KullĦadd_29.12.2019

Page 1

DELIA MWISSI

www.kullhadd.com Ħarġa Nru 1,381

Prezz €1

bBRAVE

• PERSUNI QRIB ADRIAN DELIA JWISSUH BIEX JOQGĦOD ATTENT KEMM U FUQ MIN JITKELLEM

Għaqda ġdida li nħolqot biex tiġġieled il-bullying f’pajjiżna tesiġi l-bżonn ta’ iktar riċerka dwar is-sitwazzjoni f’Malta... iridu studju fuq il-bullying fl-iskejjel u fix-xogħol. Jgħid dan Dr Aaron Zammit Apap f’intervista mal-gazzetta Ara KullĦadd. paġni

• FL-ISTESS ĦIN REPUBBLIKA JINDIKAW LI JRIDU JIKKOMPETU LILL-PN

8u9

Il-PAGA MEDJA TAQBEŻ L-€20,000 GĦALL-EWWEL DARBA Minn meta nbidel il-Gvern fl-2013 il-paga medja f’pajjiżna żdiedet b’€4,100 fis-sena biex għall-ewwel darba flistorja l-paga medja qabżet l-€20,000 fittielet kwart ta’ din is-sena. Dan jirriżulta mil-Labour Force Survey ippubblikat mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika.

a ġn

a Ar

Minn żieda fil-pensjonijiet għal pensjoni tad-diżabilità severa daqs il-paga minima u għadd ta’ miżuri soċjali oħra jidħlu fis-seħħ mal-bidu tas-sena l-ġdida. Fil-ħarġa tal-lum nagħtu ħarsa lejn il-miżuri tal-baġit li se jibdew isiru realtà minn nhar l-Erbgħa li ġej. Miżuri maħsuba biex ikomplu jtejbu l-kwalità tal-ħajja tal-Maltin u l-Għawdxin, filwaqt li jgħinu biex f’sena ġdida l-ekonomija tal-pajjiż terġa’ tingħata imbuttatura ġdida biex iżżomm ir-ritmu li kellha tul l-aħħar snin.

10

pa

a

a

Ar

p

n aġ

3

LEJN XAHAR TA’ MIŻURI ĠODDA

Ara paġna 5

Il-Ħadd 29 ta’ Diċembru, 2019


02

29.12.2019

kullhadd.com

IT-TEMP GĦAL-LUM L-Ogħla Temperatura: 12°C L-Inqas Temperatura: 8°C L-Indiċi UV: 2 Is-Sitwazzjoni Ġenerali: Firxa ta’ pressjoni baxxa ser tkompli testendi mil-Lvant saċ-Ċentru tal-Mediterran It-Temp: Ftit imsaħħab, f’xi waqtiet ikun pjuttost imsaħħab bil-possibbiltà ta’ xi ħalbiet iżolati tax-xita jew tas-silġ Ir-Riħ: Ftit qawwi mit-Tramuntana, lokalment qawwi f’xi waqtiet Il-Viżibilità: Tajba Il-Baħar: Qawwi L-Imbatt: Baxx mill-Punent Majjistru li jsir baxx għal moderat mill-Grigal It-Temperatura tal-Baħar: 18°C

Editur ALEANDER BALZAN email: aleander.balzan@partitlaburista.org

Reklamar u Distribuzzjoni KIMBERLY CUTAJAR email: sales@kullhadd.com tel: (+356) 2568 2570

Disinn tal-Paġni KIMBERLY CUTAJAR

It-Tnejn

tel: (+356) 2568 2570

It-Tlieta

L-Erbgħa

Kuntatt Ġenerali KullĦadd email: editorial@kullhadd.com tel: (+356) 2568 2570

Indirizz Postali KullĦadd

12°C

UV 3

8°C

Il-Ħamis

14°C

UV3

5°C

14°C

Il-Ġimgħa

UV 3

6°C

Is-Sibt

One Complex, A 28B, Industial Estate Il-Marsa MRS 3000

Sit Elettroniku KullĦadd kullhadd.com

Mezzi Soċjali www.facebook.com/kullhadd

Stampat Miller Newsprint Ltd. Numri Importanti Is-Servizzi kollha ta’ Emerġenza​– 112​ Il-Pulizija ta’ Malta – 2122 4001-9​ Id-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili – 2393 0000 Il-Gwardjani Lokali – 2132 0202 L-Isptar ta’ Malta – 2545 0000 L-Isptar ta’ Għawdex – 2156 1600 Servizz Veterinarju ta’ Emerġenza – 5004 3888 Servizz ta’ Direttorju Telefoniku – ​1182

16°C

UV 3

12°C

SPIŻERIJI LI JIFTĦU LLUM IL-ĦADD

16°C

UV 3

New British Dispensary, 109/110, Triq San Ġwann, Il-Belt Valletta – 21244813 Lister Pharmacy, 678, Triq il-Kbira San Ġużepp, Il-Ħamrun – 21245627 Pinto Pharmacy, 43, Triq San Bastjan, Ħal Qormi – 21487311 Brown’s Pharmacy, 32, Triq Fleur-de-Lys, Birkirkara – 21488884 D’Argen’s Pharmacy, 330, Triq D’Argens, Il-Gżira – 21330817 St. Andrew’s Pharmacy, Triq il-Qasam, Tal-Ibraġġ – 21371062 Drug Store: Anglo Maltese Dispensary Ltd. 382, Triq Manwel Dimech, Tas-Sliema – 21334627 St. Michael Pharmacy, Misraħ tat-Transfigurazzjoni, Ħal Lija – 21435875 St. Mary Pharmacy, -Mġarr Dispensing Chemists, 71, Triq Sir Harry Luke, L-Imġarr, Malta – 21580711 St. Paul’s Bay Pharmacy, 504, Triq il-Kbira, San Pawl il-Baħar – 21575276 Brown’s Pharmacy, 45, Telgħet Raħal Ġdid, Raħal Ġdid – 21694818 Alpha Pharmacy, Triq Bormla k.m Vjal il-Kottoner, Il-Fgura – 21673811 May Day Pharmacy, Triq il-Vittorja, Ħaż-Żabbar – 21826529 St. Catherine Pharmacy, Plot 3, Triq il-Qadi, Iż-Żejtun – 21678039 Kristianne Pharmacy, Triq iċ-Ċavi, L-Imqabba – 21683048 The Bypass Pharmacy, Triq Mikiel Azzopardi, IsSiġġiewi – 21461681 St. Anthony Pharmacy, 18 Triq il-Kbira, Ir-Rabat, Malta – 21454187 Palm Pharmacy, 2, Triq il-Palma, Ir-Rabat, Għawdex – 21566170 St. Joseph Pharmacy, 28, Pjazza San Ġużepp, Il-Qala, Għawdex – 21555348

12°C

16°C

UV 3

12°C

SPIŻERIJI LI SE JIFTĦU NHAR L-ERBGĦA 1 TA’ JANNAR Empire Pharmacy, 77, Triq it-Teatru l-Antik, Il-Belt Valletta – 21225785 San Raffael Pharmacy, 247, Triq Ħal Qormi, Il-Marsa – 21221118 Fatima Pharmacy, 82, Triq il-Ferrovija, Santa Venera – 21482856 The Local Dispensary, Triq Kan. K. Pirotta, Birkirkara – 21493549 St. Matthew’s Pharmacy, Triq ix-Xatt, Il-Gżira – 21311797 Potter Chemists Ltd, Triq Wilga, Paceville – 21363244 The Economical Dispensary, 86/87, Triq Sir Adrian Dingli, Tas-Sliema – 21330376 Il-Mehrież Pharmacy, 31, Triq Giovanni Curmi, L-Iklin – 21435567 Reeds Pharmacy 191, Triq il-21 ta’ Settembru, In-Naxxar – 27130068 Brown’s Village Pharmacy, Triq il-Kbira, Il-Mellieħa – 21523536 Theresa Jo Pharmacy, 3A, Triq Xintill, Ħal Tarxien – 21672703 Verdala Pharmacy, 57, Triq il-Gendus, Bormla – 21824720 Bellavista Pharmacy, 88 Triq il-Hortan, Marsaskala – 21633788 St. Catherine Pharmacy, Plot 3, Triq il-Qadi, Iż-Żejtun – 21678039 Pasteur Pharmacy, Triq it-Tellerit, Ħal Safi – 21689944 Brown’s Pharmacy, 47, Vjal il-Ħelsien, Ħaż-Żebbuġ – 21465411 Ideal Pharmacy, 63, Triq il-Kbira, Ir-Rabat, Malta – 7945 5477 Palm Pharmacy, 2, Triq il-Palma, Ir-Rabat, Għawdex – 21566170 Xagħra Pharmacy, 55, Triq il-Knisja, Ix-Xagħra, Għawdex – 27551140


03

29.12.2019

kullhadd.com

JIBDEW JIEĦDU L-ĦAJJA L-MIŻURI FAVUR IL-FAMILJI Mal-bidu tas-sena l-ġdida, nhar l-Erbgħa li ġej, se jibdew jieħdu l-ħajja numru kbir ta’ inizjattivi maħsubin biex jgħinu lill-persuni vulnerabbli jew inkella li nħolqu biex itejbu l-kwalità tal-għajxien ta’ eluf ta’ pensjonanti u familji. Dan hekk kif se jibda jidħol fis-seħħ il-baġit 2020 li jkompli jimplimenta l-viżjoni ekonomika tal-Gvern immexxi mill-Partit Laburista. Viżjoni li tejbet il-qagħda ekonomika ta’ diversi persuni. Meta mħabbar il-Baġit għas-sena d-dieħla kien deskritt bħala wieħed mill-iktar soċjali fl-aħħar snin u proprju huma wħud minn dawn il-miżuri l-ewwel li jibdew jieħdu l-ħajja. Fost il-miżuri li se jkunu qed jidħlu fis-seħħ f ’Jannar hemm iż-żieda ta’ €7 fil-ġimgħa lill-pensjonanti. Fost oħrajn dawn jinkludu l-pensjonanti tal-irtirar li jirċievu l-pensjoni taż-żewġ terzi u dawk li huma pensjonanti tas-servizz. Anke l-pensjonanti romol se jirċievu

ż-żieda ta’ €7 fil-ġimgħa u se jirċievu żieda wkoll dawk li qegħdin fuq l-għajnuna medika. Se jirċievu żieda wkoll dawk li qegħdin fuq l-għajnuna soċjali u se jitħallsu wkoll iż-żidiet fl-allowance tal-carers u fl-assistenzi għal diżabilità. Tibda titħallas ix-xahar iddieħel ukoll iż-żieda fir-rata tal-assistenza miżjuda għal diżabilità severa. Dawn se jibdew jirċievu l-ammont tal-paga minima nazzjonali netta, jew €161.40 fil-ġimgħa. Dan bħala parti minn riforma li nħadmet fuq numru ta’ snin fejn żieda sostanzjali wara oħra wasslet biex l-assistenza għoliet sakemm seta’ jintlaħaq dan il-għan li persuni li d-diżabilità tagħhom ma tħallihomx jaħdmu jkollhom dħul iktar diċenti. Bidla oħra li se tidħol fil-jiem li ġejjin hi dik li se tħallas żieda addizzjonali lill-persuni li kienu jaħdmu fis-settur pubbliku u rtiraw bejn l-2016 u l-2018 fletà ta’ 62 sena jew iktar. Din hi

Dawn huma kollha miżuri maħsuba biex il-Gvern ikompli jifrex il-ġid li ħoloq fl-aħħar snin b’mod li wassal biex skont l-Ewrobarometru ppubblikat fl-aħħar jiem il-Maltin huma fost l-iktar li jħossu li huma kuntenti bil-kwalità tal-ħajja

meqjusa bħala miżura importanti u li se tagħmel differenza kbira għax f ’każ li kienu ħallsu iktar minn 35 sena bolol dawn se jinġiebu l-istess bħal dawk li kienu jaħdmu fis-settur privat. Fil-Baġit għas-sena d-dieħla kienet tħabbret ukoll żieda fl-ammont ta’ għajnuna supplimentari li jirċievu l-anzjani ta’ ’l fuq minn 65 sena li jinsabu f ’riskju ta’ faqar. Però b’differenza minn miżuri oħra din diġà bdiet titħallas lilhom mill-pagament li rċevew fl-14 ta’ Diċembru, liema pagament ikopri l-ewwel tliet xhur tas-sena 2020 bil-quddiem. Hemm imbagħad miżuri oħra li għalkemm innies jibdew jibbenifikaw minnhom mis-sena l-ġdida mistennija jkunu implimentati eventwalment. Fosthom hemm il-bonus il-ġdid ta’ €300 li se jibda jitħallas lill-ġenituri li jkollhom trabi ġodda u l-ħlasijiet iktar għoljin għar-romol li għandhom it-tfal taħt it-18–il sena. Hemm ukoll żidiet għall-anzjani li għandhom 80 sena jew aktar fl-għotja li jirċievu kull sena, żidiet għall-anzjani li jgħixu fi djar privati tal-anzjani, u żidiet għal dawk ta’ ’l fuq minn 75 sena li issa se jibqgħu jew jibdew jirċievu l-bonus annwali li jitħallas lil dawk li kienu ħallsu xi bolol imma m’għandhomx pen-

sjoni. Dawn huma kollha miżuri maħsuba biex il-Gvern ikompli jifrex il-ġid li ħoloq fl-aħħar snin b’mod li wassal biex skont l-Ewrobarometru ppubblikat fl-aħħar jiem il-

Maltin huma fost l-iktar li jħossu li huma kuntenti bil-kwalità tal-ħajja tagħhom u li jemmnu li fiż-żmien li ġej ħajjithom se tibqa’ fl-istess livell jew saħansitra tmur għall-aħjar.


04

29.12.2019

kullhadd.com

IL-PAGA MEDJA IKTAR MINN €20,000 GĦALL-EWWEL DARBA

Il-Labour Force Survey li għamel l-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika matul ittielet kwart tal-2019 jindika li għall-ewwel darba fl-istorja ta’ pajjiżna l-paga medja qabżet il-livell ta’ €20,000. Infatti, skont l-NSO l-paga medja f ’Settembru 2019 kienet €20,033. Dan meta f ’Marzu 2013 il-paga medja kienet ta’ €15,923. Filwaqt li l-Oppożizzjoni ssostni li hawn għafsa fil-pagi u li l-paga medja qed tonqos, l-istatistika uffiċjali turi titjib ta’ aktar minn €4,100, jew 26% mill-bidla fil-Gvern. Il-Labour Force Survey jindika li fit-tielet kwart tal-2019 meta mqabbel mas-sena ta’ qabel il-pagi għolew b’4.8%. Dan fi żmien meta l-inflazzjoni kienet 1.6%, li jfisser titjib fil-poter ta’ akkwist tal-ħaddiema Maltin u Għawdxin. B’kuntrast fl-aħħar sena taħt l-amministrazzjoni preċedenti il-paga medja kienet għoliet b’1.9% biss, fi żmien meta l-inflazzjoni kienet 2.4%. Skont il-Labour Force Survey fit-tielet kwart tal-2019 pajjiżna kellu rata ta’ impjiegi li tlaħħaq 74%. Din hija l-ogħla rata qatt irreġistrata f ’dan il-kwart mindu bdiet tinġabar din l-istatistika, u tfisser żieda ta’ 13–il punt perċentwali mill-aħħar sena ta’ amministrazzjoni preċedenti. B’hekk ir-rata ta’ impjiegi f ’pajjiżna kompliet tkun aqwa minn dik fl-UE. Qabel il-bidla fil-Gvern kien hemm distakk ta’ kważi 5 punti perċentwali

Fit-tielet kwart tal-2019, l-impjiegi komplew jiżdiedu, tant li kien intlaħaq rekord ta’ aktar minn 255,000 persuna jaħdmu, jew żieda ta’ kważi 82,000 persuna jew 47% fuq l-2012 bejn Malta u l-UE; distakk li l-esperti kienu qed ibassru li ser jibqa’ għal diversi deċennji, u li issa jidher li nqaleb f ’distakk favur pajjiżna. Fit-tielet kwart tal-2019, l-impjiegi komplew jiżdiedu, tant li kien intlaħaq rekord ta’ aktar minn 255,000 persuna jaħdmu, jew żieda ta’ kważi 82,000 persuna jew 47% fuq l-2012. Din iż-żieda b’kuntrast għal dak li kien jiġri taħt l-amministrazzjoni preċedenti kienet kważi kollha f ’impjiegi full-time. Fost l-aktar li bbenifikaw miż-żieda fl-impjiegi kienu n-nisa.  Filwaqt li qabel il-bidla fil-Gvern 44% tan-nisa kellhom impjieg, dan il-proporzjon issa tela’ għal 63%. Permezz ta’ dawn iż-żidiet fl-impjiegi, ir-rata ta’ qgħad waqgħet għal 3.4% fit-tielet kwart tal-2019 meta fl-istess żmien fl-2012 kienet 6.3%. Din ir-rata ta’ qgħad hija l-anqas rata ta’ qgħad għal dan il-perjodu mindu bdiet tinġabar din l-istatistika għal Malta.


05

29.12.2019

kullhadd.com

JGĦIDU LIL DELIA LI AĦJAR JOQGĦOD ATTENT Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista, Adrian Delia, ġie mwissi minnies ta’ madwaru biex joqgħod attent kemm, kif u fuq min jitkellem. Dan għal raġunijiet diversi, b’ħafna fl-Istamperija huma konxji li dak kollu li jgħid il-Kap tal-Oppożizzjoni jista’ jdur kontra tiegħu u saħansitra kontra l-Partit Nazzjonalista fi żmien mhux imbiegħed. Ta’ min ifakkar kif fl-eqqel tal-inkwiet fil-Partit Nazzjonalista tul is-sajf li għadda d-Deputat Karol Aquilina, mill-fazzjoni ta’ Simon Busuttil, kien diġà staqsa pubblikament, talab spjegazzjoni u għamel sfida dwar ir-relazzjoni li l-id il-leminija ta’ Adrian Delia sa dakinhar, Pierre Portelli, kellu ma’ persuni llum investigati u akkużati dwar il-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia. Eventwalment kienu seħħew ukoll ġrajjiet fil-Partit Nazzjonalista li protagonisti tagħhom kien hemm nies qrib il-Kap tal-Partit Nazzjonalista. Kienu episodji li mhux biss wasslu għall-kontroversja, iżda wkoll biex ċerti persuni qed joqogħdu b’seba’ mitt għajn x’dikjarazzjonijiet jagħmlu f ’dan il-mument. Fl-aħħar jiem anke l-Partit Laburista sfida lil Delia u qal: “Jagħmel sewwa l-Partit Nazzjonalista jekk jara sew is-sitwazzjoni tal-Kap tal-Oppożizzjoni u ta’ membri prominenti fi ħdanu qabel jitfa’ ak-

Il-Kap tal-Oppożizzjoni għandu mistoqsijiet kbar li għandu jwieġeb jekk irid jitkellem dwar relazzjonijiet ma’ persuni investigati

Kienu episodji li mhux biss wasslu għall-kontroversja, iżda wkoll biex ċerti persuni qed joqogħdu b’seba’ mitt għajn x’dikjarazzjonijiet jagħmlu f’dan il-mument kużi dwar il-Prim Ministru. Kuntrarjament għal ħaddieħor, il-Prim Ministru dejjem mexa b’kollaborazzjoni sħiħa masservizzi tas-sigurtà. Il-Kap tal-Oppożizzjoni għandu mistoqsijiet kbar li għandu jwieġeb jekk irid jitkellem dwar relazzjonijiet ma’ persuni investigati.” Dan it-tip ta’ diskors hu spiss fost membri tal-Grupp Parlamentari Nazzjonalista u l-kelma hi li se jasal il-mument li “Delia se jkollu ħafna xi jwieġeb.” Dan minkejja li qed jagħmel kull sforz biex idoqq id-diska ta’ dawk li ilhom jimminawh sa minn meta laħaq. Fl-istess ħin, għalkemm dawn it-tip ta’ dikjarazzjonijiet fil-Partit Nazzjonalista ma qatgħu xejn dawk li lil Delia jridu jneħħuh huma konxji li m’ilux wisq li l-Kap, anke jekk b’diffikultà, rebaħ vot ta’ fiduċja. Dan qed iwassal biex l-enerġija qed tkun ikkonċentrata kollha fuq il-gruppi ta’ Manuel Delia li ċentrali fihom hemm id-Deputati Jason Azzopardi u Simon Busuttil. Fl-aħħar sigħat dawn il-gruppi ħabbru li se jkunu qed jibdew sforz biex iżidu l-membri fi ħdanhom u għal dan qed jorganizzaw laqgħat apposta. Dan fl-istess ħin li se jkomplu bl-attivitajiet fit-toroq. Il-biża’ fid-Dar Ċentrali hi li din l-organizzazzjoni tibda tħejji biex timmina l-awtorità tal-Partit Nazzjonalista u hekk ikun mod ieħor kif fix-xenarju politiku Adrian Delia jiġi rrelevanti. Kollox jindika li din se tkun waħda mill-battalji l-kbar tas-sena l-ġdida.


06

29.12.2019

kullhadd.com

ĦABS GĦAX UŻAW PASSAPORTI FOLOZ Erba’ persuni barranin ingħataw sentenza ta’ sitt xhur ħabs filwaqt li tnejn oħra ngħataw sentenza ta’ tliet xhur ħabs wara li ammettew li għamlu użu minn passaport ta’ persuni

oħra jew passaport falz. Il-Pulizija arrestat lill-ewwel żewġ persuni meta uffiċjali fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta nhar il-Ġimgħa 27 ta’ Diċembru filgħodu rrappur-

taw li żewġ Eġizzjani kienu se jitilqu minn Malta b’passaport falz. Montaser u Buree Bouroe ta’ 26 sena ngħataw sentenza ta’ sitt xhur ħabs kull wieħed. It-tnejn ammettew l-akkużi

miġjuba kontrihom. Il-Ġimgħa filgħaxija l-Pulizija arrestat erba’ persuni oħra li kienu se jitilqu minn Malta b’passaport ta’ persuna oħra jew falz.

M o hammed Mousa Dris ta’ 19– il sena miċ-Chad u Osman Badreddin ta’ 24 sena mis-Sudan ingħataw sitt xhur ħabs, filwaqt li Mohammed Adin Hassan ta’ 16–il sena u Masab Gidi Kin ta’ 17– il sena t-tnejn miċ-Chad ingħataw tliet xhur ħabs minħabba li huma taħt l-età ta’ 18–il sena. Huma wkoll ammettew l-akkużi miġjuba kontrihom.

IĦEBB GĦAL PULIZIJA Lydon Azzopardi ta’ 23 sena u li joqgħod ix-Xgħajra ngħata l-ħelsien mill-arrest fuq depożitu ta’ €500 u garazija personali ta’ €5,000. Azzopardi ġie akkużat li rreżista u kkaġuna ġrieħi ħfief fuq membru tal-Korp tal-Pulizija meta twaqqaf waqt eżerċizzju ta’ road check. Azzopardi twaqqaf fuq suspett li kien qed isuq karozza tat-tip Toyota taħt l-effett tal-alkoħol. L-imputat wieġeb mhux ħati għall-akkużi miġjuba kontrih. L-avukat difensur talab għallħelsien mill-arrest, filwaqt li l-prosekuzzjoni mmexxija mill-Ispettur Eman Hayman ma oġġezzjonatx għat-talba. Il-Qorti pperseduta mill-Maġistrat Natasha Galea Sciberras laqgħet ittalba u imponiet diversi kundizzjonijiet fosthom li l-imputat jiffirma it-Tnejn u l-Erbgħa bejn it-8 ta’ filgħodu u 8 ta’ filgħaxija fl-għassa ta’ Ħaż-Żabbar. Barra minn hekk ma joħroġx mid-dar qabel is-6.30 ta’ filgħodu u jirritorna lura d-dar sal-10 ta’ filgħaxija, ma jsifirx, li jidher quddiem il-Qorti għas-seduti kollha u li ma jagħmilx kuntatt maxxhieda. Il-Qorti nnutat illi l-passaport tal-imputat kien irrappurtat mitluf fl-għassa ta’ Bormla.


kullhadd.com

IL-ĦXUNA FOST IT-TFAL TVARJA SKONT IR-REĠJUNI Anke jekk dak tagħna hu pajjiż ta’ madwar 316–il kilometru kwadru studju dwar l-obeżità fost it-tfal wera li teżisti differenza bejn ir-reġjuni differenti tal-pajjiż fejn f ’ċerti reġjuni partikolari din l-isfida għandha bżonn attenzjoni ikbar. Dan jirriżulta minn analiżi tal-istudju li sar fl-iskejjel Maltin u li kienet ippubblikata fil-ġurnal mediku Malti li ħareġ dan ix-xahar. Kien spjegat li l-istudju inkluda 145 skola, 94 minnhom tal-Istat, 39 tal-Knisja u 12 indipendenti. Fih kien analizzat il-piż ta’ iktar minn 40,000 student u studenta. Għalkemm ir-rata ta’ obeżità issa ilha stabbli għal numru ta’ snin, ir-riċerkaturi li ppubblikaw din l-analiżi tkellmu dwar l-importanza li din l-isfida tibqa’ tingħata l-attenzjoni kollha kif fil-fatt qed isir mhux biss f ’pajjiżna, iżda anke f ’pajjiżi oħra li jqisu din il-problema bħala waħda mill-ikbar li qed naffaċċjaw illum fis-settur tas-saħħa pubblika. “Din l-analiżi turi differenzi sinifikanti fil-BMI (body mass index) bejn tfal li jgħixu fit-Tramuntana u dawk li jgħixu fil-partijiet fin-Nofsinhar tal-pajjiż, minkejja d-daqs żgħir tal-pajjiż,” qalu r-riċerkaturi fl-analiżi tagħhom. Sostnew li filwaqt li studju li sar fl-2011 seta’ ssuġġerixxa li din ix-xejra kienet qed tonqos kollox jindika li għadha preżenti. Fi kliem ir-riċerkaturi din tirrifletti wkoll il-qagħda soċjali. L-iktar żewġ partijiet li għandhom bżonn attenzjoni huma s-South East u Southern Harbour. Ir-riċerkaturi għamluha ċara li minkejja l-enfasi fuq din id-differenza, ir-reġjuni kollha juru element ta’ persuni b’piż żejjed u obeżità. Hawn jappellaw lill-awtoritajiet biex jinvestu kemm jista’ jkun fil-prevenzjoni u jissuġġerixxu li jkun hemm studji li jikkunsidraw ukoll kwistjonijiet li jkunu qamu marbuta ma’ nutrizzjoni saħansitra minn qabel tkun twieldet tarbija.

07

29.12.2019


08

29.12.2019

kullhadd.com

IL-BULLYING U D-DIVERSI FAĊĊATI TIEGĦU Brave hi għaqda Maltija li qed taħdem kemm favur dawk li jintrikbu mill-bullying kif ukoll favur dawk li qed iwettquh. Ħafna huma tal-fehma li l-bullying isir l-aktar fost l-istudenti, izda minn dak li ksibt waqt l-intervista ma’ Dr Aaron Zammit Apap, jidher li dan mhux minnu, għax ilproblema hi kbira ferm u mifruxa fost il-popolazzjonijiet kollha tad-dinja. Minn CHARLES B. SPITERI

għandek ir-relazzjonijiet tan-nies u l-abbuż tiegħu, normalment il-bullying jiġi interpretat bħala tali (u mhux sempliċiment abbuż Hu daqsxejn kumplikat biex tispli ma jammontax għal bullying), jegah fi ftit kliem, iżda aħna nħobmeta jsir b’mod ripetut. Mela jekk bu niddeskrivuh bħala relazzjoni ikollok abbuż li jsir darba biss, hu bejn tnejn jew aktar min-nies, abbuż, iżda ma jitqiesx bħala bulfejn hemm żbilanċ ta’ poter bejn lying. wieħed u ieħor, u għandek abbuż Imbagħad hemm fejn ikollok minn dak il-poter. Issa l-poter jispersuna li jaqbad magħha xi ħadd ta’ jkun fiżiku, għax normalment u mbagħad ikompli xi ħadd ieħor. naħsbu f ’xi ħadd aktar kbir u akU għalkemm kull individwu jkollu tar b’saħħtu u se jilgħab xi daqqa Mela mhux se sehem darba, il-persuna qed issofta’ ponn lil dak li jkun. Għaliex? tittrattaw lit-tfal biss? ri l-azzjoni diversi drabi u b’hekk Għax iħoss li hu għandu saħħa aktar mill-ieħor, qed jabbuża minnha Le, fil-fatt Brave twaqqfet biex tkun bullied. Inkella jkun hemm u jabbuża fiżikament. Iżda l-poter tilqa’ għall-problema tal-bullying min, darba jaqbad ma’ xi ħadd u wara jaqbad ma’ ħaddieħor. Dan jista’ jkun anki psikoloġiku u men- f ’Malta kollha f ’kull aspett. tali. Jista’ jkollok nies li għandhom Normalment niftħu fuq tliet sez- hu bullying xorta waħda. is-saħħa fiżika iżda forsi vulnerab- zjonijiet. Għandek il-bullying matbli mil-lat mentali. Allura jistgħu tfal (fl-iskola jew barra), il-bully- Iżda x’kienet ir-raġuni li jiġu approfittati u abbużati b’dak ing fil-post tax-xogħol, li ħafna twaqqfet din l-għaqda? il-mod. Jista’ jkollok relazzjoni drabi mhux rikonoxxut u lanqas fil-post tax-xogħol, fejn għandek jiġi trattat bħala bullying, iżda hu Waqqafnieha għax kienet ħaġa lil min iħaddem, li għandu ċer- bullying ukoll, u hemm is-cyber tal-iskantament kif f ’Malta hawn ta saħħa bullying, li bħalissa għaddej il-ħin tant għaqdiet li jittrattaw is-suġġetti li huma simili ħafna, jekk mhux kollu bil-midja soċjali. Xtaqt nenfasizza wkoll fuq l-istess, u fuq il-bullying, li jolqot x’inhi d-definizzjoni lis-soċjetà kollha, minn tfal sa ta’ bullying. kbar f ’kull aspett tas-soċjetà, ma Apparti li kienx hawn. Allura min qed iħossu bullied, ma kellux min jifhmu. L-internet hu mezz li flok U aħna xtaqna noffru dak il-post fejn hemm għaqda volontarja, li ilħaqt persuna jew tnejn, tista’ min ikun għaddej minn problema tilħaq mijiet ta’ eluf f’daqqa. ta’ bullying, jista’ jdur lejna u jaf li se jsib min jifhmu. Għalhekk għandna nkunu aktar Ovvjament hemm għaqdiresponsabbli f’dak li ngħidu. et oħrajn li jistgħu jgħinu jekk, Aaron, x’inhu l-bullying u kif tispjegah?

minħabba l-pożizzjoni tiegħu fuq l-impjegat. Jista’ jkun ukoll bil-kontra, fejn impjegat japprofitta ruħu għax ikollu karattru sod ħafna u jsib lil ta’ fuqu li forsi m’għandux dik id-dixxiplina u għalhekk japprofitta minnu bħal bi kliem żejjed jew jipprova jċekknu jew itelliflu s-saħħa li jkollu fil-kumpanija. Jiġifieri l-bullying jista’ jsir b’diversi modi.

pereżempju, il-bullying jirriżulta minn vjolenza domestika jew f ’kuntest kriminali, għax jista’ jkun li ċertu bullying jammonta wkoll għal reati kriminali. Allura jsib l-għajnuna f ’dawk l-entitajiet. U ma ninsewx li l-bullying jista’ jkun fiżiku jew verbali, kif ukoll psikoloġiku jew emottiv. Iżda ma taħsibx li l-bullying oriġina mat-twelid tal-bniedem? Id-definizzjoni tagħna hi, li fejn għandek relazzjoni bejn in-nies, għandek żbilanċ fil-poter u xi ħadd qed jabbużaha. Iva, naħsbu li l-bullying kien minn dejjem. U ma naħsbux li għada pitgħada se jitlaq minn fostna. Li ngħid hu, li l-missjoni tagħna hi maqsuma fi tnejn: l-ewwel nett inqajmu kuxjenza fuq il-bullying, fejn dak li jkun jirrikonoxxi li hemm problema, u t-tieni li noffru appoġġ. Nippruvaw ukoll noħolqu bidla fil-kultura ta’ kif inħarsu lejn il-bullying. Bħala għaqda relattivament żgħira, bdejna billi morna fl-iskejjel, fuq il-midja soċjali u f ’postijiet tax-xogħol, infiehmu x’inhu bullying. Issa resqin lejn l-appoġġ ukoll. Fuq il-website tagħna wara l-homepage hemm it-tab ‘I Need Help’. Min jagħfas fuqha, jitilgħulu disa’ kategoriji ta’ bullying li nsibu madwarna, jikklikkja fuqhom u

jitilgħu diversi għaqdiet u organizzazzjonijiet li jistgħu jgħinu lil dak li jkun. U l-appoġġ li toffru, fiex jikkonsisti? Li għamilna s’issa, għax aħna lkoll voluntieri u r-riżorsi huma limitati, li sakemm naslu fil-punt li nistgħu noffru appoġġ dirett, qed nikkollaboraw ma’ dawn l-entitajiet u nirreferu lin-nies għalihom. ’Il quddiem irridu naslu biex nagħtu l-għajnuna aħna stess b’mod dirett. Xi ġimgħat ilu għamilna ftehim mad-Dipartiment tal-Counselling tal-Università ta’ Malta, fejn studenti fil-livell avvanzat lesti joffru sigħat ta’ pariri bla ħlas. Jiġifieri jekk hemm xi persuni li għaddejjin minn bullying jistgħu jirriferu għalina u nressquhom lil dawn il-counsellors. Dawn l-istudenti jkunu sorveljati minn professjonisti fil-qasam. Fejn jinħass l-aktar il-bullying, fost it-tfal jew fost il-kbar? B’mod ġenerali l-bullying jinsab kullimkien, anki barra t-triq, speċjalment meta tkun issuq. Hemm tara ċerta mġiba aggressiva u vjolenti, li kif għedt, meta tkun ripetuta fuq diversi persuni, tammonta għal bullying. Iżda l-bullying issibu fl-aqwa tiegħu fejn ikun


09

29.12.2019

kullhadd.com

hemm differenza kbira ta’ poter. Jiġifieri jekk għandek klikka u xi ħadd ikun mistħi jew joqgħod lura, ma jgħidx kelma u ma jiddefendix ruħu, iċ-ċansijiet huma li aktar se jaqbdu miegħu. L-istess jekk ikollok lil xi ħadd żgħir fiżikament, irqiq jew qawwi, jaf ikun mira għall-bullying. Kategoriji oħra jinkludu dawk b’xi dizabilità jew ta’ orjentazzjoni sesswali differenti. Qisu kif konna fl-iskola, meta konna żgħar aħna. Eżatt, iżda ma jsirx biss bejn ittfal. Ara ċ-chats fil-midja soċjali fejn ikun hemm xi ħaġa kontroversjali, tkun taf xi jkun għaddej. Kritika għandu jkun hemm u naqblu li l-libertajiet tal-espressjoni għandhom jibqgħu jitħarsu, iżda hemm il-limitu għalkollox. Għax bejn il-kritika u l-offiża jew theddid, hemm differenza kbira. Iżda f ’ċerti mumenti, il-bniedem se jagħraf id-distinzjoni? Hemm nuqqas ta’ maturità meta niġu biex niddistingwu bejn xi ħaġa tajba u xi ħaġa ħażina. U dak li hu tajjeb u dak li hu ħażin għandu jibqa’ dejjem l-istess, mhux skont min jgħidu, u għandna nkunu kapaċi nagħrfuh, għax ma nistgħux inkunu soċjetà fejn it-tajjeb u l-ħażin jiddependi fuq minn fejn gej. Jekk naċċettaw dan, nimmaturaw ferm bħala soċjetà. Allura tasal taqbel li l-internet ikompli jkattar il-bullying? Iva, għax bħal kull għodda, l-internet tista’ tużah tajjeb u ħażin. L-internet hu mezz li flok ilħaqt persuna jew tnejn, tista’ tilħaq mijiet ta’ eluf f ’daqqa. Għalhekk għandna nkunu aktar responsabbli f ’dak li ngħidu. Terġa’, il-fatt li fuq l-internet ma jkollok lil ħadd quddiemek, tasal tikteb u tgħid affarijiet li, kieku fil-preżenza ta’ dak li jkun, kapaċi toqgħod lura. Hemm ukoll il-fatt li wieħed jista’ jinħeba wara profil falz sabiex jagħmel il-ħsara mingħajr ma jidentifika ruħu.

is-swat, jekk terġa’ tibda b’relazzjoni, tissawwat jew terġa’ tissepara. Qisu hemm xi ħaġa fil-bniedem. Naħseb li hi akbar milli naraw, Il-bullying l-istess? jiġifieri jekk naraw l-istatistika li ġiet ippubblikata fl-aħħar snin Hawn ċerti nies li għandhom ċerti fuq it-tfal, mill-inqas 30% jkunu tendenzi u jkun hemm miż-żewġ bullied mill-inqas darba fix-xahar. naħat. Jista’ jkun hemm min dejjIssa dan l-ammont hu ta’ dawk em jabbuża u forsi jkun hemm li jirrappurtaw, għax hemm min xi ħadd li mhux kapaċi jiġġieled ma jitkellimx. Iktar minn hekk, għalih innifsu. Għalhekk jaqa’ madwar 16% jkunu bullied imqar fl-istess nases kontinwament. darba fil-ġimgħa, li hi gravi. Nafu b’nies għax resqu lejna, bl-eżempju proprju li tajt int, li U dan meta konna mgħarrfin kienu miżżewġin, kellhom din li ħamsa min-nies kuljum qed il-problema, kienu ma’ partner jippruvaw iwettqu suwiċidju. ieħor jew oħra u reġgħu sabu ruħhom fl-istess triq. Iżda ma Hekk hu, u fis-suwiċidju hemm tistax tiġġeneralizza. Ma jfissirx l-aspett mentali tal-bullying, li t-tort ikun ta’ min jiġi abbużat, għalkemm mhux kull suwiċidju għax hawn min jgħid: “Mhux hu ġej mill-bullying. Iżda nafu li qagħad għaliha?” l-bullying jista’ jwassal għas-suwiċidju, għax jitwaqqa’ l-moral ta’ Iżda ma tarax li l-bullying jaf dak li jkun. jibda mat-tfal mill-ġenituri Bħala għaqda, aħna rridu stess, jekk jarawhom ma nagħmlu studju fuq il-bullying fil- jistudjawx? post tax-xogħol, għax m’għandniex. L-ewwel nett irridu nisp- Iva u għalhekk hi meħtieġa jegaw lin-nies b’liema forom isir l-edukazzjoni. Mhux biss dik il-bullying fil-post tax-xogħol. Xi li t-tfal jiġu mgħallma fl-iskola, ħaġa li ftit jirrikonoxxu hi l-esk- iżda l-ġenituri għandhom relużjoni (ostracism). sponsabbiltà wkoll fil-messaġġ Madwar sentejn ilu, kien hemm li jgħaddu lil uliedhom. Jiġifieri studju barra minn Malta, fejn dawk li batew minnu stqarrew li aħjar kienu bullied milli ġew esklużi. Dan inikket meta tisma’ lil xi ħadd jgħidlek li aħjar ġie bullied, għax issa qed iħoss li mhux meqjus minn dawk ta’ madwaru. Kemm tara li hi kbira l-inċidenza tal-bullying f ’pajjiżna?

Jista’ iżda l-intimidatur jew il-vittma jilqgħu lill-bullying mill-ewwel? L-ewwel nett, dejjem trid tkun l-edukazzjoni. Jiġifieri meta wieħed ikun qed jagħmel xi ħaġa u mhux jirrikonoxxi kemm qed jagħmel ħsara, li jisma’ fuqha, li jifhem x’effetti negattivi qed toħloq, diġà se tgħin. Hemm ukoll il-problema li diversi persuni li jagħmlu l-bullying ikunu għaddew minnu huma stess. Jidhirli li hemm xi studju li juri li meta persuna miżżewġa tkun qalgħet

lilhom iridu jagħtuhom dik issaħħa li jkunu kunfidenti u assertivi. Min-naħa l-oħra inqas tgħajjir. Aħjar ngħallmuhom milli ninsulentawhom.

Semmejtli dan ix-xogħol kollu li qed tagħmlu. Ilkom magħqudin bħala għaqda?

Issa ilna ffurmati tliet snin u aħna reġistrati mal-Kummissarju tal-Għaqdiet Volontarji, Hemm xi forma ta’ bullying li jaħdem aktar? Pereżempju mar-Reġistratur tal-Legal Persons u aħna wkoll core member fost l-istrata soċjali, tal-Anti Bullying Alliance interfinanzjarja u ekonomika, nazzjonali. taraw differenza? Aktar ma Ħadna ħsieb ukoll biex nifhmu jkollok familji edukati, tat-tajjeb u ta’ skola, ifisser li l-missjoni tagħna u barra milli ngħinu lil dawk li qed isofru jkun hemm inqas bullying? l-bullying, ngħinu wkoll lil dawk Naħseb li aktar milli edukazzjoni li jwettquh, għax jekk ngħinu lil f ’sens ta’ skola, hi l-imġiba. Jista’ dawn tal-aħħar, ma jkunx hemm jkun li f ’saffi aktar edukati mhux l-oħrajn li jbatu minnha. ma tarax bullying, iżda jkun ta’ natura oħra. Bħal forsi dak li Iżda ssibu min kien iwettaq jkun juża l-kelma flok il-ponn. U il-bullying u ma baqax? kultant, il-kelma tweġġa’ aktar. Din is-sena għamilna proġett Dażgur u hemm min hu magħna pilota f ’żewġ skejjel lokali, bl-is- fl-għaqda, li kien qed jigi bullied em ta’ Sticks and Stones, għax hu stess, u l-coping mechanism fl-Ingliż jingħad Sticks and Stones tiegħu żviluppa f ’atteġġjament ta’ can hurt my bones, but Words can nev- bullying. Illum induna li kien qed er hurt me, li mhix minnha, għax jagħmel ħażin, irriforma ruħu u il-kliem jaf iweġġa’ ħafna iktar, qed jgħinna fix-xogħol tagħna. minħabba li l-effett psikoloġiku Mhix daqshekk sempliċi, iżda li jħalli għax jibqa’ f ’ħajjet il-per- possibbli. U xi ħaga tassew pożitsuna, waqt li jekk taqla’ daqqa tiva. Intemm ngħid li min jixtieq taf tfiq minnha. U l-messaġġ dak l-għajnuna tagħna għandu jidħol kien: il-bullying verbali jweġġa’ fil-website www.bbrave.org.mt jew isegwina fuq Facebook. wkoll.



11

29.12.2019

kullhadd.com

MALTA REĠGĦET B’SUĊĊESS EKONOMIKU KIENET SENA FEJN L-EKONOMIJA DINJIJA MAJNAT Filwaqt li l-ekonomija dinjija majnat matul l-2019, bi tnaqqis fir-ritmu ekonomiku speċjalment fl-Unjoni Ewropea, mhux l-istess jista’ jingħad għal pajjiżna. L-istatistika uffiċjali għall-aħħar kwart tas-sena għadha trid tkun ippubblikata, imma l-indikazzjonijiet huma li s-sena 2019 ser tagħlaq tajjeb. Fil-fatt il-Kummissjoni Ewropea qed tbassar li l-ekonomija tagħna ser tkun kibret bit-tieni l-aqwa rata ta’ espansjoni minn fost il-pajjiżi talUE, wara l-Irlanda. Fl-ewwel disa’ xhur tal-2019, ilġid nazzjonali ta’ pajjiżna kiber b’4.7%. Din ir-rata ta’ tkabbir hija aktar minn tliet darbiet il-medja Ewropea, u kienet xprunata minn żieda qawwija fil-konsum privat. Barra minn hekk, sa issa fl-2019 ġa ġew investiti €1.4 biljun. Dan huwa t-tieni l-aqwa livell ta’ investiment li qatt ġie osservat mindu bdiet tinġabar

l-istatistika għal pajjiżna. Kienu diversi setturi fejn it-tkabbir fil-valur miżjud saħansitra qabeż l-10%. Fost dawn, wieħed isemmi l-qasam tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni, is-servizzi professjonali, il-kostruzzjoni, kif ukoll il-gaming. Minkejja li d-domanda minn pajjiż ta’ madwarna majnat xi ftit, xorta pajjiżna rnexxielu jtejjeb is-surplus li għandu fil-pagamenti internazzjonali. Fil-fatt is-surplus irreġistrat fl-ewwel disa’ xhur tal2019, €1.2 biljun, kien l-akbar qatt irreġistrat fl-istorja ta’ pajjiżna. Dan jirrifletti numru ta’ fatturi, ewlenin fosthom it-tkabbir fl-industrija turistika, l-andament pożittiv tal-manifattura kif ukoll it-tnaqqis tal-bżonn li nimpurtaw iż-żejt frott ir-riformi fil-qasam tal-enerġija. Malta minn pajjiż ikkaratterizzat b’defiċits kbar issa saret it-tieni l-akbar pajjiż fejn jidħol surplus fil-pagamenti in-

ternazzjonali. It-tkabbir ekonomiku u ż-żieda fil-valur miżjud ta’ diversi setturi wassal biex kompla jiżdied ix-xogħol f ’pajjiżna. Statistika uffiċjali turi li sa Settembru diġà kien hemm jaħdmu kważi 249,000. Din hija figura rekord. Fuq medda ta’ sena kien hemm żieda ta’ kważi 4.7% fl-impjiegi, l-aktar għolja madwar l-UE. Din kienet is-seba’ sena konsekuttiva meta kellna l-unur li nkunu l-pajjiż li l-aktar ħoloq postijiet tax-xogħol. Minkejja dan xorta skont il-Eurostat f ’pajjiżna għandna rata ta’ job vacancies li

L-AKTAR FIGURI REĊENTI

INDIKATUR

Tkabbir ekonomiku

4.7%

Investiment

€1.4 biljun

Surplus fil-pagamenti internazzjonali

€1.2 biljun

Numru ta’ nies jaħdmu Rata ta’ job vacancies Titjib fis-Surplus fil-Fond Konsolidat Rata ta’ qgħad Tnaqqis fl-ammont ta’ persuni dipendenti mill-assistenza soċjali Żieda fid-depożiti fil-banek tal-familji Upgrades fir-rating ta’ pajjiżna

kważi tlaħħaq it-3%. Dan ifisser li min iħaddem għandu eluf ta’ postijiet tax-xogħol li mhux jirnexxilu jimla. Sa Ottubru s-surplus fil-Fond Konsolidat laħaq l-€10 miljun, kontra d-defiċit ta’ €24 miljun fl-istess xhur tal-2018. Min-naħa kien hemm żieda ta’ €444 miljun fid-dħul tal-Gvern, xprunat minn żidiet fid-dħul mill-income tax (€154 miljun), kif ukoll mill-bolla (€75 miljun), VAT (€48 miljun), u grants (€122 miljun). Fuq innaħa l-oħra kien hemm żieda ta’ €343 miljun fl-ispiża rikurrenti. Kompliet ukoll iż-żieda qawwija fl-investiment pubbliku, li filfatt laħaq livell ta’ €78 miljun aktar mill-2018. Fl-istess ħin il-galbu fit-tmexxija tal-finanzi pubbliċi fl-aħħar snin wassal biex l-ispiża fuq imgħax fuq id-dejn nazzjonali fl-2019 waqgħet bi €11–il miljun kumparat ma’ sena qabel. Ir-ritmu ekonomiku, grazzi għall-politika mħaddna millGvern, wassal biex pajjiżna rreġistra l-anqas rata ta’ qgħad

248,700 2.9% €34 miljun 3.4% 510 €750 miljun Fitch u Moody’s

Sa Ottubru s-surplus fil-Fond Konsolidat laħaq l-€10 miljun, kontra d-defiċit ta’ €24 miljun fl-istess xhur tal-2018

fl-istorja, 3.4%. Barra minn hekk, pajjiżna għandu t-tieni l-anqas rata ta’ qgħad minn fost il-pajjiżi tal-UE. Fuq ir-reġistru għad fadal anqas minn 1,700 persuna, jew kwart tas-7,350 li kienu qiegħda fl-2013. B’mod simili matul is-sena l-ammont ta’ persuna dipendenti fuq assistenza soċjali naqas b’aktar minn 510 u issa huwa 60% anqas mill-livell li kien hemm qabel il-bidla fil-Gvern. Naqsu wkoll bi kważi 250 in-numru ta’ single parents dipendenti fuq l-għajnuna talGvern. Il-familji Maltin u Għawdxin stagħnew bil-kbir. Tant li minkejja li kien hemm żieda qawwija fil-konsum privat, jirriżulta li sa Ottubru d-depożiti malbanek kienu żdiedu bi tliet kwarti tal-biljun ewro. Jidher li sal-aħħar tas-sena kapaċi d-depożiti ser ikunu laħqu €13–il biljun. Qabel il-bidla fil-Gvern id-depożiti tal-familji mal-banek bilkemm kienu jlaħħqu €7.8 biljun. Filwaqt li għal darba oħra l-World Economic Forum iddikjara lil pajjiżna bħala l-aktar pajjiż stabbli ekonomikament, din is-sena r-rating ta’ pajjiżna kompla jissaħħaħ. Fi kwistjoni ta’ ġimgħa f ’nofs Lulju kemm il-Fitch ratings kif ukoll Moody’s tejbu l-assessment tagħhom tal-ekonomija tagħna. Moody’s għollew ir-rating minn A3 għal A2, filwaqt li Fitch tejbu l-outlook tar-rating A+ ta’ pajjiżna għal pożittiv. Dan kollu juri kemm l-2019 kienet sena tajba ħafna għall-ekonomija ta’ pajjiżna, tant li wasslet għal rekord ta’ impjiegi, tifdil u surpluses. Fis-snin li ġejjin il-Gvern huwa kommess li jkompli jibni fuq dan is-suċċess ekonomiku billi jinvesti ħafna aktar fuq infrastruttura u titjib ambjentali.




14

29.12.2019

kullhadd.com

SENA TA’ ĦIDMA BLA PREĊEDENT FL-INFRASTRUTTURA Il-ħidma li wettqet Infrastructure Malta matul l-ewwel sena sħiħa tagħha, li mit-toroq infirxet ukoll għall-portijiet u għax-xtut madwar il-Gżejjer Maltin, immarkat l-2019 bħala waħda bla preċedent għall-ammont kbir ta’ xogħlijiet li saru fl-infrastruttura ta’ pajjiżna. Din is-sena, l-aġenzija għamlet investiment ta’ €64 miljun f ’aktar minn 14–il proġett f ’toroq arterjali. Ewlieni fosthom hemm l-akbar proġett infrastrutturali li qatt se jkun sar – il-Marsa Junction Project li mistenni jintemm fl-2020. Fl-istess żona, beda wkoll il-bini taż-żewġ mini taħt ir-roundabout ta’ Santa Luċija. Proġetti f ’arterji prinċipali oħrajn saru fi Triq l-Aħħar Ħbit mit-Torok (bejn ĦażŻabbar u ż-Żejtun), Triq Tal-Balal (in-Naxxar u San Ġwann), Triq Ħal Luqa (Santa Luċija u Ħal Luqa), Triq Reġjonali (bejn il-mini f ’Tal-Qroqq u ta’ Santa Venera), Vjal il-Labour (in-Naxxar), Triq Buqana (l-Imtarfa u l-Mosta), kif ukoll Triq Ħal Qormi (Ħal Qormi u l-Marsa). Daqt jitlestew ukoll Triq Ħal Qormi u Triq San Tumas (bejn Ħal Qormi u Ħal Luqa), waqt li qed jinbnew żewġ pontijiet għall-mixi u għar-roti fi Blata l-Bajda u fi Vjal l-Avjazzjoni, Ħal Luqa. Infrastructure Malta bdiet twettaq l-investiment ta’ €700 miljun mifrux fuq seba’ snin għat-toroq residenzjali, biex eluf ta’ familji diġà bdew igawdu minn toroq ta’ kwalità ogħla u ambjent aħjar fil-madwar ta’ fejn jgħixu. Ħidma oħra li ssuktat hija dik fit-toroq rurali li hemm minnhom li jservu wkoll bħala rotot alternattivi għattoroq arterjali. Din is-sena wkoll, saru tiswijiet estensivi fi 17–il triq f ’Buġibba u fil-Qawra, kif ukoll f ’numru ta’ toroq oħrajn partikolarment fil-Mosta u f ’Tas-Sliema, li kienu jeħtieġu attenzjoni urġenti minħabba l-ħafna ħsarat li żviluppaw fihom matul is-snin. Bħala parti mill-impenn biex ikollna toroq sostenibbli u ambjent aħjar Infrastructure Malta ħawlet eluf ta’ siġar indiġeni f ’lokalitajiet differenti madwar Malta, waqt li qed tagħmel titjib kbir fl-infrastruttura għal min juża mezzi alternattivi biex jivvjaġġa fosthom korsiji ġodda għar-roti. Il-proġetti fl-infrastruttura marittima jinkludu l-bini ta’ breakwater ġdid fil-Ponta tal-Qrejten, f ’Marsaxlokk u titjib tal-faċilitajiet fil-Menqa tal-Port tal-Imġarr, Għawdex. F’Marsaxlokk ukoll reġgħu nbnew l-għaxar skali ewlenin li jużaw is-sajjieda. Saret l-ewwel fażi tal-proġett fil-bajja ta’ Mġarr ix-Xini, Għawdex u f ’Kemmuna saru xogħlijiet simili fuq il-moll tal-Bajja ta’ Santa Marija. F’Marsamxett saru faċilitajiet ġodda għat-trasport bil-lanċa bejn il-Belt Valletta u Tas-Sliema, waqt li nbeda x-xogħol biex isiru faċilitajiet simili f ’Tas-Sliema u f ’Bormla.

Triq il-Ġiebja fis-Swieqi hi waħda mit-toroq residenzjali li saru din is-sena

2 Triq Reġjonali nbniet mill-ġdid bejn il-mini f’Tal-Qroqq u ta’ Santa Venera biex parti minnha saret b’sitt korsiji.

1 It-tliet flyovers tal-Marsa Junction Project li diġà qed jintużaw mill-pubbliku. Tnejn mill-għaxar skali f’Marsaxlokk li reġgħu nbnew għas-sajjieda

3


15

29.12.2019

kullhadd.com

4

8

Inbnew mill-ġdid kilometri sħaħ ta’ toroq li jintużaw l-aktar mill-bdiewa biex jaslu fl-għelieqi tagħhom

Triq l-Aħħar Ħbit mit-Torok magħrufa bħala “Taċ-Ċawsli” saritilha korsija għar-roti mifruda mill-karozzi, l-ewwel tat-tip tagħha li qatt saret f’Malta.

7

Fil-Forti Rinella, fil-Kalkara, Infrastructure Malta ħawlet aktar minn 1,100 siġra indiġena talBruka (tamarisk).

5 6

Triq iċ-Ċagħaq waħda minn 17-il triq f’Buġibba u fil-Qawra li sarulhom tiswijiet estensivi bħal numru ta’ toroq oħrajn partikolarment fil-Mosta u f’Tas-Sliema


16

29.12.2019

kullhadd.com

ĦIDMA BLA WAQFIEN Anthony Agius Decelis Segretarju Parlamentari

Fi tmiem is-sena wieħed jirrifletti fuq dak li għadda minnu matul is-sena. Kellna żminijiet sbieħ, u kellna wkoll żminijiet ta’ sfidi. Is-Segretarjat Parlamentari għall-Persuni b’Diżabilità u Anzjanità Attiva din is-sena ħadem ħafna, b’diversi proġetti u ideat sbieħ li ġew ukoll wara li smajna lin-nies x’jixtiequ, l-iktar dawk anzjani, il-familji tagħhom u l-persuni b’diżabilità. Uħud mill-proġetti li bdejna tawna ħafna sodisfazzjon u dan seta’ kien pos-

sibbli għaliex baġit wara l-ieħor Gvern Laburista mhux bil-paroli imma bil-fatti investa l-miljuni kbar ta’ ewro. Kellna żieda ta’ €24 miljun fil-qasam tasservizzi ghall-anzjani fil-komunità, u għal dawk fir-residenzi; u żieda ta’ €6 miljun fejn jidħlu servizzi fis-settur tad-diżabilità. Il-baġit għall-anzjani tela’ għal €171 miljun filwaqt li n-nefqa għas-servizzi tad-diżabilità fl2012 kienet €8 miljun, filwaqt li issa din telgħet għal €30 miljun. Hekk kif id-domanda għall-anzjani fir-residenzi qed tkompli tizdied, illum żidna x-xiri ta’ sodod għall-kura residenzjali, b’nefqa ta’ €37 miljun fis-sena, biex xtrajna 2,700 sodda, u għaddejjin ukoll bi proġetti biex fid-djar tal-anzjani tagħna nibdlu s-sodod għal oħrajn moderni. Din is-sena wkoll għamilna ftehim mal-Kurja, b’investiment ta’ €12–il miljun għal servizzi residenzjali għall-anzjani fidDjar tal-Knisja. Barra minn hekk, qed inżidu s-servizzi ta’

night shelter u għal dan il-għan tlestew ix-xogħlijiet ta’ night shelter ġdid ġewwa ż-Żejtun. Bqajna naħdmu biex anzjani li jgħixu fl-irħula jkollhom l-għajnuna meħtieġa għall-mobbiltà fl-istess lokalità. Għalhekk, estendejna s-Silver T għal 10 lokalitajiet u kien introdott servizz pilota tal-iscooters fil-lokalità tal-Belt Valletta, servizz li qed jintgħoġob minn kull min għandu problema ta’ mobbiltà u qed igawdi l-belt kapitali tagħna, speċjalment fi żminijiet ta’ festi meta wieħed jieħu gost idur mal-Belt bla problemi, bl-għajnuna tal-iscooter. Aħna nemmnu li l-anzjani tagħna għandhom jibqgħu kemm jistgħu jgħixu fil-komunità u għalhekk din is-sena bdejna wkoll proġett pilota tal-flebotomija biex dawk l-anzjani li għandhom problemi ta’ mobbilità, nibagħtulhom infermier li jeħdilhom id-demm wara t-talba tat-tabib u dan jitteħdilhom għall-ittestjar fil-laboratorju tal-isptar. Ma nistax ma

nsemmix ix-xogħol siewi fil-qasam tad-dimensja u nirringrazzja x-xogħol tal-Professur Marvin Formosa, ħidma kbira li wasslet lill-Għaqda Dinjija tas-Saħħa, il-WHO, li mhux talli rrikonoxxiet ix-xogħol tagħna talli tatna ċ-ċertifikat tagħha għall-avvanzi kbar li għamilna fid-dimensja. Din is-sena wkoll bdejna l-programm Making Homes Fun, ix-xiri ta’ kotba b’tipa kbira u s-sehem ta’ artisti varji li jaħdmu wkoll ma’ persuni bid-dimensja. Ftit tal-jiem ilu varajna żewġ riformi importanti, fis-servizz tal-Home Help biex jinqdew iktar anzjani, u riforma fisservizz tar-respite għall-familji li jieħdu ħsieb il-qraba anzjani tagħhom fid-djar. Fid-diżabilità qed niksbu wkoll ir-riżultati ta’ ħafna xogħol li sar, fosthom l-istrateġija nazzjonali għad-diżabilità għall-perjodu ta’ bejn 2020 u s-sena 2030 bi pjan ċar ta’ fejn irridu naslu biex il-persuni b’diżabilità jkollhom id-dinjità li tixirqilhom.

Il-Premju Soċjetà Ġusta ta’ din is-sena ntrebaħ minn Matthew Chetcuti għall-kisba tiegħu fil-ħajja li tispira lilna wkoll minkejja l-isfidi tad-diżabilità. U rebħu tant persuni oħra fosthom Robert Vella li wkoll għandu diżabilità, iżda bl-enerġija tiegħu jispira lilna lkoll, kif ukoll familja nieqsa middawl b’Joanna u Martin Sultana, u wliedhom Theo u Ernest li minkejja li huma familja li lkoll għandhom diżabilità, ma jaqtgħux qalbhom u jgħixu ħajja mill-iktar sabiħa u f ’ħafna mħabba. Ftit tal-jiem ilu għamilna l-ewwel edizzjoni “Tan-Nanna Ħelu Manna”, fejn ħadt tant gost nara nanniet u neputijiet jagħmlu l-kejkijiet tal-Milied b’tant imħabba. Aħna għandna ħafna enerġija li nkomplu naħdmu kemm għall-anzjani tagħna għax inħobbuhom u anki għall-persuni b’diżabilità. Nixtieq li f ’isem it-tim tiegħi tas-Segretarjat, u f ’isem familti nawguralkom sena mimlija saħħa, barka u ġid.

INVESTIMENT FIL-KORPI DIXXIPLINATI

Michael Farrugia Ministru

Matul is-snin, ftit li xejn kien isir investiment fil-korpi dixxiplinati. Għal ħafna persuni dawn is-setturi bħal jaħsbu li jimxu weħidhom, bla ebda pjan serju, bla fondi biex isir l-investiment meħtieġ bl-aħħar teknoloġija. Kien appuntu għalhekk li fil-programm elettorali tal-2017 wegħedna li jsir investiment bla preċedent. U hekk qed isir. Bidla sostanzjali bdiet issir fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin. Daħħalna d-dixxiplina. Ġew ittrejnjati l-ħaddiema tal-faċilità fil-firefighting, first aid, u kif jikkontrollaw in-nies f ’każ ta’ bżonn. Wara għexieren ta’ snin ingħataw il-promozzjonijiet. Qed jiġi diskuss

ftehim settorjali. Ħa jiddaħħlu gwardjani ġodda. Għall-ewwel darba f ’170 sena f ’numru ta’ diviżjonijiet iddaħħal is-servizz tal-ilma. L-indafa saret ir-regola tal-ġurnata. Residenti, qraba u ħaddiema qed jiġu trattati ta’ umani u minflok stripsearch bl-aktar mod medjevali u degradanti, iddaħħlu body scanners u luggage X-ray machines. B’hekk il-Faċilità tnaddfet kważi għalkollox mid-droga u affarijiet illeċiti oħra. Minflok tidħol clean u toħroġ bil-vizzju tad-droga, dawwarna l-Faċilità għal waħda fejn tidħol bil-vizzju tad-droga u toħroġ clean. Qed jinbidlu l-kameras tas-sigurtà għal teknoloġija aktar avvanzata. B’kuntratt li ntrebaħ mill-privat, ir-residenti qed jiġu offruti menù biex jagħżlu minnu li jinbidel kuljum għal 15–il ġurnata. Bdejna proġett pilota għall-brazzuletti tas-sigurtà, proġett li wara li tgħaddi l-liġi se jiġi estiż għal ħafna u ħafna aktar persuni. Bħalissa għaddejjin bil-proġett tal-prison industry kif ukoll reviżjoni tal-ħlasijiet lir-residenti għax-xogħol li huma jagħmlu fil-Faċilità. Fil-futur qrib ħa nkunu qed noffru aktar op-

portunitajiet ta’ studju postsekondarju u bis-saħħa tal-brazzuletti tas-sigurtà nistgħu noffru aktar opportunitajiet lil dawk fl-aħħar tas-sentenza tagħhom biex jibdew jintegraw lura fis-soċjetà. Settur ieħor importanti hu dak tal-protezzjoni ċivili. B’pass mgħaġġel qed jinbidlu t-trakkijiet ħalli tiddaħħal teknoloġija ġdida. Apparti minn hekk qed jinxtraw trakkijiet li bħalhom qatt ma kellu d-Dipartiment. Kważi irduppjajna n-numru ta’ ħaddiema fil-protezzjoni ċivili wara taħriġ intensiv, fosthom għall-ewwel darba, tliet nisa. Għaddejjin ġmielhom illaqgħat dwar il-ftehim settorjali li għandu jiġi konkluż fix-xhur li ġejjin. Lestejna pjan ta’ seba’ snin fejn hu ppjanat li minn fost l-agħar, fl-investiment fil-forza fost il-pajjiżi Ewropej, niġu fost l-aħjar. Irid ikun hemm is-sapport ta’ kulħadd ħalli naslu. Sadanittant, inbeda x-xogħol fuq l-istazzjon il-ġdid ta’ Santa Venera. Fl-armata wkoll, għaddejjin b’ritmu mgħaġġel għall-ftehim settorjali l-ġdid. Nista’ ngħid li l-proposti huma interessanti u dawk li verament għandhom

għal qalbhom l-armata ma jkunux aktar diżillużi bil-pagi li għandhom. Qed jingħataw aktar opportunitajiet ta’ studju biex suldat javvanza fil-karriera tiegħu. Matul l-2020 ikunu konklużi r-reviżjonijiet meħtieġa wara li joħorġu r-rapporti dwar inġustizzji li saru qabel l-2013. Sar ħafna investiment u modernizzar li għal raġuni ta’ sigurtà ma nistax insemmi. Sadanittant, qed tinbena l-akbar lanċa li qatt kellhom il-Forzi Armati ta’ Malta wara li t-tieni l-akbar lanċa sarilha t-tibdil kollu biex ġiet mgħammra bl-aħħar teknoloġija. L-istess jista’ jingħad dwar ilKorp tal-Pulizija. Saru investimenti kbar li ħafna minnhom ma jistgħux jitħabbru. Imma nista’ nsemmi l-investiment bla preċedent ta’ karozzi u muturi ġodda. Għall-ewwel darba l-għases fil-lokalitajiet għandhom karozzi ġodda għad-dispożizzjoni tagħhom. Ħafna aktar investiment mistenni għall-2020. Bdejna proġetti pilota tal-body cams u tal-community policing. Iż-żewġ proġetti kienu suċċess. Sa nofs is-sena l-community policing se jiġi estiż għal

11–il lokalità oħra f ’Malta. Qed tiġi ppreparata strateġija ġdida għall-Korp li se twassal għal riforma tant meħtieġa. Mill-elezzjoni ’l hawn il-kriminalità naqset bi kważi 10%. Sadanittant, kellna l-akbar qabdiet ta’ droga, tkissru ċrieki ta’ pickpocketing u l-kriminalità organizzata qed tiġi mxaqqa. Ix-xogħol irid ikompli u l-bidliet tant meħtieġa jridu jsiru ħalli l-pulizija tkun aktar viċin in-nies u taħdem b’aktar effiċjenza b’użu aħjar tat-teknoloġija tal-informatika. Infakkar li matul din is-sena għamilna storja fejn għall-ewwel darba iddaħħlet l-assigurazzjoni għall-membri kollha tal-forzi dixxiplinati. Fix-xhur u fis-snin li ġejjin ix-xogħol irid ikompli għaddej. Għad baqa’ ħafna u ħafna xi jsir ħalli jagħmel tajjeb għal nuqqas ta’ investiment għal ħafna snin. Nirringrazzja lill-membri kollha tal-forzi dixxiplinati tax-xogħol u l-ħidma tagħhom. Nirringrazzja lill-familjari tagħhom tal-paċenzja u s-sagrifiċċji li jagħmlu. Nawgura lill-membri kollha tal-forzi dixxiplinati u lill-familji tagħhom l-isbaħ xewqat.


17

29.12.2019

kullhadd.com

SUĊĊESS B’DINJITÀ Editorjal

Iżda, bl-ikbar dinjità u bl-istil ta’ statista tiegħu, il-President Vella mexxa waħda mill-iktar edizzjonijiet ta’ suċċess tal-Istrina

L-Istrina ta’ din is-sena reġgħet kienet suċċess kbir. Forsi fl-aħħar ġimgħat kien hemm min seta’ kien xi ftit jew wisq xettiku dwar kemm dan seta’ jkun possibbli u dan minħabba diversi fatturi. Fost oħrajn anke għaliex qabel xejn kien ovvju li l-Istrina ta’ din is-sena kienet se titqabbel ma’ dawk tal-aħħar snin meta s-suċċess ta’ din il-maratona ta’ ġbir ta’ fondi sar wieħed straordinarju. Għal dan is-suċċess kien hemm żewġ raġunijiet ewlenin. Mingħajr dubju l-ħidma impekkabbli tal-President Emeritus Marie Louise Coleiro Preca li dejjem għamlet dak kollu li tista’ biex tgħin liż-żgħir u l-fatt li f ’pajjiżna ekonomikament l-affarijiet imxew ’il quddiem u l-qagħda tal-familji u n-negozji tjiebet tant li setgħu jgħinu ferm iktar lil min hu fil-bżonn. Il-President George Vella, bit-

tim il-ġdid tiegħu għalhekk kellu muntanja x’jitla’ biex fi ftit xhur biss wara li daħal fil-Presidenza jwassal għas-suċċess li konna drajna bih għall-aħħar snin. Biżżejjed hija sfida biex wieħed isib saqajh. Wieħed jifhem ukoll li l-istil tal-President Vella huwa wkoll xi ftit differenti minn dak li rajna fl-aħħar snin. L-Istrina kellha tħabbat ukoll wiċċha mal-appelli ta’ xi wħud li pretendew li jżidu l-pressjoni politika u partiġġjana tagħhom billi jissuġġerixxu xi forma ta’ bojkott lejn l-Istrina u saħansitra attakkaw il-figura tal-President tar-Repubblika. Iva, sfortunatament kien hemm min l-għamad politiku ġera bih u ried iżeffen fin-nofs avveniment li minnu ma joħroġ xejn għajr ġid. Iżda, bl-ikbar dinjità u bl-istil ta’ statista tiegħu, il-President Vella mexxa waħda mill-iktar

edizzjonijiet ta’ suċċess tal-Istrina. Kemm f ’dik li hi organizzazzjoni kif ukoll f ’dak li hu ġbir. Fattwalment l-ewwel Strina tal-President Vella kienet it-tieni l-iktar waħda b’saħħitha fl-istorja ta’ kemm ilha ssir. Kienet ukoll ġabra b’saħħitha li kienet ikbar mill-medja talaħħar snin. U l-medja tal-aħħar snin ma kinitx ċajta. Fil-fatt, fl-aħħar seba’ snin il-medja ta’ ġbir fl-Istrina rdoppja għal iktar minn €5.1 miljun. Biex minn meta dħalna fl-Unjoni Ewropea fl-Istrina nġabru aktar minn €55 miljun, li €36 miljun minnhom inġabru mill2013 ’l hawn. Dawn huma lkoll miljuni li fissru wens u saħħa ġdida lil mijiet kbar ta’ persuni li flimkien mas-servizz ta’ saħħa li jagħti l-Istat Malti kellhom bżonn dak il-ftit appoġġ iktar. Appoġġ li jsibuh mill-Malta Community Chest Fund. Kienu sbieħ

u pożittivi l-ħafna rakkonti ta’ persuni li ħadu l-kura u anke jekk b’diffikultà għaddew mill-maltemp u nhar il-Ġimgħa kienu preżenti biex jgħinu lil ħaddieħor. Kienu huma l-ikbar xhieda ta’ kemm isir ġid minn avveniment bħal dan. Fuq kollox, l-Istrina reġgħet serviet ukoll biex għaqqdet lil dawk kollha ta’ rieda tajba, anke jekk kien hemm xi żmien fejn dan deher li se jkun iktar diffiċli jiġri minn snin oħra. Issa l-eżempju sabiħ ta’ nhar il-Ġimgħa rridu nżommuh magħna fil-ġimgħat u x-xhur li ġejjin meta l-pajjiż irid jerġa’ jaqbad ir-ritmu li kellu sa ftit tal-ġimgħat ilu. Biex dan ir-ritmu jerġa’ jinqabad, ma rridux naqgħu għan-nassa ta’ min irid jiżra’ l-firda. Minflok irridu nseddqu l-għaqda għax kif urejna fl-Istrina meta nkunu poplu magħqud nagħmlu kisbiet kbar ħafna.


18

29.12.2019

kullhadd.com

B’RASNA MGĦOLLIJA Silvio Schembri Segretarju Parlamentari

Jgħidu li baħar kalm qatt ma għamel baħri b’esperjenza, u bir-raġun. Kien proprju dan l-aspett li nemmen li tatna din is-sena, għaliex imlietna b’saħħa u b’kuraġġ li bihom stajna naffaċċjaw l-ogħla mewġ u kurrent. Għaqqditna iżjed flimkien bħala Partit Laburista, għaqda li se tkompli tixpruna l-ħidma ta’ dan il-Gvern biex iwettaq il-viżjoni tiegħu u jkompli jieħu lil Malta fil-futur, pass qabel il-kumplament tal-Ewropej. Għandna mandat ċar; li fis-snin li ġejjin inwettqu l-wegħdiet tal-manifest elettorali li l-elettorat, bl-akbar saħħa vvota għalih. Sentejn ilu, il-poplu kien sod fl-għażla li għamel dwar min irid imexxih għas-snin li ġejjin. Għaraf li jagħti sinjal ċar li ma jridx mibegħda u firda, wisq inqas instigar ta’ vjolenza minnies li l-veru interess tagħhom huwa li jkollhom il-poter. Xenarju li jien mal-Grupp Par-

lamentari kollu kemm aħna ħabbatna wiċċna miegħu meta bqajna naqdu d-dmirijiet tagħna fl-aqwa interess ta’ pajjiżna. Madanakollu, ma bżajniex mittfigħ ta’ karrotti, bajd, ġebel, saħansitra boroż tal-awrina li waddbulna min kien qed jipprotesta. B’rasna ’l fuq komplejna għaddejjin bil-ħidma tagħna u hekk se nkomplu nagħmlu. L-2019 kienet sena li rat l-implimentazzjoni ta’ inizjattivi importanti li poġġew lil Malta minn ta’ quddiem nett fil-qasam tas-servizzi finanzjarji, ekonomija diġitali u innovazzjoni. Nedejna l-istrateġija nazzjonali għall-Intelliġenza Artifiċjali li diġà qed tkun ikkunsidrata fost l-aqwa 10 fid-dinja, kif ukoll bdejna naraw il-materjalizzazzjoni ta’ The Blockchain Island b’numru ta’ operaturi ressqu l-applikazzjoni tagħhom lill-Awtoritajiet sabiex jakkwistaw liċenzja Maltija u minn hawn ikunu jistgħu jinvestu u joperaw f ’ambjent regolat. Ippreżentajna l-viżjoni tagħna għan-niċċa ekonomika tal-iżvilupp tallogħob diġitali u esports bilħsieb li fi żmien 10 snin din l-industrija toħloq 3,000 impjieg ġdid u li tikber minn 0.1% għal 1% tal-Prodott Domestiku Gross. Dawn l-industriji ġodda se jkunu sors ta’ opportunitajiet ta’ impjiegi u karrieri ġodda għal uliedna. Għalhekk kif dejjem sħaqna, l-edukazzjoni hija ċ-ċavetta għall-iżvilupp ta’ kull

ċittadin. Kien matul din is-sena li bħala Segretarjat investejna f ’19il student li bbenefikaw minn boroż ta’ studju sabiex isegwu studji dwar il-Blockchain f ’livell ta’ Masters b’investiment ta’ aktar minn €100,000. Rajna li nħejju l-ġenerazzjoni t’għada għad-dinja tax-xogħol hekk kif ’il fuq minn 380 student ipparteċipaw fil-MITA Student Placement Programme, xogħol bi ħlas tul ix-xhur tas-sajf b’investiment ta’ €800,000. Madwar 50 student se jkunu akkreditati b’ċertifikat li jippermettilhom li jaħdmu fl-industrija tal-iżvillupp tal-logħob diġitali, kif ukoll inawgurajna binja ġdida tal-Istitut għal-Logħob Diġitali wara diskussjonijiet mal-Università ta’ Malta. Tellajna fuq nett tal-aġenda l-importanza tas-sigurtà diġitali tant li investejna fi skema ta’ €250,000 biex in-negozjanti jipproteġu aħjar in-negozju tagħhom. Fl-isfond ta’ dawn il-kisbiet, Malta kienet punt ta’ referenza ewlieni fil-qasam diġitali. Tant hu hekk, inizjattiva li bdejt is-sena li għaddiet wasslet biex proprju din is-sena, pajjiżna laqa’ seba’ Ministri u rappreżentanti mill-Italja, minn Spanja, minn Ċipru, mill-Portugall, mill-Greċja, minn Franza u minn Malta u flimkien iffirmajna Memorandum of Understanding sabiex naqsmu informazzjoni u nikkollaboraw iżjed

flimkien fi proġetti marbuta mal-Blockchain u mal-Intelliġenza Artifiċjali. Ippromovejna isem Malta mal-erbat irjieħ tad-dinja meta aktar kmieni din is-sena mexxejt delegazzjoni f ’Singapore u l-Korea t’Isfel fejn spjegajna x-xogħol li qed isir Malta kif ukoll rappreżentanti ta’ negozji kellhom iċ-ċans jesploraw opportunitajiet ta’ investiment. Huma fuq dawn il-pedamenti sodi li se nkomplu nimplimentaw dak li l-poplu vvota għalih. Huwa dan is-suċċess li jixprunana ’l quddiem sabiex inkomplu nagħtu l-aqwa ġejjieni lill-ġenerazzjonijiet ta’ għada. Dan hu li jagħmilna differenti mill-Partit Nazzjonalista; għax magħqudin, għax dak li nwiegħdu wettaqnieh u nwettquh. Huma dawn il-fatturi fost oħrajn li jagħmlu l-2019 sena pjuttost partikolari; uriet li l-għaqda tirbaħ fuq kollox u fuq kollox nibbtet għad-dieher l-għeruq tal-Partit Laburista, it-twemmin li jgħaqqadna. Fl-istorja tiegħu, l-Partit Laburista dejjem serva bħala d-dar tal-ħaddiem, ta’ min qed ibati, idejh fuq il-polz tal-poplu. Sa mill-ewwel Prim Ministru Laburista Pawlu Boffa u l-proġett soċjali tiegħu, għallPerit Duminku Mintoff Missier Malta Ħielsa, Karm Mifsud Bonniċi u Alfred Sant li dejjem saħqu fuq dak li jemmnu fih u l-prinċipji soċjali għal Malta progressiva bit-tmexx-

ija tal-Prim Ministru Joseph Muscat. Fl-akbar sfidi mill-interdett għall-ħelsien u anke l-instabilità politika tal-passat, il-Partit Laburista dejjem baqa’ magħqud għaliex huwa minsus fuq prinċipji li ma jista’ jeħduhomlna qatt. Prinċipji ta’ poplu li jrid li din il-blata f ’nofs il-Mediterran tħabbatha mal-kbar u dan kien is-suċċess li ġab Gvern Laburista fl-aħħar snin. Dan il-vjaġġ mhux se jieqaf nofs triq. Id-delegati u l-membri bi ħġarhom se jagħżlu mexxej ġdid. Ftuħ ta’ kapitlu li għalkemm jista’ jidher differenti, se jkompli jwettaq il-ħolma ta’ dak li vvutaw għalih il-Maltin u l-Għawdxin fl2017. Għalhekk rasna ’l fuq u b’kuraġġ nħarsu ’l quddiem lejn l-isfidi li għandna quddiemna, id-deċiżjonijiet li hemm bżonn li jittieħdu ibsin kemm huma ibsin, il-Partit Laburista u dak kollu li jirrappreżenta jibqa’ l-polz li jsaħħaħ il-ħidma tagħna bħala Gvern kompatt. B’rasna mgħollija nħarsu lejn kull ċittadin b’sodisfazzjon għax wettaqna, f ’għajnejn l-investitur għax Malta tibqa’ l-post ideali ta’ investiment, lejn iż-żgħażagħ għax żidna l-istipendju, lejn il-familji għax tajna childcare b’xejn u trasport għall-iskola b’xejn għat-tfal u lejn il-pensjonant għax tajnieh lura d-dinjità kif jixraqlu. Dan hu l-ispirtu tal-Partit Laburista, spirtu li ma jmut qatt.

INĦARSU ’L QUDDIEM GĦAS-SENA 2020

Julia Farrugia Portelli Segretarju Parlamentari

Wasalna lejn tmiem sena oħra u allura l-bidu ta’ sena ġdida. Sena li bħal kull sena oħra, se nsibu matulha sfidi li rridu negħlbu. Sfidi li niltaqgħu magħhom kull sena, u sfidi ġodda, forsi sfidi aktar iebsa li iva se nkunu qegħdin naffaċċjawhom b’kuraġġ u b’determinazzjoni biex negħlbuhom. Sfidi li, biex ngħid hekk,

huma sfidi annwali, jinkludu l-isfida biex inkomplu nsaħħu l-ekonomija tagħna b’mod sostenibbli. L-isfida li nkomplu noħolqu impjiegi ta’ kwalità aħjar biex nassiguraw ġejjieni mill-aqwa għal uliedna u wlied uliedna. L-isfida li jkollna sena oħra li tintemm b’surplus biex inkunu nistgħu nkomplu nżidu l-pensjonijiet. Biex inkunu nistgħu nkomplu nagħtu għajnuna akbar lil dawk vulnerabbli, mhux l-inqas il-persuni b’diżabilità. Sfida ewlenija se tkun li negħlbu s-sitwazzjoni delikata li għaddej minnha pajjiżna bħalissa. Jiena konvinta li se negħlbuha b’tali mod li l-partit tagħna, il-Partit Laburista, joħroġ minn din is-sitwazzjoni aktar b’saħħtu biex fil-gvern inkomplu nkattru l-ġid, kif għamilna f ’dawn l-aħħar seba’ snin. Konvinta minn dan għax għand-

na tim tajjeb, għax għandna tim magħqud, u se nibqgħu magħqudin, tkun xi tkun l-għażla tat-tesserati fil-ħatra ta’ mexxej ġdid u Prim Ministru ġdid. Se nibqgħu magħqudin naħdmu alenija biex lill-familji Maltin u Għawdxin nagħtuhom dak li wegħedniehom sentejn u nofs ilu. Jarralu min jaħseb li l-Gvern Laburista se jaħrab minn din ir-responsabbiltà. Il-Gvern Laburista se jibqa’ l-Gvern li dak li jwiegħed iwettqu. Irridu, matul is-sena l-ġdida, inkomplu naħdmu bil-kbir f ’oqsma oħra biex ngħinu lil dawk li żbaljaw u li sinċerament jixtiequ li jerġgħu lura għal ħajja onesta f ’soċjetà ġusta. Ħadt gost dan l-aħħar nara l-iffirmar ta’ ftehim li kien iffirmat bejn l-Aġenzija għasServizzi Korrettivi u Caritas Malta. Ftehim li l-għan ewlie-

ni tiegħu huwa r-riabilitazzjoni mid-droga għar-residenti tal-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin. Dawn ir-residenti wkoll jeħtieġu l-għajnuna tagħna. Min-naħa tiegħi, se nkun qiegħda nagħmel minn kollox biex l-inizjattiva li diġà ħadna biex ngħinu lil nisa li waqgħu vittmi tal-prostituzzjoni, tissaħħaħ, għax nemmen li din l-inizjattiva hija waħda nobbli. Bħalma huma nobbli l-inizjattivi li diġà ħadna, u li wkoll irridu nkomplu nsaħħuhom, biex ngħinu lill-vittmi tat-traffikar uman. Xewqa oħra li għandi għas-sena l-ġdida hija li matulha naslu għal qbil fil-Parlament li jwassal biex minn wara l-elezzjoni ġenerali li jmiss naraw aktar nisa jieħdu sehem fil-qasam politiku - kemm lokali kif ukoll nazzjonali. Irridu nsi-

bu mezz biex ikollna aktar nisa jirrappreżentawna kemm fil-Kunsilli Lokali, kif ukoll fil-Parlament. Nemmen bissħiħ li hawn ħafna nisa li jixtiequ jagħtu sehemhom b’mod aktar dirett. Waqt li nkunu qegħdin nagħmlu dan kollu, irridu wkoll naffaċċjaw l-isfida li għandna quddiemna biex insaħħu l-istituzzjonijiet ta’ pajjiżna. Nagħmlu dan mhux għax jgħidilna ħaddieħor. L-istorja turi li dwar id-demokrazija, il-Partit Laburista m’għandux għalfejn ifittex lezzjonijiet mingħand ħaddieħor. Ovjament se jkollna wkoll sfidi oħrajn. Sfidi li se naffaċċjawhom b’kuraġġ u b’determinazzjoni, biex is-sena li ġejja tkun sena aħjar għall-familji Maltin u Għawdxin kollha. Is-Sena t-Tajba, mimlija hena u risq, lil kulħadd.


19

29.12.2019

kullhadd.com

PAJJIŻNA SUĊĊESS

Catherine Fenech Membru fl-Eżekuttiv Nazzjonali PL

Dawn l-għaqdiet li jsejħu lilhom infushom bħala tas-soċjetà ċivili ma nistax nifhimhom. Aktar minn hekk ma nafx x’wiċċ għandhom. Mela wara li pprotestaw u f ’waqtiet minnhom b’rabja ta’ barra minn hawn, kienu vjolenti lejn id-Deputati Laburisti u saffru s-sfaffar, ħabbtu l-platti u xejru l-ixkupi, waddbu l-bajd u l-awrina, għeżżew u kissru karozzi ta’ Ministri, imblukkaw toroq u għajru mafja u qattiela saħansitra lill-President tar-Repubblika f ’Jum ir-Repubblika, kellhom imbagħad l-ardir li jitolbu l-protezzjoni tal-istess President tar-Repubblika għax qalu li qed iħossuhom mhedda. Ara trid tkun tassew wiċċek infurrat. Ippruvaw iħarbtu n-negozji u s-serenità fost il-poplu, qed jippruvaw ifixklu l-andament tajjeb tal-ekonomija. Jafu li b’ekonomija sejra tajjeb se jibqgħu jagħżqu fl-ilma u ma jagħmlu l-ebda miljiet fil-fiduċja tal-poplu. U għadhom jippruvaw ibellgħuha lill-poplu li l-ekonomija staġnata, li l-poplu hu beżgħan u qed joqgħod ġo daru u ma jonfoqx. Imma l-poplu ma jemminhomx. Anzi aktar minn hekk, ma jagħtix kashom. Jibqa’ juri fiduċja sħiħa fil-Gvern preżenti u saħansitra juri fiduċja b’saħħitha ferm aktar fiż-żewġ kandidati għal mexxej tal-PL milli jagħti lil Delia, kważi bid-doppju diġà. Delia qalilna li staġnati u t-toroq u l-ħwienet baħħ. Naħseb li Delia qed jgħix fuq Filfla. Innies li daħlu l-Belt f ’dawn l-aħħar ġranet kienu ammonti kbar immens u l-attività tan-nies igawdu f ’ristoranti, f ’attivitajiet fl-irħula marbuta mal-Milied u jduru l-ħwienet jagħmlu x-xiri tagħhom kienet qawwija immens. Altru milli n-nies qed jibżgħu jonfqu flushom u qed jibżgħu joħorġu barra. Ħallina Dr Delia. Għamlu għagħa sħiħa għax inqata’ d-dawl darbtejn jew tlieta din is-sena. Insew li fi żmienhom bejn l-2011 u l-2012 fi 18–il xahar id-dawl inqata’ xejn inqas minn 1,100 darba. Imma l-isbaħ li kellna l-esponenti tas-soltu tipo Karol Aquilina u Jason Azzopardi li ħarġu jgħidu l-ħmerijiet u l-fantażiji dwar il-qtugħ tad-dawl

li seħħ f ’nofs din il-ġimgħa. Niskanta kif Netflix għadhom ma bagħtux għalihom. Qalulna li l-qtugħ tad-dawl huwa minħabba l-korruzzjoni. Mela bil-premessa tagħhom, kemm kien hawn korruzzjoni ferm u ferm aktar fl-2011 u fl2012 meta nqata’ d-dawl ’il fuq minn elf darba? Korruzzjoni kien hawn u kif għax għażlu li jbellgħulna l-HFO fil-pulmuni tagħna biex jibqgħu jieħdu l-commissions minn fuq ix-xiri taż-żejt. U dawn l-istess nies li jibqgħu jgħidu li l-Power Station li taħdem bilgass ma kellniex bżonnha, minn dak li ġara f ’dawn il-ġranet meta nqata’ d-dawl minħabba ħsara fl-interconnector nifhmu kemm ma jafux x’inhuma jgħidu u naffermaw kemm kien għaqli li sar dan il-proġett li barra li elimina l-użu tal-HFO u tjiebet il-kwalità tal-arja, provda wkoll l-element importanti ta’ energy mix, li meta jiġri ħsara f ’element wieħed, taqleb immedjatament fuq il-provvista l-oħra, provvista li tiflaħ tagħti enerġija lill-pajjiż kollu. Li kieku niddependu biss fuq l-interconnector, kieku mhux tliet sigħat nagħmlu bla dawl imma jiem sħaħ. Hekk riduna l-PN, niddependu mill-ħniena ta’ pajjiżi oħra u mill-grid Ewropea biex ikollna d-dawl u nitolbu li qatt ma jkun hemm ħsarat fil-pipeline ta’ dan l-interconnector. U allura mhux ta’ b’xejn l-aħħar stħarriġ tal-Ewrobarometru jindika li 51% tal-poplu jafda fil-Gvern, kontra 34% fil-bqija tal-Unjoni Ewropea. Qabel il-bidla fl-amministrazzjoni, fl2013, il-fiduċja fil-Gvern Nazzjonalista kienet tlaħħaq l-34% biss. Nagħmlu kuraġġ għax pajjiżna hu fit-triq it-tajba. Magħqudin flimkien inħarsu ’l quddiem. L-għaqda hi l-pern tas-suċċess. Ma nħallu ’l ħadd min idaħħal flieles u dubji bejnietna. Pajjiżna hu suċċess u se jkompli jkun suċċess. Il-PL ukoll se jibqa’ miexi ’l quddiem. Dan naħilfuh f ’isem il-lealta lejn il-prinċipji li jgħaqqduna. Inkomplu niġġeddu u nkunu umli u nsewwu fejn sar ħażin għax huwa evidenti u ċar daqs il-kristall li l-poplu għandu biss fiduċja fil-PL fil-gvern sabiex pajjiżna jibqa’ miexi ’l quddiem, jistenna biss mill-PL fil-gvern sabiex isiru t-tibdiliet u Malta tkun dejjem aħjar milli hi u jitqassam il-ġid li qed jinħoloq b’mod ġust. Dan huwa l-legat li dan il-Gvern għandu responsabbiltà sabiex jgħaddi lill-ġenerazzjoni li jmiss. Nawgura minn qalbi Milied hieni u Sena Ġdida mimlija risq, saħħa u hena lill-qarrejja kollha ta’ din il-gazzetta u lill-poplu Maltiu Għawdxi kollu.

Mid-Djarju ta’

Nazju n-Nazzjonalist Il-Ħamis, 19 ta’ Diċembru attività politika. B’hekk qiegħed jissoda ma’ kull Reġa’, man! Kuljum qiegħed jum li jgħaddi, anke jekk jindirizza lin-nazzjon il- illum jgħid mod, u għada Kap tagħna Adrian De- jgħid mod ieħor kif għamel tal-President lia! U issa qiegħed jagħmel fil-konfront aktar arja wara li l-Parla- tar-Repubblika li l-ewwel qal ment Ewropew qal lil Jo- li mhux jagħmel dmiru, u seph Muscat biex jirriżenja. issa qiegħed jgħid li l-PresiMhux għax se jirriżenja issa! dent, bħalu, qiegħed jagħmel Għax Joseph Muscat għan- dmiru. Imma jgħid kemm du rasu iebsa bħall-Presi- jgħid ħmerijiet, jien lilu se dent tal-Istati Uniti Donald nibqa’ nsegwi għax aħna lilu Trump li wkoll il-Kam- għażilna bħala Kap tal-partit ra tar-Rappreżentanti qa- darba glorjuż tagħna. ltlu biex iwarrab. Imma bħal Joseph Muscat, Don- Il-Ħadd, 22 ta’ Diċembru ald Tramp mhux se jwarrab għax huwa għandu M’għandniex xi ngħidu, kif l-maġġoranza fis-Senat u qomt erħejtilha lejn l-Isla la għandu l-maġġoranza se biex nisma’ lill-Kap Adrian jkompli l-leġiżlatura kollha. (mhux Manuel) Delia. ĦsibtKif, milli jidher, se jagħmlu lu kmieni għax ħsibt li mhux tal-Labour. Tal-anqas hekk se nsib post, imma mbagħad ħlief l-erba’ min-nies tasqegħdin jgħidu! soltu, ma konniex. Wara jien Il-Ġimgħa, 20 ta’ Diċembru u xi ħbieb oħra qgħadna nieħdu flixkin birra u ngħidu Borma mħawda mhux ftit, kelma. Il-kliem waqa’ fuq Siman! Lanqas ridt nemmen lil mon Busuttil, jew aħjar fuq għajnejja u lil widnejja meta ir-ras iebsa li għandu, għax qrajt u smajt li l-ġurnalist minkejja li l-Kap qiegħed bravissimu tat-Times, Ivan ifaħħru, xorta waħda għadu Camilleri jista’ b’xi mod jfixkel. Skont wieħed li kien ikun involut. Ikolli ngħid magħna, u li milli jidher lillli hemm raġunijiet oħra Kap ma jġibux, Simon Bugħaliex tat-Times iddeċidew suttil mhux lest li jċedi qabel li jkeċċuh. Huma x’inhuma il-Kap jerġa’ jagħmlu kelliem r-raġunijiet għaliex tkeċċa, għall-governanza tajba. Fi jibqa’ l-fatt li se nitilfu ġur- ftit kliem, mhux biżżejjed li nalist bravissimu li fil-mira l-Kap jilagħqu, irid jumiljah. tiegħu dejjem kellu lill-Partit Laburista. Jien inqisu bħala It-Tnejn, 23 ta’ Diċembru wieħed mill-aqwa ġurnalisti Nazzjonalisti li għand- Bdiet il-ġimgħa li matulha na f ’pajjiżna, u għalija hija niffangaw u nixorbu kemm telfa kbira għall-partit dar- nifilħu. Dalgħodu erħejtilha ba glorjuż tagħna. Min jaf, lejn il-Belt. Kien fadalli nixforsi jingħata xi impjieg ma’ tri xi rigali għan-neputijiet u xi gazzetta barranija u xor- fl-istess ħin ridt niltaqa’ ma’ ta waħda jkun jista’ jkompli xi ħbieb biex nibda niffanga u nixrob. Il-Belt kienet mimjgħinna. lija bin-nies, imma skont Is-Sibt, 21 ta’ Diċembru dawk li kont qiegħed nieħu grokk magħhom, il-Ħadd Jekk ma jkunx indirizz kienet xi ħaġa tal-għaġeb. lin-nazzjon fuq NET TV, Minkejja dan, wieħed minngħid li lill-Kap tagħna Adri- hom qalli li tal-ħwienet xorta an (mhux Manuel) Delia ni- waħda baqgħu rrabjati għasimgħuh f ’xi intervista fuq lina, għax minħabba l-proir-radju tagħna. U jekk ma testi fil-ġimgħat ta’ qabel tiltkunx intervista fuq ir-rad- fu ħafna negozju. Jien kont ju tagħna, jkun diskors f ’xi pront weġibtu li jmisshom

jirrabjaw għal Manuel (mhux Adrian) Delia, għax il-protesti hu kien qiegħed jorganizzahom u mhux aħna. Anzi fakkartu li lill-Kap tagħna, kienu umiljawh. It-Tlieta, 24 ta’ Diċembru F’lejlet il-Milied qajla ssib lil xi ħadd li jkollu aptit jitkellem fuq il-politika. Anzi kulħadd jinsa kollox, kulħadd jitħallat ma’ kulħadd, kulħadd jawgura lil kulħadd. Imma din is-sena le. Manuel (mhux Adrian) Delia u sħabu tal-ġustizzja mhumiex se jieqfu u saħansitra dalgħodu sbaħna b’boroż ta’ faħam mal-bibien tal-Ministeri, mhux l-inqas il-bieb ta’ Kastilja. U f ’messaġġ li ħarġu qalulna li mhumiex se jieqfu. Imma lili, u naħseb lin-Nazzjonalisti ġenwini, xejn ma għoġobna għax ħarġu jgħidu li Malta tagħhom. Le, le, ħej! Din la hi Malta tagħhom, la hi Malta tan-Nazzjonalisti, u lanqas hi Malta tal-Laburisti. Malta tagħna lkoll. Ara xi ġrali man! Spiċċajt nirrepeti s-slowgan ta’ Joseph Muscat. L-Erbgħa, 25 ta’ Diċembru Kemm għandna drawwiet tal-Milied sbieħ! Ngħid għalija kull sena ma nitlifx li nixref mit-tieqa xħin minn quddiemna tkun għaddejja l-purċissjoni tal-Bambin. Hekk ukoll ma nitlifx il-quddiesa ta’ nofsillejl għax gost tiegħi nisma’ l-prietka tat-tifel. Bħali wkoll Ġorġ tal-ħanut ta’ ħdejna li miegħu, wara l-quddiesa, għaddejna sal-każin u ħadna żewġ grokkijiet. Imma mbagħad dalgħodu ma flahtx inqum u lanqas il-party talkażin ma mort. Imma xorta ma bqajtx żaqqi vojta, għax kont mistieden għand oħti li tgħidx x’ikla għamlitilna. Meta għedtilha li ma kellhiex għalfejn tonfoq dawk il-flus kollha, kienet pronta qaltli li la hemm minn fejn, ingawdu.


20

29.12.2019

kullhadd.com

ID-DJ LI HUWA FFISSAT FUQ IL-MILIED Il-Milied żmien sabiħ. F’Malta tista’ tgħid li trabbejna fil-festi, kemm sajfin u anke dawk xitwin bħall-Milied. Hawn min idejqu minħabba raġunijiet personali imma hawn min jgħix għalih saħansitra jħossu mdejjaq malli jgħaddi dan iż-żmien. Imbagħad issib nies li jarmaw djarhom sa ruħ ommhom qisek dħalt ġo ħanut. Issib min jgħidlek li

dan ikun iżżejjed imma mhux l-istess jgħidu dawn in-nies li jarmaw ħafna. Kull dekorazzjoni għandha ġrajja, u passjoni partikolari. Kull dettall huwa nnotat. Wieħed minnhom huwa d-DJ magħruf Ryan Spiteri. Ryan iffissat fuq il-Milied. Iva, qed taqraw sew. Minn mużika moderna fil-klabbs għall-melodiji ħelwin u kajmani tal-Milied.

Kitba ta’ CLIFFORD GALEA VELLA MASLENNIKOV

Kif nibtet fik din in-namra tal-Milied? Missieri kien iħobb jarma ovvjament mhux dak it-tip kif sirt narma jien illum u bqajt inħobbu l-Milied. Inħares lura b’nostalġija sabiħa. Kien kapaċi jiżra’ fija element ferrieħi marbut b’mod speċjali ma’ dan iż-żmien u ma jiddispjaċini xejn. Ma tarahiex stramba kif minn DJ ta’ mużika bi stil, tħobb daqstant mużika tal-Milied? X’jgħidulek in-nies? Bażikament jien inħobb il-mużika tal-Milied. Ma naraha stramba xejn. Lili jafuni bħala Ryan tan-90’s veru, imma meta nsiefer inħobb nisma’ mużika l-oppost ta’ dak li nħobb indoqq kuljum fix-xogħol tiegħi. Jgħiduli: “Istra DJ u tħobb il-Milied?” Iva, DJ u nħobb il-Milied. Jien wara kollox persuna bħal ħaddieħor.

Dak hu l-Milied għalija. Kemm tibda tarma kmieni u kif tkun il-burdata tiegħek malli toqrob il-ħarifa? Bl-affarijiet kollha li għandi, jekk ma nibdiex fil-bidu ta’ Ottubru ma nlaħħaqx minħabba l-affarijiet kollha li narma. Ikolli nagħmel tlett ijiem sħaħ żgur narma inkella ma nlaħħaqx u nippanikkja. Il-burdata tiegħi kif toqrob il-ħarifa dejjem tkun pożittiva. Jien persuna li niddejjaq biss bis-sħana tas-sajf imma mhux bis-sajf, il-bqija jogħġobni kollox. Hemm xi ħolma partikolari marbuta mal-Milied jew forsi mal-mod kif tarma? Ħolma partikolari m’għandix għax kuntent b’dak li qed nagħmel u qed nagħmel iżjed. Kontra dak li kont qabel għax issa għandi kollox u kuntent kif jien. Napprezza l-mument u dak li għandi. Il-Milied maġiku!

Meta bdejt iġġemma’ l-affarijiet tal-Milied? Tiftakar Ma tarahomx ħafna kultant? x’kien jew x’kienet l-ewwel Jew kull oġġett li għandek dekorazzjoni li kellek? għandu sinifikat u f ’kull ħaġa Bdejt inġemma’ l-affarijiet li tixtri tara sbuħija differenti? tal-Milied meta kelli l-ewwel Santa Klaws daqs tmien snin Le, mhix kwistjoni ta’ ħafna ilu, imbagħad bdejt inżid naqra jew ftit. Għandi ħafna fil-verinaqra. Imma l-ewwel dekorazz- tà imma kull ħaġa fiha sinifikat. joni Santa kien. Illum ommi ma, Għandi ħafna Santas imma qas għandi fejn inpoġġi iżjed. wħud minnhom huma rari. KollDari mimlija sew kif jixhdu r-ri- ha differenti. Hemm minnhom li ssib wieħed f ’elf u kuntent imtratti li nitfa’ fuq Facebook. mensament bihom. Għandi dar tal-Milied ċioè villaġġ ukoll, u li Xi jfisser għalik il-Milied? tista’ timxi madwaru u titpaxxa Għalik il-Milied huwa tħares lejh. l-armar biss jew parteċipi fih? X’jgħidulek in-nies u sħabek? Għalija l-Milied hija festa ta’ ferħ, ta’ dwal, ta’ ħafna affariji- Għandi ħabib li mhux idejqu et sbieħ, u fuq kollox ta’ għaqda. l-Milied imma jarma ftit u xorta

japprezzah. Hu wkoll impressjona ruħu. Nista’ ngħid li kull min ra l-armar tiegħi qalli kliem sabiħ u ħa gost bil-ferħ li nittrażmetti meta nkun qed nuri dawn id-dekorazzjonijiet li għandi. Ħadd ma qalli” “Hemm x’int tagħmel?” Kulħadd għandu gosti differenti mhux hekk?!

Ha ngħiduha kif inhi, il-presepju huwa sabiħ. Jien għandi presepju u sabiħ ħafna. Għamilt żmien narma presepju u kellu xi santas u nara kif se nqegħedhom. Imma kultant jiġu kuntrast għax trid tieħu linja. Dan bħall-armar u d-dekorazzjonijiet ta’ stil ġo dar. Ma tistax tħawwad ħaġa m’oħra. Imma presepju iva għandi u Tiddejjaq iżżarma wara? qatt ma jgħaddili minn moħħi li nbigħu għax qiegħed għal qalbi Niddejjaq iva. Għandi ħafna wkoll. xogħol u xogħol delikat li jista’ jinkiser. Jiġifieri rrid noqgħod X’taħseb fuq it-tiżjin li jsir attent biex nippakkjah jekk jista’ f ’pajjiżna fit-toroq? jkun, kif inkun ħriġtu mill-kaxxa. Diffiċli immens ukoll għax ġie- It-toroq Maltin jarmawhom sbieħ li hemmhekk tassew negħja u u hemm irħula li tkun sorpriż kif nibda nikkunsidra nieqaf nar- jarmawhom. Imma kollox ma’ ma hekk għax veru diffiċli. Trid kollox, mhux se ndur mal-lewża, toqgħod b’seba’ għajnejn u tip- fejn it-tiżjin tat-toroq ta’ barra pakkja bil-galbu u bil-kalma. minn Malta, f ’Malta ma nibdewx. Ma jridx ikollok ġenn jew tkun Mhux inmaqdar imma hija l-verità mgħaġġel. li nħoss u nara jien. Però mbagħad fid-djar nirbħu. Hawn ħafna min Taħseb li l-presepju Malti jarma b’mod spettakolari. mhux kulħadd sar jagħtih U x’inhi l-opinjoni tiegħek importanza u postu ħadu dwar il-festa tal-Epifanija li l-Father Christmas u tiżjin fl-Italja hija ċċelebrata daqs dekorattiv ieħor?

il-Milied u f ’pajjiżna tkun iċċelebrata biss fil-Knisja? L-Epifanija fl-Italja tiġi ċċelebrata daqs il-Milied u hija xi ħaġa kbria għalihom. F’pajjiżna l-iktar li tkun iċċelebrata fil-Knisja tista’ tgħid, għax kważi lanqas post fuq Facebook ma tara. Bħala DJ rinomat, x’inhi l-opinjoni tiegħek dwar l-idea li f ’dan iż-żmien wieħed irid jiddamdam biex iħossu qed jiddeverti? Taqbel mal-idea li wieħed irid anke jieħu droga biex jieħu gost għax tal-Milied? Xogħli bħala DJ huwa xogħol ta’ divertiment u nagħti pjaċir lin-nies. Dejjem iridu jikkontrollaw f ’kull oġġett li jagħmlu speċjalment f ’dawn iż-żminijiet. Kulħadd jazzarda jagħmel dik innaqra żejda. Droga u xorb is-sena kollha m’hemmx għalfejn jasal il-Milied. Moħħkom hemm għax jiddispjaċikom wara. Tgħallmu ħudu gost bil-mużika u bil-kontroll.


21

29.12.2019

kullhadd.com

reċensjoni tal-ktieb

ŻERO

tabiba li tinzerta tkun għaddejja minn hemm bil-karozza, imma Żero tant mhux imdorri bil-kuntatt uman li jagħtih ħass ħażin ieħor malli jinduna li ġiet ħdejh. Eventwalment, Stefania u żewġha Luca jiskopru li Żero kien membru tal-Virtual War Network, aġenzija sigrieta li tibni l-apparat għall-gwerer b’użu ta’ teknoloġiji super-sofistikati li jħallu lill-ġellieda jikkontrollaw il-bombi remotament. Żero kien parti minn tim ta’ suldati indottrinati, ittrejnjati biex isuqu remotament dawn il-magni tad-distruzzjoni tal-massa. Tim ta’ tfal li kollha ttieħdu mill-ġenituri tagħhom mat-twelid. U hemm tibda taqbida bla nifs: l-aġenzija sigrieta tagħmel minn kollox biex tfittex u ssib lil Żero, u Stefania u Luca jippruvaw jipproteġuh billi jaħbuh f ’post remot u sigur. Imma hu u jipprova jidra r-realtà ġdida ta’ madwaru, Żero huwa wkoll mitluf. Parti minnu mwerwra u tixtieq tmur lura għall-familjarità tad-dinja an-

tika tiegħu u r-regoli li jaf bl-amment, filwaqt li parti oħra kurjuża tesplora din id-dinja ġdida u affaxxinanti. U hu, għal liema minn dawn id-dinjiet jappartjeni? Isib is-saħħa fih innifsu biex imur kontra t-twemmin tiegħu u ta’ min rabbieh? Żero huwa rumanz tal-awtur u professur universitarju Taljan Luigi Ballerini; rumanz li jħallik bla nifs, ideali għal qarrejja minn 12–il sena ’l fuq imma anki storja eċitanti għall-adulti li jħobbu l-ġeneru tal-azzjoni u l-istejjer teknoloġiċi. Malli ħareġ l-Italja fl-2015, it-tfal Taljani ħatfuh u l-ktieb mill-ewwel sar bestseller. U filfatt is-sena ta’ wara rebaħ il-premju letterarju prestiġjuż Premio Bancarellino. Ftit wara, il-Merlin Publishers xtraw id-drittijiet għall-edizzjoni Maltija, u l-addattament għallMalti sar minn John A. Bonello, awtur magħruf għas-sensiela ta’ fantasija Il-Logħba tal-Allat kif ukoll għas-sensiela investigattiva għat-tfal Irvin Vella Investigatur Virtwali.

IL-LUKANDA TA’ MARTINA

koroh fuq is-saħħa fiżika u mentali tagħna”. Il-Lukanda ta’ Martina jagħti xaqq tama lill-qarrejja żgħar u lill-ġenituri tagħhom – tama li n-nies għad tibda tħares madwarha b’għajnejn miftuħa għall-ġmiel tal-ambjent u forsi taħdem biex id-dinja ssir post isbaħ u aħjar. Fil-fatt, skont l-awtriċi, dan huwa l-ktieb perfett sabiex jispira lit-tfal jirsistu biex iwettqu l-ħolm tagħhom u, anki meta jinqalgħu l-intoppi u l-affarijiet jidhru impossibbli, ma jaqtgħux qalbhom imma jibqgħu jfittxu mod kif dawn iseħħu, bil-paċenzja u l-perseveranza kollha. L-istorja ta’ Martina u Twanny tieħu l-ħajja anki viżwalment permezz tal-illustrazzjonijiet il-ġmiel tagħhom tal-illustratriċi Russa Maria Mikhalskaya, li tadopera stil innovattiv li jappella għall-immaġinazzjoni tal-qarrej. Dan il-ktieb ideali kemm biex jinqara lit-tfal meta jkunu għadhom ċkejknin, kif ukoll la jikbru ftit ieħor u jibdew jaqraw l-ewwel sentenzi, biex jinqara mit-tfal stess.

Żero huwa żagħżugħ ta’ 14–il sena li f ’ħajtu kollha qatt ma ltaqa’ ma’ bniedem ieħor, għax għex dejjem magħluq ġo appartament super-teknoloġiku. Sa ma, jum minnhom, imur id-dawl u wieħed mill-bibien tas-sigurtà jinfetaħ beraħ. U Żero, għall-ewwel darba, joħroġ fid-dinja ta’ veru, li sa dakinhar lanqas kellu idea li kienet teżisti. F’daqqa waħda Żero jsib ruħu f ’nofs affarijiet li m’għandux idea xi jkunu, bħall-kesħa u s-silġ, it-toroq, il-karozzi … u tant jiġġennen b’dal-ġdid kollu li bil-kesħa jagħtih ħass ħażin u jaqa’ stendut fuq il-bankina. Issalvah Stefania,

Din hija l-istorja ta’ kuntrattur tal-bini. Imma dan kuntrattur differenti ħafna minn tas-soltu. Għax Twanny tat-Twaqqigħ jifhem li l-kwalità tal-ħajja mhijiex biss dwar kemm iddaħħal flus fil-but, imma hija wkoll dwar l-arja li tidħlilna fil-pulmuni, dwar l-ispazji miftuħa u l-ġmiel ta’ madwarna. Twanny tant hu minn tagħna li jgħin lil Martina twettaq il-ħolma ta’ ħajjitha: li tmexxi lukanda fil-villaġġ ċkejken tagħha. U, bl-għajnuna tiegħu, jirnexxilha tiftaħ lukanda b’ferm iżjed minn ħames stilel! Il-Lukanda ta’ Martina huwa picture book ħelu immens, jirrima biex iżjed jieħdu gost jisimgħuh t-tfal ċkejknin, miktub minn Antoinette Borg. “Meta ktibtu, binti kellha erba’ snin u konna

l-ħin kollu naqraw l-istejjer ta’ Julia Donaldson. Jogħġbuni immens ir-rima u l-ħoss tal-kotba tagħha u kont nogħxa naqrahom lit-tifla daqskemm hi kienet tieħu gost tismagħhom,” qalet Borg. U minn hemm nibtet ix-xewqa li tipprova dak l-istil bil-Malti. L-istorja li kitbet ġiet ispirata minn dak li Borg rat madwarha. “Nixtieq li kien hawn iżjed nies bħal Twanny tat-Twaqqigħ. Jiddispjaċini nara pajjiżi jinbela’ minn torrijiet tal-konkrit. Kuljum nisbħu u naraw krejn ieħor quddiem wiċċna, u l-makkinarju, trabijiet u storbju li jġib miegħu, waqt li siġra oħra jew xi dar sabiħa antika titqaċċat biex tagħmel il-wisa’,” kompliet Borg. Hija temmen li l-ambjent li qed ngħixu fih qed jistressjana u “insidjożament qed iħalli l-effetti

Dawn il-kotba jinsabu għall-bejgħ mill-ħwienet tal-kotba kollha jew online direttament minn merlinpublishers.com b’posta b’xejn għal Malta u Għawdex. Mistoqsija: Min għen lil Martina twettaq il-ħolma ta’ ħajjitha? Ibagħtu r-risposta tagħkom lil: Kompetizzjoni Ktieb, KullĦadd, ONE Complex A 28B, Industrial Estate, il-Marsa MRS 3000, u tidħlu biċ-ċans li tirbħu il-kotba ZERO U IL-LUKANA TA’ MARTINA. Ir-rebbieħ jitħabbar nhar il-Ħadd 5 ta’ Diċembru. Ir-rebbieħa huma mitluba jiġbru l-ktieb mill-ONE Complex, il-Marsa, billi jippreżentaw il-karta tal-identità, flimkien mal-ittra li se tintbagħtilhom minn din il-gazzetta, mit-Tlieta sal-Ġimgħa bejn id-09.00 u t-14.00, u s-Sibt bejn l-11.00 u l-17.00, festi pubbliċi esklużi. Intant, ir-rebbieħ tal-kotba SENSIELA ĦREJJEF KLASSIĊI huwa: V. AQUILINA - IL-MOSTA

IDĦOL BIĊ-ĊANS LI

TIRBAĦ €100

02

Ġemma’ l-kupuni ta’ ħames ġimgħat wara xulxin kif ukoll wieġeb il-mistoqsija marbuta mal-aħbarijiet. Ibgħathom f’daqqa lil: KOMPETIZZJONI €100, KullĦadd, ONE Complex, A 28 B, Industrial Estate, Il-Marsa MRS 3000 Kemm kienet il-paga medja f’Marzu tal-2013?

Isem: Numru tat-telefown:

Tweġiba: Indirizz:


22

29.12.2019

kullhadd.com

IL-KNISJA SARET QISHA T-TIENI DAR TIEGĦU Kitba ta’ żagħżugħ, tant li kien għamel teżi RAMONA PORTELLI dwar dan. B’hekk miegħu ddiskutejt dwar Kif nafu diġà, hawn ħafna passa- xi jfissru għalih il-festi lokali u kif tempi li l-bniedem iħobb jgħaddi iħares lejhom b’mod personali. l-ħin bihom. Hawn min dilettant “Ħafna min-nies fis-soċjetà kollha tal-muturi, tal-karozzi, tat-tazzi u għandhom xi passatemp, min ilħafna affarijiet oħra. L-individwu karozzi, min xi sport u jien il-pasli tkellimt miegħu llum dilettant satemp prinċipali tiegħi huwa ħafna tal-knejjes. Qed nirreferi l-festi. Personalment il-festa għalija hija ċelebrazzjoni ta’ ġimgħa li għal Raoul Briffa. Għandu 21 sena u minn Ħal nkun ili nistenna sena sħiħa. Il-fesLuqa. Bħala passatempi jsegwi ti lokali narahom jgħaqqdu n-nies l-futbol speċjalment it-tim tal-Ju- ta’ dak it-tali lokal li jkunu ġejjin ventus, iħobb id-drama speċjal- minn setturi differenti. Dawk li ment id-drammi antiki Maltin, kif jkunu dilettanti tal-festi, eżempukoll iġemma’ numru ta’ affari- ju nar, armar u banda tarahom jiet fosthom statwi ta’ Sant’An- magħqudin jippreparaw flimkien. drija Appostlu. Passatemp ieħor Fost id-dilettanti issib avukati, tobli għandu huwa li fil-ħin liberu ba, inġiniera, self-employed, kuntiegħu jagħti sehem b’mod volo- tratturi, skrivani u oħrajn. Waqt ntarju fil-preparamenti tal-festa il-preparazzjoni għall-festa bħal donnu jinżgħu l-kappell tal-kartar-raħal. Huwa tifel waħdu fil-familja, u riera tagħhom u jilbsu l-istess għadu kif gradwa fil-B.A. (Hons) wieħed. Il-festi jgħaqqdu lin-nies Youth and Community studies flimkien. Anke għal ċerti familji mill-Università ta’ Malta u issa qed u ħbieb li jkunu marru joqogħdu ikompli jistudja l-Masters fil-Com- ’l bogħod mir-raħal li jkunu trabmunity Action and Develop- bew fih, iżommu l-festa bħala okment. Raoul huwa dilettant ħafna każjoni biex jiltaqgħu kollha flimtal-festi lokali u jsegwi l-impatt li kien,” spjegali tajjeb Raoul. Konxja mill-fatt li ħafna jħarsu jħallu fuq is-soċjetà minn lenti ta’

Għalkemm personalment ma nsib l-ebda problema dwar dan, biss nemmen li ma rridux nitilfu s-sens veru ta’ dawn iċ-ċelebrazzjonijiet, għax fl-aħħar mill-aħħar ir-rabtiet spiritwali huma l-qofol ta’ dawn lejn il-festi bħala materjaliżmu, kummerċ u paganiżmu, ħadt il-kummenti tiegħu f ’dan ir-rigward. “Sfortunatament ikolli ngħid li ħafna drabi għandhom raġun. Personalment naħseb li llum il-ġurnata ċerti festi tilfu l-veru sens tagħhom. Il-qofol tal-festi huma ċ-ċelebrazzjonijiet li jsiru ġewwa l-knisja. Ħafna minn dawn iċ-ċelebrazzjonijiet ftit li xejn għadek tara nies jattendu għalihom. Qabel fiż-żmien wieħed kien jara t-transilazzjoni b’numru ta’ nies jipparteċipaw fiha. Wieħed kien jara serbut sħiħ ta’ nies wara ċ-ċelebrant bir-relikwa f ’idu. Anke l-quddiesa pontifikali kienet tkun mimlija bin-nies. Illum sfortunatament f ’ħafna knejjes, il-quddiesa solenni ftit naraw nies jipparteċipaw fiha. Jekk wieħed jikkumpara u jikkuntrasta l-ammont ta’ nies li nsibu fil-marċi u dawk fil-knisja, naraw id-differenza sew.” Kompla jgħidli li l-kummerċ daħal f ’kollox illum il-ġurnata, Milied, Għid, festi tar-raħal u ċelebrazzjonijiet oħra li jsiru fil-pajjiż u huwa dan li qed inessi l-vera tifsira ta’ dawn iċ-ċelebrazzjonijiet. “Għalkemm personalment ma nsib l-ebda problema dwar dan, biss nemmen li ma rridux nitilfu s-sens veru ta’ dawn iċ-ċelebrazzjonijiet għax fl-aħħar mill-aħħar ir-rabtiet spiritwali huma l-qofol ta’ dawn.” Il-qofol tal-festi huma ċ-ċelebrazzjonijiet li jsiru ġewwa l-knisja Ta’ min jgħid li minn mindu kellu biss tliet snin, Raoul kien jattendi l-quddies ta’ Ħal Luqa man-nanna tiegħu u minn hemm beda jinteressa ruħu fil-festi tal-knejjes. Meta kellu ħames snin kien imur jgħinhom il-knisja jarmaw għall-festi – bħall-Ġimgħa l-Kbira, il-Festa Sant’Andrija u l-Milied. B’hekk b’kurżità fuqi ridt inkun naf dwar l-involviment tiegħu preċiż meta tqis li kulma kellu kien biss ħames snin. “Iva kif għidt tajjeb inti, ta’ tliet snin bdejt immur il-quddies kuljum man-nanna tiegħi minħab-

ba li l-ġenituri tiegħi kienu jaħdmu u minn hemm bdejt naffaxina ruħi kif il-knisja minn żmien għal żmien tilbes libsa differenti għal dik il-festa li tkun qiegħda tiġi ċċelebrata. Filli tara l-vari tal-passjoni armati fil-knisja, filli tara l-knisja kollha bid-damask ħamrani. Meta kelli xi ħames snin kont tlabt lil ommi tibda teħodni huma u jarmaw, hi min-naħa tagħħa staqsiet il-Kappillan ta’ dak iż-żmien Mons. Karm Camilleri u dan minnaħa tiegħu ma qalilhiex le. Niftakar l-ewwel darba li mort kienu ħarġu l-vari tal-Ġimgħa l-Kbira u tawni biċċa biex nimsaħ il-bradelli. Minn dakinhar baqgħu jgħiduli biex immur u l-knisja saret qisha t-tieni dar tiegħi,” tbissem jgħidli. Kompla jgħidli: “Fl-2013 twaqqaf il-Grupp tal-Armar, fejn konna madwar seba’ persuni fih, dejjem taħt id-direzzjoni tal-Kappillan ta’ dak iż-żmien Dun Gordon Refalo. Ridna li apparti narmaw il-Knisja bl-iprem mod possibbli li jkun jixirqilha f ’kull festa, ridna li nintroduċu affarijiet oħra li l-għan tagħhom dejjem kien li jgħaqqdu r-raħal aktar. Filfatt kienet ilha tinħass ix-xewqa li ssir l-istatwa ta’ Kristu Rxoxt u l-Kappillan kien talab permess minn Mons. Arċisqof Charles Scicluna, li dan min-naħa tiegħu ta permess lil Ħalluqin biex jagħmlu l-festa ta’ Kristu Rxoxt. Dan kien wieħed mill-isbaħ mumenti f ’ħajti tara l-istatwa tinħoloq u finalment ir-riżultat nhar l-1 ta’ April tas-sena 2018 meta l-vara tal-Irxoxt dehret fil-bieb prinċipali tal-Knisja. Tara l-Ħalluqin ferħanin u wħud minnhom bid-dmugħ f ’għajnejhom, fejn din ħolma wettaqnieha u saret realtà. Għalija huwa sodisfazzjon kbir li kont parti minn din il-festa li rajtha titwieled. Apparti l-Irxoxt sar xogħol ieħor fil-knisja li nibqgħu niftakru żgur. Dan huwa l-pittura fis-saqaf u l-Apside tal-kor tal-knisja, li x-xogħol fuqu kien ilu għaddej mill-2010 u finalment tlesta f ’Jannar ta’ din is-sena u ż-żewġ linef il-kbar li komplew iżejnu l-knisja fil-jiem tal-festa. Ħolma oħra li twettqet kienet li

terġa’ ssir il-Festa tal-Madonna taċ-Ċintura, fejn din kienet ilha ma ssir ’il fuq minn 30 sena! F’Ħadd sħun u sajfi kif jaf jagħmel Awwissu sar il-Pellegrinaġġ bl-istatwa tal-Madonna taċ-Ċintura. Kienet ħolma li grazzi lill-Kappillan preżenti, Kan. Michael Zammit, Dun Rene Camilleri u l-Arċisqof, il-ħolma tal-Ħalluqin reġgħet saret realtà.” Dan l-aħħar sena però naqqas sew is-sehem tiegħu fil-knisja minħabba xi ntoppi li nqalgħu. Però kif qalli hu stess qalbu kienet, għadha u tibqa’ fil-knisja ta’ Ħal Luqa. Filfatt meta xi kultant il-Kappillan u n-nies ta’ madwaru jitolbu l-għajnuna tiegħu, Raoul ikun minn ta’ quddiem biex jagħti sehmu. Bid-daqq tal-qniepen issib serħan mill-ħajja mgħaġġla ta’ kuljum Ta’ min isemmi wkoll, li minbarra li jħobb il-festi u l-armar tagħhom, dilettant ukoll tad-daqq tal-qniepen tal-knejjes. Fil-fatt daqq l-ewwel qanpiena f ’ħajtu f ’Ħal Luqa fis-sena 2008. Ħallejt f ’idejh sabiex jelabora miegħi dwar dan l-episodju ieħor minn ħajtu u dwar fuq kollox l-interess u sodisfazzjon tiegħu. “Kien hemm wieħed nieqes biex idoqq u qaluli biex nitla’ ndoqq jien. Fi ftit tażżmien tgħallimt indoqq u għadni ndoqq sal-lum. Is-sodisfazzjon li nieħu huwa li nirrilassa. Tieqaf ftit mill-ħajja mgħaġġla ta’ kuljum u għal ftit ħin tieqaf fil-kwiet u int u ddoqq tisma l-ħoss melodjuż talqniepen.” Interessajt ruħi nkun naf dwar jekk hemmx xi metodu speċjali sabiex jindaqqu l-qniepen tal-knejjes, u f ’liema ħinijiet tal-ġurnata normalment jindaqqu. “Iva, hemm ċertu metodu. Li hu żgur ma ssabbatx il-qanpiena u ma tfallix milli tħabbat fuq żewġ naħat. Wieħed irid ikun jaf xi jfissru moti, xħin tibda ddoqq il-qanpiena partikolari u xħin tieqaf u l-iskop tad-daqq. Jekk tkun festa Solenni, bħall-Għid, Milied, Pentekoste, Chorpus, u l-Festa Titulari normalment jindaqqu erba’ moti. F’festi oħra jindaqqu tliet moti. Il-bliet u l-irħula kollha għandhom it-tradizzjoni differenti ta’ kif u xħin jindaqqu l-qniepen. Hawn min fil-festa titulari l-moti jdoqqhom sagħtejn u hawn min iddoqqhom siegħa u nofs. Fl-antik id-daqq tal-qniepen kien jindaqq aktar matul il-jum milli jindaqq illum il-ġurnata. Filgħodu kmieni wieħed kien jisma’ d-daqq tal-Pa-


23

29.12.2019

kullhadd.com

ternoster, imbagħad it-tokki talAve Maria fit-tmienja, nofsinhar u filgħaxija. Imbagħad fi tmiem il-jum jindaqqu dawk li jissejħu tal-Imwiet. Il-qniepen jinstemghu jdoqqu kwarta qabel kull quddiesa, fejn jindaqqu 33 tokk normalment bl-iżgħar qanpiena li jkun hemm fil-kampnar u jindaqqu wkoll kwarta qabel jingħad ir-rużarju. Hemm it-tradizzjoni wkoll li kull nhar ta’ Ħamis wara l-aħħar quddiesa tindaqq mota ta’ madwar ħames minuti biex tfakkar it-tifkira tat-twaqqif tal-Ewkaristija. Nhar ta’ Ġimgħa mbagħad fit-tlieta ta’ waranofsinhar tindaqq il-libra bħala tifkira tal-mewt ta’ Sidna Ġesu Kristu. Sfortunatament ħafna knejjes qatgħu dawn it-tradizzjonijiet u l-qniepen jindaqqu biss xi ftit qabel xi quddiesa. Ħal Luqa konna erġajna tajna ħajja wkoll lil dawn it-tradizzjonijiet, fejn eżempju kull nhar ta’ Ġimgħa kont immur indoqq il-libra fit-tlieta ta’ waranofsinhar, kont nibqa’ sejjer sparat indoqq wara l-iskola. Sfortunatmaent wara l-intoppi li nqalgħu, il-libra tal-Ġimgħa fit-tlieta ta’ waranofsinhar m’ għadhiex tinstema’ aktar. Kemm jien u kemm sħabi dejjem b’mod volontarju ndoqqu fil-knisja tagħna.” Eventwalment, fis-sena 2013 beda jdoqq qniepen ta’ parroċċi oħra ma’ żgħażagħ li jduru diversi knejjes biex idoqqu fil-festi. Fi kliemu stess qalli li fortunatament kemm f ’Malta, kif ukoll f ’Għawdex insibu gruppi xi ftit mdaqqsin ta’ dilettanti tal-qniepen. “Dawn iduru minn raħal għall-ieħor biex idoqqu fil-festi. Ħafna drabi fil-festa tar-raħal ta’ dak li jkun, wieħed mhux ser joqgħod jitla’ jdoqq il-qniepen, iżda jgawdi u jipparteċipa fil-festa tiegħu minn isfel. Allura jdoqqu dawn il-gruppi. Jien eżempju ndoqq f ’ħafna festi, però fil-festa tagħna ma ndoqqx għax inkun impenjat bħala fratell lejlet il-festa u forċina mal-vara ta’ Sant’Andrija waqt il-purċissjoni,” żvela miegħi.

Raoul sostna miegħi li bid-daqq tal-qniepen isib serħan mill-ħajja mgħaġġla ta’ kuljum. Ħallejt f ’idejh sabiex jelabora aktar. “Sfortunatament il-ħajja tagħna saret mgħaġġla wisq. Nemmen li kull individwu jsib serħan fil-passatemp tiegħu. Jien il-fatt li xi kultant nitla’ fuq il-kampnari tal-knejjes indoqq il-qniepen, jagħtini serħan li nieqaf mill-ħsibijiet tal-ħajja u għal dik is-siegħa jew kemm indoqq il-qniepen.” Ir-rigali mingħand il-familjari tiegħu kienu jkunu b’konnessjoni mal-vari Huwa wkoll żagħżugħ li minn dejjem kien iħobb il-Ġimgħa l-Kbira. Kien ukoll jaqla’ rigali għal għeluq sninu u għall-Milied mingħand familjari b’konnessjoni mal-vari biex matul iż-żmien irnexxielu jgħaqqad sett ta’ vari tal-Ġimgħa

l-Kbira. Fil-fatt illum il-ġurnata ta’ kull sena jtella’ wirja f ’garaxx għall-Ġimgħa l-Kbira. “Iva, minn età żgħira kull meta kienu jsaqsuni x’tixtieq għall-Milied jew għal għeluq snini dejjem kont ngħidilhom daqqa l-Vara l-Kbira, daqqa l-Monument, daqqa l-Ort etċ... Tul is-snin għaqqadt is-sett tal-vari talĠimgħa l-Kbira. In-nannu Mike, li ħalliena lejlet il-Milied ta’ sentejn ilu, ħadimli l-bradelli kollha għalihom, kif ukoll is-set-up tal-garaxx fejn narmahom fil-Ġimgħa l-Kbira. Għamilt il-wirja l-ewwel darba fl-2011 u bqajt nagħmilha kull sena, ħlief xi darbtejn minħabba l-eżamijiet.” Mhux hekk biss, talli fil-Ġimgħa l-Kbira, Raoul normalment jerfa’ l-monument li jintrefa’ fuq l-idejn, fejn fil-fatt Ħal Luqa hija waħda mill-ftit knejjes li għadhom jerfgħu l-monument fuq l-idejn b’mod tradizzjonali. B’hekk kien

bix-xieraq li jgħaddili aktar informazzjoni dwar din it-tradizzjoni. “Sa fejn naf jien Ħal Luqa u parroċċa oħra għadhom jerfgħu l-vara ta’ Kristu Mejjet fuq l-idejn magħrufa bħala l-Monument. Il-Monument jintrefa’ fuq l-idejn minn 10 irġiel libsin suttana, spellizza u berettin tas-saċerdoti. Dan għaliex fiż-żmien il-monument kien jintrefa’ mis-saċerdoti u sfortunatament illum il-ġurnata saret diffiċli anke biex issib reffiegħa biex jerfgħu b’dan il-mod, għax ovvjament huwa xi ftit diffiċli iżjed minn rfigħ normali ta’ vara.” Ta’ min jgħid ukoll li fuq bażi personali, Raoul għandu wkoll kollezzjoni ta’ statwi ta’ Sant’Andrija u għandu madwar 30 statwa, flimkien ma’ statwi oħra. “Hekk hu. Għandi numru ta’ statwi ta’ Sant’Andrija kollha differenti. L-ikbar waħda twila metru u l-iżgħar waħda fiha seba’ ċentimetri. “Għandi tal-injam, tat-tafal, ġibs, tal-kartapesta u tax-xogħol Malti kif ukoll ta’ barra. Apparti kollezzjoni tal-istatwi ta’ Sant’Andrija, għandi kollezzjoni ta’ madwar 100 bambin li dawn narmahom kollha fid-dar matul iż-żmien tal-Milied. Dawn l-istess qlajthom bħala rigali mingħand tal-familja u ħbieb tal-qalb.” Prattikament ħajtu ddur mal-knisja. Immaġinajt li kien iservi ta’ abbati, u fil-fatt hekk hu, tant li anke daħal abbati qabel suppost daħal. Dan għaliex kien diġà jmur il-quddies man-nanna, u l-mibki Kappillan ta’ dak iż-żmien Dun Joe Camilleri kien jgħidlu jitla’ jgħin il-quddiesa meta kellu xi ħames snin. Imbagħad meta għamel il-preċett, daħal uffiċjalment abbati bil-libsa fejn dam abbati ’l fuq minn 10 snin. “Dak inhar tal-preċett stess filgħaxija mort ngħin fil-quddiesa biex inżanżan il-libsa,” tbissem jgħidli. Ridt inkun naf x’jaffaxxinah l-aktar mill-knejjes lokali, u jekk qatt tħajjar li jaħdem bħala sagristan, jew jidħol għal xi devozzjoni ta’ qassis. “L-aktar ħaġa li taffaxxinani

mill-knejjes lokali hija l-mod ta’ kif inhuma mżejna. Il-knejjes tagħna huma teżor minnhom infushom. Għandhom armar mill-isbaħ, pitturi u skulturi li jżejnuhom u għandhom parti kbira mill-identità tagħna l-Maltin. Missirijietna ħadmu qatigħ biex żejnu l-knisja tar-raħal tagħhom mill-isbaħ u dan aħna għandna napprezzawh. Ħafna turisti li jżuru Malta fis-sajf jibqgħu mistagħġba bis-sbuħija ta’ knejjes li għandna. Malta m’għandniex foresti u muntanji li t-turisti jistgħu jżuru, iżda għandna numru ta’ binjiet storiċi fosthom il-knejjes mimlijin b’teżori mill-isbaħ. Biex inwieġeb l-aħħar parti tal-mistoqsija tiegħek, iva, domt ħafna ngħid li nixtieq nidħol saċerdot, imbagħad indunajt li t-triq tiegħi ma kinitx dik ta’ saċerdot. Bħala impjieg ta’ sagristan qatt ma ħdimt, però nassigurak li jien flimkien ma’ sħabi għamilna d-doppju tax-xogħol li jagħmel issagristan u qatt ma ħadna flus għal dak li konna nagħmlu. Dejjem b’mod volontarju. Ġieli għamilna sas-siegħa ta’ filgħodu l-knisja biex nippreparaw għal festi partikolari. Però konna kuntenti għaliex konna qisna familja u qegħdin nagħmlu dak li nħobbu,” stqarr ġenwinament miegħi. Fl-aħħar nett, il-messaġġ li xtaq jgħaddi lill-qarrejja ta’ din il-gazzetta speċjalment dawk iżżgħażagħ li jżommu ’l bogħod mill-knejjes, kien hekk: “Nemmen li għandna napprezzaw b’mod speċjali l-għajnuna volontarja li sfortunatament naqset xi ftit. Meta żagħżugħ jersaq lejn il-knisja jew każin tal-banda biex jagħti l-għajnuna tiegħu għandna nilqugħ u napprezawh mhux nagħlqulu l-bieb f ’wiċċu, kif sfortunatament ġieli jiġri. Il-messaġġ finali tiegħi huwa biex napprezzaw lil xulxin u kull xogħol li joffri kull individwu. Illum ħafna għandhom twemmin differenti u l-fatt li napprezzaw il-passatempi ta’ xulxin huwa bla dubju ċavetta għall-għaqda fost il-poplu Malti u Għawdxi.”


24

29.12.2019

kullhadd.com

Stejjer Qosra

MINN MARY CHETCUTI

NIFTAKAR Niftakar kelli sitt snin meta smajt għall-ewwel darba il-kelma gwerra. Kien Ġunju tal-1940, ommi qajmet lil ħija l-kbir u lili biex nieħdu t-te qabel nilbsu għall-iskola. Ħin minnhom, ftit wara s-sebgħa ta’ filgħodu, ħabbat il-bieb. Ommi tħassbet min seta’ kien daqshekk kmieni. Lanqas laħqet fetħet il-bieb kollu li oħtha, iz-zija Ġużeppa, deffset rasha ’l ġewwa u mfixkla qaltilha, “Libbes lit-tfal u ejja għandna għax faqqgħet il-gwerra!” Ommi konfuża staqsietha: “Mela dan l-isparar li qed nisma’ mhux tal-manuvri?” Oħtha weġbitha: “Manuvri sabiħ! Dawk bombi tat-Taljani, Mari!” L-imsejkna ommi qabadha paniku kbir. Libbsitna bl-għaġla u qajmet liż-żewġ ħuti ż-żgħar nett, ġrejna għal għand nannti fi Triq Balbi u lkoll kemm aħna dħalna niskennu taħt it-taraġ. Dakinhar ma ġara xejn imma ma morniex skola. L-għada morna l-iskola bħassoltu għax kollox baqa’ normali, jew hekk konna mingħalina.

Xi jumejn wara, waqt li konna għand in-nanna daqqet is-sirena u rġajna dħalna niġru taħt it-taraġ. Għall-ewwel skiet perfett, imma ħin minnhom il-bini theżżeż bina filwaqt li nstemgħet splużjoni. Twerwirna. Reġgħet waqgħet il-ħemda u mad-daqq tas-sirena għat-tieni darba, li jfisser il-periklu għadda, ħriġna mal-kbar fittriq fejn bdiet tiġri l-kelma li ntlaqat bini fil-Ħamrun. Nif-

Il-biża’ bdiet dieħla u tinfirex bħal imxija. In-nies tat-triq tagħna bdew joħorġu minn djarhom u jġorru dak kollu li kellhom u li seta’ jinġarr biex marru jgħixu ma’ qrabathom ’il barra mill-Marsa. Kien sar perikoluż wisq tgħix daqshekk viċin tal-Port il-Kbir. F’temp ta’ ftit ġimgħat it-triq tbattlet u siktet qisha ċimiterju. Sadanittant ħut ommi, li kienu l-biċċa kbira ġuvintur,

Hawnhekk il-gwerra daħlet f’fażi oħra. Bdiet tieħu x-xejra ta’ ħmar il-lejl li tixtieq tistenbaħ minnu imma ma jirnexxilekx

takarhom jgħidu li mietet mara u kien hemm xi korruti. Ħija l-kbir u jiena ħarisna inkwetati lejn xulxin bla ma tniffisna.

iddeċidew li jħaffru xelter fil-bitħa daqsiex tan-nanna. Sakemm tlesta x-xogħol fuq ix-xelter, lilna t-tfal m’ommi,

ħutha l-bniet u n-nanna, dabbrulna rasna lejn is-Siġġiewi u qattajna erba’ xhur ngħixu ġo kamra ċkejkna mikrija, basta ’l bogħod mill-ħbit tal-għadu. Kemm domna s-Siġġiewi, Patri Pawlin, Kapuċċin refuġjat bħalna, għamel l-ewwel tqarbina lil ħija l-kbir Tommy. Meta ommi spjegatlu li ħija kien wasal għall-praċett, serrħilha rasha li ħija ma kienx sa jitlifha l-ewwel tqarbina. Qalilha biex l-għada tieħu lil Tommy magħha għall-quddiesa tas-sebgħa ta’ filgħodu, li kien imissu jqaddes hu. Hekk għamlet ommi u qabel beda t-tqarbin sejjaħ lil ħija biex jiġi quddiem l-altar, qarbnu qabel kulħadd u l-praċett kien lest. Kif tlesta x-xelter inżilna lura l-Marsa. Issa konna rasna mistrieħa li l-bombi ta’ Mussolini ma setgħux jilħquna. Kultant, għalkemm mhux ta’ spiss, kienet iddoqq is-sirena u niġru għal ġo fih. F’attakk minnhom, intlaqat mezzanin fit-triq tagħna fejn kienet toqgħod xebba ta’ 27 sena jisimha Karmena. It-terran ta’ taħtu ġġarraf ukoll u Karmena u x-xiħa li kienet toqgħod taħtha mietu t-tnejn.

Min jaf kemm–il darba daqqet is-sirena waqt il-ħin tal-iskola u kont naħrab niġri mill-klassi biex nistaħba fix-xelter tan-nanna għax ma kienx bogħod mill-iskola. Qatt ma ridt ninżel fix-xelter li kien tħaffer apposta ħdejn l-iskola. L-iskola għalqet u ma reġgħetx fetħet meta l-bumbardamenti bdew isiru minn ajruplani Ġermaniżi. L-attakki ta’ dawn kienu spissi u aggressivi. Hawnhekk il-gwerra daħlet f ’fażi oħra. Bdiet tieħu x-xejra ta’ ħmar il-lejl li tixtieq tistenbaħ minnu imma ma jirnexxilekx. Għalkemm kont għadni tifla u nirraġuna bħat-tfal xorta waħda niftakarni nhewden li jiena u ħuti u ommi nistgħu mmutu mirdumin bħall-imsejkna Karmena. Bejn baraxx u ieħor beda jiġġarraf ħafna bini f ’salt u għaldaqstant ix-xenarju ġewwa l-Marsa kien dejjem jinbidel. L-iskola nbidlet fi kwartieri tal-ARP (Air Raid Precaution). Dawn kienu nies kuraġġużi li jagħtu l-ewwel għajnuna u jilqgħu familji fil-bini tal-iskola li jkunu tilfu darhom sakemm isibu fejn idabbru rashom.


25

29.12.2019

kullhadd.com

Wara kull ħbit beda dejjem jiżdied is-serbut ta’ familji niżlin fid-direzzjoni tal-iskola. Il-voluntiera tal-ARP kienu jaħdmu bla nifs biex jaqilgħu l-korruti minn qalb it-tiġrif u jiġru bihom lejn l-iskola ħalli jdewwuhom kif jistgħu. Dawk l-iktar gravi kienu jibagħtuhom l-Isptar Ċentrali fil-Furjana. Niftakar il-kbar isemmu l-curfew, kelma oħra ġdida għalina t-tfal u naħseb anki għallkbar. Ħadd ma kien jista’ jirfes mill-bieb ’il barra waqt attakk mill-ajru. Ta’ min isemmi wkoll li minħabba l-curfew, il-quddiesa tal-Milied ta’ nofsillejl kellha bilfors issir kmieni waranofsinhar biex sakemm jidlam kulħadd ikun miġbur f ’daru jew fix-xelter jekk jinqala’ ħbit. Barra minn hekk, meta jidlam ħadd ma’ kien jista’ jħalli mqar l-iċken feles ta’ dawl jidher minn barra. Darba minnhom, waqt li ommi kienet qed taqlibilna l-ikel instema’ leħen ta’ raġel jgħajjat minn barra: “Itfu dak id-dawl! Itfu dak id-dawl!” L-imsejkna ommi tgerfxet, tfiet tiġri l-lampa tal-pitrolju li b’aljenazzjoni kienet insiet mixgħula, u komplejna nieklu fi dlam ċappa. Kienu pulizija u kellhom ordni jisparaw tir ta’ twissija jekk isibu reżistenza! Matul dan iż-żmien ikrah missieri kien isuq trakkijiet tal-militar mgħobbijin provvisti ta’ balal għall-fortizzi u l-postazzjonijiet madwar Malta kollha fejn kienu armati l-kanuni Bofors, għad-difiża ta’ gżiritna. Ma nqabadx bil-lieva għax kien qabeż it-tletin sena, imma minflok inkiteb bħala xufier pajżan mal-militar malli sar jaf li riedu rġiel bil-liċenzja tas-sewqan fuq vetturi goffi. Aħna qajla konna narawh għax kien jaħdem lejl u nhar minn Ħadd sa Ħadd. Ommi kienet qed tfendi waħedha b’erbat itfal f ’dak il-pandemonju kollu. Il-gwerra bdiet ittawwal u kollox beda jiskarsa. Ġie rrazzjonat ix-xiri tal-ikel kollu. Il-pitrolju għall-ispiritieri u l-lampi ried jinxtara bil-kupuni. Jekk tiġi bżonn biċċa drapp biex tlibbisna, ommi riedet tuża kupuni oħrajn apposta. Jiena niftakarni żaqqi dejjem tgorr bil-ġuħ għax il-porzjonijiet tar-razzjon kienu ftit wisq. Biex ittaffilna naqra mill-ġuħ ommi kienet tagħtina bott te mdardar bil-ħalib magħqud qabel norqdu. Uliedi daħqu l-ewwel darba li semgħuha din. Ħasbu li kont qed nivvintaha għax ma ridux jieklu l-minestra bnina li sajjartilhom. Bil-paċenzja kollha qgħadt nispjegalhom kemm konna tfal imxennqin minn kollox. “Tidħku għax ma tafux x’jiġifieri l-ġuħ, uliedi!”

Meta l-għafsa tal-ġuħ bdiet tinħass iktar infetħet il-Victory Kitchen. Konna ningħataw platt bi ftit ħaxix u għaġin jgħumu fil-misħun (suppost minestra) jew fażola u ftit sardin. Il-platt konna nlaqqtuh. Malajr tgħallimnieha tafx it-taqbila li kienu jkantawlhom lill-ħaddiema tal-Victory Kitchen u erħilna nkantawha b’ħanxra daqsiex: “Minestra u għaġin, Fażola u sardin, Tal-Victory Kitchen!” Ix-xita ta’ bombi jsaffru fuq rasna ma waqfux. Il-kbar kienu jgħidu “niżlin il-perlini!” L-attakki mill-ajru bdew isiru f ’xulxin ħafna u t-twerwir kompla jikber meta ajruplani Stuka, Messerschmitt u Junker 88 kienu jgħoddsu mis-smewwiet għal isfel, itiru xkanati mal-bjut u jbattlu bombi u munizzjon fuq min jiġi jkun sultan. Lanqas temmen, kien hemm min kien miġnun biżżejjed u jissogra jitla’ fuq il-bejt jarahom! Imma, ma tantx damu, ta! Smajna taqbila oħra u ta’ tfal li konna malajr tgħallimnieha. Kienet tgħid xi ħaġa hekk: “Kif kont nilbes il-piġama daqq ir-rejd, Jien tlajt niġri niġri niġri fuq il-bejt, Il-kanuni jisparaw, l-ajruplani jiddajvjaw, Juppi ja ja, juppi, juppi, ja.” F’Ġunju tal-1941 kien imiss lili biex nagħmel l-ewwel tqarbina. Qatt ma ninsieh dak il-jum. Ommi libbsitni kif setgħet għal din l-okkażjoni u bagħtitni għal għonq it-triq lejn il-knisja. Sewwasew kif kienet sa tibda l-quddiesa, daqqet is-sirena u l-patrijiet niżżluna niġru f ’xelter maġenb il-knisja. Spiċċajna sal-għekiesi fl-ilma. Meta reġgħet daqqet is-sirena tellgħuna lura fil-knisja, qaddsu quddiesa malajr malajr, qarbnuna u parpruna niġru lejn id-dar. Il-praċett tiegħi kien lest ukoll. Fis-sajf tal-istess sena sar ħbit li dam aktar mis-soltu. Sintendi, aħna konna mgezzin fix-xelter għand in-nanna, kulħadd iżebbeġ ir-rużarju. Il-bombi bdew jinstemgħu viċin ħafna u l-art ma waqfitx titriegħed taħt saqajna. Missieri inzerta kien frank u meta għadda kollox kien l-ewwel wieħed li ħareġ mix-xelter biex bħal ħaddieħor imur jara fejn intlaqat. Wara ftit ġie lura u b’diqa kbira qalilna li l-Ġermaniżi kienu kinsu kważi l-bini kollu tat-triq tagħna. Id-dar tagħna kienet laqqtitha wkoll. Niftakarni qbadt nibki u ngħid: “Issa m’għandniex dar!”

Ommi, bid-dmugħ f ’għajnejha staqsiet lil missieri: “Issa x’se nagħmlu Spir?” Missieri weġibha: “Ma tantx hemm x’tagħmel, Mari. Immorru naraw x’nistgħu nsal-

wara l-baraxx bombi li qalgħu sakemm waslu Malta. Il-ħatt kollu kien sar taħt għajnejn is-suldati Ingliżi biex ma jsirx serq ta’ merkanzija. Barra minn hekk, ried jinħatt kollox

Il-ħin beda għaddej ġmielu imma madwarna kien hemm biss skiet li jtarrax. Bdejna naħsbu li nsew idoqqu r-raiders pass

vaw minn qalb it-tifrik qabel jinsteraq kollox u niġu b’xejn.” Ġbarna li stajna u għamilna tmien xhur sħaħ norqdu kollha f ’kamra waħda għand in-nanna sakemm sid il-kera rranġa kif seta’ s-soqfa u ħsarat oħra. Il-gwerra kompliet u daħlet is-sena 1942. Attakki f ’xulxin, bombi niżlin u nies jintradmu taħt djarhom ’l hemm u ’l hawn. Kienet qisha l-aħħar tad-dinja. L-iskarsezza tal-ikel kompliet tagħfas fuqna filwaqt li bdiet tiġri x-xniegħa li l-Victory Kitchen kienet sa tagħlaq dalwaqt għax nixfet mill-ħażna. Il-ġuħ u qtigħ il-qalb bdew iħallu l-marki tagħhom fuq wiċċ kulħadd. Konna qbadna n-niżla u bdejna noqorbu lejn il-qiegħ. Daħal is-sajf u s-sitwazzjoni marret għall-agħar; issa bdiet dieħla id-disperazzjoni. Darba f ’Awwissu daqqet is-sirena u ġrejna lejn ix-xelter. Li niftakar sew kienet il-ħemda kbira li kien hemm fuq rasna. Ma bdejniex nisimgħu tisfir ta’ bombi niżlin. Il-ħin beda għaddej ġmielu imma madwarna kien hemm biss skiet li jtarrax. Bdejna naħsbu li nsew idoqqu r-raiders pass. Sigħat wara, il-kbar iddeċidew li noħorġu mix-xelter. Ħriġna mid-dar u rajna folol ta’ nies jiġru lejn ix-xatt. Bdiet tinxtered il-kelma li dieħel vapur mimli proviżjon għal Malta. Iz-zijiet marru mal-folla u aħna bqajna fuq l-għatba tad-dar tan-nanna, inħarsu kkonfonduti ma nafux x’qed jiġri. Wara ftit tal-ħin bdew telgħin nies lura mix-xatt jgħajtu ferħanin li daħal vapur mimli ikel. Dlonk, bdew idoqqu l-qniepen tal-knisja filwaqt li kbar u żgħar irħewlha jiġru mat-toroq maħkumin minn ewforija kbira jħabbtu fuq landi u bottijiet. Wara, ħalli għalihom lil zijieti, li kienu kollha jaħdmu x-xatt, jirrakkuntaw b’liema ħeffa ħattew il-merkanzija minn fuq il-vapuri mfarrkin li rnexxielhom jidħlu fil-Port il-Kbir

malajr minħabba l-biża’ ta’ attakki imminenti mill-ajru. Kien jum ta’ fidwa kbira li refagħna minn xagħarna li ħabat ukoll nhar il-festa tat-tlugħ is-sema ta’ Sidtna Marija. Mhux ta’ xejn baqa’ jissejjaħ il-konvoj ta’ Santa Marija. Bis-saħħa tal-konvoj ħadna r-ruħ għax il-familji Maltin reġgħu bdew jingħataw razzjon ta’ dqiq, zokkor, trab tal-krema u saħansitra ċikkulata, xi ħaġa li aħna t-tfal iġġennina fuqha. Xhur wara l-konvoj, l-attakki tal-Ġermaniżi naqsu ħafna minn fuq Malta u l-iskola reġgħet fetħet. Irritornajna fuq il-bankijiet tal-klassi biex inkomplu mnejn konna ħallejna sentejn qabel. Kien bidu mgerfex ħafna. Tista’ taħseb, miegħi fil-klassi kelli tfal anki ħames snin ikbar minni. Uniformijiet ma kellniex u konna nilbsu fardal abjad jinqafel imsallab fuq wara. Il-ħin tal-iskola kellu jinqasam fi tnejn - bl-ewwel grupp jattendu mit-tmienja sal-għaxra ta’ filgħodu biex wara jidħol għal-lezzjonijiet min tqiegħed fit-tieni grupp, jiġifieri mill-għaxra sa nofsinhar. Konna numerużi wisq u ma kienx hemm soluzzjoni oħra. Terġa’ u tgħid, kellhom iwaqqfu aktar klassijiet fi djar privati u fil-kunvent tas-sorijiet għax l-iskola tal-gvern waħedha ma setgħetx tlaħħaq daqskemm kien hemm tfal. Ta’ moħħ ir-riħ li konna, kif nispiċċaw mill-iskola nerħulha bil-ġirja nilagħbu fuq il-munzelli ta’ terrapien tal-bini mġarraf. Nitmiegħku fit-trab u qatt ma għaddielna minn moħħna kemm seta’ kien imniġġes dak it-trab. Il-mard ma naqasx lanqas għax kuljum konna nisimgħu bi tfal bħalna li f ’daqqa waħda mardu bil-poljo u scabies, biex insemmi l-iktar komuni. Konna nisimgħu bi tfal bħalna li filli kienu l-iskola magħna u filli mietu malajr b’xi mikrobu tal-imsaren. Il-gwerra kienet għadha għad-

dejja, għalkemm kif konna nisimgħu lill-kbar jgħidu, resqet iktar lejn Sqallija u l-Italja. F’dan il-perjodu ġew ftit mumenti sbieħ għalina meta z-ziju Pawl sab jikri post żgħir faċċata tal-baħar fil-Qaliet ta’ San Ġiljan. Konna nitilgħu m’ommi minn sbieħ il-Bambin, bix-xarabank jew karozzin, u nqattgħu jumejn naqbżu u ngħumu minn xħin jisbaħ sa ma jaqbad jidlam. Noħorġu mill-ilma biss biex nieklu biċċa ħobż bil-ħatfa u lura bil-ġirja ġol-baħar nilagħbu u nissaraw. Madankollu, il-biża’ ta’ ħbit mill-ajru baqa’ magħna. Meta darba daqqet is-sirena, tlajna niġru mill-baħar qisna rajna x-xjaten u ġrejna għasra kif konna lejn xelter fil-qrib. Filgħodu, qabel l-għawma konna mmorru nisimgħu quddiesa fi knisja żgħira. Naħseb li din kienet binja temporanja għas-suldati stazzjonati finnaħat tax-xagħri fuq wara tal-Palazz ta’ Spinola, imma ma niftakarx sew fejn. Darba minnhom, kif ħija ż-żgħir Ġużi u jiena ħriġna mill-knisja, sejħilna suldat Ingliż li kien ikun għassa viċin din il-knisja. Għall-ewwel inħsadna u kkonfondejna jekk inkellmuhx jew le, imma reġa’ għamlilna sinjal biex nersqu lejh u morna naraw x’ried. Is-suldat ġab xi ħaġa mill-gabbana fejn kien għassa u ressaqha lejna biex neħduha. Kienet blokka mdaqqsa taċ-ċikkulata u bott ħelu talfrott. Irringrazzjajnieh u ġrejna ferħanin nuru ’l ommi x’konna qlajna. Għadni sal-lum intiegħem it-tjubija ta’ dak il-ħelu fil-forom u togħmiet ta’ frott differenti. Kelli 11–il sena meta finalment ġiet fi tmiemha l-gwerra. Kien jum sabiħ kif taf tagħmel ir-rebbiegħa Maltija meta ġriet l-aħbar. Il-qniepen tal-Knejjes qabdu jdoqqu u ma waqfux. In-nies ħarġu minn djarhom, kulħadd jiġri mat-toroq f ’telfa ta’ ferħ u b’għajta waħda, “Ċedew, ċedew! Il-gwerra spiċċat! Il-gwerra spiċċat!” Ħuti, jiena u ommi ġrejna f ’salt lejn it-tieqa biex naraw dan il-briju kollu, li ħakem lilna wkoll u bdejna nixxabbtu u nxejru lil kull min jgħaddi minn taħtna. It-tbaħrit dam sejjer sad-dlam. Filgħaxija meta sarilna l-ħin biex norqdu, niftakar lil ommi tgħidilna: “Qis li tgħidu l-orazzjoni u rringrazzjaw ’l Alla li ħariġna minn dan it-terrur, uliedi.” Qabel ma rqadna, tlabna bi ħrara mhux tas-soltu. Kien l-ewwel lejl li konna qed immiddu rasna fuq l-imħadda fi żmien ta’ paċi. Niftakar kollox qisu lbieraħ.... kif qatt nista’ ninsa.


26

29.12.2019

kullhadd.com

GĦAQQAD IL-KAXXI

Għaqqad skont kemm hu l-valur li hemm fil-kaxxi. Eżempju: Jekk f’waħda mill-kaxxi hemm valur ta’ 10, trid tgħaqqad 10 kaxxi żgħar li jridu jkunu jmissu ma’ xulxin u f’forma ta’ kaxxa jew rettanglu. Ilkaxxi kollha jridu jintużaw u kaxxa tista’ tintuża darba biss. In-numru huwa indikazzjoni tat-total ta’ kaxxi żgħar u mhux neċessarjament juri minn fejn għandha tibda l-kaxxa.

SIB IL-VALUR

Kull ittra fiha valur, uħud mill-valuri huma diġà mpoġġija. Uża dawn il-ħjilijiet biex issib il-kumplament tal-valuri tal-ittri.

1

2

3

4

5

6

7

8

9

10

11

12

13

14

15

16

17

18

19

20

21

22

23

24

25

26


27

29.12.2019

kullhadd.com

] SUDOKU SPONSORJATA MINN WELLA

Irbaħ shampoo u conditioner tad-ditta Wella. Aqta’ din il-logħba u ibgħatha lil: KOMPETIZZJONI WELLA, KullĦadd, ONE Complex, A 28 B, Industrial Estate, Il-Marsa MRS 3000 Isem: Indirizz:

TISLIBA 309

ALFRED BORG - ĦAMRUN

Bi 3 Numri 016 105 146 187 416 497 504 537 626 692 799 964

B’4 Numri 1072 1468 1526 1548 2565 2769 2875 2998 3213 3214 3553 3865

4085 4203 4466 5319 5509 6274 6361 6591 B’5 Numri 03160 05812 06993

07363 08057 13647 13866 15942 19763 30663 45921 52309 66987 78666 81479 82641

85339 86140 89139 89969 91371 96083 B’6 Numri 119831 138607 210353 314984 359712

622938 636103 636277 671895 735691 790053 924018

Mimdudin: 18. Iva bit-Taljan (2) 1. Kompli l-qawl: 19. Iġri bl-Ingliż (3) Meta tibda taqa’ 20. Għanni (5) l-werqa, ix-xe 21. Nemla Ingliża mx taraha bis- (3) ........ (5) 23. Ara 3 4. Kontra żwieġ? 24. Jixħet (5) (4) Weqfin: 7,16. Qisu xemgħa (5) 1. Ċaqliq? (6) 9. Ara 3 2. ..... di Janiero (3) 10. Akkwista (6) 12. Tintlibes fir-ras 3,9,23. Id-Duluri (10) 5,15. Telaq (9) (6) 6,11. Dawk li qed 16. Ara 7

jibnu l-flyovers tal-Marsa (5) 8. Magħmula ifjen (9) 11. Ara 6 12. Ringo (5) 13. Stati Uniti (1,1,1) 14. Ħarsu lejna (6) 15. Ara 5 17. Frott (3) 21. Ara 12 wieqfa 22. Frott ukoll (3)

SOLUZZJONI TAL-AĦĦAR TISLIBA Mimdudin: 1.Jitla’, 4. Ħdud, 9,11.Sinna, 10.Studja, 12.Paċikk, 16.Tup, 18,19.Evita, 20.Frisk, 21.TDF, 24.Ivara

Weqfin: 1.Jisħet, 2,7.Tinsa, 3,17.Assurd, 5.Dud, 6,12 wieqfa. Drapp, 8.Attivisti, 13,23.Ċereali, 14.Kikkra, 15.Banana, 21.Tre, 22.Ful


28

29.12.2019

kullhadd.com

L-AĦĦAR ĊANS GĦAD-DRITT TAL-VOT • SA NHAR IT-TLIETA JRIDU JIRREGOLAW DAWK LI GĦANDHOM DRITT BL-ISTATUT Jonqos biss jumejn biex persuni li bl-istatut tal-Partit Laburista għandhom dritt jirregolaw il-pożizzjoni tagħhom jagħmlu dan. Dan għandu jsir sa nhar it-Tlieta miċ-Ċentru Nazzjonali Laburista u min ma jagħmilx dan sa nhar it-Tlieta jkun qed jitlef iċċans tiegħu li jivvota f ’din l-elezzjoni li se ssir fil-11 ta’ Jannar. Sal-lum hemm iktar minn 15,000 persuna li għandhom id-dritt għall-vot fl-elezzjoni għall-ħatra ta’ Mexxej tal-Partit Laburista. Iżda, għad hemm persuni oħra li jistgħu jirregolaw il-pożizzjoni tagħhom. Dan għax kienu mem-

bri fl-2015 jew qabel u għandhom sentejn ta’ ħlas nieqsa millaħħar ħames snin. Skont l-istatut tal-Partit Laburista huma jkunu jistgħu jħallsu dawn is-sentejn u jirregolaw il-pożizzjoni tagħhom. Iċ-Chairperson tal-Kummissjoni Elettorali, Dean Hili, fakkar kif dawk li għandhom id-dritt jirregolaw ruħhom kienu mgħarrfa permezz ta’ korrispondenza. Iżda dik mhijiex biżżejjed biex jivvutaw. “Jekk wieħed irċieva l-ittra li jista’ jħallas sa sentejn b’lura, dak il-ħlas irid isir bilfors sa nhar it-Tlieta li ġej billi wieħed imur personalment fiċ-Ċentru Nazz-

jonali Laburista. Jekk ma jsirx sa dakinhar l-isem ta’ dik il-persuna ma jidhirx fil-lista ta’ persuni li se jivvutaw, u hekk ikun intilef iddritt għall-vot. Jekk hemm min ma rċeviex din in-notifika biex iħallas dawn is-sentejn imma jaħseb li għandu dritt jista’ wkoll jiċċekkja billi jċempel il-call centre li nħoloq apposta u li f ’dawn l-aħħar ġimgħat wieġeb eluf ta’ telefonati,” spjega ċ-Chairperson tal-Kummissjoni Elettorali l-Avukat Hili. Kull min attenda ċ-Ċentru Nazzjonali Laburista fl-aħħar jiem seta’ jara diversi persuni deħlin u ħerġin kontinwa-

ment biex jirregolaw il-pożizzjoni tagħhom. “Għalkemm kienu eluf dawk li ġew, ir-ritmu tax-xogħol kien wieħed mexxej fejn il-ħaddiema u l-volontiera tagħna laħqu u qed ilaħħqu b’mod tajjeb mad-domanda u għalhekk wieħed ma jdumx jistenna,” żied Hili li fakkar fir-responsabbiltà li għandu l-Partit Laburista li se jeleġġi mhux biss mexxej iżda wkoll Prim Ministru. Intant, tinsab miftuħa wkoll ir-reġistrazzjoni għal dawk li għal xi raġuni jew oħra mhumiex se jkunu disponibbli fil-jum proprju tal-votazzjoni. “Dawk li mhumiex se jkunu Malta fil-11

ta’ Jannar jew għal xi raġuni jew oħra ma jistgħux jivvutaw dakinhar għandhom iċ-ċans jivvutaw fit-8 ta’ Jannar. Il-votazzjoni se ssir fiċ-Ċentru Nazzjonali Laburista, il-Ħamrun u f ’Ta’ Sannat, Għawdex. Iżda, biex wieħed ikun eleġibbli jrid jirreġistra sa nhar it-3 ta’ Jannar f ’nofsinhar skont l-avviżi li qed jidhru fuq il-midja tal-Partit Laburista,” kompla jispjega Dean Hili. Fil-fatt fuq il-paġna ta’ Facebook tal-Partit Laburista kontinwament qed ikun ippubblikat l-aħħar tagħrif li qed jixxandar ukoll fuq it-televixin u fuq ir-radju tal-Partit Laburista.


Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.