ELEZZJONI KAP PN
www.kullhadd.com Il-Ħadd, 30 ta’ Lulju, 2017
Ħarġa Nru 1,255 Prezz €1
IL-PRIM MINISTRU JOSEPH MUSCAT JERĠA’ JAGĦMILHA
ĠGANTI GĦAŻLU MALTA
Il-KAP CARETAKER TILEF IL-KONTROLL RABJA KBIRA GĦAL FRANK PORTELLI PROBLEMA ĠDIDA GĦAL ADRIAN DELIA
• STARR, ISEM KBIR FL-ASSIGURAZZJONI, JAPPLIKAW MAL-MFSA
• BREXIT TASK FORCE TITWAQQAF FIL-ĠIMGĦAT LI ĠEJJIN
Ara paġni 4 u 5
NIRREGOLAW BIEX JONQOS L-ABBUŻ
Starr Companies, waħda mill-entitajiet Amerikani l-aktar magħrufa fil-qasam talassigurazzjoni se tkun qed tuża lil Malta biex taħdem fl-Unjoni Ewropea u applikazzjoni għal dan il-għan diġà saret mal-Awtorità Maltija għas-Servizzi Finanzjarji, l-MFSA. Sa issa STARR kienet tuża preżenza f ’Londra għal dan il-għan u l-miġja tagħha f ’Malta tista’ sservi biex ikun hemm interess ta’ kumpaniji oħra li qed ifittxu pajjiż ieħor Ewropew minn fejn joperaw minħabba Brexit. Però l-kisba ta’ Starr hija sinifikanti wkoll għax hija riżultat dirett ta’ żjara li l-Prim Ministru Malti għamel fl-Istati Uniti f ’Novembru li għadda. Starr hija mmexxija minn Hank Greenberg meqjus bħala wieħed mill-aktar persuni influwenti filqasam tas-servizzi finanzjarji fl-Istati Uniti. Ara paġna 3
Li wieħed jillegalizza u jirregola l-prostituzzjoni jista’ jfisser li jasal biex jagħraf u jkun jaf min qiegħed fis-settur tal-prostituzzjoni għax sfurzat u min qed jagħmel dan b’mod volontarju. Argumenta dan il-kriminologu, Trevor Calafato, li fost ir-riċerki tiegħu hemm dawk marbuta mas-suġġett u li jemmen li dan jista’ jgħin biex jitnaqqsu l-abbużi. F’kummenti mal-gazzetta KullĦadd Calafato tenna li wieħed ma jistax jistenna li jelimina dawn il-prattiċi u servizzi ta’ prostituzzjoni. Ara paġni 6 u 7
02
30.07.2017
kullhadd.com
Editur ALEANDER BALZAN
L-Ogħla Temperatura: 31°C L-Inqas Temperatura: 23°C L-Indiċi UV: 10 Is-Sitwazzjoni Ġenerali: Arja ta’ pressjoni għolja qed tiksi ċ-ċentru tal-Mediterran It-Temp: Xemxi Ir-Riħ: Ħafif u varjabbli l-iktar mil-Lbiċ Il-Viżibilità: Tajba Il-Baħar: Ħafif L-Imbatt: Ftit li xejn It-Temperatura tal-Baħar: 26°C
email: aleander.balzan@one.com.mt tel: (+356) 2568 2500
Reklamar u Distribuzzjoni KIMBERLY CUTAJAR email: sales@kullhadd.com tel: (+356) 2568 2572
Disinn tal-Paġni LEANNE ABELA GRECH tel: (+356) 2568 2571
Kuntatt Ġenerali KullĦadd
It-Tnejn
email: editorial@kullhadd.com tel: (+356) 2568 2570
It-Tlieta
L-Erbgħa
Indirizz Postali KullĦadd
One Complex, A 28B, Industial Estate Il-Marsa MRS 3000
31°C
UV 9
22°C
Il-Ħamis
32°C
UV 9
23°C
32°C
Il-Ġimgħa
UV 9
24°C
Is-Sibt
Sit Elettroniku KullĦadd kullhadd.com
Mezzi Soċjali www.facebook.com/kullhadd
32°C
UV 9
25°C
33°C
UV 9
25°C
31°C
UV 8
24°C
SPIŻERIJI LI JIFTĦU LLUM IL-ĦADD New British Dispensary, 109/110, Triq San Ġwann, Il-Belt Valletta – 21244813 Darwin Pharmacy, 152, Triq il-Kbira San Ġużepp, Il-Ħamrun – 21221512 Pinto Pharmacy, 43, Triq San Bastjan, Ħal Qormi – 21487311 St. Paul’s, Triq Brared, Birkirkara – 21442135 St. Anthony Pharmacy, 56, Triq San Ġużepp, Tal-Pietà – 21237327 Numri Importanti Lourdes Pharmacy, Triq in-Naxxar, San Ġwann – 21387479 Is-Servizzi kollha ta’ Emerġenza Drug Store: Anglo Maltese Dispensary Ltd. 382, Triq Manwel Dimech, Tas-Sliema – 21334627 112 St. Michael Pharmacy, Misraħ tat-Transfigurazzjoni, Ħal Lija – 21435875 Mġarr Pharmacy, Triq il-Kbira c/w Triq Vitale, L-Imġarr – 21577784 Il-Pulizija ta’ Malta St. Paul’s Bay Pharmacy, 504, Triq il-Kbira, San Pawl il-Baħar – 21575276 2122 4001-9 Sta. Lucia Pharmacy, 1, Misraħ Dorell, Santa Luċija – 21890111 Alpha Pharmacy, Triq Bormla k.m Vjal il-Kottoner, Il-Fgura – 21673811 Id-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili May Day Pharmacy, Triq il-Vittorja, Ħaż-Żabbar – 21826529 2393 0000 Brittania Pharmacy, 5 Triq il-Bajja s-Sabiħa, Birżebbuġa – 21658622 Milia’s Pharmacy, 42, Vjal il-Blue Grotto, Iż-Żurrieq – 21689971 Il-Gwardjani Lokali 2132 0202 De Rohan Pharmacy, Triq Sant’Antnin, Ħaż-Żebbuġ – 21464128 St. Anthony Pharmacy, 18 Triq il-Kbira, Ir-Rabat – 21454187
Stampat Progress Press
L-Isptar ta’ Malta 2545 0000
L-Isptar ta’ Għawdex 2156 1600
Servizz Veterinarju ta’ Emerġenza 5004 3888
Servizz ta’ Direttorju Telefoniku 1182
Għawdex Abela Pharmacy, 42, Triq G.P.F. Agius De Soldanis, Ir-Rabat – 21556170 Tony’s Pharmacy, “Egret Court”, Triq il-Wied, Marsalforn – 21563617 Servizz ta’ tobba fiċ-ċentri tas-saħħa fil-Ħdud u l-festi pubbliċi Iċ-Ċentri tas-Saħħa tal-Mosta, Raħal Ġdid u l-Furjana jiftħu għall-emerġenzi – 24 siegħa, sebat ijiem fil-ġimgħa. Fil-Ħdud u fil-festi pubbliċi, iċ-Ċentru tas-Saħħa tal-Gżira jiftaħ għall-emerġenzi bejn it-8.00am u l-5.00pm. Ikun hemm ukoll servizz ta’ infermier bejn it-8.00am u t-8.00pm. Il-pubbliku jrid jattendi ċ-ċentru tas-saħħa tad-distrett tiegħu. Persuni mingħajr karta ta’ identità ma jiġux moqdija.
03
30.07.2017
kullhadd.com
STARR JAPPLIKAW MAL-MFSA Malta din il-ġimgħa ġibdet l-attenzjoni tad-dinja tas-servizzi tal-assigurazzjoni internazzjonali. Dan hekk kif wieħed mill-underwriters ewlenin Amerikani ħabbar li kien se japplika għal-liċenzja f ’pajjiżna biex jipprovdi servizzi fl-Unjoni Ewropea. Starr Companies hija waħda mill-entitajiet Amerikani l-aktar magħrufa f ’dan il-qasam, u sa issa kienet tuża kumpanija f ’Londra għal dan il-għan. Starr bdew ifittxu post ieħor minn fejn joperaw fis-sajf tas-sena li għaddiet. Jirriżulta li fattur kruċjali li wassal lil Starr jieħdu din id-deċiżjoni kienet laqgħa li kellhom mall-Prim Ministru, Joseph Muscat f ’Novembru li għadda. Din il-laqgħa kienet waħda mir-raġunijiet ewlenin għal żjara li għamel il-Prim Ministru fi New York u li dwarha l-Oppożizzjoni u xi mezzi tax-xandir kienu rrappurtaw b’mod żbaljat li kellha x’taqsam ma’ problemi fil-qasam tas-servizzi finanzjarji. Il-fatti, kif kien qal il-Gvern stess is-sena li għaddiet, kienu bil-maqlub u x-xogħol kien biex jiġi attirat investiment ġdid Amerikan lejn pajjiżna. Għal dawn il-laqgħat fl-Istati Uniti kien hemm preżenti wkoll il-Ministru tal-Finanzi, Edward Scicluna. Starr huma mmexxija minn Hank Greenberg, li minnu
nnifsu huwa istituzzjoni fisservizzi finanzjarji fl-Istati Uniti. Fis-sittinijiet, Greenberg kien ingħaqad, imbagħad beda jmexxi l-akbar kumpanija tal-assigurazzjoni u servizzi finanzjarji fl-istorja, AIG. Huwa imbagħad ingħaqad ma’ Starr, kumpanija mwaqqfa mill-fundatur ta’ AIG, Cornelius Van Derr Starr u għadu jmexxi din il-kumpanija sallum fl-età ta’ 92 sena. Hank Greenberg huwa meqjus bħala wieħed mill-aktar persuni influwenti fil-qasam tas-servizzi finanzjarji fl-Istati
Jidher li fil-ġimgħat li ġejjin tista’ tittieħed deċiżjoni dwar investiment importanti ieħor fil-qasam tas-servizzi finanzjarji
Uniti, għandu rabtiet sinifikanti mal-Partit Repubblikan, u hu promotur kbir tal-kummerċ bejn l-Istati Uniti u ċ-Ċina. Starr Companies huma meqjusa fost il-kumpaniji fdati minn Gvern Amerikan wara l-ieħor biex jieħdu ħsieb assigurazzjoni ta’ assi tal-pajjiż. Starr Companies hija grupp ta’ kumpaniji multi-billjunarjarji bil-kwartieri ġenerali tagħhajinsabu fi New York. Madanakollu għandha rappeżentanza f ’ħames kontinenti. Fil-fatt l-istem Starr Companies huwa isem wieħed għasservizzi differenti. Topera fil-qasam tal-assigurazzjoni f ’setturi differenti minn avjazzjoni sa kostruzzjoni u anke enerġija, toffri assistenza fejn għandu x’jaqsam vjaġġar u tagħti għajnuna meta wieħed ikun se jinvesti. Għandha storja twila, tmur lura għall-1919, kwazi mitt sena ta’ storja f ’qasam li kulma jmur jinbidel, u huwa dak li jagħmel din il-kumpanija interessanti, jiġifieri li rnexxielha timxi maż-żminijiet u kibret biex illum saret fost l-aqwa kumpaniji l-aktar imfittxija fuq livell internazzjonali. Fl-aħħar jiem il-Kap Eżekuttiv ta’ Starr Companies, Steve Blakey, responsabbli mill-operat ta’ Star Companies kien ikkwotat jgħid li l-kumpanija applikat għal-liċenzja biex tibda topera minn Malta. Blakey ikkonferma li dan il-pjan huwa
Il-fatt li Malta rnexxielha tattira kumpanija tant importanti se jservi biex ikun hemm interess ta’ kumpaniji oħra li qed ifittxu pajjiż ieħor Ewropew minn fejn joperaw minħabba Brexit
diġà sottomess wara li kellu diskussjonijiet mal-Awtorità Maltija Għas-Servizzi Finanzjarji li tat l-appoġġ tagħha lejn il-pjan ta’ investiment imressaq. Blakey qal li l-preżenza f ’Malta se sseħħ billi tistabbilixxi kumpanija tradizzjonali għall-assigurazzjoni u jkollha d-drittijiet meħtieġa skont dawk offruti fiż-żona ekono-
mika Ewropea. L-Għan ta’ Starr Companies huwa li din tibda taħdem minn pajjiżna mill-1 ta’ Jannar 2018. Dan huwa t-tieni investiment ta’ kumpanija ewlenija Amerikana f ’Malta wara dik ta’ Crane Currency, li hi l-unika kumpanija fid-dinja fdata li tistampa d-Dollari Amerikani. Is-CEO ta’ Crane diġà qal li r-reazzjoni bla telf ta’ żmien tal-Prim Ministru u l-attitudni pro business tal-Gvern kienu kruċjali biex jieħdu d-deċiżjoni li jinvestu Malta. Minkejja li s-settur ta’ Starr ma jinvolvix il-mijiet ta’ impjiegi ta’ Crane, il-fatt li Malta irnexxielha tattira kumpanija tant importanti se jservi biex ikun hemm interess ta’ kumpaniji oħra li qed ifittxu pajjiż ieħor Ewropew minn fejn joperaw minħabba Brexit. Fil-fatt, jidher li fil-ġimghat li ġejjin tista’ tittieħed deċiżjoni dwar investiment importanti ieħor fil-qasam tas-servizzi finanzjarji, bil-maqlub ta’ dak li kienet qed tbassar l-Oppożizzjoni matul il-kampanja elettorali li għaddiet. Il-Gvern mistenni wkoll li filġimgħat li ġejjin iħabbar il-formazzjoni ta’ Brexit Taskforce, bejn Gvern u privat, li se tiffoka aktar fuq l-attrazzjoni ta’ investiment simili. L-attitudni li qed tittieħed mhix wahda antagonista għar-Renju Unit iżda waħda kumplimentari.
04
30.07.2017
kullhadd.com
IL-LAQGĦA MA’ BUSUTTIL FI SFOND TA’ INKWIET KBIR • IL-KAP CARETAKER TILEF IL-KONTROLL GĦALKOLLOX
Laqgħa li saret malKap caretaker tal-Partit Nazzjonalista, Simon Busuttil, iktar kmieni din il-ġimgħa ssejħet minħabba li filbattalja għall-Kap tal-Partit Nazzjonalista issa qed jintilef kull kontroll. Kien għalhekk li Busuttil bagħat għall-erba’ kandidati u ġabarhom fluffiċċju tiegħu wara li kienu diġà ltaqgħu fi Triq ir-Repubblika. Nies mill-fazzjonijiet ta’ Adrian Delia u Chris Said qed jiftħulha għal kontra xulxin anke fil-pubbliku, b’mod li qed iħasseb mhux ftit lil dawk fidDar Ċentrali.
Anke għaliex qed issir pressjoni fuq il-Kummissjoni Elettorali li qed tmexxi l-elezzjoni u fuq l-amministrazzjoni ta’ bħalissa li s-sitwazzjoni ma tistax tibqa’ sejra hekk meta għall-għażla finali għad baqa’ xahar u nofs. Saħansitra kkummenta dwar din is-sitwazzjoni Frank Psaila, meqjus bħala vuċi moderata filPartit Nazzjonalista, iżda fdat sew fid-Dar Ċentrali. Qal li qed jaqbdu d-dwejjaq kif partitarji Nazzjonalisti qed ikunu mqabbda f ’xulxin dwar l-għażla ta’ min se jkun il-mexxej li jmiss tal-Partit Nazzjonalista. “Il-kandidati għandhom
id-dmir li jtemmu dawn l-argumenti bla sens,” kiteb Frank Psaila li żied li d-darba li jmiss aħjar jiltaqgħu għal kafè fi Triq ir-Repubblika dawk li jappoġġjawhom. “Wasal il-mument li ndaħħlu ftit maturità fid-dibattitu dwar ittmexxija,” żied Frank Psaila. Iżda, l-imkejjen tagħna fil-Partit mhux biss ġibdulna l-attenzjoni dwar il-kumment ta’ Psaila iżda wkoll dwar dak li wieġbu David Griscti, President tal-AŻAD li ma qagħadx lura milli jitfa’
battuta lil Adrian Delia. Lil Frank Psaila qallu li biex jintgħażel l-aqwa irid ikun hemm analiżi li ma tkunx populista u ppakeġġjata f ’pakkett ileqq. “Irridu nifhmu l-karattru veru tal-kontestanti u l-istil veru tagħhom lejn il-politika,” kiteb l-avukat Griscti li tkellem dwar rekord fil-politika u rispett lejn l-oħrajn. Qal ukoll li wieħed irid jara l-ġenwinità u l-esperjenza. “Jew dik jew niddeċiedu fuq il-marketing,” kiteb Griscti li mkejjen f ’Tal-Pietà qalulna li
ma tridx wisq għerf biex tkun taf għal min kien qiegħed jgħid. Biex l-appell ta’ Frank Psaila malajr intlaqa’ b’element ta’ xettiċiżmu. Xettiċiżmu rifless minn ħafna fid-Dar Ċentrali li bħalissa għaddejjin jisparaw lejn xulxin bil-għan li l-kandidat li mhux tagħhom jinkixfulu d-difetti kollha. Hi din il-ħaġa li prova jikkontrolla Busuttil mingħajr suċċess tant li kien hemm min qallu li din hija konsegwenza diretta tal-fatt li għażel kampanja ta’ tliet xhur.
IRRABJATI GĦAL PORTELLI • JATTAKKA LIL MARIO DE MARCO • IĠIB FIX-XEJN IT-TATTIKA TA’ SIMON BUSUTTIL Frank Portelli, kandidat għat-tmexxija tal-Partit Nazzjonalista, u t-tmexxija tal-partit bħalissa jinsabu f ’konfront dirett bejniethom wara li Frank Portelli mhux qed iżomm lura milli jikkritika blaħrax u fil-miftuħ it-tmexxija ta’ Simon Busuttil u dawk ta’ madwaru. Permezz ta’ Facebook u anke fl-istediniet skedati li qed ikun hemm għal kull kandidat, Portelli qed ikun ċar kristall u l-kritika tiegħu tixbah lil dik ta’ kritiċi ewlenin talPartit Nazzjonalista fl-aħħar snin, saħansitra dik tal-Partit Laburista. Fuq ir-radju fl-aħħar jiem fi programm fejn ma
ttiħdux telefonati, Portelli qal: “Ilna nirrepetu l-istess żbalji mill-2009... Ġiet l-elezzjoni tal2009 u qlajna tkaxkira, għax innies kienu tawna l-aħħar ċans.” Tkellem fuq l-attitudni supperva tal-Partit Nazzjonalista u qal li: “Ħadd mhu għar-rimi. Ilpartit irid jagħmel paċi ma’ dawk ta’ rieda tajba.” Jekk ma jagħmilx hekk għal Portelli l-Partit Nazzjonalista jintemm. “Se niġu bħad-dinosawri, nispiċċaw fix-xejn,” qal Portelli li ma darx mal-lewża meta ġie biex jitkellem dwar suġġetti partikolari. “Aħna qed nikkritikaw lidDB Group,” qal Portelli li fakkar kif filwaqt li l-PN kien
kontra d-deal tal-ITS il-Viċi Kap tiegħu nnegozjah. “Dan l-avukat li qiegħed magħna qed imur jinnegozja, issa jien jistgħu jivvutawli jew le. Għaliex tlifna? Għax tlifna l-kredibbiltà. Ma jistax ikollna xi ħadd parti minn dan ilpartit u jmur jinnegozja malgvern. Jien kont ktibt lil Simon Busuttil,” żied Portelli li fost il-ħafna żbalji jsemmi t-taxxa ta’ reġistrazzjoni tal-karozzi. “Kellna t-taxxa fuq il-karozzi u aħna ma nammettux li għamilna żball. 16,000 ruħ kien hemm min dawn,” qal Portelli li attakka wkoll il-koalizzjoni mal-Partit Demokratiku. “Tlifna siġġijiet għal partit
ieħor. Irridu ngħidu dik hi l-verità,” stqarr il-kandidat għat-tmexxija li għamilha ċara wkoll kif jaħsibha dwar dik li Simon Busuttil għamilha parti ċentrali mill-kampanja tiegħu. Mingħajr ma semmieha b’isimha, dwar Daphne Caruana Galizia, Frank Portelli qal: “M’għandniex nassoċjaw ruħna ma nies li jiktbu blogs
li jweġġgħu lin-nies. Ma tistax tweġġa’ lil xi ħadd apposta jew tassoċja ruħek miegħu. Għidli ma’ min tagħmilha u ngħidlek x’int. Aħseb u ara kemm se mmur mass meeting u nikkwota lil din il-persuna.” It-tmexxija tal-PN xejn ma hi kuntenta b’dan l-aġir ta’ Frank Portelli li ħalef li ħadd mhu se jagħlaqlu ħalqu.
05
30.07.2017
kullhadd.com
INTOPP GĦAL ADRIAN DELIA • JEAN PIERRE DEBONO JIRTIRA WARA LI ŻVELAJNIELU L-PJAN • SPIĊĊA FL-ISTESS SITWAZZJONI TA’ COMODINI CACHIA Il-kandidat għat-tmexxija tal-Partit Nazzjonalista, Adrian Delia, irid isolvi problema li kien ħaseb li solva sal-ġimgħa li għaddiet. Dan għax wara li l-gazzetta KullĦadd żvelat li kellu ftehim ma’ Jean Pierre Debono biex dan tal-aħħar iċedilu s-siġġu Parlamentari, id-deputat li tela’ mis-seba’ distrett kien iffaċċjat bi kritika qawwija u fl-aħħar jiem daqq l-irtirata. Tant li ħamest ijiem wara li żvelajna l-istorja fil-faċċata ta’ din il-gazzetta bagħat tweġiba biex jgħid li mhux veru se jċedi s-siġġu. L-imkejjen tagħna fidDar Ċentrali, li waqetilhom żokorthom fil-politika, spjegaw kif aħbar bħal dik kienet tkun miċħuda mill-ewwel li kieku ma kinetx minnha. Iżda, Jean Pierre Debono m’għamel ebda ċaħda u lanqas martu Kristy Debono li bħala parti mill-pjan miftiehem kien se jkollha l-appoġġ ikkundizzjonat għallViċi Kap tal-Partit Nazzjonalista. Jirriżulta li dan wassal għal kritika qawwija kemm minn dawk li internament qed jopponu l-kandidatura ta’ Delia, kif ukoll mid-distrett b’ħafna jgħidu lil Delia li spiċċa fl-istess sitwazzjoni ta’ Therese Comodini Cachia li wara li rebħet siġġu fuq it-tmien distrett elettorali kienet se tiċħdu biex tibqa’ membru tal-Parlament Ewropew. Kariga li beda jissemma li l-istess Debono kien interessat fiha li kieku Adrian Delia jirbaħ l-elezzjoni għal Kap u jċedilu s-siġġu. Iżda, jiem ta’ pressjoni bidlu kollox u wara ħamest ijiem Jean Pierre Debono ħareġ jiċħad l-aħbar ippubblikata fil-KullĦadd. “Ninfurmak li hija gidba u invenzjoni li jiena se nirriżenja mill-Parlament biex inċedi s-siġġu Parlamentari li ġejt elett fih wara li l-kostitwenti tas-seba’ distrett eleġġewni fl-aħħar elezzjoni ġenerali. Hija gidba u invenzjoni totali li jiena b’xi mod offrejt li nirriżenja mill-Parlament biex jekk ikun elett Adrian Delia Kap tal-PN ikun jista’ jidħol minfloki fil-Parlament,” qal Jean Pierre Debono fi tweġiba li bagħat. Però l-aħbar u l-ftehim komplew isostnuhom l-imkejjen tagħna li spjegaw kif m’hemm xejn aktar mill-fatt li Jean Pierre Debono dam ħamest ijiem biex jiċħadha bħala prova ta’ kemm kienet minnha. Li hu żgur li issa Delia għandu sfida ġdida. Dik li jrid isib deputat ieħor li jċedilu s-siġġu. BIEB MIFTUĦ GĦAN-NAZZJONALISTI MHUX GĦAL-LABURISTI F’waħda mid-diversi laqgħat li qed jagħmel fil-każini madwar il-pajjiż, Adrian Delia, għamilha ċara li l-bieb tad-Dar Ċentrali jridu miftuħ biex jidħlu n-Nazzjonalisti u mhux il-Laburisti. F’każini fejn qed jiltaqa’ mal-attivisti Delia qalilhom: “il-bibien mhux ta’ barra biss irridu niftħu. Irridu niftħu l-bieb f’kull kamra li hemm fid-Dar Ċentrali. Mhux biex nidħol jien imma biex tidħlu intom il-kunsillieri. Biex jidħlu n-Nazzjonalisti imma fid-Dar Ċentrali mhux jidħlu l-Labour fid-Dar Ċentrali.”
GĦAL MARLENE BAQGĦU MA JIBDEWX • TILMENTA LI MA TISTAX TIKKONTESTA HI Għal Marlene Farrugia, deputat li kienet eletta fil-Parlament fuq il-lista tal-Partit Nazzjonalista, il-kandidati għat-tmexxija tal-Partit Nazzjonalista baqgħu non starters. Mitluba tikkummenta lbieraħ dwar hekk, Marlene Farrugia qalet li għadha taħseb l-istess u żiedet: “Kont nippreferi kieku kien hemm iktar għażla.” Marlene Farrugia ddikjarat dan fl-istess jum li tenniet li għandha tiġi sospiża l-elezzjoni għall-kap. Ftit wara li Norman Vella, galoppin tagħha għal ħafna snin, kiteb blog biex iktar membri jivvotaw f ’din l-elezzjoni, Farrugia qalet li għandu “jiġi emendat l-Istatut.” Dan biex skont hi l-Membri kollha jkunu jistgħu jivvutaw dirett għall-kap biex jinqatgħu l-klikek. Iktar minn hekk Marlene Farrugia trid li jiddaħħlu membri
ġodda u li dawn ikunu jistgħu jivvutaw għall-kap f ’elezzjoni li ssir is-sena d-dieħla u sakemm isir hekk Simon Busuttil jibqa’ caretaker leader. “Biex taraw kemm ma jagħmlux sens l-affarijiet kif inhuma, aħna tal-PD li ħriġna għonqna mal-PN fl-aktar żmien diffiċli fl-istorja kontemporanja ta’ pajjiżna, u li saħansitra tlajna fil-Parlament fuq il-lista tal-PN, la nistgħu nikkontestaw għall-kap jew pożizzjonijiet oħra, u lanqas nistgħu nivvutaw,” qalet Marlene Farrugia li fl-aħħar ġimgħat iddeskriviet lill-kandidati li hemm bħala non starters. Tant li reġgħet staqsiet: “Taħsbu intom li xi ħadd mill-erba’ kandidati, li ppreżentaw rwieħhom biex ikunu Kap tal-PN / tal-Oppożizzjoni, ħa jagħti lill-pajjiż dak li għandu bżonn fil-mument?”
06
30.07.2017
kullhadd.com
BEJN INTRIĊĊI LEGALI U R-REALTÀ • IL-PROSTITUZZJONI TEŻISTI: SE NIBQGĦU NĦARSU N-NAĦA L-OĦRA? • GĦAQDIET TAN-NISA JOPPONU R-REGOLARIZZAZZJONI • ESPERTI LEGALI U TAL-KRIMINOLOĠIJA JIMMARKAW IL-VANTAĠĠI TA’ BIDLA
r vo
Tr e
afato C al na
An
la Vel
Kitba ta’ qed jippubblika ktieb bi studju RACHELL POWELL dwar il-Prostituzzjoni f ’Malta. Mal-gazzetta KullĦadd jispIl-prostituzzjoni f ’pajjiżna hi jega kif is-servizzi sesswarealtà li teżisti bħalma teżis- li jvajraw minn dawk ta’ €20 ti f ’kull pajjiż ieħor fid-din- għal att sesswali orali sa €500 ja. Għal żmien twil ma ki- għall-intercourse. Kollox jiddenetx suġġett ewlieni fl-aġenda pendi mill-età u n-nazzjonalità tad-diskussjoni f ’pajjiżna, iżda tal-prostituta kif ukoll milldikjarazzjoni tal-Prim Minis- post fejn dawn is-servizzi jridu tru dwar kif għandna nibdew jiġu pprovduti: karozza, ħanut niddiskutu jekk dan hux set- jew residenza.” Filwaqt li jagħmilha ċara tur li għandu jkun regolarizzat wasslet biex id-dibattitu beda. li għalkemm is-settur mhux Joseph Muscat għamilha ċara regolat f ’Malta wieħed jista’ kif waħda mill-iktar affarijiet jgħix mill-profitti ġġenerati li tweġġgħu hi li pajjiżna jsib mill-prostituzzjoni volontarja. postu f ’rapporti dwar traffikar Jispjega li hawn “tliet tipi ta’ ta’ persuni, partikolarment nisa għal skop ta’ prostituzzjoni, u s-soċjetà sal-lum għażlet li tinjora din ir-realtà. Bl-istil tiegħu l-Prim Ministru jidher li jrid Kollox jiddependi jieħu din il-kwistjoni b’mod dirett bil-għan li l-iktar vulnerab- mill-età u bli jkunu mħarsa. Dwar dan, ir- n-nazzjonalità ridu naraw u nifhmu li iktar ma jgħaddi ż-żmien iktar se jibdew tal-prostituta jikkontribwixxu għad-dibattitu kif ukoll persuni minn oqsma differenti. Fost dawk li ħarġu b’pożizzjoni mill-post l-ewwel kien hemm għaqdiet li fejn dawn jirrappreżentaw in-nisa li żammew sod mal-ħsieb li lissnu is-servizzi jridu fis-snin l-imgħoddija li din hi xi ħaġa li m’għandhiex tkun jiġu pprovduti: regolata. Minn naħa l-oħra es- karozza, ħanut perti li studjaw is-suġġett jaħsbuha xi ftit differenti. Fosthom jew residenza il-kriminologu Trevor Calafato li fix-xhur li ġejjin se jkun
attivitajiet ta’ prostituzzjoni, u t-tlieta li huma għandhom klijenti ta’ klassijiet soċjali differenti.” In-nisa tat-triq bħalma wieħed isib fil-Marsa għandhom klijenti ta’ dħul baxx. Dawk li jiffrekwentaw stabbilimenti magħrufa bħala ‘message parlours’ għandhom status ogħla minn dawk li jfittxu l-prostituzzjoni fit-toroq u b’iktar flus fil-but eżempju negozjanti. Imbagħad hemm l-escorts, ġeneralment tfajliet mil-Lvant tal-Ewropa. Il-klijenti ta dawn huma nies sinjuri. “Il-prostituzzjoni f ’Malta hija legali. Huma l-attivitajiet relatati magħha bħal li tħaddem burdell li huma illegali. Ma tistax tistenna li se telimina dawn il-prattiċi u s-servizzi,” jgħid Calafato. Ann Vella, Chairperson tal-Fondazzjoni tal-President għall-Ħarsien tas-Soċjetà, titkellem b’mod differenti u iktar iebes. Tgħid li ma teżisti l-ebda prostituzzjoni volontarja. “Din hi valutazzjoni żbaljata u opportunista ta’ nies li jixtiequ jkomplu jisfruttaw nies vulnerabbli,” tgħid Vella li żżid kif ħafna nisa jispiċċaw fil-prostituzzjoni għaliex jew sfurzati jew inkella abbuzati u l-ewwel ċans li jkollhom jitilqu minn din it-triq. Fuq dan is-suġġett Dr Vella toħroġ b’ mod voċiveru u tgħid li meta nitkellmu fuq
Din hi valutazzjoni żbaljata u opportunista ta’ nies li jixtiequ jkomplu jisfruttaw
legalizzazzjoni jew regolarizzazzjoni tal-prostituzzjoni, inkunu qegħdin biss ngħidu li nies li huma vulnerabbli, u li qegħdin f ’sistema ta’ abbuż, se “ngħinuhom” billi nfasslu liġi biex dan l-abbuż fuq nies fraġli jigi regolarizzat.” Tenfasizza li qegħdin “naħsbu biss fil-konsumatur u fl-industrija mhux f ’min qiegħed ibati u jiġi sfruttat! Qegħdin nillegalizzaw l-abbuż. B’hekk l-abbużat issa jista’ jiġi abbużat legalment!” Ma’ Vella jaqbel il-Kunsill Nazzjonali tan-Nisa. “Liġi ta’ din ix-xorta tkun qed tikkonferma li n-nisa qegħdin jiġu kkunsidrati bħala oġġett,
bi ħlas. Din hija l-aktar forma degradanti ta’ kif tittratta l-mara - dik li tħallas għal favuri sesswali” qalet Grace Attard, Viċi President tal-Kunsill Nazzjonali tan-Nisa. Il-Kunsill insista li hemm bżonn ta’ taħriġ u ta’ tibdil ta’ mentalità fil-Korp tal-Pulizija, kif ukoll investigazzjonijiet fl-industrija tad-divertiment u r-rabtiet li jeżistu ta’ traffikar ta’ nies li huma marbuta mal-kriminalità organizzata, fosthom anki skopijiet ta’ traffikar ta’ droga, “Il-Kunsill jinsisti mal-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali u l-Pulizija biex jaħdmu fuq riformi fejn qabel jibdew proċeduri kriminali u jsir studju serju fejn jiġu identifikati l-vittmi tat-traffikar u tingħata l-protezzjoni neċessarja mill-pulizija anki bil-għajnuna ta’ social workers kif ukoll għajnuna legali immedjata. Dan il-fenomenu degradanti għandu jiġi indirizzat permezz ta’ programm interministerjali, flimkien mal-NGOs li digà qed jaħdmu f ’dan il-qasam, b’nuqqas kbir ta’ riżorsi.” Ta’ fehma differenti l-Għaqda Studenti tal-Liġi li diġà wriet is-sapport tagħha favur il-legalizzazzjoni tal-prostituzzjoni fejn proponiet leġiżlazzjoni speċifika li tinkludi d-definizzjoni tant mixtieqa ta’ x’tikkonsiti l-prostituzzjoni. Hija tgħid Tkompli f’paġna 7 >>
07
30.07.2017
kullhadd.com
li l-prostituzzjoni għandha titqies legali biss meta adult volontarjament jikkonsenta għaliha suġġett għal numru ta’ kundizzjonijiet. “Il-prostituzzjoni għandha tkun suġġetta għal-liġijiet tal-impjieg, kif ukoll regolamenti fiskali. Dan se jkun ta’ benefiċċju mhux biss għall-Gvern iżda wkoll għall-prostituti li se jkunu jistgħu jibbenefikaw ukoll minn benefiċċji soċjali. B’hekk titnaqqas id-dipendenza millistat għall-assistenza soċjali.” Fl-opinjoni tal-GĦSL, il-prostituzzjoni għandha tkun suġġetta għal-liċenzja u regolata mill-awtoritajiet. “L-użu tal-kontraċettivi għandu jkun madatorju filwaqt li dawn il-ħaddiema għandhom jagħmlu check-ups regolari,” jgħidu l-istudenti tal-liġi. Ann Vella tinsisti bil-kontra u għamlet referenza għallmudell Nordiku li għaliha huwa l-aħjar mudell fuq liema l-liġi trid titfassal. Spjegat li dan jistrieħ fuq tliet pilastri. Il-persuna vulnerabbli li tinqabad fil-prostituzzjoni ma tiġix ikkastigata jew mibgħuta l-ħabs. Huwa min jisfrutta lil dawn in-nies vulnerabbli li għandu jintbagħat jew jiġi kkastigat. In-nies li jinqabdu fil-prostituzzjoni, għandhom jingħataw għajnuna psikoloġika, medika, soċjali u finanzjarja biex ikollom alternattivi ta’ impieg. Jekk ikollhom bżonn taħrig jew edukazzjoni biex ikunu jistgħu jtejbu l-qagħda finanzjarja tagħhom, dan għandu jigi mogħti b’mod immedjat. “It-tfal fl-iskola għandhom jiġu mgħallma jħarsu lejn il-prostituzzjoni bħala abbuż ta’ nies vulnerabbli. Għalhekk
għandhom jistkerrhu dan l-abbuż. Ma għandhomx jemmnu li dan hu xi dritt tas-sinjur fuq il-fqir.” Iżda, id-dikjarazzjoni ta’ Vella tagħti l-impressjoni li m’hawn ħadd li jrid ikun fil-prostituzzjoni b’għażla tiegħu. Min ħadem u rriċerka ma’ nies fis-settur jgħid li mhux il-każ u għalhekk il-ħtieġa li ssir id-distinzjoni u r-regolarizzazzjoni. U jekk hemm differenzi dwar ħafna, żgur li hemm qbil dwar il-fatt li sal-lum fil-Kodiċi Kriminali ta’ Malta għad m’għandniex definizzjoni ċara ta’ x’tinkorpora fiha l-prostituzzjoni. Il-kriminologu Calafato jgħid:
“Din fiha nnifisha twassal problema tal-interpretazzjoni, li jaf ukoll tkun skorretta. Nies li jaħdmu fil-prostituzzjoni huma bħal organizzazzjoni sigrieta, iktar suġġetti għall-abbuż. Li tillegalizza jew aħjar tirregola l-prostituzzjoni jista’ jkun mod kif titqajjem kuxjenza u ssir distinzjoni bejn min volontarjament jixtieq ikun involut fil-prostituzzjoni u min huwa sfurzat li jagħmel dawn l-attivitajiet.” Ifisser kif dan jista’ jitfa’ iktar dawl fuq il-kundizzjonijiet ta’ saħħa tal-prostituti, iġene tal-postiijiet fejn jiġu offruti dawn is-servizzi. “Dan jista’ jgħin sabiex jintefa’ dawl fuq
abbużi li jsiru li sfortunatament ma nisimgħux dwarhom jew ftit huma dawk li jiġu għall-attenzjoni tal-awtoritajiet, ġeneralment għaliex ikunu konnessi ma’ każijiet iktar serji bħal omiċidji. M’hemm l-ebda organizzazzjoni uffiċjali li tirrappreżenta lil dawn il-ħaddiema jew li tista’ toffri assistenza u tkun involuta fl-abbozz ta’ policies,” ikompli jispjega f ’attitudni li tirrifletti kif dan hu suġġett li ma nistgħux nibqgħu naħarbuh. Għax għalkemm injorata mis-soċjetà, li bħal donnha f ’dawn il-każi għal ħafna snin preferiet tħares in-naħa l-oħra, il-prostituzzjoni f ’pajjiżna hija
realtà. Irrelattivament jekk tiġix regolata jew le, postha se jibqa’ għal min ifittex servizzi sesswali. Filwaqt li dawk li joġġezzjonaw il-legalizzazzjoni ta’ din l-attività taħt il-mantra tad-‘degradazzjoni tan-nisa’ bħal donnhom ma jirikonoxxux li għalkemm f ’minoranza hemm anke irġiel prostituti! Bħal f ’kull negozju ieħor jekk ikun hemm id-domanda hemm il-provvista. Għalhekk jekk raġel jew mara volontarjament jixtieq jaqla’ ħobżu mill-prostituzzjoni għaliex m’għandhomx jirregolaw lilhom infushom u jkollhom il-protezzjoni neċessarja millistat bħal kull ħaddiem ieħor?
X’JAĦSBU PAJJIŻI EWROPEJ Li wieħed jidentifika mudell li jirregola, jillegalizza u jikkontrolla l-prostituzzjoni mhux faċli. Mitt bniedem, mitt fehma. Anke fuq din il-kwistjoni m’hemmx pożizzjoni uniformi fl-Ewropa. Dr Calafato kien involut ukoll f ’working group li kellu janalizza liġijiet u l-politika tal-prostituzzjoni. Fid-19-il seklu kien hemm moviment sabiex il-pajjiżi tal-Punent jirregolaw u jimponu superviżjoni u kontroll. Madanakollu, huwa diffiċli li wieħed jiddetermina jekk l-ikkriminalizzar tal-prostituzzjoni hux effettiv minħabba li liġijiet bħal dawn għandhom l-effett li jitfgħu din il-problema taħt it-tapit minflok jaffaċċjawha. Pajjiżi bħall-Greċja, l-Ungerija u l-Latvia llegalizzaw il-prostituzzjoni permezz ta’ reġistrazzjoni u regolarizzazzjoni tal-burdelli. Possibilment, dawn il-pajjiżi rrealizzaw illi għalkemm dawn isservizzi jistgħu jsiru illegali, dan jista’ jkollu l-effett li jpoġġi lil dawn in-nies f ’pożizzjoni iktar
vulnerabbli, potenzjalment suġġetti għall-abbuż, fiżika’ fl-aħjar ta’ ħajjithom, ma jistgħux jieħdu benefiċċji bħal sick jew vacation leave. Lanqas ma maltrattament u trażmissjoni ta’ mard. jibbenefikaw minn benefiċji f ’ każ li jiddeċiedu li L - I ż v e z j a jieqfu mix-xogħol. Jekk jirreġistraw bħala persuna għażlet li iktar li qed tfittex xogħol jieħdu biss assistenza soċjali. milli tinkrimina l-prostitut/a l-liġi għandha tinkFil-Ġermanja l-Att tal-Prostituzzjoni rimina lill-klijent u fil-fatt tikkriminalizza lil dawk (2002) kien maħsub sabiex joffri kunli jixtru jew jippruvaw jixtru favuri ta’ natura sesswali. L-istess għamlu n-Norveġja u l-Iżlanda dizzjonijiet normali t’impjieg u jelimina konnofejn estendew it-termini ta’ priġunerija għal mhux tazzjonijiet ta’ moralità jew aħjar immoralità. Ikinqas minn sena. L-istess mudell ġie riċentament tar u iktar ried jimmiljora l-istatus soċjali ta’ dawn in-nies, filwaqt li jipprovdi għall-qafas legali u introdott fi Franza. strutturali. Madanakollu, inħolqu problemi dwar L-Olanda kienet waħda mill-ewwel pajjiżi l-intervent tal-pulizija u l-esplojtazzjoni tal-ħadli għarfet il-prostituzzjoni daqs kwalunk- diema. we impjieġ ieħor. Infatti il-burdelli huma liċenzjaIl-Kunsill ta’ Ewropa ħa pożizzjoni ti. Il-prostituti mhumiex intitolati għal servizzi ta’ pragmatika u tbiegħed mill-kontroversja saħħa mingħajr ħlas u jridu jħallsu l-kontribuzzjoni soċjali. Għalkemm intitolati għall-istess pen- morali sabiex jirrispetta d-deċiżjoni tal-bniedem u sjoni bħall-plejers tal-futbol minħabba li l-karri- l-mod kif irid jgħix. Minflok ħaseb sabiex jirregoera tagħhom mhix waħda twila u tirrikjedi ‘tbatija la aspetti ta’ saħħa, ir-riskji ta’ STDs u HIV/aids.
IL-LIĠI MALTIJA Il-Kodiċi Kriminali jitkellem biss fuq li ġġiegħel jew tħajjar, timmanipula jew tittraffika persuna bl-għan li tiġi sfruttata għall-prostituzzjoni. Il-prostituzzjoni sfurzata hija reat kontra l-umanità. Ovvjament, mingħajr bżonn ta’ sottolinjar, il-prostituzzjoni tal-minorenni hija wkoll reat. Il-kodiċi jitkellem ukoll dwar il-prostituzzjoni minn persuni ’l fuq minn 18-il sena. Jekk din il-persuna tkun imġiegħla mill-mara, raġel jew tutur, il-piena
hija dik ta’ bejn sena u erba’ snin, li tista’ jkun ukoll bir-reklużjoni jew mingħajrha. Hemm attività oħra direttament relatata mal-prostituzzjoni: it-tlajjar, li huwa wkoll illegali u trattat fil-Kodiċi Kriminali. Il-Kodiċi Ċivili wkoll jitkellem dwar il-prostituzzjoni. Infatti, jekk jirriżulta li post mikri qed jintuża għal skopijiet ta’ prostituzzjoni, il-kirja tista’ tintemm awtomatikament. Ukoll, prostitut/a j/tista’ j/ tkun diżereditat/a.
Madanakollu, il-liġi ma titkellem xejn dwar il-prostituzzjoni volontarja. Wieħed jista’ jgħid li la l-liġi ma titkellimx dwar il-prostituzzjoni volontarja din, għalkemm moralment ħażina, mhix illegali. Ubi lex voluit lex dixit, dak li l-liġi trid regolat se titkellem dwaru speċifikament. Infatti prostitut/a li j/tagħmel dan voluntarjament, j/tista’ j/tgħix mill-profit li hu/hi j/tiġġenera iżda ma j/tistax j/ tirreġistra ma’ Jobs+.
08
30.07.2017
kullhadd.com
FEJN DAĦLU JAĦDMU N-NISA? Is-settur amministrattiv kien dak fejn l-iktar li żdiedu n-nisa fl-impjieg bejn Diċembru tas-sena 2012 u Diċembru li għadda. Perjodu fejn pajjiżna esperjenza żieda enormi fin-numru ta’ nisa fid-dinja tax-xogħol. Tagħrif maqsum f ’20 kategorija differenti jagħti stampa ċara ta’ fejn daħlu jaħdmu t-18,191 mara li bejn l-aħħar xahar tal-2012 u l-aħħar xahar tas-sena li għaddiet bdew esperjenza fl-impjieg. It-tieni l-iktar settur li fih daħlu nisa jaħdmu kien dak tal-edukazzjoni, segwit minn dak tal-bejgħ u l-ħwienet. Isservizzi tas-saħħa segwew fir-raba’ post u dawk professjonali, xjentifiċi u tekniċi kienu fil-ħames post, fejn segwew l-arti, id-divertiment u r-rilassament bħala s-sitt settur li l-iktar li kibru l-impjiegi fih. Kienu biss is-setturi tal-elettriku u l-kostruzzjoni li raw inqas nisa jaħdmu fihom milli kien hemm fl-2015.
Fi żmien fejn qed nisimgħu ħafna dwar l-ugwaljanza f ’kull sfera tas-soċjetà Clyde Caruana, Chairman Eżekuttiv ta’ JOBS+, qal li dan huwa rifless fil-ħidma kontinwa li esperjenza l-poplu Malti sabiex in-nisa u l-irġiel jingħataw l-istess opportunitajiet. “Il-parteċipazzjoni tan-nisa fis-suq tax-xogħol hija waħda mill-prijoritajiet tal-Gvern proprju għaliex dan il-Gvern jemmen bi sħiħ li s-soċjetà Maltija tkun iktar b’saħħitha jekk nużaw il-potenzjal ta’ kull individwu. Huwa proprju għalhekk li fil-leġiżlatura preċedenti, dan il-Gvern introduċa pakkett ta’ miżuri biex jinċentiva lin-nisa jidħlu fid-dinja tax-xogħol filwaqt li l-familja jkollha serħan ilmoħħ li t-tfal huma f ’ambjent san u edukattiv,” qal Caruana. Spjega kif waħda mill-miżuri li wasslet għal moviment qawwi ta’ nisa fid-dinja tax-xogħol kienet l-introduzzjoni taċ-Childcare b’xejn, ikkum-
plimentata b’numru ta’ miżuri oħra bħal Klabb 3-16 u l-Breakfast Clubs. Miżura oħra introdotta fl2015 kienet dik tal-fond talleave tal-maternità fejn il-piż ma baqax aktar fuq min iħaddem fis-settur privat iżda inqasam fuq l-employers kollha permezz ta’ kontribuzzjonijiet li jridu jħallsu. L-In-Work Benefit u t-Tapering tal-Benefiċċji kienu żewg riformi oħra li ġew introdotti sabiex il-familji Maltin ikollhom kwalità ta’ ħajja aħjar permezz ta’ benefiċċji finanzjarji marbuta mal-parteċipazzjoni tagħhom fix-xogħol. “Grazzi għal dawn ir-riformi, ir-rata ta’ nisa fl-impjieg (ta’ età bejn l-20 u l-64) żdiedet minn 46.6% fl2012 għal 55.5% fl-2016. Iżda dan huwa biss il-bidu. Dan il-Gvern huwa kommess li jkompli jsaħħaħ dan il-pedament sabiex tassew Malta tibqa’ fiċ-ċentru tal-ugwaljanza,” spjega Caruana.
SETTUR
2012
2016
DIFFERENZA
AMMINISTRATTIV
4,851
7,577
+2,726
EDUKAZZJONI
11,828
13,202
+2,283
BEJGĦ
11,676
13,905
+2,229
SAĦĦA
9,011
11,227
+2,216
PROFESSJONALI / TEKNIKU
3,981
6,134
+2,153
ARTI / DIVERTIMENT
1,853
3,316
+1,463
KOSTRUZZJONI
854
716
-138
ELETTRIKU / GASS
160
23
-134
09
30.07.2017
kullhadd.com
INGAĠĠ TA’ 111 IŻJED F’TOBBA, SPEĊJALISTI U KIRURGI MILL-2013 • ŻDIEDU MAL-400 BEJN INFERMIERI U QWIEBEL L-istaff compliment fl-Isptar ġenerali Mater Dei u d-Dipartiment tas-Saħħa żdied qatigħ fl-aħħar erba’ snin, b’riżultat li, fost oħrajn, problemi li kienu jifnu s-sistema tas-servizzi tassaħħa mogħtija mill-Istat illum huma prattikament ineżistenti. Meta wieġeb mistoqsijiet tad-Deputat Laburista Silvio Grixti, id-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa Chris Fearne ħabbar li, waqt li l-għadd ta’ tobba, speċjalisti u kirurgi preżentament hu ta’ 1,142, dak ta’ infermieri u qwiebel li hemm illum mad-Diviżjoni tas-Saħħa jlaħħaq l-2,797. F’Marzu 2013, dawn kienu jammontaw għal 1,031 u 2,395 rispettivament. Minbarra dan, Dr Grixti wkoll talab informazzjoni u rendikonti dwar kif tnaqqsu l-listi ta’ stennija ta’ operazzjonijiet, bħal tal-katarretti, tal-irkoppa u tal-ġenbejn, u l-ħinijiet ta’ stennija fl-Emerġenza ta’ Mater Dei. Fir-risposti dettaljati tiegħu, Dr
Fearne elenka titjib sinifikanti mill-2013 lil hawn fiż-żmien ta’ stennija għat-tliet operazzjonijiet, bl-għadd relatat innifsu wkoll jonqos drastikament. Fil-fatt, għall-operazzjoni
tal-katarretti sal-aħħar ta’ Ġunju li għadda kien hemm 1,018 persuna fil-kju, qabża kbira mit-3,580 li kien hemm fil-bidu tal-2013. Dan kien riżultat tal-fatt li l-istennija f ’dan ir-rig-
ward niżlet minn tliet snin fi żmien l-aħħar Gvern Nazzjonalista għal madwar erba’ xhur illum. Fil-każ tal-operazzjonijiet tal-ortopedija, persuni jisten-
new għall-bdil tal-irkoppa naqsu bi 855 u dawk għall-ġenbejn naqsu b’138 bejn Marzu 2013 u Mejju li għadda. “Nirrimarka li matul din is-sena kellna l-inqas lista ta’ stennija u kif ukoll l-inqas żmien ta’ stennija għall-hip u knee replacements tal-aħħar snin,” tenna l-Ministru Fearne. Rigward xi progress sar filħin ta’ stennija fid-Dipartiment tal-Emerġenza ta’ Mater Dei minn meta ġew implimentati tibdiliet li l-amministrazzjoni Laburista tal-2013-2017 għamlet f ’dan id-dipartiment, Dr Fearne saħaq li sal-lum dan naqas drastikament u jekk sal-bidu tal-2013 persuna riedet tistenna sa 13-il siegħa biex tinqeda, attwalment il-ħin medju ta’ stennija hu ta’ madwar erba’ sigħat. Dan jinkludi wkoll ilħin biex issir il-viżta mit-tabib u t-testijiet neċessarji. Il-Ministru fakkar ukoll li mill21 ta’ Diċembru 2015, bdiet topera Emerġenza ġdida ddedikata speċifikament għall-bżonnijiet tat-tfal.
JASON AZZOPARDI JQAJJEM IL-FANTAŻMA TAL-€500 FIL-ĠIMGĦA • IL-PRIM MINISTRU ĊAR FUQ IL-MANDAT LI GĦANDU L-GVERN Mistoqsija Parlamentari taleks Ministru Jason Azzopardi fl-aħħar jiem qanqlet it-tifkira ta’ wieħed mill-akbar skandli li kienu xxokkjaw il-pajjiż fi żmien l-aħħar amministrazzjoni Nazzjonalista, immexxija minn Lawrence Gonzi, bejn l-2008 u l-2013. Probabbilment mingħajr ilħsieb ta’ x’setgħu jkunu l-konsegwenzi tal-azzjoni indiretta tiegħu, Azzopardi malajr fakkar fl-għagħa nazzjonali li kien qam għall-ħabta tal-2010 meta minn mistoqsija oħra Parlamentari, dik id-darba tad-Deputat Anthony Agius Decelis f ’isem l-Oppożizzjoni, kien ħareġ kif fl-ewwel deċiżjoni tiegħu fl2008 il-Kabinett Nazzjonalista ta lilu stess żieda astronomika ta’ aktar minn €600 fil-ġimgħa. Il-kwistjoni, li baqgħet tkarkar sal-Elezzjoni Ġenerali tal-2013 fejn rat lill-Partit Nazzjonalista jitlef bl-ewwel maġġoranza storika ta’ aktar minn 35,000 vot, issoktat fl-aħħar leġiżlatura għall-fatt li, anke jekk kienu wegħdu pubblikament li jroddu lura l-istess żieda li kienu
ħadu sa dak iż-żmien, baqgħu qatt m’għamlu dan b’mod sħiħ. Ftit tas-snin ilu, f ’intervent tal-Prim Ministru Joseph Muscat f ’dan ir-rigward, kien ħareġ li kien għad hemm pendenti aktar minn €1.2 miljun dovuti lill-Kaxxa ta’ Malta minn dawk li kienu jagħmlu parti minn dak il-Kabinett infami dak iż-żmien. L-istess Jason Azzopardi kien wieħed minn dawk li bbenefikaw mit-tali żieda minn wara dahar il-poplu u li eventwalment nifhmu li għad irid jagħti lura parti minnhom. Ironikament, iżda, fl-aħħar jiem kellu anke l-ardir li jistaqsi lill-Prim Ministru jgħid jekk għandux il-ħsieb li jimplimenta xi parti mir-rapport, li kien ikkummissjona f ’April 2013 dwar żidiet fis-salarji lill-Ministri u s-Segretarji Parlamentari. Minkejja dan, f ’sentenza waħda u meqjusa, Dr Muscat tenna li “l-mandat li għandu l-Gvern hu li jiġi eżaminat il-kunċett ta’ membri Parlamentari full-time, hekk kif imfisser ukoll fid-diskors tal-President”.
L-istess Jason Azzopardi kien wieħed minn dawk li bbenefikaw mit-tali żieda minn wara dahar il-poplu
10
kullhadd.com
30.07.2017
1,100KM SABIEX JIĠBRU FONDI GĦAR-RIĊERKA U L-KURA TAL-KANĊER Kitba ta’ iżda il-preparament mentali wkoll RACHEL POWELL fih tiegħu. Barra minn hekk irridu niftakru li din hija għal skopijiet Tkellimna ma’ Patrick Camilleri li filantropiċi. Kull ċiklist irid jiġbor għall-ewwel darba għamel l-isfida mill-inqas €2,400.” Ir-Remax Alive 2017 Cycling tar-Remax Alive 2017 Cycling Challenge. Għalkemm mhux Challenge jara ’l fuq minn 45 l-ewwel darba li għamel avven- ċiklist li bejn is-7 u s-16 ta’ Lultura bir-roti, għalih din hija l-ew- ju għamlu sfida bir-roti bl-għan wel darba bir-road bike. Id-dif- nobbli li jiġbru fondi għall-Alive fikultajiet waqt l-avventura ma Charity Foundation. Din hija naqsux, iċ-ċiklisti kienu motivati l-ewwel fondazzjoni karitattiva li bdiet tiġbor fondi sabiex għall-aħħar. Il-grupp beda l-perkors tiegħu isiru riċerki mediċinali f ’Malta. minn Copenhagen fid-Danimar- Fl-ewwel erba’ snin minn minka, kompla lejn Berlin fil-Ġer- du twaqqfet ġabru mal-€365,000 għar-riċerka manija fi triqtu lejn Warsaw f ’donazzjonijiet fil-Polonja. B’hekk se jkunu qed dwar il-kanċer kif ukoll għall-kuikopru d-distanza ta’ 1,100km ra. Ir-riċerka diġà tat riżultati f ’ġimgħa jiġifieri madwar 165km importanti ħafna, bi skoperti rivoluzzjonarji li għenu sabiex jiġi kuljum. Ovvjament dan jirrikjedi prepa- identifikat iktar malajr il-kanċer ramenti kbar kemm fiżiċi kif ukoll u jingħata trattament speċifiku mentali. Fil-fatt, il-parteċipanti l-kanċer tas-sider u dak tat-tfal. Il-kumitat tal-ALIVE pprovda bdew it-taħriġ tagħhom fil-bidu ta’ Marzu. “Il-preparament Sports Nutritionist sabiex ikefiżiku jikkonsisti fi 17-il ġimgħa llem lill-parteċipanti fuq l-ikel taħriġ. B’kollox għamilt kważi li għandhom jikkunsmaw, at250 siegħa taħriġ biex inkun lest, leta u rappreżentanti ta’ diversi
prodotti biex iħarrġuhom fuq l-idratazzjoni u kkonsulta wkoll ma’ professjonisti fejn jidħol il-programm ta taħriġ. “Konna ppreparati kważi għal kollox kemm mentalment u anke fiżikament. Forsi mhux daqshekk fuq
it-temp għax kellna ftit xita mhux ħażin iżda dak żgur li ma tistax taħseb għalih.” Madanakollu, kif jgħid Camilleri stess l-avventura kienet organizzata sal-inqas dettall. “Konna magħqudin flimkien. Il-grupp
li kont jien fih konna 13 u kap li jieħu ħsieb ir-rotta. Incidenti mat-triq ikollok imma xejn speċjali għax li taqa’ bir-rota hija xi ħaġa normali jew forsi tkisser xi spoke jew tieħu xi puncture. Kien hemm grupp tal-mountain bikes darba nqabdu mingħajr ilma u kienu fil-kampanja u kien hemm mara li daħħlithom ġewwa u tathom ilma u kafè.” Iżda fuq kollox jibqa’ jispikka l-element ta’ karità. “Bi ftit tbatija u b’sagrifiċċju tista’ tieħu pjaċir biċ-challenge u tkun ukoll qed tgħin lil ħaddieħor. X’hemm isbaħ min hekk?” Il-pubbliku jista’ jkompli jgħin billi jagħti donazzjonijiet. Donazzjonijiet jistgħu jsiru fuq is-sit wwww.alivecharity.com, jew b’SMS 50617364 - €2.33, 50618081 - €4.66, 50618913 €6.99, 50619208 - €11.65. Jistgħu jintbagħtu ċekkijiet indirizzati lill-ALIVE Charity Foundation, fl-indirizz ALIVE Charity Foundation, 5, Sqaq Nru 2, Triq tadDawl, Żebbuġ.
IKTAR AZZJONI FIL-BAJJIET
F’azzjoni konġunta bejn l-Awtorità Maltija għatTuriżmu u l-Awtorità tal-Artijiet, saret ħidma ta’ infurzar biex tneħħew oġġetti li kienu qed jintramaw fil-bajja Ta’ Fra Ben fil-Qawra. Għall-ħabta tas-sebgħa tal-bieraħ filgħodu tneħħew madwar 100 sunbed u 33 umbrella, fost affarijiet oħra bħal bażijiet li fuqhom jitwaħħlu l-umbrelel. B’kollox inġarru żewġ trakkijiet b’oġġetti li kienu fuq din il-bajja. Qabel ma ttieħdet din l-azzjoni, l-operatur kien imwissi diversi drabi, li l-mod li bih kien qed jarma l-affarijiet imur kontra r-regolamenti stabbiliti. Huwa kien imħeġġeġ isegwi dawn
ir-regolamenti u ntqal lilu li jekk ma jagħmilx dan, kienet se tittieħed azzjoni. Il-ħidma konġunta hija parti minn kampanja li għandha l-għan li tiżgura li r-regolamenti li jikkonċernaw il-bajjiet ikunu rispettati f ’kull ħin. Diġà ttieħdet azzjoni simili fil-bajjiet tal-Armier u Little Armier, filwaqt li f ’postijiet oħra madwar Malta u Għawdex, operaturi qed jirregolarizzaw ruħhom b’mod volontarju biex jevitaw dan it-tip ta’ infurzar. Fi stqarrija tal-awtorità ntqal li l-ħidma bejn l-MTA u l-Awtorità tal-Artijiet għalhekk qed isservi biex għal darba oħra jerġa’ jasal il-messaġġ li l-abbuż mhux se jkun tollerat.
12
QADFA KONTINWA 30.07.2017
kullhadd.com
Michelle Muscat
Ritratt: RAY MIZZI
Mart il-Prim Ministru Dr Joseph Muscat, iżda wkoll mara ta’ determinazzjoni u saħħa mentali liema bħalhom, bl-isport talgħawm jixprunaha biex tikseb din is-saħħa, li twassalha wkoll biex tmexxi organizzazzjonijiet filantropiċi fosthom il-Marigold Foundation u Special Olympics Malta. Proprju nhar is-Sibt 22 ta’ Lulju, hija rebħet l-isfida li tgħum xejn inqas minn għaxar kilometri, eżattament mit-Torri tal-Għallis sal-Port ta’ Marsamxett, f’għawma li ngħatat l-isem ta’ North to Port bil-fondi kollha miġbura jmorru għal Marigold Foundation. Iżda nsemmu wkoll temi oħra għax għal Michelle Muscat il-ħajja hi qadfa kontinwa.
Iddeskrivi l-esperjenza tal-għawma ta’ għaxar kilometri li għamilt ftit tal-jiem ilu f ’ġieħ ilFondazzjoni Marigold. Din kienet l-itwal għawma li jiena għamilt s’issa. Kienet twila għaxar kilometri. Kienet distanza iebsa mhux ħażin u f ’dan il-każ diversi fatturi jilagħbu parti importanti. Fost l-oħrajn iddum iktar fl-ilma, trid taddatta għat-temperatura tal-baħar, hemm taħriġ intensiv u l-fatt illi din kienet itwal kienet għawma ferm varjata minn ta’ qabel, fejn il-kosta nnifisha tipprovdi esperjenzi differenti u sfidi differenti matul l-għawma. Ir-riħ u l-kurrenti mhumiex kostanti u allura trid taddatta ruħek għal realtajiet differenti li tkun qed taffaċċja. Meta tkun qed taqdef ħafna drabi għajnejk ikunu ’l isfel u għalhekk ma tkunx qed tara dejjem id-direzzjoni t-tajba. Meta int titla’ ’l fuq biex tieħu n-nifs trid tagħti kas ta’ fejn int sejra. Din kienet sfida kbira f ’din l-għawma speċjalment għax ma konniex qegħdin f ’linja dritta. L-isfida vera però tkun dakinhar li nippruvaha l-ewwel darba fejn ma jkollok l-ebda għajnuna min-nies fid-dgħajjes u fejn ma tkunx għadek taf intix kapaċi tasal. L-għawma għamiltha erba’ darbiet b’kollox, jiġifieri b’kollox għomejt mal-40 kilometru. Kull darba kienet esperjenza differenti. Barra milli tkun ippreparata fiżikament, kemm
hu importanti li tkun ukoll lesta psikoloġikament it-toqol żejjed li jkollok. għal din l-isfida? Persuna oħra li kelli ċ-ċans nintervista, Fil-fatt huwa importanti ħafna li tkun ippreparata psi- Anna Calleja, iddeskrivietek bħala mara koloġikament għal għawma bħal din. Fiżikament tista’ b’determinazzjoni kbira. Minn fejn jirnexxilek tkun tajba, iżda jekk mentalment ma tpoġġix moħħok iġġib dan il-kuraġġ kollu? hemm u tipprepara għaliha ma tkunx faċli żgur. F’moħħok dejjem trid iżżomm il-ħsieb li ħa tibda xi Il-ħajja tinbidel kontinwament u bħalissa ninsab f ’fażi ħaġa u ser tispiċċaha kif ukoll xi ostakli li tkun se tilt- fejn bħala persuna nista’ nagħti kontribut sħiħ għal aqa’ magħhom waqt l-għawma. Trid tkun lesta anke min verament għandu bżonn. għal xi ħaġa li tista’ tinqala’ bħal meta tibdel goggle u Anna Calleja hija persuna b’qalb kbira illi tgħix għal dawn il-persuni b’diżabilità u tara li jkunu ferħanin. anke l-klima u t-temp. Din is-sena peress li l-għawma għamiltha f ’Lulju, Jien għandi għal qalbi il-Fondazzjoni Marigold u it-temperatura tal-baħar kienet tvarja u għalhekk ridt kburija li jien parti minn dan il-kumitat li tant jaħdem nilbes libsa tal-għawm li tilqa’ għax-xemx tiżreġ li għal persuni vulnerabbli fis-soċjetà tagħna. jkollok fuq dahrek u fl-istess ħin iżżommok f ’tem- Kburija wkoll bix-xogħol illi jagħmlu Special Olympics Malta, illi jagħmlu minn kollox sabiex jgħinu peratura komda. lil persuni b’diżabilità jintegraw u jieħdu pjaċir jipparteċipaw fl-isport li jħobbu. Iltqajt ma’ xi bram int u tgħum matul din Niftakar b’għożża kbira meta sentejn ilu ngħaqaid-distanza? dt mal-kontinġent Malti fil-World Games ta’ Special Iva kien hemm xi ftit tal-bram għalkemm mhux daqs Olympics li kienu saru f ’Los Angeles. Kienet sfida is-sena l-oħra fejn rajt ħafna minnhom fil-postijiet li kbira biex ittella’ kontinġent imdaqqas ta’ nies għal għaddejt minnhom. Il-bram ma tantx jagħmlulek il- dan l-avveniment. Kont ferm kuntenta u fl-istess ħajja faċli għax int tul l-għawma tipprova tevitahom ħin kburija li bl-ewwel għawma tiegħi tal-2015 kien u huwa għalhekk illi int tilbes ilbies addattat sabiex irnexxielna intellgħu lil dan il-kontinġent. Dik is-sena, tevita li jniggżuk però ħafna drabi dan l-ilbies stess fl-2015 kienet l-ewwel sfida personali tiegħi fejn kont itellfek milli tgħum sew bi speed addattat minħabba ispirata minn dawn l-atleti li għalkemm f ’ħajjithom
kullhadd.com
għandhom diversi sfidi, xorta jirnexxilhom isiru atleti joħorġuhom sabiex jagħtuhom ukoll dak is-sens ta’ indipendenza mill-familja. ta’ vera. Nista’ niddikjara li grazzi għal din l-NGO, il-ġenituri qed jaraw lil uliedhom jibdew ħajja ġdida u din hija X’inhu r-rwol tiegħek fi Special Olympics? fażi kruċjali ħafna għalihom fejn qed issir bidla sħiħa Jien nokkupa l-kariga ta’ President ta’ Special Olym- għall-aħjar. pics. Din l-għaqda kienet prijorità ewlenija tiegħi Dawn l-istess ġenituri jkollhom ukoll il-mument ta’ f ’dawn l-aħħar snin sabiex naraha tkompli tissaħħaħ mistrieħ tagħhom filwaqt illi jafu li wliedhom jinsabu u tikber dejjem aktar. Ovvjament Special Olympics f ’idejn tajba u li hemm min jieħu ħsiebhom b’mod huwa l-proġett ta’ Anna Calleja illi hija d-Direttur tajjeb ferm. Nazzjonali ta’ din l-għaqda u li taħt il-kordinazzjoni tagħha jsir ix-xogħol mal-atleti kollha membri, flim- X’inhi l-ħidma proprja ta’ The Marigold kien mad-diversi voluntiera li mingħajrhom Special Foundation? Olympics kieku ma taħdimx. Din il-fondazzjoni hija Umbrella Foundation fejn il-ħidma primarja tagħha hi li tgħin lil NGOs oħraDawn it-tfal jn li diġà jeżistu u li jaħdmu qatigħ imma li jkollu ż-żgħażagħ hom bżonn ta’ vuċi aktar qawwija sabiex isemmgħu illi għandhom Qatt m’għandek bżonnijiet speċjali leħinhom. Ħafna drabi dawn l-NGOs ikunu qegħdin taqta’ qalbek jimmilitaw sabiex jagħtu għarfien dwar kawżiet difkemm jispirawk ferenti. Eżempju l-kawża tal-awtiżmu rnexxielna ntellilek bħala fil-ħajja u għandek lgħuha fuq livell Nazzjonali fejn sa ftit tas-snin ilu ftit persuna fil-ħajja dejjem tipprova kien jissemma l-awtiżmu jew inkella kien jiġi evitat u ta’ kuljum? issa l-poplu Malti sar aktar konxju minn din il-kawża. tħares lejn Saħansitra din it-tema ġiet diskussa wkoll fil-ParlaDawn il-persuni il-pożittiv. Ħajtek li semmejt lili ment u dan huwa sinjal tajjeb li anke bħala mentalità jispirawni l-ħin kol- lejn dawn in-nies, il-poplu miexi ’l quddiem. hija kif tagħmilha lu għax dawn l-ist- Apparti minn hekk aħna bħala fondazzjoni ngħinu lil ess nies għandhom diversi assoċjazzjonijiet li jimmilitaw fuq kawżi oħrajn int. Ħadd mhuwa sfidi kemm fiżiċi kif bħal mard rari, mard mentali, kanċer, tfal vulnerabbli, ser iġiblek il-ħajja kif ukoll mentali li xejn vizzji u abbużi, diżabilità, edukazzjoni u illitteriżmu u mhuma faċli li tgħix ħafna għaqdiet oħra fil-komunitajiet tagħna. tixtieqha int lesta bihom. Madankollu fuq platt. Kulħadd dawn il-persuni ma Kemm tqis illi l-isport huwa importanti jaqtgħu qalbhom għall-ħajja tal-bniedem? għandu l-isfidi qatt anzi tarahom personali tiegħu, dejjem bit-tbissi- L-isport huwa fundamentali għall-ħajja tal-bniedem ma kull fejn ikunu. minħabba diversi fatturi. Jien illi nipprattika l-għawm, imma l-motto tiegħi Huma nies li jafu fejn qabel dan l-isport kont narah biss bħala passajħobbu tassew u temp, illum il-ġurnata qed nieħdu bis-serjetà. hu: ‘When the going Illum nista’ nqis ruħi bħala sportiva u għalhekk sirt jafu jgħixu wkoll. gets tough, the tough Meta tiltaqa’ napprezza dejjem aktar is-sagrifiċċji u anke l-almu li m a l - ġ e n i t u r i jagħtu l-isportivi lejn l-isport li tant iħobbu. get going’ tagħhom tinduna Dawn l-istess sportivi xorta jridu jmorru għax-xogkemm verament ħol u fl-istess ħin iridu jagħmlu l-ħajja ta’ kuljum jgħożżu lil dawn tagħhom filwaqt illi jitħarrġu fl-isport illi jipprattikaw. Din hija sfida kbira biex tibbilanċja l-affarijiet differl-anġli. Meta dawn l-istess ġenituri jiġu għand Special Olym- enti f ’ħajtek. pics għall-bidu bħal qisu jaqtgħu qalbhom u jibdew isaqsu jekk it-tifel jew it-tifla tagħhom ikunux kapaċi Il-fatt li int il-mara tal-Prim Ministru, kif inbidlet ħajtek minn dak iż-żmien? jidħlu għal dawn l-isfidi. Meta mbagħad jersqu lejna, dawn il-persuni jgħaddu minn programm ta’ taħriġ illi apparti li jtejjeb il-livell Inbidlet xi ftit minħabba l-fatt li żdiedu iktar ix-xogfiżiku tagħhom, itihom ukoll ċertu grad ta’ indipen- ħol u l-impenji kemm personali kif ukoll uffiċjali. Meta bdejt nagħmel din l-għawma jien kont diġà denza li kapaċi jfendu għal rashom. Għalhekk meta persuna tiġi għandna filli tkun f ’dan ir-rwol allura tista’ taħseb kemm trid tlaħħaq fil-fosdqa tal-ġenituri u filli tkun kapaċi tfendi għal ma’ affarijiet u timmaniġja ħinek bil-għaqal. rasha. Il-ġenituri japprezzaw dan kollu għax kapaċi nagħtuhom id-differenza li tant ikunu mixtieqa għali- Semmejt l-impenji li kellek. Waqt il-kampanja ha. Meta nsiefru għal dawn l-attivitajiet, dawn it-tfal u elettorali bqajt għaddejja xorta bl-għawm? ż-żgħażagħ jiltaqgħu ma’ nies barranin bħalhom u din l-esperjenza jibqgħu jġorruha matul ħajjithom kollha. Iva, bqajt għaddejja bit-taħriġ għax kont determinata Nammira ħafna lil dawk il-voluntiera li jaħdmu ma’ li jiġri x’jiġri f ’ħajti din l-għawma kelli nagħmilha. Ma dawn il-persuni u tarahom ukoll kull tmiem il-ġimgħa kinitx xi ħaġa faċli.
13
30.07.2017
Kelli pressjoni kbira fuqi għax ridt inlaħħaq ma’ dawn l-affarijiet kollha nkluż mal-familja. Madankollu nemmen ferm f ’din l-attività filantropika u kien dan kollu li tani s-saħħa biex nagħmilha. Kuntenta li dak li emmint fih seħħ. Il-fatt illi Joseph Muscat huwa wkoll sportiv, fejn anke hu waqt il-kampanja elettorali kien imur il-gym, kemm jispirak? Joseph jispirani ħafna bħala persuna. Il-kurżità hija li t-tnejn li aħna nqumu ta’ kull filgħodu u nibdew b’ attività fiżika fejn anke fix-xhur tax-xitwa hu jilbes x-xorts u jien nilbes il-malja. Jien imbagħad immur inwassal it-tfal l-iskola u nipprova nsib iċ-ċans għattaħriġ tiegħi. Il-fatt illi r-raġel tiegħi jittrenja jagħtini l-kuraġġ biex inkompli għaddejja bit-taħriġ tiegħi. Għalkemm hu ma jħobbx il-baħar però dejjem iħeġġiġni biex nagħmel dak li nħobb u ninsab grata lejh li jibqa’ jissapportjani. Min-naħa l-oħra jien jekk niddeċiedi li nagħmel xi ħaġa nagħmilha b’serjetà kbira u kien għalhekk li sena wara sena rnexxieli nżid id-distanza. Semmejna l-kampanja elettorali. B’xorti ħażina saru wkoll xi attakki personali anke lejk. Kif għextu dan il-perjodu li xejn ma kien faċli għalik? Kien żmien diffiċli ħafna għall-familja tagħna. Madankollu dak iż-żmien kont qed nikkonċentra fuq din l-attività tal-għawm ukoll u allura b’xi mod dejjem iffukajt biex nibqa’ pożittiva u naħdem għal dak li nemmen fih. Dan it-taħriġ servieni wkoll mentalment sabiex inżomm kalma minkejja kull għawġ illi kien qed jiġri. Nemmen li kwalunkwe sport jista’ jkun il-mediċina għal stress żejjed u problemi mentali. Anke mixja tista’ tkun ta’ benefiċċju għall-ġisem u dan iservi ferm ta’ ġid aktar milli nibqgħu d-dar ninkwetaw jew naħsbu b’mod negattiv fuq dak li jista’ jiġri. Il-fatt illi int il-mara tal-Prim Ministru, f ’pajjiż żgħir bħal Malta fejn kulħadd jaf lil kulħadd, taraha bħala pressjoni? Inħossha xi ftit speċjalment meta tkun mat-tfal u tkun qed tagħmel il-qadi u l-ġiri personali tiegħek. Però jien in-nies nieħu pjaċir niltaqa’ magħhom u nkellimhom, allavolja mbagħad ħafna drabi nasal tard fejn inkun sejra. Nixtieqek tgħaddi messaġġ, bħala mara daqshekk determinata, lin-nies vulnerabbli fis-soċjetà tagħna li forsi qed jaqtgħu qalbhom mill-ħajja ta’ kuljum. Qatt m’għandek taqta’ qalbek fil-ħajja u għandek dejjem tipprova tħares lejn il-pożittiv. Ħajtek hija kif tagħmilha int. Ħadd mhuwa ser iġiblek il-ħajja kif tixtieqha int lesta fuq platt. Kulħadd għandu l-isfidi personali tiegħu, imma l-motto tiegħi hu: ‘When the going gets tough, the tough get going’.
Dan it-taħriġ servieni wkoll mentalment sabiex inżomm kalma minkejja kull għawġ illi kien qed jiġri. Nemmen li kwalunkwe sport jista’ jkun il-mediċina għal stress żejjed u problemi mentali
14
FENOMENU NATURALI 30.07.2017
Iċċiefa ( S c o p o l i ’s Shearwater) hija għasfur tal-baħar li jqatta’ ħajtu fuq l-ilma u jersaq lejn l-art biss biex ibejjet. Dan l-għasfur ibejjet f ’diversi rdumijiet madwar il-Gżejjer Maltin, u f ’Malta għandna 3% tal-popolazzjoni dinjija tiegħu, bl-akbar kolonja (iffurmata minn bejn 4,000 u 5,000 par) tinstab fl-Irdumijiet ta’ Ta’ Ċenċ f ’Għawdex. Matul iżżmien meta jkun qed ibejjet f ’Malta, dan l-għasfur jipprovdi spettaklu uniku fuq il-baħar ’il barra minn dawn l-irdumijiet hekk kif mijiet, u kultant eluf, ta’ ċief jinġemgħu fi gruppi mdaqqsa hekk kif tkun nieżla x-xemx u jagħmlu dak li jissejjaħ rafting fuq wiċċ l-ilma qabel ma jidħlu lura fil-bejta tagħhom fl-irdum hekk kif jidlam. Dan il-fenomenu naturali mill-isbaħ joffri spettaklu mhux tas-soltu hekk kif ħafna minn dawn l-għasafar ikunu jistgħu jiġu osservati jittajru fil-baxx flimkien fi qtajja’ kbar bl-għajta par-
kullhadd.com
tikolari tagħhom tidwi mal-blat tal-irdumijiet fejn ibejtu. Dan il-fenomenu annwali jdum għaddej kemm idum il-perjodu tal-bejta ta’ dawn l-għasafar imma l-qofol – jiġifieri meta wieħed seta’ josserva dawn l-għasafar fi gruppi kbar ħafna – intlaħaq lejn l-aħħar ta’ Ġunju u l-bidu ta’ Lulju. Ta’ kull sena, f ’dan il-perjodu partikolari tas-sena, BirdLife Malta tipprovdi l-opportunità lill-pubbliku biex igawdi dan il-fenomenu naturali li jiżvolġi fuq il-baħar billi torganizza vjaġġi lejn iż-żona ta’ taħt Ta’ Ċenċ fl-eqqel tal-istaġun taċ-Ċief. Din is-sena saru erba’ vjaġġi minn dawn organizzati minn din l-NGO ambjentali li kienu kollha fully-booked b’aktar minn 350 persuna jaħtfu l-opportunità u jibbukkjaw post fuq xi waħda mid-dgħajjes. Minbarra dawn l-erba’ vjaġġi li saru fuq żewġ weekends fi tmiem Ġunju u l-bidu ta’ Lulju, il-grupp FALKO – li huwa l-fergħa taż-żgħażagħ ta’ BirdLife Malta – ingħaqad f ’inizjattiva konġunta mal-Kunsill Studenti Universitarji (KSU) u flimkien reġgħu organizzaw vjaġġ minn dawn huma wkoll, bl-istudenti jingħataw prijorità
fuq dan il-vjaġġ li wkoll kien suċċess b’aktar minn 60 persuna jirriservaw post fuq id-dgħajsa. Din is-sena dawn il-vjaġġi kienu organizzati bħala parti mill-proġett LIFE Arċipelagu Garnija – proġett kofinanzjat minn fondi tal-programm LIFE tal-Unjoni Ewropea li permezz tiegħu BirdLife Malta qed tmexxi studju mifrux fuq 5 snin dwar għasfur ieħor tal-baħar li għandna fil-gżejjer Maltin – il-Garnija, Yelkouan Shearwater. Il-Garnija wkoll hija tajra talbaħar li tbejjet f ’pajjiżna u tgħix biss fir-reġjun tal-Mediterran. Xi 10% (bejn 1,370 u 2,000 par) tal-popolazzjoni dinjija ta’ din l-ispeċi tbejjet fil-Gżejjer Maltin u għalhekk il-ħarsien tal-popolazzjoni Maltija tal-Garni hu kruċjali għas-sopravivenza dinjija ta’ din l-ispeċi. Qabel dan il-proġett, BirdLife Malta flimkien ma’ għadd ta’ msieħba lokali u barranin ikkonkludiet proġett ieħor ta’ konservazzjoni tal-għasafar tal-baħar b’finanzjament Ewropew mill-programm LIFE+ tal-UE, il-Malta Seabird Project, li permezz ta’ riċerka estensiva u innovattiva identifika
żoni marittimi essenzjali għall-għasafar tal-baħar ta’ Malta (fosthom iċċief) u ħoloq inventarju ta’ dawn iż-żoni (magħrufin bħala Important Bird Areas, jew IBAs) fil-baħar. Din l-informazzjoni għenet lill-Gvern Malti (li kien imsieħeb f ’dan il-proġett permezz tal-Ministeru għall-Iżvilupp Sostenibbli, l-Ambjent u t-Tibdil fil-Klima) biex fi tmiem dan ilproġett, is-sena l-oħra, jilħaq l-obbligi tiegħu li jiddikjara dawn iż-żoni bħala Żoni Marittimi ta’ Protezzjoni Speċjali (Marine Special Protected Areas, jew SPAs) li b’hekk saru parti min-netwerk Natura 2000. B’hekk ukoll, Malta ssodisfatt l-impenn tagħha li timplimenta d-Direttiva Ewropea dwar l-Għasafar. Minbarra ċ-ċiefa u l-garnija, f ’Malta nsibu wkoll it-tielet għasfur tal-baħar li wkoll hemm il-ħtieġa li jingħata protezzjoni – il-Kanġu ta’ Filfla (European Storm-Petrel). Kif juri ismu, fil-gżira ċkejkna ta’ Filfla nsibu waħda mill-akbar kolonji fil-Mediterran ta’ dan l-għasfur żgħir tal-baħar b’bejn 5,000 u 8,000 par li jammonta għal aktar minn nofs is-sottospeċi Mediterranja ta’ dan l-għasfur (il-Mediterranean Storm-Petrel).
15
I UNIKU FUQ IL-BAĦAR kullhadd.com
30.07.2017
Ritratti” NaATHANIEL ATTARD ARON TANTI PAULO LAGO
16
30.07.2017
1
MADWAR kullhadd.com
L-ISTATI UNITI
FIL-QOSOR
2
1
TRAĠEDJA F’POST TAD-DIVERTIMENT
Persuna mietet u oħrajn weġġgħu – uħud minnhom serjament - wara inċident li seħħ fuq attrazzjoni fl-Ohio State Fair. Il-Kap tad-Dipartiment tat-Tifi tan-Nar Steve Martin qal lill-midja li l-vittmi waqgħu minn fuq rikba li tikkonsisti minn pendlu li jdur. Il-Gvernatur tal-istat John Kasich ikkonferma l-mewt ta’ persuna waħda, u ordna l-għeluq tal-attrazzjonijiet kollha sakemm saru l-ispezzjonijiet tas-sigurtà. Dwar dan l-inċident għaddejja investigazzjoni.
2
FRANZA
3
L-IŻVIZZERA
NIRIEN KBAR JIDDOMINAW IX-XLOKK TA’ FRANZA Nirien kbar fix-Xlokk ta’ Franza wasslu biex minn tal-anqas 10,000 persuna jiġu evakwati minn djarhom. Mijiet ta’ pumpiera ssieltu man-nirien qrib Bormes-lesMimoses; bi Franza saħansitra talbet l-għajnuna tal-pajjiżi ġirien biex jgħinu fl-operazzjoni. Din hija żona li tirdoppja jew kważi tittrippla fil-popolazzjoni tagħha matul l-istaġun tas-sajf. Kawża tan-nirien, minn tal-inqas 12-il pumpier sfaw midruba u 15-il uffiċjal tal-Pulizija kienu affettwati minħabba li belgħu xi duħħan.
ATTAKKA LIL ĦAMES PERSUNI B’CHAINSAW Franz Wrousis, raġel ta’ 50 sena li wettaq attakk b’chainsaw f ’Schaffhausen fl-Iżvizzera, kien arrestat wara li l-Pulizija Żvizzera ħarġet mandat t’arrest internazzjonali. Ir-raġel baqa’ maħrub wara iktar minn 24 siegħa minn meta seħħ l-attakk fuq uffiċċju talassigurazzjoni lokali tas-saħħa. Fl-attakk weġġgħu ħames persuni, u l-Pulizija qalet li l-vittma bl-iktar feriti serji m’għadux fil-periklu tal-mewt.
R ID-DINJA
17
30.07.2017
kullhadd.com
3
6
ĠERUSALEMM
5 4 6
JIĊĊELEBRAW IT-TNEĦĦIJA TA’ MIŻURI TAS-SIGURTÀ Mexxejja Musulmani waqqfu l-bojkott li kien hemm fuq post sagru f ’Ġerusalemm wara li Iżrael neħħa l-miżuri tas-sigurtà. Miżuri li ġabu ħafna rabja u protesti. L-istess mexxejja ħeġġew lill-Palestinjani biex jidħlu lura flistess post fil-jum tal-Ħamis għall-ewwel darba minn mindu bdiet il-kriżi ġimagħtejn ilu. L-aħħar biċċiet tal-apparat tas-sigurtà li installa Iżrael tneħħew il-Ħamis filgħodu. Il-Palestinjani oġġezzjonaw b’saħħa dawn il-miżuri, li ġew introdotti wara l-qtil ta’ żewġ pulizija Iżraeljani.
5 4
IL-POLONJA
L-ITALJA
IL-PRESIDENT POLLAKK SE JUŻA L-VETO BDEW JINTFEW IL-FUNTANI FIL-VATIKAN Il-Vatikan beda jitfi l-funtani famużi tiegħu hekk kif hemm in-nixfa f ’ħafna partijiet fl-Italja. L-istazzjon tar-radju tal-Vatikan qal li dan il-pass kien skont it-tagħlim ta’ Papa Franġisku fuq l-ambjent. F’enċiklika li ppublika sentejn ilu, il-Papa kien spjega l-biżgħat tiegħu fuq l-ambjent, fejn tkellem kontra prattiċi li jħallu l-ħela u enfasizza fuq l-importanza ta’ ilma tax-xorb nadif. In-nixfa fl-Italja affettwat żewġ terzi tal-art agrikola u qed tiswa maż-żewġ biljun ewro. Il-Vatikan għandu mal-100 funtana, fosthom tnejn kbar tal-Barokk, u se jintfew kollha, inklużi dawk li hemm fil-ġonna tal-Vatikan.
Il-President Pollakk ħabbar li se jkun qed juża d-dritt tal-veto fuq abbozz ta’ liġi kontroversjali li permezz tagħha, l-Imħallfin tal-Qorti Suprema jinbidlu ma’ nominati mill-Gvern. Il-Parlament Pollakk diġà għadda tliet riformi ġudizzjarji, li wasslu għal jiem sħaħ ta’ protesti fil-pajjiż kollu. Qabel dawn isiru liġi, irid ikollhom l-approvazzjoni talPresident. Dawn il-bidliet wasslu biex jinqala’ kunflitt bejn il-Gvern Pollakk u l-Unjoni Ewropea, bil-Kummissjoni Ewropea tgħid li se timponi sanzjonijiet jekk ir-riformi jkunu implimentati.
18
30.07.2017
kullhadd.com
GĦADU ŻMIEN LI NIKKONTROLLAW IL-PREZZ? L-aktar problema għal numru ta’ nies hi dik li ma jlaħħqux sew mal-ħajja bil-flus li jirċievu; kemm ħaddiema kif ukoll pensjonanti. Huma qed jaraw jinbtu bosta awtoritajiet u servizzi, li ftit ftit inaqqrulhom minn dak li jkollhom, fosthom PA, Wardens,VRT, LESA u oħrajn. Iżda fil-fatt kif jista’ jwassal leħnu l-konsumatur? Il-gazzetta KULLĦADD tindaga. Minn Charles B. Spiteri
Spiss, il-konsumatur Malti jaħseb li minn jum għall-ieħor qed jinsteraq minn flusu. L-aktar li jolqtuh fil-laħam il-ħaj huma n-neċessitajiet tal-ħajja, bħall-ħobża Maltija. Dik li dari konna nafuha bħala l-ħobża tar-ratal jew tan-nofs ratal saret folklor, għax illum sewwasew jiżnu 400 gramma u 200 gramma rispettivament. Taħseb li l-furnara għandu jkollhom tabelli li juru l-piż tal-ħobż tagħhom? Jista’ jkun li ħobża nejja ta’ 800 gramma, jew oħra ta’ 400 gramma, jitilfu nofs il-piż fin-nar? Issir spezzjoni mill-awtoritajiet? Din tal-ħobż ilha għaddejja żmien twil u hi storja twila. Kif ġie lliberalizzat ilprezz tal-ħobż, bħala għaqda konna insistejna li kull min ibigħ il-ħobż għandu juri l-prezz kull kilo u meta tixtri l-ħobż Benny Borg Bonello, għandu jintiżen u l-prezz ikun skont President tal-Għaqda kemm ikun il-prezz kull kilo u l-użin. tal-Konsumaturi Dan ifisser li l-ħobż jibda jinbiegħ bħall-ħaxix. Ħa nieħdu eżempju: Il-prezz ta’ ħobża f ’ħanut hu ta’ €1.88 kull kilo. Jekk il-ħobża li naqbad, fiha 400g meta tintiżen, inħallas 75ċ. Jekk ilħobża li naqbad fiha 350g inħallas 66ċ.
La ma jsibx diffikultà tal-ħaxix li jbigħ b’dan il-mod, qatt ma stajna nifhmu għaliex min ibigħ il-ħobż isib diffikultajiet speċjalment illum li l-imwieżen moderni mhux biss jikkalkulawlek l-użin iżda wkoll il-prezz. Skont ir-Regolamenti dwar il-Prezzijiet Indikati, meta prodott jinbiegħ skont il-piż jew volum għandu jkun immarkat b’żewġ prezzijiet. Wieħed mill-prezzijiet għandu jkun il-prezz attwali tal-prodott skont il-piż u l-prezz l-ieħor kemm
jiswa’ l-prodott għal kull kilo. Dan ifisser li l-furnara għandhom jindikaw il-prezz tal-ħobża l-kbira u ż-żgħira tagħhom skont kemm jiżnu (jiġifieri jridu jindikaw il-piż attwali tal-ħobża l-kbira u ż-żgħira li qed ibigħu) u jindikaw ukoll il-prezz tal-istess ħobża għal kull kilo. Importanti li wieħed jinnota li m’hemmx piż stabbilit għall-ħobża kbira jew żgħira. Hu l-furnar li jistabbilixxi l-piż taż-żewġ varjazzjonijiet; għalhekk hu importanti li jkun indikat il-prezz u l-piż sabiex il-konsumatur ikun jista’ jagħmel għażla infurmata.
Jekk għas-servizzi, kulħadd għandu jħallas, ma taħsibx li r-relazzjoni bejn prezz ta’ ħobża żgħira (60ċ) u t-tqattigħ tagħha bil-magna (10ċ) hi sproporzjonata?
Odette Vella, Direttur Informazzjoni, Edukazzjoni u Riċerka fl-Uffiċċju għall-Affarijiet tal-Konsumatur, MCCAA
Wara l-1987, is-swieq f ’Malta ġew liberalizzati, li jfisser li kulħadd jista’ jbigħ bil-prezz li jrid. Fuq il-prezz tat-tqattigħ naqbel miegħek, iżda ma jistax jiġi kkontrollat. L-unika mod li jiġi kkontrollat hu permezz tal-kompetizzjoni. Biss is-swieq Maltin huma żgħar u l-kompetizzjoni hi limitata ħafna. Nemmnu li l-aktar ħaġa li s’issa wasslet biex il-prezzijiet ta’ ċerti oġġetti, bħal
ħwejjeġ niżlu, hi l-opportunità li wieħed jixtri fuq l-internet. Illum dawn il-ħwienet jafu li mhux biss qed jikkompetu ma’ ħwienet oħra f ’Malta, iżda mal-eluf ta’ ħwienet onlajn. Ma jfissirx li onlajn kollox hu ward u żahar għax għandek kumpaniji li jagħmlu dak li jgħidulu geoblocking biex jirrestrinġu lill-konsumaturi milli jixtru onlajn – ara l-website tal-Għaqda www. camalta.org.mt
Ta’ min jinnota li l-piż tal-ħobża tradizzjonali Maltija jvarja skont fuq meta din tintiżen. Il-prattika tal-furnara hi li l-ħobż jintiżen qabel ma jinħema. Il-piż tal-ħobża jonqos ladarba tkun birdet minħabba l-fatt li l-kontenut tal-ilma fil-ħobża jevapora, fatt li dejjem kien enfasizzat mill-furnara b’mod ġenerali. Iżda l-prezzijiet indikati jridu jkunu skont il-piż tal-ħobża mibjugħa.
19
30.07.2017
kullhadd.com
Suppost li għal kull ħlas tingħata rċevuta tal-VAT. Kemm hawn spiżeriji li jagħtuha lill-klijenti, li jintalbu jħallsu l-flus talli jużaw siġġu (jew ġieli anki jekk joqogħdu bilwieqfa) fi spiżerija? Jingħad l-istess għall-għalliema tal-privatijiet. Onestament ngħid li ma nafx li xi ħadd jagħti rċevuti għall-użu ta’ spiżerija. Li naf hu li fl-2001 kienu ħarġu linji gwida mill-Pharmacy Board li meta jkun se jintalab ħlas għall-użu ta’ waiting room fi spiżerija, għandu jitwaħħal avviż f ’post li
jidher, fejn il-konsumatur ikun avżat bil-ħlas li jintalab. Int semmejt lill-għalliema tal-privatijiet. Biss dan l-abbuż tista’ tgħid issibu fejn jingħataw servizzi – hairdressers, nail technicians, handymen u xogħol ieħor tal-idejn. Illum l-abbużi tal-irċevuti ġeneralment issib-
hom fis-swieq tas-servizzi. Għal kull ħlas li jagħmel il-konsumatur, għandu jingħata irċevuta bħala prova ta’ dak li ħallas, li mhux bilfors tkun irċevuta tal-VAT. L-Uffiċċju għall-Affarijiet tal-Konsumatur ma
jirregolax meta għandha tingħata jew tista’ ma tingħatax irċevuta tal-VAT. Meta ma tingħatax irċevuta tal-VAT wieħed jista’ jikkuntattja lid-Dipartiment tal-VAT sabiex jivverifika jekk sarx xi ksur tal-liġi tal-VAT u hemmx xi regolament għas-settur partikolari.
Issa għandna wkoll numru ta’ kafejiet li jżommu flus żejda lill-klijenti talli joqogħdu ma’ mejda, jieklu u jixorbu dak li jkunu xtraw. Tħoss li din l-inizjattiva teqred l-inċentiv tat-tips u ma tħossx li għandu jkun hemm avviż mal-vetrina, li jgħarraf b’dan il-ħlas żejjed? Int qed tirrefferi għal imsejjaħ service charge. Iva, llum daħlet din id-drawwa. Dan il-ħlas jista’ jiġi ġġustifikat għax hu tas-servizz li tkun qed tingħata għalkemm dan qabel kien dejjem
ikun kopert bil-prezz tal-ikel jew kafè. Illum sabu mezz ieħor kif itellgħu l-prezz. Nemmen ukoll li s-service charge għandu jidher fuq il-menu, biex minn qabel ma tordna, tkun taf is-service
charge li se tħallas. Iva jekk hemm ħlas addizzjonali minbarra dak indikat fuq il-menus għallikel offrut fil-kafetterija jew ristorant,
dan il-ħlas għandu jkun indikat ċar fuq l-istess menù u wkoll fuq barra tal-kafetterija jew ristorant, fejn normalment ikun hemm menù esibit għal min ikun jixtieq jara l-prezzijiet qabel ma jidħol fir-ristorant jew kafetterija.
Ġieli wkoll naraw prezzijiet ta’ oġġetti f ’pajjiżi tal-Unjoni Ewropea, li meta jaslu f ’pajjiżna jkunu ogħla? Hu permess dan, jew tiddaħħal l-iskuża tat-traġitt? Bħalma ktibt aktar ’il fuq, il-prezzijet ma hemmx kontroll fuqhom. Bil-Malti, m’għandekx għaliex tipprova tiġġustifika l-prezz għoli bl-iskuża tat-traġitt.
F’Malta dawn il-prezzijiet jibqgħu għoljin għax illum, s’issa, il-konsumatur Malti għadu restritt li f ’ċerti affarijiet irid jixtri bilfors minn Malta, fejn il-kompetizzjoni hi limitata ħafna. Hu
minħabba n-nuqqas ta’ kompetizzjoni li l-prezzijiet huma għoljin. Mhuwiex illegali li l-istess prodott jin-
biegħ bi prezz differenti f ’pajjiżi differenti. L-importanti hu li l-prodotti esibiti għall-bejgħ ikollhom il-prezz indikat ċar sabiex il-konsumatur ikun jista’ jagħmel deċiżjoni ta’ xiri infurmata.
Illum għandna l-liberazzjoni tas-suq u tal-prezzijiet. Iżda meta l-maġġoranza tan-nisa u ommijiet jaħdmu, ikollhom ċans iterrqu minn ħanut għall-ieħor, jindagaw il-prezzijiet biex ma ‘jinsterqux’? U għadha torbot il-liġi li kull prodott f ’ħanut, għandu jkollu l-prezz fejn jidher? Nifhmu l-punt li llum għandek ħafna mill-ġenituri jaħdmu u li hemm diffikultajiet. Hu għalhekk li l-għaqda, fil-konsultazzjoni li kien hemm fuq il-ħinijiet tal-ħwienet kienet favur liberalizzazzjoni sħiħa, biex il-ħinijiet tal-ħwienet jiġu determinati minn tal-ħanut għax dan jiftaħ meta jaf li hemm konsumaturi li se jmorru jixtru. Għalkemm ma hemmx liberalizzazzjoni kompleta, dan l-aħħar, il-ħinijet tal-ħwienet ġew estiżi biex dawn il-ġenituri jkunu jistgħu jinqdew aħjar. Hemm ukoll ix-xiri fuq l-internet. Dan sar aktar popolari għax barra li l-għażla tal-oġġetti hi ħafna akbar u orħos minn dak li ssib fil-ħwienet tagħna, tista’ tordna mill-kumdità ta’ darek il-ħin kollu. S’issa sfortunatament l-iżvilupp ta’ siti fuq l-internet li jikkumparaw il-prezzijiet f ’Malta għadu fil-bidu tiegħu u nemmen li għad irid jgħaddi ftit żmien mhux ħażin qabel dawn jiżviluppaw sew għas-suq Malti. Dwar il-prezz, hemm liġijiet li jitolbu li l-oġġetti jkollhom prezz. Mhux hekk biss, imma hemm l-obbligu li barra l-prezz, ikun hemm il-prezz unit (unit price). Il-prezz unit hu l-prezz kull kilo, kull metru, kull litru eċċ. Filfatt dan hu l-aktar prezz importanti biex il-konsumatur ikun jista’ jqabbel
il-prezz tal-oġġetti. Biex nuri l-importanza ta’ dan ilprezz, se nsemmi xi ħaġa li ġratli xi jiem ilu. Mort nixtri bott kunserva u fuq il-bott kien hemm immarkat li jekk nixtri tlieta neħodhom b’€2.33. Biss il-prezz ta’ wieħed hu ta’ 75ċ. Għajni għokritni meta rajt it-33 ċenteżmu fil-prezz u kkalkulajt kemm jiġi kull bott jekk nieħu din l-offerta. Sibt li kull bott bl-offerta jiġi aktar minn 77 ċenteżmu meta jekk nixtrihom wieħed wieħed jiġuni aktar minn 2 ċenteżmi inqas. Li kieku kelli l-unit pricing kont inkun nista’ nara dan id-daħk fil-wiċċ mal-ewwel. Sfortunatament kif qed jiġi applikat il-prezz unit f ’Malta, jolqot ftit minnies. Bħala għaqda bdejna nippressaw għall-prezz unit minn meta nqalgħet il-kwistjoni fuq il-prezz tal-ħobż wara li dan ġie lliberalizzat. Il-liġi kienet titlob li dan il-prezz hu wkoll obbligatorju fuq kull oġġett li jinbiegħ. Iżda ma kienx hemm infurzar. Konna għamilna kampanja sħiħa biex nassiguraw li jkun hemm dan il-prezz ukoll fil-ħwienet tagħna. Sa ktibna lill-Kummissjoni Ewropea. Konna ġejna infurmati li se jibda jkun hemm infurzar. Iżda fil-bidu tal-2013, sar tibdil fil-liġi u ħwienet li huma iżgħar minn 200 metru kwadru ġew eżentati milli juru dan il-prezz.
Il-konsegwenza kienet, skont l-aħħar statistika, li huma biss 15 fil-mija talħwienet f ’Malta li huma obbligati juru dan il-prezz u minħabba f ’hekk f ’40 fil-mija tal-lokalitajiet f ’Malta u Għawdex ma ssib l-ebda ħanut li hu obbligat li juri dan il-prezz. B’hekk ħafna mill-konsumaturi jsibuha diffiċli biex iqabblu l-prezzijiet. Waħda mill-affarijiet li int semmejt kienet prodotti essenzjali. Il-ħajja llum inbidlet ta’ taħt fuq. Fil-fatt jekk int tara l-istatistika ssib li dawk l-affarijiet li konna nsejħulhom essenzjali għallħajja, illum l-anqas li nonfqu fuqhom. Issib li aħna nonfqu biss madwar 20% għalihom filwaqt li 80% l-oħra jintefqu fuq servizzi. Fil-qasam tas-servizzi, l-problemi huma ħafna akbar. Bħalma għedtlek, fuq il-prezzijiet ftit li xejn jista’ jsir direttament għalkemm dan il-Gvern fuq ċerti issues ħa passi differenti pereżempju l-elettriku. Fissuq tal-gass, għalkemm ma ffissa l-ebda prezz, ħadem biex mhux talli dan jorħos, iżda li jkun stabbli. Hu għalhekk li l-għaqda llum tenfasizza ħafna l-kompetizzjoni, għax din hi l-unika mezz li hemm biex il-prodotti ma jogħlewx mas-smewwiet. Hu fl-interess tal-konsumatur li jdur is-suq u jqabbel il-prezzijiet u wkoll
il-kwalità tal-prodotti sabiex jassigura li jieħu l-aqwa valur għall-flus li jkun qed iħallas. Iva kif diġà spjegajna, ir-Regolamenti dwar il-Prezzijiet Indikati tobbliga lill-bejjiegħa sabiex jimmarkaw kull prodott għall-bejgħ bi prezz, b’mod li jingħaraf faċilment u li jista’ jinqara b’mod ċar. Dan l-obbligu jgħodd ukoll għal dawk il-prodotti li jkunu għall-bejgħ u murija fil-vetrina tal-ħanut. Indikazzjoni ċara tal-prezzijiet tagħti l-possibbiltà lill-konsumatur iqabbel il-prezzijiet sabiex jagħmel l-aħjar għażla ta’ xiri. Ta’ min ukoll isemmi li l-konsumatur illum il-ġurnata għandu għażla aktar vasta ta’ prodotti permezz tax-xiri onlajn li jista’ jsir mill-kumdità taddar fil-ħin konvenjenti għall-konsumatur. Meta konsumatur jagħżel li jixtri b’dan il-mod jista’ mhux biss iqabbel prodotti ta’ bejjiegħa lokali imma prodotti li qed jinbiegħu fissuq Ewropew u anke dak dinji. Meta jsir xiri onlajn minn bejjiegħa li joperaw minn pajjiż Membru tal-Unjoni Ewropea, il-konsumatur hu protett minn liġijiet Ewropej li jirrikjedu li l-bejjiegħ għandu jipprovdi informazzjoni kompluta, inkluż fost oħrajn, il-prezz totali tal-prodott jew servizz offrut għall-bejgħ, sabiex il-konsumatur ikun jista’ jqabbel aħjar u jagħmel deċiżjoni ta’ xiri infurmata.
20
30.07.2017
kullhadd.com
MILL-EWWEL GĦAL FUQ IL-BOLOL
Kitba ta’ diem u l-fotografija spiċċat RAMONA PORTELLI il-karriera tiegħu. Fi kliemu stess ritratt huwa storja li ma jiIl-bniedem magħmul biex stax jiddeskriviha fi kliem biss. Dan l-aħħar Derren ħa sehjaħdem u jistinka u finalment ikun ippremjat b’xi kumpens em f ’kompetizzjoni tar-ritratjew inkella b’xi sodisfazzjon ti li kienet organizzata minn personali. Il-persuna li qed Maltapost. Għaliha daħlu 200 nintervista llum inzerta nafu fotografu, b’aktar minn 700 b’mod personali u minn dejjem ritratt. Ir-ritratt li pparteċinafu miġbud lejn il-fotografija. pa bih Derren jirrappreżenta Fil-fatt dan l-aħħar ħa spinta l-akwadott li jaqsam l-għelieqi ġmielha fuq din il-linja, tant t’Għawdex u fil-fatt kien ir-rili fi ftit xhur oħra ser nibdew tratt rebbieħ tiegħu. B’hekk naraw xi fotografija tiegħu fuq is-sena d-dieħla, proprju xi bolol lokali. Qed nirreferi fis-sena 2018, Maltapost ser tuża l-istess ritratt fuq il-bolol. għal Derren Vella. Miżżewweġ, għandu 32 Ħallejt f ’idejh sabiex jelabora sena u joqgħod Santa Venera. aktar dwar dan. “Kienet l-ewJaħdem bħala Google Street wel kompetizzjoni li ħadt sehView Virtual Tour Interior em fiha u kont ir-rebbieħ. Dan Photographer, u bħala pas- jiswa ħafna għalija, kemm biex satempi għandu l-fotografija. jiġi esebit ix-xogħol tiegħi li Jiddeskrivi lilu nnifsu bħala jqajjem interess fil-prodott, kif ukoll min-naħa ta’ passatemp persuna ċajtier. Derren ilu involut fil-fo- bħala ritratti tan-natura biex tografija mis-sena 2009 li inkompli għaddej u dejjem dak iż-żmien beda jipprattika insaħħaħ il-prodott,” sostna fuq in-natura, sakemm illum miegħi. Mistoqsi dwar il-premju abil-ġurnata baqa’ jħares ’l qud-
binat ma’ din il-kompetizzjoni, Derren sostna miegħi li rebaħ il-Grandmasters Collection 1530 – 1798, li hija kollezzjoni b’edizzjoni limitata li tikkonsisti f ’sett ta’ 28 bolol pure silver foil li jirrappreżentaw il-Granmastri tal-Ordni Militari Sovrana ta’ San Ġwann, ta’ Ġerusalem, ta’ Rodi, u ta’ Malta (SMOM). Apparti minn hekk, ser ikun hemm xi bolol tal-Maltapost printjati bir-ritratt tar-rebbieħ fis-sena li ġejja - 2018. Mhux biżżejjed li jagħfas il-buttuna tal-kamera biss Bħala fotografu, Derren isostni li biex jieħu ritratt mhux biżżejjed li jagħfas il-buttuna tal-kamera biss. B’hekk staqsejtu x’hemm aktar involut wara kull ritratt għal kull dettall li jkollu tant reqqa fih. “Kull tip ta’ ritratt trid tippjana sew għalih. Inġib eżempju sempliċi ħafna li meta jien immur niġbed sunset jew sunrise
rrid inkun pjanajt minn qabel biex nara jekk it-temp jipper mettix, bħala location tajba fejn ma nġibx biss baħar u xemx, però ġġib ukoll ċerta kwalità ta’ blat jew siġar/ fjuri sbieħ. Jien infittex ftit sħab fis-sema, għar-raġuni li b’sema mingħajr sħab ir-ritratt jiġi ċass. Kif ukoll nara li nsib kumpanija tajba biex ċertu postijiet fl-imwarrab nipprova nevita li mmur waħdi speċjalment billejl,” sostna miegħi Derren. Ta’ min jgħid li bħala ritratti l-aktar li jħobb jiġbed huma billejl. Ridt inkun naf għaliex eżattament billejl u mhux mal-ġurnata. Dlonk weġibni: “Fil-fehma tiegħi r-ritratti landscapes ta’ matul il-ġurnata qatt mhu ser jaffaxxinaw l-għajn, daqs dawk il-kuluri sbieħ ta’ meta tkun nieżla x-xemx jew filgħodu kmieni. Jien inħobb it-tip ta’ fotografija li tissejjaħ long exposure, fejn il-camera ittiha ċertu settings partikolari li billejl f ’sema sewda tuta jirnexxilek iġġib ammont kbir ta’ stilel iktar milli jaraw għajnejk,” spjegali. Kompla jgħidli li fil-fotografija tiegħu jħobb idaħħal ilbaħar, u b’hekk il-biċċa l-kbira jfittex landscapes li mhumiex fiċ-ċentru ta’ Malta. Eventwalment apparti li jdaħħal ir-ritratti tiegħu fil-kompetizzjonijiet, ritratti oħra li jiġbed fil-preżent iżommhom għalih innifsu u għandu Facebook page li jisimha “Landscape Photography by Derren Vella” li ġeneralment darbtejn f ’ġimgħa jagħmel xi posts tagħhom. Fil-futur għandu pjanijiet ukoll li jbigħ xi prints onlajn. Apparti li l-fotografija hija passatemp tiegħu, saret ukoll l-għajxien tiegħu. Fil-fatt
Derren huwa l-ewwel fotografu li kien hawn Malta li ġie ċċertifikat minn Google Street View biex jagħmel 360 virtual tours ġewwa businesses lokali. Apparti minn din it-tip ta’ fotografija speċjali li n-nies saru jfittxu ħafna, jiġbed ukoll ritratti professjonali ta’ businesses, kif ukoll ritratti tal-ikel f ’ristoranti. It-teknoloġija llum il-ġurnata dejjem tavvanza u anke l-mod ta’ kif naraw ir-ritratti onlajn. Ħallejt f ’idejh sabiex jispjegali aktar din it-terminoloġija dwar il-fotografija. “Dawn ir-ritratti li jissejħu bħala walk-through huma ritratti meħudin biċċa biċċa li mbagħad jingħaqdu f ’dak li jissejjaħ 360 panorama. Meta l-prodott finali jiġi ppubblikat onlajn fuq google, in-nies jistgħu jdawru r-ritratt daqslikieku qegħdin fil-post. Jistgħu saħansitra jimxu minn ritratt 360 għal ieħor biex jaraw tour sħiħ tal-business.” Ridt inkun naf kemm verament fiha għajxien tajjeb il-fotografija għal fotografu Malti bħalu hawn Malta stess. “Fil-ħajja bħal kull xogħol, jien nemmen li biex ikollok għajxien tajjeb trid tistinka u tinsa l-ammont ta’ sigħat li tagħmel matul il-ġimgħa, għax il-fotografija fiha ħinijiet partikolari li jew filgħodu kmieni jew filgħaxija fit-tard, ikun meta jkun, trid taħdem,” sostna miegħi Derren. Għalkemm s’issa għadu qatt ma kkompeta barra minn Malta, mhux ser jeskludi li fil-futur mhux ser jikkompeti f ’kompetizzjoni ta’ dan it-tip. Fl-aħħar nett, Derren għadda messaġġ lill-qarrejja kollha ta’ din il-gazzetta: “Li taħdem u tistinka ħafna huwa importanti, però hemm xi ħaġa aktar importanti li hija li temmen fik innifsek,” temm jgħidli.
21
30.07.2017
kullhadd.com
TGERGIR MHUX PERMESS EVARIST
BARTOLO
Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol
Din il-ġimgħa il-mitt funtana tal-Vatikan kienu weqfin u bla ilma. Il-kelliem tal-Vatikan, Greg Burke, qal lill-midja li kienu weqfin fuq ordni tal-Papa Franġisku nnifsu. In-nuqqas ta’ xita fl-Italja ħalliet lill-bdiewa fi krizi liema bħalha. In-nixfa affettwat żewġ terzi tal-għelieqi fl-Italja u ikkaġunat telf ta’ żewġ biljun ewro. Biex juri li l-Vatikan mhux maqtugħ mir-realtajiet t’hemm barra, il-Papa ddeċieda li ‘ma jaħlix’. Li twaqqaf l-ilma f ’mitt funtana mhux se tagħmel differenza. L-għelieqi nexfin kienu u nexfin baqgħu. Però dan huwa Papa li jifhem l-arti tas-simboliżmu u kemm huma importanti dawn il-ġesti. Dan huwa Papa ftit ribell ukoll. Forsi il-kelma eżatta hija ‘contrarian’. Gazzetta Taljana ftit ilu ħadet ritratt ta’ notifika li kellu mwaħħla mal-bieb tiegħu “Vietato Lamentarsi” li tfisser ‘Tgergir mhux permess’. Il-kartellun ikompli jgħid: ‘Min ibati mis-sindromu tal-vittimiżmu jispiċċa jkollu sens ta’ umoriżmu baxx u nuqqas ta’ kapaċità li jsolvi l-problemi. Id-difett ikompli jiggrava jekk dan iseħħ quddiem it-tfal. Biex tkun l-aħjar tiegħek innifsek hemm bżonn tiffoka fuq il-potenzjal u mhux fuq il-limiti. Ieqaf gerger u aħdem biex tbiddel għall-aħjar l-affarijiet.’ Tipiku ta’ Papa Franġisku. Jgħid ħafna mingħajr ma jlissen kelma. L-arti tas-simboliżmu hija importanti, anke meta ma sseħħx b’mod naturali iżda biex tgħaddi messaġġ. Dan huwa Papa li ma jiddejjaqx jinżel għal-livell tan-nies. Li verament jgħożż il-valuri Nsara u mhux sempliċiment jitkellem fuqhom. Kif l-ewwel ħsieb tiegħu huma fost dawk l-iktar batuti fis-soċjetà, u kif jurik li anke jekk ma tismax ħossu qed isegwi l-ħajja kwotidjana tal-ambjent tiegħu. Ħafna mit-tradizzjonalisti tal-knisja ma tantx jinżlilhom tajjeb dan il-Papa. Huwa wisq non-konformista, wisq imqareb. Però l-kliem tiegħu jmissu lil kull wieħed u waħda minnha. Għandu sens ta’ umanità, xi ħaġa li toħroġ fis-simboliżmu tal-azzjonijiet tiegħu. Fi preżentazzjoni permezz ta’ vidjow li għamel f ’waħda mill-konferenzi popolari ‘TED Talks’ (anke hawn issibu f ’postijiet li mhux neċessarjament huwa mistenni li ssibu), il-Papa Franġisku tkellem fuq
il-viżjoni tiegħu. Fuq kif il-futur tal-bniedem ma jistax ma jinkludix lil kulħadd għax inkella mhux se jkun hemm futur. “Kemm hu sabiħ kieku l-avvanzi tat-teknoloġija u x-xjenza jiġu magħquda b’iktar ugwalità u inklużjoni soċjali?” isaqsi l-Papa. Quddiem l-aqwa mħuħ tal-industriji diġitali, il-Papa ma jagħtix lezzjonijet iżda joffri biss mistoqsija għal udjenza li ġejja minn sfond xjentifiku. “Kemm ikun sabiħ kieku mal-iskoperti ta’ pjaneti ’l bogħod ħafna minna, niskopru l-bżonnijiet ta’ ħutna viċin tagħna. Kemm hu sabiħ kieku l-kelma solidarjetà, kelma tant sabiħa, ma tispiċċax biss kelma oħra għal assistenza soċjali iżda kumpass għall-valuri politiċi, ekonomiċi u xjentifiċi tagħna.” ikompli jgħid il-Papa Franġisku. “Il-kultura tal-iskart mhix limitata għal ikel u oġġetti, iżda anke għal bnedmin li jiġu emarġinati minħabba żviluppi teknoloġiċi u ekonomiċi, mingħajr ma lanqas biss nindunaw. Spiċċajna prodotti qabel in-nies.” Kliem iebes iżda, meta tpoġġih fil-kuntest tal-imġiba tiegħu u r-rwol li għandu, jespandi fil-kobor tagħhom. Is-saħħa tas-simboliżmu huwa importanti. Huwa mezz ta’ komunikazzjoni li tirrappreżenta l-valuri u l-kwalitajiet ta’ persuna. Is-simboliżmu jolqot lil dawk li ma tkunx qed tistenna. Kif inġibu ruħna, bħala ġenituri, aħwa, għalliema, impjegati u dawk li jimpjegaw, f ’postijiet ta’ awtorità u anke ċittadini, jirrifletti fuq il-valuri kollettivi tagħna. Il-Papa Franġisku dan jifhmu, u proprju għalhekk li din il-ġimgħa l-funtani baqgħu nexfin. Nisperaw biss li ħadd ma beda jgerger, għax jispiċċa jaqlagħha hu wkoll.
Il-kultura tal-iskart mhix limitata għal ikel u oġġetti, iżda anke għal bnedmin li jiġu emarġinati minħabba żviluppi teknoloġiċi u ekonomiċi, mingħajr ma lanqas biss nindunaw. Spiċċajna prodotti qabel in-nies
Mid-Djarju ta’
Nazju n-Nazzjonalist
Il-Ħamis, 20 ta’ Lulju Mhux faċli nsibu lil xi ħadd bħal Simon (s’issa) tagħna. Kap kuraġġuż, kap intelliġenti, ma jaqta’ qalbu minn xejn. U jekk Joseph Muscat u Keith Schembri ħasbu li se jbeżżgħuh, allura se jgħarralhom bil-kbir. Qalilhom ċar u tond illum, li anke bħala membru Parlamentari se jkompli jiġġildilhom b’ruħu u b’ġismu. Aħbar tajba minnha nnifisha man! Għax jien kont qiegħed nibża’ li wara li jkollna kap ġdid, Simon kien se jirriżenja anke minn membru Parlamentari, imma issa nistgħu nserrħu rasna għax se jibqa’ fil-Parlament jiġġieled lil Joseph Muscat u lil Keith Schembri. U jkun min ikun ilkap il-ġdid, jista’ jserraħ rasu li xi darba jew oħra, Simon jirbħilhom.
Il-Ġimgħa, 21 ta’ Lulju Viva Simon, Viva Simon, ħej! Kont qtajt qalbi li xi darba kont se nerġa’ ngħajjatha din l-għajta minħabba li Simon (s’issa) tagħna baqa’ jwebbes rasu. Imma milli jidher hemm mezz biex dik ir-ras iebsa inrattbuhielu u jrid u ma jridx ikollu jibqa’ mhux biss magħna, imma tagħna. Idea tajba ħafna. Meta mmorru nivvutaw għall-kap il-ġdid, minflok il-ġdid nikkonfermaw il-qadim u fuq il-vot niktbu Simon biex eventwalment ikollu jċedi. Ma kontx naf bih dan il-pjan, imma Ġorġ tal-ħanut ta’ ħdejna, li ma jaħrablu xejn, qalli li anke rapport fit-Times illum kien hemm. Jien kont se nivvota lil Alex, imma issa reġa’ bdieli u se nkun wieħed minn dawk li fuq il-vot, nikteb Viva Simon, Viva Simon, ħej!
Is-Sibt, 22 ta’ Lulju Hawn mhux billi qalet dik tal-Bidnija, l-elezzjoni għal kap ġdid (dejjem jekk ma jkunx hemm ħafna bħali u fuq il-vot jiktbu biss isem Simon) qiegħda tittieħed bis-serjetà. Donnu li l-aktar wieħed li se jkun qiegħed jagħmel ħoss huwa Chris l-Għawdxi li diġà beda ħiereġ bil-proposti ġodda, għalkemm jien ma nafx kemm huma ġodda. Jien naħseb li l-uniku wieħed li jista’ joħroġ bi proposti ġodda u friski huwa Frank Portelli għax dak għandu esperjenza kbira, kemm esperjenza politika, kif ukoll esperjenza kummerċjali. Imma jien konvint li Frank il-proposti ġodda u friski tiegħu mhux se jikxifhom minn issa, għax inkella l-oħrajn jikkuppjawh.
Il-Ħadd 23 ta’ Lulju Dawn il-ħafna kummenti mill-erbgħa li qegħdin jippretendu li jmexxu l-partit glorjuż tagħna, xejn mhuma jogħġbuni. Ngħid jien mhux aħjar jgħidu dak li għandhom jgħidu lill-kunsilliera u lit-tesserati wiċċ imb wiċċ minflok joqogħdu jikxfu għajnhom ma’ kulħadd! Għax b’dak li qegħdin jgħidu, mhu-
miex jagħmlulu gid lill-partit glorjuż tagħna. U mhumiex jagħmlu ġid lill-kap ta’ issa Simon Busuttil. Min irid nissaħħu, min irid jagħmel terremot fil-partit, insomma ħafna kliem fil-vojt li ma jservi xejn ħlief biex jitfa’ dell ikrah fuq Simon (s’issa) tagħna, għax dawn qegħdin jagħtu l-impressjoni li Simon ma għamel xejn f ’ħames snin.
It-Tnejn, 24 ta’ Lulju Ikolli ngħid li fl-elezzjoni għall-kap tal-partit glorjuż tagħna, l-agħar li se jmur huwa Frank Portelli. Diġà mhux ilaħħaq mat-tlieta l-oħra li ta’ kuljum qegħdin ipaċpċu, jekk mhux fuq ħaġa, fuq ħaġa oħra, għalkemm l-aktar li qegħdin ipaċpċu huwa dwar kif se jirranġaw lill-partit glorjuż tagħna. Mhux għax tant qiegħed jinteressani minn dak li qegħdin jgħidu, għax għalija, ħafna minnu kollu kliem fil-vojt. Faċli, pereżempju, tgħid li jkollna aktar assisstenti segretarji u aktar ħaddiema u uffiċjali impjegati full-time, imma l-ewwel u qabel kollox iridu jgħidulna minn fejn se jġibu l-flus biex jitħallsu s-salarji, li ma mmorrux nidħlu f ’xi froġa oħra bħalma konna għamilna fil-każ tad-DB, li kienet l-unika froġa li għamel Simon (s’issa) tagħna.
It-Tlieta, 25 ta’ Lulju Le, le! Żgur li mhux se jkun abbandunat minn kulħadd jekk Simon (s’issa) tagħna jispiċċa minn kap. Anzi jien ċert li se jkunu ħafna dawk li jibqgħu jappoġġjawh, jagħmel x’jagħmel. M’għandix dubju li se jibqa’ jsib l-appoġġ tal-Ewroparlamentari David Casa li mhux biss qatta’ żmien twil mhux ħażin ma’ Simon fi Brussell, imma wkoll għax bħal Simon, lest li, akkost ta’ kollox jiddefendi d-demokrazija. Tant hu hekk li appella lil-Kummissjoni Ewropea biex tipproteġi l-liġijiet f ’Malta. Il-problema hi li David Casa ma tantx għandu kredibbiltà mal-Kummissjoni Ewropea minħabba li bassar li l-Presidenza Maltija ma kinitx se tirnexxi, imma eventwalment kienet suċċess suċċessun!
L-Erbgħa, 26 ta’ Lulju Kont se mmur għand Ġorġ tal-ħanut ta’ ħdejna, imma reġa’ bdieli hekk kif smajt l-aħbarijiet u jekk fhimt sew, xi ħadd fl-Unjoni Ewropea qal li l-insib f ’Malta huwa llegali u li jrid jitwaqqaf għalkollox. Kieku mort min jaf kemm kien joffendini Ġorġ, għax dak fuq hekk ma baqax Nazzjonalist, u lil Simon (s’issa) tagħna ma ħafirielu qatt għax skont hu, qabel dħalna fl-Unjoni Ewropea, Simon lill-kaċċaturi u lin-nassaba kien wegħedhom li se jkunu jistgħu jibqgħu jipprattikaw id-delizzju tagħhom bla ebda xkiel. U ngħiduha kif inhi, xi ftit tar-raġun għandu.
22
30.07.2017
kullhadd.com
NINVESTU FL-INFRASTRUTTURA IAN
BORG
Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali
Is-sajf 2017 se jibqa’ mfakkar bħala sajf ta’ ħidma kbira fl-infrastruttura ta’ pajjiżna. Dan għaliex minn Ġunju sa Settembru ta’ din is-sena, Transport Malta ser tkun investiet f ’diversi proġetti madwar il-pajjiż. Quddiemna għandna triq twila ta’ ħidma. Matul din il-leġiżlatura għandna ppjanati diversi proġetti li għandhom itejbu l-kwalità tal-infrastruttura Maltija u fl-istess ħin itaffu xi ftit il-problema persistenti tat-traffiku f ’pajjiżna. B’hekk nibdew ix-xogħol għat-twettiq tal-wegħda elettorali favur infrastruttura aħjar. Waqt li aħna konxji millfatt li huwa diffiċli li negħlbu l-isfidi tat-traffiku u tat-toroq f ’Malta u f ’Għawdex fi żmien qasir, ninsabu ħerqana biex noħorġu b’soluzzjonijiet effettivi u innovattivi kemm għallpreżent kif ukoll għaż-żmien
li ġej. Bħalissa impenjati bi studji fuq kull junction u arterja magħrufa għall-problemi tat-traffiku, u fl-istess waqt qegħdin naħdmu bis-sħiħ sabiex inżidu l-effiċjenza u r-riżorsi ta’ Transport Malta. Permezz ta’ dan, il-proġetti li se nibdew naħdmu fuqhom tul din il-leġiżlatura, jitwettqu fl-inqas żmien possibbli u bl-aktar mod effiċjenti. Is-sitwazzjoni infrastrutturali preżenti ma tistax tiġi indirizzata minn aspett wieħed biss. Fil-fatt, filwaqt li qegħdin nallokaw riżorsi kbar, anke bl-appoġġ ta’ Fondi Ewropej, fuq proġetti kapitali ta’ statura kbira - fosthom il-proġett tal-Kappara, l-Addolorata junction fil-Marsa, u l-mina li għandha tgħaqqad lil Malta u Għawdex - aħna qegħdin ukoll ninvestu f ’xogħlijiet iżgħar li jista’ jkollhom impatt sinifikanti fuq il-ħajja ta’ kuljum taċ-ċittadini tagħna fl-irħula tagħna. Fost dawn il-proġetti, ilkoll nafu li bħalissa għaddej xogħol viċin iċ-ċimiterju ta’ Ħal Lija, triq li tara madwar 2,400 vettura fis-siegħa kull filgħodu. Dan il-volum kbir ta’ karozzi ġej mit-Tramuntana tal-pajjiż jikkawża t-traffiku biex jeħel, li jwassal għal ħaf-
na dewmien bla bżonn biex nessjoni bejn Triq il-Marsa is-sewwieqa jivvjaġġaw lejn il- u Triq l-Ingiered fl-inħawi post tax-xogħol. L-istess jerġa’ ta’ bejn il-korsa tal-Marsa u jiġri fil-ħin ta’ filgħaxija, meta n-nies ikunu fi triqithom lura lejn id-dar. Li nnaqqsu l-ispazji tal-parkeġġ f ’din it-triq u wisq iżjed il-qtugħ tas-siġar kienu deċiżjonijiet iebsa imma neċessarji sabiex din it-triq tkun kapaċi tilqa’ aħjar għallvolum ta’ traffiku li tara kul- Bħalissa jum. Ix-xogħol fuq din l-arter- impenjati ja mistenni jitlesta f ’Awwissu. Qegħdin nagħmlu wkoll bi studji fuq xogħol fuq ir-roundabout ta’ kull junction quddiem l-Ajruport, bil-ħsieb li nnaqqsu l-problemi kbar u arterja tat-traffiku li jiffaċċjaw kul- magħrufa jum nies ġejjin mill-Gudja, Ħal Kirkop, Ħal Safi, il-Qren- għall-problemi di, l-Imqabba, u ż-Żurrieq. Permezz ta’ dan ix-xogħol, li tat-traffiku, huwa mistenni jitlesta wkoll u fl-istess f ’Awwissu, għandhom jinfetħu tliet karreġġjati ġodda. waqt qegħdin Dawn saru wkoll bi ħsieb li naħdmu jiffaċilitaw it-triq għall-Ajruport. Fl-istess waqt qegħdin bis-sħiħ naħdmu bis-sħiħ sabiex sal- sabiex inżidu aħħar tas-sajf intaffu d-diffikultajiet li hemm fl-infras- l-effiċjenza truttura tal-inħawi tal-iskejjel u r-riżorsi ta’ taż-Żebbiegħ, fl-Imġarr. Fil-jiem li ġejjin ser jibda Transport x-xogħol li mistenni jtejjeb l-aċċess għar-roundabout ta’ Malta ħdejn il-Mosta Technopark, u ser nirranġaw ukoll il-kon-
l-Isptar San Vinċenz de Paul. Dan ix-xogħol se jsir sabiex it-triq tkun aktar sikura għas-sewwieqa. Qabel l-Elezzjoni Ġenerali, il-Partit Laburista wiegħed aġenzija iffukata fuq it-titjib tat-toroq ta’ Malta. Din l-Aġenzija ser titwaqqaf fiż-żmien li ġej, u se jkollha l-prijorità li ddaħħal fis-settur tat-toroq l-effiċjenza u l-kwalità mistennija u mixtieqa mill-poplu Malti. Aħna determinati li nirranġaw it-toroq, iżda m’aħniex se nieqfu hemm: aħna rridu li nagħmlu investiment kontinwu fl-infrastruttura tagħna biex it-toroq dejjem jibqgħu fi stat tajjeb. Sakemm titwaqqaf din l-aġenzija aħna bdejna diversi xogħlijiet għat-titjib tat-toroq, fosthom ix-xogħol li għaddej bħalissa viċin tad-Domus Romana fir-Rabat, u dalwaqt ser jibda xogħol f ’toroq f ’Ħ’Attard, Ħaż-Żabbar, Birżebbuġa, iż-Żurrieq, San Pawl ilBaħar, il-Birgu u l-Marsa. Diġà sar ħafna xogħol, iżda dan għadu biss il-bidu. Jiena, flimkien mat-tim tiegħi u ma’ Transport Malta, ninsab ħerqan biex inkompli fuq din it-triq ta’ ħidma b’enerġija pożittiva li tiżgura effiċjenza, u kwalità, sabiex tabilħaqq nagħtu wiċċ ġdid lil pajjiżna.
DETERMINAZZJONI LI TAGĦTI MARKA TA’ KWALITÀ CLINT
CAMILLERI
Segretarju Parlamentari għall-Agrikoltura, Sajd u Drittijiet tal-Annimali
Din hija l-ewwel kitba tiegħi minn meta ġejt elett għall-ewwel darba bħala Membru Parlamentari u appuntat bħala Segretarju Parlamentari għall-Agrikoltura, Sajd u Drittijiet tal-Annimali, u huwa għalhekk li nixtieq nieħu din l-opportunità sabiex nirringrazzja lil kull min wera fiduċja fija u nuri wkoll l-apprezzament tiegħi għall-għażla tal-Prim Ministru Joseph Muscat, fejn jidher biċ-ċar li jemmen fil-potenzjal u l-enerġija taż-żgħażagħ Maltin u Għawdxin. Tul dawn l-aħħar ġimgħat, stajt niltaqa’ ma’ bosta persuni involuti fis-setturi relevanti mad-dekasteri li ġejt afdat bihom, fejn f ’dawn illaqgħat iddiskutejna s-suġġetti varji li jolqtuhom. Fuq kollox, smajt il-ħsibijiet, l-aspi-
razzjonijiet u d-diffikultajiet ta’ dawn il-persuni, fejn apparti li f ’ħafna mill-każijiet qegħdin jaqilgħu l-għajxien tagħhom minn dawn is-setturi, huma wkoll qegħdin jagħtu servizz importanti u essenzjali lill-pajjiżna. Fosthom issib il-bdiewa tagħna, li bl-għaraq ta’ ġbinhom, qed ikomplu joffru lil pajjiżna Prodott Naturali Malti ta’ kwalità. Fi triqti lejn l-uffiċċju kemm-il darba waqaft għal ftit minuti ħdejn grupp ta’ bdiewa fl-għelieqi tagħhom, sabiex inkun nista’ nitkellem magħhom dwar ħidmiethom – ħidma li trid sagrifiċċju u determinazzjoni. Smajt uħud li qed jaspiraw għall-futur, iżda smajt ukoll qtigħ il-qalb. Diversi jħossu li mhumiex qed ikunu ppremjati ta’ xogħolhom u li l-Prodott Naturali Malti mhux qed ikun fuq il-mejda tal-ikel tad-dar Maltija daqskemm kien qabel. Allura, is-Segretarjat Parlamentari qed iħares ’l quddiem sabiex dawn il-ħsibijiet f ’moħħ il-bidwi jitilqu u b’hekk inħeġġuhom sabiex ikomplu jespandu u jimirħu f ’ħidmiethom. Tlesta qafas leġiżlattiv li bih ser jinħarġu standards
tal-prodott ta’ kwalità f ’Malta. B’dan, is-Segretarjat Parlamentari qed jaspira li toħroġ Marka ta’ Kwalità li biha nippromwovu l-Prodott Naturali f ’Malta. Dan se jsir b’kampanja ta’ informazzjoni li bihom il-poplu Malti jista’ jsir jaf aktar dwar il-prodott lokali u b’hekk jingħata prijorità. Nista’ nħabbar li l-ewwel prodott li se jkollu l-Marka ta’ Kwalità huwa l-Ħalib, li b’dan il-pass kbir ’il quddiem, se nkunu qed nirreklamaw il-prodott naturali f ’Malta b’aktar saħħa. Kollox juri li l-biedja hija essenzjali għas-soċjetà u għall-ekonomija Maltija. B’hekk qed naraw li fil-qrib, it-taxxa ta’ 3% fuq id-dħul tal-bidwi titneħħa kompletament sabiex nistimulaw direttament lill-attivitajiet f ’dan is-settur. Apparti minn hekk, la m’hemmx taxxa fuq il-prodott tal-ikel, ma jagħmilx sens li jkun hemm taxxa fuq it-tkabbir tal-prodott naturali. Dwar dan se nibdew diskussjonijiet mal-Ministeru tal-Finanzi sabiex jinbdew il-proċeduri u din it-tneħħija tidħol fis-seħħ malajr kemm jista’ jkun. Barra minn hekk, qed inħarsu lejn riforma ħolistika
tal-pitkalija, li tiffoka l-aktar fuq li l-bidwi jieħu dak li verament ħaqqu, filwaqt li l-konsumatur jieħu prodott frisk u jkun jaf l-oriġini tiegħu. Dan se naċċertawh bi traċċabilità tal-prodott minn ġol-għalqa,
B’hekk qed naraw li fil-qrib, ittaxxa ta’ 3% fuq id-dħul tal-bidwi titneħħa kompletament sabiex nistimulaw direttament lill-attivitajiet f’dan is-settur
maqtugħ b’id il-bidwi Malti u mkabbar fil-ħamrija Maltija, għal id il-pitkal, il-hawker u finalment il-konsumatur. Il-problema preżenti hija li m’għandniex informazzjoni ta’ x’dieħel u eventwalment x’joħroġ mill-pitkalija. B’hekk fil-pitkalija l-prodott se jiġi rreġistrat, magħżul skont il-kwalità u wara jmur għand il-pitkal. Il-bidwi mbagħad jirċievi informazzjoni dwar il-bejgħ tal-prodotti tiegħu. B’hekk nassiguraw li l-bidwi jieħu dak li ħaqqu billi l-prodott ikun irreġistrat u traċċabbli, sabiex niżguraw li l-prodott li jidħol fil-pitkalija huwa lokali u ta’ kwalità. Nixtieq nirringrazzja minn qalbi lil dawn il-bdiewa, li b’ħidmiethom u bid-determinazzjoni tagħhom, qed jagħtuna Marka ta’ Kwalità fuq il-Prodott Naturali Malti. Huwa diffiċli li tissupera l-bontà tal-Prodott Naturali Malti u b’hekk inħeġġeġ lill-konsumatur Malti sabiex jinkoraġġixxi lill-bdiewa tagħna u flimkien nixprunaw id-determinazzjoni tagħhom billi nagħtu prijorità lill-prodott lokali Malti, imkabbar u proċessat f ’din l-art ħelwa tagħna.
24
30.07.2017
kullhadd.com
MISSJUNARJU KBIR F’QAFAS ŻGĦIR ta’ Jannar 1933 salpa minn New York lejn il-Panama biex iwettaq vista kanonika lill-missjoni Ġużeppina fil-Brażil. Fl-1938, kien mill-ġdid lura f ’Asti għarIV Kapitlu Ġenerali. Lura f ’Kalifornja, wara s-sehem tiegħu fil-V Kapitlu fl-1945, kien mibgħut il-Brażil millġdid biex jgħarraf lis-superjuri bil-qagħda preżenti tal-Oblati wara l-perjodu belliku tat-Tieni Gwerra Dinjija. Matul l-istess kapitlu, kien maħtur vigarju ġenerali tal-Ġużeppini u kellu għaldaqstant jirritorna lura l-Italja ma’ tmiem il-vista tiegħu sabiex jibda jservi f ’dan l-inkarigu ġdid. Rettur tal-Casa Madre tal-kongregazzjoni f ’Asti, it-tali ħidma ma żammitux malli jerħilha mill-ġdid lejn l-Amerika Latina sabiex huwa stess isib żoni ta’ ħidma ġdida għall-missjunarji tal-kongregazzjoni tiegħu, li wasslu għall-preżenza Ġużeppina fil-Bolivja u l-Perù. Ma’ tmiem il-mandat tiegħu fil-vigarjat, sofra minn attakk serju tal-qalb, li maż-żmien iżda, seħħlu jirkupra minnu, tant li rħielha mill-ġdid għall-attività missjunarja, din id-darba fil-Perù.
Kitba ta’ EMAN BONNICI F’korrispondenza li kelli dwar il-personaġġ tal-lum, imqanqal mit-tifkiriet ta’ din il-figura missjunarja ġganteska tal-kongregazzjoni tiegħu, hekk bagħat jgħidli s-Segretarju Ġenerali tal-Oblati ta’ San Ġużepp, P. Giocondo A. Bronzini OSJ: “Sirt naf lil P. Eugenio Gherlone fis-snin 60, meta kont għadni s-seminarju minuri fi triqti għas-saċerdozju. Mill-ewwel ħalla fuqi impressjoni kbira għaliex dak li kienu jirrakkuntaw dwaru u dwar l-intrapriżi missjunarji tiegħu, kien tassew straordinarju. Imma fir-realtà, hu kien l-aktar bniedem sempliċi tad-dinja, anki fl-istess dehra fiżika tiegħu: qasir, irqiq, b’imnieħer ta’ seqer u b’nuċċali tond li ma kienx għadu moda; il-veru eżempju ta’ gabillott Pjemontiż, mimli enerġija, ta’ ħarsa severa, li kellu iżda, kelma faċli għal kulħadd, anki għal daqsxejn ta’ tifel bħali … Huwa tassew ta’ pjaċir għalija li nfakkru u ta’ pjaċir akbar li għad fadal xi ħadd li jinteressa ruħu fil-ġrajja tiegħu, kbira u umli bħal dik ta’ San Ġużepp, li għall-kongregazzjoni tiegħu kien jappartjeni b’qalbu kollha.
Il-Perù
L-Oblati ta’ San Ġużepp Imwaqqfa minn San Ġużepp Marello (1844-1895), Isqof ta’ Acqui, “għas-servizz ta’ Alla fl-imitazzjoni ta’ San Ġużepp” u għall-“edukazzjoni Nisranija taż-żgħażagħ”, l-ewwel erba’ membri fi ħdan il-kongregazzjoni ssieħbu f ’Asti, fil-Pjemonte, nhar id-19 ta’ Marzu 1879. Approvata kanonikament mill-Isqof ta’ Asti, Mons. Giacinto Arcangeli, fit-18 ta’ Marzu 1901, il-Ġużeppini Marelljani kisbu d-dritt Pontifiċju fil-11 ta’ April 1909. Bil-kostituzzjonijiet tagħhom approvati mis-Santa Sede fl-1 ta’ Diċembru 1929, barra l-Italja, l-Oblati jinsabu preżenti llum fi Spanja, il-Polonja, in-Niġerja, il-Bolivja, il-Brażil, El Salvador, il-Messiku, il-Perù, l-Istati Uniti tal-Amerika, il-Filippini, l-Indja u l-Oċeanja, b’total ta’ 100 dar u mat-378 membru. Il-fundatur, kien ikkanonizzat mill-Papa Ġwanni Pawlu II fil25 ta’ Novembru 2001. P. Eugenio Gherlone “Implimentatur straordinarju tal-istorja Ġużeppina. Missjunarju kbir”. Hekk tniżżel fin-nekroloġju tal-Oblati Ġużeppini lura fl-1973, meta fit-13 ta’ Ġunju, ġewwa Asti fi Triq Mons. Marello 29, ħa l-aħħar nifsijiet tiegħu fl-età ta’ 83 sena, P. Eugenio Gherlone OSJ. Imwieled Cossombrato,
Provinċja ta’ Asti, fid-29 ta’ Jannar 1890, raħal żgħir li llum jiġbor fih popolazzjoni ta’ inqas minn 500 ruħ, b’waħda mill-pjazez ewlenin tiegħu filpreżent iġġorr ismu, Eugenio Gherlone kien is-seba’ wild ta’ koppja fqira li kien taqla’ l-għajxien tagħha mir-raba’, Giovanni Gherlone u Giuseppina xebba Merlone. Ta’ 12-il sena daħal fil-Kulleġġ ta’ Santa Kjara tal-Marelljani f ’Asti, imwaqqaf minn Mons. Marello nnifsu, u hekk bdiet il-mixja twila tiegħu fi ħdan il-Kongregazzjoni Ġużeppina. Issieħeb bħala aspirant f ’Ottubru 1903, f ’Settembru tas-sena ta’ wara beda n-novizzjat tiegħu, bl-istudji filosofiċi jsegwu f ’Codogno u f ’Asti. Għat-teoloġija kien mibgħut Pontremoli fil-Provinċja ta’ Massa Carrara u lura Asti, kien appuntat prefett tal-Opera Pia Michelerio, li dik il-ħabta kien iservi ta’ istitut għaż-żgħażagħ abbandunati. Ordnat saċerdot fid-19 ta’ Lulju 1914, fit-18 ta’ Ġunju tas-sena ta’ wara rħielha lejn il-Filippini biex jagħti bidu għall-attività missjunarja tiegħu. Kienet din l-ispedizzjoni infatti, l-ewwel waħda missjunarja fi ħdan il-kongregazzjoni tiegħu, b’Gherlone
akkumpanjat mill-Patrijiet Giuseppe Anfossi u Ernesto Fornaco u l-Frajiet Giuseppe Macagno u Giovanni Battista Camera. Bil-grupp jasal f ’San José, Batangas, fis-26 t’Awwissu tal-istess sena, il-Ġużeppini kienu dlonk kienu assenjati b’sitt parroċċi: San José, Cuenca, Ibaan, Rosario, Taysan u Lobo, segwiti minn dik ta’ Alitagtag ftit wara. Fis-17-il sena li dam hemm, Gherlone wettaq ħidma intensa li fost l-oħrajn ratu bħala kappillan tal-parroċċa ta’ San Ġakbu l-Kbir f ’Ibaan, Batangas, bejn l-1915 u l-1918, direttur tal-iskola ta’ San José f ’Batangas mill-1918 sal-1920, kappillan f ’Taysan bejn l-1920 u l-1921 u ta’ San José minn din tal-aħħar sal-1928. Superjur tal-missjoni għal sitt snin, seħħlu jirrestawra l-knisja storika ta’ San José ta’ Batangas, li ħa ħsieb ukoll jgħammar b’xogħlijiet sbieħ ta’ pittura. F’dik li kienet ħidma pastorali, l-isforzi meħtieġa minnu u mill-missjunarji sħabu kienu ħafna, deskritti bħala “doppji u trippli, sabiex ikunu jistgħu jlaħħqu mal-bżonnijiet tal-parroċċi tagħhom”. Hu stess kiteb pereżempju, li l-assistenza tal-moribondi kienet tifrex fuq total ta’ 25 barrio ta’ Ibaan, meta kienu għadu jservi
fil-parroċċa ta’ San Ġakbu. Mill-Filippini Uniti
għall-Istati
Il-ħidma bla heda ta’ Gherlone, żdiedet mal-imwiet ta’ P. Anfossi fl-1919 u Fra Macagno u fl-1921, flimkien mat-tħollija ta’ Fra Camera mill-kongregazzjoni fl-1922, wasslet biex saħħtu tirkadi b’mod serju, tant li s-superjuri tiegħu ħassew ilħtieġa li jsejħulu lura l-Italja f ’Ottubru 1928. Fil-perjodu li matulu ħadem fil-Filippini, żar pajjiżu darba biss - fl-1921 biex jieħu sehem fl-Ewwel Kapitlu Ġenerali tal-Kongregazzjoni tiegħu f ’Asti. Imma ż-żelu missjunarju ma damx ma ħallieh wisq f ’art twelidu, għax fil-15 ta’ Frar 1929, salpa lejn l-Istati Uniti tal-Amerika, fejn il-Ġużeppini kienu għadhom kemm waqqfu missjoni ġdida għall-assistenza tal-immigranti Taljani. Hemm serva bħala kappillan tal-parroċċa tal-Madonna tal-Karmnu f ’Pittson, Pennsylvania, sakemm fl-1937 mexa lejn Kalifornja, fejn serva bħala kappillan tal-parroċċa ta’ San Ġwakkin f ’Madera u superjur tal-missjoni Ġużeppina. Mill-ġdid fl-Italja fl-1932 biex jieħu sehem fit-III Kapitlu Ġenerali tal-Ġużeppini, fil-5
Dan il-pajjiż fil-kontinent tal-Amerika t’Isfel, ra lil P. Eugenio attiv għal diversi snin fiż-żoni l-aktar diffiċli tal-missjoni Ġużeppina, li saħansitra mexxa għal perjodu bħala superjur, matul liema żmien estenda l-ħidma tal-Oblati tiegħu fil-pajjiż. Minħabba saħħtu, ma setax iwettaq ħidma fuq il-muntanji Andes, għalhekk serva minflok f ’Lima u f ’Chimbote, qrib ilkosta. Għallem il-mużika u l-lingwi lil diversi żgħażagħ. Għal bosta, l-għarfien mużikali tiegħu kien xi ħaġa ġdida: ftit kienu jafu qabel din il-fażi ta’ ħidma tiegħu, li kemm dam fl-Istati Uniti, kien iggradwa fl-armonija u l-kompożizzjoni mill-Unversità ta’ Chicago u li kien jaf sew bosta lingwi, fosthom l-Ingliż, l-Ispanjol, il-Portugiż u t-Tagalog. L-aħħar snin tiegħu wassluh biex jirritorna lura f ’Asti, fejn għadda l-aħħar fażi ta’ ħajtu f ’diversi djar tal-kongregazzjoni tiegħu, fosthom f ’Meda u Fulgor di Asti, sakemm sforz ta’ saħħtu, iddaħħal fil-Casa di Riposo Mons. Marello, fejn fit-13 ta’ Ġunju 1973, wettaq il-bewsa tal-paċi fis-Sinjur fl-għomor ta’ 83 sena. Midfun fiċ-ċimiterju ta’ Cossombrato, ir-raħal li nisslu, fil-ħemda ta’ din il-lokalità fil-kampanja tal-Pjemonte, 12-il kilometru fuq il-Majjistral ta’ Asti, jinsab jistrieħ il-fdal ta’ missjunarju ta’ qalb kbira, żgħir fl-istatura imma ġgantesk fl-ispirtu u ż-żelu missjunarju.
25
30.07.2017
kullhadd.com
reċensjoni tal-
KTIEB
ROKIT
L-2064. Żewġ fotografi ta’ fama internazzjonali - hi mwielda Malta, hu le - jivvjaġġaw mal-Ewropa kollha għall-professjoni tagħhom, fejn teħodhom il-kamera. Rika u Petrel Dimech kisbu fama bl-esplorazzjoni ta’ stili ta’ fotografija esperimentali, fosthom il-fotografija fraktali li l-avvanz fit-teknoloġija għamlet possibbli. Iżda l-Ewropa li qed iduru mhix l-Ewropa li nafu aħna. Il-pajjiżi Ewropej iddeċidew li jabbandunaw il-proġett ta’ “għaqda Ewropea” u qed jerġgħu jtellgħu l-barrieri bejniethom. Li ssiefer qed isir dejjem iżjed ikkumplikat. Biex ma ngħidu xejn dwar id-diffikultà biex tidħol f ’dik il-gżira ċkejkna f ’qiegħ l-Ewropa, fejn Petrel jiddeċiedi jmur biex jiskopri l-għeruq tiegħu. Malta. Maħkuma mill-Militar Taljan, li daħal bl-iskuża tal-għajnuna f ’mument ta’ diffikultà ġeopolitika u baqa’ sa ma ħa t-tmexxija tal-pajjiż f ’idejh u daħħal tant restrizzjonijiet li ġiegħlu lill-maġġoranza tal-popolazzjoni tabbanduna l-art li kienet tagħhom għal eluf ta’ snin. F’din id-dinja, kupa u oppressiva, iwaddabna Rokit, ir-rumanz splussiv ġdid ta’ Loranne Vella, ippubblikat mill-Merlin Publishers. Ħames snin wara l-aħħar rumanz tagħha, Magna Mater, Vella kitbet rumanz li se jħalli impatt fix-xena letterarja Maltija, għall-istil u l-wesgħa tiegħu, u għall-ambizzjoni tax-xenarju u l-istorja li jpinġi. Rokit huwa vjaġġ imqalleb li jibda mill-ħarsa fil-lenti ta’ kamera, lejn Malta kif ma nafuhiex, Malta tal-ġejjieni, u anki lejn Malta tal-passat. Petrel, fotografu tal-gwerra, jirnexxilu jasal Malta - l-uniku vjaġġatur lejn Malta fi żmien meta kulħadd qiegħed jitlaq mill-pajjiż - iżda dak li jsib mhuwiex dak li kien qed jistenna. Isib Malta maqsuma f ’setturi mmilitarizzati, f ’nofs evakwazzjoni. U qalb din id-deżolazzjoni, Petrel, bil-kamera f ’idu, jibda vjaġġ ieħor li jaqsam minn settur għal settur, minn fuq l-art għal taħtha, minn sular għal ieħor, jipprova jsib irkaptu ta’ x’qed jiġri f ’dil-gżira, fid-dar fejn jispiċċa jgħix, kif ukoll fil-labirinti mserrpin ta’ moħħu. Lok importanti fir-rumanz hu r-raħal ta’ Ħaż-Żebbuġ, ċentru ta’ reżistenza kontra l-okkupazzjoni militari Taljana kif ukoll ċentru ta’ ħsieb, ta’ intellett u ta’ misteru - misteru li donnu huwa ċċentrat madwar dar kbira u antika li jispiċċa jgħix fiha Petrel. X’qed jiġri f ’din id-dar? Min hi Veronika, il-mara li tilqgħu hemm, u għaliex donnha taf ferm iżjed dwaru milli jaf huwa stess? Fl-aħħar mill-aħħar, l-istorja ta’ Rokit ma tistax tiġi spjegata hawn. Tista’ biss tiġi mikxufa, saff wara saff, minn ġol-ktieb. Rokit tnieda ġewwa l-Blitz, il-Belt Valletta, fejn għall-okkażjoni ġew rikreati esibizzjonijiet ta’ Petrel Dimech u l-mistiedna ngħataw togħma tad-dinja li sab Petrel meta ġie Malta. Il-qoxra tar-rumanz hi xogħol l-artist Julian Mallia, aktar magħruf bħala Julinu. Il-ktieb jinsab għall-bejgħ mill-ħwienet tal-kotba kollha jew online direttament minn www.merlinpublishers.com Mistoqsija: Liema raħal Malti huwa importanti f ’dan il-ktieb? Ibagħtu r-risposta tagħkom lil: Kompetizzjoni Ktieb, KullĦadd, ONE Complex A 28B, Industrial Estate, il-Marsa MRS 3000, u tidħlu biċ-ċans li tirbħu l-ktieb ROKIT Ir-rebbieħ jitħabbar nhar il-Ħadd 6 ta’ Awwissu. Ir-rebbieħa huma mitluba jiġbru l-ktieb mill-ONE Complex, il-Marsa, billi jippreżentaw il-karta tal-identità, flimkien mal-ittra li se tintbagħtilhom minn din il-gazzetta, mit-Tlieta sal-Ġimgħa bejn id-09.00 u t-15.00, u s-Sibt bejn l-10.00 u l-16.00, festi pubbliċi esklużi. Intant, ir-rebbieħ tal-ktieb ŻIFFA MQARBA F’ĦAL BUFFURA huwa: M.R. MIFSUD - Tarxien
IDĦOL BIĊ-ĊANS LI
TIRBAĦ €100
05
Ġemma’ l-kupuni ta’ ħames ġimgħat wara xulxin kif ukoll wieġeb il-mistoqsija marbuta mal-aħbarijiet. Ibgħathom f’daqqa lil: KOMPETIZZJONI €100, KullĦadd, ONE Complex, A 28 B, Industrial Estate, Il-Marsa MRS 3000
X’jisimha l-kumpanija Amerikana li għażlet lil Malta? It-tweġiba: Isem: Numru tat-telefown:
Indirizz:
26
30.07.2017
1GB TA’ 4G DATA GĦAL €10 BISS
GO qed tkompli toffri l-aħjar rati tal-mowbajl lill-klijenti Home Pack Community li jużaw is-servizz Pay As You GO billi toffrilhom data, telefonati u messaġġi SMS għal €10 biss. Il-klijenti Home Pack Community li jabbonaw ruħhom ma’ GO Data mobile plan issa jistgħu jgawdu minn 1GB ta’ 4G data, 60 minuta ta’ telefonati u messaġġi SMS mingħajr limitu lin-numri kollha f ’Malta. Bit-tmiem tar-roaming flUE, il-klijenti ta’ GO issa jistgħu jużaw il-1GB ta’ data tagħhom flimkien mat-telefonati u messaġġi kemm
f ’Malta, kif ukoll fl-UE. Barra minn hekk, meta jkunu Malta, il-klijenti ser jingħataw 100 minuta ta’ telefonati lil membri oħra li jiffurmaw parti mill-Home Pack mobile community tagħhom u numru fiss għallcrew leader. Dan kollu hu disponibbli għal prezz ta’ €10 kull 4 ġimgħat, minflok €15. Il-prezz il-ġdid ta’ €10 ser ikun applikat mill-ewwel lill-klijent li diġà jiffurmaw parti mill-Home Pack Community. Il-klijenti l-ġodda ta’ GO li jixtiequ jabbonaw għal Home Pack Community flimkien mal-familja jew
ħbieb tagħhom ser ikunu eliġibbli biex jibbenefikaw minn din l-offerta. Daniela Bagnaschi, Senior Manager – Marketing ma’ GO, qalet: “Il-Home Pack ta’ GO dejjem offra valur tajjeb lill-klijent, fosthom l-aqwa rati tal-mowbajl. Hekk kif id-domanda għal aktar data qed tiżdied, aħna tajna widen lill-klijenti tagħna u evolvejna l-prodotti tagħna biex inwasslu l-aqwa esperjenza possibbli.” Għal aktar tagħrif dwar il-pakketti Home Pack Community ta’ GO u GO Data, wieħed jista’ jżur is-sit www. go.com.mt/unleashed
AFFARIJIET GĦALL-BEJGĦ
XOGĦOL U MANUTENZJONI
Għandna varjetà kbira ta’ arloġġi bħal Tissot, Citizen, Casio, Michael Kors, Fossil, Esprit, Festina u Q&Q. Issibilna wkoll arloġġi ta’ malħajt, żveljarini u selezzjoni ta’ cuckoo clocks mill-Black Forest. Noffru servizzi rigward tiswija ta’ kull tip ta’ arloġġ kif ukoll nibdlu batteriji, ċineg, naqtgħu kull forma ta’ ħġieġa, eċċ. Għal dawk l-arloġġi tajbin għallilma, noffru s-servizz ta’ water pressure test waqt li tistennew għalih. Nispeċjalizzaw ukoll fuq tiswija ta’ grandfather clocks u kull tip ta’ arloġġ. Ittiswija hija bil-garanzija. Għal aktar informazzjoni żur is-sit: www.expresswatchrepairs. com jew irrikorru 110, Triq il-Kungress Ewkaristiku, ilMosta. Ċempel 2141 7235.
Għal kull tip ta’ kisi bil-ġibs, ramel u siment, graffiato, żebgħa, xogħol fuq l-antik, xogħol fuq il-pond, madum, membrane, katusi u gypsum boards ċempel 7928 5444. Varjetà ta’ ħwat, ħoroż, kanali tal-ilma, ċangatura qadima jew ġdida, kantun qadim, lavur ta’ kull tip. Ċempel lil Jason fuq in-numru 2143 2352 jew 9947 7167.
l-ipproċessar ta’ impenji ta’ kuljum u depożiti bankarji, dmirijiet oħra fi ħdan iddipartiment tal-kontijiet. Biex tapplika waħda għandha tibgħat email b’CV u tkopri ittra lil careers@ozogroup.com jew iċċempel fuq 22471428.
AVVIŻI OĦRAJN OzoMalta teħtieġ individwu metodiku u sistematiku, kapaċi jaħdem taħt superviżjoni minima. Bħala Accounts Clerk, inti tkun responsabbli għall-kompiti li ġejjin: Ilfatturazzjoni u d-debituri li jibagħtu, ir-rikonċiljazzjoni tal-kontijiet tad-debituri,
OzoMalta qed tfittex li tirrekluta individwi biex jaħdmu bħala chefs malkumpanija tagħna, wieħed irid ikun fluwenti bl-Ingliż u kapaċi jaħdem fuq bażi ta’ shift. Biex japplika wieħed għandu jibgħat email lil careers@ozogroup.com jew iċempel fuq 22471428. OzoMalta qed tfittex li tirrekluta individwi biex jaħdmu bħala bartenders/ waiters mal-kumpanija tagħna. Wieħed irid ikun fluwenti blIngliż u kapaċi jaħdem fuq bażi ta’ shift. Biex tapplika waħda għandha tibgħat email
kullhadd.com
RAPPORT AMBJENTALI JIKSEB RIKONOXXIMENT INTERNAZZJONALI Rapport b’appell mqanqal dwar il-bżonn li nsalvaw kull qatra ilma fil-gżejjer Maltin, miktub mill-parteċipanti talYoung Environment Reporters (YRE) Jessica Schembri u Samira Axiak, kiseb it-tieni post fil-kompetizzjoni internazzjonali YRE. Bl-isem, “Water in the Maltese Islands: Every drop counts”, ir-rapport hu bbażat fuq proġett ta’ konservazzjoni tal-ilma li sar fil-Kulleġġ Maria Reġina tal-Mosta. Il-proġett kien iffinanzjat mill-Programm tal-Ilma tal-HSBC – Catch the Drop. Ir-rapport miktub mill-istudenti Maltin ikkompeta ma’ rapporti oħra minn 33 pajjiż. Ir-rebbieħa tħabbru waqt ċerimonja li saret fid-Danimarka. Rapport ieħor minn Malta kien “Drying up our future?”, miktub minn Emma Degabriele li tattendi l-Iskola ta’ San Anton. It-tielet u l-aħħar rapport kien fil-kategorija tal-vidjows u elenka l-grey water system ta’ Malta bl-isem “Save every drop”. L-ispejjeż relatati mal-produzzjoni tal-vidjow kienu ffinanzjati mill-HSBC. Ir-reġistrazzjonijiet għall-YRE International Competition
lil careers@ozogroup.com iċċempel fuq 22471428
kienu kkordinati min-Nature Trust – Foundation for Environmental Education (FEE) Malta. Audrey Gauci, il-koordinatriċi ta’ YRE Malta qalet: “L-appoġġ li qed jingħata permezz tal-Programm tal-Ilma tal-HSBC – Catch the Drop qed jgħin lill-istudenti juru x-xogħol tagħhom fuq siti tal-iskejjel, blogs, midja soċjali u fuq livell internazzjonali. Din l-isħubija ilha fis-seħħ sa mill-2014 u ninsabu ħerqana li nkomplu nespandu din l-isħubija fil-ġejjieni.” Il-programm YRE għandu l-għan li jinkoraġġixxi lill-istudenti biex jagħmlu investigazzjonijiet ġurnalistiċi dwar problemi ambjentali, u li jippubblikaw ir-rapporti tagħhom fil-komunità permezz ta’ artikli, ritratti u vidjows. Minbarra l-appoġġ lill-YRE, il-Programm tal-Ilma talHSBC – Catch the Drop ta l-appoġġ tiegħu lil-Learning About Forests Programme (LEAF) permezz ta’ għotja ta’ €500 biex tgħin lin-Nature Trust – FEE Malta timplimenta proġett ta’ tħawwil ta’ siġar f ’għadd ta’ skejjel u lokalitajiet.
jew mhux aktar tard mill-Ħamis 31 t’Awwissu 2017 u l-għażla finali ssir minn ġurija t’esperti maħtura mill-istess Kumitat. AVVIŻI KULTURALI Jingħata l-premju ta’ €100 Il-Kumitat Sezzjoni Żgħażagħ lill-artist/a tal-Logo rebbieħ. fi ħdan is-Soċjetà Mużikali Aktar informazzjoni tinkiseb Madonna tal-Ġilju tal-Imqabba fuq 77406720 u 79685091 jew ser iniedi kompetizzjoni fuq is-sit elettroniku uffiċjali biex jiġi fformulat Logo tas-Soċjetà Mużikali Madonna uffiċjali li jfakkar il-25 sena tal-Ġilju www.talgilju.com. mit-twaqqif tas-Sezzjoni Żgħażagħ Madonna tal-Ġilju, Il-Junior Club fi ħdan isanniversarju li ser jiġi mfakkar Soċjetà Mużikali Madonna tul is-sena 2018. Dan il-logo tal-Ġilju tal-Imqabba ser għandu jkun preżentat f ’format jorganizza dawra bit-Train diġitali 300 DPI Resolution għat-tfal kollha tal-Imqabba u għandu jinkorpora l-kliem u l-ħbieb tagħhom nhar il“Sezzjoni Żgħażagħ Madonna Ħamis 3 t’Awwissu 2017. Tluq tal-Ġilju Mqabba” u n-numru mill-pjazza tal-Imqabba fis25 b’użu ta’ kuluri adekwati. 6:00pm u d-destinazzjoni tkun Il-Kumitat għandu kull dritt il-Marsascala Family Park. jaċċetta jew ma jaċċettax id- Bookings isiru fuq 79460156 disinn sottomess jew li jsejjaħ u aktar informazzjoni tinkiseb lill-artist/a għal spjegar jew fuq is-sit elettroniku tastibdil neċessarju. Il-logos Soċjetà Mużikali Madonna talgħandhom jiġu sottomessi sa Ġilju www.talgilju.com.
27
30.07.2017
kullhadd.com
] SUDOKU SPONSORJATA MINN WELLA
Irbaħ xampù u conditioner tad-ditta Wella. Aqta’ din il-logħba u ibgħatha lil: KOMPETIZZJONI WELLA, KullĦadd, ONE Complex, A 28 B, Industrial Estate, Il-Marsa MRS 3000 Isem: Indirizz:
D.PANTALLERESCO - Marsaxlokk
TISLIBA 185
Mimdudin:
Bi 3 Numri 074 084 171 228 352 502 687 726 779 883 B’4 Numri 0124 0192 0347 0637 0701 0861
1116 1248 1907 2045 2438 2508 2528 3439 3518 3567 3884 4473 4685 4806 4898 4961 5024 5062 5310 5749 6037
6606 6624 6643 6654 6698 7148 7230 7277 7538 7588 7705 7728 7766 7885 8144 8871 9007 9015 9322
B’5 Numri
B’7 Numri
03851 05506 15784 17934 18353 19576 20425 21506 25978 33505 42497 53073 54463 56359 65950 67264 77144 84718 87158
0029167 0252851 1194587 3725430 4267195
8683157 8786471
IR-RIŻULTAT TAL-ĦADD LI GĦADDA
Weqfin:
1. Kompli l-qawl: Billi tidħak jew tinkwieta lanqas tixtri b’........ ftieta (5) 4. Faċilità korrettiva (4) 7,19. Insajru fiha (5) 9. Ara 6 10. Post Ingliż għall-klieb (6) 12. Jintrama fil-festi (6) 16. Slovenja mqassra (3) 18,24. Biex taqbad il-ħut (7) 19. Ara 7 20. Ifaddlu l-flus fih it-tfal (5) 21. Ikħal (3) 23. Ara 11 24. Ara 18
1. Ta li kellu jagħti (6) 2,21W. Ġesù (6) 3,22. Xilja (6) 5. Isem (3) 6,9. Feraħ b’xi ħadd? (6) 8. Kien imlaħħaq fl- armata Rumana (9) 11,23. Jgħinek tixtri dar (6) 12,13. Tintuża flok id- drenaġġ (5) 13. Ara 12 14. Nisfida b’ittra nieqsa (6) 15. Belt li ssemmiet ħafna fl-aħħar snin (6) 17. Espressjoni moderna li ma tfisser xejn! (3) 21. Ara 2 22. Ara 3 SOLUZZJONI TAL-AĦĦAR TISLIBA
Mimdudin: 1.Qarib, 4.Xejn, 9.Tub, 10.Randan, 12.Saffar, 16,21W. Sqalli, 18,23.Aringa, 20.Qrati, 24.Urtat
Weqfin: 1.Qattus, 2,7.Robin, 3.Bir, 5.EAD, 5,12W. Ninsa, 8.Nawfraġju, 11,21M.Palat, 13.Far, 14.Rtirat, 15.Ċraret, 17,19.Qnatar, 22.Tug
28
30.07.2017
kullhadd.com
ŻAMMEJNA R-RITMU EDITORJAL
Nilqgħu b’sodisfazzjon kbir il-fatt li fl-ewwel xahar ta’ din il-leġiżlatura kompliet tintrebaħ il-ġlieda kontra l-qgħad
Huwa żmien fejn wieħed forsi jibda jistrieħ xi ftit u jitlef ftit l-attenzjoni minn fuq l-iktar affarijiet importanti bil-għan li jgawdi xi ftit iktar il-ħajja. Għalkemm dan mhux għal kulħadd. Dawk li jħobbu jsegwu l-politika bħalissa għandhom x’jaqraw u jaraw fost oħrajn bil-mod kif qed tiżviluppa t-tellieqa għat-tmexxija tal-Partit Nazzjonalista. Ħafna jinsabu ffukati fuq din it-tellieqa għax bl-intriċċi u l-pika toħloq interess kbir. Oħrajn jinsabu jiddiskutu u jsegwu temi importanti bħal dibattiti etiċi u soċjali li anke fil-paġni ta’ din il-gazzetta qegħdin nanalizzaw. Però ninnutaw b’sodisfazzjon li żammejna r-ritmu f ’dawk li huma fost l-iktar suġġetti importanti: Ix-xogħol, l-ekonomija u l-indipendenza soċjali. Għaliex nitkellmu kemm nitkellmu dwar affarijiet, inkluż drittijiet ċivili u l-kwalità tal-ħajja, hemm dak l-iktar bażiku li ma nistgħu ninjo-
raw qatt; il-ħobża ta’ kuljum. Statistiċi li ħarġu din ilġimgħa jimlewna b’kuraġġ u għalkemm forsi m’għadhomx jieħdu l-faċċata tal-gazzetti għaliex indraw, huma dawk li jagħmlu d-differenza kbira fil-mod kif jgħix il-poplu tagħna. Nilqgħu b’sodisfazzjon kbir il-fatt li fl-ewwel xahar ta’ din il-leġiżlatura kompliet tintrebaħ il-ġlieda kontra l-qgħad. F’Ġunju n-numru ta’ persuni fuq ir-reġistru tal-qgħad kompla jonqos għal 2,432. Dan huwa l-anqas ammont ta’ nies jirreġistraw minn mindu bdew jinġabru dawn il-figuri fis-snin 60. Qabel l-2013 qalulna Labour Won’t Work u qabel l-elezzjoni li għaddiet qalulna li b’Joseph Muscat bħala Prim Ministru pajjiżna tilef ir-reputazzjoni u l-kumpaniji kienu qed jistennew l-elezzjoni biex jekk jerġa’ jitla’ hu fit-tmexxija jitilqu minn pajjiżna. Però ma ġarax hekk. L-investiment qed jissokta u l-impjiegi qed ikomplu
jinħolqu. Imqabbel ma’ Marzu 2013, in-numru ta’ nies jirreġistraw huwa 4,918 anqas u statistika wara oħra turi li l-ikbar ammont ta’ impjiegi nħolqu fis-settur privat. Is-sodisfazzjon ikun ikbar meta wieħed jinnota li r-riżultati nkisbu wkoll f ’setturi meqjusa diffiċli. Fosthom Għawdex, il-persuni b’diżabbiltà u dawk li għandhom ’il fuq minn 45 sena. Prova ċara li mit-tkabbir ekonomiku qed igawdu l-ħafna u mhux il-ftit. Prova oħra ta’ kemm il-benefiċċji tat-tkabbir ekonomiku huma mifruxa tirriżulta mill-fatt li komplew jonqsu l-persuni dipendenti fuq is-servizzi soċjali. Filwaqt li fl-2012 kien hemm 11,795 li kienu jieħdu l-assistenza soċjali, f ’Ġunju ta’ din is-sena l-ammont ta’ nies dipendenti mill-assistenza soċjali naqas għal 5,631. Fl-istess ħin kien hemm żieda ta’ €56 miljun minfuqa minħabba żidiet fil-pensjoni u inċentivi oħra li fost oħra-
jn jinkoraġġixxu x-xogħol bħall-inwork benefit u t-tapering tal-benefiċċji. Dan biex il-pajjiż qed jitfa’ flusu fejn meħtieġ. Għaliex anke fiż-żewġ każi daħal element ikbar ta’ dixxiplina fejn il-Gvern beża’ iktar għal flus il-bieżel milli għall-voti tiegħu. U fl-istess ħin li jagħmel dan il-pajjiż ħoloq ambjent ta’ dixxiplina fil-finanzi pubbliċi biex ir-riżultati sa issa qed juru li din is-sena hija aħjar mis-sena li għaddiet li fissret l-ewwel surplus f ’iktar minn 30 sena. Filwaqt li nifhmu li l-pajjiż jehda f ’dibattiti diversi nħarsu b’sodisfazzjon lejn il-fatt li żammejna r-ritmu f ’dak li hu l-iktar kruċjali, għax kif jgħid il-Malti bla flus la tgħannaq u lanqas tbus. Naturalment, dan ma jnaqqas xejn minn prijoritajiet oħra li għandu jkollu l-Gvern bħall-ambjent u s-sigurtà fost oħrajn, fejn diġà qed isir ħafna xogħol iżda forsi jista’ jsir iktar.