KullĦadd_30.05.2021

Page 1

L-EKONOMIJA GĦAL LI KIENET QABEL BDIET IL-PANDEMIJA Il-Ħadd, 30 ta’ Mejju, 2021

Ħarġa Nru 1,455

Rapport f’paġna 3

Prezz €1

L-aħħar fażi ta’ xogħlijiet li kienu qed isiru lbieraħ fuq il-moll f’Ta’ Liesse, fil-Belt Valletta, li se joffri faċilitajiet tal-ogħla livell għallpassiġġieri tal-fast ferry bejn iż-żewġ gżejjer. Is-servizz, li se jibda proprju minn nhar it-Tlieta li ġej, se jingħata minn erba’ katamarani ta’ żewġ kumpaniji, il-Gozo Fast Ferry u l-Virtu Ferries Gozo. Il-vjaġġi se jkunu mifruxin fuq ġurnata sħiħa b’intervalli ta’ nofs siegħa bejn kull vjaġġ mill-Port il-Kbir għall-Port tal-Imġarr u viċiversa f’inqas minn 45 minuta. Rapport f’paġna 5

INTERESS QAWWI F’MIŻURI LI JĦAJRU TURISTI JŻURUNA Minn qabel jinfetaħ l-Ajruport it-Tlieta li ġej, ġie rreġistrat interess qawwi għal numru ta’ miżuri li ġew offruti mill-Gvern biex nattiraw it-turisti fostna dan is-sajf. Wara aktar minn sena ta’ restrizzjonijiet kawża tal-pandemija, li laqtet l-agħar lil din l-industrija, l-indikazzjoni hi mill-aktar pożittiva. Ċifri f’idejn il-KullĦadd jindikaw li l-lukandi lokali fl-aħħar jiem kienu diġà rreġistraw mal-awtoritajiet loka­ li madwar 30,000 turist li bbukkjaw minn jedd­hom magħhom, waqt li l-interess minn barra kien qed jiżdied ukoll, grazzi għal għotjiet li jlaħħqu sa €100 biex jintefqu fostna. Ma’ dawn

kien hemm ukoll numru mdaqqas ta’ 2,150 applikazzjoni minn dilettanti talgħadis għal skema oħra ta’ benefiċċju offrut mill-Istat. F’pakkett ta’ miżuri ta’ €20 miljun imħabbrin f’April li għadda bl-iskop li tiġi megħjuna l-industrija turistika, il-Gvern nieda numru ta’ skemi, fosthom dik li turisti jingħataw €100 biex jonfquhom fostna jekk joqogħdu f’lukanda ta’ ħames stilel. Dawk li jibbukkjaw akkomodazzjoni f’lukanda ta’ erba’ stilel jirċievu għotja ta’ €75, waqt li turist li jagħżel lukanda ta’ tliet stilel jieħu €50. Jirriżulta li l-Awtorità Maltija għat-

Turiżmu (MTA) ukoll daħlet fi ftehi­miet varji ma’ aġenti tal-ivvjaġġar barranin li jiġu kkumpensati għat-turisti kollha li jħajruhom iżuru pajjiżna fiż-żmien li ġej. L-MTA diġà kkommettiet ftit inqas minn €2 miljun għal turisti li bbukkjaw b’dan il-mod, waqt li għad hemm ftehimiet oħrajn sospiżi ma’ operaturi f’pajjiżi li għadhom fuq il-lista l-ħamra ta’ Malta. Parti mill-flus ta’ din il-miżura hi riservata għal titjiriet charter li mistennija jsiru appena jidħol fis-seħħ il-passaport tal-vaċċin Ewropew. Tkompli f’paġna 4

LUKANDI Diġà bbukkjaw minn jeddhom f‘lukandi lokali mat-30,000 turist u gawdew sa €100 kull wieħed biex jonfquhom f’pajjiżna

OPERATURI TURISTIĊI Ftehimiet ma’ aġenziji li jħajru turisti jżuruna jintitolawhom għal €1.8 miljun … riserva għal titjiriet charter

GĦADDASA Jidħlu 2,150 applikazzjoni eliġibbli fl-iskema għal dilettanti tal-għadis …terz tal-baġit allokat hu diġà meħud


02

30.05.2021

DETTALJI EDITUR RONALD VASSALLO email: ronald.vassallo@partitlaburista.org

REKLAMAR U DISTRIBUZZJONI KIMBERLY CEFAI

IT-TEMP GĦAL-LUM L-Ogħla Temperatura: 27°C L-Inqas Temperatura: 18°C L-Indiċi UV: 9 Is-Sitwazzjoni Ġenerali: Firxa t’arja ta’ pressjoni għolja ser testendi fuq iċ-Ċentru tal-Mediterran. It-Temp: Ftit imsaħħab Ir-Riħ: Moderat mill-Grieg il-Lvant li jsir ħafif għal moderat mil-Lvant. Billejl isir ħafif mil-Lvant. Il-Viżibilità: Tajba Il-Baħar: Ħafif L-Imbatt: Ftit li xejn It-Temperatura tal-Baħar: 21°C

email: sales@kullhadd.com tel: (+356) 2568 2570 mob:(+356) 7943 4722

It-Tnejn

It-Tlieta

L-Erbgħa

DISINN TAL-PAĠNI KIMBERLY CEFAI tel: (+356) 2568 2570 mob:(+356) 7943 4722

26°C UV 8

KUNTATT ĠENERALI

18°C

Il-Ħamis

27°C UV 11

19°C

Il-Ġimgħa

26°C UV 11

19°C

Is-Sibt

KullĦadd email: editorial@kullhadd.com tel: (+356) 2568 2570

INDIRIZZ POSTALI

28°C UV 11

KullĦadd One Complex, A 28B, Industial Estate Il-Marsa MRS 3000

SIT ELETTRONIKU www.one.com.mt

MEZZI SOĊJALI www.facebook.com/kullhadd

STAMPAT Miller Newsprint Ltd.

NUMRI IMPORTANTI Emerġenza Covid 19 - 111 Is-Servizzi kollha ta’ Emerġenza​– 112​ Il-Pulizija ta’ Malta – 2122 4001-9​ Id-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili – 2393 0000 Il-Gwardjani Lokali – 2132 0202 L-Isptar ta’ Malta – 2545 0000 L-Isptar ta’ Għawdex – 2156 1600 Servizz Veterinarju ta’ Emerġenza – 5004 3888 Servizz ta’ Direttorju Telefoniku – 1​ 182

19°C

28°C UV 11

19°C

29°C UV 11

19°C

SPIŻERIJI LI JIFTĦU LLUM IL-ĦADD Chemimart City Gate Pharmacy, City Gate, Il-Belt Valletta – 21238355 Chemimart International Pharmacy, 650, Triq il-Kbira San Ġużepp, Il-Ħamrun – 21236477 Pinto Pharmacy, 43, Triq San Bastjan, Ħal Qormi – 21487311 Mackie’s Pharmacy, Triq L. Casolani, Ta’ Paris, Birkirkara – 21496089 D’Argen’s Pharmacy, 330, Triq D’Argens, Il-Gżira – 21330817 Melita Pharmacy, 127, Triq San Ġorġ, San Ġiljan – 21378657 Chemimart Pharmacy, 4,5,6, il-Piazzetta, Triq it-Torri, Tas-Sliema – 21338369 St. Michael Pharmacy, Misraħ tat-Transfigurazzjoni, Ħal Lija – 21435875 St. Louis Pharmacy, Shop 1, Bohemian Courts, Vjal l-Indipendenza, Il-Mosta – 21432802 St. Paul’s Bay Pharmacy, 504, Triq il-Kbira, San Pawl il-Baħar – 21575276 Brown’s Paola Square Pharmacy, 64/65, Pjazza Antoine De Paule, Raħal Ġdid – 21821646 Vittoriosa Pharmacy, 9, Triq il-Mina l-Kbira, Il-Birgu – 21807529 Bellavista Pharmacy, 88 Triq il-Hortan, Marsaskala – 21633788 Beta Pharmacy, 50/52, Triq Santa Marija, Ħal Għaxaq – 21663311 Kristianne Pharmacy, Triq iċ-Ċavi, L-Imqabba – 21683048 Menelo Pharmacy, Triq it-Tabib Nikol Zammit, Is-Siġġiewi – 21462957 Nova Pharmacy, 142, Triq il-Kulleġġ, Ir-Rabat – 21454247 Għawdex Palm Pharmacy, 2, Triq il-Palma, Ir-Rabat – 21566170 Għajnsielem Pharmacy, Pjazza Indipendenza, Għajnsielem – 27203615 Servizz ta’ tobba fiċ-Ċentri tas-Saħħa fil-Ħdud u l-festi pubbliċi Iċ-Ċentri tas-Saħħa tal-Mosta, ta’ Raħal Ġdid u tal-Furjana jiftħu għall-emerġenzi 24 siegħa, sebat ijiem fil-ġimgħa. Fil-Ħdud u fil-festi pubbliċi, iċ-Ċentru tas-Saħħa tal-Gżira jiftaħ għallemerġenzi bejn it-8.00am u l-5.00pm. Ikun hemm ukoll servizz ta’ infermier bejn it-8.00am u t-8.00pm. Il-pubbliku jrid jattendi ċ-Ċentru tas-Saħħa tad-distrett tiegħu. Persuni mingħajr karta tal-identità ma jiġux moqdija.


03

30.05.2021

L-EKONOMIJA GĦAL LI KIENET FL-2019 Waqt li għadd ta’ pajjiżi għadhom qed jiffaċ­ċjaw sitwazzjoni ta’ tnaqqis drastiku ekonomiku, Malta tinsab f’pożizzjoni ferm aħjar tant li fl-ewwel kwart ta’ din is-sena rreġistrat l-istess livell ta’ ġid nazzjonali bħalma kellna fl-istess perjodu sena qabel il-pandemija. Din hi indikazzjoni oħra mill-iżjed ċara tar-reżiljenza qawwija li għandhom in-negozji u l-ħaddiema f’pajjiżna u l-effett pożittiv mixtieq li ħalliet ix-xibka wiesgħa ta’ sostenn li ġiet offruta mill-Gvern biex tittaffa d-daqqa evidenti li ġabet l-akbar kriżi internazzjonali f’għexieren ta’ snin. Istituzzjonijiet awtorevoli internazzjona­li, bħall-Bank Dinji u l-Fond Monetarju In­ter­ nazzjonali (IMF), isostnu li l-prijorità tal-gvernijiet madwar id-dinja għandha tkun li kemm jista’ jkun malajr jaraw li l-attività ekonomika f’pajjiżhom tinġieb lura għal-livelli li kienet fl-2019, jiġifieri qabel faqgħet il-pandemija tal-COVID-19. Tagħrif li ngħata mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika (NSO) jindika li, fil-każ ta’ pajjiżna, din il-mira diġà qed tibda tintlaħaq. Fil-fatt, fl-ewwel kwart tal2021 il-Prodott Gross Domestiku (PGD) ta’ pajjiżna kien €2.937 biljun. Dan meta fl-ewwel kwart tal-2019 pajjiżna kien ipproduċa €2.936 biljun. B’kuntrast, stimi tal-Euro­ stat jindikaw li madwar l-Unjoni Ewropea l-attività fl-ewwel kwart tal-2021 kienet 4.4% inqas minn dik fl-ewwel kwart tal-2019, waqt li fiż-Żona Ewro s-sitwazzjoni hi anke agħar, għax il-medja titla’ għal 5%. Fil-fatt din hi l-istima għall-ekonomija Ġermaniża, l-akbar mutur ekonomiku flUE. L-aktar riżultati inkwetanti, iżda, huma dawk tal-Italja u Spanja fejn it-telf għadu ta’ bejn is-6% u s-7%. Malta hi wieħed minn ftit pajjiżi fejn l-irkupru ekonomiku beda fuq bażi tajba. L-istatistika pprovduta turi kemm l-ekonomija Maltija kompliet tkun reżiljenti matul l-ewwel kwart tal-2021. Fil-fatt, meta mqabbel mal-kwart preċedenti (2020 Q4), il-livell tal-PGD baqa’ relattivament stabbli, filwaqt li kien hemm tnaqqis ta’ 1.8% meta mqabbel mal-istess kwart sena qabel (2020 Q1). Skont il-Eurostat, fl-istess perjodu, l-ekonomija Ġerma­ niża rat tnaqqis ta’ 3%, jew kważi d-doppju ta’ pajjiżna, mentri l-ekonomija Spanjola kellha tnaqqis ta’ 4.3%. Fil-Portugall, pajjiż li bħalna jiddependi ħafna mit-turiżmu, l-attività fl-ewwel kwart tal-2021 naqset b’5.4%, jew tliet darbiet aktar

minn Malta. Sadanittant, it-tnaqqis fil-valur miżjud f’pajjiżna jidher li kien dovut għalkollox fuq is-settur tar-retail, it-tras­ port, il-lukandi u r-restoranti. Fil-fatt, jekk wieħed iħares lejn is-setturi ekonomiċi l-oħrajn ta’ pajjiżna jsib li kien hemm tkabbir ta’ 3.3% fuq l-attività tagħhom fl-istess perjodu sena qabel. Dan hu riżultat ferm aħjar minn dak miksub fil-kwart preċedenti. L-akbar tkabbir seħħ fil-qasam tal-informazzjoni u l-komunikazzjoni, li jinkludi fih anke kumpaniji tal-IT. Hawn kien hemm tkabbir ta’ 12%. Dan kien segwit mill-am­ minis­trazzjoni pubblika u s-saħħa fejn l-attività żdiedet b’9%. Servizzi oħrajn, fosthom ir-remote gaming, raw tkabbir ta’ 7%, filwaqt li anke s-settur finanzjarju kellu rata ta’ espansjoni simili. Fl-agrikoltura u fis-sajd ġie osservat tkabbir ta’ 4% fuq il-livell ta’ sena qabel. Ta’ min ifakkar li l-effetti tal-pandemija bdew jinħassu f’Malta lejn tmiem Frar u li għal aktar minn nofs l-ewwel kwart tal-2020 l-ekonomija Maltija kienet għadha għaddejja b’ritmu qawwi. Il-fatt li, minkejja dan, numru kbir ta’ setturi xorta tejbu fuq l-ope­ rat tagħhom tal-ewwel kwart tal-2020, jindika kemm dawn kienu reżiljenti u innovattivi. Minkejja li s-settur tatturiżmu kien magħluq, il-livell ta’ esportazzjoni ta’ prodotti u servizzi fl-ewwel kwart tal2021 xorta kienet kważi daqs dik fl-istess kwart tal-2019. Dan jirrifletti l-andament pożittiv ta’ diversi fabbriki, kif ukoll it-tkabbir ta’ setturi diġitali, li saħansitra jidher li rrankaw aktar waqt il-pandemija. Jispikka wkoll il-fatt li l-ammont ta’ pagi mħallsa fl-ewwel kwart tal-2021 kien rekord fl-istorja ta’ pajjiżna. Dan meta ġie rreġistrat dħul għall-ħaddiema ta’ €1,556 miljun, żieda ta’ €13il miljun fuq l-2020, u żieda ta’ €116-il miljun fuq l-2019. Anke l-profitti tal-kumpaniji bdew jirkupraw, tant li telgħu b’€120 miljun meta mqabbel mal-ewwel kwart tal-2019. Ir-riżultati osservati fl-ewwel kwart tal-2021 huma l-aħjar li pajjiżna kellu mindu bdiet il-pandemija. Filwaqt li f’pajjiżi oħrajn l-irkupru għadu ma telaqx sewwa, qed jidher dejjem iżjed ċar kemm, grazzi għassostenn multimiljunarju li ta l-Gvern, il-kapaċità produttiva ta’ pajjiżna ġiet salvagwardjata. Dan se jwassal biex hekk kif imbassar mill-istituzzjonijiet internazzjonali pajjiżna jkollu fost l-ogħla rati ta’ tkabbir osservati fiż-Żona Ewro.

2021 Q1 vs 2019 Q1 UE 27

-4.4%

ŻONA EWRO

-5.0%

Il-Litwanja

+ 3.5%

Ir-Rumanija

+ 2.8%

MALTA

0.0%

Il-Finlandja

-1.4%

L-Olanda

-2.3%

Is-Slovakkja

-2.8%

Franza

-4.2%

Il-Ġermanja

-5.2%

L-Awstrija

-6.1%

L-Italja

-7.2%

Spanja

-8.3%

Malta rreġistrat tkabbir qawwi ta’ 12% fil-qasam tal-informazzjoni u l-komunikazzjoni, li jinkludi fih anke kumpaniji tal-IT


04

30.05.2021

IĊ-ĊERTIFIKAT TAL-VAĊĊIN MA’ INQAS RESTRIZZJONIJIET Waqt li nhar il-Ħamis id-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa Chris Fearne ħabbar li l-Kabinett tal-Ministri approva l-użu taċ-ċertifikat tal-vaċċin għal attivitajiet li se jkunu jistgħu jsiru fiż-żmien li ġej b’numru limitat ta’ persuni, ilbieraħ kien il-Ministru għall-Anzjani u l-Anzjanità Attiva Michael Farrugia li żvela tnaqqis fir-restrizzjonijiet għal djar tal-anzjani u r-residenti tagħhom. Waqt li kien qed jiġi intervistat filprog­ramm XTRA fuq TVM, Fearne qal: “Min ikun imlaqqam, ħa ż-żewġ dożi u għaddew 15-il ġurnata u għandu ċertifikat li jista’ jniżżlu b’mod online kif se nkunu qed inniduh, ikun jista’ jattendi ċerti attivitajiet limitati u nibdew bil-mod u nżidu u dejjem. Importanti li kull pass li nagħmlu nanalizzawh ħalli naraw jekk għandniex bżonn immorru lura jew nagħmlu pass ieħor ’il quddiem.” Mistoqsi dwar l-attivitajiet tal-massa, hu appella għall-kawtela, imma saħaq li ma jfissirx li pajjiżna mhux iħares lejn iżjed rilaxx fil-jiem li ġejjin. Hawnhekk aċċenna li diġà tħabbru numru ta’ miżuri li se jitneħħew, fosthom l-ilbies tal-maskri għall-persuni mlaqqmin kompletament. Id-Deputat Prim Ministru qal ukoll li mix-xahar id-dieħel dawk it-tfal ta’ bejn it-12 u l-15-il sena se jkunu qed jir­ ċievu stedina biex jitlaqqmu kontra l-COVID-19, bl-approvazzjoni tal-ġenituri tagħhom.

Fearne saħaq li t-tilqim isalva l-ħaj­ jiet u llum is-sitwazzjoni hi li l-isptari­ jiet huma prattikament vojta mill-pazjenti bil-virus. “Sakemm għad hemm il-pandemija madwar id-dinja, speċjal­ment għax jistgħu joħorġu iżjed varjanti, irridu dejjem inżommu element ta’ kawtela,” saħaq Mr Fearne. Sadanittant il-Ministru Farrugia lbieraħ ħabbar ir-raba’ rilaxx ta’ res­trizzjonijiet fid-djar tal-anzjani, maq­sum f’fażijiet differenti li se jwasslu biex mill-14 ta’ Ġunju, residenti fid-djar tal-anzjani jkunu jistgħu jmorru għand qrabathom taħt ċerti kundizzjonijiet. Huwa enfasizza biex aktar persuni, b’mod speċjali qraba tar-residenti, jitlaqqmu. “Dan biex inkunu nistgħu nersqu aktar lejn in-normalità,” żied jgħid Dr Farrugia. Minn nhar il-Ġimgħa li ġej, 4 ta’ Ġunju, iż-żjarat fid-djar tal-anzjani se jsiru bejn l-10:30 a.m. u l-11:30 a.m. u bejn il-5:00 p.m. u s-6:30 p.m. fejn kull resident jista’ jżur biss viżitatur wieħed kull darba għal tul ta’ 25 minuta. Ingħad li huma biss il-viżitaturi li tlaqqmu kompletament li jistgħu jidħlu fil-kmamar tar-residenti. Residenti mlaqqmin u li għandhom bżonn jattendu għal appuntament ta’ Outpatient fl-Isptar Mater Dei, jiġu sorveljati għal xi sintomi possibbli, waqt li

Tkompli minn paġna 1

residenti mlaqqmin li jkunu rikoverati fl-isptar isirilhom swab test mar-ritorn tagħhom fid-dar. Fiż-żewġ każi, residenti mhux imlaqqmin jagħmlu ħamest ijiem kwarantina u jsirilhom swab test. Residenti ġodda fid-djar tal-anzjani li jkunu mlaqqmin, isirilhom biss swab test, waqt li dawk mhux imlaqqmin jibqgħu 14-il jum kwarantina u jiġu mlaqqmin. Mit-8 ta’ Ġunju, iċ-ċentri ta’ matul iljum jibdew jilqgħu sa tmien anzjani u tliet membri tal-istaff. Mill-14 ta’ Ġunju residenti mlaqqmin fi djar tal-anzjani jitħallew joħorġu ma’ qrabathom.

COVID-19: Tnaqqis ta’ Restrizzjonijiet* ĠUNJU

1

- jerġa’ jiftaħ l-Ajruport għat-turiżmu internazzjonali. Barranin li jkunu se jżuru Malta jridu jipprovdu ċertifikat tat-tilqim jew swab test negattiv sa 72 siegħa qabel biex jitilgħu abbord ajruplan minn pajjiżhom

ĠUNJU

- tiġijiet jistgħu jsiru sa 100 persuna fuq ġewwa u 300 persuna fuq barra

ĠUNJU

- l-iskejjel tal-Ingliż jistgħu jiftħu għal tagħlim tal-istudenti fil-klassijiet

ĠUNJU

4 ĠUNJU

7

- ħinijiet ġodda għaż-żjarat fid-djar talanzjani – mill-10:30 a.m. sal-11:30 a.m. u mill-5:00 p.m. sas-6:30 p.m. (żjarat jibqgħu bl-appuntamenti) - l-għadd ta’ persuni permissibbli fuq l-istess mejda f’restoranti u snack bars se jiżdied minn 4 għal 6 - teatri u cinemas jistgħu jerġgħu jiftħu - barijiet u każini jistgħu jerġgħu jiftħu sa nofsillejl bi klijenti bilqiegħda biss

8 14 ĠUNJU

28 LULJU

1

- wara li reġgħu fetħu mill-ġdid fl-24 ta’ Mejju b’numru ristrett ħafna, iċ-ċentri ta’ matul iljum jibdew minn din il-ġurnata jilqgħu tmien anzjani u tliet membri tal-istaff - residenti mlaqqmin minn djar tal-anzjani jitħallew joħorġu ma’ qrabathom u marritorn jiġu sorveljati għal xi sintomi relatati mal-COVID-19. Residenti mhux imlaqqmin jibqgħu ħamest ijiem kwarantina u jsirilhom swab test wara. - jista’ jerġa’ jibda jsir sports ta’ kuntatt għal dawk iżgħar minn 17-il sena - tiftaħ SkolaSajf - il-maskra fil-pubbliku tista‘ titneħħa minn persuni li jkunu mlaqqmin u ma jkunux fil-kumpanija ta’ iżjed minn persuna waħda, sakemm ma jkunux mill-istess residenza. Persuna trid iżżomm fuqha ċ-ċertifikat tattilqim f’każ li tintalab tipproduċih minn xi uffiċjali pubbliċi

- jistgħu jiftħu stabbilimenti tal-logħob - ikompli sports ta’ kuntatt u kompetizzjonijiet għal sports tat-timijiet għal persuni ta’ 17-il sena ’l fuq, bla spettaturi - jistgħu jiltaqgħu gruppi ta’ 6 fil-pubbliku

XI LUKANDI DIĠÀ LAĦQU L-LIMITU

*il-miżuri jiġu adottati sakemm iċ-ċirkostanzi tal-pandemija jippermettu

Mill-flus allokati għall-iskema tattu­ris­ti li jibbukkjaw minn jeddhom mal-lukandi f’pajjiżna, jirriżulta s’issa li l-akbar ammonti għażlu akkomodazzjoni ta’ erba’ stilel, bi kważi €1.2 miljun diġà ġew assorbiti, waqt li ċif­ ra simili ġiet allokata għal bookings f’akkomodazzjoni ta’ ħames stilel (€750,000) u tliet stilel (€280,000) kumplessivament. Filwaqt li numru żgħir t’applikaz­ zjonijiet tard tħallew ukoll jissieħbu fl-iskema, għadd ta’ lukandi diġà rrapportaw lill-MTA li laħqu l-limitu ta’ kmamar ibbukkjati li huma intitolati taħt l-iskema. Lukandi ngħataw id-dritt li jirreġistraw turisti daqs l-ammont massimu li kapaċi jospitaw fl-istess ħin. Minkejja dan u minħabba bookings fi żminijiet differenti, ċerti lukandi diġà qabżu l-limitu allokat. Għaldaqs­tant qed jitolbu li jkollhom estensjoni tal-allokazzjoni, xi ħaġa li mistenni­ja tingħata mill-istess baġit ipprovdut appena l-lukandi kollha jassorbu wkoll il-limiti tagħhom. Mill-iskema indirizzata għal dilettanti tal-għadis, l-MTA diġà approvat €215,000, waqt li hemm €27,500 marbutin ma’ applikazzjonijiet pendenti.

Riżultati inkoraġġanti ferm ftit jiem ’il bogħod mill-ftuħ tas-settur biex nibdew nilqgħu t-turisti Fi skema relatata ma’ akkomodazzjonijiet f’appartamenti mikrijin minn individwi, villaġġi turistiċi, guesthouses u hostels kien hemm 150 app­ likazzjoni li mistennija jgawdu minn kważi €200,000. Iżjed minn €37,000 ġew approvati għal studenti li mill-1 ta’ Ġunju se jiġu fostna għal mill-inqas ġimagħtejn biex jistudjaw l-Ingliż. Dawn se jkunu qed jingħataw €10 kuljum sa massimu ta’ €300 għal 30 jum jew aktar. Mitlub jikkummenta dwar dan, il-Ministru responsabbli mit-Turiżmu Clayton Bartolo stqarr mal-KullĦadd li “l-għan prinċipali tal-pjan ta’ rkupru għat-turiżmu dejjem kien imsejjes fuq li nerġgħu nagħtu spinta lil diversi setturi milqutin b’mod negattiv mill-pandemija kif ukoll nieħdu opportunità li nattiraw niċeċ ta’ turisti ġodda. Xahrejn wara minn mindu tellaqna dan il-pjan, b’sodisfazzjon ngħid li diġà bdejna naraw rispons pożittiv fost l-iskemi kollha li nidejna. Dawn ir-riżultati huma inkoraġġanti ferm biex, hekk kif ninsabu ftit jiem ’il bogħod mill-ftuħ tas-settur turistiku, pajjiżna jibda jilqa’ t-turisti b’mod gradwali u responsabbli.”


05

30.05.2021

Tnejn mill-erba’ opri tal-baħar li se jibdew joperaw is-servizz tal-fast ferry mit-Tlieta li ġej bejn il-Port il-Kbir u l-Port tal-Imġarr, Għawdex

Skeda Virtu Ferries Jiem tal-ġimgħa

Skeda Gozo Fast

Tmiem il-ġimgħa / Festi pubbliċi

Jiem tal-ġimgħa

Tmiem il-ġimgħa / Festi pubbliċi

MĠR - VLT

VLT - MĠR

MĠR - VLT

VLT - MĠR

MĠR - VLT

VLT - MĠR

MĠR - VLT

VLT - MĠR

Tluq Wasla 06:15 > 07:00 07:15 > 08:00 09:15 > 10:00 10:15 > 11:00 13:15 > 14:00 15:15 > 16:00 16:15 > 17:00 17:15 > 18:00 18:15 > 19:00 19:15 > 20:00 21:15 > 22:00

Tluq Wasla 06:15 > 07:00 07:15 > 08:00 09:15 > 10:00 10:15 > 11:00 13:15 > 14:00 15:15 > 16:00 16:15 > 17:00 17:15 > 18:00 18:15 > 19:00 19:15 > 20:00 22:15 > 23:00

Tluq Wasla 07:15 > 08:00 09:15 > 10:00 11:15 > 12:00 12:15 > 13:00 14:15 > 15:00 17:15 > 18:00 18:15 > 19:00 19:15 > 20:00 21:15 > 22:00

Tluq Wasla 07:15 > 08:00 09:15 > 10:00 11:15 > 12:00 12:15 > 13:00 14:15 > 15:00 17:15 > 18:00 18:15 > 19:00 19:15 > 20:00 22:15 > 23:00

Tluq Wasla 05:45 > 06:30 06:45 > 07:30 07:45 > 08:30 09:45 > 10:30 11:45 > 12:30 13:45 > 14:30 15:45 > 16:30 16:45 > 17:30 18:45 > 19:30 21:45 > 22:30

Tluq Wasla 06:45 > 07:30 07:45 > 08:30 08:45 > 09:30 10:45 > 11:30 12:45 > 13:30 14:45 > 15:30 16:45 > 17:30 17:45 > 18:30 19:45 > 20:30 22:45 > 23:30

Tluq Wasla 06:45 > 07:30 07:45 > 08:30 08:45 > 09:30 09:45 > 10:30 11:45 > 12:30 13:45 > 14:30 15:45 > 16:30 16:45 > 17:30 17:45 > 18:30 18:45 > 19:30 20:45 > 21:30

Tluq Wasla 07:45 > 08:30 08:45 > 09:30 09:45 > 10:30 10:45 > 11:30 12:45 > 13:30 14:45 > 15:30 16:45 > 17:30 17:45 > 18:30 18:45 > 19:30 19:45 > 22:30 21:45 > 22:30

23:15 > 00:00* 00:15 > 01:00*

23:45 > 00:30* 00:45 > 01:30*

23:45 > 00:30* 00:45 > 01:30*

23:15 > 00:00* 00:15 > 01:00* *nhar ta’ Ġimgħa, Sibt u lejlet festi pubbliċi

PITGĦADA SE JIBDA JOPERA L-FAST FERRY B’servizz kull nofs siegħa mifrux fuq mill-inqas 17-il siegħa matul il-ġimgħa u 15-il siegħa fi tmiem il-ġimgħa, minn nhar it-Tlieta li ġej ukoll se jibda jopera t-traġitt tal-fast ferry bejn il-Port il-Kbir f’Malta u l-Port tal-Imġarr f’Għawdex. Il-vjaġġi, li se jsiru minn żewġ operaturi pri­ vati li s’issa wrew interess fis-suq liberalizzat, il-Gozo Fast Ferry u l-Virtu Ferries Gozo, jieħdu inqas minn tliet kwarti. Dan il-pass ieħor ’il quddiem fl-infrastruttura u t-trasport marittimu qed jitqies bħala kruċjali fil-konnettività bejn iż-żewġ gżejjer, mhux biss għall-Għawdxin li jivvjaġġaw regolarment għax-xogħol, iżda wkoll għall-Maltin u t-turisti, li jagħmlu żjarat sporadiċi. L-iskedi, li tħabbru fl-aħħar ġranet mill-operaturi, jindikaw li s-servizz imħaddem minn erba’ katamarani, tnejn għal kull kumpanija, mhux biss hu frek­wenti, iżda wkoll jifrex sa tard billejl nhar ta’ Ġimgħa, Sibt u lejlet festi pubbliċi. Kull katamaran jesa’ sa 300 passiġġier, mingħajr vetturi, għajr roti. Il-prezzijiet ivarjaw għall-kumpaniji, bil-Gozo Fast Ferry għandha l-orħos biljett bir-ritorn (€7.99) għall-adulti jew studenti li jużaw Tallinja Card biex iħallsu. Tfal, li wkoll ikollhom Tallinja Card, iħallsu €3.99. Għar-residenti Għawdxin, il-kumpanija se żżomm €4.50 għal vjaġġ bir-ritorn. Persuna tista’ ttella’ r-rota magħha u ma

tħallasx żejjed. Min-naħa l-oħra, il-Virtu Ferries Gozo qalet li se tkun qed iżżomm €11 għall-adulti u €5.50 għat-tfal, waqt li trabi jivvjaġġaw b’xejn. Residenti Għawdxin, li jużaw Tallinja Card, iħallsu €4.60, waqt li t-tfal €2.70. Il-prezzijiet jogħlew fil-każi kollha meta ma tintużax il-card valida għat-tras­port pubbliku. Il-Gvern, li se jkun qed iwettaq wegħda oħra elettorali għal trasport bil-baħar aktar sostenibbli, qed jara li l-operaturi kollha li jilħqu l-kriterji elenkati fl-avviż għall-baħħara ta’ Transport Malta jkunu jistgħu jibbenefikaw minn eżenzjoni fuq it-taxxa tal-fuel. Din l-eżenzjoni tammonta eżatt għal dik li tibbenefika minnha l-kumpanija Gozo Channel bil-vapuri tagħha li topera miċ-Ċirkewwa għallImġarr, Għawdex. Jirriżulta li, sal-lum, it-trasport bil-baħar f’pajjiżna jlaħħaq madwar miljun passiġġier fis-sena u dan is-servizz il-ġdid li se jibda nhar it-Tlieta hu ħolqa oħra fil-viżjoni ħolistika talGvern Laburista lejn il-futur, li jawgura inqas vjaġġi fuq l-art, inkluż b’vetturi privati, u allura inqas tniġġis fl-arja. Ta’ min ifakkar li fl-2013 kien tnieda wkoll l-operat ta’ traġitti bejn il-Kottonera u l-kapi­ tali, waqt li tjieb dak bejn Tas-Sliema u l-Belt Valletta.

*nhar ta’ Ġimgħa, Sibt u lejlet festi pubbliċi


06

30.05.2021

SE SSIR MINA ĠDIDA FL-IMRIEĦEL Fil-jiem li ġejjin, Infrastructure Malta se tibda t-tħaffir ħalli tibni mina ġdida taħt l-art biex tgħaqqad Triq l-Imdina mal-Bypass tal-Imrieħel. Din il-gazzetta hi infurmata li l-proġett, li hu simili ħafna għal dak li twettaq b’suċċess mill-istess aġenzija governattiva ftit tax-xhur ilu fl-inħawi ta’ Santa Luċija, mistenni jkun lest fil-bidu tas-sena d-dieħla. Fil-fatt din il-mina se tgħaddi minn taħt roundabout li l-aġenzija qed tibni ħdejn l-uffiċini tal-Awtorità Maltija għas-Servizzi Finanzjarji (MFSA) bħala parti mis-Central Link Project, biex telimina s-sistema ta’ traffic lights f’din il-junction importanti bejn Ħal Balzan, Birkirkara u l-Imrieħel. Il-mina se jkollha żewġ korsiji li jkunu fl-istess direzzjoni, li minn Triq l-Imdina jeħduk dritt fil-Bypass tal-Imrieħel biex tmur lejn in-Nofsinhar ta’ Malta. Bħala parti mis-Central Link Project, Infrastructure Malta diġà bniet żewġ korsiji ġodda li wkoll jagħtu dirett fid-direzzjoni opposta, mill-Bypass lejn Ħal Balzan u Ħ’Attard. Bl-elimi­ nazzjoni mir-roundabout tal-influss prinċipali tat-traffiku li jkun sejjer lejn il-Lvant u l-Punent tal-pajjiż, din il-junction qed issir aktar sigura għal kull min jivvjaġġa lejn destinazzjonijiet oħrajn fil-viċin, inkluż l-Imrieħel, Birkirkara u Santa Venera. Dan qed jagħmilha wkoll possibbli biex ir-roundabout tipprovdi wkoll konnessjonijiet aktar siguri bejn ilkorsija għar-roti u l-mixi tas-Central

Dehra artistika ta’ kif se tkun il-junction qrib l-uffiċini tal-MFSA fl-Imrieħel li tinkludi wkoll mina ġdida Link Project ma’ Triq il-Ħofor, triq rurali li mill-Imrieħel twassal għal ĦażŻebbuġ u Ħal Qormi. Din il-korsija twila 4.3 kilometri se tgħaqqad l-Imrieħel, Birkirkara, Ħal Balzan, Ħ’Attard u Ta’ Qali. B’hekk kull min iħobb jivvjaġġa bil-mixi jew

bir-rota issa se jkollu wkoll rotta oħra sigura lejn Ħaż-Żebbuġ u Ħal Qormi. Dan il-proġett tal-mina ġdida taħt ir-roundabout tal-Imrieħel għadu kemm ġie approvat b’mod unanimu mill-Bord tal-Awtorità tal-Ippjanar matul il-ġim­għa li għaddiet, wara li

saru konsultazzjonijiet mal-partijiet kollha konċernati. Infrastructure Malta qed timmira li tlesti x-xogħol kollu ta’ dan il-proġett f’Marzu tas-sena d-dieħla. Żewġ pro­ ġetti simili diġà huma ppjanati għal taħt ir-roundabouts qrib l-Ajruport.

extended till the

15TH June | 12:00pm


07

30.05.2021

JISFAXXA ATTENTAT IEĦOR BIEX IĦAMMĠU ISEM MALTA FL-UE Permezz tal-Kumitat tal-Baġit tal-Unjoni Ewropea, il-Memb­ ri Parlamentari Ewropej Nazz­ jona­ listi Roberta Metsola u David Casa (ritratti) għamlu attentat ieħor fil-jiem li għaddew biex ikomplu jħammġu isem Malta meta instigaw dibattitu fuq l-infiq tal-fondi Ewropej. Dan l-attentat, iżda, sfaxxa bilkbir meta l-ogħla istituzzjonijiet regola­torji, il-Kummissjoni Ewropea u l-Aġenzija Kontra l-Frodi, taw l-aqwa ċertifikati lil pajjiżna għall-mod kif jiġu amministrati l-fondi Ewropej. F’dibattitu imbuttat millGrupp tal-Popolari Ewropej (EPP), li bħala Segretarju Ġene­ rali għandu lil Simon Busuttil, tpoġġa fuq l-aġenda tal-kumi­ tat CONT suġġett li fih ingħad li jrid ikun diskuss jekk hemmx rabta bejn l-investigazzjonijiet li kienet tagħmel Daphne Carua­na Galizia u l-użu tal-fondi Ewropej f’Malta. L-uffiċjali mill-Kummissjoni Ewropea u mill-OLAF mhux talli stqarrew li ma sabu l-ebda rabta ta’ din ix-xorta, talli saħan­ sitra faħħru l-mod kif Malta tamministra l-fondi Ewropej. Osservaturi politiċi stqarrew ma’ dan il-ġurnal li aktar kemm tal-PN jinkixfu bl-attentati kontinwi tagħhom biex iħammġu isem Malta barra xtutna, aktar il-poplu Malti jinduna kemm in-Nazzjonalis­ti baqgħu ma nbidlux u ma tgħallmu xejn mit-telfiet elettorali massiċċi li ilhom iġarrbu mill-2009. Irrimarkaw ukoll kemm hu dgħaj­ jef quddiem dan kollu l-Kap tal-PN Bernard Grech li mhux jirnexxilu jikkontrolla lil din il-fazzjoni tal-establishment li poġġietu fit-tmexxija. Ir-rappreżentant tal-Kummissjoni Lopez Sanchez tkellem dwar kemm hu sodisfaċenti l-mod kif Malta qed tuża l-fondi Ewropej u żied jistqarr li Malta għandha rekord li hi fost l-inqas pajjiżi tal-UE li tirrapporta żbalji fl-amministrar tagħhom. Hu qal li n-nuqqasi­ jiet minn Malta kienu minimi u dan ġie kkonfermat ukoll mill-Qorti Ewropea tal-Awdituri fl-analiżi li għamlet dwar Malta. Hu qal ukoll li anke fir-rakkomandazzjoni li tagħmel il-Kummissjoni Ewropea lil Malta, dejjem isibu l-akbar koperazzjonijiet mill-awtoritajiet Maltin li jiġu segwiti u implimentati. Anke fil-qasam tal-għajnuniet agrikoli, ir-rappreżentanta tal-Kummissjoni rrappurtat li ma kien hemm l-ebda każ ta’ frodi u saru biss rakkomandazzjonijiet biex l-amministrazzjoni tal-Aġenzija tal-Ħlasijiet

titjieb fir-riżorsi. Ir-rappreżentant tal-OLAF fid-dibattitu, Ernesto Bianchi kien mill-aktar skjett dwar l-analiżi tal-Aġenzija Ewropea fuq l-infiq tal-fondi Ewropej f’Malta. Hu qal li mhux biss

hemm koperazzjoni mill-aqwa mal-awtoritajiet Maltin biex jiġu implimentati r-rakkomandazzjonijiet li jsiru bil-għan li jitjieb l-operat, imma n-numru ta’ nuqqasijiet li ġew irrimarkati komplew jonqsu sena wara

l-oħra mill-2011 ’l hawn. Meta ntalab jikkummenta dwar dak li ġara fil-Kumitat tal-Parlament Ewropew din il-ġimgħa, is-Segretarju Parlamentari għall-Fondi Ewropej, Stefan Zrinzo Azzopardi stqarr

li l-fondi Ewropej f’Malta huma amministrati bl-aktar mod ri­ go­ruż u suġġetti għall-verifiki kollha mhux biss mill-awtori­ tajiet regolatorji Maltin, iżda wkoll minn dawk tal-UE. “Malta għandha rekord taj­ jeb ħafna ta’ kif użat u għadha qed tuża l-fondi Ewropej fi proġetti kbar li qed ikomplu jtejbu l-ħajja tal-Maltin u l-Għawdxin. Ma’ dawn hemm għajnuniet kbar oħrajn imferrxin f’kull qasam tal-ħajja, bħal pereżempju l-kura tas-saħħa, l-edukazzjoni, l-intrapriżi, is-soċjal u oħrajn. Se nkomplu naħdmu biex nibqgħu ninvestu f’pajjiżna bl-aqwa mod il-fondi Ewropej bil-għan li niksbu aktar suċċess,” stqarr Dr Zrinzo Azzopardi.


08

30.05.2021

IRKUPRU SĦIĦ FI VJAĠĠI BL-AJRU TBASSIR TAT-TRAFFIKU TAL-AJRU EWROPEW MQABBEL Livell 2019 Titjiriet fl-eluf (000)

Issa li r-restrizzjonijiet ta’ pre­ venzjoni għal kontra l-pandemija tal-COVID-19 bdew jitnaqqsu jew jit­neħħew, jibdew isiru l-kontijiet tal-ħsarat li kienu kkawżati. It-tali restrizzjonijiet madwar id-dinja kollha kellhom effetti fuq diversi setturi li jħaddmu l-ekonomija tal-pajjiżi rispettivi, anke jekk mhux is-setturi kollha ntlaqtu bl-istess mod. Kien hemm setturi li ħassew sew il-piż tal-miżuri li ttieħdu, waqt li oħrajn ħassewhom inqas. Filwaqt li hemm setturi li bil-mod bdew jerġgħu jirkupraw, dak tal-avjazzjoni, fost l-aktar affettwati ħażin għal raġunijiet ovvji, fadallu biex jirkupra għal-livelli qabel il-pandemija. Rapport mill-aġenzija Ewropea Eurocontrol ibassar li t-traffiku tal-ajru, jiġifieri l-użu tal-ajruplani għall-ivvjaġ­ġar, mhux mistenni jilħaq il-livelli tal-2019 qabel tliet snin oħra fl-aħjar kundizzjonijiet possibbli. Fl-agħar xenarju, jiġifieri li l-pandemija ttul is-snin biex tiġi kkontrollata, l-aġenzija ma tarax li s-settur jirkupra qabel tmien snin oħra. Iċ-ċifri huma aġġornament fuq stħarriġ simili li l-aġenzija wettqet fl-aħħar tas-sena l-oħra meta l-affarijiet kienu inqas ċari mil-lum. Minkejja

dan, jidher li ftit wisq kien hemm titjib fit-tbassir, għajr fil-każ fejn il-pajjiżi jħaffu l-proċessi tagħhom ta’ tilqim, eżatt kif ġara f’Malta, u tikber il-fiduċja fost il-vjaġġaturi. Id-Direttur Ġenerali tal-Eurocontrol, Eamonn Brenan tenna li “s-sitwazzjoni tibqa’ waħda ta’ sfida għall-avjazzjoni

Ewropea. Ninsabu fuq l-għatba tas-sajf tal-2021 u ħafna mir-restrizzjonijiet għadhom hemm minkejja s-sitwazzjoni inkoraġġanti ferm tal-prog­ rammi tat-tilqim”. Hu jgħid li, filwaqt li mistenni ċaqliq fit-traffiku tal-ajru matul ix-xhur li ġejjin, aktar qed jara li jkun hemm kordi-

nazzjoni fit-tneħħija tar-res­ triz­zjonijiet bejn ir-reġjuni Ew­ ropej fl-ewwel kwart tas-sena d-dieħla, li jwassal biex ikun iżjed faċli vjaġġar fit-tul. Eurocontrol tbassar li l-pro­ babbiltà hi li matul is-sena kollha li ninsabu fiha, se jkun hemm biss nofs it-traffiku tal-ajru li kien hemm tul l-2019.

till the 15TH extended June @ noon 15TH June | 12:00pm

Dan ifisser madwar 5,500,000 titjira. Dan joħroġ ukoll minn tbassir dettaljat li jħares lejn ix-xej­ra tal-avjazzjoni, kemm domestiku (jiġifieri bejn pajjiżi tal-Unjoni Ewropea stess) u dik internazzjonali. It-tbassir jara li bit-tilqim tal-vaċċin mifrux b’mod qaw-


09

30.05.2021

SAL-2025? MAL-2019 Xenarju 1: Vaċċin 2021, irkupru 2024

Xenarju 2: Vaċċin 2022, irkupru 2025

Xenarju 3: Tkarkir tal-infezzjoni, irkupru 2029 Sors: EUROCONTROL

wi fl-Ewropa kollha sas-sena d-dieħla, it-traffiku tal-ajru se jkun irkupra sa 72% tal-livelli tal-2019 u jersaq viċin il-livelli tal-2019 sa erba’ snin oħra, jiġifieri fl-2025. Ir-rapport iħares lejn xenar­ ji varji għas-settur u fit-tbassir iqis diversi fatturi biex jasal għal dawn il-konklużjonijiet. Fost dawn u fuq qud­diem nett hemm ovvjament ilprogram­mi ta’ tilqim mad­war l-Ewropa, l-effetti tal-vaċċin kontra l-varjanti tal-virus talCOVID-19, is-saħħa tas-swieq domestiċi tal-ivvjaġġar u dak li qed jissejjaħ id-Digital Green Certificate – ċertifikat biex jiffaċilita l-moviment ħieles u sigur taċ-ċittadini fl-UE matul il-pandemija. L-ewwel xenarju jbassar li t-traffiku tal-ajru mistenni jilħaq il-livelli tal-2019 sas-sena 2024. Imma dan jiddependi fuq il-programm ta’ tilqim li jkun laħaq livelli tajbin madwar l-Ewropa sa dan is-sajf u li jkunu reġgħu bdew it-titjiriet lejn destinazzjonijiet fit-tul. Dan ix-xenarju qed jitqies bħala l-aktar wieħed ottimist

meta wieħed janalizza kif miexi l-programm tat-tilqim madwar l-Ewropa u li prog­ ramm ikkordinat madwar l-istati membri tal-UE mhux mistenni li jintlaħaq fix-xhur li ġejjin. It-tieni xenarju, dak li l-Eurocontrol qed tara bħala l-aktar wieħed possibbli, hu li fis-sena 2024 jintlaħaq 95% tal-livell tal-ivvjaġġar tal-2019. Anke hawn kollox jiddependi mill-programm ta’ tilqim fl-Ewropa u jintlaħaq kordinament dinji biex, sal-ewwel kwart tas-sena d-dieħla, jittaffew sew ir-res­trizzjonijiet li ttieħdu bħala prevenzjoni għat-tixrid tal-virus. Anke hawn jiddependi wkoll jekk ikunx beda u qabad ritmu l-ivvjaġġar ta’ destinazzjonijiet fit-tul, inkluż destinazzjonijiet lil hinn mill-pajjiżi fl-Ewropa. It-tielet xenarju u l-aktar wieħed pessimist jara li l-ivvjaġġar bl-ajru fl-2024 jilħaq biss 74% tal-livell li kien hawn fl-2019, bi rkurpu sħiħ li ma jasalx qabel is-sena 2029. Imma dan it-tbassir iħares lejn il-possibbiltà li l-programm ta’ tilqim ma jkunx wieħed ikkordinat bejn il-pajjiżi tal-UE, il-virus ikun għadu mhux taħt kontroll sħiħ u allura l-miżuri ta’ restrizzjonijiet fuq vjaġġar ikunu għadhom persistenti. Dan ix-xenarju wkoll iqis il-possibbiltà li jilħqu jfeġġu aktar varjanti tal-COVID-19 fid-dinja b’impatt ulterjuri negattiv fuq l-ivvjaġġar. Id-Direttur Ġenerali tal-Eurocontrol jiġbor kollox f’żewġ sentenzi, bħala kumment fil-konklużjonijiet tar-rapport. “Il-pass tal-irkupru fis-settur se jiddependi ħafna minn kif il-pajjiżi madwar l-Ewropa qed jaħdmu u l-pass li qed jieħu l-program ta’ tilqim, waqt li l-pajjiżi Ewropej jadottaw miżuri konsistenti biex jagħtu l-appoġġ tagħhom lill-industrija tal-avjazzjoni. Dan biss jista’ jwassal biex il-passiġġieri jerġgħu jqawwu qalbhom u jitħajru jivvjaġġaw minn pajjiż għall-ieħor bħalma kienu jagħmlu qabel”.

Il-pass tal-irkupru fis-settur tal-avjazzjoni se jiddependi ħafna minn kif il-pajjiżi madwar l-Ewropa qed jaħdmu u l-passi li qed jieħu l-programm ta’ tilqim … dan biss jista’ jwassal biex il-passiġġieri jerġgħu jqawwu qalbhom biex jivvjaġġaw bħal qabel

Impressjoni artistika tal-ajruplan il-ġdid tat-tip B737-8200 li, sa ħames snin oħra, Ryanair se tkun qed tirċievi 210 bħalu mingħand il-kumpanija Boeing

RYANAIR MISTENNIJA TORDNA AKTAR MINN 230 AJRUPLAN ĠDID Il-linja tal-ajru low-cost Ryanair diġà ppja­nat minn dawk li għandha bħalissa, il-B737-800, li tkabbar il-flotta tagħha b’134 ajruplan sa li jesgħu 189 passiġġier, u l-B737-8200 ordnaħames snin oħra, filwaqt li rapporti jisħqu li ti, li se jesgħu 197 passiġġier. Fl-istess ħin u wkoll tinsab f’taħditiet mal-kumpanija Boe- żmien se tkun qed tnaqqas l-ajruplani tat-tip ing biex tordna iżjed minn 100 oħra fiż-żmien A320. ta’ wara. Kif inhuma l-affarijiet, il-Grupp għandu 210 Skont rapporti f’midja speċjalizzata fl-av- ajruplani ordnati tat-tip B737-8200 sa ħames jazzjoni, it-taħditiet tal-linja, li wkoll għandha snin oħra. Fi kliemu, dawn se jkunu żvilupp interessi f’pajjiżna, qed isiru għal ajruplani importanti, minħabba ż-żieda ta’ seats u tnakbar minn dawk li diġà ordnat f’Diċembru li aqqis ta’ madwar 16% fil-fuel li jużaw l-ajrugħadda. Dan bil-għan li tlaħħaq mad-doman- plani attwali. Dan jissuġġerixxi wkoll li l-B737 da dejjem tikber tagħha u tikkompeti mar-ri- Max 10s imbagħad ikunu l-fażi ta’ wara f’dan vali Wizz Air, li wkoll qed tkabbar il-flotta il-proċess ta’ tkabbir. tagħha għal ajruplani li jesgħu Dawn l-ajruplani, li jesgħu iżjed passiġġieri. 33 passiġġier addizzjonali Jekk jintlaħaq ftehim, mill-B737-8200, se jkunu Ryanair mistennija żżid jistgħu wkoll ikomplu jn100 ajruplan B737 Max aqqsu l-ispejjeż u jitnaqq10 mill-2026 ’il qud­diem, su l-prezzijiet tal-biljetti is-sena li fiha jaslultal-ajru. L-ajruplani ġodda ha l-B737-8200 kollha li Il-Grupp Ryanair għandha ordnati. Il-Max magħmul mil-linji Ryanair, se jkunu kruċjali 10, li jesgħu 230 passiġġier, Ryanair UK, Buzz, Malta Air ekonomikament, se jkunu kruċjali ekonou Lauda Europe għandu speċjalment mikament, speċjalment 451 ajruplan, skont ch-avifil-kompetizzjoni ma’ Wizz ation.com. Minn dawn 341 fil-kompetizzjoni Air, li qed tiffoka iżjed fuq huma attivi u 110 pparkma’ Wizz Air l-ajruplani Airbus A321neo, jati. Il-flotta bħalissa hi li jesgħu 239 passiġġier. magħmula minn 421 ajruplan Meta kkummenta dwar l-ordni ta’ ajru- tat-tip B737-800 (fosthom 86 inattivi), 29 plani ġodda, Michael O’Leary, Kap Eżekut- tat-tip A320 (23 inattivi) u wieħed B737-700 tiv tal-Grupp Ryanair, qal li “se nikbru iżjed inattiv, li jitħalla biss għat-taħriġ tal-bdoti u b’saħħitna fl-erba’ jew ħames snin li ġejjin titjiriet charter. minħabba l-pandemija. Parti minħabba li Hu kkonfermat li l-ajruplani Airbus, li linji oħrajn mhux ikampaw, imma wkoll għan­du l-Grupp u attwalment jitħaddmu minħabba li rnexxielna nkabbru d-daqs kollha minn Lauda Europe, se jkunu qed tal-ordni tal-ajruplani tagħna ma’ Boeing.” jispiċċaw mix-xitwa li ġejja u mistennija Jekk l-ordni tal-Max 10 timmaterjalizza, jieħdu madwar tlieta jew erba’ snin biex jitil-Grupp se jkabbar il-flotta b’ajruplani ikbar neħħew kompletament.


10

30.05.2021

FTUĦ AKTAR SPISS FIS-SAJF GĦAS-SITI U L-MUŻEWIJIET TA’ HERITAGE MALTA Wara bosta xhur b’ħinijiet ristretti u xi drabi saħansitra magħluqin għalkollox minħabba l-pandemija tal-COVID-19, Heritage Malta issa għandha kollox imħejji biex mill-bidu ta’ Ġunju sa tmiem Ottubru tiftaħ is-siti u l-mużewijiet tagħha aktar spiss matul il-ġimgħa. “Il-pandemija kienet sfida diretta għall-missjoni ta’ aċċessibbiltà li tħaddan Heritage Malta, tant li l-aġenzija kienet kostretta tagħlaq il-bibien tagħha għalkollox f’żewġ perjodi differenti u tiftaħ mill-ġdid b’ħinijiet iqsar u b’inqas viżitaturi jitħallew jidħlu. Madankollu, l-aġenzija kellha ħila tara fil-bogħod u tkun proattiva biżżejjed biex tqum għall-okkażjoni u tadatta għaċ-ċirkostanzi ġodda li sabet ruħha fihom. Illum inħossuna lesti aktar minn qatt qabel għall-iżjed staġun bieżel tas-sena u ninsabu mimlijin ħeġġa biex nilqgħu lill-viżitaturi tagħna matul sajf li aħna ottimisti li se jagħti l-frott mixtieq,” qal Noel Zammit, il-Kap Eżekuttiv ta’ Heritage Malta. Minbarra ż-żieda fil-ġranet tal-ftuħ, matul ix-xhur tas-sajf Heritage Malta se tkun qed torganizza regolarment open days f’siti li normalment jinżammu magħluqin għall-pubbliku, kif ukoll se toħroġ diversi offerti speċjali li jkomplu jsebbħu ż-żjara tal-viżitatur. Bħalma dejjem kienet il-prattika f’dawn l-aħħar xhur, iż-żjarat kollha It-Tempji tal-Ġgantija fix-Xagħra, Għawdex fis-siti u l-mużewijiet ta’ Heritage Malta se jsiru f’osservanza stretta tar-regola- l-Ħadd se jkunu miftuħin dawn is-siti u mużewijiet mill-10.00 sal-16.30: ● Il-Mużew Nazzjonali talmenti tas-Saħħa Pubblika b’rabta mal- mużewijiet mill-10.00 sal-16.30: ● Għar Dalam u Borġ in-Nadur Arkeoloġija COVID-19. ● MUŻA ● It-Tempji ta’ Ħal Tarxien Din hija l-lista sħiħa tal-ġranet u ● L-Armerija tal-Palazz ● l-ħinijiet tal-ftuħ tas-siti u l-mużewi­jiet Il-Palazz tal-Inkwiżitur ● Il-Forti Sant’Iermu u l-Mużew ● ta’ Heritage Malta mill-bidu ta’ Ġunju sa Id-Domvs Romana ● Il-Mużew Nazzjonali tal-Istorja Nazzjonali tal-Gwerra tmiem Ottubru. ● It-Tempji ta’ Ħaġar Qim u Naturali ● l-Imnajdra Il-Forti Sant’Anġlu Miftuħ kuljum mid-09.00 sal-17.00: Il-mużewijiet u s-siti taċ● Il-Katakombi ta’ San Pawl ● L-Ipoġew ta’ Ħal Saflieni (biljetti Ċittadella ● It-Tempji Ta’ Skorba u Ta’ Ħaġrat fl-aħħar ħin mis-sit biss) ● It-Tempji tal-Ġgantija Matul il-ġimgħa kollha, ħlief nhar ta’ ● Il-Mitħna Ta’ Kola Nhar ta’ Tlieta, il-Ġimgħa, is-Sibt u Tlieta, se jkunu miftuħin dawn is-siti u

ĠEDDED IS-SĦUBIJA TIEGĦEK jew issieħeb bħala membru ġdid fil-familja tal-Partit Laburista. Gawdi minn sħubija valida għal tliet snin għall-prezz ta’ €20 minflok €24. Idħol fis-sit www.partitlaburista.org/membership jew ċempel fuq in-numru 5160 2034 (it-telefonata tiswa €10). Tista’ wkoll tagħmel kuntatt ma’ xi membru tal-kumitat tal-lokalità tiegħek. Għal aktar informazzjoni ċempel iċ-Ċentru Nazzjonali Laburista fuq 2124 9900.

Għalissa, dawn il-mużewijiet huma magħluqin sakemm jinħareġ avviż ieħor: ● Il-Katakombi Ta’ Bistra ● Iċ-Ċentru għallInterpretazzjoni talFortifikazzjonijiet ● Il-Mużew Marittimu ● Il-Kmamar Statali tal-Palazz tal-Gran Mastru Għal iżjed tagħrif, żur is-sit ta’ Heritage Malta (www.heritagemalta. org).


30.05.2021

11

L-ISPECIAL OLYMPICS ’22 B’IMPENN GOVERNATTIV

“PIROTEKNIĊI” - SEJĦA GĦAL PARTEĊIPANTI Ftit jiem biss ’il bogħod mill-istaġun tas-sajf, normalment kont tinnota li l-irħula u l-ibliet lokali jibdew jieħdu l-ħajja u jippreparaw għall-festi tradizzjonali li jiġu ċċelebrati fil-gżejjer tagħna. Jibda jinħass l-entużjażmu tad-dilettanti tal-festi biex il-maġġoranza tal-lokalitajiet tagħna jibdew jilbsu l-libsa tal-festa, il-pirotekniċi jibdew jagħlqu x-xogħol tal-logħob tannar u jippreparaw għall-ħarqiet spettakolari ta’ kull ġimgħa, fost tħejjijiet oħrajn mill-għaqdiet għall-festa tipika Maltija. Hekk ukoll fl-istazzjonijiet ONE, sa mittwaqqif tagħhom, taw l-importanza lill-kultura ta’ pajjiżna, inklużi l-festi tradizzjonali tagħna … u din is-sena mhix eċċezzjoni. Fin-nuqqas tal-festi li ma ġewx iċċelebrati kif normalment nafuhom, matul l-2020 l-istazzjon televiżiv ONE wassal fid-djar tat-telespettaturi tiegħu programm li kien kollu kemm hu ffukat fuq il-manifattura tal-logħob tan-nar. Produzzjoni li twasslet preċiżament mill-fabbriki tal-logħob tan-nar ta’ kull ġimgħa. Proġett li ntlaqa’ tajjeb ferm kemm mid-dilettanti tan-nar, kif ukoll minn numru kbir ta’ telespettaturi li setgħu japprezzaw mill-qrib u f’aktar dettal din l-arti u l-kapaċità ta’ Maltin u Għawdxin involuti. Fis-sajf li ġej, il-programm “Pirotekniċi” se jkun qed jerġa’ jsib postu fuq l-iskeda tal-istazzjon ONE. Wara d-domanda kbira li kellu s-sena li għaddiet, din is-sena l-produzzjoni ħasbet biex l-għażla ta’ min se jkun qed jieħu sehem fil-programm issir permezz ta’ sejħa għall-espressjoni ta’ interess lill-kumplessi tan-nar infushom. Għalhekk qed tinħareġ din is-sejħa għal dawk l-għaqdiet li għandhom kumpless tan-nar u jixtiequ ikunu parti minn din il-produzzjoni. Dawk interessati għandhom jagħmlu kuntatt mal-produzzjoni fuq festi@oneradio.com.mt jew permezz tal-paġna l-ġdida fuq Facebook bl-isem ta’ Pirotekniċi biex jiksbu l-formola tal-applikazzjoni. L-applikazzjonijiet se jibqgħu miftuħa sa nhar is-Sibt 12 ta’ Ġunju 2021 fl4:00 p.m. “Pirotekniċi” għandu produzzjoni u preżentazzjoni ta’ Aaron Zahra u Brian Bonnici. L-appunta­ment għal dawk li għandhom għal qalbhom il-festa Maltija, hu għas-sajf li ġej fuq ONE.

Il-Gvern ikkommetta l-fondi u fl-Ispecial Olympics. Dr Grima qal li se jgawdu minn dan il-mument ta’ r-riżorsi meħtieġa biex pajjiżna dawn l-atleti mhumiex biss atleti, għaqda u ċelebrazzjoni fil-faċilitajiet jkun jista’ jilqa’ l-logħob tal-Ispecial iżda kull wieħed u waħda minnhom sportivi ta’ pajjiżna. Olympics f’Malta s-sena d-dieħla. għandhom storja unika u interesIl-President ta’ Special Olympics Dan intlaħaq bl-iffirmar ta’ ftehim santi x’jirrakkontaw. Europe Eurasia David Evangelisma’ Special Olympics Malta u Special Dr Grima fakkar kif, matul is- ta qal li dawn il-logħob jiċċelebraw Olympics Europe Eurasia, fil-preżen- snin, l-atleti Maltin ipparteċipaw id-dinjità umana u l-valuri Ewropej za ta’ mart il-Prim Ministru, Dr Lydia f’20 avveniment internazzjonali tal-għaqda, l-inklużjoni u s-soliAbela, li qalet li pajjiżna jħossu ono­ sportiv, fejn ġabu lura lejn pajjiżna darjetà. Sostna li b’dawn il-logħob rat bl-ewwel opportunità fl-istorja aktar minn 300 midalja li warajhom nistgħu verament inressqu dawn biex jorganizza din il-manifestazz- hemm ħidma, sagrifiċċju u esper- il-prinċipji ’l quddiem f’isem nies joni sportiva. jenzi. f’diżabbiltà intellettwali. Il-COVID-19 “Nemmnu li, bħala pajjiż li dejjem Iċ-Chairperson tal-kumitat orga- ħarbtet il-ħajja ta’ kuljum madwar jistinka biex isaħħaħ l-inklużjoni, nizzattiv tal-logħob ta’ Mejju 2022 id-dinja, imma issa ninsabu lesti Malta hi fil-pożizzjoni addattata biex id-Deputat Parlamentari Oliver Scic­ biex nidħlu f’era ġdida ta’ inklużjoni turi s-saħħa tal-abbiltajiet differen- luna qal li, mill-esperjenza tiegħu f’Malta, fl-Ewropa u anke lil hinn ti,” qalet Dr Abela, filwaqt li saħqet li mal-atleti tal-Ispecial Olympics, mil-logħob tal-Ispecial Olympics. l-logħob tal-Ispecial Olympics jagħtu jista’ jixhed li l-isport iwassal biex L-atleta Maltija tal-Ispecial Olymlill-atleti l-opportunità ta’ ħajjithom persuni b’diżabbiltà jemmnu iktar pics Maria James irrakkontat l-esbiex jikkompetu u jiksbu r-riżulta- fil-kapaċitajiet tagħhom u b’hekk perjenza personali tagħha meta ti. Hi kompliet tgħid li l-avveniment jistgħu jimxu iktar ’il quddiem fil- sentejn ilu rrappreżentat lil Maliħeġġeġ ħajja sana u jippromwovi ħajja. Qal li Malta se tkun lesta biex ta f’Abu Dhabi u rebħet il-midalja s-saħħa fiżika u mentali. Għalhekk, fi tilqa’ atleti ta’ pajjiżi differenti li tal-fidda fil-freestyle tal-100 metru żmien meta pajjiżna qed jinvesti ħaffid-dixxiplina tal-akkwatika. Spjegat na fil-kwalità tal-ħajja taċ-ċittadini, il-kuraġġ u l-ferħ li ħasset hekk kif Malta hu l-post ideali fil-ħin ideali kienet aċċettata, inkluża u mfaħħra biex jospita din iċ-ċelebrazzjoni ta’ minn tant nies ta’ kulturi differentalent. ti. Illum tħossha ċittadina kburija Hu meqjus li, wara d-diffikulu determinata biex tegħleb kull tajiet tal-pandemija, l-organizsfida li tiġi quddiemha. Qalet zazzjoni tal-Ispecial Olympics li hija kburija li issa se jkun f’Malta, se toħloq sens ta’ pajjiżna li jospita din il-festa entużjażmu kbir. “Il-poplu ta’ għaqda u japprezza t-talOLIVER SCICLUNA: Malti u Għawdxi se jkun inenti tal-kollegi kollha tagħha. volut f’kull stadju tal-avveni­ L-iffirmar tal-ftehim L-isport iwassal biex persuni ment għax irriduhom ikunu li jagħti l-fondi u r-riżorb’diżabbiltà jemmnu aktar l-logħob tan-nies li permezz si meħtieġa għall-organizfil-kapaċitajiet tagħhom tagħhom innisslu kunfidenza zazzjoni ta’ dan il-logħob sar fl-atleti, niċċelebraw it-talenmis-Segretarju Permanenti u b’hekk jistgħu jimxu ti tagħhom u nuru li Malta hija fil-Ministeru għall-Inklużjoni u aktar ’il quddiem mudell ta’ ugwaljanza,” temmet l-Kwalità tal-Ħajja Matthew Velfil-ħajja tgħid mart il-Prim Ministru. la, mid-Direttur Nazzjonali ta’ SpeIs-Segretarju Parlamentari Clifcial Olympics Malta Anna Calleja u ton Grima spjega kif f’pajjiżna hawn mill-President ta’ Special Olympics madwar 450 atleta li jipparteċipaw Europe Eurasia David Evangelista.


12

30.05.2021

PASS STORIKU LI SAB BILANĊ

RODERICK GALDES Ministru

Bil-vot unanimu tal-Parlament dwar il-kirjiet residenzjali kontrollati matul il-ġimgħa li għaddiet għamilna pass storiku fil-qasam tal-akkomodazzjoni f’pajjiżna. Il-liġijiet il-ġodda jsewwu anomaliji li kienu ilhom igerrbu mis-snin 20 tas-seklu l-ieħor, u bħala Gvern qed nindirizzawhom b’bilanċ maħsub li jipproteġi lil min hu fil-bżonn. Il-liġijiet tal-kera taw solljev fi żminijiet diffiċli għall-poplu Malti. Aktar ma għadda żmien, aktar ma sar progress ekonomiku u aktar ma ssaħħaħ is-suq tal-proprjetà, aktar il-qafas inħass in-

aqqas mid-dritt tas-sidien li jgawdu l-proprjetà tagħhom. L-Istat Malti ilu jħabbat wiċċu ma’ kawżi fil-qrati kostituzzjonali u fil-qorti fi Strasburgu mis-sena 2000. Is-sitwazzjoni qajla tjiebet bl-emendi tal-2010 li ħallew kera miżera u sproporzjonalità. Fir-realtà tal-kirjiet ta’ qabel l-1995, jiltaqgħu d-dritt għat-tgawdija tal-proprjetà u fl-istess ħin id-dritt ta’ saqaf diċenti għal min daħal f’dawn il-kirjiet b’liġi tipproteġih. Meta fl-2017 ingħatajt ir-responsabbiltà tal-qasam tal-akkomodazzjoni, iddeċidejt li nindirizza din ir-realtà għalkemm it-triq kienet twila. Bdejna billi rregolajna s-suq tal-kera biex sar joffri sigurtà u prevedibbiltà u għalhekk joffri alternattiva denja ta’ akkomodazzjoni. Introduċejna benefiċċju tal-kera li jassigura li ħadd ma jħallas aktar minn kemm jiflaħ. Bdejna nattwaw kunċett ġdid ta’ akkomodazzjoni affordabbli filwaqt li sibna kull mod kif insaħħu l-istokk ta’ akkomodazzjoni soċjali. Din ir-rivoluzzjoni fil-qasam tal-akkomodazzjoni

għamlet is-settur jiflaħ għall-bidliet estensivi. Din ir-rivoluzzjoni bidlet il-biża’ ta’ amministrazzjonijiet preċedenti li jindirizzaw is-sitwazzjoni, f’kuraġġ. Il-politika li fassalna dejjem kienet iggwidata mill-konvinzjoni fid-dritt ta’ kull familja li jkollha dar. Din id-darba wkoll żammejna l-prijorità li ħadd ma jispiċċa mingħajr saqaf fuq rasu. Il-qalba tar-riforma hija t-tneħħija tal-wirt tal-kirja protetta jew aħjar il-kontinwazzjoni awtomatika talkera minn ġenerazzjoni għal oħra. Din hija l-aħħar ġenerazzjoni ta’ inkwilini li jista’ jkollha protezzjoni. Hekk is-sidien għall-ewwel darba għandhom ċertezza li l-proprjetà tagħhom se tirritorna għandhom. Sadanittant is-sidien għandu jkollhom id-dritt għal dħul xieraq. Ma setax ikun li l-Gvern jiddeċiedi arbitrarjament x’għandha tkun il-kera mħallsa imma istituzzjoni imparzjali u indipendenti bħalma huwa l-Bord li Jirregola l-Kera li jistipola kera ġusta. Il-liġi ġdida għalhekk tagħti dritt lis-sidien li b’rikors quddiem il-Bord,

l-inkwilini li jkollhom bżonn il-protezzjoni skont it-test tal-mezzi jibqgħu fil-post u jibdew iħallsu kera annwali li tlaħħaq 2% tal-valur tal-proprjetà fis-suq miftuħ, liema valur jiġi stabbilit minn perit indipendenti mqabbad millBord. Il-Kamra tal-Periti, l-esperti fil-valutazzjoni, appoġġjaw il-pożizzjoni tagħna favur kera li tlaħħaq 2% tal-valur tal-proprjetà li jinkludi fih il-potenzjal tas-sit, liema kera tibqa’ tiżdied b’mekkaniżmu awtomatiku skont l-Indiċi tal-Prezz tal-Proprjetà. Il-bilanċ li jassigura l-protezzjoni lil min jeħtieġ u d-dħul xieraq intlaħaq permezz tal-benefiċċju tal-kera b’saħħtu li jaċċerta li inkwilini li jaħdmu ma jħallsux aktar minn kwart tad-dħul tagħhom fuq il-kera waqt li jassorbi ż-żieda kollha filkera għal inkwilini pensjonanti. Mhix kwistjoni ta’ flus biss imma hija s-sensittività li tiddistingwi l-politika soċjali li bnejna. Fhimna mill-bidu li r-riforma tmiss direttament mad-dar tal-familji. Permezz ta’ dipartiment ġdid fl-Aw-

torità tad-Djar se nkunu viċin b’għajnuna minn professjonisti, assistenza u koordinazzjoni sħiħa mingħajr ebda ħlas. Il-benefiċċju tal-kera b’saħħtu flimkien mal-attenzjoni u l-assistenza wiesgħa mill-Awtorità huma li jagħmlu din ir-riforma l-akbar riforma soċjali f’pajjiżna li qed timpatta kemm l-10,000 familja fil-kera u kemm l-eluf ta’ familji ta’ sidien. Ir-riforma tirrifletti l-politika ta’ min jinteressah mill-bżonnijiet li jeżistu fostna. Hija frott riċerka u konsultazzjoni wiesgħa li tat spazju lil kulħadd – inkwilini, sidien, pensjonanti, għaqdiet soċjali, l-industrija u l-Oppożizzjoni. Il-bilanċ li lħaqna huwa pass storiku imma mhuwiex it-tmiem tat-triq. Se nkunu qed naraw li l-proċess ikun spedit waqt li se nkomplu nsaħħu l-provvista ta’ soluzzjonijiet ta’ akkomodazzjoni adekwata u affordabbli. Din ir-rieda li nirriformaw fejn jeżisti l-bżonn u li nagħmlu dan b’sensittività jiddistingwi l-politika soċjali tagħna.

NAQDFU ’L QUDDIEM B’SUĊĊESS

JEAN CLAUDE MICALLEF Membru Parlamentari

Kulma jmur dejjem qed noqorbu lejn sitwazzjoni f’pajjiżna li l-Partit Nazzjonalista qed isir irrelevanti waqt li l-Partit Laburista jkompli jinbidel. Ħa nkun ċar, li tbiddel ma jfissirx li dejjem tajjeb imma li ma tbiddilx ifisser li tistaġna. Fil-PN biddlu 3 darbiet il-Kap tagħhom f’leġiżlatura u nħalli f’idejkom tgħidu jekk marrux għall-aħjar. Li jispikka huwa l-fatt li anke jekk diversi żgħażagħ iridu jipparteċipaw biex

ibiddlu l-istatus quo, fil-PN mhux talli ma jsibux post talli saħansitra jiġu kkalpestati jew maħruqa mal-ewwel sinjal ta’ potenzjal li ‘jistgħu jagħmluha’. Sfortunatament din hi biża’ mill-bidla, nuqqas ta’ fiduċja fil-viżjoni żagħżugħa u aktar minn kollox staġnar ta’ mentalità u apatija tal-establishment. Mill-aspett l-ieħor nieħu pjaċir nara moviment immexxi mill-Partit Laburista jimbotta fuq quddiem esponenti żgħażagħ li ma jiddejqux jgħiduha kif jaħsbuha. Anzi ta’ min wieħed josserva li kemm-il darba ż-żgħażagħ Laburisti jkunu saħansitra katalisti biex jisfidaw il-ħsibijiet fuq policies u trends anke ta’ Gvern Laburista stess. Dak hu l-moviment tal-ħassieba. Kull min jafni, jaf kemm jien persuna radikali fl-attitudni minkejja r-rispett kbir lejn il-ħsieb tradizzjonali. Ċertament li ngħożż għalhekk lil kull minn kapaċi jilqa’ sfida u jkun miftuħ għal ħsibijiet li huma kuntrastanti għall-mod

li jgħix waqt li jżewwaq l-ideat tiegħu ma’ t’oħrajn. Dan l-atteġġjament ma jfissirx li wieħed jinġarr mal-mewġ jew idur ma’ kull riħ. Kunċett li ninnota li ħafna jonqsu milli verament japprezzaw ilkapaċità ta’ min bi prinċipju lest jisma’, jifhem u jgħarbel opinjonijiet kuntrastanti biex proprju jsaħħaħ il-prinċipju tiegħu. Dan hu li jiddistingwi politiku sod minn dgħajjef. Bħal għawwiem, li jaf fejn irid jasal iżda lest jadatta modi ta’ qdief differenti u jaffaċċja l-mewġ minn perspettivi differenti. Tant, li ħalel li qabel setgħu tellfuh f’tip ta’ moviment, jagħraf jadatta stil li eventwalment jgħinu jasal fit-tragward destinat. Din il-bidla fl-istil rajnieha wkoll fit-tmexxija tal-Partit Laburista mmexxi minn Robert Abela. Indubjament li rajna wkoll tibdil fil-mewġ li qed naffaċċjaw, bil-pandemija saħansitra narawha tgħerreq pajjiżi ġirien tagħna. Grazzi għall-Prim Ministru tagħna u d-Deputat Prim

Ministru aħna għadna naqdfu u naqbżu l-mewġ. Mewġa waħda biss ma nbidlitx. Il-mewġa ta’ negattività lejn pajjiżna mill-Partit Nazzjonalista. Bl-aktar mod iddisprat il-mewġ żdied fil-frekwenza lejn kull suċċess imħabbar. Maħluq biss minn għatx kbir għall-poter minn dawk li meta kellhom il-pajjiż f’idejhom, ġabuh għarkupptejh. Bħalma tikber il-mewġa ta’ negattività lejn il-poplu Malti u min imexxiha, hekk ukoll jisaħħaħ il-poplu Malti kontra din il-mewġa negattiva. Bħala poplu magħqud nafu li fis-siegħa tal-prova nirbħu kull sfida. Iktar ma joqrob iż-żmien aktar resqin lejn mewġa ta’ Maltin u Għawdxin li jingħaqdu kontra n-negattività tal-Partit Nazzjonalista. Partit li nħakem minn elitisti li akkost ta’ kollox lesti jgħerrqu anke lili ħuthom stess. Rajnieha ssir bl-iktar mod viljakk aktar minn darba u sfortunatament fost xi wħud anke indrat daqslik-

ieku n-norma. M’hemm anqas mistħija li wieħed iwassal s’hawn u eżempju ta’ dan huma bosta kummenti fuq il-midja soċjali. Min ma jistħix minna, m’għandniex għalfejn nistħu minnu. M’għandna qatt naġixxu jew nilagħbu l-istess logħba li min-naħat opposti jipprovokaw. Għandna nkunu aħna li nagħrfu nagħżlu stili ġodda ta’ kif inkattru aktar ġid nazzjonali, nagħtu aktar saħħa lil min bi stil jeċċella f’argumentattiva li ġġib fix-xejn kull attakk negattiv u neleġġu ‘qaddiefa’ li b’viżjoni jagħrfu l-mewġ biex inwasslu politika inklussiva li tarana nirnexxu flimkien. L-għaqal tagħna ma jridx jieqaf biss li nikkonservaw Gvern Laburista imma li nagħrfu nsostnu lill-Prim Ministru Robert Abela li jixpruna enerġija żagħżugħa li jġib lil pajjiżna jħares lejn futur li jkun suċċess għal Malta, għall-Partit u kull ċittadin li jilħaq l-aspirazzjonijiet tiegħu.


13

30.05.2021

FL-INTERESS TAL-ANZJANI

MICHAEL FARRUGIA Ministru

L-anzjani gawdew minn diversi inizjattivi matul dawn l-aħħar tmien snin. Mhux huma biss. Gawdew l-istrati kollha tas-soċjetà b’kull mod, dak dirett u anke indirett. Ir-roħs fil-kontijiet taddawl u l-ilma kien l-ewwel pass biex jgħin familji u negozji. S’issa dan fisser nofs biljun, jew aħjar, 500 miljun ewro fil-bwiet tal-familji Maltin u Għawdxin. Ir-rati tat-tariffi huma r-raba’ l-irħas fl-Unjoni Ewropea. Deċiżjoni għaqlija

li naqqset b’aktar minn tliet kwarti tan-nies li kienu f’riskju ta’ faqar. Apparti minn hekk, bħala Ministru responsabbli bdejna riforma fil-pensjonijiet. Wara 25 sena, bl-ebda żieda fil-pensjonijiet, il-pensjonijiet qed jiżdiedu b’mod sostanzjali minn sena għall-oħra tul dawn l-aħħar sitt snin. Ittaxxa fuq il-pensjoni tnaqqset ukoll u għal xi wħud tneħħiet għalkollox. Barra minn hekk, l-anzjani ngħataw numru ta’ benefiċċji oħra fosthom użu għal ħafna minnhom ta’ trasport pubbliku bla ħlas. Sadanittant issaħħew diversi servizzi bla ħlas biex anzjani jkompu jgħixu fil-komunità. Bħalissa qed issir evalwazzjoni ta’ dawn isservizzi u anke awditjar ta’ wħud mis-servizzi ħalli jkunu jistgħu jiġu mtjeba. Fl-istess ħin qed naraw x’servizzi ġodda hemm bżonn li jiddaħħlu. Tul il-perjodu tal-pandemija rajna li mhux biss jittieħdu l-passi biex l-anzjani jkunu

protetti kemm jista’ jkun possibbli, imma utilizzajna l-ħin biex naraw x’inizjattivi ġodda jridu jiġu implimentati. Minkejja s-servizzi ġodda li bdejna ndaħħlu, il-prijorità tibqa’ l-enfasi fuq li ngħollu l-kwalità tas-servizzi kollha. Għal din ir-raġuni nbeda proċesss ta’ riċerka mnedija mill-Awtorità tal-Istandards ta’ Ħarsien Soċjali biex tgħin il-ħidma tal-Ministeru ħalli dak li jiġi implimentat ikun ibbażat fuq evidenza. Din l-inizjattiva ser tassigura li jkun hemm numru ta’ indikaturi li jassiguraw u jsostnu livell ta’ kwalità. L-iskop ta’ dan l-eżerċizzju huwa li tiġi studjata s-sitwazzjoni fid-djar kollha tal-anzjani u li tittieħed azzjoni fil-mument opportun dwar kwistjonijiet li jaffettwaw lir-residenti u lill-ħaddiema li jieħdu ħsiebhom. Stajna naslu għal dawn il-passi wara li ħadna l-inizjattiva li bdiet fl-ewwel ġurnata tas-sena l-ġdida fejn ingħata bidu għat-tilqim kontra l-pandemija fir-Residenza

San Vinċenz de Paul u d-djar kollha tal-anzjani kemm talGvern kif ukoll dawk privati u tal-Knisja. Aktar minn 90% tal-anzjani u tal-ħaddiema diġà tlaqqmu kompletament kontra l-pandemija. It-tilqim tal-anzjani li jgħixu fil-komunità ngħata prijorità għax dawn l-anzjani huma meqjusa bħala persuni l-aktar vulnerabbli fis-soċjetà. Sal-lum 95% ta’ persuni ’l fuq minn 60 sena diġà huma mlaqqma kompletament. Irrid nieħu l-opportunità li nirringrazzja lill-ħaddiema kollha f’San Vinċenz de Paul, fid-djar kollha tal-anzjani u dawk li baqgħu jagħtu servizz lill-anzjani fil-komunità tul l-aħħar 15-il xahar ta’ pandemija. Imma rrid nirringrazzja lill-ħaddiema f’San Vinċenz de Paul, djar għall-anzjani, tad-Dipartiment tal-Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità u tal-Awtorità tal-Istandards għas-Servizzi Soċjali tal-ħidma bla waqfien biex mhux biss laqqmu f’nofs il-ħin l-anzjani f’residenzi differenti

imma wkoll lil dawk il-persuni li ma joħorġux minn djarhom, persuni b’diżabilità, kif ukoll lill-pubbliku ta’ kull età fil-binja tal-Awtorità tal-Istandards f’Santa Venera. Hawnhekk qed ilaqqmu madwar 800 persuna kuljum. Issa bdejna nimplimentaw dak li fl-aħħar sitt xhur ippjanajna ’l quddiem. Kull servizz ġdid li qed indaħħlu, kif ukoll dawk li qed jittejbu, qed inżommu f’moħħna mhux l-anzjani biss imma wkoll il-familja estiża.

Ir-roħs fil-kontijiet tad-dawl u l-ilma kien l-ewwel pass biex jgħin familji u negozji

IL-FONDI EWROPEJ INVESTITI B’GĦAQAL

STEFAN ZRINZO AZZOPARDI

Segretarju Parlamentari

Qasam ieħor li qed nagħmlu suċċess fih huwa dak tal-Fondi Ewropej. Fondi li permezz tagħhom qed inwettqu investimenti importanti għal pajjiżna. Is-suċċess tagħna huwa wkoll rikonoxxut mill-istituzzjonijiet Ewropej. Il-Partit Popolari Ewropew, li jifforma parti minnu l-Partit Nazzjonalista għamel tentattiv biex jattakka lil pajjiżna. Tentattiv li sfaxxa fix-xejn bid-dikjarazzjonijiet pożittivi li għamlu l-istituzzjonijiet Ewropej dwar pajjiżna. Ippruvaw jattakkaw il-ħidma li qegħdin inwettqu b’Fondi Ewropej. Pajjiżna ħareġ b’ċertifikat pożittiv

dwar il-ħidma li qegħdin in- tal-qasam agrikolu, ir-rapwettqu. preżentanta tal-Kummissjoni Ewropea rrappurtat li ma Ċertifikat pożittiv kien hemm l-ebda każ ta’ fromill-Istituzzjonijiet Ewropej di fil-qasam tal-fondi agrikoli. Saru biss rakkomandazzjonijiet Għal dan id-dibattitu kienu biex titjieb l-amministrazzjoni mistiedna jagħtu l-veduti tal-Aġenzija tal-Ħlasijiet. tagħhom kemm il-KummissHuwa ta’ sodisfazzjon nara joni Ewropea kif ukoll l-istituzz- anke li r-rappreżentant taljoni investigattiva tal-Unjoni OLAF, Bianchi Ernesto, stqarr Ewropea magħrufa bħala OLAF. li l-aġenzija tiegħu ma ltaqgħet U Malta ħarġet bl-unuri wara mal-ebda każ ta’ frodi fl-użu l-interventi li għamlu l-uffiċ- tal-Fondi Ewropej f’Malta jali li jirrappreżentaw dawn fid-dawl tal-investigazzjonil-istituzzjonijiet. Ir-rappreżen- jiet li kienu jsiru minn Daphtant tal-Kummissjoni Lopez ne Caruana Galizia. Mill-2011 Sanchez qal li l-użu tal-fondi ’l hawn l-OLAF għamlu seba’ Ewropej f’Malta huwa wieħed rakkomandazzjonijiet lil Malta sodisfaċenti u l-Kummissjoni u dawn ħadmu fuqhom l-awma rċeviet l-ebda indikazzjoni toritajiet Maltin. L-Olaf tenniet li seta’ kien hemm xi nuqqasiji- li l-awtoritajiet Maltin dejjem et serji f’dan ir-rigward. Dawn ħadmu fil-qrib mal-OLAF, li in-nuqqasijiet kienu minimi u n-numru ta’ irregularitajiet irl-Awtorità li tagħmel l-awditjar rapportati kompla jonqos sena tal-fondi qiegħda taħdem tajj- wara l-oħra u li Malta għandha eb tant li n-numru ta’ audits li sistemi li qed jaħdmu tajjeb fljsiru huwa wieħed kbir meta użu tal-Fondi Ewropej. mqabbel ma’ dak li jiġri fl-istati Ma kellna l-ebda dubju li dimembri l-oħra. battitu bħal dan fil-Kumitat Kull meta l-Awtorità tal-Parlament Ewropew keltal-Awditjar għamlet rakko- lu jintemm kif fil-fatt intemm mandazzjonijiet biex jitjie- imma qatt ma nistgħu nkunu bu l-affarijiet, dawn twettqu nafu kemm tkun kbira l-ħsara mill-awtoritajiet Maltin. Ir-rap- li jkunu qed jippruvaw jagħmlu preżentant tal-Kummissjoni l-esponenti Nazzjonalisti fil-kusaħansitra faħħar il-koperazz- rituri tal-Parlament Ewropew. joni tajba li teżisti mal-awtor- Fondi Ewropej investiti biex itajiet Maltin. Anke min-naħa tejjibna l-ħajja tan-nies

Malta għandha rekord sabiħ ħafna ta’ kif irnexxielha tassorbi l-Fondi Ewropej li akkwistat matul l-aħħar 17-il sena li ilha stat membru. Kien bil-għaqal tal-Gvern Laburista li hekk kif tela’ fil-Gvern fl-2013 ħadem bis-sħiħ biex ix-xogħol li kien waqa’ lura fuq l-infiq tal-baġit Ewropew għas-snin 2007-2013 jintefaq bil-għaqal u malajr kemm jista’ jkun għaliex kien hemm il-periklu li jintilfu miljuni kbar ta’ fondi. Fl-2015 konna temmejna b’suċċess dan l-infiq fi proġetti kbar u ta’ siwi għall-poplu Malti u Għawdxi. L-istess bqajna mexjin bil-programm ta’ seba’ snin li għalaq f’Diċembru li għadda li iżda nistgħu nkomplu nattwawh sa tmiem l-2023. Flaħħar seba’ snin rajna proġetti kbar li twettqu b’fondi Ewropej flimkien ma’ Fondi Nazzjonali. Saru proġetti kbar ta’ infrastruttura fit-toroq tagħna, proġetti ta’ riġenerazzjoni ta’ binjiet fil-Belt Valletta, restawr kbir tal-wirt storiku tagħna u anke tal-patrimonju ekkleżjastiku tal-Knejjes Maltin. Għaddej ix-xogħol fuq il-bini tal-campus il-ġdid tal-MCAST u l-bini taċ-Ċentru Reġjonali tas-Saħħa f’Raħal Ġdid. Kellna mbagħad il-proġetti kbar fl-oqsma tal-edukazzjoni,

ix-xogħol u t-taħriġ u anke dak soċjali. Infaqna l-miljuni ta’ ewro biex għenna lill-intrapriżi ta’ daqs żgħir u medju. Fuq kollox, komplejna nirsistu għal Malta meta f’Lulju tas-sena l-oħra, il-Prim Ministru Robert Abela kkonkluda negozjati twal u ibsin li kellna mal-Kummissjoni Ewropea biex ksibna għal Malta, €2.27 biljun għas-seba’ snin li ġejjin. Hekk għandha tkun il-ħidma favur Malta. Hekk ħa nkomplu naħdmu biex dawn il-fondi kbar inkomplu ninvestuhom f’pajjiżna ħalli ntejbu aktar ilħajja tal-poplu Malti u Għawdxi kollu.

Malta għandha rekord sabiħ ħafna ta’ kif irnexxielha tassorbi l-Fondi Ewropej li akkwistat matul l-aħħar 17-il sena li ilha stat membru


14

30.05.2021

KARRIERA FIS-SERVI GĦAJNEJN IT-TFA Fl-okkażjoni tal-Ġimgħa għas-Servizz Pubbliku, li tnediet nhar il-Ġimgħa li għadda, ilbieraħ fetħet wirja unika ta’ kitbiet u tpinġijiet minn tfal tal-Primarja dwar kif jaraw lilhom infushom f’karriera fil-ġejjieni. Il-wirja qed issir fis-sotterran tal-Berġa ta’ Kastilja li rarament jinfetaħ għall-pubbliku u se tilqa’ l-viżitaturi kuljum minn għada sal-Ġimgħa bejn l-10:00 a.m. u s-6:00 p.m. Aktar minn 620 tifel u tifla wrew ix-xewqa li meta jikbru jagħmlu differenza pożittiva fil-ħajja tan-nies billi jaqbdu karriera fis-Servizz Pubbliku. Dawn it-tfal ħadu sehem f’kompetizzjoni organizzata mill-Uffiċċju tas-Segretarju Permanenti Ewlieni bit-tema “X’Tixtieq Issir La Tikber?”. Il-kompetizzjoni għat-tfal tar-Raba’, ilĦames u s-Sitt Sena tal-Primarja xprunat lil din il-ġenerazzjoni tal-futur biex jaħsbu dwar is-Servizz Pubbliku u karriera li jixtiequ jaqbdu la jikbru. It-tfal rebbieħa ngħataw premjijiet f’attività li saret apposta għalihom bħala parti mill-Ġimgħa għas-Servizz Pubbliku, waqt li x-xogħlijiet kollha sottomessi issa jinsabu għall-wiri fis-sotterran tal-bini meraviljuż, li jospita l-Uffiċċju tal-Prim Ministru. Mit-tweġibiet tal-parteċipanti dwar x’jixtiequ jsiru meta jikbru, jirriżulta li 22% huma mħajrin għal karrieri

bħala tobba, infermieri, spiżjara jew xjentisti; 18% jixtiequ jaqbdu t-triq tal-pittura, l-iskultura, l-istorja jew l-isport; 15% jixtiequ jsiru pumpieri, pulizija jew suldati; 14% jitħajru jsiru għalliema; u 10% jagħżlu karriera qalb in-natura u l-annimali. Inżilna fis-sotteran ta’ Kastilja ftit qabel fetħet il-wirja fejn mhux biss osservajna l-esebiti u l-perspettiva li t-tfal jagħtu lil ħafna servizzi essenzjali fil-ħajja, iżda wkoll kif din se tinvolvi b’mod attiv lit-tfal u lill-kbar. Il-wirja tinkorpora wkoll tagħrif edukattiv dwar l-istess binja u l-faċilitajiet tagħha mibnija mill-Kavallieri wara l-Assedju l-Kbir. F’kelmtejn waqt il-premjazzjoni lit-tfal ilbieraħ, is-Segretarju Permanenti Ewlieni Mario Cutajar qal li x-xewqat li esprimew it-tfal jirriflettu l-varjetà kbira ta’ karrieri li joffri s-Servizz Pubbliku. In-numru sabiħ ta’ xogħlijiet li bagħtu l-istudenti jawgura tajjeb li l-pedamenti li nbnew fl-aħħar snin permezz tat-tiġdid fisServizz Pubbliku se joffru futur sabiħ lit-tfal tagħna. Dawn ix-xogħlijiet jindikaw li t-tfal qed jifhmu kemm isServizz Pubbliku joffri xogħlijiet eċċitanti u importanti, u li verament l-istudenti jistgħu jaspiraw għal karriera fis-Servizz Pubbliku.


15

30.05.2021

IZZ PUBBLIKU MINN AL F’WIRJA UNIKA Nhar is-Sibt 5 ta’ Ġunju, is-Servizz Pubbliku wkoll se jiftaħ il-bibien tad-dipartimenti tiegħu għat-tfal kollha li ħadu sehem f’din il-kompetizzjoni, biex jagħtihom l-opportunità li jqattgħu ftit sigħat fil-postijiet tax-xogħol li huma miġbudin lejhom. Fit-tnedija tal-Ġimgħa għas-Servizz Pubbliku, Cutajar qal li fuq il-bażi tal-istudji li saru dwar il-ħidma mwettqa, is-Servizz Pubbliku issa se jkollu strateġija ta’ ħames snin biex isaħħaħ lilu nnifsu. Din l-istrateġija, għall-ewwel darba, se tiġbor flimkien it-tliet elementi ewlenin li fuqhom jaħdem is-Servizz Pubbliku, jiġifieri t-teknoloġija, in-nies, u s-servizz u l-kwalità tiegħu. Dawn huma l-elementi li l-Ġimgħa għas-Servizz Pubbliku se tkun qed tiddiskuti bi tħejjija għal din l-istrateġija. Fil-konferenza tal-aħbarijiet tnediet ukoll it-tieni edizzjoni tal-pubblikazzjoni ‘Ħidma tas-Servizz Pubbliku’, li tagħti rendikont tal-miżuri ta’ simplifikazzjoni mwettqa, tal-ħidmiet prinċipali ta’ ministeri differenti, kif ukoll ħidma oħra mwettqa mis-Servizz Pubbliku matul dawn l-aħħar 12-il xahar. Minn din il-pubblikazzjoni joħroġ li s-Servizz Pubbliku wettaq mat-80% tal-miżuri ta’ simplifikazzjoni li imbarka fuqhom is-sena li għaddiet. B’kollox twettqu

mal-127 miżura ta’ simplifikazzjoni fl-2020. Dawn il-miżuri jinkludu fost oħrajn applikazzjonijiet online għal għajnuniet soċjali, servizzi oħra online fil-qrati biex jgħinu fir-riċerka dwar sentenzi mogħtija, aċċessibbiltà sħiħa għall-kuntratti pubbliċi fl-Uffiċċju tan-Nutar tal-Gvern, u sistemi elettroniċi f’bosta oqsma – bħat-tagħrif dwar il-biedja, l-Istitut għall-Edukazzjoni, u l-proprjetà intellettwali. Is-Segretarju Permanenti Ewlieni qal li din il-ħidma kollha ssarrfet f’fiduċja għolja tal-poplu fis-Servizz Pubbliku, tant li ċifri tal-Ewrobarometru juru li l-fiduċja f’Malta qabżet bi 12% dik tal-medja Ewropea. Hu ta wkoll tagħrif dwar il-programm estensiv tal-Ġimgħa għas-Servizz Pubbliku, li jinkludi laqgħat mal-klijenti, kunċerti virtwali, għoti ta’ unuri u l-wirja b’xogħlijiet mit-tfal li fetħet ilbieraħ. Is-Servizz Pubbliku jibbaża fuq tliet binarji prinċipali – servizz ta’ kwalità, investiment f’teknoloġija biex isservizzi jaslu għand iċ-ċittadini u n-nies infushom. Dan jista’ jiġi ssimplifikat f’eżempju bażiku tal-istudenti li qed jitgħallmu fl-iskejjel, bl-aqwa teknoloġija bl-użu tal-informatika u t-tablets, taħt il-gwida tal-aqwa edukaturi possibbli.


16

30.05.2021

ROBERT IL-MEXXEJ LI NEĦTIEĠU KATYA DE GIOVANNI KANDIDATA GĦAR-4 DISTRETT

Katya trabbiet il-Fgura u hija bint l-ewwel Sindku tal-Fgura Anthony De Giovanni kif ukoll ta’ Ruth De Giovanni li kienet kemm għalliema kif ukoll mexxiet l-iskola Primarja A tal-Fgura għal ċertu żmien. Katya studjat l-Università ta’ Malta u kisbet Baċellerat bl-Unuri fil-Psikoloġija u l-Komunikazzjoni fejn anke ġiet l-ewwel fit-Teżi. Katya ggradwat mill-Ingilterra diversi drabi f’livell ta’ Masters u anke Dottorat fejn speċjalizzat fuq il-Psikoloġija taż-Żgħażagħ. Hija mexxiet l-Istitut għas-Servizzi fil-Komunità ġewwa l-MCAST u kellha f’ idejha l-korsijiet tal-Hairdressing, Beauty Therapy, Care, Childcare, Sports u Xjenza Applikata. Bħalissa Katya taħdem bħala lettur fid-Dipartiment tal-Psikoloġija u Direttur l-Università ta’ Malta fejn baqgħet tagħmel l-almu tagħha fl-ambitu edukattiv billi tmexxi l-Cottonera Resource Centre. Hija Chairperson u tmexxi l-bord fejn jingħataw il-warrants lill-Psikologi l-ġodda u tmexxi wkoll il-Bord tal-Awtorità ta’ Standards tal-Ħarsien Soċjali. Hija wkoll konsulent f’diversi kumpaniji lokali fejn tagħti pariri fuq ingaġġ ta’ ħaddiema u tmexxija fost oħrajn. Fil-passat Katya wkoll iggradwat fil-pjanu u għamlet xi żmien tgħallem xi studenti. PROFESSJONI - Psikologa speċjalizzata fuq il-Qasam tax-Xogħol u Lettur Anzjan l-Università ta’ Malta

PASSATEMP – Mużika, qari, żfin, arti u kull ħaġa li għandha x’taqsam mal-kultura.

STAT – Miżżewġa ma’ Kenneth Chircop. Għandha tifel ta’ 13-il sena li jismu Izak u hu għandu tifla li wkoll għandha 13-il sena li jisimha Serena.

KTIEB FAVORIT – My Own Words ta’ Ruth Bader Ginsberg u Dibs in Search of Self ta’ Virgina Axline. Jogħġbuha kemm kotba u films li jittrattaw stejjer li jkunu ġraw veru.

LOKALITÀ FEJN TGĦIX - Ħal Tarxien IKEL FAVORIT – Għandha ħafna. Laħam ta’ kull tip u kwalità, għaġin bi zlazi differenti, frott tal-baħar u ħut. Tħobb il-ħelu wkoll, l-aktar iċ-ċikkulata. Tammetti li tħobb tiekol.

Għalfejn iddeċidejt li tikkontesta mal-Partit Laburista? Jiena trabbejt fi ħdan il-Partit Laburista. Kont kemm-il darba niġri ma’ missieri biex jarma xi palk għal xi attività tal-partit. Kont ukoll ngħin kemm nista’ lill-mibki Dr Karl Chircop li huwa prim kuġin tiegħi. Wara esperjenza ta’ ’l fuq minn 20 sena fl-ambitu edukattiv u anke psikoloġiku, rajt li wasal iż-żmien li nkun

ĦSIEB TA’ ISPIRAZZJONI – Taqta’ qalbek qatt. Min ma żbaljax qatt ma għamel xejn. Isma’ aktar milli titkellem għax għandek għalfejn titgħallem xi ħaġa mingħand kulħadd. Kull ġurnata hija rigal u tagħżel li kemm jista’ jkun tipprova tagħmel il-ġid u li tħalli linnies li jkunu madwarha sereni u kuntenti.

aktar ta’ servizz liċ-ċittadin b’mod dirett. F’xogħli dejjem ipprattikajt il-ġustizzja socjali. Rajt kemm nies ma laħqux il-potenzjal tagħhom għaliex ma ngħatawx l-opportunitajiet li kien ħaqqhom minn fuq il-bank tal-iskola jew inkella minħabba xi problemi li setgħu tefgħuhom lura b’xi mod jew ieħor. Il-Partit Laburista fil-Gvern dejjem wera kemm hu ta’ spalla għall-poplu u hekk nixtieq li nagħmel jien. Li nkun ta’ spalla għall-ħaddieħor sabiex jasal fejn

jixtieq. Xi tħoss li huma l-akbar kisbiet li għamel il-Gvern Laburista fl-aħħar snin? L-aktar kisba kbira u li hija l-qofol ta’ kollox hi li ġab lill-poplu Malti jemmen li jista’ jkun l-aqwa u l-aħjar mhux biss fl-Ewropa imma fid-dinja. Fil-verità r-riżorsa umana hija l-aqwa riżorsa li għandna f’pajjiżna u Gvern Laburista għen lill-poplu jemmen fih innifsu sabiex jiġi ġġenerat il-ġid. Dan kollu sar filwaqt li ġie ġġenerat ħafna investiment barrani fl-ekonomija ta’ pajjiżna sabiex kien hemm il-flus x’ninvestu f’oqsma soċjali u edukattivi. L-anzjani żdiditilhom il-pensjoni u ġew stmati għall-kontribut kbir li taw lil pajjiżna. Bqajna nisħqu fuq il-kwalità tas-servizzi li jingħataw fid-djar residenzjali sabiex naċċertaw ruħna li flus il-poplu qed jintnefqu bil-ghaqal. Saħħaħna l-infrastruttura ta’ pajjiżna sabiex innaqqsu ż-żmien fit-toroq tagħna u l-emissjonijiet mill-karozzi. Komplejna b’sussidju ghal dawk li jixtiequ jinvestu f’enerġija alternattiva u komplejna telgħin fil-quċċata fejn jidħlu drittijiet ċivili. Irrid insemmi wkoll li dan huwa Gvern Laburista ta’ kuraġġ kbir li ma ddejjaqx jieħu deċiżjonijiet li kienu ilhom fuq l-ixkaffa s-snin. Fost dawn id-deċiżjonijiet insibu d-dritt li persuna tkun tista’ tiżżewweġ lil min tassew tħobb u l-liġi tal-ugwaljanza tal-ġeneru fil-Parlament li ser tassigura r-rappreżentanza ekwa fil-Parlament Malti. X’impressjoni ħadt bid-deċiżjonijiet li

ħa Robert Abela fl-aħħar xhur? Robert Abela huwa l-mexxej li għandu bżonn pajjiżna f’dan il-mument. Nibda billi ngħid li huwa persuna li wara li jkun ikkonsulta u sema’ mingħand kulħadd, ma jibżax jieħu d-deċiżjonijiet u allura jġib ċertu serħan il-moħħ fil-pajjiż għaliex kulħadd ikun jaf fejn qiegħed u x’għandu jistenna. F’mument diffiċli immens fejn seta’ kellna riċessjoni kbira wera li mhuwiex baħħar tal-bnazzi iżda par spallejn sodi li refa’ r-responsabbiltà tat-tmexxija ta’ pajjiżna bl-aktar mod għaqli. Wera biċ-ċar li l-Partit Laburista fil-Gvern huwa tassew it-tarka tal-ħaddiem billi poġġa lill-ħaddiem fil-qofol ta’ kull deċiżjoni li ttieħdet sabiex ħadd ma jibqa’ lura. X inhi l-ħolma tiegħek għal Malta? Jien noħlom f’Malta fejn it-teknoloġija nużawha b’mod għaqli u li ma tirkibx ħajjitna. Għaldaqstant, inħoss li rridu naħdmu aktar fejn jidħol il-bilanċ bejn is-sigħat li nagħmlu x-xogħol u l-ħin mal-familja. Noħlom ukoll li wliedna ma jkollhomx stress fl-istudju u li jkun hemm aktar suġġetti ta’ kultura fl-iskejjel. Nemmen ukoll li wliedna għandhom ikollhom il-ħin biex jaħsbu u jikkreaw aktar milli joqogħdu jitgħallmu ħafna kontenut li llum il-ġurnata jistgħu jsibuh faċilment minn fuq l-internet. Nemmen li rrid nara aktar parteċipazzjoni taż-żgħażagħ fit-tmexxija fuq livell lokali u nazzjonali. Dan għandu jsir billi nassiguraw il-parteċipazzjoni tal-anzjani tagħna fis-soċjetà u li jibqa’ jkun hemm spazju xieraq fejn dawn ikunu jistgħu jipparteċipaw u jikkontribwixxu. Irrid pajjiż aktar seren b’anqas inġenji u traffiku fit-toroq tagħna. Nemmen li għandu jkollna sistema ta’ trasport aktar effiċjenti li issa tista’ ssir bl-investiment tal-infrastruttura li għamel dan il-Gvern. Fl-aħħar mill-aħħar noħlom li jkollna soċjetà aktar tolleranti għall-opinjonijiet u l-bżonnijiet ta’ kulħadd. B’hekk tassew inkunu nistgħu ngħidu li qed inkunu inklussivi. Jien ser nimpenja ruħi biex kemm jista’ jkun din il-ħolma nagħmilha realtà bil-fiduċja li jogħġbu


17

30.05.2021

MINN DEFIĊITS GĦAL SURPLUSES KEITH TANTI

KANDIDAT GĦALL-1 DISTRETT Miżżewweġ lil Alexia, missier ta’ żewġt itfal, Sindku tal-Lokal Tal-Pietà u kandidat għall-elezzjoni ġenerali mal-Partit Laburista fuq l-ewwel distrett PROFESSJONI - Accountant STAT – Miżżewweġ LOKALITÀ FEJN JGĦIX – Tal-Pietà IKEL FAVORIT – Pizza u għaġin

Għalfejn iddeċidejt li tikkontesta mal-Partit Laburista? Ilni nagħti sehmi fil-Partit Laburista sa minn meta kelli 16-il sena, dak iżżmien fil-customer care, l-Assistenza Ċittadin. Imbagħad involvejt ruħi fil-kumitat lokali Tal-Pietà u għal xi snin servejt ukoll fl-Eżekuttiv tal-Forum Żgħażagħ Laburisti. Ilni Sindku Tal-Pietà sa mis-sena 2013. Il-Partit Laburista spiss jitkellem dwar il-bżonn li jkompli jiġġedded u l-Prim Ministru spiss jgħid li jrid jara iktar żgħażagħ fit-tmexxija. B’dan f’moħħi u mħeġġeg minn ħafna nies ilqajt it-talba biex inkun kandidat għall-elezzjoni ġenerali li jmiss. Xi tħoss li huma l-akbar kisbiet li għamel Gvern Laburista fl-aħħar snin? Fil-fehma tiegħi Gvern Laburista flaħħar tmien snin kien bil-wisq aħjar minn tmexxija Nazzjonalista ta’ 25 sena. Nibda biex, Gvern Laburista għall-kuntrarju ta’ Gvernijiet Nazzjonalisti kien kapaċi jwettaq il-wegħdiet tal-manifesti elettorali tiegħu. Fil-qasam finanzjarju Gvern Laburista kien kapaċi jibdel kultura ta’ dejn u defiċit għal waħda ta’ surplus, tfaddil u għaqal. B’din it-tmexxija għaqlija, l-ekonomija tagħna kibret b’rata fenomenali u x-xogħol beda verament jiġri wara l-ħaddiema. Fl-istess

PASSATEMP – Isegwi l-futbol u qari dwar l-istorja KTIEB FAVORIT – Il-Bibbja ĦSIEB TA’ ISPIRAZZJONI – “Ġid lil kulħadd u deni lil ħadd” - San Ġorġ Preca

ħin b’inċentivi bħal childcare b’xejn, iktar nisa ħarġu fid-dinja tax-xogħol. Ix-xogħol li qiegħed isir fil-qasam tal-infrastruttura huwa wieħed bla preċedent. Fil-qasam tas-saħħa tnaqqsu l-waiting lists filwaqt li l-mediċini out of stock huma biss memorji koroh tal-passat. Kif baqa’ jiġġedded il-Partit Laburista tul is-snin? Biex titwieġeb din il-mistoqsija wieħed kull m’għandu jagħmel huwa li jikkumpara l-grupp parlamentari tal-Partit Laburista ma’ dak tal-Partit Nazzjonalista. Fuq naħa l-grupp parlamentari Laburista huwa magħmul minn ħafna żgħażagħ li ħafna minnhom servew f’Kunsilli Lokali filwaqt li l-Oppożizzjoni Nazzjonalista hija magħmula minn membri parlamentari li servew f’kabinetti li ġew skreditati mill-poplu. X’impressjoni ħadt bid-deċiżjonijiet li ħa Robert Abela fl-aħħar xhur? Nibda biex Robert Abela daħal għat-tmexxija tal-pajjiż f’mument politiku delikat u sensittiv ħafna. Ftit tal-ġimgħat wara faqqgħet il-pandemija li ġabet lid-dinja għarkupptejha. Meta l-previżjonijiet kemm mediċi kif ukoll ekonomiċi kienu koroh ħafna, grazzi għat-tmexxija għaqlija tiegħu mhux talli dan ma seħħx talli pajjiżna baqa’ miexi b’pass relattivament tajj-

eb. Jien inħobb ngħid li Robert Abela diġà wera x’kaptan huwa meta kellna l-maltemp u l-baħar kien imqalleb. Nimmaġinaw biss b’Robert Abela fittmun ta’ pajjiżna kemm qed jistennewh żminijiet ferm isbaħ meta nkunu kompletament ħriġna mill-pandemija. X’inhi l-ħolma tiegħek għal Malta? Fl-aħħar tmien snin il-poplu Malti ra titjib sostanzjali fil-kwalità tal-ħajja

tiegħu. Nixtieq li pajjiżna jibqa’ miexi ’l quddiem fejn in-nies ikomplu jgħixu ħajja iktar komda fejn jibqa’ jkollna sistema ta’ saħħa effiċjenti mingħajr ħlas, edukazzjoni għal uliedna tal-ogħla kwalità, kundizzjonijiet u pagi aħjar għall-ħaddiema kollha, l-anzjani jgawdu ħajja trankwilla wara snin ta’ ħidma u fuq kollox inkomplu nagħtu l-importanza lill-ambjent.


18

30.05.2021

IŻ-ŻEJT JITLA’ F’WIĊĊ L-ILMA

CATHERINE FENECH Segretarju tal-Eżekuttiv Nazzjonali tal-PL

Din il-ġimgħa ġie ppubblikat ir-rapport tant mistenni tal-Moneyval. Għall-kuntrarju ta’ dak li xtaqet l-Oppożizzjoni u li tant ħadmet sabiex Malta ma tgħaddix minn dan it-test, ir-rapport wera kif il-Gvern Malti wettaq il-miżuri fil-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus u l-iffinanzjar tat-terroriżmu. Intwera wkoll kemm Malta għamlet progress sinifikanti f’dak li huwa livell ta’ konformità mal-istandards tal-Financial Action Task Force. Fir-rapport tiegħu, il-Moneyval eżamina l-għadd ta’ miżuri li Malta implimentat fl-oqsma leġiżlattivi, regolatorji u istituzzjonali sabiex tindirizza d-defiċjenzi li kienu elenkati fl-2019. Filfatt, wara li qies il-passi pożittivi li ħadu l-awtoritajiet Maltin f’dan ir-rigward, il-Moneyval iċċertifika li Malta laħqet livelli għolja ta’ konformità internazzjonali f’dawk l-oqsma. Malta kienet fost l-ewwel pajjiżi li implimentaw il-qafas regolatorju u istituzzjonali fil-konfront tal-ħasil tal-flus u l-iffinanzjar tat-terroriżmu. Fil-fatt, Malta ngħatat skor minn konformità parzjali għal konformità kważi kompleta. Bħala riżultat, Malta rnexxielha tilħaq b’suċċess l-aspettattivi ġenerali elenkati għal dawk il-pajjiżi li kellhom jindirizzaw ħafna nuqqasijiet tekniċi fi żmien sentejn. Ir-rapport tal-Moneyval ikkonkluda li Malta m’għadhiex f’pożiżżjoni aktar ta’ non-konformità jew ta’ konformità parzjali. Naturalment għax l-Oppożizzjoni u l-alleati tagħha m’għandhomx żejt f’wiċċhom ħarġu jiddikjaraw li t-test tal-Moneyval għaddejnieh grazzi għalihom, bil-pressjoni li għamlu fuq ilGvern u b’hekk, skonthom, seħħew ir-riformi. Madanakollu, il-poplu mhux se jinsa kemm fixklu u xewxu kontra pajjiżna fil-fora Ewropej sabiex jitfgħu dell ikrah fuq pajjiżna bl-iskop li dan iddell jinfluwenza l-evalwazzjoni tal-Moneyval. Imma d-deni li xtaqu lill-poplu Malti u Għawdxi baqa’ f’wiċċhom. Bużżieqa oħra li nfaqgħet f’wiċċ l-Oppożizzjoni din il-ġimgħa, partikolarment f’wiċċ l-MEPs Nazzjonalisti u s-Segretarju Generali tal-EPP Simon Busuttil kienet meta l-Kummissjoni Ewropea kif ukoll l-uffiċċju Ewropew ta’ kontra l-frodi, l-OLAF, ikkonfermaw

li Malta miexja fit-triq it-tajba fl-immaniġġjar tal-fondi Ewropej u għandha fost l-anqas rati ta’ żbalji fl-għoti tal-fondi fost l-istati membri kollha. Kien il-Partit Popolari Ewropew li fih hemm Roberta Metsola, David Casa u Simon Busuttil, li f’kumitat fil-Parlament Ewropew irreferew għall-possibbiltà ta’ miżapproprijazzjoni ta’ fondi Ewropej f’Malta. L-OLAF u l-Kummissjoni Ewropea mhux talli qalu li Malta għandha fost l-anqas żbalji fil-Fondi Ewropej mill-istati membri kollha, iżda li saħansitra, pajjiżna għandu l-ogħla rata ta’ risposti għal kull mistoqsija li saret mill-istituzzjonijiet Ewropej, fejn Malta mxiet ma’ kull rakkomandazzjoni tal-OLAF fil-każijiet kollha. Nifirħu bħala poplu Malti u Għawdxi hekk kif din il-ġimgħa l-Prim Ministru, flimkien mad-Deputat Prim Ministru ħabbru li 70% tal-poplu huwa mlaqqam kontra l-COVID-19 u għaldaqstant ilħaqna l-immunita komunitarja, tragward li pajjiżna laħaq l-ewwel fost il-membri stati kollha tal-UE. Dan it-tragward ġie mfaħħar u rikonoxxut fl-UE u kien evidenti meta l-Prim Ministru kien qed jattendi summit Ewropew din il-ġimgħa. Il-ħidma għaqlija qed tagħti l-frott u bil-mod il-mod u b’kawtela qed nersqu dejjem iktar għan-normalità f’ħajjitna. Il-pjan ta’ tilqim huwa wieħed ta’ eċċellenza u ta’ eżempju lid-dinja kollha, fejn sa nofs din il-ġimgħa ngħataw man-nofs miljun doża ta’ vaċċin u r-rata ta’ infezzjonijiet f’pajjiżna nieżla għal ammonti ċkejknin ħafna. Imissna smajna mill-PN meta qalilna li l-vaċċin mhux is-soluzzjoni, li se jmissna biss 40,000 vaċċin u l-vaċċin mhux se jasal f’pajjiżna qabel April. Imma bħas-soltu l-Oppożizzjoni la ma tilħaqx l-għeneb, dejjem tgħid li huwa qares.

L-OLAF u l-Kummissjoni Ewropea mhux talli qalu li Malta għandha fost l-anqas żbalji fil-Fondi Ewropej mill-istati membri kollha, iżda li saħansitra, pajjiżna għandu l-ogħla rata ta’ risposti għal kull mistoqsija li saret mill-istituzzjonijiet Ewropej

Tgħidlix li mqabbad miegħu, Sur Editur. Imma t-tifel iġiegħlek. Kultant emminni ma nafx x’naqbad ngħid. Mela jien iqabbduni n-nervi dal-madre programmi tat-Taljan. Melda tiegħi tintefa’ tarahom, kollhom stejjer imġebbda, diskursata ta’ ħames minuti jġebbduha xi tliet programmi, min jaqlibha lil dik, u fl-istess ħin għandu oħra riserva, u min taparsi siefer fuq xogħol u mar mal-ħabiba u x’naf jien. U meta tintefa’ tarahom, Alla jħares lil min ikellimha. Jien nintefa’ fil-kamra l-oħra u nistordi sett tat-televixin inqalleb. Mela, Sur Editur, dil-ġimgħa qed inqalleb u rajt lill-Beatu jitkellem. Ħsibtni sibt xi wieħed minn dawk li tħobb tara Melda tiegħi. Imma kien Jason Azzopardi fil-Parlament. U ħaqq l-ożbreċ vera ħelu dan e! Qal li l-PeNe għandu difett. U bejni u bejn ruħi ħsibt li l-lejl li għamel stirat fuq il-qabar ta’ Kristu f ’Ġerusalemm, ġablu moħħu f ’postu. Ejja, ħa naraw, skont Jason, x’inhu dan id-difett, ħsibt. Avolja biex tagħżel difett wieħed minn ħafna, irid ikollok l-għerf ta’ Salamun, imma nsomma! U taf biex ħareġ? Li bħala partit, il-PeNe ma jiftaħarx biżżejjed bil-ġid li għamel u ma jfakkrux biżżejjed dan il-ġid. U dan il-madre Azzopardi qal li huwa jiftaħar li kien jagħmel parti mill-gvern ta’ Wenzu Gonzi! Ma nafx kienx parti mill-Gvern Nazzjonalista li biegħ il-Mid Med Bank lill-barranin, Jason Azzopardi. Għax jekk jiftaħru b’din, ma nafx jien! Ma nafx kienx hu li daħħalna f ’moħħ il-PeNe biex il-mara tad-dar tibda taħsel billejl biex tiffranka l-kontijiet tad-dawl, Sur Editur. Jew jekk hu ħariġx b’dik li jagħtuna ħames bozoz biex itaffu mill-kontijiet! Iva, għandu difetti l-PeNe – wieħed minnhom li jħobb jitnellaħ bin-nies! Issa, Sur Editur, mhux qed ngħid li ħadd m’għandu difetti ta! Ibda minni l-ewwel wieħed. Imma hemm min jammettihom u jwiegħed li se jtejjeb. Ara dawn is-sangisugi, le! Ara jiftaħrux meta tellqu ’l barra nkiss inkiss lil dak ittraffikant tad-droga, xi l-ħanina kien jismu ... Quentoz xi ħaġa. Iva, stilla tad-deheb kienu taw lil Malta biha din! Ara jiftaħrux bil-konkos tal-Isptar Mater Dei! Ara jiftaħrux b’Karol Aquilina li anki l-Avukat Giannella de Marco spiċċat talbet għall-protezzjoni ħabba fih! Ajma j’ommi! Dan dak li pperikola l-pulizija fuq xogħolhom biex jagħmilha tal-kiesaħ. Jason għandu biex jiftaħar ukoll ta! Bil-każ tal-Fekruna u b’dik tal-Lovenbraw! Jew b’seħbitu, bħala kollega qed ngħid ta sur editur, il-Metsola. Li tħabbet ma’ Gvern Bulgaru li qalu jagħmel mutetti bħal tal-mafja, l-aqwa li kontra pajjiżha! Stenn, Sur Editur, ħu paċenzja bija... “Melda, baxxilu naqra dak il-qaħbeċ televixin, għax sturdieni, ilni kwarta nisimgħu jgħidilha li jħobbha, ja traditur li hu”. Imbagħad marti tiġi tgħid lili li ma nismax! Meta nkun qed nara xi ħaġa jien, sejra “baxxilu naqra, kemm qed jgħajjat”, u meta tkun qed tara xi ħaġa hi, issemma l-inħawi kollha. Imma, Sur Editur, kulħadd b’xi difett hux. Fejn kont? E fuq il-ftaħir tal-PeNe. Iva għandhom biex jiftaħru! Jason kien parti mill-gvern tagħhom meta l-qgħad kien m’ogħla s-sema, naħseb hux? Taf biex messu jiftaħar Santu Jason? Bil-balbuljata li għamel dan l-aħħar, dik tal-paċi ma’ Adrian Delia, imbagħad reġa’ qal li mhux vera, u sħabu kollha ma jweġbux jekk iħossuhomx komdi bih. Taf biex għandu biex jiftaħar Jason u l-PeNe? Li jagħtu l-barka lil xi ħadd bħal dak id-dardira ta’ Godfrey Leone Ganado u l-ħdura li għandu għal kull min huwa Laburist. It-tajba hija li din il-forma ta’ ikel ipproċessat, ħabib tal-coffee boy tal-Partit Popolari Ewropew. Għal dak li ħa tkaxkira f ’kull elezzjoni li kien involut fiha qed ngħid. Simon Busuttil. Iva, għandu biex jiftaħar il-PeNe. Kieku jien nidħol f ’toqba u ma noħroġx, Sur Editur! Għad-dieħla.


19

30.05.2021

SAN VINĊENZ DE PAUL – SFIDI U SUĊĊESSI Kitba ta’ CLIFFORD GALEA

Forsi nisimgħu bih meta jkollna xi qraba li jkollhom bżonn isservizz tiegħu. Imma San Vinċenz de Paul għaliex jintuża u kif inhu ta’ benefiċċju kbir għall-pubbliku? Tkellimt mal-Kap Eżekuttiv Josianne Cutajar. X’inhi l-missjoni tar-Residenza San Vinċenz de Paul? Madwar sitt snin ilu kien sar eżerċizzju biex naraw eżatt kif l-entità ta’ San Vinċenz de Paul tista’ tipprovdi l-aħjar servizz fis-settur tal-anzjani. Dak iżżmien San Vinċenz de Paul ma kien xejn ħlief residenza oħra bħal dawk fil-komunità. Wara konsultazzjonijiet mal-imsieħba f’dan is-settur fosthom l-awtoritajiet tas-saħħa ġie deċiż li r-riżorsi f’San Vinċenz de Paul għandhom jiġu dedikati għal dawk l-anzjani ta’ dipendenza għolja, b’mard kroniku jew b’dimensja qawwija li toffri sfidi kbar fil-kura. Din id-deċiżjoni ttieħdet meta l-isptarijiet tagħna Mater Dei, Karen Grech kienu miżgħuda b’anzjani li ma setgħux jirritornaw lura d-dar u kienu joħolqu staġnar bis-sodod fil-kurituri. Kien ukoll żmien li l-waiting list għad-dħul fid-djar tal-anzjani kienet tgħodd mal-eluf u li l-familjari kienu jispiċċaw jieħdu l-anzjani l-emerġenza meta jaslu fi kriżi u ma jifilħux jistennew iżjed. Ovvjament ladarba San Vinċenz de Paul assuma din ir-responsabbiltà bdiet ħidma intensiva u investiment sostanzjali biex San Vinċenz de Paul ikun jista’ joffri kura lill-anzjani l-iżjed vulnerabbli f’pajjiżna u li l-ebda residenza oħra ma toffri dan il-livell ta’ kura medika. Illum San Vinċenz de Paul huwa kważi faċilità ta’ kura f’livell ta’ sptar. X’inhuma s-servizzi mogħtija f’din ir-residenza? San Vinċenz de Paul mhux biss joffri kura medika imma hu l-post fejn eluf ta’ anzjani jgħixu l-kumplament ta’ ħajjithom. Min jiġi jżurna jaf u jħoss li San Vinċenz de Paul huwa raħal jew komunità magħmula mir-residenti, mill-familjari u mill-ħaddiema. San Vinċenz de Paul għalhekk joffri kullana sħiħa ta’ servizzi. Primarjament is-servizzi ta’ kura huma mogħtija minn tim multidixxiplinarju bi professjonisti, kunsulenti u tobba speċjalizzati fil-ġerjatrija, infermiera, fiżjoterapisti, podjatristi, speech therapists u occupational therapists kollha speċjalizzati fil-kura tal-anzjani u ffukati fuq is-saħħa fiżika ta’ dawn ir-residenti vulnerabbli.

Imbagħad ovvjament għax din hija dar tar-residenti, aħna noffru wkoll servizzi anċillari fosthom laundry, trasport, tim tal-manutenzjoni li jgħodd mal100 ħaddiem, catering, u ħajjata. Fuq kollox nippruvaw kemm nistgħu nżommu l-anzjani attivi. Studji wrewna li l-anzjani jħobbu l-iżjed l-attivitajiet soċjo-reliġjużi Maltin għalhekk għandna d-dipartiment tal-Anzjanità Attiva responsabbli li jorganizza diversi attivitajiet fuq livelli differenti. Isiru attivitajiet fi swali anke fl-ispazji miftuħa ta’ SVP. Ta’ kuljum jiġu organizzati ħarġiet, bbqs fis-sajf, żjarat fil-festi tal-irħula u saħansitra jkunu organizzati festi fir-residenza fosthom il-purċissjoni tal-Ġimgħa l-Kbira, l-attivitajiet tal-Milied u l-festi kollha fosthom San Pawl fi Frar, l-Imnarja, il-Father’s Day u l-Mother’s Day. Nieħdu ħsieb ukoll ningaġġaw professjonisti fil-qasam rikreattiv bħal kantanti, mużiċisti, atturi u artisti oħra li jieħdu ħsieb joffru s-servizzi professjonali lir-residenti. Nixtieq ngħid ukoll li f’San Vinċenz de Paul għandna dik li tissejjaħ l-Università tar-raba’ età li twaqqfet mill-Università ta’ Malta taħt il-Professur Marvin Formosa. Dan huwa programm li joffri tagħlim lill-anzjani fuq diversi suġġetti ta’ interess għalihom personalment fir-residenza stess. X’kienu l-kisbiet maġġuri li saru favur ir-residenti tul l-aħħar snin? Tul l-aħħar snin San Vinċenz de Paul esperjenza bidla fil-kultura, bidla li hi frott tal-investiment massiċċ li sar ġol-entità. L-investiment sar fi tliet pilastri fuq medda ta’ sitt snin. Bdejna bi programm ta’ rinnovazzjoni tal-maġġoranza ta’ swali li kienu għadhom fi stat

dilapidat u li ma kienx jirrifletti l-istandards tal-lum. Qlajna mill-qiegħ ’il fuq minn 17-il sala b’investiment ta’ madwar 20 miljun. B’hekk l-anzjani għalkemm qegħdin f’faċilità medika, għandhom il-kumditajiet u l-atmosfera familjari bħal kull dar normali. Irrestawrajna l-isptar tal-lebbruzi Rużar Briffa. Ix-xogħol ta’ rinnovar f’SVP imur lil hinn minn sempliċiment kostruzzjoni imma nieħdu ħsieb li nirrestawraw bini storiku u nerġgħu nagħtuh ilħajja skont l-aspirazzjoni tas-soċjetà tal-lum. Lil hinn mir-restawr bnejna wkoll sezzjonijiet ġodda sabiex żidna numru ta’ sodod u b’hekk indirizzajna l-problema nazzjonali fejn tidħol l-istennija għad-djar tal-anzjani. Biż-żieda ta’ sodod stajna wkoll ngħollu l-livell ta’ kura fid-dimensja minn 10% għal madwar 30%. Id-dimensja hija kundizzjoni li qed naraw tiżdied f’pajjiżna u għalhekk bħall-iżvilupp kollu li sar ibbażat dejjem fuq l-istudji, rajna li nżidu l-kura speċjalizzata ta’ dimensja f’SVP. Sar investiment qawwi f’iżjed apparat modern bl-aħħar teknoloġija fis-swali u d-dipartimenti tagħna sabiex intejbu l-kura li nagħtu, xiri ta sodod elettriċi, lifters, saqqijiet speċjali (air mattresses) u wheelchairs biex kemm ir-residenti kif ukoll il-ħaddiema ma jbatux. Sar investiment fil-ħaddiema: illum ngħoddu mal-2,200 ħaddiem. Żieda sostanzjali fit-tobba, konsulenti, infermiera u carers. Ħloqna Training Centre akkreditat u li joffri taħriġ akkreditat mhux biss lill-professjonisti u ħaddiema tagħna imma anke ħaddiema f’entitajiet oħra fis-settur tal-anzjani. Illum nistgħu ngħidu li San Vinċenz de Paul joffri kwalità ta’ ħajja lir-residenti tiegħu f’ambjent modern u attrezzat, bi professjonisti speċjalizzati fil-kura u b’attivitajiet li jirriflettu l-ħajja

Maltija. Xi jkunu l-isfidi li tħabbtu wiċċkom magħhom? Il-mediċina kif ukoll it-teknoloġija u l-apparat dejjem jiżviluppa. L-amministrazzjoni, il-professjonisti u l-ħaddiema jridu dejjem iżommu rwieħhom aġġornati b’dawn l-iżviluppi biex is-servizzi li jingħataw jibqgħu dejjem tal-ogħla kwalità u biex il-faċilità tibqa’ tiġġedded u tiżviluppa. Ovvjament ir-riżorsi kemm finanzjarji kif ukoll riżorsi umani jridu jintużaw bil-għaqal. Nimxu bil-prinċipju li kull ċenteżmu jfisser ħafna, allura naraw li l-flus jintefqu bl-aktar mod effiċjenti. Kien dan l-atteġġjament li bih irnexxielna nagħmlu daqstant proġetti fl-aħħar ftit snin, għax konna dejjem bil-għaqal. Rigward ir-riżorsi umani wieħed irrid isemmi li f’dan is-settur id-domanda dejjem qed tikber. Qed jinħass sew in-nuqqas ta’ professjonisti, infermieri u carers. Bir-reklutaġġ ta’ ħaddiema minn pajjiżi barranin taffejna sew dawn in-nuqqasijiet però rridu naħdmu iżjed sabiex nattiraw iktar ħaddiema lejn is-settur u noffru iżjed taħriġ lill-ħaddiema barranin fejn tidħol il-lingwa u l-kultura Maltija. Kif affettwatkom il-pandemija tal-COVID-19? Inħares lejn il-pandemija COVID-19 u nħossni kburija bittim ta’ professjonisti u ħaddiema f’San Vinċenz de Paul. F’San Vinċenz de Paul hemm ’il fuq minn 1,300 anzjan meqjusin bħala l-iżjed vulnerabbli u fraġli fil-pajjiż. Però b’kuntrast għal dak mistenni u kif rajna f’pajjiżi ġirien il-virus qerriedi ħalla vittmi bil-mijiet speċjalment f’residenzi tal-anzjani. Is-sitwazzjoni ġewwa San Vinċenz de Paul dejjem inżam-

met taħt kontrol u stabbli biex issa ninsabu fi stat li ħerġin mill-pandemija bl-inqas impatt negattiv possibbli. Dan kollu hu r-riżultat ta’: a) Miżuri u pjan ta kontinġenza fil-faċilità li sar fuq il-pariri tal-professjonisti speċjalizzati fil-ġerjatrija. b) Investiment li sar biex ħloqna sezzjonijiet speċjalizzati għall-kura ta’ residenti pożittivi u proċeduri stretti fl-operat tas-swali kollha. ċ) Grazzi għall-pjan ta’ tilqima fejn ir-residenti u l-impjegati kienu minn tal-ewwel biex illum għandna ’l fuq minn 98% vaċċinati. d) Il-koperazzjoni, is-sagrifiċċji u r-reżiljenza li wrew il-ħaddiema, il-familjari u fuq kollox ir-residenti jissejjaħ research and development; dan dejjem fejn tidħol kura tal-anzjani. Diġà bdejna proġett mal-Università ta’ Malta fil-qasam tat-teknoloġija informattiva li b’apparat li jgħin fid-dimensja, se nkunu qed nagħmlu aktar studji f’dan ir-rigward bħala ċentru ta’ eċċellenza. Illum nistqarru wkoll li ħadna t-tagħlimiet mill-pandemija. L-esperjenza tal-COVID-19 u l-kontrolli li ħdimna bihom fil-pandemija se jħallulna operat aktar effiċjenti fejn inkomplu nkunu sorveljanti fis-swali tagħna filwaqt li s-sistema ta’ appuntamenti u reġistrazzjoni tal-viżitaturi se ġġib aktar sigurezza għall-anzjani tagħna. X’inhu ppjanat għall-futur tar-Residenza San Vinċenz de Paul? Bħalissa flimkien mal-Ministeru tal-Anzjanità Attiva qed isiru pjanijiet għal aktar żvilupp ta’ din il-faċilità. Il-viżjoni tal-Ministru preżenti hi li San Vinċenz de Paul ikun ċentru ta’ eċċellenza fejn tidħol kura għall-anzjani mhux biss għar-residenti imma għall-anzjani kollha. Filfatt diġà bdejna proġetti b’investiment mastiċċ biex nibdew noffru servizzi speċjalizzati fil-kura tal-anzjani kollha bħala outpatients. Servizzi ġodda u anke innovattivi ddedikati għall-anzjani bħal fiżjoterapija, idroterapija, radjoloġija u assessjar ta’ mard kroniku. San Vinċenz de Paul ilu mibni 130 sena. Fl-aħħar sitt snin aħna ddedikajna enerġija u riżorsi biex saħħaħna din il-faċilità u ġeddidnieha biex tkompli tkun tal-aqwa servizz għas-soċjetà Maltija. Rajna li l-anzjani f’San Vinċenz ikomplu jgħixu l-kumplament ta’ ħajjithom b’dinjità, bl-imħabba u bl-għożża kif jixirqilhom.


20

30.05.2021

TAGĦRIF MINN MADWAR ID-DINJA B’madwar 200 pajjiż u b’aktar minn 7.5 biljun persuna, id-dinja hi mimlija bi ħwejjeġ interessanti, gost, nies fantastiċi, postijiet u oġġetti. Pereżempju fid-dinja qed jiżdied it-twelid ta’ trabi tewmin, għandna kurżità fuq l-isem tal-Gżejjer Kanarji u l-iktar kamra kwieta fid-dinja. Insiru nafu wkoll liema hu l-iktar isem popolari fid-dinja kollha bħalissa u għaliex. Jekk jinteressak tkun taf aktar aqra dawn! Minn CHARLES B. SPITERI Ix-xorb tal-Coca-Cola

ġobon mill-aqwa u miżgħuda bir-romantiċiżmu. Għalhekk mhix ħaġa kbira li aktar nies jixtiequ jżuru Franza minn kull pajjiż ieħor fid-dinja. Dan skont il-United Nations World Tourism Organization. Fl-2017 kien hemm 86.9 miljun persuna li żaruha. Warajha fil-popolarità tiġi Spanja, b’wasla ta’ 81.8 miljun viżitatur. Fit-tielet post insibu lill-Istati Uniti b’76.9 miljun turist; iċ-Ċina b’60.7 miljun u l-Italja bi 58.3 miljun viżitatur.

Ħafna jieħdu gost li jmorru fejn imorru jkunu jistgħu jsibu jixorbu din ix-xarba. Iżda tajjeb ngħidu li mhux fid-dinja kollha. Għalkemm din ix-xarba kważi tinbiegħ u titqassam f’kull pajjiż, skont il-BBC ma tinstabx fil-Korea ta’ Fuq u f’Kuba. Dan minħabba l-embargoes li jeżistu fil-kummerċ Amerikan. Madankollu, in-nies tal-pajjiż ġieli rnexxielhom iduquha, għalkemm bi prezz ferm ogħla, għax probabbilment tkun impurtata mill-pajjiżi viċin; jew L-iktar gżira popolata mill-Messiku jew miċ-Ċina. L-iktar gżira popolata fiha Il-popolazzjoni dinjija d-daqs ta’ żewġ grawnds tal-futf’Los Angeles bol. Din hi Santa Cruz del Islote fl-arċipiergu ta’ San Bernardo Għalkemm il-popolazzjoni din- lil hinn mill-kosta ta’ Kolombjija kollha tlaħħaq aktar minn ja. Hi belt artifiċjali u fiha erba’ 7.5 biljun ruħ, u naturalment toroq prinċipali u għaxar kodan l-ammont jidher kbir im- munitajiet. Insibu jgħixu fiha mens, wieħed iserraħ moħħu 500 persuna, f’madwar 155 dar. meta jkun jaf li, li kieku n-nies B’numru ta’ nies daqstant kbir tad-dinja kollha joqogħdu fi spazju hekk żgħir, The Guardspalla ma’ spalla, jimlew biss ian jgħid li hi l-iktar gżira popoil-500 mil kwadru ta’ Los An- lata fid-dinja. geles. Dan it-tagħrif hu miksub min-National Geographic. Il-Gżejjer Kanarji Qed jiżdiedu t-tewmin Tista’ taħseb li t-twemin huma xi ħaġa rari, iżda fir-realtà qed isiru aktar komuni minn qatt qabel. Alexic C. Madrigal ta’ The Atlantic isemmi li sa mill-1915, meta bdew jinżammu l-istatistiċi, sal-1980, twelid minn kull 50 kien jirriżulta f’tewmin, b’rata ta’ 2%. Imbagħad bdiet tiżdied ir-rata u sal-1995 telgħet għal 2.5%. Fl-2001 ir-rata tat-tewmin qabżet it-3% u sal2010 baqgħet tielgħa għal 3.3%. Jiġifieri twelid minn kull 30 qed ikun ta’ tewmin. Ix-xjenzjati jemmnu li dan il-fatt hu għar-raġuni li n-nisa maturi qed ikollhom aktar tewmin u llum, il-familji qed jinbdew aktar tard fil-ħajja mill-imgħoddi. Madankollu l-kura li tingħata għall-fertilità u l-in vitro fertilization jilagħbu parti wkoll.

It-tibdil fil-klima Meta 174 mexxej tad-dinja ffirmaw il-Ftehim ta’ Pariġi għal Jum id-Dinja, fl-2016, fil-Kwartieri tan-Nazzjonijiet Uniti fi New York, kienu jirrappreżentaw lill-akbar numru ta’ pajjiżi li qatt resqu flimkien biex iffirmaw xi ħaġa simili f’jum wieħed. Dan it-tagħrif tawh in-Nazzjonijiet Uniti nfushom. Il-ftehim kien indirizzat biex jikkumbatti t-tibdil tal-klima u jgħaġġel u jintensifika l-azzjonijiet u l-investimenti meħtieġa biex jissaħħaħ l-isforz globali fil-problema klimatika.

Hu faċli li dak li jkun jaħseb li l-Gżejjer Kanarji ssemmew għall-kanarini, iżda fir-realtà dawn issemmew għall-klieb. Għalkemm jinsabu ’l barra mill-kosta fil-Majjistral tal-Afrika, attwalment dan l-arċipiergu jagħmel parti minn Spanja. Bl-Ispanjol, l-isem ta’ dan il-post hu Islas Canarias, li ġej mill-frażi Latina Canariae Insuleae, li tfisser ‘gżira tal-klieb.’ L-iktar kamra kwieta fid-dinja L-iqsar nies fid-dinja

Għalkemm nies qosra jinsabu madwar id-dinja kollha, l-Indoneżja hu l-pajjiż fejn l-aktar insibu nies qosra. Dan it-tagħrif inġabar minn sorsi differenti madwar il-globu u kien rappurtat minn The Telegraph fl-2017. Meta jittieħdu ż-żewġ ġeneri tal-persuni, il-medja ta’ tul fladulti hi madwar ħames piedi, pulzier punt tmienja. In-nies fil-Bolivja mhumiex wisq itwal, b’medja ta’ ħames piedi, żewġ Franza l-iktar popolari pulzieri punt erbgħa fl-adulti. L-itwal nies jinsabu fl-Olanda, Franza hi pajjiż mill-isbaħ, fejn il-medja tat-tul tan-nies mimlija b’inbejjed delizzjużi, adulti hi sitt piedi.

Jgħidu li l-kwiet hu deheb. U għalkemm għal ħafna nies, is-skiet ma jiswiex daqs id-deheb u l-ġojjelli, għal min bena l-iktar kamra kwieta fid-dinja, bilfors li kellu xi skop.

Din il-kamra tinsab fil-kwartieri ta’ Microsoft f’Redmond, Washington. Hi kamra li sservi ta’ laboratorju u tkejjel il-ħoss tal-isfond sa -20.35 dBA, li huma 20 deċibel inqas minn dak li jisma’ bniedem normali. Skont is-CNN, dan il-laboratorju jikser kull record li kien hawn qabel għal spazji li tqiesu bħala l-aktar postijiet kwieti fuq il-pjaneta. Hundraj Gopal, xjenzjat għat-taħdit u s-smigħ, kif ukoll disinjatur prinċipali għall-kamra ta’ Microsoft qal lil CNN li ħafna nies iħossu n-nuqqas totali tal-ħoss bħala xi ħaġa li ttarraxhom. Iħossu sensazzjoni bħallikieku widnejhom imblukkati, jew xi ċempil. L-inqas ħsejjes possibbli jinqabdu malajr għax l-ambjent tal-ħoss hu eċċezzjonalment baxx, tant li meta wieħed idawwar rasu, jista’ jisma’ l-moviment tiegħu nnifsu. U jekk dak li jkun jisma’ n-nifs

tiegħu stess, in-nifs jinstema’ bħala ħoss għoli. Is-sensazzjoni li tinħass appena wieħed jidħol f’din il-kamra, tant hu stramb u uniku, li hu diffiċli ferm tiddeskrivih. Il-kejl u l-użin Għall-ħeffa, aktar minn 200 pajjiż fid-dinja jużaw is-sistema metrika meta jiddeskrivu oġġetti bħal għoli jew piż. Madankollu, hemm tliet pajjiżi li għadhom ma jagħmlux użu mill-metriċità. Dawn huma l-Liberja, il-Myanmar u l-Istati Uniti. Madankollu, dawn il-pajjiżi jafu jibqgħu tnejn, għax fl2018 Wilson Tarpeh, Ministru tal-kummerċ u l-industrija Liberjan qal li l-Gvern qed jippjana li jadotta s-sistema metrika biex jippromwovi t-trasparenza u l-akkontabbiltà tal-kummerċ. Dan tħabbar mil-Liberian Observer.

Għall-ħeffa, aktar minn 200 pajjiż fid-dinja jużaw is-sistema metrika meta jiddeskrivu oġġetti bħal għoli jew piż. Madankollu, hemm tliet pajjiżi li għadhom ma jagħmlux użu mill-metriċità


21

30.05.2021 L-aktar isem popolari Warrbu l-ismijiet kollha li taħsbu li kienu jew għadhom popolari fid-dinja. Insew l-ismijiet tal-qaddisin Kattoliċi jew l-ismijiet tan-nanniet u l-ġenituri tad-dinja Ewropea. Dan għaliex skont The Independent tal-Ingilterra, l-aktar isem popolari hu Muhammad. Il-gazzetta tistma li hawn madwar 150 miljun bejn irġiel u subien madwar id-dinja li ngħataw dan l-isem. Il-popolarità tiegħu taf tkun ir-riżultat ta’ tradizzjoni Musulmana, fejn l-ewwel twelid ta’ tifel, jingħata l-isem tal-profeta Iżlamiku. Il-popolazzjoni rurali Mhux kulħadd jgħix fi bliet sinjuruni u industrijalizzati jew fejn l-iżvilupp ikun qed jiffjorixxi. Ħafna nies għadhom jgħixu fi djar f’postijiet mimlijin storbju – speċjalment fl-Indja, li għandha l-ikbar numru ta’ nies jgħixu f’inħawi rurali (’il barra mill-ibliet), b’madwar 893 miljun persuna. Dan skont ma ġie rrappurtat minn Reuters. Iċ-Ċina wkoll għandha popolazzjoni rurali li hi impressjonanti fl-ammont tagħha, b’578 miljun persuna tgħix lil hinn miċ-ċentri prinċipali. Prezz ta’ munita L-itwal isem ta’ post

u 360,000 twelid kuljum. F’sena sħiħa nsibu li fid-dinja kollL-itwal isem ta’ post fuq il-pja- ha jkunu twieldu madwar 131.4 neta, fih 85 ittra, għalkemm miljun tarbija. hawn bosta ismijiet twal. Fl-Awstralja nsibu l-isem L-iktar temperatura kiesħa Mamungkukumpurangkuntjunya Hill. Bla dubju ta’ xejn, Aħna ma tantx nistgħu nkejlu jekk xi ħadd jitħajjar imur jgħix din it-temperatura, iżda min hu hemm, ikollu biċċa xogħol ta’ mdorri għall-kesħa u rjieħ qawwġigħ ta’ ras biex almenu jit- wija, għandu jkun jaf li l-medja għallem jispellih. Iżda tafu tal-kesħa fix-xitwa, m’għandxiex? F’Massachusetts hemm ha x’taqsam xejn mal-aktar isem ta’ lag li hu Chargoggagog- ġranet kesħin li qatt kienu reġgman-chauggagoggchaubuna- istrati; -144 grad Fahrenheit. gungamaugg u fl-Afrika t’Isfel Din it-temperatura kienet reġhemm post li jismu Tweebuf- istrata fl-Antartika, waqt studfelsmeteen-skootmorsdoodg- ju li sar bejn l-2004 u l-2016. eskietfontein. Ftit nifsijiet ta’ arja f’dik Madankollu, meta xi ħadd it-temperatura, kapaċi ttaqqajiġi biex jikteb l-indirizz ta’ blek il-pulmuni u toqtlok. dawn il-postijiet, ma jkollux xogħol daqs dawk li joqogħdu L-ozone layer fil-post bl-itwal isem, li jinsab fi New Zealand. L-isem hu Minħabba t-tinġis, l-ozone layTaumatawhakatangihanga-ko- er tad-dinja sofra immens. Din auauotamateaturipukakapi- hi aħbar ħażina għal kulħadd, kimaung-ahoronukupokai- minħabba li dan is-saff fraġli whenuakitanatahu. tal-gass jipproteġi lill-pjaneta tagħna u jilqgħalna kontra Twelid ta’ erbat itfal kull r-raġġi ħżiena ultraviolet. sekonda Fortunatament l-esperti fil-bidla tal-klima jemmnu li Skont l-Ecology Global Net- l-ozone layer jitfejjaq totalment work, kull sekonda jitwieldu sa 50 sena oħra. Dan jirriżulta erba’ trabi ġodda fil-popola- minn rapport imħejji min-Nazzzjoni tad-dinja. Jekk wieħed zjonijiet Magħquda fl-2018. jagħmel somma ta’ malajr isib Għall-fejqan irid isir rinli dan ifisser bejn wieħed u grazzjament f’parti kbira ieħor 250 twelid kull minuta, lill-Protokoll ta’ Montreal, li li jiġu 15,000 twelid fis-siegħa sar fl-1987, li għamel ċensura

globali fl-użu tal-aktar oġġetti li kkawżaw ħsara: il-chlorofluorocarbons (CFOs). Aktar kmieni, is-CFOs kienu jintużaw fil-fridges, bottijiet tal-arja u kimiċi tad-dry-cleaning. It-terremoti

Id-Double Eagle tal-1933 kienet munita Amerikana fl-ammont ta’ 20 dollaru. Hi magħmula mid-deheb iżda qatt ma ħarġet fiċ-ċirkulazzjoni. Minnha sar numru żgħir, u l-parti l-kbira minnhom inqerdu – apparti minn disgħa, li skont ma kien mifhum, insterqu mill-ħaddiema taż-żekka Amerikana. Wara snin tiċċirkula mal-globu u taqa’ fl-idejn ta’ sidien tat-tajjeb u magħrufin – fosthom ir-re tal-Eġittu – waħda minn dawn il-muniti kienet irkantata minn Sotheby fl-2002. Is-somma mħallsa għaliha kienet inkredibbli: $7,590,020 (6,369,127.33 Euro), li għamlitha l-aktar munita għolja fil-valur, li qatt inbiegħet.

Dawn l-imberkin terremoti jafu jvarjaw minn theżżiż żgħir u li qajla jinħass, sa tiġrif totali ta’ bini, li jsarrfu f’qerda totali. Iżda pajjiżi bħaċ-Ċina, l-Indoneżja, l-Iran u t-Turkija, huma l-aktar pajjiżi fuq il-pjaneta mifluġin bihom, u huma parti inevitabbli mill-ħajja ta’ kuljum. Sadanittant, skont il-U.S. Geological Survey, il-Ġappun jirreġistra l-akbar numru ta’ ter- L-iżgħar pajjiż fid-dinja remoti fid-dinja. Xi pajjiżi jafu l-bidu tagħhom mijiet ta’ snin ilu, waqt li oħraL-għajxien fuq il-pjaneta jn jistgħu jittraċċaw l-istorja Dan hu fatt ieħor dinji li wieħed tan-nazzjon tagħhom minn għandu jżomm fil-garigori ta’ eluf ta’ snin. Iżda s-Sudan t’Ismoħħu. Skont il-Population fel, fl-Afrika ta’ Fuq, m’ilux kiseb Reference Bureau, sa mill-ew- l-indipendenza tiegħu mis-Suwel żmien li l-Homo sapiens dan. Għalhekk, b’din il-mossa deher fid-dinja, 50,000 sena ilu, jinsab l-iżgħar pajjiż fid-dinja. twieldu aktar minn 108 biljun membru tal-ispeċi umana. U Popolazzjoni żagħżugħa… numru kbir minn dak in-numDin forsi tinstema’ xi ftit stramru għadu ħaj bħalissa. Madankollu, skont il-Bu- ba u anki tista’ ma titwemreau, in-numru ta’ nies li jins- minx minn bosta, iżda hi reabu ħajjin illum, jirrappreżen- altà. Skont studju li sar fl-2012 taw biss 7% tat-total tal-umani mill-Organizzazzjoni tal-Istati Uniti għall-Edukazzjoni, Xjenli qatt għexu fid-dinja.

za u Kultura (UNESCO) instab li 50.5% tal-popolazzjoni dinjija hi magħmula min-nies taħt l-età ta’ 30 sena. Madwar 89.7% ta’ dawn iż-żgħażagħ jgħixu f’ekonomiji li qed jaħdmu ma’ swieq barranin jew inkella diġà żviluppati bħal-Lvant Nofsani u l-Afrika. … u popolazzjoni anzjana Għalkemm il-maġġoranza tal-popolazzjoni umana bħalissa tinsab taħt it-30 sena, għad hemm numru sew ta’ anzjani fostna. Fil-fatt, 12.3% tan-nies jgħixu fid-dinja, għalqu s-60 sena u fuqhom. Il-persentaġġ mistenni jitla’ għal 22% sal2050. Żoni ta’ ħin madwar id-dinja Kieku ż-żoni tal-ħin tad-dinja jvarjaw b’siegħa bejniethom, kien ikollha 24 żona, li kien ikun perfett. Madankollu, il-qagħda hi ftit aktar kumplikata minn hekk. Minħabba li ż-żoni tal-ħin ivarjaw biss b’bejn 30 u 45 minuta, ma jidħlux eżatt fid-differenza ta’ 24 siegħa, li jfisser li hemm aktar minn 24, għalkemm hu diffiċli jingħad eżattament kemm hawn. Il-logħob tal-futbol Il-futbol hu l-aktar sport popolari fid-dinja. Hu għalhekk li meta sar il-logħob tat-Tazza tad-Dinja mill-FIFA, kemm fl2010 kif ukoll fl-2014, madwar nofs il-popolazzjoni tad-dinja (daqs 3.2 biljun ruħ), inkullaw irwieħhom quddiem is-sett tat-televixin biex jaraw min se jirbaħ. Pajjiżi b’familja rjali Forsi l-familja rjali Brittanika hi l-aktar familja rjali famuża fid-dinja, iżda hemm oħrajn nobbli wkoll. B’kollox, insibu 28 familja rjali li jirrenjaw fuq total ta’ 43 pajjiż madwar id-dinja, fosthom il-Ġappun, Spanja, Swaziland, il-Bhutan, it-Tajlandja, Monaco, l-Iżvezja, l-Olanda u l-Liechtenstein. Il-‘giant pandas’ fiz-zoos Aħna ma għandniex minn dawn l-annimali fi gżiritna iżda n-nies li draw jarawhom fis-santwarji fil-pajjiżi li jgħixu qajla jirrealizzaw li dawn l-annimali mhumiex tagħhom, iżda mislufin miċ-Ċina. Iva, teknikament, skont Vox, huma proprjetà tal-Gvern Ċiniż. Deskrizzjoni ta’ uman tipiku Studju kkummissjonat għall-National Geographic u li sar fl-2011, l-aktar nies tipiċi fid-dinja huma dawk leminin. Huma jaqilgħu inqas minn €10,100 fis-sena, għandhom ċellulari u m’għandhomx kont bankarju.


22

30.05.2021

LUKE MORAN JIRRILASSA BIL-LEGO, TANT LI ANKE GĦANDU KOLLEZZJONI SĦIĦA TAGĦHOM Kitba ta’ RAMONA PORTELLI

Dan l-aħħar sirt naf b’żagħżugħ li għandu għal qalbu ħafna l-Lego. Forsi ħafna minnkom jiftakruhom meta kontu iżgħar u llum il-ġurnata lanqas tagħtu kashom. Dan iż-żagħżugħ partikolari għad għandu l-Lego għal qalbu, tant li anke għandu kollezzjoni sħiħa tagħħom. Qed nirreferi għal Luke Moran. Għandu 18-il sena, joqgħod l-Imġarr u bħala passatempi għandu l-Lego, il-gym, ir-rota, il-mixi u l-films. Bħalissa qed jistudja l-ITS fejn qed jaspira li eventwalment isir kok. Jiddeskrivi lilu nnifsu bħala persuna pjuttost clumsy, iżda ddedikat ħafna meta jkun qed jaħdem bil-Lego. Bniedem onest, iħobb l-għaġin, jissapportja lit-tim tal-Liverpool, organizzat u dilettant ħafna tal-ħwejjeġ speċjalment tad-ditti. Luke ħuwa persuna li jħobb iħaddem idejh. Minn ċkunitu kien u għadu jieħu gost jilgħab bil-Lego. Fil-fatt iqatta’ ħafna mill-ħin liberu tiegħu jibni oġġetti bil-Lego. Għall-benefiċċju tal-qarrejja, stedintu jispjegali x’inhu Lego eżattament. “Lego hija kumpanija Daniża tal-ġugarelli bbażata f’Billund, fid-Danimarka. Hija l-aktar magħrufa li timmanifattura ġugarelli tad-ditta Lego, li normalment ikunu magħmula mill-plastik u jeħlu ma’ xulxin. Illum il-ġurnata saru jiġu bħala settijiet b’temi speċifiċi bħal-Lego City, Ninjago u Lego Technic,” spjegali tajjeb. Permezz tal-Lego jirrilassa ħafna Qabel ma mort għal din l-intervista, kont naf li permezz tal-lego, Luke jsir kalm u kuntent. Iżda ridt inkun naf x’sodisfazzjon personali aktar jagħtuh il-Lego. “Jagħtuni wkoll is-sodisfazzjon li jkolli l-kollezzjoni personali tiegħi, u li fuq kollox tagħmilni uniku u differenti minn ħaddieħor. Dan minħabba l-fatt li l-maġġoranza taż-żgħażagħ jippreferu jilagħbu logħob online jew fuq il-kompjuter. Inħoss li dan il-passatemp jagħtini sodisfazzjon aktar minn ħekk, li kapaċi jservi għal

tul ta’ żmien tajjeb,” stqarr miegħi Luke. Sfortunatament, meta Luke kien iżgħar kien ġie diagnosed bil-kundizzjoni tal-Asperger Syndrome. Fi kliemu stess din hija tip ta’ kundizzjoni oħra tixbah lill-awtiżmu. “B’din il-kundizzjoni għadni nsibha bi tqila li nissoċjalizza, u għandi diffikultà wkoll waqt il-qari u meta nesprimi ruħi bl-emozzjonijiet. Nobgħod ħafna li jkolli bidliet. Kont ukoll nieħu gost nilgħab waħdi, u fil-fatt minn ħemm bdiet in-namra tiegħi lejn il-Lego. Kien ikolli ħafna sessjonijiet ta’ terapiji permezz tal-logħob ma’ terapisti speċjalizzati f’dan il-qasam li għenuni niżviluppa f’persuna aktar matura,” beda jirrakkontali Luke. Ta’ min isemmi wkoll, li omm Luke kienet u għadha ma temminx bil-gadgets, anzi hija kontrihom u b’hekk kienet tinsisti li Luke jilgħab bil-Lego. Litteralment ma riditx iddaħħal logħob tal-kompjuter id-dar. Sirt naf ukoll li bħala rigal tal-Milied il-familjari kienu jiġu bejn ħaltejn x’jaqbdu jagħtuh, iżda fuq suġġerimenti t’ommu stess

sabiex jagħtuh il-Lego, illum il-ġurnata spiċċa b’kollezzjoni kbira. L-ewwel Lego li kellu kien NASA Rocket żgħir minn Lego City. “Huwa impossibli li nagħti rendikont preċiż ta’ kemm għandi b’kollox. Li nista’ ngħid huwa li nġib bejn wieħed u ieħor madwar seba’ sa disa’ settijiet kull sena, u ili għaddej b’dan il-proċess għal dawn l-aħħar 11-il sena. Ngħid ukoll li mhux l-ammont totali b’kollox li jgħodd, iżda f’kemm il-biċċa jkun tgħaqqad sett wieħed. Normalment inżomm ftit minnhom fil-kamra tiegħi d-dar stess, iżda għandi xi oħrajn f’ornament talħġieġ fl-uffiċċju ta’ missieri,” żvela miegħi Luke. Il-Lego jirrikjedu ħafna konċentrazzjoni Mistoqsi xi kemm idum sigħat jew ġranet sakemm jgħaqqad Lego sħiħ, u x’tip ta’ mudelli tal-Lego għandu llum il-ġurnata, Luke weġibni: “Kull sett jiġi f’numru ta’ boroż diversi. Jekk ikun sett żgħir normalment inlestih fi ftit sigħat u nispiċċah f’ġurnata. Iżda jekk is-sett ikun kbir, normal-

ment naħdem borża kuljum għaliex naturalment jirrikjedi aktar konċentrazzjoni. Il-maġġoranza tal-mudelli li naħdem huma Ninjago jew Technic Series,” stqarr miegħi. Waqt il-proċess ta’ din l-intervista, immaġinajt li anke fejn jidħlu qisien tal-Lego dawn ivarjaw minn kbir għal żgħir, fejn probabilment kull Lego jkollhom fuq 1,000 biċċa sabiex tingħaqad kollha. Mistoqsi liema hi l-iżgħar u l-ikbar Lego li għaqqad s’issa u xi kemm idum jaħdem fuqhom, Luke weġibni: “L-ikbar waħda hija Lieber R9800 Excavator li tiġi f’4,100 biċċa inkluż ukoll tmien muturi, għaliex dan jaħdem bil-batteriji kkontrollat permezz tal-bluetooth. Bejn wieħed u ieħor ħadli madwar ġimagħtejn biex inlestih fejn kont naħdem ftit sigħat kuljum fuqu. Min-naħa l-oħra l-iżgħar mudell li ħdimt fuqu kien remake ta’ spaceship li kien ħareġ għall-ewwel darba fis-snin 80. Nikkalkula li għandu madwar 100 biċċa.” Matul dan il-proċess kollu, immaġinajt li xi ħadd dilettant bħal Luke jirrikjedi ħafna paċenzja, dedikazz-

joni u konċentrazzjoni. “Kull sett tal-Lego jiġi bl-istruzzjonijiet tiegħu ta’ kif għandu jingħaqad biċċa biċċa. L-ewwel li nagħmel huwa li niftaħ il-boroż u norganizza l-biċċiet kollha fuq mejda. Imbagħad nibda nsegwi l-istruzzjonijiet u nkun ċert li ma naqbiżx xi proċess wieħed għax dan jaf ifisser li nkun ser naqbad triq ħażina fejn ix-xogħol ma jiħux sew u allura dan ikun ifisser li jkolli nerġa’ nibda kollox mill-bidu,” spjegali tajjeb Luke. Ma jkunx irid min ifixklu, għax faċilment jieħu żball mingħajr ma jinduna Ta’ min jgħid ukoll li l-kollezzjoni ta’ Luke, illum il-ġurnata kibret ħafna, u għandu bokka biha sew. Tant hu hekk li ma jkun irid lil ħadd imisshomlu jew jidħol fil-kamra meta jkun qed jibnihom. Ħallejt f’idejh sabiex jelabora aktar. “Kif għedt diġà, dan il-proċess jieħu ħafna konċentrazzjoni u ma nkunx irrid min ifixxkilni, għax faċilment nieħu żball mingħajr ma ninduna. Minbarra dan kollu, din tkun l-unika opportunità li nid-


08.11.2020 30.05.2021

23

SKEDA ONE Telebejgħ Kalamita ONE News Liquorish Daytime Ieqaf 20 Minuta Telebejgħ Prime time Preview Duurella Mhux kemm taf Flimkien ma’ Nancy Pjazza

19:20 ONE Sports & Temp 19:30 ONE News 20:10 Prime Time 20:30 Xanna 20:35 Liquorish 22:45 Country Jamboree 23:30 ONE News 23:45 Liqourish Daytime

07:15 ONE News 07:30 ONE News 07:45 Duurella 08:00 Quddiesa tal-jum 08:30 Liquorish Daytime 08:40 Step Up 08:45 Pjazza 09:30 Telebejgħ 10:00 Espresso 12:30 ONE News 12:35 Ftit Ħin għal saħħtek

12:40 12:45 13:00 15:30 15:35 15:45 16:00 16:15 16:30 17:05 17:30

Teftif Telebejgħ Kalamita ONE News Liquorish Daytime Ieqaf 20 Minuta Telebejgħ Prime time Preview Country Jamboree Ħabrikt Dak li Jgħodd

18:30 Pjazza 19:20 ONE Sports & Temp 19:30 ONE News 20:10 Prime Time 20:30 Xanna 20:35 Follow Up 21:35 Music Legends 22:05 Distintivi 23:05 Ħabrikt 23:30 One News 23:45 Liquorish Daytime

07:15 07:30 07:45 08:00 08:30 08:40 08:50 09:35 10:00 12:30 12:40

12:45 Telebejgħ 13:00 Kalamita 15:30 ONE News 15:35 Liquorish Daytime 15:45 Ieqaf 20 Minuta 16:00 Telebejgħ 16:15 Prime Time Preview 16:30 Duurella 16:45 Pink Panther 17:30 Fish On 18:30 Pjazza

19:20 19:30 20:10 20:30 20:35 21:05 22:30 23:00 23:30 23:45

07:15 ONE News 07:30 ONE News 07:45 Duurella 08:00 Quddiesa tal-jum 08:30 Liquorish Daytime 08:40 Step Up 08:50 Pjazza 09:35 Telebejgħ 10:00 Espresso 12:30 ONE News 12:35 Ftit Ħin għal saħħtek

12:40 12:45 13:00 15:30 15:35 15:45 16:00 16:15 16:30 17:00 17:30

18:30 Pjazza 19:20 ONE Sports & Temp 19:30 ONE News 20:10 Prime Time 20:30 Xanna 20:35 Twenty ONE 21:00 Ilsien in-Nisa 22:40 Fish On 23:30 ONE News 23:45 Liqourish Daytime

07:15 07:30 07:45 08:00 08:30 08:40 08:50 09:35 10:00 12:30

13:15 ONE News 13:20 Kalamita 15:30 ONE News 15:35 Kalamita 16:05 Liquorish Daytime 16:15 Telebejgħ 16:30 Telebejgħ 16:45 Prime Time Preview 17:00 Duurella 17:30 Indhouse 18:30 Pjazza

19:20 ONE Sports ĠIMGĦA & Temp 04-06 19:30 ONE News 20:10 Prime Time 20:30 Xanna 20:35 L-Awla 22:00 Kick Off 23:30 ONE News 23:45 Liquorish Daytime

07:15 ONE News 07:30 ONE News 07:45 Duurella 08:00 Quddiesa tal-jum 08:30 Step Up 08:45 Better Living 09:45 Twenty ONE 10:15 Il-Kostruzzjoni 10:57 Indhouse

11:53 12:30 12:35 13:10 13:40 14:10 14:50 15:30 15:35

16:30 17:30 18:00 18:45 19:22 19:30 20:05 20:30 23:30

07:15 07:30 07:45 08:00 08:40 10:30 11:55 12:30 12:35

14:15 Żonasport 14:45 Pink Panther 15:30 ONE News 15:35 Durella 16:00 Country Jamboree 16:38 Fish On 17:38 Ħabrikt 18:00 Espressjoni 19:15 One Sport & Temp

ONE News ONE News Duurella Quddiesa tal-jum Liquorish Daytime Step Up Pjazza Telebejgħ Espresso ONE News Teftif

TLIETA 01-06

ONE News ONE News Duurella Quddiesa tal-jum Liquorish Daytime Step Up Pjazza Telebejgħ Espresso ONE News Teftif

ĦAMIS 03-06

dedika ftit ħin għalija nnifsi filwaqt li nirrilassa kompletament”. Kurżità ħelwa dwar id-dilettanti tal-Lego hija li normalment dawn iżommu l-kaxxi ta’ kull prodott li jixtru għax il-valur tagħhom jitla’ peress li wara sena jew sena u nofs, il-prodott ma jibqax jiġi mmanifatturat. Ladarba dawn jieqfu milli jiġu mmanifatturati aktar, ser tkun diffiċli sabiex isibu bħalhom ladarba dawn ikunu mibjugħa kollha. “B’hekk maż-żmien ikun hemm inqas minnhom fis-suq, u jekk tkun fortunat u ssib, għid li żgur ser teħodhom bi prezz għoli ferm mill-

oriġinal li jkunu ħarġu bihom qabel,” żvela miegħi. Mistoqsi jekk hawn Malta hawnx xi klabb tal-Lego, Luke kkonferma miegħi li m’hawnx, u dan peress li ma tantx hawn wisq dilettanti t’hekk. “Kelli ħabib li kien iffissat bħali, iżda malli beda s-Sixth Form kien waqaf. Jaf ’il quddiem noħloq xi esibizzjoni.” Fl-aħħar nett, Luke ħalla messaġġ lill-qarrejja ta’ din ilgazzetta. “Nixtieq li jkun hawn persuni li jintroduċu ruħhom mal-Lego għaliex huma verament terapewtiċi. Tibżgħux tippruvaw xi ħaġa ġdida filħajja u li tkun differenti minn tas-soltu,” temm jgħid.

TNEJN 31-05

12:45 13:00 15:30 15:35 15:45 16:00 16:15 16:30 16:45 17:30 18:30

07:15 07:30 07:45 08:00 08:30 08:40 08:50 09:35 10:00 12:30 12:40

ONE News ONE News Duurella Quddiesa tal-jum Liquorish Daytime Step Up Pjazza Telebejgħ Espresso PRESS CONFERENCE: COVID 19

SIBT 05-06

ONE News ONE News Duurella Quddiesa tal-jum Paper Scan Attività Politika Telebejgħ ONE News Ilsien in-Nisa

Teftif Telebejgħ Kalamita ONE News Liquorish Daytime Ieqaf 20 Minuta Telebejgħ Prime Time Preview Żona Sport Il-Kostruzzjoni Better Living

Telebejgħ ONE News Żona Sport Country Jamboree Liqourish Omnibus Fish On The Local Traveller ONE News Dak li Jgħodd

ONE Sports ERBGĦA & Temp 02-06 ONE News PrimeTime Xanna The Local Traveller Espressjoni Country Jamboree Ieqaf 20 Minuta One News Liquorish Daytime

Flimkien ma’ Nancy Il-Kelma Pink Panther Ondroad ONE Sport & Temp ONE News Ieqaf 20 Minuta Ilsien in-Nisa ONE News

19:30 ONE News 20:10 Ieqaf 20 Minuta 20:35 Attività Politika 21:15 L-Awla 22:30 YMCA Maratona 00:00 ONE News

ĦADD 06-06


24

30.05.2021

reċensjoni tal-ktieb

IL-PRINĊEP TAL-BIRGU Din il-ġrajja seħħet il-Birgu wara l-Ewwel Gwerra Dinjija. L-Ingliżi ħallew lill-Maltin bil-ġuħ, f’għaks u f’telqa kbira. Il-poplu Malti ma setax ilaħħaq mal-ħajja. L-Ingliżi ngħaqdu mal-Knisja biex iħallu lill-Maltin f’injoranza kbira. Manwel Dimech jispiċċa eżiljat mill-Gvern Ingliż għax ried jeduka lill-Maltin. Jorgos, żagħżugħ li jgħix il-Birgu, bin familja nobbli, kien student universitarju determinat u ma jaqta’ qalbu minn xejn. Kien iħobb jikteb il-ħsus tiegħu fi djarju. Renza kienet ukoll studenta universitarja. Tfajla Maltija b’missier ta’ nisel Ingliż, li kien kurunell fl-Armata Ingliża. IlKanonku Federik għex l-Awstralja għal bosta snin u issa kien joqgħod Ħal Qormi. Ġrajja mibnija fuq l-istorja ta’ Malta mħallta ma’ rakkont immaġinarju li jħalli lill-qarrej sal-aħħar fuq ix-xwiek.

Mistoqsija: Ma’ min ingħaqdu l-Ingliżi f’Malta u għaliex? Ibagħtu r-risposta tagħkom lil: Kompetizzjoni Ktieb, KullĦadd, ONE Complex A 28B, Industrial Estate, il-Marsa MRS 3000, u tidħlu biċ-ċans li tirbħu l-ktieb IL-PRINĊEP TAL-BIRGU. Ir-rebbieħ jitħabbar nhar il-Ħadd 6 ta’ Ġunju. Ir-rebbieħa huma mitluba jiġbru l-ktieb mill-ONE Complex, il-Marsa, billi jippreżentaw il-karta tal-identità, flimkien mal-ittra li se tintbagħtilhom minn din il-gazzetta, mit-Tlieta sal-Ġimgħa bejn id-09.00 u s-13.00, u s-Sibt bejn il-11.00 u l-16.00, festi pubbliċi esklużi. Intant, ir-rebbieħa tal-ktieb TLETTAX hija:

V. AQUILINA - MOSTA

01 Ġemma’ l-kupuni ta’ ħames ġimgħat wara xulxin kif ukoll wieġeb il-mistoqsija marbuta mal-aħbarijiet. Ibgħathom f ’daqqa lil: KOMPETIZZJONI €100, KullĦadd, ONE Complex, A 28 B, Industrial Estate, Il-Marsa MRS 3000 B’kemm qed tippjana li tkabbar il-flotta tagħha Ryanair sa ħames snin oħra?

Isem: Numru tat-telefown:

Tweġiba: Indirizz:

Rebbieħ: M. ATTARD - SAN ĠWANN


25

30.05.2021

IL-‘HANNIBAL THE CANNIBAL’ Qatel erba’ persuni... Tlieta minnhom fil-ħabs Kitba ta’ STEPHANIE CACCIATTOLO

Robert John Maudsley hu qattiel tal-massa Ingliż. Hu qatel erba’ rġiel u tlieta minnhom qatilhom waqt li kien fi sptar tal-moħħ u l-ħabs. Għall-bidu kien hemm rapporti li Maudsley kiel parti mill-imħuħ tal-vittmi tiegħu ġewwa l-ħabs u b’hekk ingħata l-laqam ta’ ‘Hannibal the Cannibal’ fuq il-midja Ingliża. Apparti dan il-laqam, Maudsley kien magħruf bħala ‘The Brain Eater’ mill-ħabsin l-oħrajn. Minkejja dan l-għajdut,

Broadmoore Hospital

Wakefield Prison minn ġewwa

mir-riżultati tal-awtopsja rriżulta li dan ma kienx minnu. It-tfulija ta’ Robert Maudsley Robert John Maudsley twieled fis26 ta’ Ġunju tal-1953 fi Speke fuq in-naħa ta’ barra ta’ Liverpool fl-Ingilterra. Kienu 12-il wild u hu spiċċa f ’orfonatrofju fi Crosby f ’Merseyside meta kellu biss ftit xhur. Meta għalaq tmien snin, il-ġenituri tiegħu ħarġuh mill-orfonatrofju u ħaduh lura d-dar. Lura d-dar sab ma’ wiċċu ħafna abbużi li wasslu lill-uffiċjali tas-servizzi soċjali biex jeħduh mid-dar. Hekk kif tfarfar u sar żagħżugħ, Maudsley beda jaħdem bħala raġel tax-xogħol fit-toroq biex ikun jista’ jixtri d-droga. Hu prova jwettaq suwiċidju kemm-il

darba u minħabba f ’hekk spiċċa biex beda jingħata kura psikjatrika. Lill-psikjatri qalilhom li hu kien jisma’ l-ilħna li kienu jgħidulu biex joqtol lill-ġenituri tiegħu u ’l quddiem stqarr li ma kienx joqtol lill-vittmi tiegħu li kieku fl-1970 qatel lil ommu u missieru. Il-bidu tad-delitti Fl-14 ta’ Marzu tal-1974, Maudsley qatel lil John Farrell f’Wood Green f’Londra billi fgah. Jidher li Farrell ġabar lil Maudsley għal servizzi sesswali u Farrell beda jurih ritratti ta’ tfal li abbuża minnhom sesswalment. Dan wassal lil Maudsley biex jattakka lil Farrell, joqtlu u wara mar jagħti ruħu b’idejh lill-pulizija. Lill-pulizija qalilhom li kellu bżonn għajnuna psikjatrika u peress li ma kienx stabbli għall-ġuri, intbagħat fi Broadmoor Hospital. Tliet snin wara li ntbagħat f’dan l-isptar, Maudsley qatel lill-ewwel ħabsi li kien qiegħed hemm fuq akkużi ta’ abbużi sesswali fuq it-tfal. Maudsley, flimkien ma’ David Cheeseman, inqaflu f’kamra ma’ David Francis u għamlu madwar disa’ sigħat jittorturawh sa ma miet. Maudsley instab ħati tal-qtil ta’ Francis u ntbagħat f’Wakefield Prison. Iċċaqliqa minn Broadmoor Hospital għal Wakefield Prison ma niżlitlux tajjeb u mill-azzjonijiet tiegħu wera li ried imur lura. Minkejja dan, hu weħel għomru l-ħabs fuq il-qtil ta’ Francis u kien ukoll irrakkomandat li ma joħroġ qatt mill-ħabs. Dan wassal għat-tieni u t-tielet delitti. Fl-1978, Maudsley qatel żewġ ħabsin f’ġurnata waħda. L-ewwel vittma kien Salney Darwood, raġel li kien il-ħabs wara li qatel lil martu. Maudsley stieden lil Darwood fiċ-ċel-

la tiegħu u hekk kif dan mar, Maudsley fgah u beda jagħtih daqqiet bi strument bil-ponta. Wara li qatlu, Maudsley ħeba l-katavru tiegħu taħt is-sodda. Wara dan, Maudsley beda jipprova juża l-istess tattika billi jistieden ħabsin oħrajn fiċ-ċella tiegħu iżda kollha bdew jirrifjutaw. Hekk kif ma bediex jirnexxilu jdaħħalhom fin-nasba, qabad u ħareġ miċ-ċella u qagħad idur għat-tieni vittma tiegħu. Waqt ir-ronda, hu sab lil Bill Roberts u tah daqqiet bi strument bil-ponta sakemm qatlu. Bill Roberts kien qed jiskonta seba’ snin ħabs fuq abbuż sesswali ta’ tifla ta’ seba’ snin. Wara li qatlu, Maudsley mar fl-uffiċċju tal-uffiċjal tal-ħabs, poġġa l-arma fuq il-mejda u qallu li meta jieħu r-rassenja se jkollu żewġ ismijiet inqas. Jispiċċa f ’ċella tal-ħġieġ taħt l-art L-aġir ta’ Maudsley wassal lill-uffiċjali tal-ħabs biex jibnulu ċella b’ħitan talħġieġ taħt l-art, ’il bogħod mill-ħabsin l-oħrajn. Iċ-ċella fiha d-doppju ta’ ċella normali u fiha għandu mejda, siġġu, sink u toilet imwaħħlin malart bil-boltijiet u sodda magħmula mill-konkos. Fiċ-ċella stess hemm qisha gaġġa li minnha l-uffiċjali jgħaddulu l-ikel u xi oġġetti oħrajn. Maudsley jista’ joħroġ biss siegħa f’ġurnata għal ftit eżerċizzju fejn jiġi akkumpanjat minn sitt gwardjani tal-ħabs u bla kuntatt mal-ħabsin l-oħrajn. F’Marzu tal-2000, Maudsley appella biex jiġu rilassati l-kundizzjonijiet solitarji li ngħata jew biex jingħata pillola ħalli jwettaq suwiċidju. Talabhom ukoll biex jingħata għasfur iżda l-ebda talba ma ġiet aċċettata. Maudsley għadu jiskonta s-sentenza tiegħu bl-istess kundizzjonijiet sallum il-ġurnata.


26

30.05.2021

GĦAQQAD IL-KAXXI

Għaqqad skont kemm hu l-valur li hemm fil-kaxxi. Eżempju: Jekk f’waħda mill-kaxxi hemm valur ta’ 10, trid tgħaqqad 10 kaxxi żgħar li jridu jkunu jmissu ma’ xulxin u f’forma ta’ kaxxa jew rettanglu. Ilkaxxi kollha jridu jintużaw u kaxxa tista’ tintuża darba biss. In-numru huwa indikazzjoni tat-total ta’ kaxxi żgħar u mhux neċessarjament juri minn fejn għandha tibda l-kaxxa.

SIB IL-VALUR Kull ittra fiha valur, uħud mill-valuri huma diġà mpoġġija. Uża dawn il-ħjilijiet biex issib il-kumplament tal-valuri tal-ittri.

1

2

3

4

5

6

7

8

9

10

11

12

13

14

15

16

17

18

19

20

21

22

23

24

25

26


27

30.05.2021

SUDOKU SPONSORJATA MINN WELLA

Irbaħ shampoo u conditioner tad-ditta Wella. Aqta’ din il-logħba u ibgħatha lil:

KOMPETIZZJONI WELLA, KullĦadd, ONE Complex, A 28 B, Industrial Estate, Il-Marsa MRS 3000 Isem: Indirizz:

TISLIBA 383

J. DEBONO BRIFFA - XEMXIJA

Bi 3 NUMRI 260 281 420 485 538 639 715 741 B’4 NUMRI 0042 0148

0154 0590 0736 1133 1725 1979 2080 2149 2195 2514 2855 2981 4179

4551 4585 5054 5344 5384 5444 5578 5954 5970 6191 6642 7154 7216

7232 7501 7551 7650 8484 8754 9136 9740 9769 9794 B’5 NUMRI 00638

02549 10333 15086 15536 17556 23085 30747 31416 31842 32613 37771 38453 39451

41252 41588 44602 52902 59051 66254 66726 77463 84074 94245 99435

018711 404603 658841 753144 B’7 NUMRI 2956544 8176100 9770717

B’8 NUMRI 48729167 B’6 NUMRI 70425449

MIMDUDIN: 1. Kompli l-qawl: 10. Fin-negozju 12. m’hemmx ....... (5) 16. 4. Qabel il-qamħ (4) 18. 7. Ara 1 wieqfa 9 u 19. Jieħu ħsieb 19.

il-librerija (6) Skont il-liġi (6) Applika? (6) Lily bla sieq (3) Tal-ewwel u talaħħar (1,1) Ara 9

WEQFIN: 1,7. Kriminali (8) 2. Ingrid Borg Bonaci (1,1,1) 3,5. Għasfur (6) 5. Ara 3 6,23. Imsinna? (7)

Tal-business (9) 15. Facebook (1,1) Kollha foloz 17. barra wieħed (5) 21. Il-ħoss li tagħmel in-nagħġa (3) 22. Ħarsu lejja (6)

8. 11. 12,22. 13. 14.

20. 21. 23. 24.

Mhux bilfors tkun ramlija (5) Suf ? (3) Ara 6 Grupp ta’ nies (5) Flus favur tiegħi! (6) Mhux issa (3) Taqbad minnu (3) Ara 12 wieqfa

SOLUZZJONI TAL-AĦĦAR TISLIBA MIMDUDIN: 1.Ibill, 4.Trux, 7,23.Ammira, 9.Ivo, 10.Ċirasa, 12.Tirana, 16.Uno, 19.Tar, 20.Pront, 21.Uff, 24.Żwieġ

WEQFIN: 1.Imiddu, 2,18.Iħokk, 3,12W.Lacto, 5,11.Reali,6,22.Xfafar, 8.Mirakoluż, 13.RKR, 14.Atturi, 15.Żrameġ, 17.Naf, 21.UĦM


28

30.05.2020

“ĦMERIJIET” PARTIĠJANI Editorjal

Ma ninsewx lanqas li dak kollu li fl-aħħar snin riedu jattribwixxu lill-Partit Laburista fil-Gvern, diġà wettquh huma bil-fatti qabel, inkluż l-abbuż minn fondi Ewropej, kif riedu jimplikaw fl-aħħar jiem

Kemm-il ħmerija trid tagħmel biex tirrealizza li m’għandekx tirrepeti l-iżball? Għall-klikka tal-Partit Nazzjonalista, li ħal­ fet li tirrovina l-ekonomija nazzjonali u magħ­ha l-għaj­xien tal-Maltin kollha, ma jinteressahiex wisq. Anzi lesta tagħmel ħafna iżjed “ħmerijiet”, anke jekk dan ifisser li tkompli therri l-kredibbiltà li fadlilha l-Oppożizzjoni u finalment terġa’ tiġi rredikolata mill-elettorat. Fil-verità lkoll nafu li dak li għadhom jimbottaw fil-fora internazzjonali, sa din il-ġimgħa stess, mhu l-ebda ħmerija. Din iċ-ċorma tal-establishment hi iżjed minn konsapevoli li qiegħda twettaq xejn inqas minn tradiment kontra pajjiżha biex eventwalment dan ifalli minn testijiet importanti. Konxji ta’ x’jistgħu jkunu l-konsegwenzi ta’ dan kollu, allura dawn l-azzjo­nijiet huma ferm aktar gravi, iżjed u iżjed meta mhumiex ġustifikati. Dan kollu huwa parti minn vizzju antik tal-PN u nkunu biss ċwieċ jekk nemmnu li xi darba jistgħu jinbidlu. Mal-45

sena ilu, meta pajjiżna kien qed jipprova jqum fuq saqajh billi joħloq industriji ġodda, waqt li jinfatam mix-xogħlijiet marbu­ tin mal-preżenza tal-qawwiet militari Brittaniċi fostna, dawn kienu jirrikorru barra minn xtutna biex igerrxu l-investimenti potenzjali. Kienu saħansitra ħolqu dossiers speċifiċi, bħall-“Malta File” u “Is Malta Burning?”, biex ipinġu d-dlamijiet fuq artna. Lura fi żminijietna, għandna nqisu li riżoluzzjonijiet riċenti fil-Parlament Ewropew u dis­ kussjonijiet f’kumitati oħrajn Ewropej, kif kellna nhar l-Erbgħa li għadda b’rabta malużu ta’ fondi li joħorġu minn Brussell, huma biss il-quċċata tas-sabutaġġi. Dawk li fil-fatt jidhru fil-wiċċ. Ħafna oħrajn jiġu imbottati minn taħt mir-rappreżentanti tal-PN u sħabhom bl-iskop uniku li jimminaw kontinwament ir-reputazzjoni ta’ Malta, inkluż fi kriżi globali bħall-pandemija. Ma ninsewx lanqas li dak kollu li fl-aħħar snin riedu jatt­­ ribwixxu lill-Partit Laburista

fil-Gvern, diġà wettquh huma bil-fatti qabel. Inkluż l-abbuż minn fondi Ewropej, kif riedu jimplikaw f’kumitat tal-Parlament Ewropew fl-aħħar jiem. Ħadd mhu se jinsa s-sospen­ s­­joni minn Brussell ta’ prog­ rammi edukattivi f’pajjiżna fl-2010. Id-dannu sofrewh l-aktar l-istudenti li dak iż-żmien riedu jkattru l-għarfien edukattiv tagħhom u, frott it-taħwid Nazzjonalista, ġew imċaħħdin minn esperjenza barra minn xtutna. Dak kien ukoll iż-żmien ta’ lezzjonijiet oħrajn ħżiena, bħal pereżempju kif timpjega miegħek fil-Ministeru anke littifel tiegħek. Altru minn persuna ta’ fiduċja! Infakkru li f’dak iż-żmien li, skont tal-establishment kien “tad-deheb”, kellna wkoll l-iskandlu infami ta’ fondi Ewropej intenzjonati bħala għajnuna għall-biedja, li, iżda, spiċċaw biex anke nħarġu fuq art li ma setgħet qatt tinħadem (għax kienet xagħri!). Biex ma ninsewx ukoll iżjed riċenti l-allegazzjonijiet ta’ frodi mill-uffiċċju tal-Membru

Parlamentari Ewropew David Casa b’rabta ma’ pagi tal-ħaddiema tiegħu li kienu jiġu minfuħin, b’qerq tal-istituzzjonijiet fi Brussell. Meta tal-PN jistqarru uffiċjalment li jilqgħu l-aħbar li “l-kumitat tal-Money­val, tal-Kunsill tal-Ewropa, ap­prova vot li jfis­ ser riżultat pożittiv lil Malta” hu biss il-wiċċ falz ta’ min jaħseb li, xi darba, jista’ jgħatti x-xemx bl-għarbiel. L-istess ma jistax jaħbi d-drabi li stinka, anke permezz tal-forċini tiegħu, biex dak ir-riżultat ma jintlaħaqx u, minflok, ikun kompletament bil-maqlub. Issa, filwaqt li l-Kap attwali Nazzjonalista jintefa’ jirrifletti fuq il-ħmerijiet ta’ ħajtu, għandu jkun jaf li l-pajjiż se jibqa’ bil-ħsieb li jaqdef ’il quddiem, kif għamel fl-aħħar snin, avolja bit-tfixkil kollu li jsir minn sħabu. Il-fatt li lilu daħħluh fi sqaq li ma jinfidx, ma jfissirx li l-maġġoranza tal-poplu Malti u Għawdxi se tippermettilhom li jagħmlu l-istess lill-ġejjieni tagħhom. Iż-żmien jagħtina parir.


Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.