejn li għadda żaru s-sit fejn ħabbru l-iżviluppi li qed isiru fir-rigward tal-ġnien vertikali li mistenni jsir b’kollaborazzjoni bejn Infrastructure Malta u Ambjent Malta. Il-kuntratturi tal-proġett bdew jinstallaw l-istruttura speċjalizzata ta’ dan il-ħajt fis-sajf li għadda, iddisinjata speċifikament biex tnaqqas ir-riskju ta’ ħsara fuq il-ħajt, waqt li ntużaw materjali riċiklabbli li ma jagħmlux ħsara lill-ambjent u li se jkunu reżis-

tenti biex jipproteġu l-ħajt mill-umdità, moffa jew elementi oħrajn. Fir-rigward tal-metodu tat-tisqija, se tkun qed tiġi installata sistema awtomatika li se tkun imqabbda ma’ ġibjun kbir li Infrastructure Malta bniet filgrawnds ta’ skola biswit meta l-Marsa-Ħamrun Bypass inbniet mill-ġdid fl-2018. Il-kuntratturi installaw ukoll kameras tas-sigurtà biex jiġi evitat serq u vandaliżmu. Il-Ministru Borg qal li “dan il-proġett ikompli juri l-impenn kontinwu tal-Gvern li joffri l-aqwa sostenibbiltà possibbli. Permezz ta’ dan il-proġett, se tingħata arja aktar nadifa, nifs ħadrani u se jkun sit estetikament mill-isbaħ għal dawk l-eluf ta’ vetturi li jivvjaġġaw minn dawn iż-żoni. Aħna kommessi li nibqgħu sejrin bi pjanijiet anke li noħolqu aktar proġetti ta’ dan it-tip biex inwasslu lil Malta

għall-aktar tkabbir sostenibbli fejn tidħol saħ arja tal-aqwa kwalità, kif ukoll nintroduċu kun fejn l-arti ssir aktar parti mill-ħajja tal-bniedem. Min-naħa tiegħu, il-Ministru Farrugia qal li w t-tlestija tal-infrastruttura tal-bypass, Ambjent M ta bagħtet proposta lil Infrastructure Malta biex installat l-ewwel green wall fil-gżejjer Maltin bis din it-triq. “Ambjent Malta qed tiffinanzja dan proġett u tipprovdi assistenza għall-impliment joni tiegħu. In-nefqa totali għal dan il-proġett m Ambjent Malta tlaħħaq mas-€650,000, li tink t-tpoġġija ta’ sistema ta’ irrigazzjoni u l-mant ment ta’ dan il-proġett għal mill-inqas ħames sn tenna l-Ministru, waqt li qal li l-Forum Konsul tiv għall-Ippjanar Intelliġenti pprepara studju il-green walls u l-green roofs li joffru numru benefiċċji.


€2 MILJUN F’ĊENTRU ĠDID GĦALL-CARITAS

KALI ĦAJJA YPASS

ħħa, nċett .” wara Malx jiġi swit n iltazzminn kludi teninin,” ltatfuq u ta’

15

29.11.2020

“Dawn jgħinu biex iservu ta’ abitat lil numru ta’ pollinaturi, inaqqsu l-ħsejjes, itejbu l-kwalità tal-arja, inaqqsu t-temperaturi u jtejbu l-esperjenza tan-nies fiż-żoni li jgħixu u jaħdmu fihom,” kompla l-Ministru Farrugia. Infrastructure Malta se tkun qed taħdem id f’id mal-Istitut għall-Arti Kreattiva tal-Kulleġġ Malti għall-Arti, Xjenza u t-Teknoloġija (MCAST) biex jiġi introdott kunċett ta’ wirja ta’ arti fil-miftuħ f’sezzjoni oħra tal-istess ħajt fil-Marsa-Ħamrun Bypass. Din se tinkludi xogħol artistiku fuq skala kbira maħluqa mill-istudenti u l-letturi tal-arti tal-MCAST stess. Eventwalment, dan l-ispazju se jkun disponibbli wkoll għal artisti lokali kif ukoll internazzjonali, bl-għan li jinvolvi aktar l-arti fil-ħajja tan-nies hekk kif jgħaddu minn din iż-żona. L-ewwel xogħlijiet ta’ arti se jiġu installati f’dan il-post ix-xahar id-dieħel.

Caritas Malta kisbet €2 miljun mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali bl-għajnuna tal-MEUSAC biex setgħet tittrasforma binja eżistenti f’ċentru fil-komunità għall-integrazzjoni ta’ persuni vulnerabbli u biex issaħħaħ is-servizzi mhux residenzjali tagħha. Permezz ta’ dan il-proġett fil-komunità, Caritas tkun tista’ tkompli tagħti s-servizzi tagħha b’mod iktar ċentralizzat, effiċjenti u effettiv. B’hekk tkun qiegħda ssaħħaħ is-servizzi tagħha favur persuni vulnerabbli u f’riskju ta’ esklużjoni. Il-proġett, li għadu fi stadju ta’ implimentazzjoni, ġie ppreżentat mid-Direttur tal-Caritas Anthony Gatt u l-mexxej talproġett, il-President Emeritus Dr George Abela, fil-preżenza tal-Ministru fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru Carmelo Abela, is-Segretarju Parlamentari għall-Fondi Ewropej Stefan Zrinzo Azzopardi, is-Segretarju Parlamentari għall-Isport, Rikreazzjoni u Għaqdiet Volontarji Clifton Grima, il-Kap tal-MEUSAC Mandy Falzon u d-Direttur għall-Fondi tal-UE Dr Darren Grasso. Il-Ministru fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru Carmelo Abela qal li dan il-proġett tal-Caritas juri fil-prattika l-ħidma b’suċċess bejn il-Gvern u l-NGOs. Appella lill-organizzazzjonijiet mhux governattivi sabiex bħall-Caritas, jersqu lejn l-aġenzija MEUSAC b’ideat għal proġetti, għaliex hawn ser isibu l-assistenza ta’ nies professjonali, fil-mili tal-applikazzjonijiet għal fondi Ewropej. Hu nnota li b’dan il-proġett, il-Gvern irid iwassal il-messaġġ lis-soċjetà inġenerali sabiex nifhmu l-bżonnijiet ta’ ħaddieħor u nagħtu t-tieni ċans lil dawk f’riskju ta’ esklużjoni soċjali b’mod partikolari dawk li jmissu mad-droga. Qal li dan il-proġett huwa f’linja mal-mira tan-Nazzjonijiet Magħquda 2030 tal-Iżvilupp Sostenibbli bl-għan li jinqered il-faqar. Is-Segretarju Parlamentari għall-Fondi Ewropej Stefan Zrinzo Azzopardi spjega li b’investiment ta’ €2 miljuni b’fondi Ewropej, il-Fondazzjoni Caritas Malta se tkompli ttejjeb is-servizzi attwali filwaqt li

se jiġu introdotti servizzi ġodda. Dr Zrinzo Azzopardi spjega li binja mitluqa se tiġi riġenerata, biex permezz tagħha l-Caritas ikomplu jindirizzaw direttament il-bżonnijiet ta’ individwi li jbatu minn xi tip ta’ abbuż jew li qegħdin f’riskju ta’ esklużjoni soċjali. Hu qal li f’din il-binja se jiġu provduti servizzi għal dawk li mhumiex residenti biex jiġu riabilitati fil-komunità u jsibu s-sapport li għandhom bżonn. Dr Zrinzo Azzopardi kkonkluda li permezz ta’ dan ilproġett, il-fondi Ewropej qed imorru dirett għand in-nies. Huwa mistenni li madwar 600 persuna vulnerabbli se jkollhom aċċess kemm għas-servizzi li diġà qed jiġu offruti kif ukoll għas-servizzi ġodda f’dan iċ-ċentru. Is-Segretarju Parlamentari Clifton Grima semma li proġetti bħal dawn iservu bħala punt ta’ referenza għall-bqija tas-soċjetà Maltija. Huwa tenna li l-Caritas qed tagħmel xogħol imprezzabbli minħabba li tinkorpora l-iskop wara kull għaqda volontarja - l-iskop pubbliku u li tagħmel differenza fil-ħajja tan-nies. Qal li dan ilproġett qed juri bil-fatti li l-volontarjat għandu rwol importanti u li qed jagħmel bidla fil-ħajja tan-nies. Id-Direttur tal-Caritas Malta Anthony Gatt żied li “dan iċ-ċentru fil-komunità ta’ Caritas Malta sar biex nirrispondu dejjem iktar u aħjar għall-esiġenzi tal-bżonnijiet soċjali ta’ pajjiżna llum. Dan iċ-ċentru se jiġbor is-servizzi kollha ta’ outpatient ta’ Caritas taħt saqaf wieħed b’mod li l-ewwel żewġ livelli se jkunu dedikati għal familji fil-bżonn u għal individwi bi problemi soċjali varji li jircievu għajnuna individwali jew fi gruppi. Fil-binja se jkun hemm ibbażat it-tim li jaħdem fuq il-prevenzjoni kif ukoll l-amministrazzjoni u hub għall-voluntiera, u ċ-ċentru se jkollu faċilitajiet bħal sala, penthouse u spazji oħra li jkunu jistgħu jintużaw ukoll mill-komunità.” Mandy Falzon mill-MEUSAC qalet li entitajiet volontarji bħall-Caritas jistgħu javviċinawhom għal informazzjoni u assistenza biex japplikaw għal fondi Ewropej.


16

29.11.2020

FONDI EWROPEJ FIĊ-ĊENTRU TAL-ĦIDMA TAL-GVERN

STEFAN ZRINZO AZZOPARDI

Segretarju Parlamentari

Mingħajr l-iċken dubju, il-Fondi Ewropej huma ta’ sostenn kbir għall-iżvilupp soċjali, ekonomiku u infrastrutturali ta’ pajjiżna u hu għalhekk li dan il-qasam jingħata importanza kbira biex niżguraw li jsir l-aqwa investiment b’dawn il-fondi. Mill-ewwel ġimgħat wara l-ħatra ta’ Gvern Laburista kellu jsir sforz straordinarju minħabba t-telqa li ħalliet f’dan il-qasam l-amministrazzjoni Nazzjonalista u kien bil-ħila u x-xogħol bla heda ta’ min qabli kellu r-responsabbiltà għall-Fondi Ewropej li ma ntilfux miljuni minn dawn il-fondi. Dan għaliex ix-xogħol kien waqa’ lura bil-bosta u kien hemm il-periklu li proġetti kbar li daħlet għalihom l-amministrazzjoni preċedenti ma jitlestewx fil-ħin u b’hekk jitilfu l-fondi li kienu ġew allokati għalihom. Hekk kif dħalt għal din il-kariga f’Jannar li għadda bdejt mill-ewwel insegwi l-andament ta’ kif kienu qed jin-

tefqu l-Fondi Ewropej li kienet kisbet Malta ghall-programm 2014-2020. Peress li dan il-programm jagħlaq din is-sena, ridt inkun ċert li l-Fondi li kienu ġew allokati għal Malta jintefqu sewwa u fil-ħin ħalli l-proġetti mibdija jitlestew sad-data li tippermetti l-Kummissjoni Ewropea u l-ħlasijiet lil Malta jsiru kollha sa tmiem l-2023 kif approvati mill-istess Kummissjoni. Dan ix-xogħol jinvolvi kuntatti u taħditiet kontinwi mal-kollegi tiegħi fil-Ministeri kollha tal-Gvern minħabba li kull ministeru għandu f’idejh proġetti li qed jiġu ffinanzjati mill-Fondi Ewropej. Ridt nara mal-kollegi ministri fil-kabinett li l-programmi tal-infiq qegħdin fi stadju kif ippjanati u fejn kien hemm bżonn aġġustamenti, anke minħabba li faqqgħet il-pandemija, dawn isiru biex niżguraw li l-fondi kollha li ġew allokati għal Malta jintefqu kollha u jintefqu sewwa. Issa l-Fondi Ewropej fid-dekasteru tal-Prim Ministru Nemmen, li din il-ħidma ta’ koordinazzjoni meħtieġa bejn il-Ministeri kollha kienet irraġuni li xprunat lill-Prim Ministru Robert Abela li jgħabbini bir-responsabbiltà li poġġa l-qasam tal-Fondi Ewropej direttament fid-dekasteru tiegħu meta l-ġimgħa l-oħra ħatarni bħala Segretarju Parlamentari fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru. Infakkar li bil-ħidma tal-

Prim Ministru Robert Abela u ta’ tim kbir ta’ nies mill-Ministeru tal-Affarijiet Barranin u Ewropej u s-Segretarjat Parlamentari għall-Fondi Ewropej, f’Lulju li għadda Malta ġiet allokata s-somma rekord ta’ €2.7 biljuni li hija id-doppju ta’ dak li rnexxielha takkwista l-amministrazzjoni Gonzi għas-seba’ snin li jagħlqu din is-sena.

Hemm imbagħad aktar minn €700 miljun mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali u l-Fond ta’ Koeżjoni li biha ser inkomplu ninvestu fid-diġitalizzazzjoni u l-kompetittività tal-intrapriżi tagħna. Se ninvestu aktar fir-riċerka, fil-produzzjoni tal-ilma u f’sistemi għal aktar effiċjenza fil-qasam tal-enerġija. Ser inkomplu ninvestu bil-kbir fl-infrastruttura tal-pajjiż u li nagħmlu pajjiżna isbaħ u aktar

aħdar. Investimenti kbar oħra se jsiru f’sistema ta’ trasport sostenibbli, fis-saħħa u fil-livelli kollha tal-edukazzjoni. Se nkomplu b’investimenti kbar f’Għawdex u fl-oqsma tal-biedja u s-sajd. Biex inkomplu ntejbu l-ambjent f’pajjiżna, se jsir il-proġett “shore-to-ship” biex il-cruise liners li jidħlu Malta jużaw l-elettriku mill-grid nazzjonali u jitfu l-magni tagħhom. Dan jirriżulta fi tnaqqis kbir fittniġġis għall-inħawi tal-Port il-Kbir. Proġett simili huwa ppjanat għall-Port Ħieles biex intejbu l-kwalità tal-arja għannies ta’ Birżebbuġa. Irridu naraw ukoll li fis-seba’ snin li ġejjin, il-Fondi Ewropej ikomplu jgħinu lil ħafna għaqdiet volontarji u mhux governattivi, lil ħafna negozji tal-familja u negozji ta’ daqs żgħir u medju biex jibbenefikaw kemm jifilħu minn dawn il-fondi. Irriduhom jersqu biex jaraw għal liema programmi ta’ għajnuna jistgħu japplikaw ħalli nkomplu b’ħafna proġetti bħal dawk li jidħlu għalihom il-Kunsilli Lokali biex isebbħu l-lokalitajiet tagħhom, jirrestawraw binjiet storiċi u xogħlijiet oħra li minnhom jibbenefikaw il-komunitajiet tagħna fl-irħula u l-ibliet ta’ Malta u Għawdex. Il-qasam tal-Fondi Ewropej se jservi biex inwettqu investimenti mill-aktar meħtieġa għal pajjiżna. Se nkomplu nħejju lil pajjiżna għall-futur filwaqt li se nagħmlu bidliet importanti li jservu biex nimxu lejn ekonomija aktar diġitali u ekonomija li tħalli impatt ferm iżgħar fuq l-ambjent.

irid ibiddel il-membri tal-kabinett. Hija għażla u responsabbiltà tiegħu min ikunu l-membri tal-kabinett. Kabinett li anke l-għażla tal-ismijiet partikolari taddekasteri, juru l-viżjoni ta’ fejn il-Prim Ministru Dr. Abela jrid jieħu lil pajjiżna. L-ekonomija l-ħadra, illum il-ġurnata m’għadhiex moda biss iżda filwaqt li nibżgħu għar-riżorsi li provdiet in-natura bħall-gass flok fuels oħra, irid isir aktar inKabinett rinnovat vestiment sabiex l-enerġija sob’enerġija żagħżugħa lari tiġi użata aħjar. L-istess jisu wċuħ ġodda ta’ jingħad ukoll għar-riċerka u l-innovazzjoni. Dawn huma Il-Prim Ministru Dr. Robert oqsma li bħala pajjiż irridu Abela, għandu l-fakultà li xħin naħdmu aktar fuqhom sabiex

flimkien mas-servizzi finanzjarji u dawk tal-informazzjoni teknoloġika, ikompli jitkattar is-sens ta’ imprenditorija u negozji sabiex dawk li għadhom se jidħlu fl-iskejjel sekondarji u oħrajn ikollhom sens ta’ gwida ta’ x’jixtiequ jagħmlu għall-futur tagħhom u jħarsu lejn orizzonti ġodda. Dan kollu jiddependi billi l-pajjiż u ċ-ċittadini tiegħu jkunu preparati sabiex jilqgħu għal sfidi godda u jimirħu f’aspetti ġodda ġaladarba l-ekonomija u aħna lkoll ninbidlu u nimxu ’l quddiem f’ħajjitna. Nagħlaq billi nawgura l-ħidma t-tajba lill-ministri u segretarji parlamentari.

Koordinazzjoni sħiħa mal-Ministeri kollha Ninsabu fi stadju interessanti ħafna ta’ kif qed nipprogrammaw li jintefqu dawn il-biljuni ta’ ewro, ħidma li tinvolvi koordinazzjoni sħiħa fi ħdan il-Gvern kollu kemm hu. Dan l-infiq irid isir b’għaqal kbir biex iservi ta’ sostenn għall-ekonomija Maltija fittriq li tirkupra u terġa’ taqbad ir-rankatura li konna drajna biha sa ftit xhur ilu. Is-Segretarjat tiegħi bħalissa għaddej minn eżerċizzju ta’ konsultazzjoni mal-Ministeri kollha biex infasslu l-aqwa programm ta’ infiq minn dawn il-fondi. Dan il-programm fix-xhur li ġejjin ikun suġġett għal konsultazzjoni wiesgħa u jkun irid jitressaq quddiem il-Kummissjoni Ewropea għall-approvazzjoni tagħha. Imbagħad inkunu nistgħu nibdew inwettqu l-proġetti li nkunu pjanajna flimkien. Il-programm li qed infasslu jinkwadra fil-viżjoni għall-futur ekonomiku ta’ pajjiżna kif fissirha l-Prim Ministru Robert Abela meta ħabbar il-ħames miri ewlenin ta’ din il-viżjoni. Dawn huma l-governanza ta-

jba, it-tkabbir ekonomiku għal kwalità ta’ ħajja aħjar, l-edukazzjoni għal ekonomija b’saħħitha fit-tul u t-titjib fl-infrastruttura ta’ Malta. Ma’ dawn irridu li Malta tilħaq il-miri ambjentali tal-Unjoni Ewropea jiġifieri li nkunu ħielsa mill-emissjonijiet tal-karbonju sal-2050 b’miri ambjentali kull ħames snin. It-€2.27 biljun ta’ Fondi Ewropej jinkludu aktar minn €300 miljun li l-Unjoni Ewropea allokat lil Malta għall-irkupru mill-pandemija COVID-19. Minn dawn il-flus, iridu jintefqu malajr fis-sentejn li ġejjin €220 miljun ġejjin mill-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza li l-Kummissjoni Ewropea allokat biex pajjiżna jiġi megħjun jirkupra mill-effetti tal-pandemija. Aktar minn €112 miljun oħra se jkunu qed jintefqu filġimgħat u x-xhur li ġejjin biex inkomplu nsostnu l-impjiegi permezz tal-wage supplement għal dawk l-intrapriżi l-aktar milquta. Inkomplu ninvestu fl-iżvilupp sostenibbli tal-pajjiż

KUNSILLI LOKALI tal-Kunsill Lokali. Il-mibki Renald Falzon Eks Sindku ta’ beltna ħalla din id-dinja minħabba ċirkostanzi magħrufa minn bosta. Kien bniedem ħabrieki li miegħu ħdimt fil-kumitat lokali għal diversi snin u lili, bħala kunsillier bejn is-snin 2012 u 2015, kien jagħtini s-sapport kollu meħtieġ sabiex il-Kunsill Lokali ta’ Ħal Qormi, immexxi SEAN APAP MELI minn maġġoranza LaburisKandidat ta, ikompli jagħti r-riżultati meħtieġa sabiex jitwettaq dak imwiegħed. Il-memorja ta’ Renald FalDin is-sena se tkun waħda li zon tibqa’ f’kull persuna għalina l-Kunsilliera ta’ Ħal li ltaqgħet miegħu u rridu Qormi nbidlet it-tmexxija nkomplu biex din il-leġiżlatura

li bdiet bit-tmexxija tiegħu, tibqa’ għaddejja bit-tmexxija tas-sindku l-ġdid Dr. Josef Masini Vento. Bħala kunsilliera Qriema Laburisti għandna programm elettorali li jrid jitwettaq u dak li diġà nbeda jitlesta. Żgur li bħala tim wieħed se nibqgħu naħdmu u nistinkaw sabiex il-Partit Laburista f’Ħal Qormi jkompli jikseb riżultati pożittivi.


17

29.11.2020

SERJETÀ FIL-POLITIKA

CATHERINE FENECH Segretarju tal-Eżekuttiv Nazzjonali tal-PL

L-istaġun tal-pantomini beda kmieni ġewwa d-Dar Ċentrali u milli jidher ser ikompli jffjorixxi ruħu. L-ipokriti fi ħdan l-esponenti tal-PN, dawk li jippontifikaw u mbagħad jinstabu f ’pożizzjoni ta’ allegatament skorrettezza politika jkomplu bil-missjoni ta’ ingann tagħhom mingħajr mistħija ta’ xejn. Biex taparsi għamlu xi ħaġa u jgħattu x-xemx bl-għarbiel ħadu lil Jason Azzopardi quddiem il-kummissjoni tal-etika tal-partit. U x’ġara? Tawh taparsi ċanfira... qalulu terġax u daqshekk, lanqas imqar ħames minuti wiċċu mal-ħajt bħattfal. B’min jaħsbu li qed jitmejlu? Din il-ġimgħa assistejna għal reshuffle fil-Kabinett. Reshuffle hija prerogattiva tal-Prim Ministru. Dr Robert Abela b’kuraġġ ħa d-deċiżjoni li ssir din ir-reshuffle. Deċiżjoni li xejn mhi faċli imma għamilha mingħajr ma ħares lejn wiċċ ħadd u f ’nofs pandemija. Nemmen bis-sħiħ li kienu għażliet għaqlija mill-Prim Ministru għal Kabinett b’saħħtu li se jissokta bil-ħidma fittriq tas-suċċessi li qed jirreġistra pajjiżna taħt Gvern Laburista. Dan jikkonferma kemm il-Prim Ministru għandu Grupp Parlamentari mimli talent u aktar minn hekk grupp parlamentari li mħeġġeġ għall-ħidma. Ħaddieħor kellu jammetti fi żmien li kien fil-Gvern kellu Kabinett nieqes mit-talent u donnha din is-sitwazzjoni għadha tirrenja fil-PN anki fl-Oppożizzjoni. Dan ir-reshuffle sarraf fl-aktar Kabinett żagħżugħ, fl-aktar Kabinett femminili u fl-aktar Kabinett Għawdxi. It-tliet deputati eletti mid-distrett t’Għawdex huma lkoll parti mill-Kabinett. Dan jikkonferma kemm Għawdex huwa għal qalb il-Gvern Laburista u kemm jemmen fl-impenn tad-Deputati Għawdxin Laburisti. Il-Prim Ministru jħares lejn il-preżent u lejn il-futur hekk kif għażel Kabinett aktar żagħżugħ. Dan jagħti prova kemm l-impenn taż-żgħażagħ huwa apprezzat u importanti għall-Prim Ministru u għal Gvern Laburista, għax għalina ż-żgħażagħ mhumiex makku li tuża tiktok biex tistad għalihom imma huma r-rapreżentanza fattwali talpreżent u tal-futur ta’ pajjiżna.

Il-Kap tal-Oppożizzjoni qalulu biex jgħid il-Ħadd li għadda li dan il-Gvern nesa lill-isports u liż-żgħażagħ għax mhuma msemmija fl-ebda dekasteru. Kulħadd jaf li kienu u għadhom taħt is-Segretarjat Parlamentari għall-Isport, ir-Rikreazzjoni u l-Għaqdiet Volontarji fi ħdan il-Ministeru għall-Inklużjoni u l-Kwalità tal-ħajja. Forsi sweeping statements bħal dawn li għamel il-Kap tal-Oppożizzjoni jistgħu joħolqu diskussjoni, ħsieb u dubji f ’dak il-mument li qalhom, imma jrid jirrealizza li l-poplu mhux beċċun u mill-ewwel jagħraf li diskors traskurat u mhux studjat bħal dan tal-Kap tal-Oppożizzjoni m’għadux jinganna u jidħak bil-poplu. Il-jum tar-reshuffle jinkiteb fl-istorja tal-parteċipazzjoni tal-mara fil-politika f ’pajjiżna. Il-Membri Parlamentari nisa fuq in-naħa tal-Gvern huma kollha parti mill-Kabinett: tliet Ministri u Segretarju Parlamentari. Deċiżjoni bla preċedent li ħa b’tant għaqal il-Prim Ministru. Dawn l-Onorevoli madanakollu ma ġewx magħżula fil-Kabinett għax huma biss femminili imma għaliex huma ta’ kapaċità eċċezzjonali fil-ħidma tagħhom. Nawgura minn qalbi lill-Onor. Julia Farrugia Portelli, lill-Onor. Miriam Dalli, lill-Onor. Justyne Caruana u lill-Onor. Rosianne Cutajar. Jixirqilhom. Ċertament huma role models denji għat-tfajliet u n-nisa li jitħajru jagħtu sehemhom fil-politika. Kburija bihom u nawguralhom il-ħidma t-tajba b’risq il-ġid tal-poplu Malti u Għawdxi. Madanakollu, il-Kap tal-Oppożizzjoni ma impressjonax ruħu b’dan it-tibdil fil-Kabinett tal-Gvern. Anzi ddeskriva dan ir-reshuffle bħala kawlata. Trid tkun vera kif jgħidu l-Ingliżi “in denial” biex tlaqqam reshuffle bħala kawlata meta madwaru u fi ħdan il-partit tiegħu ħlief frejjeġ ma jsirux. Imma min hu mdawwar bil-frejjeġ u l-kawlati, ma tistenna xejn aħjar mingħandu. Min hu mdawwar bil-kawlati, fuq il-kawlati jista’ jitkellem. Il-Gvern issa jkompli jiffoka b’aktar konċentrazzjoni fuq ħidmietu biex isuq lil dan il-poplu f ’dawn iż-żminijiet ta’ maltemp u sfida u ġaladarba fi ftit jiem, xhur oħra d-dinja tibda tistrieħ minn din il-pandemija, immissu l-art niġru għax pajjiżna jkun ippreparat sabiex jerġa’ jirranka llum qabel għada, l-ekonomija terġa’ tkun mutur li tiġġenera eluf t’impjiegi u miljuni ta’ ewro sabiex jidħlu fil-but tal-poplu u r-rota tibda ddur b’saħħa bħal qabel il-pandemija. Dan hu l-għan ewlieni tal-Gvern. Dan hu l-għan li jixxennaq għalih bil-ħerqa l-poplu. Dan il-Gvern jafu, u b’impenn persważa li se jitwettaq għax dan hu Gvern msejjes fuq il-prinċipji soċjalisti, fuq il-prinċipji tas-solidarjetà u tax-xogħol u tat-tqassim tal-ġid b’mod ekwu.

Mid -Dj arju t a’

Nazju n-Nazzjonalist Il-Ħamis, 19 ta’ Novembru Kemm mort imqarraq, man! Jien kont qiegħed naħseb, biex ma ngħidx kont konvint, li lil Jason Azzopardi konna se neħilsu minnu. Xejn, xejn konna nibdew inwarrbu lil dawk li issa l-eżekuttiv, jew ma nafx min, iddeċieda li jitlobhom iwarrbu għax żmienhom għamluh. Imma l-kumitat ta’ etika deherlu mod ieħor u lil Jason Azzopardi reġgħu daħħluh lura fil-partit darba glorjuż tagħna. Ma nafx, imma għalija dawn kollha kummiedji li ndaħħqu n-nies bina. Sewwa kien qalli sieħbi tal-istamperija li lil Jason Azzopardi issa ma jista’ għalih ħadd ladarba kien hu li ħadem qatigħ biex qaċċtu lil Adrian Delia u minfloku għamlu lil Bernard Grech. Il-Ġimgħa, 20 ta’ Novembru M’hemmx li nieħdu r-ruħ, man! Issa anke fuq jekk għandniex inħallu lill-anzjani joħorġu bħala kandidati se nibdew niġġieldu. Ngħid għalija jien naqbel ma’ dak li kiteb Austin Bencini li jekk nagħmlu hekk inkunu qegħdin inċaħħdu lill-votanti milli jivvutaw għal min jixtiequ, u dik mhix demokrazija. Jien wieħed minn dawk li ilni snin twal nivvota għal Robert Arrigo, għalhekk jekk ma nħalluhx joħroġ fl-elezzjoni li jmiss, jien se nkun imċaħħad milli nerġa’ nivvutalu. Fuq kollox aktar nahseb li din hija mossa biex jitqaċċtu l-irjus, speċjalment ta’ dawk li kienu, u għadhom, favur Adrian Delia. Is-Sibt, 21 ta’ Novembru Skont sieħbi tal-Istamperija, ir-riżultati tas-sondaġġi li qegħdin isiru mill-partit, huma simili għal dawk tal-gazzetti. Jien bilkemm ridt nemmen lil widnejja, imma sieħbi spjegali li tal-Labour kollox qiegħed jiġihom tajjeb. Il-Kummissjoni Ewropea approvatilhom il-Baġit bla kliem u bla sliem. L-istess Kummissjoni qiegħda tgħid li se jkunu minn tal-ewwel li jerġgħu jġibu l-ekonomija fuq saqajha wara l-pandemija. L-istess qegħdin jgħidu l-aġenziji ta’ kreditu. Insomma, kulħadd ifaħħarhom. Allura mhux bilfors li jiġru bina, jekk kulħadd magħhom. Imma jien ma naqtax qalbi, man! Is-sondaġġi xejn ma noqgħod fuqhom. Il-Ħadd, 22 ta’ Novembru Dalgħodu erġajt erħejtilha lejn l-Istamperija. Din id-darba mhux biex niltaqa’ ma sieħbi, għalkemm hemm kien ukoll, imma biex nisma’ lill-Kap issa mhux ġdid tagħna, Bernard Grech. U mnalla ma qtajtx qalbi mill-maltemp għax għamilli kuraġġ mhux ħażin. Jissoda qiegħed, man! X’ma qallux lil Robert Abela - inkompetenti - inkonsistenti - jagħmel il-kawlati. U mela

jiġu l-esperti tal-Kummissjoni Ewropea u dawk tal-aġenziji ta’ kreditu u ħlief ifaħħru lil Robert Abela u lillGvern tiegħu ma jagħmlux. Insomma, mhux lakemm wieħed jagħtihom tort għax dawk lanqas idea m’għandhom x’inhi kawlata! It-Tnejn, 23 ta’ Novembru Fettilli nitla’ sal-Belt, ovvjament bil-maskra ma’ wiċċi, bit-tama li niltaqa’ ma’ xi ħadd u ngħid kelma miegħu, għax magħluq ġewwa kultant niddejjaq, għax bħalissa ħlief isSibt u l-Ħadd, rari noħroġ minħabba din l-imniefaħ ta’ pandemija. Iltqajt ma’ ħabib antik, Nazzjonalist millkbar għalkemm mhux daqsi. Qbadnieha fuq it-tibdil fil-Kabinett u jien irrepetejt dak li qal il-Kap issa mhux ġdid tagħna Bernard Grech il-Ħadd li għadda meta kkritika lil Robert Abela talli bħala Ministru għall-Finanzi ħatar bniedem bla esperjenza. Imma sieħbi xejn ma qabel ma’ din il-kritika u kien pront qalli li bl-istess raġunar, Bernard Grech ma jmissux ikkontesta għallKap tal-partit għax ma kellu esperjenza ta’ xejn, lanqas membru tal-partit ma kien. It-Tlieta 24 ta’ Novembru Dal-maltemp u l-imniefaħ ta’ pandemija qegħdin iqabduni breakdown, man. Jien mhux imdorri nqatta’ ħafna ħin ġewwa. Jien l-hena tiegħi niġri ’l hemm u ’l hawn, niltaqa’ mal-ħbieb, ngħidu kelma jew nargumenta, niekol u nixrob. Mhux għax qiegħed noqgħod ġewwa, imma mmur fejn immur rari niltaqa’ ma’ xi ħadd biex inqatta’ siegħa żmien. Allura rrid jew ma rridx qiegħed ikolli nqatta’ ħafna ħin waħdi, barra jew ġewwa. Il-problema hi li noqgħod nhewden fuq il-partit darba glorjuż tagħna, u aktar ma nhewden, aktar ninkwieta għax kultant ma nara l-ebda xaqq ta’ dawl. Illum waħda minn dawk ilġranet kienet. L-Erbgħa, 26 ta’ Novembru Għoġbitni l-idea ta’ Robert Abela li joqgħod iwieġeb il-mistoqsijiet tan-nies permezz tal-Facebook. Li kieku kont minflok Bernard Grech bħalu nagħmel, imma donnu l-Kap issa mhux ġdid tagħna, ma tantx iħabrek. Adrian Delia kuljum ikun fl-aħbarijiet, daqqa bis-sehem tiegħu f’xi programm fuq l-istazzjon tagħna, daqqa b’xi intervista fuq ir-radju jew ma’ xi gazzetta. Imma dan xejn. Donnu għalih jeżisti l-Ħadd biss u bil-Ħadd biss m’aħniex se nirbħu, aktar u aktar meta dan Robert Abela, mhux biss m’għandux kwiet u kuljum għaddej, imma għandu wkoll ħafna ħbieb fl-Unjoni Ewropea li ħlief ifaħħruh, ma jafux!


18

29.11.2020

IL-KIRXA: MILL-ĠDID FIS-SUQ MALTI Ikla li dari kienet popolari mhux ħażin fost il-Maltin kienet il-kirxa. Forsi għax kienet ikla rħisa u tajba. Kontra dak li jaħsbu wħud, il-kirxa hi magħmula millistonku tal-annimal u mhux mill-imsaren, għalkemm hemm xi partijiet li jissajru kirxa wkoll. Minħabba din l-impressjoni żbaljata, jiġifieri li l-kirxa tiġi mill-imsaren, jista’ jkun li ħafna nies ma jikluhiex. Iżda nhar is-Sibt 7 ta’ Novembru 2020 kien rappurtat mill-Unjoni Ewropea, li Malta setgħet terġa’ tibda tipproduċi l-kirxa tagħha għall-konsum; aħbar li żgur intlaqgħet tajjeb minn bosta. Għal din l-intervista tkellimt ma’ Karmenu Pace. Minn CHARLES B. SPITERI

Karmenu, mil-liema annimali tittieħed il-kirxa? Il-kirxa ssir mill-istonku ta’ ċerti annimali li l-bniedem irabbi għall-qatla. F’Malta nieklu l-aktar il-kirxa taċ-ċanga – jiġifieri talbaqra jew tal-barri; iżda tista’ tkun ukoll tal-muntun, tal-mogħoż jew tan-nagħaġ. L-istonku ta’ dawn il-bhejjem hu magħmul minn erba’ taqsimiet: tibda minn fuq għal isfel, l-ewwel l-ixkora, imbagħad il-mudullata, iċ-ċentupill u t-tames. Hu u għaddej minn dawn l-erba’ taqsimiet tal-istonku, l-ikel isir qisu tajn, għaġna, u bil-fermentazzjoni jagħmel ukoll ir-riħa. Għalhekk meta wieħed jiġi biex jaħdem ilkirxa, peress li jkun fiha din l-għaġna tal-ikel, iwarrabha għaliha, u tinħadem ’il bogħod mill-bqija tal-laħam l-ieħor. Biex il-kirxa toħroġ mis-suq trid l-ewwel tinqata’ u tingħażel taqsima minn oħra, imbagħad tinqasam jew tinfetaħ u titbattal millfdal tal-ikel li jkun hemm f ’kull taqsima tal-istonku. Wara tinħasel tajjeb, biċċiet minnha wkoll bil-misħun, tissawwat, u terġa’ tinħasel. U anke wara li tinxtara mill-ħanut tal-laħam, ilmara tad-dar terġa’ tiftaħha u taħsilha tajjeb bil-melħ u bil-lumi. Jiġifieri l-kirxa trid ħafna xogħol biex issajjarha, u allura mhux għaġeb li t-tisjir tagħha ma tantx għadu popolari. Mill-banda l-oħra, il-kirxa hi nutrittiva ħafna u

fiha ftit jew xejn xaħam. Liema hi l-akbar parti li tintuża għall-ikel tal-kirxa?

il-likwidu jittieħed biex bih jgħaqqdu l-ħalib li mbagħad isir baqta u minnu jagħmlu l-ġbejniet fil-qwieleb. Il-kirxa Naturalment l-ixkora, li tif- tat-tames jgħidulha kirxa forma madwar tliet kwarti tal-kannoli jew tal-katusi. tas-sistema kollha tal-istonku tal-baqra. Tissejjaħ hekk, għax X’ taħseb li hi l-aqwa kirxa fiha jaqa’ mill-ewwel l-ikel mill-erbgħa? kollu li tibla’ l-baqra u hi kbira bħal xkora. Għalhekk l-ewwel Fid-dinja kulħadd gostih u tip ta’ kirxa hija kirxa tal-ix- meta staqsejt lin-nies fuq dan, kora, li l-wiċċ tagħha minn kien hemm min qalli taċ-ċenġewwa huwa mqalla’ qisu tupill, għax meta ssajjarha xugaman u għalhekk il-kirxa tirtab u ma tridx ħafna nar mill-ixkora tissejjaħ ‘kirxa daqs il-kirxa tax-xugamani tax-xugamani’. li hi ġludija u tibqa’ ftit iebMit-tieni taqsima, jiġifieri sa. Raġel miż-Żurrieq qalli li l-mudullata ssir kirxa oħra, hu t-tames jimlieh u jagħmlu kirxa tal-mudullata, li tis- brodu u mbagħad iqatta’ minsejjaħ ukoll kirxa tan-naħ- nu roti roti. Inkella qal ukoll li la, u dan għax il-mudullata tista’ timlieh u tagħmlu bil-pagħandha fuqha tikmix li jixbah tata l-forn. ix-xehda tan-naħla. Il-mudullata tagħżel l-ikel it-tajjeb Bħala ikel, il-kirxa tittiekel mill-ħażin qabel ma tibagħtu f ’pajjiżi oħra wkoll? fit-tielet taqsima tal-istonku, li hi ċ-ċentupill. Miċ-ċentu- Dażgur u f’kull pajjiż isajruha pill issir kirxa oħra wkoll, dik skont id-drawwiet tagħhom tal-folji. b’xi riċetta partikolari. It-TalFil-fatt, meta tiftaħ iċ-ċen- jani saħansitra għandhom tupill li jkun bħal borża mqabb- ħwienet tal-laħam li jispeċjalda mal-parti ta’ fuq tal-ixko- izzaw fil-bejgħ tagħha. Dawn ra, fuq ġewwa ssib folja ma’ isejħulhom Tripperia, kelma li folja kirxa, qishom ktieb. Jew hi mnissla mill-isem tal-kirxa inkella wieħed jista’ jqabbilha bit-Taljan, ‘trippa’. mal-pjiegi tad-dbielet jew ma’ F’Malta tidher li kienet minfaħ tal-akkordjin. Hawn- tittiekel ħafna, tant li millhekk f’din it-tielet taqsima, ikliet kollha li għandna hi biss l-istonku jkompli jiffiltra l-ikel daħlet f’ħalq il-Maltin meta qabel ma jgħaddi għar-raba’ u jgħidu: “Min qatt kiel kirxa l-aħħar taqsima. miegħek?!”. B’dan il-qawl, dak Din ir-raba’ taqsima tal-is- li jkun ikun irid ifisser li jew tonku hi l-istonku veru. Bil- ma kellux x’jaqsam b’mod inMalti tissejjaħ it-tames. It- timu ma’ xi ħadd jew ukoll li tames jerħi likwidu aċiduż lanqas biss jaf lil dak il-bniedbiex jibdel l-ikel fi proteini. Fil- em. Mill-banda l-oħra ma’ min każ tat-tames tal-ħaruf dan “tiekol il-kirxa” jfisser li hu xi

ħabib ta’ ġewwa, jew li kellu xi tip ta’ negozju jew laqgħat miegħu. Insomma, xi ħadd li tafu sewwa u ltqajt miegħu personalment. La kienet ikla daqstant popolari, insibu xi riċetti tagħha? Fid-dizzjunarju tiegħu Malti­Ingliż, il-Professur Ġużè Aquilina jsemmi ħames modi ta’ kif wieħed jista’ jsajjar il-kirxa: 1. Kirxa fil-forn, 2. Kirxa mimlija, 3. Kirxa moqlija, 4. Stuffat talkirxa u 5. Torta tal-kirxa. Illum bil-mezzi moderni li għandna tista’ ssib ħafna riċetti ta’ kif tissajjar il-kirxa minn madwar id-dinja kollha. Iżda f’Malta tal-imgħoddi, ir-riċetti kienu jintirtu mill-omm għall-bint, il-biċċa l-kbira bil-fomm jew bil-kelma biss. Fl-1894 ċertu kittieb li jismu Eduardu Luigi Vella, tebagħ ktieb tar-riċetti fl-istamperija ta’ C.Busuttil, li kienet tinsab f’numru 133 Strada Forni, il-Belt Valletta. Dan il-ktieb kien proprjetà letterarja ta’ A. Aquilina E Co. Librari-Edituri ta’ Strada Reale, il-Belt. Fih mal-116-il riċetta ta’ platti differenti u 28 riċetta tal-ħelu. Hu miktub bil-Malti antik li kien influwenzat mill-alfabet Taljan. Dan il-kittieb, E.L.Vella semma l-ktieb tiegħu Ctieb tal-chcina. Fid-daħla tiegħu ‘Chelmtein lil min jakra’, E.V.L. jikteb hekk: Tuissia Kabel ma nibda nati xi ricetti li jena gbart, nara li hija ħagia wisk essenziali li ghandi

indaħlilcom f’rascom li sabiex il huejecc li taghmlu fil chcina icunu accettati min culħatt, u jttieclu bl’aptit, hem bzon kabel collox li il camra tal chcina tcun mizmuma bl’ichbar indafa – Il fuclari, il meida li fuka taħdmu, il ghodda collha – collox, ghandu icun maħsul u nadif daks il cristal – lebda hagia li ghanda relazioni mat-tisjir ma ghanda tcun imdensa jeu maħmugia. Min hu incaricat mil chcina ghandu izomm ruħu pulit mil izied – ghandu kabel ma jbda jaħdem, jara li rasu ja mimxuta tajeb u mitfura b’maniera tali, li ma takax xi xaghra f’dak li icun isajar – Ideih ghandom icunu maħsulin seuua, u ghandu jlbes fardal nadif sabiex ma hueigiu ma jehlux ir-ruejah collha tal chcina. Nirrichmanda li fil chcina ma għandux jingiabar lebda fdal u rimasugli ta hawn il-leil, ghax dauna f’pais phal taghna sħun, malair jaghmlu ir-rieħa jikrasu, u jistghu iħassru il ħueijeċċ taiba. Ghaldakstant jena bl’icbar forza nirrichmanda, li sabiex ittisjir jirnexxi, ghanda t’esisti fil chcina l’icbar indafa. Il Belt, 10 ta Frar, 1903. Ta’ min jinnota li f’dan it-tieni ktieb l-awtur għal darb’oħra jerġa’ jinkludi r-riċetti talkirxa tal-ewwel ktieb u jżid erbgħa oħra. Għalija dan ifisser li l-kirxa kienet għadha popolari sew. Tista’ tagħtina xi riċetti minnhom? Pereżempju l-Kirxa Stuffat, li kienet diġà dehret fl-eww-


19

29.11.2020 el ktieb iżda issa fiha xi tibdil żgħir. Tgħid hekk: Wara li tcun hsilt il chirxa tajeb bil-lumi u il melħ, tigha ghalia u imbghad kattahha strixxi irkak, kigheda geuua ix-xaham ma ftit basal imkolli irkiek, u rox fuku daks mimli imgharfa frak tal hobs. Uara zid, ftit perzut imkatta irkiek, tursin u naqra teuma, bzar u melh, u zid ftit cull tant cocc brodu sachem tara li saret. Fl’ahhar nett roxx pariggian mahkuk u guarnigha b’fetti tal ħobs imkolli. Kirxa bit-tadam: Naddaf chif ghdna u ghalli seuua il chirxa, aktahha strixxi tauualin, sad an ittant qalli geuua ftit xaham il basal u it-tursin u kighed il chirxa mat-tadam maghxur u imsoffi bzar u melh; sachem tħalligha it-tektek itfa ftit brodu cull darba sachem issir. Servigha bil parmiggian mahkuk. Kirxa bil-kappar: Uara li tcun ghalleit il chirxa, kattahha chif ghidna fuk, u kalligha bil butir u basal imkatta ċcheichen, u bixxa bl’imbit, zid bzar, melh u ftit estrat tal-laham u meta sejer is-servigha zidilha cocc cappar mishuk u ftit hall. Kirxa bil-bacon: Halli ftit bacon imkatta ċcheichen u zid mighu cocc tursin, ftit mertkux, hobsa zgheira tal birra imkatta quadrati, u daks ratlein chirxa li tcun gia’ immghollia u imkattgha quadrati, ftit brodu, melh u halligha ittektek, u roxx cull tant ftit giobon Parmiggian mahkuk. Kirxa Sampierdarena:

Kemm tħoss li naqset fostna l-kirxa bħala ikla? Illum ukoll għadha tittiekel għalkemm m’għadhiex daqshekk popolari. Naħseb li dan kemm minħabba l-iġjene kif ukoll peress li n-nies, li qabel kienu jfittxu l-kirxa għall-borma, illum kapaċi jixtru laħam taċ-ċanga, majjal, jew tiġieġ. Madankollu, għad hawn min ifittixha u saħansitra ġieli tkun ukoll ippreżentata f’tiġijiet bħala parti mill-mejda Maltija, avolja ta’ min wieħed jgħid li l-kirxa li ssib tixtri mill-ħanut illum mhix ta’ Malta, peress li waqqfu l-produzzjoni tagħha minħabba liġijiet tal-Ewropa. Iżda l-kirxa ta’ barra, min daqha jgħid li ma ttigħemx bnina bħal dik ta’ Malta. Kemm fir-riċetti li semmejt qabel kif ukoll f’oħrajn li jinkitbu llum, meta jsemmu l-kirxa ma jispeċifikawx liema tip ta’ kirxa tkun trid tixtri, jekk hux millixxa, jew tax-xugamani jew tal-pajpijiet jew mill-irqiqa. Jgħidulek biss “kirxa”. Sakemm int tkun trid issajarha stuffat ma jimpurtax, imma ċertu tip ta’ kirxa hija adattata għal ċerti platti u mhux oħrajn. Ngħidu aħna wieħed xiħ residenti San Vinċenz li huwa minn Ħaż-Żabbar imma kien mar joqgħod Ħal Balzan wara li żżewweġ, qalli li martu kienet tixtri l-kirxa tal-pajpijiet, timlieha bl-ikkapuljat u mbagħad tagħmilha l-forn. U fis-sit tal-internet minn Għawdex “għarbnet.com” wieħed isib ir-riċetta tas-Soppa tal-Kirxa fost ir-riċetti l-oħra tradizzjonali li jippreżentaw u li jżidu magħha l-ġbejniet friski Għawdxin. Anne u Helen Caruana Galizia fil-ktieb The Food and Cookery of Malta (1997 p.37) jsejħu riċetta tixbah ħafna li din bħala “Minestra talKirxa”. Huma jiktbu li din it-tisjira tista’ ssir billi wieħed jiftaħ il-pajpijiet tal-kirxa bi mqass, u wara jaħsilhom ripetutament fl-ilma bil-lumi. Imbagħad wieħed jitfa’ l-kirxa mill-bidu nett mal-bqija tal-ħaxix għall-minestra u jsajjar kollox f’daqqa.

Ghalligha ftit, kattahha irkieka bhal zagarelli. Kighed geuua cazzola basla imkattgha irkiek, tursin, ftit zfunnaria, u kallighom bil butir; imbghad ixhet mahhom ftit prinioli mishukin u sugu tat-tatdam u halligha itektek bil mod sa issir. Meta tcun lesta roxxila fuka Jiġifieri ngħid sew li r-riċetti giobon Parmiggian mahkuk. tal-kirxa kienu popolari? Jiġifieri konna nsibu varjetà ta’ modi kif tissajjar il-kirxa? Popolari sew. Insibu wkoll lill-awtur Salvu Agius, bniedem Dażgur. U fl-1936 l-awtur li qaleb għall-Malti u kiteb ħafħareġ edizzjoni ġdida tat-tieni na fuljetti u L-Istorja ta’ Malktieb ‘miżjud b’ħafna riċet- ta. Iżda għandu wkoll ħames ti ġodda’ stampat fl-Istamp- kotba tar-riċetti. Fl-ewwel erija tas-Sależjani tas-Slie- ktejjeb tal-1938 jinkludi riċetta ma. Fit-tieni ktieb l-awtur tal-kirxa li sa fejn naf baqgħet bidel ukoll il-format tal-kitba l-unika waħda fis-sensiela tar-riċetta u qasamha fi tne- kollha. Jisimha Kirxa Stuffat La jn: l-ewwel jibda biex isem- Fiorentina u tgħid hekk: Il-kirxa għandha tkun qami l-ingredjenti meħtieġa u mbagħad wara jkompli jagħti belxejn imnaddfa tajjeb, maħsula iktar minn darba u mgħoll-metodu tas-sajran. Jagħti r-riċetti tal-‘Kirxa lija. Imbagħad qattagħha alla Lijoniża’, ‘Kirxa Frakassija’ strixxi m’oħxon nofs saba’ u agħmilha tixxotta fi tvalja. Imu l-‘Kirxa all’Indiana’.

bagħad qegħidha titqalla’ bilmod f’kazzola bil-butir u meta tneħħiha minn fuq in-nar ixħet fuqha ftit zalza tat-tadam u fl-aħħar nett erġa’ ixħet fuqha ftit butir u parmiġġjan maħkuk. Naf li daqs 50 sena ilu kien hawn familji li mill-ikel li jsajru, iħawdu xi ħaġa għall-għada. Bil-kirxa kien isir hekk? Piju Borg, regettier mir-Rabat, Għawdex qalli li huma l-ewwel kienu jsajru l-kirxa bil-ħaxix u minn dak li jibqa’ l-għada jagħmlu stuffat u tgħidx kemm kien jiġi tajjeb. Illum hawn riċetti oħra iktar moderni u mħawrin.Waħda ngħatat minn Dounia Borg fil-programm tar-radju Bonġu li xxandar il-Ġimgħa 20 ta’ Novembru 2009. Jidhirli li hemm xi metodu ieħor tal-kirxa li jgħidulha ‘Xuppatu’. Iltqajt magħha? Ċertu Feliċ tal-laħam miż-Żurrieq qalli li meta fiż-żmien, ommu u missieru kienu jmorru jbigħu l-ġbejniet u l-irkotta lejn il-Belt u Tas-Sliema, kienet teżisti ikla magħmula millkirxa jisimha ‘Xuppatu’. Din il-kelma tinsab fid-dizzjunarji tal-Professur Ġużè Aquilina u ta’ Erin Serracino Inglott. Skont dan tal-aħħar il-kelma ġejja mill-Calabria, sciuppatu u kienet tkun bħal kawlata ta’ ħxejjex u kirxa mgħollija flimkien. Feliċ jgħid li kienet tkun borma mmerrqa bil-biċċiet talkirxa rqiqa minn tal-muntun jgħumu fil-wiċċ. Kienu jitfgħulha l-ħaxix, piżelli, tadam, qarabagħli, patata, insomma, ħaxix imħallat. Wara li jkunu lestew mill-biegħa, missieru kien jgħid lill-mara: “issa platt xupputu mmurraw nieħdaw”.

Fid-dinja kulħadd gostih u meta staqsejt lin-nies fuq dan, kien hemm min qalli taċ-ċentupill, għax meta ssajjarha tirtab u ma tridx ħafna nar daqs il-kirxa tax-xugamani li hi ġludija u tibqa’ ftit iebsa


20

29.11.2020

OLIVER FRIGGIERI

...IL-KUXJENZA TA’ NAZZJON Kitba ta’ CLIFFORD GALEA Oliver Friggieri. Twieled il-Furjana fis-27 ta’ Marzu 1947. Il-kbir fost erba’ aħwa, żewġ subien u żewġt ibniet. Oliver Friggieri tgħallem fl-Iskola Primarja tal-Furjana, fis-Seminarju tal-Arċisqof, fejn kien seminarista u fl-Università Rjali ta’ Malta. Fis-Seminarju Minuri kien student maċ-Chairman tal-Kunsill Malti tal-Arti, Albert Marshall u mal-Eks Ministru u mal-Eks Speaker tal-Kamra tad-Deputati Dr Louis Galea. Huwa ġab il-Baċellerat tal-Arti filMalti, Taljan u Filosofija fl1968, il-Masters fl-1975 bitteżi ta’ kritika komparata La cultura italiana a Malta: storia e influenza letteraria e stilistica attraverso l’opera di Dun Karm. Il-poplu kollu tah eloġju. Sellimlu u ra kif għamel biex jagħtih l-aħħar tislima. Il-Professur Friggieri kien tassew maħbub. Mhux biss għax ħadem bis-sħiħ favur dak li hu Malti, speċjalment l-ilsien, imma wkoll għaliex kien raġel umli, jirrispettak qabel tirrispettah inti, lest li jisma’ u jara kif jgħin. Huwa Malti kif għandu jkun, b’valuri kbar u mimli entużjażmu lejn art twelidna. Wara li ggradwa, beda jgħallem il-Malti u l-Filosofija fl-iskejjel sekondarji tal-Gvern. Fl-1970 ġie magħżul bħala Segretarju tal-Moviment Qawmien Letterarju. Oliver kiseb id-Dottorat fil-Letteratura Maltija fl-1978 bit-teżi La Cultura Italiana del Romanticismo e la Poesia Maltese. It-teżijiet tal-Masters u

tad-Dottorat tiegħu t-tnejn ġew ippubblikati bħala kotba fl-Italja. F’din l-istess sena li kiseb id-Dottorat, Oliver beda l-ħidma tiegħu fl-Università ta’ Malta fil-grad ta’ Lecturer. Dam f ’din

Fost l-iktar xogħlijiet tekniċi tiegħu fejn tidħol il-lingwa Maltija nsibu d-Dizzjunarju ta’ Termini Letterarji, (1996). Dan id-dizzjunarju fih ħażna kbira ta’ termini li jmissu l-oqsma kollha tal-kritika letterarja, mit-teorija sal-istilistika, mill-istorja tal-letteratura sal-kritika prattika, u wkoll termini kritiċi ta’ xeħta filosofika u lingwistika

il-kariga għal 10 snin sakemm fl-1988 kien nominat fil-grad ta’ Associate Professor u ftit wara nħatar il-Kap tad-Dipartiment tal-Malti fl-Università. Sentejn biss wara kiseb it-titlu ta’ Professur. Oliver Friggieri ttraduċa diversi xogħlijiet letterarji għall-Malti fosthom mil-Latin, mill-Ingliż u mit-Taljan. Żgur li jibqa’ magħruf sew għall-kitba tal-ewwel oratorju bil-Malti bl-isem ta’ Pawlu ta’ Malta li nkiteb fl-1985 għall-ewwel kantata bil-Malti bl-isem ta’ L-Għanja ta’ Malta. Oliver Friggieri jibqa’ mfakkar mhux biss għar-rumanzi, novelli u l-poeżiji tiegħu li saħħru anki qarrejja ta’ diversi lingwi oħra għajr il-Malti, imma wkoll bħa-

la l-persuna li nediet l-ewwel konkors nazzjonali dwar il-kultura Maltija. Il-kitbiet ta’ Oliver Friggieri ġew tradotti f’16-il lingwa fosthom l-Ingliż, it-Taljan, ilFranċiż, il-Grieg, il-Maċedonjan u r-Rumen. Fost l-iktar xogħlijiet tekniċi tiegħu fejn tidħol il-lingwa Maltija nsibu d-Dizzjunarju ta’ Termini Letterarji, (1996). Dan id-dizzjunarju fih ħażna kbira ta’ termini li jmissu l-oqsma kollha tal-kritika letterarja, mit-teorija sal-istilistika, mill-istorja tal-letteratura sal-kritika prattika, u wkoll termini kritiċi ta’ xeħta filosofika u lingwistika. Fih ukoll it-termini kollha li jsawru l-vokabolarju tal-metrika, li fi tmiem il-volum hi miġbura għaliha. L-awtur ifisser it-termini fihom infushom, u dan iwassal biex id-dizzjunarju

jista’ jinqeda bih kull min hu interessat fl-istudju tal-letteratura fiha nnifisha. Huwa jseddaq it-tifsira tat-termini b’eżempji mil-letteratura Maltija. Id-dizzjunarju hu miktub hekk li jista’ jkun ta’ fejda f’livelli differenti tal-istudju tal-letteratura, waqt li joffri lill-istudjuż u lill-kittieb it-tagħrif meħtieġ kollu dwar l-arti tal-kelma. Fost il-kwantità ta’ novelli li kiteb Oliver Friggieri ta’ min isemmi Stejjer Għal Qabel Jidlam (1986). F’kull rakkont, b’kitba sempliċi u mimlija implikazzjonijiet, Friggieri xtaq ipinġi karattru mdawwar minn ambjent li jweġġgħu b’mod jew b’ieħor. Hu u jirrakkonta lil Malta li jaf, fittex li jesprimi wkoll il-verità ewlenija: kull qalb tinsab f’dinja waħda, iżda r-realtà hi waħda għal kulħadd, għad li mhux kulħadd iħossha bl-istess qawwa u mhux kulħadd jgħaddi mill-istess tbatija. Ċert li l-iktar rumanż li għalih ser jibqa’ msemmi Oliver Friggieri, huwa dak bl-isem - Fil-Parlament ma Jikbrux Fjuri (1986). Rumanz li fi żmien politikament imqalleb ta’ Malta qanqal kontroversja politika kbira. Issemma sikwit fil-Parlament, u l-frażi tal-istess isem saret kważi idjoma fl-ilsien Malti. L-awtur kien intervistat minn stazzjonijiet u ġurnali barranin. Għall-preżentazzjoni tiegħu marru mijiet ta’ nies, u r-rumanz xtered bl-eluf. Friggieri jikteb dwar l-għeruq tal-konflitti bejn iż-żewġ partiti politiċi u jibni karattru ewlieni, Karlu Manju, li jirrappreżenta lill-Malti ħieles. Huwa rumanz politiku, ta’ mħabba, reliġjuż... rumanz li għamel storja... għax jitkellem dwar il-qawwa tal-bniedem tat-triq. Fi żminijiet iktar riċenti, Oliver ħallielna l-awtobijografija tiegħu fil-ktieb - Fjuri li ma jinxfux, Tifkiriet 1955-1990 (2008). Ktieb ta’ memorji bejn esperjenzi personali, drawwiet soċjali, u battalji tal-partiti politiċi. Rakkont mimli stampi ta’ nies, avvenimenti, postijiet, l-aktar ta’ Balzunetta, ilPort il-Kbir u l-inħawi. Toroq bla wisq traffiku, tfal jilagħbu kullimkien, nisa bl-għonnnella, djar bla televixin, tallaba jorqdu barra, Malta kolonja


21

29.11.2020

Ingliża. L-awtur ipinġi kwadri kurjużi miż-żmien ta’ tfulitu sa perjodu mqalleb ħafna fl-istorja ta’ Malta. Jirrakkonta l-ġlieda bejn il-Knisja Kattolika u l-Partit Laburista, kif għexha hu stess, tifel fil-MUSEUM u mbagħad Seminarista, fi żmien l-Interdett. Jippreżenta l-ħajja sempliċi tas-snin 50 u 60, u jħallat episodji privati ma’ ġrajjiet drammatiċi fl-epoka ta’ Ġorġ Borg Olivier, Dom Mintoff, Karmenu Mifsud Bonnici u Eddie Fenech Adami. Jirrakkonta kif snin wara ddiskuta din is-sitwazzjoni fil-privat u fit-tul ma’ Mintoff, li kien hu stess li bi frażi li qal fil-Parlament: “Min m’għandux x’jagħmel jikteb ktieb!” kien wasslu biex jikteb ir-rumanz Fil-Parlament ma Jikbrux Fjuri (1986). F’Jum ir-Repubblika tal1999, Oliver Friggieri ġie onorat mir-Repubblika Maltija bil-grad ta’ kumpann fl-Ordni Nazzjonali tal-Mertu. Seba’ snin ilu, fl-okkażjoni tal-50 anniversarju mill-Indipendenza ta’ Malta huwa nħatar Chairman tal-Kumitat għaċ-Ċelebrazzjonijiet Festi Nazzjonali. Hu dejjem ipprietka għall-għaqda fost il-Maltin lil hinn mill-għamad tal-politika. Tliet snin wara, Oliver Friggieri kien l-ewwel persuna li ngħatat il-Midalja tad-Deheb mill-Akkademja tal-Malti għall-kontribut tiegħu biex il-lingwa Maltija kompliet tiffjorixxi. Bix-xieraq! L-hena tiegħi nara żgħażagħ isemmuh, jiftaħru bih u jsellmulu. Xi ġmiel. Naf fiċ-ċert li l-Professur Friggieri, dan kien jinnutah anke tul ħa-

jtu. Kien jinnota kemm kellu kapaċità jgħin lin-nies iħobbu lil Malta u dak kollu li jagħmilha, speċjalment issabiħ tal-lingwa tagħna, ilMalti. Fl-2018 imbagħad Oliver Friggieri ġie ppremjat bl-unur għall-karriera artistika fl-ewwel edizzjoni tal-Premju għall-Arti organizzat mill-Kunsill Malti għall-Arti. Permezz ta’ dan l-artiklu nixtieq inwassal mhux biss il-kondoljanzi tiegħi, imma anke ringrazzjament tiegħi bħala Malti għall-ħajja ta’ Oliver li sebbħet u saħħet l-identità nazzjonali tagħna, lil martu Eileen, lil bintu Sarah u lin-neputijiet tiegħu Elise u Luca. Olivier kien missier eżemplari, kien kittieb, kien poeta, kien ħassieb imma fuq kollox kien il-kuxjenza nazzjonali tal-pajjiż. Ngħożż f ’qalbi s-snin tal-Università meta kont student tiegħu. Ngħożż f ’qalbi wkoll il-mod ta’ komunikazzjoni li dejjem kellu ma’ kulħadd. Ma jinsikx! Ma jitkabbar qatt! Jalla nsewguh u nżommuh bħala mudell tagħna. Jalla verament nitgħallmu minnu u ma nħallux iż-żmien inessina. Jalla nies bħal Friggieri jkunu veru l-persuni li nsegwu bħala rwoli għalina u ma ninħlewx fit-tfexfix fl-għajnejn tal-ħafna geġwiġija li toffri l-ħajja moderna. Flgħeruq, ukoll hemm is-sabiħ, f ’art twelidna għalkemm fiċċokon, ukoll għandna fejn nimirħu, nikbru, nitgħallmu, inħobbu u naqsmu l-ferħ u t-tbatijiet ma’ xulxin. Hekk biss, ħajjitna tinħass aħjar. Insellmulek Professur!

UFFIĊĊJU ĊENTRALI ĠDID TA’ SERVIZZ.GOV Il-Prim Ministru Robert Abela, flimkien mas-Segretarju Permanenti Ewlieni Mario Cutajar, din il-ġimgħa inawguraw uffiċini ġodda ta’ servizz.gov fil-Mosta. Bil-ftuħ ta’ dan l-uffiċċju ċentrali se jiżdied it-titjib, fejn filwaqt li jinżamm livell ta’ kwalità eċċellenti, is-servizz se jkun mifrux u ta’ professjonalità. Il-ħidma se tkun waħda fejn is-Servizz Pubbliku jantiċipa l-ħtiġijiet tal-klijenti tiegħu. Servizz.gov iservi ta’ lembut fejn is-servizzi kollha governattivi, madwar 1,500, joħorġu minnu u fejn il-klijent ma joqgħodx iħabbel rasu f’liema uffiċċju għandu jmur. Servizz.gov se jkun fuq quddiem biex it-tieni fażi tat-tiġdid tas-Servizz Pubbliku ssir realtà, fosthom bi twaqqif ta’ remote working hubs. Mill-2016 ’l hawn is-servizz irċieva ’l fuq minn 40,000 email u din is-sena se jkunu saru qrib il-miljun telefonata fuq in-numru tal-freephone. Il-Prim Ministru Robert Abela qal li llum imxejna ħafna ’l quddiem. “Filli wieħed irid imur minn post għal ieħor biex jinqeda, u filli llum servizz.gov joffri aktar minn 1,500 servizz taħt saqaf wieħed. Fi kważi 5 snin, aktar minn 300,000 persuna żaru xi wieħed mit-23 hub madwar il-pajjiż bl-aħħar 3 xhur, kemm ilu li servizz.gov ħa f’idejh anke l-uffiċċji distrettwali tas-sigurtà soċjali, kien hemm aktar minn 60,000 persuna li żaru dawn l-uffiċċji,” qal Dr Abela. Is-Segretarju Permanenti Ewieni s-Sur Cutajar qal illi servizz.gov huwa x-xempju ta’ servizz eċċellenti fejn is-servizz ikun disponibbli 24 siegħa kuljum, is-sena kollha, u minn kullimkien. Għalhekk qal li ma jħossux sorpriż illi skont l-aħħar kejl tal-Eurobarometer 64% tal-poplu Malti għandu fiduċja fis-Servizz Pubbliku – jiġifieri 12% iktar mill-medja fl-Unjoni Ewropea. Is-Sur Cutajar stqarr illi meta nkunu qed nitkellmu fuq servizz.gov, tajjeb li niftakru illi l-istrateġija ta’ servizz ta’ eċċellenza ma tiffokax fuq metodu wieħed biss kif jingħataw

is-servizzi imma tiffoka fuq faċċati diversi ta’ kif nilħqu lil kulħadd. M’għandniex biss mservices jew l-online portal imma għandna wkoll it-telefonati u l-walk-in hubs għal min mhux daqshekk intiż fit-teknoloġija. Huwa qal li bil-ftuħ ta’ dan l-Uffiċċju Ċentrali se nkomplu nimmiraw għal aktar titjib, fejn filwaqt li nżommu livell ta’ kwalità eċċellenti, irridu nkomplu nifirxu s-servizz tagħna. Dan mhuwiex punt ta’ wasla imma punt ta’ tluq. It-tieni fażi tat-tiġdid tas-Servizz Pubbliku hija eċitanti daqs l-ewwel fażi – anke permezz ta’ remote work stations għal aktar flessibilità. Is-Sur Cutajar qal li rridu nibqgħu naħdmu biex kemm jista’ jkun ma nistennewx il-klijenti imma nkunu aħna li nantiċipaw il-ħtiġijiet tagħhom. Anke permezz ta’ teknoloġiji emerġenti. Il-viżjoni ’l quddiem għandha tkun li apparti l-uffiċini li fihom jintlaqgħu n-nies, nanalizzaw il-back-end tasservizz u permezz ta’ hekk inkomplu neċċellaw fil-kwalità fit-totalità tagħha. Fl-istess attività tkellem il-Kap Eżekuttiv ta’ servizz.gov is-Sur Massimo Vella fejn qal li servizz.gov għamel avvanzi kbar tant li nħasset il-ħtieġa ta’ uffiċċju ċentrali ġdid. Huwa qal illi servizz.gov se jkun responsabbli mid-diġitalizzazzjoni fis-Servizz Pubbliku sabiex tkompli tissaħħaħ il-kwalità fl-għoti ta’ servizzi governattivi.

Filli wieħed irid imur minn post għal ieħor biex jinqeda, u filli llum servizz.gov joffri aktar minn 1,500 servizz taħt saqaf wieħed


22

29.11.2020

JESSICA MAGRO

LEĦINNA HUWA L-GĦODDA BIEX NASLU FEJN NIXTIEQU Kitba ta’ RAMONA PORTELLI Dan l-aħħar, jum fost l-oħrajn għamlet kuntatt miegħi Jessica, fejn fost diskussjonijiet oħra infurmatni li ħarġet kanzunetta ġdida. Interessajt ruħi nsir naf aktar, u b’hekk stedintha nagħmlu intervista flimkien, sabiex tiġu mgħarrfa dwar il-mużika ġdida tagħha intom il-qarrejja tal-paġna tiegħi. Qed nirreferi għal Jessica Magro. Għandha 30 sena, minn Ħaż-Żebbuġ u taħdem bħala Digital Marketing and Communications Executive. Bħala passatempi, tħobb taqra u ssiefer meta huwa possibli. Tiddeskrivi lilha nnifisha bħala bniedma indipendenti u determinata. Tagħmel minn kollox biex tasal fejn tixtieq. Toħroġ it-tieni diska oriġinali tagħha - Break the Silence Ta’ min jgħid li Jessica ilha fix-xena tal-mużika mis-sena 2002. Tgħid li s-sodisfazzjon li tieħu mill-mużika huwa wieħed kbir. “Huwa ta’ sodisfazzjon kbir apparti li nkanta u naqsam it-talent tiegħi man-nies, nikteb il-mużika tiegħi u tkun ta’ ispirazzjoni għal ħaddieħor,” bdiet tgħidli dwarha u l-mużika. Matul din is-sena Jessica kienet ilha taħdem fuq kanzunetta ġdida, u fil-fatt, ħarġitha ftit ġimgħat ilu. Il-messaġġ tagħha huwa li m’għandek tibża’ qatt titkellem u turi l-opinjoni tiegħek anke jekk xi kultant ma tkunx l-opinjoni tal-massa. Ħallejt f’idejha sabiex telabora aktar dwar din l-istess kanzunetta. “Bħala t-tieni diska oriġinali tiegħi xtaqt nagħmel xi ħaġa differenti kemm bħala ħoss u anki bħala dehra. Il-kanzunetta jisimha Break the Silence u hija kompożizzjoni tiegħi stess. Il-produzzjoni saret ma’ Matteo Depares at WickedandLoud Studios. Il-vidjow sar minn Marlon Polidano u r-ritratti ħadhom Mark Soler,” stqarret miegħi. Hija ssostni li ġarrbet esperjenza simili - fejn baqgħet lura milli taqsam opinjoni u kienet tibża’ ssemma

leħinha. Ħallejt f’idejha sabiex telabora dwar dan il-fatt u kif eventwalment żvolġiet kollox f’kanzunetta waħda. “Meta kont iżgħar kont noqgħod lura ħafna milli nitkellem u minħabba f’hekk batejt fil-ħajja. B’hekk, xtaqt ngħaddi l-messaġġ li m’għandek qatt tibża’ li n-nies se jiġġudikawk u għandek dejjem turi l-opinjoni tiegħek. Il-chorus kien l-ewwel li ġie f’moħħi u mill-ewwel laqatni. Minn hemm bdejt nibni l-bqija tal-kanzunetta biex imbagħad fl-aħħar ġiet Break the Silence.” Minħabba l-mistħija, maż-żmien kellha tbati fis-silenzju Ta’ min jgħid ukoll li Jessica hija l-kantawtriċi tal-istess

kanzunetta. Stqarret miegħi li maż-żmien kellha tbati fis-silenzju. “Naħseb li l-iktar affarijiet li żammewni lura

milli nsemma’ leħni kienu l-mistħija, in-nuqqas ta’ kunfidenza u l-biża’. Imma iktar ma tikber u tinnota l-affarijiet

ta’ madwarek, iktar tagħmel kuraġġ biex dak li għandek f’moħħok tgħidu. Leħinna huwa l-għodda biex nesprimu ruħna,” stqarret miegħi. Interessanti l-fatt ukoll li Jessica ħadmet ukoll il-vidjow għal din il-kanzunetta. Fil-fatt, il-music video sar ma’ Marlon Polidano. “Filwaqt li ridt inwassal il-messaġġ tal-kanzunetta, ridt ukoll noħloq dehra sabiħa fil-vidjow, u għamilna hekk billi morna f’diversi postijiet madwar Malta bħallBelt Valletta u l-Mellieħa.” Mistoqsija kif taħseb li qed tintlaqa’ din il-kanzunetta ġdida tagħha, speċjalment issa li għaddejjin waqt il-pandemija tal-COVID-19, Jessica weġbitni: “Irċivejt ħafna kummenti sbieħ u ta’ inkoraġġament u dawn vera jimlewni b’kuraġġ biex inkompli għaddejja u nikteb diski oriġinali oħra. In-nies speċjalment f’dan iżżmien diffiċli iktar qed ifittxu mużika differenti li tagħti messaġġ pożittiv u naħseb li dan il-fatt huwa parti missuċċess ta’ din il-kanzunetta.” Staqsejtha wkoll dwar dak li tinnota madwarha, kif tħares lejn il-mużika lokali, jekk taħsibx li f’Malta hawn lok fejn timraħ bil-mużika bħal tagħha ħdejn pajjiżi oħra. “Naħseb li l-industrija tal-mużika f’Malta hija kemxejn limitata, speċjalment meta tkun għadek fil-bidu. Naħseb li għandu jkun hawn iktar pjattaformi differen-

Meta kont iżgħar kont noqgħod lura ħafna milli nitkellem u minħabba f’hekk batejt fil-ħajja. B’hekk, xtaqt ngħaddi l-messaġġ li m’għandek qatt tibża’ li n-nies se jiġġudikawk u għandek dejjem turi l-opinjoni tiegħek. Il-chorus kien l-ewwel li ġie f’moħħi u mill-ewwel laqatni. Minn hemm bdejt nibni l-bqija tal-kanzunetta biex imbagħad fl-aħħar ġiet Break the Silence


08.11.2020 29.11.2020 ti biex artisti ġodda jkunu jistgħu jesprimu l-mużika tagħhom. Il-midja soċjali għenet ħafna biex ħafna mill-ostakli tal-passat jonqsu, imma naħseb li għad fadal x’isir biex nippromwovu talent ġdid.” Ta’ min iżid jgħid li xi snin ilu, Jessica kienet ir-rebbieħa tal-Għanja tal-Poplu 2017. Stedintha ġġedded il-memorji u nostalġija li għandha. Fil-fatt, qaltli: “L-isbaħ esperjenza ta’ ħajti u meta niftakar f’dakinhar ġismi jqum xewk xewk. Esperjenza li ma ninsa qatt,” tbissmet tgħidli. Bil-midja soċjali l-mużika awtomatikament timraħ ’il barra minn Malta Mistoqsija jekk taħsibx li l-mużika tagħha toħroġha ’l barra minn Malta, Jessica weġbitni: “Bil-midja soċjali l-mużika awtomatikament timraħ ’il barra minn Malta. Meta ttella’ mużika fuq YouTube, Spotify, Facebook, eċċ - hemm l-opportunità li tinstema’ mad-dinja kollha,” dlonk weġbitni Jessica. Mill-mużika qlibt għallħajja personali u inġenerali tagħha u xtaqt nieħu xi opinjonijiet mingħandha. Fil-fatt,

23 staqsejtha xi jdejjaqha millħajja inġenerali. “Il-mentalità antika li xi kultant niltaqa’ magħha speċjalment kif jaħsbuha n-nies fuq il-mużika bħala iktar minn passatemp. U dan il-fatt żamm ħafna artisti lura milli jaħdmu fil-qasam tal-mużika fulltime.” B’kurżità fuqi, staqsejtha wkoll kif bħala kantanta u b’liema mod affettwatha lilha personali l-pandemija tal-COVID-19. “Affettwatni ħafna. Il-booking tat-tiġijiet, tal-gigs u kunċerti kollha ġew jew imħassra jew imxew għas-sena d-dieħla u dawn huma l-qligħ li nuża biex nikteb diski ġodda,” stqarret miegħi. Fl-aħħar nett, Jessica għaddiet messaġġ lill-qarrejja ta’ din il-gazzetta. “Nixtieq niringrazzja lil dawk kollha li semgħu l-kanzunetta tiegħi u li qasmuha malħbieb u l-familja tagħhom. Nistieden lil dawk li għadhom ma semgħuhiex biex iżuru l-midja soċjali tiegħi fuq Facebook, YouTube u Spotify billi jfittxu Jessica Magro. Dejjem ftakru li l-leħen tagħna huwa l-għodda biex naslu fejn nixtiequ,” temmet tgħidli.

SKEDA ONE 07:15 07:30 07:45 08:00 08:30 09:15 09:30 10:30 12:30 12:40

TNEJN Pjazza ONE Sports 30-11 & Temp ONE News Prime Time Reboot Follow Up Gizelle ONE News Night Transmission

12:45 13:00 15:30 15:35 16:00 16:15 16:30 16:45 17:30

Telebejgħ Kalamita ONE News Ieqaf 20 Minuta Telebejgħ Prime time Preview Duurella Mhux kemm taf Flimkien ma’ Nancy

18:30 19:15 19:30 20:10 20:30 21:00 22:15 23:30 23:45

07:15 ONE News 07:30 ONE News 07:45 Duurella 08:00 Il-Quddiesa tal-jum 08:30 Pjazza 09:15 Telebejgħ 09:30 Better Living 10:30 Espresso 12:30 ONE News

12:40 12:45 13:00 15:30 15:35 16:00 16:15 16:30 17:30 18:30

Teftif Telebejgħ Kalamita ONE News Ieqaf 20 Minuta Telebejgħ Prime time Preview Follow Up Dak li Jgħodd Pjazza

19:15 ONE Sports & Temp 19:30 ONE News 20:15 Prime Time 20:45 Ħabrikt - Reel 8 21:00 Mija - PL 22:15 Music Legends 22:50 Ondroad 23:30 ONE News 23:45 Night Transmission

07:15 07:30 07:45 08:00 08:30 09:15 09:30 10:30 12:30 12:40 12:45

13:00 15:30 15:35 16:00 16:15 16:30 16:45 17:30 18:30 19:15

Kalamita ONE News Teżori Telebejgħ Prime Time Preview Duurella Pink Panther Pajjiżi Pjazza ONE Sports & Temp

19:30 ONE News 20:10 Prime Time 20:30 The Local Traveller 21:00 Division 7 22:30 Distintivi 23:30 ONE News 23:45 Night Transmission

08:30 09:15 09:30 10:30 12:30

07:15 ONE News 07:30 ONE News 07:45 Duurella 08:00 Il-Quddiesa tal-jum Pink Panther Telebejgħ Il-Kelma Espresso ONE News

12:40 12:45 13:00 15:30 15:35 16:00 16:15 16:30 17:00 17:35

Teftif Telebejgħ Kalamita ONE News Teżori Telebejgħ Prime Time Preview Żona Sport Popcorn Ħabrikt - Reel 8

18:00 18:30 19:15 19:30 20:15 20:35 21:00 22:30 23:30 23:45

07:15 07:30 07:45 08:00 08:30 09:15 09:30 10:30 12:30 12:40

ONE News ONE News Duurella Quddiesa tal-jum Pjazza Telebejgħ Flimkien ma’ Nancy Espresso ONE News Teftif

12:45 13:00 15:30 15:35 16:00 16:15 17:00 17:30 18:30 19:15

Telebejgħ Kalamita ONE News Kalamita Telebejgħ Prime Time Preview Duurella Indhouse Pjazza ONE Sports

& Temp 04-12 19:30 ONE News 20:15 Prime Time 20:35 Min Imissu?! 22:00 Kick OFF 23:30 ONE News 23:45 Night Transmission

ONE News ONE News Duurella Quddiesa tal-jum Pjazza Telebejgħ Indhouse Espresso ONE News Teftif

TLIETA 01-12

ĦAMIS 03-12

ONE News ONE News Duurella Quddiesa tal-jum Pjazza Telebejgħ Dak li jgħodd Espresso ONE News Teftif Telebejgħ

SIBT 05-12

ERBGĦA 02-12

Mhux kemm taf Pjazza ONE Sports & Temp ONE News Prime Time Dirett Ilsien in-Nisa Reboot ONE News Night Transmission

ĠIMGĦA

07:15 ONE News 07:30 ONE News 07:45 Duurella 08:00 Il-Quddiesa tal-jum 08:30 Better Living 09:30 Reboot 10:30 Popcorn 11:00 Indhouse

11:55 Telebejgħ 12:30 ONE News 12:35 Mhux kemm taf 13:10 Kick Off 14:45 Ħabrikt 15:00 The Local Traveller 15:30 ONE News 15:35 Il-Kelma 18:00 Pink Panther

18:40 Ondroad 19:15 ONE Sports & Temp 19:30 ONE News 20:10 Ieqaf 20 Minuta 20:30 Arani issa 23:30 ONE News 23:45 Night Transmission

07:15 07:30 07:45 08:00 08:40 10:30 11:55 12:30

12:35 15:30 15:35 15:35 16:15 17:30 19:15

19:30 ONE News 20:10 Ieqaf 20 Minuta 20:30 Attività Politika 21:30 Min Imissu?! 23:30 ONE News

ONE News ONE News Duurella Il-Quddiesa tal-jum Paper Scan Attività Politika Telebejgħ ONE News

Arani Issa ONE News Arani Issa Duurella Mija L-Argument One Sport & Temp

ĦADD 06-12


24

29.11.2020

reċensjoni tal-ktieb

MAL-FANAL HEMM ĦARSTEK TIXGĦEL POEŻIJI TA’ OLIVER FRIGGIERI MIĠBURA U MAGĦŻULA MINN TONI CORTIS Dan il-ktieb, ormai klassiku fil-ġeneru tiegħu, fih ġabra tal-poeżiji ewlenin ta’ Oliver Friggieri tal-perjodu 1961-1988. Il-ġabra li tidher f’dan il-ktieb tinfirex fuq medda ta’ 27 sena minn meta l-awtur kien għadu żagħżugħ ta’ 14-il sena sa ma jasal għall-maturità poetika meta kiteb liriċi bħal “Mal-Fanal hemm ħarstek tixgħel”, “Ħarstek vjola tkanta”, “Poeta”, “Se nifrex il-lejl fuqek”.

Mistoqsija: Fuq kemm-il sena hija mifruxa l-ġabra ta’ poeżiji li tidher f’dan il-ktieb? Ibagħtu r-risposta tagħkom lil: Kompetizzjoni Ktieb, KullĦadd, ONE Complex A 28B, Industrial Estate, il-Marsa MRS 3000, u tidħlu biċ-ċans li tirbħu l-ktieb MAL-FANAL HEMM ĦARSTEK TIXGĦEL. Ir-rebbieħ jitħabbar nhar il-Ħadd 6 ta’ Diċembru. Ir-rebbieħa huma mitluba jiġbru l-ktieb mill-ONE Complex, il-Marsa, billi jippreżentaw il-karta tal-identità, flimkien mal-ittra li se tintbagħtilhom minn din il-gazzetta, mit-Tlieta sal-Ġimgħa bejn id-09.00 u s-13.00, u s-Sibt bejn l-11.00 u l-16.00, festi pubbliċi esklużi. Intant, ir-rebbieħa tal-ktieb ID-DELL TAL-ISFORTUNAT hija:

L. VELLA - QORMI

05 Ġemma’ l-kupuni ta’ ħames ġimgħat wara xulxin kif ukoll wieġeb il-mistoqsija marbuta mal-aħbarijiet. Ibgħathom f ’daqqa lil: KOMPETIZZJONI €100, KullĦadd, ONE Complex, A 28 B, Industrial Estate, Il-Marsa MRS 3000 Skont ir-Riċerka Ewropea, kemm mistennija jkollha valur l-industrija tal-kannabis mediċinali sal-2028?

Isem: Numru tat-telefown:

Tweġiba: Indirizz:


25

29.11.2020

TEĦLES MIS-SIEĦEB BIEX MA TITLIFX ID-DAR IR-RGĦIBA TA’ TRACEY FRAME TAĦSAD IL-ĦAJJA TA’ DAVID NIXON Kitba ta’ STEPHANIE CACCIATTOLO David Nixon kien sensar magħruf f’Texas għax kien jaf kif għandu jikkonvinċi lill-klijent biex jixtri l-proprjetà ideali għalih u fil-fatt kellu suċċess kbir fil-bejgħ, iżda mhux l-istess jista’ jingħad fuq l-għażla tan-nisa f’ħajtu. Apparti minn hekk, Nixon ma kienx jaf jieħu ħsieb flusu u tista’ tgħid li dawn it-tnejn f’daqqa wasslu għall-omiċidju tiegħu. Ir-relazzjonijiet ta’ Nixon Fl-1990, Nixon iżżewweġ lil Donna Lella u flimkien kellhom tifel. Huma għexu kuntenti flimkien sakemm Nixon tefa’ għajnejh fuq tfajla oħra, Lisa Hill, u spiċċa telaq lil Lella biex iżżewweġ lil Hill. Iż-żwieġ tiegħu ma’ Hill dam għal ftit snin. Hekk kif ir-relazzjoni tagħhom bdiet sejra l-baħar, hu għamel rapport lill-pulizija biex toħroġlu ordni ta’ protezzjoni minħabba martu. Ftit wara li ntemmet ir-relazzjoni tagħhom, Nixon iltaqa’ ma’ Tracey Frame waqt festin. Huma kienu jaqblu ħafna tant li wara ftit marru jgħixu flimkien f’dar f’Pecan Hollow Court fi Grapevine, post magħruf ħafna mas-sinjuri. David u Tracey kienu magħrufin man-nies tal-lokal bħala koppja ħelwa u li tieħu pjaċir fil-kumpanija tagħhom, iżda skont il-qraba, il-koppja kienu jiġġieldu ħafna fuq il-flus. Għira u rgħiba Minkejja li Nixon kien xtralha karozza lussuża u kien jeħodha ħafna cruises, Frame ma kinitx tista’ għall-fatt li Nixon jagħti l-manteniment lill-ewwel mara tiegħu għal ibnu Nicholas. Nixon kellu wkoll inkwiet ieħor għax kellu jagħti madwar 100,000 dollaru f’taxxi u biex jevita li jeħdulu d-dar, hu qaleb id-dar f’isem Frame. Meta r-relazzjoni tagħhom bdiet sejra mill-ħażin għallagħar, Frame bidlet is-serratura tad-dar u spiċċat bil-pulizija wara l-bieb hekk kif Nixon ma setax jidħol. Hu qal lill-pulizija li minkejja li d-dar kienet fuq isimha, id-dar kienet tiegħu. Kif rat il-pulizija, Frame bidlet fehmitha u ħallietu jidħol fiddar. Wara dan il-każ, Frame bdiet taħseb kif tista’ teħles

minn Nixon ħalli d-dar żgur tibqa’ tagħha. L-għejbien ta’ David Nixon Fl-20 t’April tal-2002, Donna Lella ċemplet lill-pulizija wara li Nixon ma marx jiġbor lit-tifel tiegħu biex joħorġu jieklu flimkien. Lella qalet li Nixon ma bediex iwieġeb il-mobile minkejja li ċemplitlu kemm-il darba. Skont il-Fort Worth Star-Telegram, Nixon kienu ilu ma jidher mit-18 t’April wara li wera post f’South Lake lil klijent prospettiv. Erbat ijiem wara r-rapport lill-pulizija, persuna ċemplet lill-emerġenza biex tavżahom

Meta l-pulizija arrestawha, l-ewwel kliem li qalet kienu “Kif għarfuh?”, mistoqsija li tagħti x’tifhem li kienet taf kif miet b’nar f’parkeġġ ta’ bini abbandunat fi Grand Prairie f’Texas. Xħin il-pulizija marru jinvestigaw, huma sabu ġisem imgeżwer fi gverta jinħaraq. Il-pulizija ntebħu li min tefgħu hemm ma rnexxilux idaħħal il-ġisem f’katusa li kien hemm fuq il-post u b’hekk tah in-nar. Il-ġisem ma setax jingħaraf bil-ħruq tant li l-investigatur qal li ma setgħux jgħidu kienx mara jew raġel. Il-ġisem saru jafu ta’ min hu minn rekords tas-snien, u l-vittma ma kienet ħadd ħlief David Nixon. Ma’ din is-sejba, il-pulizija arrestaw lil Tracey Frame. Donna Lella qalet li David donnu kien jaf li Frame kienet se toqtlu. Il-pulizija qalu li Frame sparatlu waqt li kien rieqed, geżwritu fi gverta tal-elettriku, tefgħetu fi trakk tal-kiri u ħaditu fejn instab jinħaraq. Il-karozza ta’ Nixon instabet f’parkeġġ ta’ supermarket u l-pulizija qalu li mhux Nixon ħallieha hemm għax min saqha ressaq is-sit ’il quddiem mentri Nixon kien twil fuq sitt piedi. Skont il-kejl, huma qalu li

min saq il-karozza kien iqsar u fil-fatt Tracey kienet iqsar sew minn Nixon. Ħaddiema mill-H&H Janitorial Supply qalu li mara li tixbah lil Frame marret tixtri mingħandhom prodotti tal-ħasil u qalu li staqsiethom kif tista’ tneħħi tbajja’ tad-demm minn fuq tapit. Il-ħaddiema qalulha biex tixtri l-aċidu murjatiku u hi hekk għamlet. Frame marret f’ħanut ieħor tixtri dan l-aċidu u użat ukoll il-karta tal-lealtà biex tiffranka xi ħaġa minn fuq il-kont. Il-pulizija sabu l-filmat ta’ mara li kienet tixbah lil Frame tixtri minn dan il-ħanut. Iktar filmati tas-sigurtà wrew lil Frame tipparkja l-karozza ta’ Nixon fil-parkeġġ u ħalliet anke t-trakk li kriet biex ma tħallihx quddiem id-dar tagħha.

David Nixon flimkien mal-ewwel mara tiegħu, Donna

Nixon flimkien ma’ ibnu Nicholas

L-arrest ta’ Tracey Frame Meta l-pulizija arrestawha, l-ewwel kliem li qalet kienu “Kif għarfuh?”, mistoqsija li tagħti x’tifhem li kienet taf kif miet. Meta fittxew fid-dar, il-pulizija saru jafu li pistola li kellu Nixon ma kinitx hemm u li Tracey kienet għadha kif tixtri saqqu ġdid. Il-pulizija saru jafu wkoll li Frame ma bdietx taqbel fi kliemha għax kienet tagħti verżjoni differenti lil kull min kien jistaqsiha fejnu Nixon. Frame nsistiet li hi ma kellhiex x’taqsam mal-mewt ta’ Nixon u bdiet tgħid li forsi xi ħadd li kellu jagħtih il-flus sabu u qatlu. F’Marzu tal-2005, Tracey Frame nstabet ħatja bi qtil tal-ewwel grad u weħlet 40 sena ħabs u tingħata l-parole wara li tkun serviet 20 sena mis-sentenza.

It-tieni mara ta’ Nixon, Lisa Hill

Tracy Frame fi żmien il-ġuri Id-dar li kellhom Nixon u Frame


26

29.11.2020

GĦAQQAD IL-KAXXI

Għaqqad skont kemm hu l-valur li hemm fil-kaxxi. Eżempju: Jekk f’waħda mill-kaxxi hemm valur ta’ 10, trid tgħaqqad 10 kaxxi żgħar li jridu jkunu jmissu ma’ xulxin u f’forma ta’ kaxxa jew rettanglu. Ilkaxxi kollha jridu jintużaw u kaxxa tista’ tintuża darba biss. In-numru huwa indikazzjoni tat-total ta’ kaxxi żgħar u mhux neċessarjament juri minn fejn għandha tibda l-kaxxa.

SIB IL-VALUR Kull ittra fiha valur, uħud mill-valuri huma diġà mpoġġija. Uża dawn il-ħjilijiet biex issib il-kumplament tal-valuri tal-ittri.

1

2

3

4

5

6

7

8

9

10

11

12

13

14

15

16

17

18

19

20

21

22

23

24

25

26


27

29.11.2020

SUDOKU SPONSORJATA MINN WELLA

Irbaħ shampoo u conditioner tad-ditta Wella. Aqta’ din il-logħba u ibgħatha lil:

KOMPETIZZJONI WELLA, KullĦadd, ONE Complex, A 28 B, Industrial Estate, Il-Marsa MRS 3000 Isem: Indirizz:

TISLIBA 357

V. DEBATTISTA - ŻABBAR

Bi 3 NUMRI 021 105 249 350 361 486 562 628 687 967 B’4 NUMRI

0735 1165 1248 1254 1641 1690 2233 2639 2669 2672 2810 2838 3096

3315 3776 3846 4416 4501 4705 4711 5306 5597 5748 6265 6367 6488

6683 6716 6752 6761 6790 7137 7363 7608 7962 8820 9163 9328 9494

9825 B’5 NUMRI 06661 14776 18121 20362 22769 25776 28654 35064 41520 46423

47519 49676 51180 68297 68370 71289 71613 75042 79313 81974 85458 85806

B’6 NUMRI 012166 031995 060195 093674 457274 677617 814282 839032 B’7 NUMRI 1545520 6313483

MIMDUDIN: 1. Kompli l-qawl: It-twil seftur tal-........(5) 4. Annimali (4) 7,16. Qaċċat? (5) 9. Post ta’

abitazzjoni (3) 10. Belt fil-Portugall (6) 12. Agħmel l-ikel għalik (6) 16. Ara 7 18,21W. Kunjom (5)

WEQFIN: 1. San (6) 2,3. Ibdel? (6) 3. Ara 2 5,11. Raħal (5) 6,21M. Programm fuq TVM (6)

8. 11. 12,23. 13. 14.

19. 20. 21. 23. 24.

Inkoraġġejtni (9) Ara 5 15 Jintlibsu taħt il-ġlekk (6) 17. Joe Dimech Ellul (1,1,1) 21. Irabbi 22.

.... Marija (3) Ħa gost (5) Ara 6 Ara 12 wieqfa Ġurnal lokali (5) l-bhejjem (6) Tilħaq l-għoli bih (6) Parti minn reċta (3) Ara 18 Nofs Arrigo (3)

SOLUZZJONI TAL-AĦĦAR TISLIBA MIMDUDIN: 1.Kiltu, 4.Lejl, 9,17.Tabiba, 10.Uganda, 12.Orrajt, 16.Vit, 18,22. Altar, 20.Ismek, 21.Eat, 23.Tort, 24.Tokki

WEQFIN: 1.Kattiv, 2,7.Labtu, 3.Utu, 5,19. Ernest, 6.Lia, 8.Ugwalment, 11,12 u 21 weqfin. Protett, 13.Ras, 14.Tektek, 15.Btieħi


28

29.11.2020

KREDENZJALI DEMOKRATIĊI Editorjal

Ngħiduha lkoll u ħafna jemmnuha li kulħadd b’xortih fil-ħajja. Minkejja dan, missirijietna għallmuna li ma tista’ qatt toqgħod tistenna xortik mingħajr ma tagħmel imqar l-iċken ħaġa biex ittejjeb id-destin jew l-għajxien tiegħek. Hu iżjed żbaljat min jaħseb u jemmen li ħajtu xxurtjata dejjem u allura għandu wkoll kull dritt li jiġġudika lil kulħadd fuq dak kollu li jaqa’ taħt il-kappa tax-xemx jew anke lil hinn.

L-eżempju tagħna l-Maltin u l-Għawdxin jinsab fil-Partit Nazzjonalista, li baqa’ maqbud f ’din il-Utopja ta’ perfezzjoni, partikolarment b’riżultat tal-ħakma tal-establishment li llum reġgħet tiddominah kompletament. It-tmexxija ta’ Bernard Grech, jew aħjar dawk li jżommu l-ispag imqabbdin miegħu, baqgħu konvinti li huma infallibbli dejjem u kull ħin. U jekk, xi darba, xi mkien, jiżolqu, ikun minħabba “żball ġenwin” u allura ma tkunx waqgħet id-dinja. Avolja għal xi “żball” anke inqas minn hekk ikunu litteralment sallbu lil xi ħadd u għad­dewh­ mill-magna tal-kapuljat jitolbu għall-ogħla livell ta’ skrutinju possibbli. Kemm smajna dwar saltna tad-dritt u governanza tajba? Kemm kellna talbiet għar-riżenji? Prattikament ma fissru xejn meta l-predikaturi stess li perrċuhom imbagħad kienu s-suġġett prinċipali għall-istess eżami u fallew.

Dan qalitu anke riċentement il-gazzetta The Malta Independent fl-editorjal tagħha meta ddeskriviet it-tmiem tal-kredibbiltà ta’ Repubblika, fergħa ewlenija tal-PN (jew viċiversa), wara li din immutat meta feġġet l-istorja ta’ Jason Azzopardi u l-Hilton ta’ Tel Aviv. Meta kkummentat tard fil-ġurnata, ipprovat anke timminimizzaha. U għax “l-ipokriti jagħmlu kollox bil-kliem, imma xejn bl-azzjoni” (Democritus), kull ġurnata fl-aħħar seba’ snin kienet xhieda ta’ kampanji simili, anke mġebbdin, biex jattakkaw lill-Gvern Laburista, waqt li esportaw l-għira u r-regħba tagħhom fil-fora internazzjonali konxji u kuntenti li qed jagħmlu ħsara kbira lil pajjiżna b’mod ġenerali. Iżda, anke hawn, iż-żelqiet sfaċċati tagħhom ukoll ma ħeġġewhomx biex jibdlu fehmithom jew almenu jħossu l-ħmura ma’ wiċċhom. Injoraw it-titjib u l-iżvilup-

pi kollha favur is-saltna taddritt jew il-governanza t-ta­j­­­­­ ba­ li saru minn dan il-Gvern u li ġew imfaħħrin mill-Kummissjoni Ewropea. Minflok, ħarġu għonqhom għal pajjiżi barranin tal-istess “familja” tagħhom, li għadhom jirrifjutaw li jiċċaqalqu pulzier biex isaħħu d-demokrazija fi ħdanhom, kif qed jesiġu minn Brussell. Staħbew meta nkisbu suċċessi fenomenali anke riċenti mill-investigazzjonijiet tal-forzi tal-ordni, inklużi l-Korp tal-Pulizija u d-Dwana ta’ Malta, meta nafu li fl-imgħoddi l-istħarriġ kien jieqaf ħesrem meta jfeġġu suspetti ma’ ċerti ismijiet. Jivvintaw miljun skuża biex jiskreditaw Gvern, li ġie maħtur mill-akbar maġġoranza tal-poplu Malti u Għawdxi, iżda jimmanipulaw kull elezzjoni li jkollhom fi ħdanhom biex jirbaħ min jixtiequ huma. Meta dan tal-aħħar ukoll ma jġibx l-akbar ammont ta’ voti, saħansitra jċaħħdu l-ogħla pożizzjoni lil min tassew ikun

jimmeritaha, kif rajna proprju din il-ġimgħa fi ħdan il-Moviment Żgħażagħ Partit Nazzjonalista (MŻPN). Għaldaqstant mhux la kemm nisimgħu l-prietki u naraw min iħabbat fuq sidru, meta llum f’pajjiżna dawk kollha li huma f’sensihom konxji li, anke jekk mhix perfetta, għandna żgur sistema li qed taħdem tajjeb, ferm aħjar milli konna mdorrijin biha sa ftit ta’ snin ilu. Fuq kollox, għandna wkoll Gvern b’ruħ soċjali li jisfida anke lilu nnifsu biex jagħti verżjoni aħjar tal-amministrazzjoni fil-pajjiż bil-għan ewlieni u aħħari li l-poplu jħossu dejjem iżjed fiduċjuż u sigur. Iħoss u jduq il-prosperità llum u wisq aktar għada. Jesperjenza wkoll li l-ġustizzja soċjali mhux biss tiġi diskussa, imma aktar minn hekk tiġi prattikata bil-fatti. Dawk huma l-kredenzjali demokratiċi li ngawdu llum u se ngawdu ferm iżjed fiżżmien li ġej grazzi għall-Partit Laburista.


Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.