KullHadd_30.07.2016

Page 1

NITKELLMU MA’ IL-KAP EŻEKUTTIV TAL-ERA

Ara paġna 2

www.kullhadd.com Il-Ħadd, 3 ta’ Lulju, 2016

Ħarġa Nru 1,199 Prezz €1

KONTROVERSJA FL-APPLIKAZZJONI SENS KOMUN FID-DEĊIŻJONI

• • • •

Il-ġmiel ta’ Ħondoq ir-Rummien salvat Wied Għomor protett bħala l-pulmun bejn San Ġwann u s-Swieqi Salvati madwar 10,000 metru kwadru ta’ art agrikola milli tinbidel fi tliet pompi tal-petrol Qed isir masterplan għall-proposti ta’ bini għoli

L-Awtorità tal-Ippjanar dejjem kienet sors ta’ kontroversja, madankollu din l-entità llum il-ġurnata spiss tiġi kkritikata fuq ilfatt sempliċi li xi ħadd jitfa’ applikazzjoni u

mhux fuq id-deċiżjoni li tkun ħadet. Analiżi li qed issir mill-KullĦadd dwar deċiżjonijiet riċenti turi li, bejn il-kontroversja li tkun inqalgħet u finalment id-deċiżjoni li tieħu

l-Awtorità, illum il-ġurnata sar hemm doża qawwija ta’ sens komun u deċiżjonijiet favur l-ambjent. Ara paġni 8 u 9

“IMNALLA INDUNAJT!” “Għall-bidu kont maħsud mhux ħażin, iżda meta tkun taf li kull ġurnata tista’ tiggrava l-kundizzjoni, ma tħallilekx għażla għajr li titlob li jsir intervent fl-iqsar żmien.” Dan hu kliem li tenna s-Segretarju Parlamentari Ian Borg. Ħafna skoprew minn fuq is-sit soċjali Facebook li Borg kellu jagħmel intervent. Ngħiduha kif inhi: illum ftit li xejn tista’ żżomm sigrieti, aħseb u ara meta tkun politiku żagħżugħ tbigħ is-saħħa u magħruf għal kemm tistinka. Ara paġna 3


02 03|07|2016

kullhadd.com

LOKALI

“IL-KWALITÀ TAL-ARJA U L-IMMANIĠJAR TAL-ISKART HUMA BOMBA TAL-ĦIN” L-Awtorità tal-Ambjent u r-Riżorsi (l-ERA) twaqqfet bis-saħħa tal-liġi li ġiet fis-seħħ aktar kmieni din is-sena, wara li l-Gvern kien wiegħed li bħala riforma fl-ippjanar tal-iżvilupp u l-ħarsien tal-ambjent, dik li kienet l-Awtorità Maltija tal-Ippjanar u Ambjent (il-MEPA) kellha tinqasam f ’żewġ awtoritajiet. Il-ħsieb tal-Gvern kien li l-ambjent ikun taħt il-ħarsien ta’ awtorità awtonoma sabiex dan il-qasam jingħata aktar importanza. Il-bord tal-ERA, immexxi mill-Professur Victor Axiak, inħatar fi Frar li għadda u l-Awtorità bdiet topera mill-4 ta’ April meta nħatret ukoll il-Perit Michelle Piccinino bħala Direttur tal-Ambjent. Matul il-ġimgħa li għaddiet beda jwettaq il-ħidma tiegħu fi ħdan din l-Awtorità l-Perit Ruben Abela, l-ewwel Kap Eżekuttiv tagħha. Tkellimna ma’ Abela dwar ir-rwol ta’ din l-Awtorità u l-prijoritajiet ambjentali li għandha għall-futur immedjat. Il-Perit Ruben Abela huwa speċjalizzat fl-ippjannar, l-immaniġġjar tal-ambjent, kif ukoll fil-qasam tar-restawr tal-wirt mibni. Huwa ħadem f ’diversi karigi maniġerjali fi ħdan il-MEPA u għal dawn l-aħħar għaxar snin ħadem ma’ Heritage Malta fejn mexxa numru ta’ proġetti ta’ restawr, fosthom ilproġett tal-Forti Sant’Anġlu. Staqsejna lill-Perit Abela dwar kif iħares lejn ir-rwol tal-ERA bħala awtorità ġdida f ’pajjiżna. Il-Perit Abela jsostni li b’din l-awtorità l-ambjent qed jingħatalu ferm aktar importanza minn dik li kellu meta dan il-qasam kien jifforma parti integrali millproċess tal-ippjanar tal-iżvilupp. “Issa l-opinjoni professjonali tannies tekniċi fil-qasam tal-ambjent hija msaħħa b’awtonomija ta’ awtorità u ma baqgħetx sempliċiment opinjoni interna fi ħdan il-MEPA.” Iżid jgħid li, barra minn hekk, l-oqsma kollha tal-ambjent issa qed tingħatalhom attenzjoni xierqa minn awtorità ddedikata għal dan il-qassam u ma baqgħux jiġu maħnuqa bi prijoritajiet oħrajn. Il-Perit Abela jirreferi għal numru ta’ policies u leġiżlazzjonijiet li, matul il-ġimgħat li għaddew, ġew referuti u approvati mill-ERA, bi wħud minnhom kien ilhom is-snin biex jgħaddu minn dan il-proċess fil-MEPA. Responsabbiltajiet varji Dwar il-qasam tar-riżorsi, il-Perit Abela jispjega li dan s’issa għadu ma bediex jifforma parti mill-operat talERA, però fil-ġimgħat li ġejjin dan il-qasam se jimxi wkoll fi ħdan din l-Awtorità biex hekk ikun hemm ukoll ħarsien tar-riżorsi naturali ta’ pajjiżna. Għalkemm matul dawn l-aħħar snin il-pubbliku sar aktar konxju dwar ilħtieġa ta’ kontroll tal-iżvilupp milli jinfirex f ’ODZ minħabba l-kuxjenza dejjem tiżdied permezz tal-eNGOs, il-Perit Abela, għalkemm jirrikonoxxi l-importanza ta’ dan, jemmen li dan l-interess m’għandux ixekkel il-ħtieġa ta’ tmexxija aħjar f ’oqsma

Valur ekonomiku ambjentali

għall-oqsma

“Prijorità oħra tal-ERA u li dwarha nixtieq li ssir aktar riċerka,” jgħid Abela, “hija l-ħtieġa li l-oqsma ambjentali jingħatalhom valur ekonomiku.” Jispjega li l-ambjent għandu valur ekonomiku u kull azzjoni li tittieħed jew li ma tittiħidx, u li b’xi mod għandha impatt fuq l-ambjent, din ukoll għandha prezz ekonomiku fuq pajjiżna Isemmi bħala eżempju li, jekk wieħed ma jiħux azzjoni biex jikkontrolla t-tniġġis fl-arja, dan iffisser li l-pajjiż se jkollu joħroġ aktar flus fil-qasam tas-saħħa. Għalkemm dan l-aspett ekonomiku fil-qasam tal-ambjent mhux faċli li wieħed jivvalutah, il-Perit Abela jsostni li hu importanti ħafna li l-politiku jibda jqisu fit-tfassil tal-politika.

Issa l-opinjoni professjonali tan-nies tekniċi fil-qasam tal-ambjent hija msaħħa b’awtonomija ta’ awtorità u ma baqgħetx sempliċiment opinjoni interna fi ħdan il-MEPA oħra tal-ambjent u li l-ERA hija wkoll responsabbli għalihom. Fost l-oqsma l-aktar importanti fil-qasam ambjentali u li għandhom impatt dirett fuq iċ-ċittadini Maltin, hemm l-oqsma tal-kwalità tal-arja u l-immaniġġjar tal-iskart. Il-Perit Abela jirreferi għal dawn bħala ‘bomba tal-ħin’ u li l-ERA trid tara li jingħatawlhom l-attenzjoni meħtieġa mhux biss għax hemm direttivi tal-UE li jitolbuna li nagħmlu dan, iżda għax dawn huma setturi ambjentali li għandhom impatt dirett fuq in-nies u pajjiżna. Għalkemm forsi d-data miġbura li tkejjel it-tniġġis fl-arja ma twassalx li jinxtegħlu bozoz ħomor mill-UE, l-inċidenza ta’ trab fin (PM10) u NOx prodotti mill-exhaust tal-karozzi, huma xorta f ’livelli għoljin f ’xi nħawi f ’Malta.

“Dawn l-elementi ta’ tniġġis fl-arja huma ta’ periklu għas-saħħa tan-nies u l-ERA tħoss li dan il-qasam xorta għandu jingħatalu l-attenzjoni xierqa bi tfassil ta’ politika ċara sabiex dan it-tniġġis jonqos, anke jekk dan jista’ jfisser restrizzjonijiet f ’kumditajiet li forsi mdorrijin bihom.” Il-Perit Abela jaċċenna għal rapporti ta’ statistika dwar iż-żieda fin-numru ta’ vetturi ġodda li jidħlu f ’pajjiżna kull xahar. Għalkemm din l-istatistika turi kemm l-ekonomija tal-pajjiż sejra tajjeb, fil-fatt qed iżżid ukoll fil-problemi ambjentali ta’ pajjiżna, li hu fost l-aktar fid-dinja b’densità kbira ta’ karozzi. “Biżżejjed insemmu kemm qed tiżdied il-problema tat-traffiku u l-pressjoni biex isiru triqat ġodda u usa’, bir-riżultat ta’ teħid ta’ aktar art għall-iżvilupp.”

Kontintwazzjoni ta’ xogħlu Staqsejna lill-Perit Abela kif iħoss li l-esperjenza tiegħu se tkun utli għallERA. Huwa jispjega kif matul dawn l-aħħar għaxar snin ħadem f ’qasam li huwa tant għal qalbu: l-apprezzament u l-ħarsien tal-wirt storiku. F’dan il-qasam l-għan ewlieni kien kif dak li ħallewlna missirijietna, permezz tal-ħidma tiegħu u ta’ sħabu, ġie rrestawrat u mgħoddi għat-tgawdija tal-poplu. Fil-ħidma l-ġdida tiegħu, ir-responsabbiltà tiegħu u tat-tim li se jmexxi hija li bl-azzjonijiet li jittieħdu se jkunu qed joffru ambjent aħjar lill-ġenerazzjoni tal-lum u jipproteġu l-wirt naturali għall-ġenerazzjonijiet futuri. B’hekk, itemm il-Perit Abela, “din ir-responsabbiltà hija kontinwazzjoni u rabta diretta mal-ħidma tiegħi fil-ħarsien tal-wirt li għaddewlna ta’ qabilna u kif aħna, bl-azzjonijiet li nieħdu jew li ma niħdux, se nkunu qed ngħadduh lil dawk li ġejjin warajna bid-differenza li, flok fil-qasam tal-wirt storiku, issa qed naħdem fil-qasam tal-wirt naturali li daqstant ieħor huwa għal qalbi.” Ara wkoll paġna 4


LOKALI

kullhadd.com

03|07|2016 03

“NAĦTAF L-OKKAŻJONI U NUŻA L-ĦIN AĦJAR!” Is-Segretarju Parlamentari Ian Borg Kitba ta’ Janice Bartolo Kien is-Segretarju Parlamentari nnifsu li nhar it-30 ta’ Ġunju kiteb hekk fuq il-paġna ta’ Facebook tiegħu: “Illum dħalt nagħmel intervent mediku l-Isptar Mater Dei u se nkun indispost għal ftit ġimgħat. Grazzi lil dawk kollha li kienu ta’ sostenn fl-aħħar ġranet u lit-tim mediku li jaħdmu b’tant dedikazzjoni u professjonalità.” Dan akkumpanjah bil-kliem ‘inħossni determinat’. L-intervent irnexxa u qed iħares ’il quddiem Is-Segretarju Parlamentari spjegalna li fix-xhur li għaddew, waqt li kien qed jagħmel eżerċizzji sportivi, induna li kien hemm xi ħaġa mhux tassoltu fuq in-naħa ta’ wara ta’ rkopptu. Fi kliemu, il-problema li identifikawlu “mhux daqstant komuni u mhux ċirkostanzi sbieħ”. Però, jinsab kuntent li l-intervent irnexxa u issa jħares ’il quddiem lejn ilfażi ta’ riabilitazzjoni. Ammetta li jkun hemm mumenti ta’ eżitazzjoni, għax l-effetti fuq ilkumplament tas-sieq setgħu kienu kumplikati. Iżda l-fatt li ntebaħ kmieni kienet kruċjali. Minn hawn induna wkoll kemm huwa essenzjali li wieħed jieħu ħsieb saħħtu u jagħmel check-ups b’mod frekwenti. Qalilna li issa jonqsu ġimgħat ta’ mistrieħ u terapija, però ladarba nafu kemm iżomm ruħu bieżel, ma tantx emminnieh li

se jillimita ruħu għallmistrieħ! Infatti, ammetta li t-teknoloġija se tippermettilu jkompli jaħdem mid-dar f ’dawn iżżminijiet hekk kruċjali fixxena politika Maltija. Wara ftit sekondi ta’ riflessjoni qal li, fil-verità, se jkun qed iwieġeb ilkorrispondenza f ’iqsar żmien mis-soltu, waqt li jaqra ħafna materjal biex ikompli bit-tħejjija għal żmien kruċjali li ġej għal pajjiżna. Mhux biss ilħidma ta’ kordinazzjoni mal-Kunsill tal-Ministri, iżda anke r-relazzjoni malParlament Ewropew se tkun kruċjali għall-Gvern Malti. “Naħtaf l-okkażjoni u nuża l-ħin aħjar!” qal Borg. Żdiedu l-isfidi Presidenza

għall-

Fid-dawl tal-vot tarRenju Unit biex joħroġ mill-Unjoni Ewropea, staqsejna kemm qed iqis li żdiedu l-isfidi għallPresidenza Maltija talUnjoni Ewropea. Wieġeb li l-isfidi żdiedu bla ebda dubju u, waqt li għad fadal ħafna mistoqsijiet x’jitwieġbu, żgur li matul l-ewwel sitt xhur tas-sena l-Unjoni se tkun qed tinnegozja l-kundizzjonijiet marbuta mal-ħruġ tar-Renju Unit. Fakkarna li f ’dan kollu l-Presidenza Maltija tilgħab rwol importanti ħafna. Fl-istess waqt, Malta trid tibgħat messaġġ ċar li fadal ħafna aktar xogħol xi jsir dwar il-proġett Ewropew. Is-Segretarju Parlamentari jemmen li Malta teħtieġ tkompli tilleġiżla u

L-ammont kbir ta’ kummenti fuq siti soċjali huma xhieda ta’ kemm nies jixtiequ jerġgħu jarawh fuq saqajh, litteralment

tirreaġixxi għall-isfidi li jagħmlu d-differenza filħajja tal-familji Ewropej, xejn inqas il-Maltin u l-Għawdxin. “Għalkemm din l-isfida kbira kienet diġà waħda impenjattiva, u fiċ-

ċirkustanzi għandna aktar impenji, konvint li Malta se taqdi dmirha b’mod tajjeb ħafna u se nħallu impatt pożittiv,” temm jgħid isSegretarju Parlamentari. Intant, irringrazzja lil familtu u lill-għarusa li

tant kienu qribu f ’dawn iljiem. L-ammont kbir ta’ kummenti fuq siti soċjali huma xhieda ta’ kemm nies jixtiequ jerġgħu jarawh fuq saqajh, din iddarba litteralment.


04 03|07|2016

kullhadd.com

LOKALI

JIKKRITIKAWH FIL-PARLAMENT U JAWGURAWLU FUQ FACEBOOK Il-Partit Nazzjonalista, permezz tad-Deputat Marthese Portelli, ikkritika l-għażla tal-Perit Ruben Abela bħala l-ewwel Kap Eżekuttiv tal-Awtorità għar-Riżorsi Ambjentali (ERA). Iżda dwar din il-kwistjoni huwa evidenti n-nuqqas ta’ qbil fil-Grupp Parlamentari Nazzjonalista, hekk kif ftit jiem wara din il-kritika ta’ Portelli, deputati oħra tal-PN bħal Charlo Bonnici u Claudette Buttigieg awguraw b’mod pubbliku lil Abela għal din il-kariga. Wara li Ruben Abela tħabbar bħala l-Kap Eżekuttiv talERA l-ġimgħa li għaddiet, id-Deputat Nazzjonalista Marthese Portelli pront qamet fil-Parlament biex tikkritika din l-għażla. Skont hi, kien hemm persuni iktar kwalifikati għal din il-kariga li kienu nqabżu, u dan għax fil-passat dawn il-persuni kienu mwiegħda li se jkunu kkunsidrati minn tal-ewwel f ’każ li jkun hemm ċans ta’ promozzjoni. Portelli qalet ukoll li l-esperjenza twila ta’ Abela fl-ippjanar u l-wirt storiku ma

kinitx relevanti għal din ilkariga. Hija allegat li kienet qed issir diskriminazzjoni politika, anke jekk ma pprovdiet l-ebda dettalji speċifiċi. Il-Ministru għall-Ambjent sostna li din l-għażla ma saritx mill-Gvern, iżda mill-esperti ambjentali fuq il-bord tal-ERA; liema stqarrija ma ġietx ikkontestata. Ma’ Marthese Portelli ma qablux esponenti ewlenin talgħaqdiet ambjentali li mhux biss ma esprimewx nuqqas ta’ fiduċja fil-kapaċitajiet ta’ Abela għal din il-kariga, iżda saħansitra ferħulu pubblikament. Iżda iktar minn hekk, lanqas biss jidher li malkritika ta’ Portelli ma qablu deputati oħra tal-PN, hekk kif Charlo Bonnici u Claudette Buttigeg marru fuq Facebook biex jawguraw lil Abela. Persuni midħla tal-qasam ambjentali qalu lil din ilgazzetta li, għall-kuntrarju ta’ dak li qalet Portelli, l-esperjenza li Abela għandu fil-MEPA u anke dik f ’Heritage Malta hija imprezzabbli għal dan ir-rwol. It-tama tal-ambjentalisti hija li l-awtorità ambjentali tkun

qisha l-kelb tal-għassa għallAwtorità tal-Ippjanar; rwol li jista’ jintlaħaq biss minn persuni li jafu tajjeb is-sistemi u l-proċeduri tal-ippjanar u l-konservazzjoni. Fil-fatt, il-Gvern minn dejjem iddikjara li l-ħsieb wara l-ħolqien tal-ERA kien li f ’pajjiżna jkollna awtorità ambjentali bissnien, li tkun awtonoma u li ma taqax taħt l-Awtorità tal-Ippjanar. Dan kien il-każ tal-MEPA, fejn spiss kienu jiġu approvati deċiżjonijiet li jmorru kuntrarju għarrakkomandazzjonijiet taddirettorat ambjentali, b’dan tal-aħħar li ma kellu ebda saħħa biex jintervieni. Il-fatti kollha jindikaw li l-kritika tal-Oppożizzjoni fil-konfront tal-ħatra talKap Eżekuttiv tal-ERA kienet waħda bla bażi li saret għal raġunijiet purament partiġġjani bl-iskop li tiġi mminata l-kredibbiltà talERA, li ironikament il-bord tagħha jinkludi persuni magħrufa għall-fehma Nazzjonalista tagħhom, inkluż ekskandidati tal-PN.

ŻIEDA TA’ AKTAR MINN 500 OPERAZZJONI BEJN MEJJU 2015 U MEJJU 2016 F’Mejju li għadda t-total ta’ operazzjonijiet li sar fl-Isptar Mater Dei kien ta’ 5,013; dan kien ifisser żieda ta’ 544 operazzjoni fuq l-istess xahar tas-sena ta’ qabel. 4,398 (88%) tal-operazzjonijiet li saru f ’Mejju kienu operazzjonijiet ippjanati (electives) filwaqt li 615 (12%) kienu operazzjonijiet ta’ emerġenza. F’kumment li ta l-Ministru għas-Saħħa Chris Fearne dwar din iż-żieda ta’ operazzjonijiet, qal li huwa sodisfatt li, b’impenn sħiħ mill-istaff kollu ta’ Mater Dei, is-suċċessi għal dan l-isptar qed ikomplu jiżdiedu. “L-2014 kienet sena rekord fl-ammont ta’ operazzjonijiet li saru. Fl-2015 qbiżna dak ir-rekord. S’issa bqajna nżidu l-operazzjonijiet biex nibqgħu mexjin fid-direzzjoni t-tajba u għal darb’oħra

nkomplu nnaqqsu l-listi ta’ stennija li kien ħalla warajh Gvern Nazzjonalista,” qal Fearne. Il-Ministru qal li, barra operazzjonijiet fl-Isptar Mater Dei, isiru wkoll operazzjonijiet minuri fiċ-Ċentru tas-Saħħa tal-Mosta, kif ukoll fl-Isptar Boffa fejn għad hemm id-Dipartiment tad-Dermatoloġija. Barra minn hekk, il-Ministru fakkar ukoll li qegħdin isiru numru ta’ operazzjonijiet kemm żgħar kif ukoll maġġuri fi sptarijiet privati li għalihom iħallas il-Gvern. Intant, bejn Jannar u Mejju tal-2015 kienu saru total ta’ 21,961 operazzjoni, filwaqt li bejn Jannar u Mejju ta’ din is-sena saru total ta’ 23, 276. Dan ifisser li fuq l-ewwel ħames xhur tas-sena kien hemm żieda ta’ 1,315-il operazzjoni.


LOKALI

kullhadd.com

03|07|2016 05

IR-RABTA MA’ UNIVERSITAJIET AMERIKANI KRUĊJALI GĦALL-AUM Kitba ta’ NICOLE BUTTIGIEG

Din il-ġimgħa l-American University of Malta ngħatat il-liċenżja ta’ università millKummissjoni Nazzjonali għall-Edukazzjoni Avvanzata u Ogħla. Fattur importanti li wassal għal din l-akkreditazzjoni huwa s-sħubija li l-American University of Malta għandha maż-żewġ universitajiet flIstati Uniti, li huma d-De Paul University f ’Chicago u Clemson University f ’South Carolina. Edel Cassar, Kap Eżekuttiv tal-Kummissjoni, ikkonfermat f ’kummenti mal-gazzetta KullĦadd kemm din ir-rabta hija importanti għal istituzzjoni bħall-AUM li b’investiment ta’ €120 miljun se tibda proġett edukattiv f ’Malta. L-universitajiet ta’ De Paul u Clemson qed jipprovdu garanzija ta’ kwalità fit-tagħlim fil-livell universitarju lillUniversità Amerikana f ’Malta. Cassar spjegat kif De Paul University għenet u se tkompli tgħin fl-iżvilupp tal-programmi edukattiv li se jiġu offruti millAmerican University of Malta. L-American University of Malta se jkollha ħames

Edel Cassar fakultajiet: fakultà tannegozju u l-imaniġġjar, fakultà tal-inġinerija, fakultà talinformazzjoni u t-teknoloġija, fakultà tal-arti, u fakultà tal-arti u x-xjenza. Se tilqa’ fiha mal-4,600 sudent u huwa stmat li se jkollha mal271 akkademiku. Edel Cassar fissret kif, bilgħan li toffri l-ogħla standards u tħaddan l-aqwa prattiki fil-qasam edukattiv ma’ DePaule, ingħaqdet Clemson University li qed tgħin b’rabta kuntrattwali li wkoll kienet

parti mill-proċess analizzat mill-Kummissjoni. Il-kummissjoni ħarġet il-liċenzja tal-American University of Malta wara proċess trasparenti li beda f ’Mejju 2015 u dam għaddej għal 14-il xahar. Dan wara li bħala l-ewwel stadju biex ikun jista’ jitlaq l-investiment ta’ €120 miljun f ’Jannar li għadda, ġiet akkreditata bħala l-American Institute of Malta. Fl-istess ħin, il-Kummissjoni inkarigat għall-ewwel darba lill-kumpanija tal-awditjar

P r i c e wa t e r h o u s e C o o p e r s sabiex tagħmel diliġenza dovuta tal-assi tal-investituri Sadeen Education Investment. L-American University of Malta ngħatat ċertifikati pożittivi kemm fl-edukazzjoni kif ukoll dwar l-assi u l-finanzi tal-investituri. Minkejja li ħarġet l-akkreditazzjoni għallUniversità, ix-xogħol talKummissjoni Nazzjonali għall-Edukazzjoni Avvanzata u Ogħla mhux se jieqaf hawn. Edel Cassar spjegat li issa

l-Kummissjoni tibqa’ tagħmel monitoraġġ tal-Università biex jigi assigurat li qiegħda tilħaq il-kriterji stabbiliti, u meta l-American University of Malta tibda topera jsiru diversi żjarat u spezzjonijiet minn membri tal-Kummissjoni biex jassiguraw li qed titmexxa blogħla standards. Fuq kollox, dan hu proċess li sar ma’ diversi universitajiet li, bħall-American University of Malta, matul is-snin ingħataw liċenzja ta’ università u joperaw b’suċċess minn pajjiżna. L-investituri ngħataw numru ta’ kundizzjonijiet li jridu jimxu magħhom, għaldaqstant ilKummissjoni Nazzjonali għallEdukazzjoni Ogħla se tara li dan isir għax, jekk ma jsirx dan, l-American University of Malta tista’ titlef il-liċenzja. Għaldaqstant, wara ħafna kontroversja, il-Kummissjoni Nazzjonali għall-Edukazzjoni Avvanzata u Ogħla tinsab ħerqana li l-American University of Malta tibda topera. L-American University of Malta se tkun imqassma fuq il-kampus ta’ Żonqor f ’Wied il-Għajn u l-Baċir Nru 1 f ’Bormla, fejn diġà beda x-xogħol fuq ir-restawr talpost.

Il-membri tal-bord

DePaule University

Clemson University

Dan l-aħħar smajna ħafna dwar Martin Scicluna bħala chairperson tal-bord talNCFHE. Iżda l-bord huwa magħmul minn numru ta’ membri oħra, ilkoll esperti filqasam tagħhom. Is-Sur Alex Manche huwa deputat chairman, filwaqt li l-membri huma s-Sur Lawrence Ancilleri, is-Sur Charles Caruana Carabez, Dr Jennifer Cassingena Harper, Dr Cory Greenland, is-Sur Ian Mifsud, il-Professur John Portelli, u l-Professur Tanya Sammut Bonnici.

Id-DePaul University hija università privata bbażata f ’Chicago u għandha tradizzjoni kbira. Imwaqqfa fl-1898, l-università ġġib isimha minn San Vinċenz De Paule hekk kif għandha wkoll tradizzjonijiet Kattoliċi. Hija t-13 l-ikbar università privata fl-Istati Uniti u l-ikbar waħda fir-reġjun ta’ Illinois u għandha preżenza f ’diversi pajjiżi. Għandha fi ħdanha lista twila ta’ akkademiċi mill-aqwa, tant li tiftaħar bil-fatt li 98% tal-korsijiet huma mgħallma minn professuri. Fost id-diversi unuri li rebħet hemm dik ta’ waħda mill-iktar istituzzjonijiet edukattivi innovattivi fl-Istati Uniti. Meta ħarġet l-aħbar li d-DePaule kienet qed tgħin lill-American University of Malta, Gian Mario Besana, uffiċjal flamministrazzjoni akkademika, kien qal: “Ninsabu onorati li qed ngħinu l-American University biex tistabbilixxi l-kurrikulu tagħha u nittamaw li jkun hemm iżjed opportunitajiet biex il-fakultà u l-istudenti tagħha jikkollaboraw hekk kif l-università tkompli tikber.”

Din l-università hija waħda mill-iktar universitajiet pubbliċi selettivi fl-Istati Uniti u kienet imniżżla bħala l-21 fil-lista tal-aqwa universitajiet mill-US News & World Report. Unuri oħra ngħataw f ’magażins bħal Kipinger u SmartMoney. Clemson hija ffukata fuq ix-xjenza u l-inġinerija b’enfasi fuq ir-riċerka, it-tagħlim u s-servizzi. Imwaqqfa fl-1889, l-università tiftaħar blimpenn għal riċerka ta’ klassi mondjali u tgħid li, minn stħarriġ li sar, 92% tal-gradwari tagħha jgħidu li jerġgħu jagħżlu lilha bħala istituzzjoni ta’ tagħlim.


06 03|07|2016

kullhadd.com

LOKALI

MILL-FOSOS GĦAĊ-ĊITADELLA • MALTA VIBRANTI FL-EQQEL TAS-SAJF

Ritratti: DOI

Minn mużika kontemporanja viċin il-belt kapitali ta’ Malta, għal storja u kultura sinjura fil-belt kapitali ta’ Għawdex. L-aħħar jiem kienu xhieda oħra tal-ġmiel li jaf joffri pajjiżna f ’dawn ix-xhur sajfin. Ġmiel mhux li jaqa’ waħdu mis-sema iżda li huwa frott ħidmet amministrazzjoni li l-potenzjal ta’ dan il-poplu taf tisfruttah blaqwa mod. 50,000 żagħżugħ u żagħżugħa ddevertew fuq il-Fosos quddiem l-aqwa artisti, biex taw reklam kbir għal wieħed mill-isbaħ aspetti ta’ pajjiżna, is-sajf u d-divertiment. Filwaqt li f ’Għawdex intefqu iktar minn €14,000,000 biex aspett ieħor, dak storiku, kien imħares u msebbaħ. Ma tantx hemm xi tgħid. Ir-ritratti jitkellmu waħedhom. Il-mod kif f ’ġimgħa waħda twaħħdu dawn iż-żewġ avvenimenti tħallik bi tbissima ta’ sodisfazzjon.


LOKALI

kullhadd.com

03|07|2016 07

IKTAR MILL-BAĠIT Ippubblikat rapport annwali dwar il-qagħda finanzjarja tal-Gvern

Ta’ kull sena l-Gvern jippreżenta baġit maħsub biex mhux biss jippreżenta pjan għas-sena li jkun imiss, iżda joffri wkoll rendikont ta’ dak li l-Gvern ikun kiseb is-sena ta’ qabel fil-qasam finanzjarju. Iżda llum, meta għall-Gvern il-qagħda finanzjarja hija prijorità kbira, il-baġit m’għadux biżżejjed. Dan wassal biex qed ikun ippubblikat rapport annwali mill-Ministeru tal-Finanzi. Dwar dan ir-rapport annwali, li kienet ippubblikata t-tieni edizzjoni tiegħu, Aleander Balzan tkellem mal-Ministru għall-Finanzi Edward Scicluna.

Fl-aħħar jiem il-Ministeru għallFinanzi ppubblika rapport annwali għas-sena li għaddiet. Għaliex ilħtieġa ta’ rapport bħal dan, meta l-Gvern iressaq baġit ta’ kull sena? Dan il-Gvern jemmen daqs qatt qabel li n-nies għandhom dritt għal aktar trasparenza fuq il-finanzi pubbliċi biex jaraw jekk il-Gvern huwiex qed jeżerċita governanza fiskali tajba. Il-baġit iħares ’il quddiem lejn is-sena li ġejja. Meta jitħabbar, tant kulħadd ikun iffukat fuq il-miżuri l-ġodda li ftit li xejn tingħata attenzjoni li jiġi eżaminat b’mod dettaljat l-andament tas-sena ta’ qabel biex minnu joħorġu l-lezzjonijiet li jservu għall-quddiem. Aħna ħassejna li n-nies għandhom dritt ikunu jafu kif intefqu flushom u fejn. In-nies għandhom dritt ikunu jafu jekk il-Gvern, wara kollox, laħaqx il-miri fiskali tiegħu bħad-defiċit u d-dejn fis-sena li għaddiet u x’metodi uża biex laħaqhom. Dan ifisser aktar responsabbiltà u kontroll fuq il-Gvern. Rapport bħal dan huwa xi ħaġa li ilha ssir snin, jew xi ħaġa ta’ din l-amministrazzjoni? Dan ir-rapport huwa mitlub mill-Att Dwar ir-Responsabbiltà Fiskali, li ġie introdott minn din l-amministrazzjoni f ’2014 u għalhekk huwa t-tieni wieħed li sar, bl-ewwel wieħed ippubblikat issena l-oħra u jħares lejn is-sena 2014. Dan tal-aħħar iħares lejn is-sena 2015. Jekk hija xi ħaġa ta’ din l-amministrazzjoni għaliex ittieħed dan il-pass? Il-Gvern induna li taħt l-amministrazzjoni preċedenti kien hemm nuqqas ta’ trasparenza u kontroll fuq il-finanzi pubbliċi. Dan

infatti wassal biex Malta ddaħlet darbtejn fil-proċedura tad-defiċit eċċessiv f ’anqas minn ħames snin, billi d-defiċit tħalla jaqbeż ’il fuq minn 3% kif mitlub mill-kriterja tal-Maastricht fl-Unjoni Ewropea. Riżultat ta’ dan, il-Gvern Nazzjonalista tilef il-kontroll fuq id-dejn li spara ’l fuq għal 73%. Dan il-Gvern jemmen li biex tieħu bis-serjetà l-Finanzi tal-Gvern trid tbiddel il-proceduri u l-istrutturi sew legali u amministrattivi. Ir-rapport iħares lura ’il quddiem? Janalizza jipproġetta?

jew jew

L-għan tar-rapport huwa li jagħti rendikont tal-finanzi pubbliċi fis-sena ta’ qabel, għalhekk iħares lura. Iħares lura u janalizza jekk il-Gvern fis-sena ta’ qabel mexiex mal-pjan fiskali li jkun ġie mħabbar fil-baġit għal dik is-sena. Fost oħrajn ir-rapport juri li l-Gvern daħħal iktar minn VAT u taxxa taddħul. Kif jiġri dan jekk dawn irrati baqgħu l-istess jew saħansitra naqsu (bħal fil-każ tal-income tax)? Sewwa qed tgħid. Infatti dan il-Gvern naqqas it-taxxa fuq id-dħul, mhux darba, iżda erba’ darbiet, fejn l-ewwel tliet snin naqqas taxxa fuq id-dħul b’10 punti perċentwali; minn 35% għal 25% filwaqt li fir-raba’ sena għollejna l-ammont tad-dħul li ma jiġix intaxxat. Meta taqta’ t-taxxa, il-Gvern jitlef mid-dħul. Iżda billi dan il-qtugħ kien immirat li jkabbar l-ekonomija spiċċa li l-Gvern ġabar iktar dħul. It-tnaqqis fit-taxxa tad-dħul, it-traħħis fit-tariffi tad-dawl u ilma, iż-żieda filpensjoni minima, il-pensjoni u paga minima ma jiġux intaxxati, fost ħafna oħrajn, ħallew aktar flus fil-but talMaltin u l-Għawdxin. B’riżultat t’hekk żdied il-konsum tal-familji u żdied id-

dħul mill-VAT. Apparti dawn il-miżuri, idedikajna nista’ ngħid tliet baġits biex indaħħlu miżuri fejn irnexxielna nħeġġu lin-nies jaħdmu għax jaqbillek aktar; dawk li bdejna nsejħulhom making work pay initiatives. Dawn għenu sabiex ikollna l-ogħla rata ta’ tkabbir fl-impjiegi flUnjoni Ewropea u livell rekord baxx ta’ qgħad. B’hekk żdied id-dħul mittaxxi diretti; jiġifieri fuq id-dħul u anke dħul mit-taxxi indiretti, jiġifieri fuq ilkonsum. Fi kliem ieħor, dan il-Gvern irnexxielu jżid il-potenzjal tat-tkabbir ekonomiku u b’hekk jilħaq livelli rekord ta’ tkabbir ekonomiku li qed jirrifletti b’mod pożittiv fid-dħul tal-Gvern. Ir-rapport jgħid li d-dejn għall-2015 kien inqas minn dak proġettat. Kemm huwa sostenibbli dan? Aħna wegħedna li ħa nnaqqsu d-defiċit u d-dejn, u qed inwettqu dak li wegħedna. Infatti, id-dejn li kien laħaq kważi 70% (69.9%) fl-2011, irnexxielna nnaqqsuh għal 63.9% f ’2015 permezz ta’ tnaqqis fid-defiċit u tkabbir ekonomiku akbar. Dan juri li d-dejn qed jimmira li jiġi sostennibli, però fadlilna x’naħdmu. Irridu nniżżluh taħt is-60% u nkomplu nnaqqsuh gradwalment sabiex b’hekk verament inkunu nistgħu ngħidu li lħaqna s-sostennibbiltà fid-dejn. B’hekk ikunu nisgħtu ngħidu li ’l uliedna ħa nħallulhom ekonomija b’saħħitha mingħajr il-piżijiet ekonomiċi li jġib miegħu d-dejn. Xi jgħid ir-rapport dwar ir-rata ta’ defiċit? Ir-rapport juri kif il-Gvern laħaq ilmiri fiskali tiegħu fis-sena mill-2013 ’l hawn. Infatti, fil-baġit għall-2015 konna pproġettajna li d-defiċit jinżel

għal 1.6% fl-2015, u fil-fatt il-Gvern irnexxielu jilħaq din il-mira u anke jmur ftit aħjar u jirreġistra defiċit ta’ 1.5%. Jingħad li l-Gvern żied in-nefqa tiegħu iktar minn kemm mistenni. Kemm tiġġustifika dan? Il-pjan tal-Gvern hu li n-nefqa timxi id f ’id mad-dħul wara li naħsbu biex inwarrbu flus biżżejjed biex jinżel d-defiċit u d-dejn. Aħna nafu li hemm pressjoni biex tiżdied in-nefqa, speċjalment fuq l-edukazzjoni u s-saħħa: żewġ setturi ta’ prijorità għall-Gvern. Meta naraw li s-suċċess tal-Gvern jissarraf fi dħul ogħla minn dak mistenni, ma niddejqux inżidu n-nefqa fuq dawn iżżewġ setturi. Fl-istess waqt, il-Gvern xorta jkun qed jilħaq il-miri fiskali tiegħu. Dan għax aħna nanalizzaw l-infiq xahar b’xahar biex naraw li l-infiq ’il fuq minn dak proġetatt huwa within limit. Kien hemm ukoll nefqa kapitali akbar biex nilħqu nużaw il-fondi kollha talUE mill-programm 2007-2013 li kien jagħlaq fl-2015 u li kienu baqgħu ma sarux taħt Gvern Nazzjonalista. Min huma n-nies li jfasslu rapport bħal dan u xi kredibbiltà għandu? Dan ir-rapport huwa miktub minn nies professjonali mis-settur taċ-Ċivil li għandhom il-kwalifiki u l-esperjenza meħtieġa fil-qasam tal-finanzi pubbliċi. Iħabbtuha sew ma uffiċjali tal-Kummissjoni li fl-aħħar se tkun qed tevalwa dan ir-rapport. Ir-rapport għandu kredibbiltà għax huwa jimxi mal-liġi; jiġifieri mal-Att dwar ir-Responsabbiltà Fiskali u jiġi evalwat mill-istituzzjoni independenti, inkluża l-Malta Fiscal Advisory Council (MFAC).


08 03|07|2016

kullhadd.com

LOKALI

SENSIELA TA’ DEĊIŻJON Fl-aħħar ġimgħat l-Awtorità tal-Ippjanar iddeċidiet kontra l-iżvilupp ta’ Ħondoq ir-Rummien, kontra l-iżvilupp ta’ żewġ pompi tal-petrol barra ż-żona ta’ żvilupp fil-Magħtab u Burmarrad, u anke ma laqgħetx l-applikazzjoni għal żvilupp ta’ dar tal-anzjani f ’Wied Għomor li jinsab bejn San Ġwann u s-Swieqi.

Wied Għomor ġie salvagwardjat hekk kif ma ngħatax permess għall-bini ta’ dar tal-anzjani F’kull każ minn dawn inħolqot kontroversja f ’fażi ta’ applikazzjoni. Interessanti min-naħa l-oħra, li l-għaqdiet ambjentali jkunu fost ta’ quddiem li jikkritikaw, iżda ma jlissnux kelma meta d-deċiżjoni tittieħed favur l-ambjent. Kritika f ’fażi applikazzjoni

ta’

Il-liġijiet tal-pajjiż huma b’tali mod li kull min għandu titlu jew art privata jista’ japplika biex jiżviluppa. Dan id-dritt ma jista’ jiġi mċaħħad minn ħadd. Iżda mbagħad sta għall-awtoritajiet indipendenti tal-ippjanar u dik li llum hija awtorità separata talambjent biex jieħdu deċiżjoni. Il-kontroversja li tinħoloq u l-attakki bl-aħrax fuq il-Gvern huma ġeneralment reazzjoni għal applikazzjoni li tkun intefgħet. Filwaqt li huwa minn ewl id-dinja li l-għaqdiet ambjentali jimmuntaw kampanji biex jissalvagwardjaw l-ambjent, issib ukoll min juża l-applikazzjoni bħala mezz biex isawwat il-Gvern. Dan fi stadju fejn il-Gvern ma jkollu l-ebda dritt iwaqqaf lil xi ħadd milli japplika.

Filwaqt li taħt gvernijiet Nazzjonalisti l-indħil tal-politiċi kien iwassal għal deċiżjonijiet favur l-ispekulatur, illum ilġurnata, anke permezz ta’ nies rispettati appuntati fil-bordijiet rispettivi tal-awtoritajiet, dawn igawdu minn indipendenza fiddeċiżjonijiet li jittieħdu. Ħondoq kien jinqered taħt il-PN L-eżempju ta’ Ħondoq irRummien, post il-ġmiel tiegħu, huwa x’aktarx l-iktar wieħed ċar. Filwaqt li taħt Gvern Nazzjonalista din il-ġawhra ambjentali kienet destinata biex tinqered fi żvilupp ta’ yacht marina, illum is-sens komun ipprevala u din l-applikazzjoni li ġiet miċħuda mill-Awtorità tal-Ippjanar. Fil-fatt, il-preservazzjoni ta’ Ħondoq ġiet issiġillata din ilġimgħa wara snin fejn din irrokna ta’ Għawdex kienet taħt l-attakk mill-ispekulaturi.

preċedenti u twaqqaf issa kien għal dar tal-anzjani f ’Wied Għomor; l-unika spazju miftuħ naturali li fadal bejn San Ġwann u s-Swieqi. L-Awtorità talIppjanar iddeċidiet kontra l-iżvilupp ta’ din id-dar talanzjani li kienet se tieħu post barriera. Ir-residenti tal-inħawi ġabru petizzjoni u għamlu kampanja serja biex isalvaw il-Wied. IlGvern u anke l-Prim Ministru taw widen lir-residenti, madankollu d-deċiżjoni kienet kollha kemm hi f ’idejn l-Awtorità tal-Ippjanar li ddeċidiet kontra l-iżvilupp. Dan kien każ ieħor fejn issens komun ipprevala fuq min ipprova joħloq kontroversja politika, inkluż bi stqarrijiet bħal “il-Prim Ministru kiser il-wegħda li ma jkunx hemm proġetti f ’ODZ.” Fil-fatt, b’mod unanimu, il-bord talAwtorità tal-Ippjanar ivvota kontra l-proġett li kien maħsub biex isir barra ż-żona ta’ żvilupp.

Wied Għomor salvat ukoll

Petrol stations imwaqqfa

Proġett ieħor li kien maħsub taħt amministrazzjoni

Fl-aħħar snin ta’ Nazzjonalista rajna

f ’ODZ Gvern diversi

pompi tal-petrol jinfetħu f ’diversi nħawi f ’ODZ. F’din il-leġiżlatura kien hemm bosta artikli f ’gazzetti fejn jikkritikaw lill-Gvern għax kien hemm applikazzjonijiet ta’ pompi talpetrol f ’ODZ. Dan il-Gvern iżda, permezz tal-Awtorità tal-Ippjanar, għall-ewwel darba għamel policy speċifika għall-pompi tal-petrol biex ikun hemm regolamentazzjoni ċara kif għandha tiġi aċċettata applikazzjoni għal żvilupp ta’ dan it-tip. Bis-saħħa ta’ din irregolamentazzjoni ġdida, tliet applikazzjonijiet kontroversjali u li saħansitra qanqlu anke dak li xi mezzi tax-xandir bdew isostnu bħala “suspettużi” twaqqfu mill-Awtorità talIppjanar. Il-petrol station proposta fillimiti tal-Magħtab ħolqot kontroversja sħiħa. Ir-residenti oġġezzjonaw kif għamlu diversi għaqdiet ambjentali. Madankollu, wara akkużi kontra akkużi, u wara diskussjoni twila quddiem il-bord tal-Awtorità tal-Ippjanar, ġie deċiż li din ilpompa tal-petrol ma tingħatax permess.

L-istess ġara fil-każ ta’ pompa tal-petrol proposta fuq art agrikola f ’Burmarrad fejn, wara kritika ħarxa fuq il-Gvern, ilpolicy il-ġdida waqqfet il-bini ta’ dan l-iżvilupp b’deċiżjoni talbord tal-Awtorità tal-Ippjanar. Proposta oħra li saret għal pompa tal-petrol fi Triq ilKosta saħansitra lanqas biss irnexxielha tasal sa quddiem il-bord tal-Awtorità għax twaqqfet fil-proċess ta’ screening tal-istess Awtorità. B’dawn it-tliet deċiżjonijiet jikkuntrastaw b’mod qawwi ma’ deċiżjonijiet li ttieħdu f ’amministrazzjonijiet Nazzjonalisti, fejn f ’temp ta’ ftit snin ingħataw permessi għal pompi tal-petrol f ’Wied Buqana u oħra ħdejn l-Isptar Monte Carmeli. Billi waqqfet dawn it-tliet applikazzjonijiet, l-Awtorità talIppjanar salvat kważi 10,000 metru kwadru ta’ art agrikola u f ’żoni barra ż-żoni ta’ żvilupp. Attakk waqt l-applikazzjoni, ebda kumment wara d-deċiżjoni Din l-analiżi ta’ ftit applikazzjonijiet kontroversjali


LOKALI

kullhadd.com

03|07|2016 09

IJIET FAVUR L-AMBJENT li finalment ġew deċiżi favur l-ambjent twassal biex wieħed jifhem kif, filwaqt li applikazzjoni tista’ ssir, mhux bilfors li l-permess jingħata. Illum il-ġurnata, anke permezz ta’ riformi fl-Awtorità talIppjanar, policies ġodda u anke t-twaqqif tal-Awtorità talAmbjent u r-Riżorsi, hemm min qed iħares iktar l-interessi ambjentali fuq l-interessi talispekulaturi. L-applikazzjonijiet għal bini għoli qed iqajmu kontroversji ta’ tip ieħor. Hemm argumenti ambjentali favur li jkollok bini għoli. Dan x’aktarx inaqqas fuq il-pressjoni li l-bini jinfirex fuq żoni li sal-lum mhumiex żviluppati. It-tħassib li qed jitqajjem illum huwa fuq jekk l-infrastruttura preżenti tiflaħx dan it-tip ta’ bini. Madankollu,

anke hawn, il-Gvern qed jagħmel masterplan li bih ilbini għoli se jkun regolat u li se jkun hemm sett ta’ kriterji u proposti biex l-infrastruttura tkun tiflaħ għal bini ta’ dan ittip. Il-kontroversja dwar l-ambjent u l-applikazzjonijiet li jintefgħu mhux se jieqfu hawn, u hija ċara li sakemm proposta tkun kontroversjali din tidher fuq faċċati tal-gazzetti lokali, b’mod partikolari fil-gazzetti bil-lingwa Ingliża; madankollu, meta d-deċiżjoni tkun pożittiva u favur l-ambjent, it-titlu jkun żgħir u f ’xi paġna ġewwa moħbija. Anke l-għaqdiet ambjentali jitilfu l-vuċi u ma jsibux il-kuraġġ jitkellmu favur deċiżjoni pożittiva.

BEJN MUSCAT U BUSUTTIL HEMM IL-FATTI JIKKUMBATTU

Il-Prim Ministru kien ċar u dejjem ikkonfronta dawn l-argumenti. F’diskors riċenti talab biex il-Gvern jiġi ġġudikat fuq id-deċiżjonijiet li jittieħdu dwar l-ippjanar u mhux fuq applikazzjoni ta’ ppjanar li tista’ ssir minn kulħadd. Kliem il-Prim Ministru, kif joħroġ minn din l-analiżi, għandu l-appoġġ ta’ deċiżjonijiet tajbin li qed jittieħdu mill-Awtoritajiet tal-Ippjanar u tal-Ambjent li qed jaħdmu f ’sinerġija u kultant iservu ta’ kontrobilanċ fid-deċiżjonijiet li jittieħdu. F’kuntrast għandna Oppożizzjoni Nazzjonalista, bi track record ħażin ħafna fl-ambjent fejn fetħet għall-iżvilupp iktar minn żewġ miljun metru kwadru ta’ art barra ż-żoni ta’ żvilupp, u li llum trid iġġegħelna nemmu li nbidlet għax tikellem fl-arja fuq is-suġġett. Busuttil saħansitra ħareġ policy dwar l-ODZ li, jekk xi darba jingħata l-fiduċja, se twassal biex il-Parlament u mhux l-Awtorità tal-Ippjanar jiddeċiedi fuq applikazzjonijiet ODZ. Prinċipju li jmur direttament kontra governanza ambjentali li tixraq pajjiż modern.

Wara kontroversja ta’ 14-il sena ġie deċiż li mhux se jsir żvilupp f ’Ħondoq ir-Rummien

Il-pompa tal-petrol proposta fil-Magħtab lanqas ma ngħatat permess


10 03|07|2016

kullhadd.com

IS-SENS TA’ KOMUNITÀ MALTIJA

X’WETTAQ IL-GVERN… SENA ILU Informazzjoni miġbura minn EMANUEL CUSCHIERI 27 ta’ Ġunju

Beda t-twaqqigħ taċ-ċmieni tal-power station fil-Marsa

Kevin Mercieca

28 ta’ Ġunju

Fl-ewwel kwart tal-2015 l-impjiegi żdiedu bi 2.7%; tliet darbiet aktar meta mqabbel mal-medja Ewropea

29 ta’ Ġunju

Ġie deċiż li ma jibqgħux jinbiegħu aktar luminati fil-canteens tal-iskejjel Illum il-ġurnata Malta qed tinbidel b’ritmu pjuttost mgħaġġel minħabba diversi raġunijiet, fosthom il-globalizzazzjoni, ilkonsumiżmu, kif ukoll l-iżvilupp kontinwu fit-teknoloġija. Barra minn hekk, fl-aħħar mitt sena l-popolazzjoni Maltija rduppjat u kien hemm bidliet sinifikanti fid-demografija tal-pajjiż. Minkejja dawn il-bidliet li qed naraw iseħħu f ’pajjiżna, xorta għad fadal diversi affarijiet li, bħala poplu Malti, jiddistingwuna minn popli oħra madwar id-dinja. Waħda minnhom hija s-sens ta’ komunità u akkoljenza li teżisti fost il-poplu tagħna; xi ħaġa li vera tagħmilni kburi li jien Malti. Huwa minnu li attwalment il-ħajja saret mgħaġġla ħafna u kulħadd huwa mehdi bix-xogħol, iżda jibqa’ l-fatt li bi ftit sforz kollettiv nistgħu nsibu ftit ħin biex ninvolvu ruħna aktar filkomunità. Filwaqt li huwa tajjeb li nagħmlu użu mit-teknoloġija, min-naħa l-oħra huwa vitali li jkun hemm kuntatt reali man-nies ta’ madwarna u mhux nibqgħu biss fuq bażi virtwali. Jeħtieġ nibnu relazzjonijiet ġodda ma’ nies li ġejjin minn sfondi u kulturi differenti minn tagħna biex nitgħallmu minn din id-diversità. Fiddawl ta’ dan kollu, l-Istat irid jaħseb ukoll kif jista’ jintegra lillbarranin li qed jgħixu f ’Malta aktar mal-użanzi Maltin biex dawn tal-aħħar jifhmu aktar it-tifsira tas-sens ta’ komunità Maltija. Il-festi huma sinonimi mas-sens ta’ komunità li teżisti f ’pajjiżna. Tieħu gost tara nies ta’ kull ġenerazzjoni, b’mod speċjali żgħażagħ, li b’mod kollettiv jagħtu mill-ħin tagħhom biex jagħmlu xogħol relatat ma’ din it-tradizzjoni Maltija li tmur lura għas-seklu sittax. Madankollu, apparti l-involviment fil-festi, hemm nies oħra involuti f ’għaqdiet sportivi, politiċi, soċjoreliġjużi, ambjentali u kulturali tal-belt jew raħal ta’ fejn jgħixu. Dawn wkoll ikomplu jsaħħu s-sens ta’ komunità fil-lokalitajiet tagħna u tajjeb li ssir referenza għalihom ukoll għax kultant nagħtu wisq prominenza l-għaqdiet tal-festi aktar minn kull għaqda oħra. Għaldaqstant, dejjem tista’ ssib xi ħaġa li tolqot il-gosti individwali tiegħek, iżda trid tagħmel sforz u tieħu l-inizjattiva. Apparti li tkun involut fil-komunità, jagħtik ħafna sodisfazzjon, jgħinek ukoll tagħmel ħbieb ġodda u tibni kuntatti importanti għall-futur. Huwa sabiħ li tagħti ftit mill-ħin tiegħek mingħajr ma tistenna xi ħaġa lura biex taħdem għall-ġid komuni tal-belt jew raħal fejn tgħix. Xi drabi nisimgħu lill-politikanti tagħna jargumentaw fuq il-ġid komuni u fuq kemm huwa importanti li nħarsu lejn l-interess nazzjonali tal-pajjiż. Fil-verità, huma x’qed jagħmlu b’mod tanġibbli biex joħolqu aktar mentalità ta’ kolletiviżmu milli individwaliżmu fost il-ġenerazzjonijiet il-ġodda li telgħin? Bħala pajjiż jeħtieġ inkomplu naħdmu biex ikun hawn aktar sens ta’ komunità fost il-Maltin, b’mod speċjali billi ninkoraġġixxu t-tfal tagħna biex ikunu aktar involuti fil-komunità, u dan irid jibda mit-trobbija. Dan is-sens ta’ komunità li jeżisti fostna huwa parti mill-identità tagħna u jgħinna nissaħħu aktar fl-għaqda ta’ bejnietna bħala poplu. Fuq kollox, is-sens ta’ komunità jsaħħaħ ilvaluri universali tagħna, b’mod speċjali dak tas-solidarjetà li nuru man-nies ta’ madwarna, għax nitrawmu aktar fil-volontarjat.

OPINJONI

30 ta’ Ġunju

Intensifika ruħu x-xogħol fuq il-pixxina f ’Birżebbuġa

1 ta’ Lulju

Bejn Jannar u Marzu 2015 ġiet reġistrata żieda ta’ 7.7% fit-turiżmu

2 ta’ Lulju

Bdiet tingħata b’xejn mediċina għal dawk li jbatu mid-dijabete, liema mediċina tiswa €60

3 ta’ Lulju

Daħlu fis-servizz tat-trasport pubbliku l-ewwel 40 minn 102 karozza tal-linja ġodda


OPINJONI

kullhadd.com

03|07|2016 11

KEJL DIFFERENTI BEJN SINDKU U DEPUTAT – SIMON BUSUTTIL JERĠA’ JIDDIŻAPPUNTA

Mario Fava President Sezzjoni Kunsilliera PL

Irrid nagħmilha ċara millewwel li m’għandi l-ebda problema dwar l-istorja tasSindku tar-Rabat Għawdex, Dr Samuel Azzpardi. Anzi nistqarr li, kemm bħala kollega u anke bħala ħabib, dejjem ħdimna flimkien fil-qasam tal-kunsilli lokali fi ħdan l-Assoċjazzjoni. Għaldaqstant, dan l-artiklu mhux indirizzat lejn l-istorja tiegħu u l-fatti li ħarġu dwarha, imma dwar il-mod li bih ġab ruħu l-Partit Nazzjonalista u l-Kap tiegħu meta ġie ffaċċjat b’żewġ każi identiċi ta’ xulxin. Id-differenza kienet li wieħed kien sindku u l-ieħor deputat u membru fix-Shadow Cabinet ta’ Simon Busuttil. Dan għax dawn iż-żewġ każi jneżżgħu l-maskra li ilu jilbes għal dawn l-aħħar xhur dan Simon. Id-Deputat Nazzjonalista Toni Bezzina tilef libell, anzi tnejn, wara li ġie rrappurtat li hu kien ta ordni biex ħaddiema tad-Dipartiment tar-Riżorsi jagħmlu, waqt il-ħin tax-xogħol, xogħol fil-każin Nazzjonalista tażŻurrieq. Dan seħħ lura fl2012. Is-sentenza tal-Qorti tfisser li Toni Bezzina abbuża mill-kariga li kellu fi ħdan l-istess ministeru biex ordna xogħlijiet f ’każin li mhux biss huwa fid-distrett elettorali tiegħu imma wkoll kien hu politikament responsabbli mill-istess każin. Mhux biss, imma ħareġ ċar ukoll li l-istess Bezzina ordna lill-ħaddiema li għamlu x-xogħol biex jieħdu ġurament falz billi jagħmlu affidavit li jgħid li ix-xogħol għamluh wara l-ħin tax-xogħol u minn jeddhom. Passi dixxipplinarji

X’inhi din jekk mhux ipokresija meta, fuq żewġ membri tal-partit tiegħu, Simon Busuttil mexa b’kejl differenti?

Minkejja l-akkużi li saru fuq il-ġurnali qabel l-elezzjoni tal2013, il-Partit Nazzjonalista ma ħassx li kellu joħroġ ċensura fil-konfront ta’ Toni Bezzina jew li b’xi mod jissospenduh mill-partit jew jieħdu xi forma oħra ta’ passi dixxipplinarji filkonfront tiegħu.

Mhux l-istess jista’ jingħad għall-każ ta’ Dr Samuel Azzopardi, is-Sindku fillokalità tar-Rabat, Għawdex. Fil-każ ta’ Dr Azzopardi, il-Partit Nazzjonalista ssospendieh sakemm instema’ l-każ tiegħu. Ma’ Bezzina ma mexiex hekk. Iktar minn hekk, il-każ ta’ Dr Azzopardi ntemm b’mod fejn ilQorti sabitu ħati tal-akkużi miġjuba fil-konfront tiegħu u ngħata sentenza. Appena sar magħruf il-verdett ta’ ħtija, il-Partit Nazzjonalista ħass li kellu jirtira s-sospensjoni ta’ Dr Azzopardi u fil-fatt reġa’ ġie maħtur sindku wara li ftit ġimgħat qabel kien irriżenja. Irrid ngħid li Dr Azzopardi nnifsu, sa minn qabel beda jinstema’ l-każ tiegħu, minn jeddu kien irriżenja millkariga ta’ sindku. Mhux l-istess għamel Toni Bezzina u mhux l-istess mexa l-Partit Nazzjonalista fi-konfront tiegħu. Il-Perit Bezzina kkontesta l-allegazzjonijiet li saru filkonfront tiegħu u anke wara li nstema’ l-każ u ġie stabbilit li ma kienx hemm malafama, anzi r-rapporti li ġew ippubblikati kienu sostanzjati bix-xhieda li ngħatat, għadu jikkontestahom tant li appella mis-sentenza tal-Qorti. Fl-opinjoni tiegħi, dan il-każ imbarazza bil-kbir lill-Perit Bezzina għax ħareġ ċar li mhux biss ġiegħel lil min jixhed falz imma wkoll abbuża mill-pożizzjoni li kellu biex għamel xogħol fil-privat minn ħaddiema tal-Gvern u waqt il-ħin tax-xogħol tagħhom. Dan xi ħadd li qed jaspira li xi darba jkun ministru. Kif tista’ tiġġustifika xi ħaġa bħal din? Dan hu li qed jiddefendi Simon Busuttil! Hu proprju għalhekk li dan il-każ ma jdurx biss ma’ Dr Azzopardi jew il-Perit Bezzina. Dan il-każ idur ukoll ma’ Simon Busuttil. Żewġ każijiet li poġġew dahru mal-ħajt lillKap tal-Oppożizzjoni. Dan wara li fuq l-istandards tiegħu stess suppost ħa passi fil-

konfront ta’ Bezzina, bl-istess mod li ħa passi fil-konfront ta’ Dr Azzopardi (erħilha mbagħad li meta nstab ħati rtira kollox). Simon Busuttil ħareġ lin-nies fit-toroq biex jitkellem fuq politika nadifa. Simon Busuttil ħareġ in-nies fit-toroq sabiex jitkellem fuq onestà politika. Simon Busuttil qal pubblikament li, f ’każ bħal dan, jieħu passi u ma jdumx iktar minn minuta biex jiddeċiedi. Il-fatt li Simon Busuttil ma ħax passi filkonfront ta’ Tony Bezzina jfisser li hu stess qed imur kontra sentenza tal-Qorti. Kontra l-istess Qorti li lliberat lil Jason Azzopardi wara li hu stess ħa n-nies quddiemha jipprotestaw u anke pprova jintimidaha bil-preżenza tagħhom, kif għamel malġurnalisti preżenti. Ipokresija X’inhi din jekk mhux ipokresija meta, fuq żewġ membri talpartit tiegħu, Simon Busuttil mexa b’kejl differenti? Fejn hi l-onestà politika meta fil-każ ta’ Azzopardi ħareġ sospensjoni meta ġie akkużat u rtiraha meta nstab ħati? Fejn hi l-kredibbiltà meta lil Dr Azzopardi ssospendieh meta kien għadu akkużat u lil Tony Bezzina żammu hemm anke meta l-Qorti qalet li dak li ġie rrappurtat huwa minnu? Fejn hi r-rilevanza ta’ Simon Busuttil meta, bħala avukat, jaf li meta persuna tixhed falz tiġi mressqa b’sperġur quddiem il-ġustizzja u hawn għandu każ ta’ xi ħadd li sforza lil ħaddieħor biex jieħu ġurament falz u għalih qisu ma ġara xejn? Fejn hi l-konsistenza ta’ Simon Busuttil li fuq każ simili f ’Għawdex, fejn intużaw ħaddiema talGvern għal xogħol fil-privat, hemm hu aċċetta r-riżenja ta’ Giovanna Debono meta kien żewġha li allegatament abbuża? X’differenza fih l-abbuż ta’ Tony Bezzina? Forsi għax sar f ’każin tal-

Partit Nazzjonalista? Fejn hu s-sens komun politiku ta’ Simon Busuttil dwar il-każ ta’ Dr Azzopardi? Possibbli li, biex ix-xena tidher iktar kredibbli, ma setax stenna sa elezzjoni oħra tal-kunsilli lokali biex iħallih jerġa’ jsir sindku? Dan hu r-rispett li għandu lejn il-kunsilliera tiegħu li jinqeda bihom għal ftit ġimgħat biex minn viċi sindku jpoggihom sindki u wara jerga’ jneħħihom? Kredibbiltà Simon Busuttil għadu jaħseb li jista’ jgħaddi ż-żmien binnies. Simon Busuttil għadu ma fehemx li biex titwemmen u tkun kredibbli trid l-ewwel tattwa dak li tgħid. Trid twettaq dak li tgħid li temmen fih. Trid turi li. kif jgħidu l-Ingliżi: you mean business. Dan trid turih ma’ kulħadd l-istess, mhux ma kunsillier iva u ma deputat le. Dan huwa insult mhux biss lejn il-kunsilliera affettwati filkaż ta’ Dr Azzopardi, imma wkoll insult għall-intelliġenza tal-poplu Malti u Għawdxi. Mhux biss, dan huwa ċertifikat għad-deputati ta’ Simon Busuttil; huwa messaġġ ċar li jistgħu jserrħu rashom li, jagħmlu x’jagħmlu, dejjem se jsibu l-konfort tiegħu għax fl-ebda każ ta’ allegazzjoni jew każijiet fejn kien hemm provi ċari fil-konfront ta’ xi ħadd minnhom qatt ma ħa xi deċiżjoni jew passi filkonfront tagħhom. Dan, fih innifsu, huwa preċedent ikrah għax la jagħmel dan mill-Oppożizzjoni, aħseb u ara x’jagħmel u kemm jiddefendihom iktar jekk ikun fil-Gvern. Huwa għalhekk li Simon Busuttil ma jistax ikun kredibbli għax issa mhux talli ma jiħux passi u ma jiddeċidix, imma wkoll jimxi b’kejl differenti anke ma’ dawk ta’ ġewwa fi ħdan il-Partit Nazzjonalista. Inħallikom taħsbu x’jagħmel ma’ dawk li ma jaqblux miegħu!


12 03|07|2016

kullhadd.com

OPINJONI

IL-BREXIT: X’EFFETT SE JĦALLI FUQNA Ż-ŻGĦAŻAGĦ? Jean Paul Gauci Teżorier FŻL

Wieħed mill-akbar effetti li jista’ jkollu l-Brexit fuqna ż-żgħażagħ huwa fil-qasam tal-edukazzjoni

It-23 ta’ Ġunju 2016 se jibqa’ mfakkar bħala jum storiku, mhux biss għar-Renju Unit, imma wkoll għall-Unjoni Ewropea. Ir-riżultat tarreferendum kien dak li jġiegħel lill-Gvern Ingliż japplika biex joħorġu l-pajjiż mill-Unjoni Ewropea. L-effett fuq is-swieq finanzjarji nħass mill-ewwel fejn il-lira Ingliża waqgħet għall-aktar livelli baxxi mill1985; effett li qed jiġi msejjaħ ‘the most expensive divorce ever’. L-akbar impatt li kellu r-riżultat tal-Brexit, wieħed jista’ jgħid li huwa fuq is-suq finanzjarju. Ġie kkalkulat li, mal-aħbar li l-vot kien għadda, madwar żewġ triljun dollaru Amerikan intilfu min fuq isswieq finanzjarji. Din l-aħbar ħasdet lill-maġġoranza tannies, kemm dawk involuti f ’dan ir-referendum, kif ukoll dawk li kienu passivi lejn irreferendum u segwew kollox minn barra. Minkejja l-kritika u sentimenti negattivi li ħarġu biċ-ċar diversi drabi matul issnin minn ċittadini tar-Renju Unit lejn il-UE, xorta waħda donnu kien hemm l-istennija li l-poplu Ingliż se jagħżel li jibqa’ jagħmel parti mill-Unjoni. Wieħed mill-akbar effetti li jista’ jkollu l-Brexit fuqna ż-żgħażagħ huwa fil-qasam tal-edukazzjoni. Ammont konsiderevoli ta’ studenti Maltin u Għawdxin jattendu universitajiet Ingliżi biex ikomplu l-istudju terzjarju tagħhom. Sal-lum il-ġurnata, dawn iż-żgħażagħ kienu jħallsu l-istess tariffi bħall-istudenti Ingliżi u studenti oħra Ewropej. Dan minħabba l-fatt li wieħed ma jistax jiddiskrimina bejn studenti ta’ pajjiżi differenti li jagħmlu parti mill-UE. Madankollu, wara l-Brexit, ilGvern Malti jkollu jagħmel trattat dirett mal-Gvern Ingliż biex dan jibqa’ fis-seħħ. Bħala eksstudent li għamilt sena nistudja fl-Iskozja, l-effett ta’

dan nifhmu sew għax gawdejt minnu. Kollegi universitarji li għamlu l-kors fl-istess sena miegħi, li iżda mhumiex ċittadini tal-Unjoni Ewropea, kellhom iħallsu aktar middoppju tal-ammont li jien, bħala student Ewropew, kont mitlub inħallas. Wieħed irid jistaqsi x’impatt se jkollu wkoll il-Brexit fuq iżżgħażagħ Maltin u Għawdxin li jaħdmu fir-Renju Unit. Dawn il-Maltin se jkollhom japplikaw għall-viża biex ikunu jistgħu jibqgħu jaħdmu hemm? Tkun sfortuna kbira għal dawn iżżgħażagħ li, wara li jkunu telqu minn pajjiżhom biex jaħdmu ġo pajjiż ieħor tal-UE taħt l-arranġament tax-Schengen, ikollhom isibu modi oħra biex jibqgħu jaħdmu f ’dak il-pajjiż. Ammont konsiderevoli ta’ tobba jaħdmu fl-NHS li, tul din il-kampanja referendarja, kien fiċ-ċentru tal-attakk bejn iż-żewġ naħat. Wieħed ta’ min jistaqsi lill-Gvern Ingliż issa x’se jsir min dawn it-tobba

li dejjem kienu hemm biex joffru servizz bla waqfien. Dawn se jitħallew ikomplu joffru s-servizzi tagħhom, jew inkella se jintbagħtu lura lejn pajjiżhom? Ammont ta’ negozjanti, sal-ġurnata tal-lum, għad għandhom in-negozji tagħhom irreġistrati fir-Renju Unit. Minħabba l-fatt li l-Brexit se jġib fi tmiemu l-parteċipazzjoni fis-single market kif nafuh illum għar-Renju Unit, dawn innegozji mhux se jkollhom l-istess faċilità li kellhom qabel, fejn jistgħu jqassmu l-prodotti tagħhom ma’ pajjiżi Ewropej bla ebda problema. Dan minħabba l-fatt li bħala pajjiż ir-Renju Unit se jkollu jilħaq ftehim mal-pajjiżi kollha Ewropej individwalment għat-tqassim tal-prodotti. Bħala persuna li naħdem fis-suq finanzjarju, tul din l-aħħar ġimgħa, smajt b’diversi kumpaniji, kemm kbar kif ukoll żgħar, li diġà qegħdin ifittxu li jmexxu xogħolhom

’il barra u jiftħu f ’pajjiżi oħra, fosthom Malta stess. Is-safar jista’ jkun ukoll li se jieħu daqqa ta’ ħarta kbira wara dan ir-riżultat. Sal-ġurnata tallum, il-Maltin li jsiefru lejn ir-Renju Unit m’għandhom bżonn l-ebda tip ta’ viża, però mal-ħruġ mill-Unjoni Ewropea jaf ikun hemm bżonn ta’ viżi għad-dħul filpajjiż. Ta’ min jgħid ukoll li, bħala pajjiż li jagħmel parti mill-Commonwealth, Malta taf tkun eskluża minn dawn irrekwiżiti. Wieħed jista’ jikkonkludi li l-Brexit jista’ jkollu kemm effetti pożittivi kif ukoll negattivi fuq il-UE inġenerali, għalkemm bħalissa għad hemm inċertezza kbira. Se joffri sfidi ġodda li, jekk bħala pajjiż jaqbadhom minn qrunhom, effettivament ikunu pożittivi. Minkejja li l-Brexit se joħloq terremot u problemi sinifikanti fil-futur qrib, filfutur imbiegħed jista’ joffri sfidi ġodda ta’ ċerta interess.


EDITORJAL

kullhadd.com

03|07|2016 13

www.kullħadd.com agħmel kuntatt magħna

EDITUR

Aleander Balzan aleander.balzan@one.com.mt +356 2568 2230

ĠURNALISTI

Ritianne Agius ritianne@kullhadd.com +356 2090 1410

Liam Gauci liam@kullhadd.com +356 2090 1413

INDIRIZZ POSTALI

KullĦadd, Ċentru Nazzjonali Laburista, Triq Mile End, il-Ħamrun, ĦMR 1717

Glen Falzon glen@kullhadd.com

KUNTATT ĠENERALI editorial@kullhadd.com + 356 2090 1411

SALES U DISTRIBUZZJONI Alan Saliba sales@kullhadd.com +356 2090 1520

DISINN TAL-GAZZETTA Leanne Grech

DIK SERJETÀ!

Fil-ħajja ma tkunx ikkritikat biss jekk ma tagħmel xejn. Żgur li ħadd ma jista’ jgħid dan għall-Gvern ta’ Joseph Muscat li m’għandux kwiet fil-missjoni li jagħmel lillMalta l-aqwa fl-Ewropa. Wieħed mill-proġetti ambizzjużi li imbarka fuqhom kien dak talpluraliżmu fil-qasam taledukazzjoni terzjarja. Xi istituzzjonijiet akkreditati f ’pajjiżna kienu diġà jeżistu iżda l-Gvern ried ukoll li jkun hawn kampus b’saħħtu f ’pajjiżna li jiġbor lejh ukoll studenti barranin – turiżmu edukattiv. Beda bl-iskola medika f ’Għawdex li se titmexxa minn Barts, istituzzjoni edukattiva ta’ fama mondjali li sal-lum ħadmet biss mirRenju Unit. Iżda, dan ma kienx biżejjed. Għal dan il-għan ukoll iffirma l-ftehim ma’ Sadeen Education Investments li f ’Malta riedu u se jiftħu Università Amerikana. Dakinhar ir-reazzjoni kienet waħda mħallta anke jekk

l-investiment iġib il-miljuni ta’ ewro u joħloq ix-xogħol. Min tħasseb fuq is-sit magħżul għax il-maġġoranza tiegħu kien f ’ODZ u min qajjem mistoqsijiet għax l-investituri kienu ġodda f ’dan is-settur. Kien hemm min ipprova jdaħħal id-dubji anke jekk deher ċar mill-bidu li dawn l-investituri kellhom warajhom l-appoġġ ta’ universitajiet stabbiliti flIstati Uniti. Dawk tas-sajf tas-sena li għaddiet żviluppaw f ’xhur kemxejn diffiċli għall-Gvern li, entużjast bil-ġid li ġab lejn Malta permezz ta’ dan l-investiment kbir, spiċċa iffaċċjat b’ċertu xettiċiżmu. Xettiċiżmu li sab irewwaħlu lil min f ’pajjiżna ma jara xejn tajjeb sakemm filGvern ma jkunx hemm hu. Peró, ir-reazzjoni talGvern reġgħet kienet dik ideali. Reazzjoni ta’ Gvern, fuq quddiem nett Prim Ministru, li ried jara l-ġid tal-komunità u li jirrispetta l-poplu tiegħu. Ma ssupervjax, u minflok ikkonsulta fuq is-sit u

r-riżultat kulħadd jaf x’inhu. Biex din il-ġimgħa issa rajna wkoll kif tmexxa l-proċess għall-akkreditazzjoni edukattiva. Martin Scicluna, bniedem li kulħadd jaf kemm huwa indipendenti, spjega fiddettall il-proċess li ħadet ilKummissjoni biex tasal għal din id-deċiżjoni. Għamel iktar minn siegħa jaqra d-deċiżjoni mirquma talKummissjoni u iktar minn siegħa jwieġeb il-mistoqsijiet tal-ġurnalisti. Ikkonferma għal iktar minn darba li ħadem f ’libertà assoluta. Għalkemm nazzardaw ngħidu li jekk kien hemm xi ħadd li għamillu pressjoni kien il-Partit Nazzjonalista bid-dikjarazzjonijiet pubbliċi tiegħu. Iktar minn hekk isserjetà ntweriet meta l-Kummissjoni ma ddejqet xejn tqabbad ilkumpanija tal-awditjar PriceWaterhouseCooper biex tanalizza l-vijabbiltà ekonomika tal-proġett. F’kull każ it-tweġiba kienet iva, il-proġett tal-American Universirty vijabbli.

Mhux kolp ta’ stat L-istess serjetà rajnieha wkoll fil-ħatra tar-Rettur ilġdid. Is-snin fejn ir-rettorat talUniversità jkun suġġett għal battalja fost dawk b’kilba għall-poter jidher li nbidlu wkoll. Għaxar snin ilu saru manuvri kbar biex intgħażel ir-Rettur u t-tensjoni fost l-akkademiċi kienet kbira. Din id-darba l-bidla saret f ’serenità wara anke konsultazzjoni malakkademiċi biex fiċċerimonja ta’ nhar il-Ħamis fil-Belt inħasset arja kbira ta’ ottimiżmu li l-Università għaddejja minn id għal oħra b’sens ta’ kontinwità, fejn teżisti l-ħtieġa u bidla fejn forsi fl-aħħar snin ma wasalniex kemm xtaqna. L-iktar importanti kien dak li qal il-Ministru talEdukazzjoni, Evarist Bartolo, li din id-darba ma kienx hemm “kolp ta’ stat”. Dik serjetà. Dik il-bidla li qed isseħħ fuq kull livell.


14 03|07|2016

kullhadd.com

ITTRI

CLAMPING AVVIŻ B’TABELLI F’MATER DEI FIT-TOROQ

Sur Editur, Waqt li qed ngħixu f ’era fejn persentaġġ tan-nies huma l-ħin kollu kkonnettjati, oħrajn la jaraw televiżjoni, la jisimgħu r-radju u lanqas jaqraw ġurnali jew jiflu l-internet. Barra minn hekk issewwieqa huma skuraġġiti b’multi li żdiedu ferm milli jużaw ċertu apparat waqt is-sewqan. Allura, ngħid jien, xi jżomm lil Transport Malta u l-kunsilli lokali li jqiegħdu tabelli kbar bħala preavviżi fil-periferija tal-lokal jekk iċ-ċentru jkun magħluq minħabba xi attività? Mhux qed nirreferi għall-festi, iżda iżjed għall-wirja ta’ karozzi fi Triq il-Kbira San Ġużepp mhux ’il bogħod millGħassa tal-Ħamrun, nhar is-Sibt 21 ta’ Mejju? Kieku saru tabelli l-Blata l-Bajda biex issib toroq sekondarji biex tmur Santa Venera jew postijiet oħra, it-traffiku kien jgħaddi mill-ewwel minn quddiem il-Kunċizzjoni għal Psaila Street. Tgħid bil-miżati miżjuda fuq il-billboards kummerċjali ma jistax jiġi ffinanzjat servizz bħal dan li qed insemmi? J. BONNET BALZAN, IL-BALLUTA

MIN JEVITA T-TAXXA PPREMJAT TAĦT IL-PN? U LLUM?

Sur Editur, It-Tlieta 7 ta’ Ġunju mort nara membru tal-familja l-isptar. Ħdejn il-ħeliport hemm miktub li tista’ tipparkja jekk sejjer f ’sala li qiegħda fl-isfar, fl-aħdar jew fil-blu, din it-tabella xejn mhi ċara għax apparentament irid ikollok xi permess li twaħħlu mal-wind screen tal-karozza, però l-iktar li qed nikteb din l-ittra huwa biex il-pubbliku jkun jaf li f ’Mater Dei filcar park biss tista’ tipparkja għax il-karozza tiegħi ġiet clamped u l-proċedura biex tħallas ħalli jneħħulek il-clamping hija bla raġuni, jew aħjar bla ħsieb. Wara li ħriġt mill-isptar fis-2.00pm, sibt il-karozza b’nota fuqha tgħid li rrid inċempel lill-kumpanija privata li għamluli l-clamping fuq il-karozza. Ċempilt u qaluli li rrid nitla’ l-għassa nagħmel rapport u wara mmur għand din il-kumpanija biex inħallas multa ta’ €34.94. Madankollu, ma nistax nifhem kif xi ħadd li m’għandux karozza għax hija clamped u m’għandux min iwasslu jista’ jmur l-għassa. Hija bla raġuni jekk jippretendu li n-nies li marru jaraw lil qrabathom l-isptar jagħmlu dan permezz tat-trasport pubbliku! Hekk kif jien bqajt ninsisti li t-tabella mhix ċara u li jiena m’iniex f ’pożizzjoni li nagħmel dan, jiġifieri wara l-ħames telefonata, nara tliet securities ġejjin b’karozza tal-elettriku. Dawn l-impjegati tal-kumpanija privata ma qalgħulix il-clamping, imma qagħdu f ’ġenb tal-car park. Wara ftit minuti ġie pulizija u huma tfaċċaw ukoll. Il-pulizija, li kien ta’ ħafna għajnuna u minn hawn nixtieq nirringrazzjah, ukoll qalli li jaħsibha bħali dwar din it-tabella. Jien qed nikteb ukoll lill-isptar Mater Dei b’ittra reġistrata biex din it-tabella tiġi rranġata u tkun aktar ċara għax din ma taqax taħt ir-responsabbiltà ta’ Transport Malta. Wara li ħallast il-multa, il-clamping ġie maqlugħ. Madankollu, biex tieħu rċevuta trid titla’ l-uffiċċju u, peress li jien ma kellix tort, irrifjutajt li nagħmel dan għalhekk ġabuli l-irċevuta hemmhekk. Jien tkellimt, però din il-proċedura mhi vijabbli għal ħadd u, wara li bgħatt ittra reġistrata lill-kumpanija privata, jiena qed nistenna rifużjoni ta’ €34.94 fil-kont bankarju tiegħi.

Sur Editur,

Il-Kummissjoni Ewropea qed tistudja kif ma tħallix min iħallas anqas taxxa minn ħaddieħor. Tgħid xi ħaġa simili hemm xi ċans li titwettaq ukoll fil-gżejjer tagħna? Tat-take-away isimhom magħhom? Mela dawn m’għandhomx volum ta’ bejgħ u introjtu? Kif uħud li joffru servizzi fid-djar, ristornati u stabbilimenti, CHARLENE MUSCAT, ma jafux x’inhu ktieb talBL-EMAIL irċevuti tal-VAT? Meta se

naraw iżjed infurzar? Il-plejtu dwar minn jevadi t-taxxi għandu jsir f ’kampanja unita u mhux jiġu identifikati ftit nies ‘in the public eye’. Din hi kwistjoni ta’ governanza tajba. Fl-aħbarijiet deher stabbiliment kummerċjali ‘żgħir’ li għandu fergħat f ’xi erba’ jew sitt lokalijtajiet u wieħed minnhom ġie misruq madwar €1,000 li jkun daħħal dik il-ġurnata. Mela ladarba dan l-istabbiliment jiftaħ 365

jum, f ’sena jdaħħal terz ta’ miljun li nofshom huma profitti, immultiplikati b’sitta jagħtu ċifra ta’ €3 miljun; u taxxa kemm iħallas? Jew biex jaħilbu l-assigurazzjoni kapaċi u tat-taxxa mhumiex kapaċi jeħdulhom dak li dovut lill-istat? Kieku kemm jinxtraw aktar magni tal-kliewi u inkubaturi, bla ħtieġa ta’ fondi miġbura mill-voluntiera! VIVID GREY, L-IMSIDA


TA’ BARRA

kullhadd.com

03|07|2016 15

WHEN IT RAINS, IT POURS LIAM GAUCI liam@kullhadd.com

L-effett tad-deċiżjoni talpoplu tar-Renju Unit li joħroġ lil pajjiżu mill-Unjoni Ewropea nħass bil-kbir fil-jiem li għaddew hekk kif kien hemm mewġa ta’ inċertezza u firda li marret lil hinn mill-fruntieri ta’ dan il-pajjiż. Wara li kien imħabbar irriżultat tar-referendum, ilPrim Ministru David Cameron informa lill-poplu Brittaniku li huwa kien se jwarrab biex jagħti l-opportunità lil gvern ġdid illi jinnegozja l-ħruġ millUnjoni Ewropea. Bosta ma ħassewx li Cameron kien obbligat li jagħmel din ilmossa. Però, deher ċar li talinqas mingħajru u figuri oħra tal-kamp tar-‘Remain’, il-Partit Konservattiv kellu possibbiltà akbar li jingħaqad u joħroġ b’pożizzjoni waħda dwar kif u meta kellha tintemm issħubija tal-pajjiż fl-Unjoni. Madankollu, din ix-xewqa kienet ferħa bla temma għal ħafna raġunijiet, kif se naraw aktar ’l isfel. Meta? Nhar it-Tlieta li għadda David Cameron attenda dak li probabbilment se jkun l-aħħar summit Ewropew tiegħu bħala mexxej tar-Renju Unit. Fiddiskors prinċipali li għamel huwa informa lill-kollegi tiegħu dwar id-deċiżjoni talGvern Brittaniku attwali li jħalli r-responsabbiltà tal-attivazzjoni talistipulazzjonijiet tal-Artiklu 50 tat-Trattat ta’ Liżbona għallgvern suċċessiv. Skont dan l-artiklu, meta pajjiż jagħti notifika lillKunsill Ewropew li jrid itemm is-sħubija tiegħu, il-partijiet ikkonċernati jkollhom sentejn ċans biex jinnegozjaw il-ħruġ tiegħu. Meta ħabbar ir-riżenja tiegħu fl-24 ta’ Ġunju, Cameron sostna li l-mexxej il-ġdid ta’ pajjiżu se jinħatar sa mhux aktar tard minn Ottubru li ġej – ix-xahar li fih se ssir ilkonferenza ġenerali tal-Partit Konservattiv. Għaldaqstant, taf tidħol il-ħarifa qabel ma jkun hemm in-notifika formali. Bosta Stati Membri ma ħadux pjaċir bid-deċiżjoni tarRenju Unit li jħalli l-kwistjoni tan-notifika tkaxkar għal aktar żmien. Però, fil-verità ma jidhirx li għandhom għodod legali biex jobbligaw lill-Brittaniċi jieħdu din iddeċiżjoni f ’perjodu partikolari. L-unika ħaġa li jistgħu jagħmlu f ’dan l-istadju huwa li jirrifjutaw it-talba tarRenju Unit li jibda negozjati informali mal-Unjoni hekk kif il-Brittaniċi xtaqu jlestu l-qafas għal dawk formali li jibdew mad-data tan-notifika. Fil-fatt, l-Unjoni diġà ċaħdet din it-

talba b’mod kategoriku hekk kif fl-istqarrija tat-Tlieta ngħad li “qabel ma tkun saret din innotifika ma jista’ jkun hemm ebda xorta ta’ negozjati”. M’għandhomx għażla Id-data tan-notifika ma kinitx l-unika ħaġa li dwarha kien hemm reżistenza min-naħa tal-Istati Membri. Fid-diskors ta’ nhar it-Tlieta li għadda, Cameron tkellem ukoll dwar ir-raġunijiet li wasslu lill-poplu Brittaniku biex jivvota kif għamel fit-23 ta’ Ġunju. Fost ir-raġunijiet ewlenin li elenka, il-Prim Ministru Brittaniku semma l-biża’ tal-poplu tiegħu mill-effetti negattivi li qiegħed iħalli l-prinċipju tal-libertà taċ-ċirkulazzjoni tal-ħaddiema Ewropej. Madankollu, fi stqarrija konġunta li l-mexxejja tal-Istati Membri l-oħra ħarġu wara s-summit, huma għamluha ċara li dan il-prinċipju mhuwiex negozjabbli għax huwa meqjus bħala wieħed mill-erba’ libertajiet tal-Unjoni. Ta’ min isemmi li dan ilpunt probabbilment se jerġa’ jqum fil-ġejjieni għax fil-verità, minkejja li se jtemmu s-sħubija fl-Unjoni, il-Brittaniċi jaf ikollhom jaderixxu xorta waħda għal dan il-prinċipju. Dan għax pajjiż li jkun irid aċċess għas-suq Ewropew ġeneralment ikun irid jaċċetta li jiftaħ is-suq tax-xogħol tiegħu għall-ħaddiema talIstati Membri. Minħabba li l-Brittaniċi minn dejjem għamluha ċara li jridu dan l-aċċess għas-suq, li huwa essenzjali għas-settur kummerċjali u dak finanzjarju, huma jaf ikollhom jaċċettaw li jkomplu jimplimentaw il-prinċipju ewlieni li mmotivahom li jabbandunaw is-sħubija. B’hekk, issa l-ballun se jkun f ’saqajn il-mexxej il-ġdid talPartit Konservattiv u r-Renju Unit b’mod ġenerali li jrid joffri kompromess li kemm

jista’ jkun jikkuntenta lill- bi skadenzi ċari, il-Laburisti poplu tiegħu, kif ukoll lill- għaddejjin bi gwerra ċivili Unjoni Ewropea. sħiħa li ħolqot sitwazzjoni li qiegħda tkisser lill-partit minn Firdiet interni ġewwa. Matul dawn l-aħħar għoxrin Kif semmejna qabel, il-ħsieb sena l-Partit Laburista tarhuwa li t-tellieqa għat-tmexxija Renju Unit kellu opinjoni tal-Partit Konservattiv iddum favorevoli ferm lejn l-Unjoni għaddejja sa Ottubru. Dan, Ewropa tant li ddefendieha però, ma jeskludix il-possibbiltà bis-saħħa anke f ’perjodu li d-deċiżjoni tittieħed qabel meta bosta mill-votanti biex il-Konservattivi jevitaw tiegħu ħasbuha mod ieħor. kampanja twila li jista’ jkollha Għaldaqstant, kien mistenni effetti diżastrużi fuq il-partit li dan il-partit joħroġ bisli diġà ilu mifni minn firdiet saħħa favur il-kontinwazzjoni interni kbar għal diversi snin. tas-sħubija tar-Renju Unit Is-serjetà ta’ din il-firda ma fir-referendum tal-ġimgħa li setgħetx tkun ċara aktar milli għaddiet. kienet din il-ġimgħa. Meta Madankollu, il-mexxej għadda r-referendum ħafna tagħhom Jeremy Corbyn huwa għamluha fatta li l-ewroxettiċi magħruf għax-xettiċiżmu fi ħdan il-Partit Konservattiv tiegħu lejn l-Unjoni. Dan ilkienu se jingħaqdu wara fatt kompla jiġi kkonfermat l-kandidatura ta’ Boris Johnson mid-dewmien kbir tiegħu li kien il-kelliem prinċipali tal- biex jagħti bidu għallkampanja ‘Leave’. kampanja referendarja talMadankollu, nhar il-Ħamis Partit Laburista li ddikkjara li għadda s-Segretarju għall- li huwa favur is-sħubija Ġustizzja Michael Gove, madwar ġimgħa biss qabel ilwieħed mill-akbar sostenituri votazzjoni. ta’ Johnson, ħarbat ilId-dewmien irrabja lil pronostiċi kollha meta ħabbar bosta membri parlamentari li huwa kien se jikkontesta għal Laburisti, speċjalment wara din il-kariga. Huwa qal li ħa din r-rebħa tal-kamp tal-‘Leave’. id-deċiżjoni hekk kif deher ċar Dan wassal lil bosta minnhom li Johnson ma kellux l-appoġġ biex iressqu vot ta’ sfiduċja li kellu bżonn biex jgħaqqad il- fil-konfront ta’ Corbyn li Partit Konservattiv warajh. allegatament għadda mingħajr Id-deċiżjoni ta’ Gove kienet problemi. Minkejja dan irdaqqa ta’ ħarta tant kbira riżultat, Corbyn żamm postu għal Johnson li ftit sigħat hekk kif sostna li l-membri wara l-eks-Sindku ta’ Londra tal-partit biss għandhom idħabbar li se jirtira mit-tellieqa dritt li jneħħuh u mhux ilgħat-tmexxija. grupp parlamentari. Sadanittant, jidher li bosta Id-deċiżjoni tiegħu mhux mill-Konservattivi li riedu biss wasslet għal numru kbir lill-pajjiż jibqa’ fl-Unjoni ta’ riżenji interni, imma anke Ewropea, se jingħaqdu wara ħolqot sitwazzjoni velenuża l-kandidatura tal-Ministru fejn tesserati Laburisti għall-Intern Theresa May. b’opinjonijiet opposti qegħdin saħansitra jibagħtu messaġġi Sitwazzjoni drammatika b’theddid fiżiku lil membri parlamentari tal-partit Jekk il-problemi fi ħdan il- tagħhom stess. Partit Konservattiv huma serji, dawk fi ħdan dak Laburista Integrità fil-periklu huma drammatiċi. Filwaqt li l-Konservattivi tal-inqas Il-kriżi fi ħdan iż-żewġ partiti għandhom kampanja elettorali prinċipali tar-Renju Unit hija

biss parti żgħira mit-terremot politiku kbir li qiegħed jolqot lill-pajjiż bħalissa. Wara r-referendum deher li ċar li anke l-integrità tar-Renju Unit b’mod ġenerali qiegħda filperiklu. Meta sar magħruf ir-riżultat tal-votazzjoni, fejn deher ċar li l-parti l-kbira tal-Iskoċċiżi riedu jibqgħu fl-Unjoni, ilFirst Minister tal-Iskozja Nicola Sturgeon iddikjarat l-intenzjoni li din ir-rieda tkun implimentata. Madankollu, it-talba tagħha li tiltaqa’ ma’ diversi figuri ewlenin fi ħdan l-Unjoni biex tiġi diskussa din l-eventwalità kellha reazzjoni kemxejn imħallta. Dan hekk kif uħud minnhom ħassew li ma kienx il-mument opportun li ssir laqgħa ta’ din ix-xorta. Ir-reazzjoni mħallta talpolitiċi Ewropej fil-konfront tal-Iskozja ma waslitx bħala sorpriża għax, biex dan il-pajjiż jibqa’ fl-Unjoni, huwa jrid isir indipendenti mir-Renju Unit. Din hija kwistjoni delikata għal bosta Stati Membri hekk kif ħafna minnhom għandhom reġjuni li jixtiequ jitolbu l-indipendenza imma li sabu t-triq tagħhom kemxejn ostakolata minn Unjoni Ewropea li, bħala prinċipju, ma tinkoraġġix żviluppi ta’ din ix-xorta ġewwa l-fruntieri tagħha. Anke fl-Irlanda ta’ Fuq, fejn ukoll kien hemm vot ċar favur is-sħubija mal-Unjoni, kien hemm xi diskorsi favur it-tmiem tal-assoċjazzjoni mar-Renju Unit. F’dan ilkaż, però, it-talba mhix għall-indipendenza, imma l-għaqda mar-Repubblika Irlandiża li wkoll hija membru tal-Unjoni Ewropea. Madankollu, s’issa għad ma kienx hemm dikjarazzjonijiet ċari min-naħa tal-Gvern dwar l-intenzjonijiet tiegħu f ’dan ir-rigward. Implikazzjonijiet serji F’dan il-kuntest politiku wieħed tiġih f ’rasu l-espressjoni Ingliża ‘when it rains, it pours’ hekk kif ilproblemi għar-Renju Unit ġejjin waħda wara l-oħra. Barra l-problemi immedjati hemm l-isfidi ekonomiċi kbar li dan il-pajjiż irid jaffronta fissnin li ġejjin u li matulhom irid jipprova jżomm il-pożizzjoni ta’ prominenza globali li ilu jgawdi għal diversi sekli. Però, fil-verità l-problemi jmorru lil hinn mill-fruntieri ta’ dan il-pajjiż hekk kif il-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea tefa’ dell ikrah fuq il-proġett Ewropew. Diversi Stati Membri esprimew ixxewqa li jkun hemm perjodu ta’ riflessjoni serja dwar dan ilproġett. Dak li joħroġ minnu jaf ikollu implikazzjonijiet li għad isaħħu jew ikissru lillUnjoni.


16 03|07|2016

1

kullhadd.com

MINN MADWA

GĦADU MA ĊEDIEX

1

Bernie Sanders għadu ma ta l-ebda sinjali konkreti li se jċedi lil Hillary Clinton fit-tellieqa għan-nominazzjoni tal-Partit Demokratiku għall-presidenza tal-Istati Uniti. Dan minkejja l-fatt li fl-abbozz tal-programm elettorali tal-istess partit dehret b’mod ċar l-intenzjoni li jinstab kompromess bejn il-prijoritajiet tiegħu u dawk ta’ Clinton. Fost dawn il-kompromessi kien hemm l-inklużjoni ta’ politika favur il-paga minima ta’ $15 fis-siegħa; l-abolizzjoni tal-pieni tal-mewt u l-introduzzjoni mill-ġdid tal-Glass-Steagall Act, leġiżlazzjoni li kellha l-għan li tissepara l-operazzjonijiet tal-banek kummerċjali minn dawk ta’ investiment qabel ma tneħħiet fis-snin disgħin. Minkejja dan id-dewmien, Sanders huwa mistenni li jagħti l-appoġġ tiegħu qrib jew matul il-Konvenzjoni tal-Partit Demokratiku.

2

TA’ BARRA

JIBDEW ID-DISKUSSJONIJIET

3 Nhar il-Ħamis li għadda l-Aġent Prim Ministru ta’ Spanja u Kap tal-Partit Popolari (PP) Mariano Rajoy ħabbar li se jibda d-diskussjonijiet mal-partiti l-oħra biex jipprova jgħaqqad koalizzjoni biex imexxi l-pajjiż tul din il-leġiżlatura. Rajoy se jkollu jagħmel dan il-pass hekk kif il-partit tiegħu kiseb 39 siġġu anqas milli għandu bżonn biex jiggverna waħdu. Minkejja dan in-nuqqas, ir-riżultat kien meqjus bħala suċċess għall-PP hekk kif tahom 14-il siġġu aktar milli kisbu fl-elezzjoni ta’ Diċembru li għadda. Rajoy mhux se jkollu biċċa xogħol faċli biex jgħaqqad din il-koalizzjoni hekk kif s’issa l-ebda partit ieħor ma esprima x-xewqa li jikkopera miegħu.

REŻISTENZA KBIRA Il-liġi tax-xogħol li qiegħda tiġi proposta millGvern Soċjalista Franċiż immexxi mill-President Francois Hollande reġgħet sabet ruħha taħt attakk minn diversi fronti. Dan hekk kif kienet fil-mira ta’ kritika qawwija kemm minnaħa tal-unjins tal-ħaddiema kif ukoll il-federazzjonijiet ta’ min iħaddem wara l-falliment tan-negozjati li l-Gvern kellu magħhom. Il-liġi tressqet mill-Gvern diversi xhur ilu u għandha l-għan li tagħti aktar flessibbiltà lil min iħaddem billi tippermettilu jkeċċi lill-impjegati b’faċilità akbar. It-tama ta’ Hollande kienet li din il-liġi tagħti spinta lill-ekonomija li staġnat flaħħar snin. Madankollu, il-liġi kienet milqugħa b’reżistenza kbira minn bosta assoċjazzjoniet li ħassew li kienet radikali wisq jew li ma kinitx radikali biżżejjed.

2


kullhadd.com

TA’ BARRA

AR ID-DINJA 6

03|07|2016 17

RITORN GĦAN-NORMAL

6 3 4 5

Il-President tar-Russja Vladimir Putin ħabbar l-intenzjoni tiegħu li jneħħi s-sanzjonijiet ekonomiċi li impona fuq it-Turkija s-sena l-oħra wara li dawn tal-aħħar waqqgħu ajruplan tal-gwerra Russu li kien involut fil-kampanja militari Sirjana. Barra minn hekk, Putin wiegħed li jneħħi r-restrizzjonijiet li tpoġġew fuq it-turisti Russi li fl-aħħar xhur ma kinux qegħdin jitħallew imorru lejn it-Turkija. Il-mexxej Russu ħa din id-deċiżjoni wara li l-President tat-Turkija Tayyip Erdogan bagħat ittra li fiha esprima d-dispjaċir tiegħu għall-attakk li seħħ is-sena l-oħra. Minkejja li din ma kinitx l-apoloġija ċara li Putin kien talab wara l-attakk, huwa deher kuntent bl-ittra u għażel li ma jtawwalx il-kwistjoni aktar milli ilha għaddejja diġà.

5

4

KRITIKA LEJN IŻRAEL

ATTAKK DEVASTANTI Kelliem għall-Gvern Tork żvela li t-tliet persuni li wettqu l-attakk terroristiku li sar nhar it-Tlieta li għadda f ’ajruport f ’Istanbul jorriġinaw mir-Russja, l-Uzbekistan u l-Kyrgyztan. Huwa spjega wkoll li l-indikazzjonijiet huma li l-metodu u l-istil tal-attakk li użaw hu simili għal dak assoċjat mal-Istat Iżlamiku. Madankollu, huma għadhom ma kkommettewx ruħhom li jikklassifikaw l-attakk bħala wieħed ġej minn dan il-grupp. Fl-attakk it-terroristi fetħu n-nar fuq in-nies li kienu fit-triq biex wara daħlu fl-ajruport fejn splodew lilhom infushom. Dan qiegħed jiġi meqjus bħala l-aktar attakk devastanti mis-serje ta’ attentati li seħħew fit-Turkija matul dawn l-aħħar snin hekk kif mietu 44 ruħ u ndarbu aktar minn 230.

Skont rapport maħruġ mill-hekk imsejjaħ ‘Kwartett’, jiġifieri l-Istati Uniti, ir-Russja, l-Unjoni Ewropea u n-Nazzjonijiet Uniti, Iżrael għandu jieqaf milli jkompli fil-bini ta’ blokok residenzjali fiż-żoni kkontestati minnu u l-Palestina. Dan hekk kif din il-politika ta’ espansjoni qiegħda tiġi kkunsidrata bħala ta’ theddida għas-soluzzjoni ta’ żewġ stati li qed jippruvaw jilħqu l-pajjiżi involuti fir-rawnd attwali ta’ negozjati ta’ paċi. Barra minn hekk, l-istess rapport poġġa fid-dubju d-dedikazzjoni tal-Prim Ministru Iżraeljan Benjamin Netanyahu li uffiċjalment qal li se jipprova jasal għal soluzzjoni ta’ żewġ stati. Però, fil-kampanja elettorali tas-sena l-oħra huwa kien tenna li mhux se jkun hemm stat Palestinjan sakemm ikun qiegħed imexxi hu.


18 03|07|2016

kullħadd.com

MILL-ISTORJA

LOGĦBA TRIPPLA

Kien intelliġenti u jaf jitkellem bl-Ingliż, Taljan, Franċiż u Ġermaniż, minbarra l-lingwa tiegħu: is-Serb. Kien akkanit għal-logħob tal-azzard u xalatur. Kien għani, affaxxinanti u kellu lista twila ta’ relazzjonijiet amorużi ma’ nisa sofistikati u sbieħ. B’ismu proprju offra s-servizzi u l-abbiltajiet tiegħu lill-Gvern Jugoslav. GħallĠermaniżi kien Ivan – spija fdat tal-Abwehr, is-servizz sigriet tar-Reġim Nażista. Flistess nifs ħalef lealtà sħiħa lill-Brittaniċi u s-servizz Sigriet MI5 irreklutah taħt l-isem kodifikat Tricylce; kien qed jilgħab logħba trippla u perikoluża. Dusko Popov twieled fl-1912 fil-belt ta’ Titel u trabba Dubrovnik filJugoslavja. Studja fi skejjel tajbin fl-Ingilterra, Franza u l-Ġermanja u ggradwa filliġi. Fl-1940, Dusko ltaqa’ ma’ Johann Jebsen, ħabib Ġermaniż minn żmien l-università, li ħajru jagħmel bħalu u jidħol fis-Servizz Sigriet Nażista. Dusko ma kellu l-ebda simpatija manNażismu imma aċċetta u, bla telf ta’ ħin, informa

Kitba ta’

MARY

CHETCUTI bid-deċiżjoni tiegħu lil ċertu Clement Hope, uffiċjal Brittaniku fil-fergħa diplomatika fi l-Jugoslavja. Minn hawn ’il quddiem Dusko Popov daħal fid-dinja tal-kontrospjunaġġ. Xibka fittizja Sabiex ikun konvinċenti organizza xibka fittizja ta’ spjuni u għadda informazzjoni falza (mogħtija apposta lilu mill-MI5) lill-qawwiet Nażisti. Meta fl-1941 it-truppi Ġermaniżi u Taljani invadew u okkupaw il-Jugoslavja, Dusko Popov ġie fdat millawtoritajiet Jugoslavi b’għadd ta’ missjonijiet speċjali bejn Londra u Belgrad bil-għan li pajjiżu jeħles minn dawn ilħakkiema. Għodwa waħda, f ’April tal1941, Dusko Popov għamel kuntatt ta’ rutina mal-aġent ħabib tiegħu, ‘Johnny’ Jebsen, f ’ristorant f ’Lisbona, ilPortugall. Jebsen infurmah li l-Abwehr riduh imur l-Istati Uniti tal-Amerika u għaddielu lista twila ta’ informazzjoni militari li kellu jiġbor minn hemm. Jebsen kien jafda lil Dusko b’għajnejh magħluqa,

iktar u iktar meta sar jaf li t-tnejn li huma ma kinux jagħmlu lill-Gestapo. Dusko staqsieh x’kien dan l-interess kollu fl-Amerika u Jebsen sammru mas-siġġu meta qallu li l-Ġappun, alleat talĠermanja, kien qed jippjana attakk imminenti fuq ilqawwa navali Amerikana ta’ Pearl Harbour, il-Hawaii. F’Awwissu 1941, Dusko salpa lejn l-Amerika bil-mistoqsijiet kodifikati tal-Abwehr f ’id waħda u struzzjonijiet talMI5 f ’idu l-oħra. Malli wasal New York, Dusko għamel kuntatt mal-FBI (Federal Bureau of Investigation) u talab appuntament mal-kap tagħhom, J. Edgar Hoover. L-FBI kienu jafu bih imma xorta waħda kellu jistenna sakemm Hoover għoġbu jsejjaħlu. Dusko ddejjaq ftit b’din ir-risposta imma mbagħad iddeċieda li jesplora naqra d-dinja tad-divertiment Amerikan sakemm tasal illaqgħa. F’kemm ilni ngħid sar popolari maċ-ċrieki tassoċjetà li jifrekkwentaw stabbilimenti ta’ billejl, tant li kien ikun dejjem imdawwar b’nisa sbieħ. Qatta’ ftit ġranet fi Florida ma’ ħabiba ġdida Amerikana. Kiel f ’ristoranti lussużi fejn inġibdulu ritratti ma’ nies famużi u atturi ta’ Hollywood li mbagħad dehru fuq rivisti popolari. Fl-aħħar wasal l-appuntament tant mistenni. Kif daħal fluffiċċju ta’ Hoover, Dusko ntebaħ li l-laqgħa kienet sa tkun waħda diffiċli. Il-kap talFBI ma tilifx ħin u għamillu prietka ta’ moralità u prinċipji

Amerikani filwaqt li wrieh biċ-ċar li din il-ħajja xalatura lilu ma għoġbitu xejn. Dusko Popov wieġbu li hu ma ried joffendi lil ħadd, anzi ġie l-Amerika biex jgħaddilu informazzjoni tal-ogħla urġenza. Jingħad li meta Dukso Popov qal lil J. Edgar Hoover li l-Ġappun kien qed iħejji biex jattakka Pearl Harbour, Hoover m’emmnux, għajru prużuntuż u keċċieh milluffiċċju filwaqt li avżah biex idabbar rasu mill-Amerika. Il-Ħadd 7 ta’ Diċembru 1941, 353 ajruplani tal-ġlied Ġappuniżi għamlu attakk feroċi fuq Pearl Harbour; dakinhar tilfu ħajjithom 2,403 Amerikan. Jekk J. Edgar Hoover kienx għadda l-informazzjoni ta’ Dusko lill-President tal-Istati Uniti għadu suġġett sensittiv ħafna għall-FBI sal-ġurnata tallum. Li hu żgur hu li fl-1974 l-FBI ppruvaw bla suċċess iwaqqfu l-pubblikazzjoni talawtobijografija ta’ Tricycle blisem Spy: Counter Spy. Kontrattakk mill-alleati Sadanittant, il-Ġermaniżi bdew jissuspettaw li kien qed jinħema kontrattakk kbir fuqhom mill-alleati; madankollu, ma kellhomx ħjiel eżatt minn fejn. Bdiet taslilhom informazzjoni konfliġġenti fejn issemmew Sqallija, il-Greċja, l-Afrika ta’ Fuq u l-idjaq parti talfliegu Franko-Brittaniku. Dusko Popov infurmahom li, żgur mhux forsi, l-alleati kienu se jinvadu minn Pas

MILL-ISTORJA

de Calais, Franza, kif kienu qed jobsru huma. Kompla jikkonvinċihom meta wriehom ritratti ta’ tankijiet, ajruplani u armamenti talalleati stazzjonati fl-inħawi ta’ Dover, l-Ingilterra. Bla telf ta’ ħin, it-truppi Nażisti bnew fortizzi sħaħ taħt l-art filwaqt li saħħew id-difiża tagħhom tul il-Bajja ta’ Opale. L-informazzjoni, ritratti ta’ ajruplan u tankijiet maħdumin mill-injam, flimkien ma’ konverżazzjonijiet dettaljati li l-Ġermaniżi setgħu jinterċettaw bla problemi , kienu kollha parti minn gidba kbira ppjanata mis-Servizzi Sigrieti u l-Ministeru talGwerra Brittaniku, imsejħa Operation Fortitude. L-iskop tagħha kien biex l-għadu jinżamm aljenat f ’Pas de Calais sakemm l-invażjoni vera li ġabet il-gwerra fi tmiemha bdiet min-Normandija, xi 160 kilometru ’l bogħod. Wara l-gwerra, il-kontribut kuraġġuż li ta Dusko Popov, jew Aġent Tricycle, lill-alleati ġie apprezzat mill-Gvern Brittaniku u l-Prim Ministru Winston Churchill ippremjah bil-midalja OBE (Order of the British Empire). Dakinhar tal-premjazzjoni Dusko sar jaf li l-ħabib tiegħu Aġent ‘Johnny’ Jebsen kien inqatel f ’kamp tal-konċentrament. Jingħad li mar il-Ġermanja jfittex lill-uffiċjal Nażista responsabbli u rnexxielu jsibu avolja kien bidel ismu. Kull darba li kien mistoqsi jekk qatilx lil Walter Weitzel ladarba sabu, Dusko kien sempliċiment jagħmel sinjal b’rasu u jegħmeż.


MILL-ISTORJA

kullhadd.com

03|07|2016 19

IL-FJAMMI TAL-OLIMPJADI

kitba ta’ tal-Kumitat Organizzattiv, ilAlfred Consiglio kunċett kien li tixgħel fjamma mir-raġġi tax-xemx f ’Olimpia, Ġirjiet bit-torċa ħabbru il-Greċja, u tinġarr lejn il-lok l-bidu tal-Logħob Olimpiku tal-logħob b’ġerrejja bit-torċa. għal tliet kwarti ta’ seklu. Ċerimonjal olimpiku modern Modi differenti ta’ żviluppa gradwalment sa minn trasportazzjoni meta l-Logħob Olimpiku reġa’ tqanqal f ’Ateni fl-1896, L-innovazzjoni kienet imsawwar, sa ċertu punt, fuq popolari u kienet inkorporata tradizzjonijiet antiki u parti fiċ-ċerimonja għal-logħob maħluqa. Il-fjamma Olimpika sussegwenti, għalkemm idgħandha mit-tnejn. distanzi involuti nħtieġu Il-fjamma kienet li partijiet mil-ġirja jsiru tinżamm tixgħel matul b’varjetà ta’ modi ta’ trasport, iċ-ċelebrazzjonijiet tal- ivarjaw minn rkib fuq żiemel Olimpjadi antiki, jingħad sa ajruplan. biex tikkommemora s-serq Fl-Olimpjadi ta’ Berlin tan-nar minn Promotheus it-torċa nġarret lejn Ateni mingħand Zeus. Dan ir-ritwal u wara lejn il-Bulgarija, kien introdott fil-Logħob ta’ il-Jugoslavja, l-Ungerija, Amsterdam fl-1928. l-Awstrija u ċ-Ċekoslovakkja, Imma dan kien imkabbar u lejn il-fruntiera Ġermaniża b’pompożità fl-Olimpjadi ta’ f ’Hellendorf fil-31 ta’ Lulju. Berlin fl-1936 meta, għall- L-għada, it-torċa nġarret lejn ewwel darba, ġirja bit-torċa l-Istadju Olimpiku u l-bajla kienet stabbilita bħala preludju kienet mixgħula f ’ċerimonja għax-xegħil tal-bajla fl-istadju. impressjonanti. Ivvinat minn Carl Diem (1882It-Tieni Gwerra Dinjija 1962), is-Segretarju Ġenerali ġiegħlet li l-Logħob ma jsirx

sal-1948, f ’Londra, imma, forsi b’sorpriża, l-innovazzjoni ta’ Berlin tal-ġirja bit-torċa nżammet. Il-fjamma nxtegħlet f ’Olympia fis-17 ta’ Lulju. Tqanqil ċivili fil-Greċja impedixxa lit-torċa milli tittieħed Ateni u telqet millpajjiż vija Corfu, u nġarret minn frejgata Ingliża lejn Bari, l-Italja. Minn hemm inġarret lejn l-Iżvizzera fejn f ’Lausanne twaqqfet quddiem il-qabar ta’ Pierre de Coubertin (1863-1937), il-fundatur talmoviment Olimpiku modern. Wara għaddiet minn Franza, il-Lussemburgu u l-Belġju qabel ma qasmet il-Kanal Ingliż fit-28 ta’ Lulju. It-torċa nġarret lejn Kent u Londra, u għaddiet minn Windsor għal Wembley, fejn l-atleta John Mark (19251991), mill-Gżira ta’ Man, ġarraha madwar l-istadju u xegħel il-bajla. Aktar tard, ittorċa nġarret lejn Torquay fejn kienu qed isiru l-avvenimenti tal-ibburdjar.

Rotta qasira Fl-Olimpjadi tal-1960 f ’Ruma, ir-rotta tat-torċa kienet qasira, minn Siracusa fi Sqallija lejn Napli, Castel Gandolfo u Ruma. Fl-1968 il-ġirja lejn ilMessiku mxiet mar-rotta li ħa l-esploratur Kristofru Kolombu (1451-1506) fl-1490. It-torċa għaddiet minn Genoa, fejn twieled Kolombu, marret Spanja, fejn Kolombu sab appoġġ irjali, u lejn il-gżira ta’ San Salvador fil-Bahamas, fejn niżel l-ewwel darba. Il-ġirja tal-1972 lejn Munich ħadet rotta differenti minn dik tal-1936. Din għaddiet mit-Turkija, il-Bulgarija, ir-Rumanija, il-Jugoslavja, l-Ungerija u l-Awstrija. Fl-1976 it-torċa kienet mibdula f ’sinjal bir-radju, trażmess minn Ateni lejn Ottawa vija satellita, u mibdula f ’raġġ ta’ laser biex tixgħel fjamma. Dan sar qabel ma t-torċa bdiet ilġirja lejn Montreal. Fl-2004 kien deċiż li ssir

ġirja dinjija, u tittieħed flibliet li fihom qabel kienu saru l-logħob. Il-ġirja bdiet billi t-torċa ttajret lejn Londra fis-26 ta’ Lulju u nġarret minn Canary Wharf lejn Wimbledon, u għaddiet mill-West End fejn ittellgħet fuq karozza tal-linja, u minn Westminster fejn inġarret fuq dgħajsa matul ixXmara Thames. Qabel il-Logħob Olimpiku f ’Beijing fl-2008, it-torċa żaret mill-ġdid Londra. Wara li waslet fiċ-Ċina, it-torċa żaret it-Tibet u ttieħdet fil-quċċata tal-Muntanja Everest, imma ma mxietx ir-rotta kollha minħabba terramot li laqat lil Sichuan. Il-fjamma għall-ġirja tal-2012 kienet suppost li tinxtegħel mir-raġġi tax-xemx f ’Olympia fl-10 ta’ Mejju, u l-ewwel li jġorr it-torċa kellu jkun ilGrieg Spyros Gianniotis. Wara li nġarret lejn Ateni u ttajret lejn Cornwall, kellha tieħu rotta minn Jersey, Guernsey, il-Gżira ta’ Man u l-Irlanda, u tintemm f ’Londra.


INVESTIGAT L-EWWEL AĊĊIDENT FATALI F’AUTOPILOT MODE

F’din ir-rokna dedikata għall-karozzi, ix-xahar li għadda tkellimna dwar il-possibbiltà li jiġu regolati l-karozzi li jinstaqu waħedhom u mingħajr xufier fir-Renju Unit. Intant, ftit tal-ġimgħat ilu seħħ aċċident fatali fit-toroq tal-Istati Uniti waqt li karozza tat-tip Tesla Model S kienet qed tinstaq fuq autopilot mode. Din il-kumpanija ilha timmanifattura karozzi li jistgħu jinstaqu fuq autopilot fuq għażla tax-xufier. L-aċċident fl-Istati Uniti Regolaturi tas-sigurtà fit-toroq Amerikani fetħu inkjesta għal aċċident fatali li involva Tesla Model S tal-2015, fejn ix-xufier safa vittma waqt li l-vettura kienet qed tinstaq fuq autopilot mode. Dan huwa l-ewwel każ investigat min-National Highway Traffic Safety Administration (NHTSA) għal aċċident fatali li involva l-użu ta’ sistema ta’ sewqan awtomatiku, liema teknoloġija wittiet it-triq minn manifatturi ta’ karozzi u kumpaniji ta’ teknoloġija bħal Google għall-potenzjal tagħhom biex jiffaċilitaw il-konġestjoni u jnaqqsu l-aċċidenti, imwiet u korrimenti. Tesla rrappurtat il-każ lill-NHTSA u qalet lill-aġenzija li s-sistema ta’ autopilot ġiet attivata meta seħħ l-aċċident, skont din l-istess aġenzija. F’dikjarazzjoni, kelliem għall-NHTSA, qal li l-evalwazzjoni preliminari tal-aġenzija se teżamina d-disinn u l-prestazzjoni tas-sistema ta’ sewqan awtomatiku tal-Model S fil-ħin tal-ħabta.

Kelliem għall-aġenzija qal li l-aġenzija ma ddeterminatx jekk jeżistix xi difett. Rapporti preliminari ta’ dan il-każ jindikaw li l-aċċident seħħ hekk kif tractor-trailer kiser fuq ix-xellug proprju quddiem din il-karozza f ’salib it-toroq f ’highway mingħajr aċċess ta’ kontroll. Il-vittma tilef ħajtu kawża ta’ ġrieħi li ġarrab waqt il-ħabta, temm jgħid kelliem għall-NHTSA permezz ta’ email. Ħabib ta’ Tesla F’dikjarazzjoni, Tesla ddeskriviet lill-vittma bħala ħabib ta’ Tesla. Il-vittma tefa’ videos fuq YouTube fejn wera fid-dettall l-abbiltà ta’ autopilot biex jgħin il-vettura tevita aċċidenti. Il-vittma qatta’ ħajtu ffukat fuq l-innovazzjoni u l-wegħda tat-teknoloġija u emmen b’saħħa fil-missjoni ta’ Tesla. Rapport tal-Pulizija hekk kif miġbur minn Reuters qal li l-Model S li kien qed isuq dan il-vittma spiċċa taħt it-trailer ta’ trakk li kiser fuq ix-xellug tal-karozza. Is-saqaf tat-Tesla spiċċa nqala’ u l-karozza baqgħet sejra, telqet mit-triq, baqgħet dieħla f ’fence, qasmet għalqa, għaddiet minn taħt fence ieħor u finalment baqgħet dieħla f ’utility pole madwar 100 pied ’il bogħod. Il-kumpanija qalet li r-rikba għolja tat-trailer ikkumbinata mal-pożizzjoni msallba li ż-żewġ vetturi kienu qed jinstaqu fit-triq, u ċ-ċirkustanzi rari immens tal-impatt, ikkawżat lill-Model S biex tgħaddi minn taħt it-trailer bil-qiegħ tiegħu iħalli impatt gravi fuq

il-windsheild tal-Model S. F’dikjarazzjoni twila minn Tesla, din qalet li l-ħabta rrappreżentat l-ewwel fatalità magħrufa f ’130 miljun mil ta’ sewqan fuq l-autopilot meta jkun attivat. Mhux perfett Il-kumpanija qalet li l-Model S kien qed jinstaq fuq highway devjata meta tractor-trailer saq fuq din il-highway b’direzzjoni parallela mal-vettura. Tesla qalet li la x-xufier u lanqas l-autopilot ma indunaw bil-ġenb abjad tat-trailer b’kuntrast mas-sema brillanti ta’ dak il-jum, għaldaqstant is-sistema ta’ breaks ma ġietx applikata. Tesla żiedet tgħid li kieku l-vettura laqtet

quddiem jew wara tat-trailer anke jekk b’veloċità għolja, is-sistema avvanzata għal kontra l-aċċidenti kienet tevita korrimenti serji għax għaddiet minn numru ta’ aċċidenti simili. Il-kumpanija żiedet tgħid li s-sistema autopilot mhux perfetta u xorta waħda tirrikjedi l-attenzjoni massima tax-xufier. Tesla qalet ukoll li, b’mod awtomatiku, l-autopilot jiġi mitfi u jirrikjedi rikonoxximent espliċitu peress li din is-sistema hija teknoloġija ġdida u għadha f ’fażi bikrija sakemm tkun tista tiġi ffaċilitata. L-investigaturi tal-NHTSA spezzjonaw ix-xena tal-ħabta kif ukoll il-vettura u dawn qed jaħdmu flimkien ma’ Florida Highway Patrol għal iżjed inkjesta.


KAROZZI

kullhadd.com

03|07|2016 21

GĦAJNUNA LILL-CARITAS MINN DEBONO COMMERCIALS

Proprju nhar is-Sibt 25 ta’ Ġunju ta’ din is-sena, tim ta’ xejn inqas minn 20 impjegat ta’ Debono Commercials Ltd, kumpanija li tagħmel parti minn Debono Group, iltaqgħu kollha flimkien u organizzaw attività ta’ ġurnata volontarjat fil-kumpless ta’ San Blas. Matul din il-ġurnata, il-membri tat-tim wettqu diversi xogħlijiet ta’ rinnovazzjoni fil-faċilità tar-riabilitazzjoni, filwaqt li l-kumpanija sponsorjat ukoll il-materjal u t-tagħmir li kien meħtieġ għal dawn l-imsemmija xogħlijiet. Il-parteċipazzjoni u l-motivazzjoni tal-membri tat-tim matul din l-attività hekk sabiħa kienu ammirevoli ħafna għax huma xhieda tal-valuri pożittivi li tħaddan b’mod ħolistiku l-kumpanija u l-impjegati li jaħdmu fi ħdanha. Permezz ta’ attivitajiet simili,

il-kumpanija Debono Commercials għandha l-għan li tippromovi tali valuri lill-membri tat-tim, kif ukoll biex isservi ta’ eżempju għal nies u kumpaniji oħrajn biex jagħtu sehemhom fis-soċjetà u għall-ġid ta’ xi komunità lokali. Fid-dawl ta’ dan kollu, il-kumpanija Debono Commercials tirrikonoxxi l-importanza tal-ħidma kollettiva għall-komunità, b’mod partikolari għal dawk l-aktar li għandhom bżonn l-appoġġ u l-għajnuna fis-soċjetà Maltija. Il-kumpanija Debono Commercials hija r-rappreżentanta lokali għat-Toyota Material Handling Europe, Hino Trucks u Toyota Commercial Vehicles. Għal aktar informazzjoni tista’ ċċempel fuq 2269 4000 jew tibgħat email fuq info@debonocommercials.com


KALEJDOSKOPJU

22 03|07|2016

kullħadd.com

Fatti miġbura minn

CHARLES B.

SPITERI

ĠRAW BĦAL-LUM

683: Il-Papa San Iljun itemm ir-renju tiegħu bħala Papa Kattoliku. 1630: L-Imperatur Ferdinandu II jiftaħ il-Parlament Ġermaniż. 1767: Jibda jiġi stampat l-eqdem ġurnal fin-Norveġja, li għadu jiġi pubblikat sal-lum, l-Adresseavisen. 1806: Michael Keens jesbixxi l-ewwel frawli kultivat. 1891: Jiftaħ l-ewwel Bank tat-tfaddil, il-Bank of Savings fi New York, l-Amerika. 1839: Tiftaħ l-ewwel skola tal-istat f ’Lexington l-Amerika, bi tliet studenti biss. 1884: Dow Jones jippubblikaw l-ewwel indiċi tal-istock – id-Dow Jones Transportation Average. 1886: Karl Benz isuq l-ewwel karozza fil-Ġermanja. 1907: Digriet tal-Papa ma jippermettix il- modernizzazzjoni tat-teoloġija. 1920: Ir-Royal Air Force twettaq wirja tal-ajru f ’Hendon, l-Ingilterra. 1928: Issir l-ewwel trażmissjoni tat-televiżjoni tal-kulur f ’Londra, minn John Logie Baird. 1929: Il-Laboratorji ta’ Dunlop Latex jagħmlu l-foam rubber. 1939: Ernst Heinkel juri lil Hitler, ajruplan rocket li jtir b’ħeffa ta’ 800 kilometru fis-siegħa. 1947: L-Unjoni Sovjetika ma tipparteċipax fil-Marshall Plan. 1954: Jintemm ir-razzjonar tal-ikel fil-Brittanja. 1966: F’Londra, dimostranti jisfaw arrestati wara li l-protesti kontra l-Gwerra tal-Vjetnam isiru vjolenti. 1970: L-Armata Ingliża timponi curfew f ’Belfast għal tfittxija tal-armi. Waqt l-operazzjoni jisfaw attakkati mir-ribelli repubblikani, li kienu uffiċjali tal-IRA (OIRA). 1976: Iżrael jagħti l-ħelsien lil 103 persuna, membri tal- ekwipaġġ tal-Air France u passiġġieri li jinqabdu ostaġġi fl-ajruport ta’ Entebbe fl-Uganda minn ħallelin tal-ajru. 1987: Żewġt irġiel isiru l-ewwel vjaġġaturi li jaqsmu l-Atlantiku f ’ballun tal-ajra. 1987: Il-kriminal Nażist tal-gwerra Klaus Barbie, magħruf bħala The Butcher of Lyon u li kien il-kap tal-Gestapo, jinstab ħati ta’ krimini tal- gwerra kontra l-umanità u jintbagħat għomru l-ħabs. 1988: Jitlesta l-pont Fatih Sultan Mehmet f ’Istanbul, it- Turkija. Jipprovdi t-tieni mezz ta’ trasport bejn il- kontinenti tal-Ewropa u l-Asja fuq il-Bosfru. 1988: Bastiment tal-gwerra Amerikan, għassa fl-ibħra tal-Golf Persjan, iwaqqa’ ajruplan tal-passiġġieri Iranjan wara li ħasbu ajruplan tal-gwerra. 1989: Il-Qorti Suprema Amerikana taqtagħha li l-istati m’għandhomx jipprovdu fondi għall-abort. 1998: Wara xhur ta’ negozjati, flimkien ma’ gwerra mill- BMW għal min joffri l-aktar, kif ukoll battalji fil-Qorti, il-kumpanija Rolls Royce tinbiegħ lill- Volkswagen għal €625 miljun. 2005: Liġi nazzjonali li tillegalizza ż-żwieġ bejn l-istess sessi tidħol fis-seħħ fi Spanja. 2006: L-asterojdi magħrufa bħala l-2004 XP14 tgħaddi f ’432,308 kilometru bogħod mid-Dinja. 2013: Il-President Eġizzjan Mohammed Morsi, jitwarrab mill-militar waqt li Adly Mansour jinħatar president minfloku. 2014: Il-Ġermanja tgħaddi l-ewwel liġi fuq il-paga minima nazzjonali fin-nazzjon – dik ta’ €8.5 fis-siegħa.

KURŻITAJIET

SEJBA TA’ FDAL TA’ SAGRIFĊĊJI UMANI Qed ikun maħsub li sensiela ta’ għerien jinfdu taħt l-art f ’Belize setgħu intużaw biex jittraffikaw tfal Mayas, sa mill-età ta’ sitt snin, biex ikunu sagrifikati. Instabu ħafna snien fost l-eluf ta’ għadam uman imferrex flgħar magħruf bħala l-Għar tat-Terrur ta’ Nofsillejl, u minn studju li sar jirriżulta li kollha huma ta’ tfal bejn is-sitt snin u l-14-il sena. Minn analizzar kimiku nstab li oriġinalment, dawn it-tfal ma kinux mid-distrett Cayo, fejn jinsab l-għar, allura bilfors li twasslu fil-post f ’numru qawwi. L-għar jinsab fin-naħa t’isfel ta’ Belmopan qrib il-komunità Mennonita, fi Springfield. Instab fl-2006 u kien rappurtat lill-Istitut tal-Antropoloġija minħabba l-kwantità enormi ta’ għadam uman li nstab. L-istudenta Samantha Lorenz, li kienet parti mill-grupp ta’

esperti, qalet li ma jirriżultax li t-tfal kienu minn Belize; għalhekk bilfors li t-tfal waslu minn xi mkien ieħor, u għarraġuni unika li jkunu offruti bħala sagrifiċċju. Peress li kien hemm ħafna minnhom, kollha ġejjin mill-istess post, irid ikun studjat kienx hemm xi ħidma kummerċjali fit-traffikar tat-

tfal. L-ewwel dawl li dan l-għar seta’ ntuża għas-sagrifiċċji umani ngħata minn Dr James Brady, professur tal-antropoloġija fl-Università Statali ta’ California, fir-rapport tiegħu: Osservazzjonijiet Preliminarji fuq l-Investigazzjoni tal-Għar tat-Terrur ta’ Nofsillejl f ’Belize.

TEMMEN FL-ISPIRTI FL-GĦAMARA ANTIKA?

Meta xi ħaġa tmur ħażin matul il-lejl, żgur li l-inqas ħaġa li twaħħal fiha jkun ilbastun tan-nannu! Iżda dak jaf ikun l-oġġett sfortunat f ’numru tal-aktar postijiet imsaħħra, anke b’biċċiet talgħamara. F’nofs is-seklu dsatax, f ’South Carolina, Jacob Cooley qatel ilsir bl-isem ta’ Hosea, talli ħadimlu bagoll li ma kienx kif xtaqu hu. L-ilsiera ħbieb ta’ Hosea vvendikaw irwieħhom billi marru għand saħħar u talbuh jagħmel magħmul fuq il-bagoll. Dan il-magħmul wassal għallmewt ta’ 17-il persuna qrib ta’ Colley, fosthom l-ewwel tifel li twelidlu. Is-saħta tneħħiet aktar tard minn saħħara u llum il-bagoll jinsab fil-Mużew talIstorja f ’Kentucky. Meta l-proneputi ta’ Mary Anderson ra l-ispirtu ta’ nannuh fid-dar f ’Indiana, qatgħetha li tneħħi l-beżgħat

tat-tifel billi tbigħ il-bastun li kellu n-nannu. Min ħallas l-iktar għalih fl-irkant, intalab jikteb ittra lit-tifel, jgħidlu li l-bastun sab postu. Għalih tħallset is-somma ta’ €57,286 u llum jinsab fil-Golden Palace Casino f ’Antigwa. Il-pittura ta’ Bruno Amadio, li turi tifel jibki, għamel furur fis-snin tmenin, meta ġellied tan-nar f ’Yorkshire stqarr li ra l-pittura mhix mittiefsa f ’nirien li ħakmu dar. Bdew id-diċeriji li l-pittura kellha xi magħmul. Il-gazzetti organizzaw ħruq tal-kopji tal-pittura biex jeħilsu lill-pajjiż mis-saħta. Il-każ tal-bunk beds misħutin f ’Wisconsin sar magħruf fl-1987 meta Alan u Debby Tallman xtrawhom mingħand regettier lokali. Minn meta daħħluhom id-dar, qattgħu disa’ xhur jgħixu f ’biża’ totali. Is-settijiet tar-radju bdew

jixegħlu u jitfu weħidhom; ittfal beda jitlgħalhom id-deni mix-xejn u sa raw xbieha ta’ saħħara matul il-lejl. Il-familja sejħet lil saċerdot għall-għajnuna u għal xi żmien kollox ikkwieta. Iżda fil-Milied tal-1988, is-Sur Tallman sema’ vuċi titolbu jmur fil-garaxx, fejn ra nar enormi li ntefa dikment. Is-‘siġġu tal-mewt’ ta’ Pennsylvania, kien l-aktar artefatt prezzjuż miżmum f ’Baelroy Mansion f ’Philadelphia. Jingħad li dan is-siġġu ta’ 200 sena kien ta’ Napuljun, iżda l-fatat li jimmanifesta ruħu f ’din l-għamara jieħu l-forma ta’ mara żagħżugħa bl-isem ta’ Amelia. Hi tidher f ’ħuġġieġa ta’ lewn ikħal. Is-siġġu ħa ismu wara li erbgħa min-nies mietu ħesrem wara li poġġew fuqu, u jingħad li l-istess xorti tmiss lil kull min jittanta jużah.


MADWARNA

kullhadd.com

03|07|2016 23

IL-FESTA TA’ SAN ĠUŻEPP F’ĦAL KIRKOP MIL-LUM SAL-ĦADD 10 TA’ LULJU 2016 Dalgħodu se tibda tiġi ċċelebrata f ’Ħal Kirkop il-festa tal-kbir patrijarka San Ġużepp, il-patrun talKnisja universali. Din issena hija waħda speċjali għax qed jitfakkru numru ta’ anniversarji li jolqtu millqrib lill-Ġużeppini Koppin. Is-Socjetà Ġużeppina li torganizza l-festa esterna ta’ San Ġużepp qed tfakkar għeluq il-130 sena mittwaqqif tagħha. Din is-sena hija l-25 ħarġa konsekuttiva tal-pubblikazzjoni tal-ktieb tal-festa. Is-sezzjonijiet taż-żgħażagħ u tan-nisa Ġużeppini qed jiċċelebraw għeluq l-20 sena mit-twaqqif tagħhom. Għal dan il-għan, il-kumitat ħaseb biex il-festa ta’ din is-sena tkun waħda speċjali u memorabbli. Matul il-ġimgħa, minbarra l-Banda San Ġużepp se jieħdu sehem il-baned Trinità Qaddisa talMarsa, Santa Katarina V.M. taż-Żurrieq, Marija Assunta tal-Gudja, Re Ġorġ V talImqabba, San Mikiel ta’ ĦażŻabbar u l-Banda Żejtun. Il-qofol ta’ din il-festa se jintlaħaq fi tmiem il-ġimgħa li ġejja. Il-Ġimgħa 8 ta’ Lulju, waqt il-marċ popolari, is-Sezzjoni Żgħażagħ se tinawgura sorpriża artistika li x-xogħol fuqha ilu għaddej għal dawn l-aħħar tliet snin. Dan il-proġett jinvolvi xogħol ta’ kartapesta, injam u skultura u se jiżżanżan komplut minn kollox. L-artisti li taw sehemhom f ’din l-opra tal-arti huma Shawn Saliba, Silvio Pace, Manuel Micallef, Joseph Mizzi u Twanny Zammit. Matul dan il-marċ brijuż se jintwera wkoll feature awdjo-viżiv u l-kantanta popolari Jessika se tinterpreta d-diska Tul Dawn l-Għoxrin, li żżanżnet għall-okkażjoni. Fi tmiem il-marċ tibda ċelebrazzjoni żagħżugħa għal kulħadd fit-triq tal-każin tasSoċjetà Mużikali San Ġużepp. L-għada s-Sibt 9 ta’ Lulju, iddilettanti tan-nar tas-St Joseph Fireworks Factory jistiednu lil kulħadd jasal wasla sa Ħal Kirkop għall-ispettaklu tradizzjonali ta’ lejlet il-festa li jibda għall-ħabta tad-9.30pm. Se jkun spettaklu kbir mimli baraxxijiet, blalen u murtali tal-logħob u tal-beraq pront. Din l-esibizzjoni tintemm b’wirja oħra ta’ nar tal-art artistiku u mekkanizzat li jinħaraq fi Triq San Nikola fil-11.30pm. L-għada l-Ħadd, jum il-festa, ġurnata mimlija bil-quddiesa solenni talpaniġierku li tibda fid-9.30am, il-marċ ta’ waranofsinhar li jilħaq il-qofol tiegħu għall-ħabta tat-3.00pm u l-purċissjoni bl-istatwa ta’ San Ġużepp li tibda ħierġa fis7.15pm u tkun lura fil-knisja fl-10.30pm.


24 03|07|2016

kullhadd.com

MADWARNA

SERATA MUŻIKO-LETTERARJA Il-Kunsill Lokali taż-Żejtun se jkun qed jorganizza serata mużiko-letterarja ddedikata lil Frans Baldacchino l-Budaj. Lejla għall-Eroj se ssir nhar it-Tlieta li ġej, il-5 ta’ Lulju, mis-7.30 pm ’il quddiem, fi Ġnien l-Għannejja Żwieten (Ta’ San Girgor), Triq id-Daħla ta’ San Tumas, iż-Żejtun. Matul is-serata jiġi mfakkar l-għannej Żejtuni, il-Budaj, f ’għeluq l-10 anniversarju mill-mewt tiegħu, fejn flistess ġnien hemm ukoll il-monument li jfakkar lil dan il-persunaġġ. Frans Baldacchino twieled iżŻejtun fis-16 ta’ Mejju

1943 u miet fil-21 ta’ Ġunju 2006, fl-għomor ta’ 63 sena. Rebaħ il-festival tal-Għanja tal-Poplu fl-2001. Hu ħareġ żewġ pubblikazzjonijiet Imrieżaq ta’ Moħħi fl-1995 u Lejn l-Art u s-Sema fl-2004. F’din l-attività wieħed jista’ japprezza l-għana li kien jgħanni l-Budaj u diversi informazzjoni dwaru. Barra minn hekk, din isserata f ’lejla sajfija se tkun imżewqa b’għana tal-fatt minn Żeppi Spagnol, qari letterarju minn poeżiji sa siltiet bid-djalett, kompetizzjoni tal-inbid, kif ukoll b’mużika tradizzjonali Maltija.

Dawk li jixtiequ jieħdu sehem fil-kompetizzjoni talinbid, kull reġistrazzjoni hi bla ħlas. Se jkun hemm tliet kategoriji: aħmar, abjad u talfrott. Dawk li jiġu fl-ewwel tliet postijiet minn kull kategorija jingħataw premju. Dak li jġib l-akbar ammont ta’ punti mill-inbejjed kollha jingħata l-Premju tal-Aqwa Kompetitur. L-applikazzjoni tista’ tinkiseb mis-sit talKunsill Lokali taż-Żejtun, w w w. z e j t u n l o c a l c o u n c i l . com Għal aktar informazzjoni ċempel 9920 3815. Kulħadd huwa mistieden li jattendi.

FARSONS JIRRAPPORTA RIŻULTATI STABBLI

FARSONS JOĦLOQ TKABBIR PERMEZZ TAL-INNOVAZZJONI U L-ESPORTAZZJONI Għal darb’oħra l-Grupp Farsons irrapporta riżultati sodisfaċenti għas-sena finanzjarja li ntemmet fil-31 ta’ Jannar 2016. Dawn inkisbu b’riżultat ta’ titjib konsistenti kemm fl-assi operattivi talGrupp u l-istrateġiji talmarketing tal-brands tiegħu, kif ukoll permezz tal-investimenti sinifikanti li wettaq il-Grupp. Dan intqal mis-Sur Louis A. Farrugia waqt l-indirizz tiegħu bħala Chairman tal-Grupp matul id-69 Laqgħa Ġenerali Annwali ta’ Simonds Farsons Cisk plc li saret fi Spinola Suite, Hilton Malta. Hu qal: “Il-faċilità l-ġdida tal-beer packaging ta’ €27 miljun issa tinsab lesta, fil-ħin u skont il-baġit allokat. Din il-faċilità bl-aktar teknoloġija avvanzata se tippermetti lil Farsons

tipproduċi u tippakkja l-birra u soft drinks f ’packages lesti biex ikunu esportati, u bi prezzijiet kompetittivi. Dan l-investiment ewlieni wasal wara investiment ta’ €12.5 miljun fi brewhouse (dik il-parti fil-birrerija fejn

issir il-birra) ġdida, li tlestiet fl-2012. Biddilna ħafna millassi operattivi tagħna, u ninsabu f ’pożizzjoni tajba biex nibbenefikaw minn dawn l-investimenti fis-snin li ġejjin.” Investimenti oħra importanti

jinkludu l-estenzjoni taċĊentru tal-Loġistika ta’ Farsons u t-tkabbir tal-blokka tal-amministrazzjoni. Dawn iż-żewġ proġetti mistennija li jitlestew matul is-sajf tal-2017. Filwaqt li l-proġett taċ-Ċentru

tal-Loġisitka se jiffaċilità l-funzjoni importanti tal-ħażna u distribuzzjoni. L-estensjoni tal-uffiċini se tippermetti li l-istaff kollu eżekuttiv kif ukoll dawk tal-marketing, finanzi u amministrazzjoni jkunu kollha f ’post wieħed. “Għaddej ħafna xogħol ta’ tħejjija għal din it-transazzjoni importanti u kumplessa. Nemmnu li l-pjan propost ta’ riabilitazzjoni u l-konverżjoni tal-bini tal-birrerija l-antika f ’office business park hu investiment fattibbli li jista’ jibbenefika u jtejjeb il-valur talazzjonist,” qal is-Sur Farrugia. Fl-oqsma tal-innovazzjoni u esportazzjoni il-kumpanija għamlet passi kbar ’il quddiem u għall-ewwel darba bdiet tesporta lejn swieq fil-Punent tal-Afrika u fix-Xlokk tal-Asja.


MADWARNA

kullhadd.com

03|07|2016 25

SALA GĦAR-RIKREAZZJONI U L-EDUKAZZJONI

INAWGURAZZJONI FID-DAR TAL-PROVIDENZA “Il-Fondazzjoni Marigold trid tkompli tgħin biex tagħmel id-differenza fil-kwalità talħajja tar-residenti tad-Dar tal-Providenza billi tipprovdi għajnuna finanzjarja fejn l-għotjiet u l-appoġġ kontinwu finanzjarju tal-poplu Malti ma jwasslux minħabba prijoritajiet oħra.” Dan qalitu s-Sinjura Michelle Muscat, Chairperson tal-Marigold Foundation BOV in the Community meta inawgurat is-sala rinnovata li hemm fid-Dar fis-Siġġiewi. Sa mill-1974 meta nbniet Villa Papa Giovanni, din is-sala ntużat u għadha tintuża għal diversi attivitajiet ta’ rikreazzjoni u edukazzjoni għar-residenti tadDar tal-Providenza. Il-Vigarju Episkopali għad-Djakonija, Mons. Charles Cordina bierek is-sala u r-residenti u l-carers tagħhom li jużawha u faħħar

il-ħidma li ssir fid-Dar li tagħti r-rispett u d-dinjità li jixirqu lirresidenti tagħha. Fr Martin Micallef, Direttur tad-Dar tal-Providenza, irringrazzja lis-Sinjura Muscat li ġentilment offriet l-għajnuna finanzjarja tal-Marigold Foundation BOV fil-Komunità biex isir ir-rinnovament tant meħtieġ tas-sala. Huwa tkellem dwar ix-xogħol ta’ rinnovar li sar u li kien jinkludi, fost affarijiet oħra, estensjoni tal-palk eżistenti, tibdil fissistema tal-arja kkundizzjonata, installazzjoni ta’ sistema ġdida ta’ dwal u amplifikazzjoni, kif ukoll purtieri ġodda għall-palk u għas-sala. Bħala parti mill-programm sar żfin mir-residenti tad-Dar immexxijja mis-Sinjura Sara Doublesin, id-Dance Therapist tad-Dar.

TAF X’QED NIFTAKAR? Fr Mario Attard OFM Cap

Mhux l-ewwel darba li nkun għall-kwiet, fis-skiet, fil-baħħ vojt u mimli, fl-istorbju tas-silenzju u, minn dan l-istorbju, nara tiġi misluta quddiemi xi ġrajja

Ta’ 43 sena qatt ma ħlomt li kont se ngħaddi minn din l-esperjenza sabiħa. Esperjenza li ġġegħelni kuljum napprezza dan ir-rigal imprezzabbli li jismu ‘ħajja’. Mhux l-ewwel darba li nkun għall-kwiet, fis-skiet, fil-baħħ vojt u mimli, fl-istorbju tassilenzju u, minn dan l-istorbju, nara tiġi misluta quddiemi xi ġrajja. Donnha clip tal-You Tube li fih nara xi esperjenza li nkun ġarrabt. Jekk din l-esperjenza tkun sabiħa, ibqgħu ċerti li se ngħaddi l-bqija tal-ġurnata ferħan u fil-paċi, filwaqt li jekk il-clip tkun ta’ niket, għalkemm ilpaċi tibqa’ f ’qalbi, nitnikket xorta waħda, bħal ħaddieħor. Il-memorja. Dik il-fakultà li biha l-bniedem jiftakar. Int u jien iva niftakru. Niftakru informazzjoni, numri, ismijiet, siltiet sħaħ minn kotba jew konverżazzjonijiet li kellna fl-imgħoddi, inkella xi dehra sabiħa ta’ pajsaġġ li nkunu rajna u li tkun weħlet ma’ moħħna. Niftakru t-tajjeb u l-ħażin, niftakru l-mumenti fejn konna b’saħħitna u flaħna neqilbu kantuniera u, niftakru wkoll meta aħna ġejna rikoverati flisptar jew mixħutin f ’qiegħ ta’ sodda bil-mard. Niftakru meta xi ħadd, għax iħobbna, ġibidna fil-ġenb u qalilna kelma li għadha magħna sal-lum. Kelma ta’ ġid. Kelma li, għall-ewwel, żgur li ma niżlitilniex xi balzmu. Imma, meta gerbu s-snin, dik il-kelma saret tiswa mitqilha deheb, għax

iż-żmien dejjem jibqa’ l-aqwa avukat li miegħu ħadd ma jista’ joħodha, bravu kemm hu bravu u jgħawweġ kemm jgħawweġ il-verità. Inkunu qegħdin nitħaddtu u jien, ferħan se ntir, inwaqqfek: “Taf x’qed niftakar?” U wiċċi jissokta jiħmar bħal pepprina għax il-ferħ ferħ jagħtik. Ilferħ iġiegħlek tixgħel bħalma tixgħel ix-xemx ħanina birraġġi tagħha li m’għandhom x’jaqsmu xejn mat-tubi talelettriku, sbieħ kemm huma sbieħ, li għandna fid-djar u l-kunventi tagħna. In-natural m’hawnx aqwa minnu! U x’inhu n-natural? Li niftakar kemm nista’ f ’esperjenzi li lili jkunu bnewni. Esperjenzi li jsaħħuni. Esperjenzi li jnissluli tbissima, avolja mħallta b’dik id-demgħa sħuna sħuna u mnikkta għal

xi ħadd li llum m’għadux magħna. Il-ħajja sabiħa minkejja t-telgħat wieqfa tagħha. Huwa proprju għax jeżistu dawn it-telgħat li hu tassew importanti li niftakru fl-esperjenzi li lilna jagħtuna l-ħajja. Hekk, ngħidu aħna, esperjenza sabiħa li għadni niftakar hija l-mawra sabiħa li kont għamilt fil-Montenegro. Niftakar li konna rħejnielha minn Medjugorje lejn post jismu Ostrog. F’dan il-post muntanjuż jinsab monasteru Ortodoss li fih hemm il-korp sant ta’ San Bażilju ta’ Ostrog. Għadni sal-lum niftakar f ’din l-esperjenza ħa nieħu kuraġġ bil-qabda minnha! Niftakar li aħna u sejrin fil-coach bdejna naraw il-film ta’ San Ġwann XXIII. Biex tgħaxxaqha, il-pajsaġġ

ta’ barra tassew għenni nidħol fl-ispirtu tal-film li kont qed nara. Xi ġmiel ta’ muntanji u xmajjar rajt b’għajnejja! X’paċi kienet tinħass barra! Kien l-għada tal-festa talMilied. Is-sliem ta’ din il-festa unika kien għadu jmelles lil din l-art ħelwa u ta’ ġmiel li ma tfissrux. Imbagħad, meta wasalna f ’Ostrog u tlajna l-monasteru, sewwasew ħdejn il-korp sant ta’ San Bażilju, il-monaku Ortodoss – li ma kontx tagħtih aktar minn ħamsin sena, b’dik id-daqna twila qastnija u b’għajnejn jixegħlu bil-ħlewwa talimħabba ta’ Kristu – dilek kull membru tal-grupp biżżejt imqaddes. Ilkoll kemm aħna għamlilna s-sinjal tassalib fuq moħħna. Niftakarni nieżel minn dan il-monasteru ferħan se ntir, għax, dak kollu li għalija qabel ma kien xejn għajr ħolm, issa rajtu jintiseġ quddiemi fir-realtà. Din l-esperjenza saħħitni bil-wisq aktar f ’dak li hemm jistenna lili u lilek fis-sema għax, jekk f ’dinja mifluġa bil-gwerrer tinstab din is-sbuħija kollha, mela aħseb u ara x’hemm f ’Ġerusalemm tas-sema? Meta tkun għaddej\ja minn żmien iebes ftakar f ’dawk l-esperjenzi li lilek inisslulek kuraġġ, ferħ, paċi u tama. Żurhom mill-ġdid u tara kemm dawn huma riżorsi li bihom, iebsa kemm hi iebsa u mħabbta kemm hi mħattba t-triq li għandek quddiemek, fl-aħħar se tasal bil-barka! Mela…ftakar fil-ġid!


26 03|07|2016

kullħadd.com

PERSONALITÀ

STAR OF THE FESTIVAL WAQT MALTA INTERNATIONAL SINGER’S FESTIVAL – EURO STARS RAMONA

PORTELLI TINTERVISTA LIL

COURTNEY CAMILLERI Sit elettroniku: www.ramonaportelli.com Email: ramonaportelli@hotmail.com

Jekk għal xi wħud Malta mhux biżżejjed għallopportunitajiet, żgur li barra minn xtutna jaf joffri firxa wiesgħa ta’ opportunitajiet fejn wieħed jista’ jimrah u jimxi ’l quddiem. Kull qasam tal-ħajja jista’ jitkejjel b’dan il-mod. L-istess għall-kant. Fil-fatt, sirt naf tfala ċkejkna li dan l-aħħar qed tikseb suċċessi ġmielhom fil-kant. Qed nirreferi għal Courtney Camilleri. Courtney toqgħod is-Swatar, tattendi l-iskola St Francis Secondary, Tas-Sliema u s-sena d-dieħla tielgħa Form 5. Bħala passatempi għandha għal qalbha l-kant, il-qari u d-drama. Tqis lilha nnifisha bħala tifla kalma, paċenzjuża u li dak li ddaħħal f ’rasha tagħmlu, tagħti l-aħjar li tista’ f ’kull ħaġa li tidħol għaliha, u perfezzjonista. Ilha tkanta għal dawn l-aħħar erba’ snin, u tieħu lezzjonijiet għand il-Vocal Booths Studio fejn, minbarra l-lezzjonijiet, tiddedika għoxrin minuta kuljum għall-kant. Tħobb tkanta kważi minn kollox, però l-kanzunetti favoriti tagħha huma dawk meħudin minn musicals. Fost il- ħafna sagrifiċċji li tirrikjedi li tagħmel trid toqgħod ukoll attenta x’tiekol u x’tilbes. Ma’ Courtney iddiskutejt jekk

taħsibx li bil-kant tista’ tagħmel futur hawn Malta. “Jien għalissa nagħmlu bħala passatemp u naħseb hawn Malta huwa diffiċli ħafna biex taħdem fuq kant biss,” sostniet Courtney. Minkejja li għadha żgħira, diġà kellha esperjenzi u suċċessi sodisfaċenti ta’ kant barra minn Malta, fosthom fir-Rumanija. Ħallejt f ’idejha sabiex telabora aktar. “Kont ili naħdem għallfestival Volare xhur sħaħ, u kont eċitata ħafna għax ridt nagħti l-aħjar li nista’ fi tliet minuti u nġib isem Malta ’l quddiem. Ovvjament, kienet esperjenza li ma ninsa qatt u nibqa’ ngħożż tul ħajti kollha,” tbissmet tgħidli. Tintgħażel permezz festival EuroStars

tal-

Barra minn hekk, f ’April li

għadda rnexxielha tikseb titlu bħala Star of the Festival, mis-sessjoni tal-adulti waqt ilfestival Eurostars organizzat ukoll minn Martin Degabriele ta’ Stardust Promotion u Catherine Degabriele. Dan kien festival internazzjonali li fih ipparteċipaw ’il fuq minn 14-il pajjiż u kien hemm kompetizzjoni qawwija ħafna. Bis-saħħa t’hekk, Courtney intgħażlet biex tipparteċipa filfestival Euro Pop Vision firRumanija. Lil hinn mill-mużika u kant, xtaqt l-opinjoni tagħha fuq kif taħsibha dwar il-homework li jingħataw l-istudenti mill-iskola biex jagħmluh id-dar; jekk għandux jinqata’ darba għal dejjem u minflok l-istudenti jiffukaw biss fuq dak li jitgħallmu fil-klassi. “Naqbel ħafna għax nemmen li l-ammont ta’ homework li qed jingħata qed iżid l-istress fost l-istudenti. Aħna għandna noħolqu bilanċ bejn l-iskola, talenti u l-ħajja soċjali tagħna. Dan mhux dejjem huwa possibbli minħabba l-ammont ta’ studju u ta’ homework,” sostniet Courtney. Magħha ddiskutejt ukoll ilfatt li, minn dak li tinnota, taħsibx li hawn wisq kantanti Maltin li dejjem qed ifaqqsu fuq daqsxejn ta’ gżira żgħira, u jekk iddejjaqiex il-kompetizzjoni kbira li għandha madwarha. “Hawn ħafna talent li qed jiġi skopert kuljum f ’dan il-pajjiż żgħir. Għalhekk wieħed għandu jaħdem iktar biex jikkompeti miegħu nnifsu u wara jara r-riżultat mixtieq,” saħqet miegħi.

Ta’ min jgħid li l-aktar lingwa li tkanta biha Courtney hija l-Ingliż, però tixtieq tibda tkanta bit-Taljan ukoll. Fil-fatt, hija l-prijorità tagħha li tagħmel dan. Tkanta wkoll bil-lingwa Maltija. Xtaqt inkun naf dwar il-bidu tal-avventura tagħha fil-mużika u jekk fuq kollox il-mużika kinitx dejjem fiha. Skoprejt li l-mużika minn dejjem kienet tħobbha, u ommha tgħidilha li minn mindu kienet żgħira ħafna kienet dejjem tipprova tkanta u kienet ukoll tħobb tisma’ d-diski. “Kien hemm xi drabi li waqaft mill-biki biss meta nisma’ l-mużika. Bdejt billi dħalt fil-kor tal-iskola u kelli solo fil-kunċert tal-Milied. Wara ftit għamilt audition mal-Animae Gospel Choir u ntgħażilt. Minn hemm bdiet l-avventura tiegħi.

Meta tkanta barra minn xtutna dejjem ikollha lil Malta f ’moħħha Xtaqt inkun naf ukoll jekk, minn dak li tosserva, hemmx xi differenzi minn meta tkanta hawn Malta stess għal meta tkanta barra minn Malta. Il-kummenti tagħha kienu: “Nemmen li l-ammont ta’ talent u kompetizzjoni huma l-istess b’differenza li meta tkanta barra minn Malta jrid ikollok lil pajjiżek dejjem f ’moħħok u tipprova tagħmel isem għalik u għal pajjiżek.” Magħha ddiskutejt ukoll ilpreparamenti, arranġamenti u spejjeż marbutin ma’ kull darba li jkollha tkanta barra minn xtutna. Fil-fatt, Courtney sostnieti li meta tkanta barra minn Malta jkun hemm bosta preparamenti f ’dawk li huma lezzjonijiet tal-kant għax tmur aktar spiss, ħwejjeg, koreografija, mediċina għal li jista’ jkun, eżerċizzji tal-vuċi u ħafna preparamenti oħra. “Bħala spejjeż ikolli tal-vjaġġ biss għax il-lodging ikun b’xejn għal waqt il-jiem tal-festival u, naturalment, jekk indum aktar granet inħallas ilkumplament tal-lodging.” S’issa Courtney għadha ma ħargitx album imma, ovvjament, dan il-pass huwa wieħed mill-ħolm tagħha. Tħoss li l-kant huwa parti minn ħajjitha; bih tesprimi ruħha u huwa għalhekk li trid tkompli fuqu. “Jiena se nibqa’ naħdem u nagħmel l-aħjar li nista’ biex jinfetħuli bibien godda.” Fl-aħħar nett xtaqet tgħaddi messaġġ lill-qarrejja żgħażagħ tal-gazzetta KullĦadd. “Ilparir tiegħi huwa li jitgħallmu jagħrfu l-ħażin mit-tajjeb; li tkun għażżien ma tieħu xejn fil-ħajja u ma tarax frott fil-futur. Għalhekk hu importanti li jagħżlu jimlew ħinhom ma’ familthom, ma’ sħabhom u f ’affarijiet li jipprovdilhom futur aħjar,” temmet tgħid Courtney.


SKEDA

kullhadd.com

03|07|2016 27

103 07.45 Sejjaħtli Helpline (R) 08.30 Paperscan 10.05 Aroma Kitchen (R) 11.25 Mad-Daqqa t’Għajn (R) 12.30 Aħbarijiet 12.35 Kyrios 12.45 Telebejgħ 13.05 In D House (R) 14.10 Dak li Jgħodd Teens (R) 15.00 Liquorish (R) 17.30 Aħbarijiet 17.35 Telebejgh 17.50 Maratona b’Risq id-Dar tal-Providenza 18.30 Attività Politika 19.00 Ieqaf 20 Minuta 19.30 Aħbarijiet 20.05 Żona Ewropea 20.35 Andrew & Sue 21.35 On D Road 22.15 Maratona b’Risq id-Dar tal-Providenza

101 06.00 Aħbarijiet 08.00 Documentary 08.30 F24 Documentary 08.45 Hadt l-Aħbar 10.00 Madwarna 10.30 Malta u lil hinn minnha 12.00 News 12.10 Ħadd Għalik 15.00 Simpatiċi 17.05 Tertuqa 17.35 Għawdex Illum 18.00 Aħbarijiet 18.15 Maratona b’Risq id-Dar tal-Providenza 20.00 Aħbarijiet 20.45 Euro 2016 – Pre-match Programme 21.00 Euro 2016 22.45 Euro 2016 – Highlights Programme 23.45 News 24.00 Smack Down WWE

151 06.00 Lena 06.30 Memex 07.00 Sea Patrol 08.25 Heartland 09.50 Dream Hotel 11.20 La Nave Dei Sogni 13.00 TG2 Giorno 13.30 Il Caffe Degli Europei 14.00 Meteo 2 14.05 Sereno Variabile Estate 14.40 Viaggi da Record 15.10 Delitti in Paradiso 16.10 Il Commissario Lanz 17.10 Squadra Speciale Stoccarda 18.40 Formula Uno 20.30 TG2 21.05 Hawaii Five-0 22.35 CSI Cyber 23.00 NYC 22 23.20 CSI Cyber 23.45 NYC 22

152 06.00 Fuori Orario 06.15 Ciclismo 12.00 TG3 12.10 TG3 Fuori Linea Estate 12.25 TGR 12.55 I Grandi Protagonisti 14.00 TG Regione 14.15 TG3 14.30 Tour de France 2016 15.00 TG Sport 17.15 Processo Alla Tappa 18.00 Kilimangiaro Magazine 18.55 Meteo 3 19.00 TG3 19.30 Tg Regione 20.00 Blob 20.10 I Giorni di Parigi 20.35 Colpo di Scena 21.05 Quel Mostro di Suocera 23.00 TG3 23.10 TG Regione 23.15 Nemico Pubblico Live

162 06.00 Mediashopping 06.55 Anica Flash 07.00 Extreme Makeover Home Edition 08.35 Mediashopping 08.50 Cambio Casa, Cambio Vita 09.55 X-Style 10.30 The Rachel Zoe Project 11.25 Il Matrimonio Piu Bello 11.55 Dr House – Medical Division 13.50 The Originals 15.40 Compagni di Viaggio 16.45 Il Matrimonio Piu Bello 17.15 Rosamunde Pilcher – Le Ragioni Del Cuore 19.15 Dr House – Medical Division 21.10 Royal Pains 23.00 Vicky Cristina Barcelona 23.25 Anica Flash 23.30 The Rachel Zoe Project

300 06.00 Show Me Show Me 06.20 Mr Blooms Nursery 07.05 Show Me Show Me 07.25 Mr Blooms Nursery 07.45 Woolly and Tig 07.50 Doctors 09.50 EastEnders 12.20 Absolutely Fabulous 13.20 Bargain Hunt 16.20 Doctor Who 17.05 BBC Proms 19.00 Harry Hill Live – Sausage Time 20.00 Tess of the Durbervilles 21.00 Mad Dogs 21.45 What Remains 22.35 Sherlock 23.40 Bargain Hunt

400

372 06.00 Roadtrip With G. Garvin 07.00 Chopped 08.00 Amazing Wedding Cakes 09.00 The Pioneer Woman 10.00 Sibas Table 11.00 Barefoot Contessa. Back to Basics 12.00 Diners, Drive-Ins and Dives 14.00 Chopped 15.00 Guys Grocery Games 16.00 Amazing Wedding Cakes 17.00 Sibas Table. Fast Feasts 17.30 Sibas Table 18.00 Luke Nguyens United Kingdom 19.00 Cutthroat Kitchen 20.00 Chopped South Africa 21.00 Man v Food 22.00 Mystery Diners 23.00 Man v Food 23.00 Cutthroat Kitchen 23.30 Man v Food

06.00 How Do They Do It? 06.25 Fat N Furious. Rolling Thunder 07.15 Fast N Loud 08.10 Wheeler Dealers 09.05 Extreme Car Hoarders 09.55 Classic Car Rescue 10.50 Misfit Garage 11.40 Storage Hunters UK 12.35 Property Wars 13.30 The Liquidator 14.25 Dallas Car Sharks 15.20 Diesel Brothers 16.15 Engine Addict With Jimmy de Ville 17.10 How Its Made – Dream Cars 18.05 Driving Wild 19.00 Kings Of The Wild 20.00 Free Ride 21.00 Marooned With Ed Stafford 22.00 Snaketacular 23.00 Killing Fields 23.50 Free Ride

412

410 06.00 House Hunters International 08.05 Extreme Houseboats 09.00 Baggage Battles 10.00 Extreme RVs 11.00 The Treehouse Guys 12.00 Building Alaska 13.00 The Vanilla Ice Project 14.00 Lake Life 15.00 Salvage Dawgs 16.00 The Treehouse Guys 17.00 Building Alaska 18.00 Hotel Impossible 19.00 Extreme RVs 20.00 Greatest Mysteries 21.00 Mysteries at the Castle 22.00 Building Alaska 23.00 Bizarre Foods. Delicious Destinations 23.00 The Treehouse Guys 23.30 Bizarre Foods. Delicious Destinations

05.30 Storage Wars 09.00 Pawn Stars 15.00 Storage Wars. Miami 17.00 Storage Wars 18.00 Pawn Stars 19.00 Swamp People 20.00 Counting Cars 21.00 American Pickers 22.00 Storage Wars 23.00 American Pickers 23.00 Vikings

104 06.00 Euro News 07.00 F24 Documentaries 08.00 News Loop 09.00 Holy Mass 09.45 Vatican Magazine 10.15 L-Ordni 10.45 Dot EU 11.00 Għanafest 12.15 Paq Paq on Test 12.30 Xarabank 15.00 Madwarna 15.30 Luxdesign 16.30 Għawdex Illum 17.00 Euro News 18.00 Gastrokultura 18.30 New Rooms 19.00 Pre-match Programme Euro 2016 20.45 Aħbarijiet għal persuni b’nuqqas ta’ smigħ 20.50 Maratona Volleyball

102 07.00 Net News 08.00 Missjoni 09.00 Telebejgħ 10.00 Ċerimonja ta’ Rikonoxximent Sportiv 12.00 Telebejgħ 14.00 Aħbarijiet 14.05 Telebejgħ 14.30 It-Tfal jiġu bil-Vapuri 16.00 Iswed fuq l-Abjad (R) 17.00 Mister Fisherman (R) 18.00 Aħbarijiet 18.05 Flusek (R) 18.35 Maratona b’Risq id-Dar tal-Providenza 19.30 Aħbarijiet 19.50 Replay Kampjonat Ewropew 20.30 Vittmi 22.30 Maratona b’Risq id-Dar tal-Providenza 00.00 Aħbarijiet

153 06.40 TG4 Night News 07.00 Media Shopping 07.30 Superpartes 08.10 Confessione Reporter 09.20 Wild Alaska 10.00 Santa Messa 10.50 Wild Alaska 11.30 TG4 Telegiornale 12.00 I Due Marescialli 14.10 Donnavventura 14.22 Un te Con Mussolini 16.50 Simon Bolivar 18.50 Anteprima TG4 18.55 TG4 Telegiornale 19.35 Dentro la Notizia 19.55 Tempesta d’Amore 21.15 The Interpreter 23.40 TG4 Night News 23.50 The Shepherd: Pattuglia di Confine

306 06.00 Rich Kids of Beverly Hills 11.00 Botched 16.00 Keeping up With the Kardashians 21.00 Botched 22.00 Famously Single 23.00 LA Clippers Dance Squad 23.00 Rich Kids of Beverly Hills

403 07.40 Buddys Family Vacation 08.35 Cake Boss 09.30 Little People, Big World 11.20 Single Dad Seeking... 12.15 Two in a Million 13.10 Little People, Big World 14.05 Buddys Family Vacation 15.00 Bride by Design 15.30 Say Yes to the Dress 15.55 Say Yes to the Dress. Bridesmaids 16.25 Say Yes to the Dress. Randy Knows Best 16.50 Curvy Brides 17.20 Something Borrowed, Something New 17.50 Happily Ever Laughter 18.15 Say Yes to the Dress Canada 18.45 Say Yes to the Dress. Randy Knows Best 19.10 Say Yes to the Dress. The Big Day 20.05 My Crazy Italian Wedding 21.00 Say Yes to the Dress. The Big Day

452 07.10 Blaze and the Monster Machines 07.35 PAW Patrol 08.00 Winx Club 08.50 The Fairly OddParents 09.35 Sanjay and Craig 10.05 Alvinnn!!! and the Chipmunks 10.30 Kung Fu Panda 11.20 Swindle 12.55 Big Time Rush 13.20 Alvinnn!!! and the Chipmunks 13.45 SpongeBob SquarePants 14.45 The Penguins of Madagascar 15.40 The Fairly OddParents 16.00 iCarly 16.30 Henry Danger 19.25 The Thundermans 19.55 Bella and the Bulldogs 20.20 100 Things to Do Before High School 20.45 SpongeBob SquarePants 21.15 Avatar: The Legend of Aang 22.05 Big Time Rush

150 06.00 TG Parlamento 06.30 Sembra Ieri 07.05 L’Italia Della Repubblica 08.00 TG1 08.20 Passaggio a Nord-Ovest 09.05 Dreams Road 09.55 Easy Driver 10.25 A Sua Immagine 10.55 Santa Messa 11.50 A Sua Immagine 12.00 Recita Dell’Angelus 12.10 A Sua Immagine 12.20 Linea Verde Estate 13.30 Telegiornale 14.00 Una Domenica da Leoni 15.05 Visto Non Visto Che Spettacolo 17.35 Un Fiuto Speciale 18.45 Reazione a Catena 20.00 Telegiornale 20.35 UEFA Euro 2016 23.10 Il Grande Match

154

155

06.00 Prima Pagina 07.59 TG5 Mattina 09.10 Cuccioli 10.50 Ciak Junior 12.00 Melaverde 13.00 TG5 13.40 Larca di Noè 14.01 Letters to Juliet 16.15 Domenica Rewind 18.45 Caduta Libera 20.00 TG5 20.40 Paperissima Sprint 21.11 Il Segreto 23.20 X-Style 23.50 TG5 Notte

07.00 Superpartes 07.35 Mototopo autogatto 07.50 Pixie e Dixie 08.05 Le Nuove Avventure di Scooby Doo 08.30 I Flintstones 09.25 Pippi Calzelunghe 10.35 Una Mamma Per Amica 12.25 Studio Aperto 13.00 Sport Mediaset 13.45 Universitari – Molto Piu Che Amici 16.00 Questo Piccolo Grande Amore 18.20 Tom and Jerry 18.30 Studio Aperto 19.00 Camera Cafè 19.20 Tre Metri Sopra il Cielo 21.25 Scusa ma ti Voglio Sposare 23.15 Grimm 23.40 Italian Pro Surfer

307

312

06.00 House Hunters 06.50 Caribbean Life 07.15 Hawaii Life 07.40 Healthy Gourmet 08.30 Beachfront Bargain Hunt 09.25 Caribbean Life 09.50 Hawaii Life 10.15 Rehab Addict 11.10 Curb Appeal 12.00 House Hunters 12.50 Fixer Upper 13.45 Platinum Weddings 14.35 Tiny House, Big Living 15.25 Fixer Upper 16.15 Restoration SOS Victoria 17.05 Platinum Weddings 18.00 Celebrities at Home 18.55 House Hunters 19.45 Hawaii Life 20.10 Caribbean Life 20.35 Rehab Addict 21.00 Rachel Hunters Tour of Beauty

05.55 An American Rhapsody 07.40 Alexander the Great 09.55 Race for The Yankee Zephyr 11.45 Overboard – Ein Goldfisch Fallt Ins Wasser 13.35 The Apartment 15.40 The Aviator 17.15 Bank Shot 18.40 The Beast of Hollow Mountain 20.00 She-Devil 21.40 Stripes 23.10 Barbershop 2 – Back in Business 23.25 Barbershop

405

406

06.00 Meet the Sloths 06.25 DogTV 07.15 Restoration Wild 08.10 Wild Capture School 09.05 The Wild Life of Tim Faulkner 10.00 DogTV 10.55 In Search of the Giant Anaconda 11.50 Bahama Blue 12.45 Wildest Middle East 13.40 Yankee Jungle 14.35 Biggest and Baddest 15.30 Cuban Shark 16.25 Wildest Latin America 17.20 Restoration Wild 18.15 Wild Capture School 19.10 The Wild Life of Tim Faulkner 20.05 Bondi Vet 21.00 Restoration Wild 21.55 In Search of the Giant Anaconda 22.50 Gator Boys 23.35 Wildest Middle East 23.45 Gator Boys

06.00 Genius by Stephen Hawking 08.00 UFO UK. New Evidence 09.00 Ghost Ship. Resurrection 10.00 Cyclings Greatest Fraud 11.00 Egypt 12.00 The Egyptian Job 14.00 Hitler the Junkie 15.00 Nazi Megastructures 17.00 Titanic. The Final Word With James Cameron 19.00 Science of Stupid 20.00 Genius by Stephen Hawking 21.00 Cosmos. A Spacetime Odyssey 22.00 Mission Pluto 23.00 Science of Stupid 23.00 Titanic. The Final Word With James Cameron 23.30 Science of Stupid

Ċentru Laburista Iż-Żejtun Offerta għall-kiri tal-bar Il-kumitat Laburista taż-Żejtun javża li se jkun qed jiftaħ l-applikazzjonijiet għall-bar minn nhar il-Ħadd 26 ta’ Ġunju sa nhar it-Tlieta 5 ta’ Lulju sas-7.00pm. L-applikazzjoni tinġabar mingħand il-membri tal-kumitat u tiswa €10. Il-kumitat jista’ jirrifjuta l-aktar offerta vantaġġuża.


28 03|07|2016

kullhadd.com MIĊ-

ĊINEMA

RAPPORT TA’

ĊINEMA

CARMEL BONNICI

ĠURNATA NAZZJONALI TAĊ-ĊINEMA: IL-21 EDIZZJONI Nhar is-Sibt 9 ta’ Lulju, id-distributuri lokali KRS flimkien mas-sidien tat-teatri se jorganizzaw il-Ġurnata Nazzjonali taċ-Ċinema. Iċ-ċineasti kollha huma mistiedna għall-festa tal-aqwa films riċenti u ta’ din is-sena. Se jkun hemm għall-wiri selezzjoni ta’ mhux inqas

minn għaxar films bil-prezz tad-dħul imraħħas sostanzjalment. Il-films li se jkunu esibiti dakinhar jinkludu produzzjonijiet ġodda ta’ ġeneri diversi li jvarjaw minn xogħlijiet ta’ azzjoni u avventura, kummiedji, oħrajn animati għall-familja, avventuri tax-

xjenza fittizja bl-azzjoni u anke fantasiji. F’Malta, il-ħinijiet tal-wiri jibdew mid-9.00am sa tard billejl. Fis-Citadel Cinema, Għawdex, mill-5.00pm sa tard billejl. Aħsbu għall-biljetti kmieni biex ma tiddiżappuntawx ruħkom!

Uħud mill-films li se jintwerew dakinhar, jinkludu:

erba’ wlieda.

raġel ipparalizzat.

CENTRAL INTELLIGENCE: – lenti tas-CIA mingħajr ma jirrealizza għal xiex daħal.

WARCRAFT – Gwerer bejn l-umani u mostri koroh f ’diversi postijiet.

THE SECRET LIFE OF PETS – Film animat dwar żewġt iklieb li fit-triqat imwarrba ta’ New York jiltaqgħu ma’ annimali oħra abbandunati u perikolużi.

ANGRY BIRDS – Film ieħor animat fejn għasafar timidi li ma jtirux isiru rrabjati meta majjali ħodor jinvadu l-gżira tagħhom.

INDEPENDENCE DAY: RESURGENCE – Għoxrin sena wara l-aljeni jerġgħu jattakkaw lid-dinja b’teknolġija aktar avvanzata.

TEENAGE MUTANT NINJA TURLES: OUT OF THE SHADOWS – F’dan is-sequel ilfkieren protetturi tal-bnedmin flimkien ma’ reporter u eroj liebes maskra jippruvaw isalvaw il-belt tagħhom minn invażjoni aljena.

THE LEGEND OF TARZAN – Wara ħafna snin jgħix f ’Londra, Tarzan jerġa’ lura fil-ġungla biex jinvestiga attivitajiet kriminali. ABSOLUTELY FABULOUS – Żewġ nisa mdaħħlin fiż-żmien jaħarbu mingħajr flus lejn ir-Rivjera Franċiża wara li jkunu suspettati bi qtil ta’ supermodella, biex jibqgħu jixxalaw daqs qabel. Ibbażat minn fuq serje televiżiva popolari. THE CONJURING 2 – Wieħed millisbaħ films tal-biża’ ta’ dan l-aħħar, fejn spirti malinni jippersegwitaw omm u lill-

ME BEFORE YOU – Tfajla li ma taqta’ qalbha minn xejn tieħu ħsieb

THE SECRET LIFE OF PETS

IMŻEWWAQ

ANNIMALI JIĠĠERREW MAT-TRIQAT TA’ NEW YORK Vucijiet Ewlenin: Louis C.K., Eric Stonestreet, Kevin Hart, Jenny Slate, Ellie Kemper, Steve Coogan, Albert Brooks Direttur: Chris Renaud Distributur: Universal Maħruġ minn KRS Releasing Fil-films animati, l-annimali ġeneralment jitkellmu meta l-umani jwarrbu minn quddiemhom. Dan ix-xenarju narawh ukoll f ’The Secret Life Of Pets, fejn anke nassistu għal dak kollu li jagħmlu meta s-sidien tagħhom jitilqu għaxxogħol jew l-iskola. Max (vuċi ta’ Louis C.K.) terrier intelliġenti, isib li l-kwalità ta’ ħajja komda li qed jgħix se tmur għallagħar meta Katie (Kemper), it-tifla li adottatu, iġġib fiddar lil Duke (Stonestreet), kelb mongrel ta’ kobor, goff u bla edukazzjoni. Ma’ dan iddiżutli jsibu ruħhom fit-triqat imwarrbin u perikolużi ta’

Ħin: 90 min. Ċert. PG

New York, fejn kull xorta ta’ annimali maħrubin jiġġerrew. Hawn jiddeċiedu li jinsew id-differenzi ta’ bejniethom biex jieqfu lil Snowball (Hart), fenek abjad fuq tiegħu li qed jgħaqqad armata ta’ annimali abbandunati minn sidhom biex jeħduha kontra l-umanità. Il-ħerba li jnisslu f ’postijiet kummerċjali ta’ din il-belt enormi hi tassew inkredibbli. The Secret Life Of Pets għandu jogħġob ħafna liż-żgħar, speċjalment fl-andament ikkargat li jissuċiedi kważi mingħajr waqfien, u bil- ta’ dan ix-xogħol divertenti jgħixu ferħanin flimkien u varjazzjoni ta’ annimali ta’ hi li dawk ta’ karattru distint li l-kobor fuq xi ħadd mhux kull lewn u daqs. It-tagħlima u oppost jistgħu faċilment bilfors li jfisser antagoniżmu.


ĊINEMA

kullhadd.com

03|07|2016 29

THE CONJURING 2

EŻILERANTI

FILM SUPERJURI TAL-BIŻA’ U T-TWERWIR Atturi Ewlenin: Patrick Wilson, Vera Farmiga, Frances O’Connor, Madison Wolfe, Maria Doyle Kennedy, Franka Potente, Simon McBurney Direttur: James Wan Ħin: 134 min. Distributur: New Line Cinema/Warner Bros Maħruġ minn KRS Releasing Ċert. 15 Naħseb li hi ħaġa diffiċli biex il-films tal-biża’ u s-sopranaturali The Exorsist (1973) u The Innocents (1961) jiġu ssuperati. Films oħrajn tajbin ta’ dan il-ġeneru kienu: The Haunting (1963), The Amityville Horror (1979), Paranormal Activity (2007) u The Conjuring (2013). Iħabbatha sewwa b’mod konsiderevoli magħhom huwa The Conjuring 2. Wara s-suċċess finanzjarju li kellu The Conjuring, id-direttur James Wan (il-kreatur tas-sensiela Saw), reġa’ dderieġa thriller ieħor tassopranaturali bbażat minn fuq każ veru. Il-protagonisti huma l-istess Patrick Wilson u Vera Farmiga bħala Ed u Lorraine Warrenli, fir-realtà kienu jmorru jinvestigaw każijiet fejn jidhru l-iħirsa.

Dawn iż-żewġ demonoloġisti ssaraw ma’ spirtu malinn ġo razzett imbiegħed f ’Rhode Island fis-sena 1970, każ li rajnieh f ’The Conjuring u filprologu ta’ The Conjuring 2 narawhom jiddeffsu b’riskju għal ħajjithom fil-każ ta’ Amityville, New York. Każ ieħor tant imsemmi hu dak li ġara f ’Enfield, Londra ta’ Fuq, fl-1977, fejn ikunu involuti omm waħidha u l-erba’ wlied tagħha f ’dar imxajtna, li jitolbu l-għajnuna ta’ Ed u Lorraine. The Conjuring 2, li hu twil sagħtejn u kwart, jiżvolġi mill-ewwel bil-mod, waqt li jkompli jżid it-tensjoni b’intensità kbira u manjiera eżileranti u tant mimlija intriċċi misterjużi li l-ħin ma tarahx għaddej. Veru

forsi li xi mumenti huma xi ftit esaġerati u jikkopja wkoll minn The Exorcist, imma t-tifla, Janet Hodgson (Wolfe), li fiha jidħol l-ispirtu malinn, hi veru kredibbli. Dan il-film għandu mumenti tassew tal-waħx u tat-tkexkix,

b’interpretazzjonijiet tajbin u andament li qatt mhu tedjanti. Waqt il-kredti talaħħar tistgħu tisimgħu eżatt x’kienu rrekordjaw Ed u Lorraine meta intervistaw lit-tifla ppussessata. Ta’ min ikun jaf li ftit qabel

CENTRAL INTELLIGENCE

beda l-ġbid uffiċjali ta’ dan ix-xogħol, fuq is-sett inġieb Father Steven Sanchez, qassis eżorċista Kattoliku minn Albuquerque, New Mexico, biex ibierek il-post u lill-atturi u l-ekwipaġġ kollu. FLUWIDU

IL-BEŻŻIEGĦ U L-PALADIN F’INTRIĊĊI GWAPPI ħsieb ta’ xejn u wara jipprova Atturi Ewlenin: Dwayne Johnson, Kevin Hart, Amy Ryan, jirtira mill-intriċċi li daħal Aaron Paul, Danielle Nicolet u Melissa McCarthy fihom. Dwayne Johnson aktar Direttur: Rawson Marshall Thurber Ħin: 107 min nabbinawh ma’ films ta’ Distributur: Universal/New Line Cinema azzjoni furjuża, iżda ġieli wkoll Maħruġ minn KRS Releasing Ċert. 12A jinterpreta karattri ta’ qilla b’mod farsesk. Għoxrin sena Minkejja li Central Intelligence produzzjoni. Lil Kevin Hart ilu, fl-1996, Bob (Johnson), hu film mexxej ta’ azzjoni issa drajnieh f ’kummiedji żagħżugħ oħxon u fabbli, kien qawwija, l-umoriżmu sfrenat gwappi fejn jiddeffes f ’kull spiss ikun imwaqqa’ għaċ-ċajt tassew jiddomina din il- sitwazzjoni taħraq mingħajr u ż-żuffjett quddiem l-istudenti

kollha tal-iskola waqt li Calvin (Hart) kien popolari ħafna fuq il-kampus. Wara, Bob laħaq aġent utli tas-CIA. Fil-prżent, meta jmur lura l-kulleġġ għal riunjoni, jiltaqa’ wiċċ imb wiċċ ma’ Calvin, issa accountant komuni u diżilluż. Mill-ewwel, Bob jitlob l-għajnuna tiegħu fix-xogħol sigriet u ta’ riskju li għandu. Il-beżżiegħ Calvin qatt ma jirrealizza għal xiex daħal u jkun tard wisq meta jinduna bil-periklu li jinsab fih. Dawn jgħaddu minn ħafna avventuri

ta’ qtigħ il-qalb, sparar, spjunaġġ u inganni. Central Intelligence jiżvolġi b’mod eżileranti, kultant tassew tad-daħk u anke rifreskanti fil-manjiera brutali kif Johnson għandu ħabta jħebb għall-għedewwa tiegħu, jiżbranahom, jew isabbathom b’qilla kbira ma’ xi ħajt jew mal-art. Flimkien, dawn iżżewġ persuni ta’ attitudni diversa verament jikkumbinaw tajjeb biex joħolqu spettaklu u jirreaġixxu skont in-natural tagħhom.

L-AQWA ĦAMES FILMS Bejn it-22.06.2016 u s-27.06.2016

1. 2. 3. 4. 5.

Warcraft Angry Birds Me Before You Teenage Mutant Ninja Turtles: Out Of The Shadows Alice Through The Looking Glass

KOMPETIZZJONI EMPIRE CINEMA

Mistoqsija għal din il-ġimgħa:

Semmi wieħed mill-atturi prinċipali ta’ Central Intelligence.

Ibgħat it-tweġiba tiegħek lil: Kompetizzjoni Films, KullĦadd, Ċentru Nazzjonali Laburista, Triq Mile End, il-Ħamrun, ĦMR 1717. Rebbieħ tal-ġimgħa l-oħra: N. DEBONO – is-Siġġiewi


30 03|07|2016

kullhadd.com

AVVIŻI

AVVIŻI KLASSIFIKATI

­­­­PR­OPRJETÀ

TANAYA’S Dev. Ltd: Għażla kbira ta’ appartamenti f ’kull żona ta’ Malta. Jinbiegħu mingħajr depożitu u nħallsulek il-kuntratt. Offerta speċjali. Għal aktar dettalji ċempel 9992 4999. Mingħajr aġenti jekk jogħġbok. SERVIZZI Lezzjonijiet tal-privat f ’Ħ’Attard. Maths minn Form 3 sa Form 5. Accounts minn beginners sa livell ordinarju, intermediate u advanced. Korsijiet jibdew f ’Lulju. Ċemplu 9922 3915 jew 2143 7886. Investigazzjoni privata: żwiġijiet, għerusija u relazzjonijiet oħra, DNA forensic tests, tfal maħtufin minn Malta, każijiet ċivili, każijiet oħra fil-Qorti, problemi f ’kumpaniji jew negozju. Nagħmlu xhieda fil-Qorti. Naħdmu f ’Malta u anke barra. Għal appuntament ċemplu 7959 0000. Email: info@ privateinvestig ationmalta. com Korsijiet f ’Livell Ordinarju f ’diversi suġġetti bħallMatematika,  Ingliż, Malti, Franċiż, Fiżika u oħrajn. Noffru wkoll korsijiet talECDL. Prezz €35 kull module. Noffru wkoll korsijiet bażiċi fil-kompjuter, €50. Ċempel 2166 2241 jew 7766 2241 jew żur is-sit elettroniku www. tudorinstitute.com Tewmi Group għal lezzjonijiet tal-karozzi kemm manual u kif ukoll automatic. Cab service u karozzi għall-kiri bi prezzijiet raġonevoli. Żur is-sit www. tewmi.com jew ċempel 9942 2422.

Lezzjonijiet taż-żfin fuq stil ballroom jew Latin-Amerikan. Lezzjonijiet taż-żfin għallbeginners u kompetizzjonijiet minn Imperial Qualified Dance Teacher (ISTD) Ibgħat SMS fuq 7925 3015 jew ċempel 2138 6818 sa 12.00pm.

ta’ arloġġ kif ukoll nibdlu batteriji, ċineg, naqtgħu kull forma ta’ ħġieġa, eċċ. Għal dawk l-arloġġi tajbin għallilma, noffru s-servizz ta’ water pressure test waqt li tistennew għalih. Nispeċjalizzaw ukoll fuq tiswija ta’ grandfather clocks u kull tip ta’ clock. It-tiswija hija bil-garanzija. Għal aktar informazzjoni żur is-sit: www. e x p r e s s wa t ch r e p a i r s. c o m jew irrikorru 110, Triq ilKungress Ewkaristiku, ilMosta. Ċempel 2141 7235.

Care and Cure Group Ltd: infermiera mħarrġa, caring assistants, nannies, nies imħarrġin biex iżommu kumpanija, għajnuna fid-djar u night sitters. Servizz ta’ 24 siegħa, Għandna wkoll għallkiri: wheelchairs, hoists, commodes, walking frames u hospital beds. XOGĦOL TA’ Għal aktar informazzjoni MANUTENZJONI ċempel fuq dawn in-numri: 2137 6946/9947 0178. Għal kull tip ta’ problema ta’ moffa jew bjut jagħmlu l-ilma aħna għandna s-soluzzjoni. AFFARIJIET Nispecjalizzaw f ’waterproofing GĦALL-BEJGĦ membrane u liquid membrane fuq bjut, appoġġi, btieħi, basements, Għodda għall-aluminium. Mag- eċċ. Nużaw materjal ta’ kwalità na taċ-ċappetti, slot għal serra- kollu ċċertifikat b’10 snin turi u għal plinta, lupa 14-il pul- garanzija. Għal stima b’xejn zier u kompressur, kollha 3PH. ċempel 7908 6715. Ċempel 7927 4732. Installazzjoni u tiswija Għamara għall-bejgħ f ’kun- ta’ aerials tat-televiżjoni. dizzjoni tajba. Kċina tal-oak Offerti vantaġġjużi fuq bil-mejda u sitt siġġijiet. Kamra sistemi tas-satellita u fuq tas-sodda. Wall unit u vetrina l-android TV boxes. Għal aktar tal-kawba kollha ħġieġ. Ċempel informazzjoni ċempel 2148 2731 2977. 6211. Aħna nixtru kollox, bħal għamara, fajjenza, arloġġi, figurini, muniti, midalji, u kull ħaġa oħra. Ċemplu fuq 2147 0128, 2123 7597 jew 9986 9519.

Għal kull tip ta’ kisi bil-ġibs, ramel u siment, graffiato, żebgħa, xogħol fuq l-antik, xogħol fuq il-pond, madum, membrane, dawl u ilma. Ċempel fuq 7928 5444.

Għandna varjetà kbira ta’ arloġġi bħal Tissot, Citizen, Casio, Michael Kors, Fossil, Esprit, Festina u Q&Q. Issibilna wkoll arloġġi ta’ malħajt, żveljarini u selezzjoni ta’ cuckoo clocks mill-Black Forest. Noffru servizzi rigward tiswija ta’ kull tip

Tiswija u installazzjoni ta’ estensjonijiet tat-telefowns għal kull tip ta’ linji fissi. Ċempel fuq 7993 0419. Varjetà ta’ ħwat, ħoroż, kanali tal-ilma, ċangatura qadima jew ġdida, kantun qadim, lavur ta’ kull tip. Ċempel lil

Jason fuq in-numru 2143 ikunu miftuħin kuljum mid2352 jew 9947 7167. 9.00 san-12.30 u mill-16.00 sas-19.00. Paul & Waters Free Jason Gatt għal kull xogħol Delivery Service. Ċempel ta’ tibjid u tikħil, kisi normali, 2766 3361. fuq il-fil, fuq xogħol antik u bil-pont, kisi bil-ġibs u MUSIC LINK Issibilna kull graffiato. Kiri ta’ cherry picker tip ta’ strumenti mużikali, (tower ladder). Ċempel fuq fosthom drums kemm akustiċi 9945 4235 jew 2180 5811. u elettriċi, cymbals, percussion, pjanijiet diġitali, baby grand WP Ltd ta’ Triq ix-Xitwa, pianos, sound mixers u sound Ħal Qormi, jispeċjalizzaw cards. Apparat ta’ DJ sound f ’xogħol ta’ waterproof systems, kitarri klassiċi u membrane, damp proofing u akustiċi, bass guitars, strumenti rubberised paint. 25 sena tar-ram, wood winds, vjolini, esperjenza. Stimi b’xejn u spare parts u aċċessorji oħra. prezz moderat. Ċempel 2148 Issib ukoll kotba tal-mużika 8972, 2143 8326, 9944 5527 tat-tagħlim. Mur Music jew 7981 2784 jew żur is-sit Link, 262, Triq Fleur-de-Lys, www.wpmalta.com B’Kara. Ċempel 2148 2796. AGR AUTO JAPANESE Għal kull tip ta’ xogħol Parts għall-karozzi: Inbigħu fuq faċċata, bjut, appoġġi, kull tip ta’ parts ta’ karozzi gallarijiet, eċċ. Membrane jew Ġappuniżi u Koreani, liquid membrane. Mela pproteġi fosthom Kia, Toyota, l-proprjetà tiegħek mill-ilma Isuzu, Daewoo, Mitsubishi, tax-xita u ċempel issa għal Honda, Subaru. Huma wkoll stima b’xejn bin-numru 7905 importaturi ta’ żjut u air filters, 8883 jew idħol fuq is-sit www. shock absorbers, brake pads, darrendoitall.com clutches, eċċ. Parts ġenwini. Għal aktar informazzjoni Il-bejt tiegħek jagħmel ċempel 2144 6839 jew 9947 l-ilma? Għandek problema 4504. Fax: 2147 0295. Email: ta’ moffa? alex@agrautoparts.com Kenda Ltd issolvilek ilproblema. Nispeċjalizzaw Nigret Night Club and fuq xogħol ta’ waterproofing u Restaurant, Labour Ave, irmembrane b’10 snin garanzija. Rabat, Malta. Naċċettaw Xogħol professjonali bl-aqwa riservazzjonijiet għal coffee materjal ISO Pool. Għal mornings, lunches u dinner stima bla obbligu ċemplu dances u kull okkażjoni oħra. 7972 9967 jew żur is-sit www. Miftuħin fil-weekends, lejla kendawaterproofing.com Maltija b’differenza kull nhar ta’ Ġimgħa. Nhar ta’ Sibt mużika għal kulħadd AVVIŻI OĦRA ma’ Franz Grech. Inservu wkoll take-away fil-weekends. Paul & Waters – The Naċċettaw riservazzjonijiet Perfumery. Għall-aqwa ditti għal kull okkażjoni. Għal ta’ fwejjaħ, oriġinali u bl- aktar informazzjoni orħos prezzijiet f ’Malta, żur ċempel 2145 il-ħwienet ta’ Paul & Waters 4858/2145 4908/7945 4908. – The Perfumery. Il-ħwienet Tistgħu żżuru s-sit elettroniku tagħna tal-Fgura, il-Mosta, www.nigretnightclub.com jew Ħal Qormi u Raħal Ġdid www.nigretnc.com

KUPUN AVVIŻI KLASSIFIKATI IKTEB L-AVVIŻ F’DAN L-ISPAZJU

ISEM, KUNJOM, NRU TAT-TELEFOWN/MOWBAJL U INDIRIZZ

Offerta 1: Ġimagħtejn Offerta 2: 5 ġimgħat Offerta 3: 2 avviżi għal 5 ġimgħat Offerta 4: 13-il ġimgħa Offerta 5: 26 ġimgħa Offerta 6: 52 ġimgħa

€5 €10 €15 €30 €56 €93

ĦLAS B’CASH JEW CHEQUE LIL: Sound Vision Print Ltd, KullĦadd, Avviżi Klassifikati, Ċentru Nazzjonali Laburista, Triq Mile End, il-Ħamrun, ĦMR 1717.


AVVIŻI

kullhadd.com

03|07|2016 31

AVVIŻI ĠENERALI Iċċelebrat it-80 anniversarju mit-twaqqif Soċjetà Dun Filippu Borgia

tas-

Din is-sena, is-Soċjetà Dun Filippu Borgia ta’ Birkirkara qed tfakkar it-80 anniversarju mit-twaqqif tagħha. Għal dan il-għan se ssir quddiesa solenni ta’ radd ilħajr lil Alla nhar il-Ħadd 3 ta’ Lulju 2016 fil-Kolleġġjata u Bażilika ta’ Sant’Elena, Birkirkara, fl-10.30am. Din ilquddiesa solenni se titmexxa minn Mons. Joseph Galea Curmi, Vigarju Ġenerali. Se tattendi l-E.T. MarieLouise Coleiro Preca, President tar-Repubblika. The Green Gathering Nhar il-Ġimgħa 8 ta’ Lulju mid-9.00pm ’l quddiem se ssir attività kbira fil-bitħa tal-Każin Pinto fost briju kbir ma’ Tikka Banda u l-kantant Stephen Mizzi, fejn nisimgħu l-aqwa marċi maħruġin matul iż-żminijiet. Ingħaqdu magħna għal dan l-ispettaklu li bħalu jafu jagħmlu biss il-qalbisti Bastjaniżi. Ir-raba’ seminar ta’ Taħżiż4 Bejn il-Ġimgħa 8 ta’ Lulju, u l-Ħadd 10 ta’ Lulju, se jkun qed isir ir-raba’ seminar tar-raba’ edizzjoni ta’ Taħżiż. Is-seminar se jsir fil-Kunvent ta’ Santu Wistin, ir-Rabat, Għawdex. Taħżiż huwa programm ta’ kitba kreattiva, iffinanzjat mill-Aġenzija Żgħażagħ u kkordinat mill-Għaqda. Għall-jum tas-Sibt, bejn it-8.00am u d-9.00pm, qed nistiednu lill-pubbliku sabiex jiġi jingħaqad magħna flattivitajiet marbuta mal-kitba li għandna mħejjija għal dakinhar. Il-programm għal dakinhar jinkludi taħdita u workshop dwar il-kitba tad-djarju u l-memoir, workshop marbut mal-flashfiction, film u attività marbuta miegħu u sessjonijiet one-to-one, fost ħafna iktar. Fl-aħħar u mhux l-inqas, il-jum jingħalaq b’qari mill-parteċipanti. Naturalment, matul il-jum ikun hemm ftit waqfiet għall-ikel u x-xorb, li jingħataw b’xejn. L-attendenza għall-attivitajiet f ’dan il-jum ukoll hija b’xejn. Inħeġġu lil min hu interessat jattendi, biex jibgħat ittre lil ghaqdatalmalti@gmail.com sabiex ikun jista’ jingħata programm iżjed dettaljat tal-jum. Din hija l-attività tal-qari għall-pubbliku fuq Facebook: https://www.facebook.com/ events/904517666343308/ Iżjed dettalji wieħed isibhom ukoll fuq il-paġna ta’ Taħżiż fuq Facebook ukoll: << https://www.facebook. com/tahziz/?fref=ts>> Programm mużikali mill-Banda San Gabriel ta’ Ħal Balzan Fl-okkażjoni tal-festa ta’ Marija Annunzjata ċċelebrata matul din il-ġimgħa f ’Ħal Balzan, il-Banda San Gabriel se tesegwixxi programm mużikali fuq iz-zuntier talknisja, nhar il-Ħamis 7 ta’ Lulju, fid-9.00pm. Il-banda tkun taħt id-direzzjoni tal-Mro. Joe Vella, assistit minn Anthony Carbonaro. Kulħadd mistieden li jattendi. Se jkun hemm ukoll siġġijiet disponibbli għall-pubbliku. Jippreżentaw il-programm Marlene Abela u Joe G. Vella. Jieħdu sehem il-kantanti Adrian Farrugia, Gianluca u Dorothy Bezzina flimkien malkor. Diversi sopriżi ma jonqsux. Il-Banda Anici fil-festa ta’ San Ġorġ Martri firRabat, Għawdex Il-Banda Anici tiftaħ l-impenji tagħha bis-servizzi barra Ħal Qormi. Nhar il-Ġimgha 15 ta’ Lulju 2016 se takkumpanja fid-demostrazzjoni bl-istattwa ta’ San Ġorġ Martri flimkien mal-Banda La Stella tar-Rabat Għawdex. Dan wieħed mill-ħafna servizzi li għandha l-Banda Anici f ’diversi festi fi bliet u rħula f ’Malta u Għawdex. Il-Banda tkun taħt id-direzzjoni tas-Surmast Direttur Joseph Vella A. Mus. L.C.M., A. Mus. L.S.M., L. Mus. L.C.M., F.V.C.M. Qegħdin norganizzaw privates sabiex dawk li jixtiequ jgawdi dan il-marċ kbir mal-banda jkunu jistgħu jagħmlu dan. Il-privates jitilqu minn ħdejn il-każin fis-6.00pm, u lura mal-vapur tas-1.00am. Biljetti mill-każin b’donazzjoni ta’ €10.


32 03|07|2016

kullhadd.com

TEMP GĦAL-LUM

It-Tnejn

It-Tlieta

L-Erbgħa

31°C

32°C

31°C

22°C

22°C

22°C

09

09

09

Il-Ħamis

Il-Ġimgħa

Is-Sibt

32°C

32°C

31°C

22°C

22°C

23°C

09

09

09

ALMANAKK

RITRATT MILL-ANTIK

L-OGĦLA TEMPERATURA: 32°C L-INQAS TEMPERATURA: 21°C INDIĊI UV: 10 SITWAZZJONI ĠENERALI: Firxa ta’ pressjoni għolja qed testendi minn l-Atlantiku sa fuq iċ-Ċentru talMediterran

UV

TEMP: Ftit imsaħħab li jsir xemxi

Ritratt: Bay Retro

VIŻIBBILTÀ: Tajba RIĦ: L-iktar ħafif mill-Grigal BAĦAR: Ħafif IMBATT: Baxx min-Nofsinhar ix-Xlokk TEMPERATURA TAL-BAĦAR: 23°C

UV

SPIŻERIJI LI JIFTĦU LLUM IL-ĦADD Collis Williams Pharmacy, 15, Triq ir-Repubblika, il-Belt Valletta – 2122 6281 Darwin Pharmacy, 152, Triq il-Kbira San Ġużepp, il-Ħamrun – 2122 1512 Anici Pharmacy, Triq Anici, Ħal Qormi – 2148 7162 St Paul’s, Triq Brared, Birkirkara – 2144 2135 Regal Pharmcay, 39B, Triq Antonio Bosio, l-Imsida – 2131 3115 JV’s Pharmacy, Wied is-Swieqi, is-Swieqi – 2137 1062 The Economical Dispensary, 86/87, Triq Sir Adrian Dingli, Tas-Sliema – 2133 0376 M4 Pharmacy, Triq il-Linja, Ħ’Attard – 2143 6531 Medicine Chest Pharamcy, Triq Demitriju Farrugia, Ħal Għargħur – 2142 2204 St. Simon Pharmacy, 8, Dawret il-Gżejjer, Buġibba – 2157 1649 Brown’s Paola Square Pharmacy, 64/65, Pjazza Antoine De Paule, Raħal Ġdid – 2182 1646 Victory Pharmacy, 32, Triq il-Vitorja, l-Isla – 2180 1698 Mediatrix Plus Pharmacy, 7 ,Triq is-Santwarju, Ħaż-Żabbar – 2782 6685 Beta Pharmacy, 50/52, Triq Santa Marija, Ħal Għaxaq – 2166 3311 Mqabba Central Pharmacy, 5, Triq Santa Katarina, l-Imqabba – 2164 1133 Tal-Grazzja Pharmacy, Triq Franġisk Farrugia, Ħaż-Żebbuġ – 2146 2068 Santa Marija Pharmacy, Misraħ Frenċ Abela, Ħad-Dingli – 2145 2447 Għawdex

Il-Bajja ta’ Għar Lapsi fl-1944, b’Filfa fl-isfond

DIN IL-ĠIMGĦA MILL-ISTORJA

04.07.1776 Revoluzzjoni Amerikana meta l-Istati Uniti ġiet iddikjarata Indipendenti mir-Renju Unit waqt it-Tieni Kungress Kontinentali

Taċ-Ċawla Pharmacy, Triq 7 ta’ Ġunju 1919, ir-Rabat – 2155 7819 Tony’s Pharmacy, “Egret Court”, Triq il-Wied, Marsalforn – 2156 3617 Servizz ta’ tobba fiċ-ċentri tas-saħħa fil-Ħdud u l-festi pubbliċi Iċ-ċentri tas-saħħa tal-Mosta, Raħal Ġdid, u l-Furjana jiftħu għall-emerġenzi – 24 siegħa, sebat ijiem filġimgħa. Fil-Ħdud u fil-festi pubbliċi, iċ-ċentru tas-saħħa tal-Gżira jiftaħ għall-emerġenzi bejn it-8.00am u l-5.00pm, ikun hemm ukoll servizz ta’ infermier bejn it-8.00am u t-8.00pm. Il-pubbliku jrid jattendi ċ-ċentru tas-saħħa tad-distrett tiegħu. Persuni mingħajr karta ta’ identità ma jiġux moqdija.

NUMRI REBBIEĦA SUPER 5 GRAND LOTTERY

07 41 37 18 15 04 05 09 00 00 04 07

07.07.1985 Boris Becker, ta’ 17-il sena jsir l-iżgħar plejer li rebaħ ilWimbeldon


KOMPETIZZJONI KTIEB

kullhadd.com

03|07|2016 33

KOMPETIZZJONI KTIEB RUMANZ

ESPERJENZA UNIKA, SABRINA Wara l-ewwel rumanz li Jacqueline Mizzi ppubblikat is-sena l-oħra blisem ta’ Esperjenza Unika, Love, li sa ftit tax-xhur wara li ħareġ kien inbiegħ kollu u reġa’ ġie stampat għat-tieni darba, issa kien imiss li Horizons jippubblikaw it-tieni rumanz ta’ din l-awtriċi żagħżugħa. Din id-darba, il-ktieb iġib l-isem Esperjenza Unika, Sabrina. Minkejja li l-istorja ta’ dan ir-rumanz hi awtonoma, tajjeb li wieħed jgħid li r-rakkont se jkun qed ikompli ma’ dak tal-ewwel ktieb, u l-qarrejja se jkollhom iċ-ċans li jaraw x’ġara millkarattri ewlenin tal-ġrajja ta’ qabel. Bħal ta’ qablu, il-protagonisti huma primarjament żgħażagħ li jidhru mitlufa f ’relazzjonijiet intimi li l-imħabba adolexxenti taf iġġib magħha. Naturalment, ma jonqsux ukoll l-intriċċi, iddiżappunti u l-element senswali li ġġorr magħha l-passjoni li tiddomina l-emozzjonijiet imqanqla li jħossu ż-żgħażagħ f ’din il-fażi tant sensittiva ta’ ħajjithom. Barra minn hekk, ma jistax jonqos li dan ir-rakkont joffri wkoll perspettiva reali ta’ kif iż-żgħażagħ iħarsu lejn il-ħajja, lejn ħaddieħor, lejn xulxin u speċjalment kif iħarsu lejhom infushom! U ta’ żgħażagħ li huma, ma jonqosx ukoll li jħossu d-dmir li jgħinu, il-bżonn li jesprimu l-emozzjonijiet tagħhom u anke li jiftħu qalbhom ma’ xulxin. Iżda dan il-ktieb jiftaħ ukoll tieqa fuq diversi temi soċjali u kurrenti; fosthom is-sens ta’ ribelljoni tażżgħażagħ minħabba l-anzjetà u r-rabja profonda, hekk kif iħossu li dawk l-adulti li suppost qed jieħdu ħsiebhom, ikunu qed jonqsu milli jagħmlu dan. L-awtriċi ta’ dan irrumanz irnexxielha titfa’ dawl fuq dawn is-sitwazzjonijiet reali fejn iż-żgħażagħ xi drabi jħossuhom weħidhom, mhux mifhuma u r-rabja u l-vojt kbir li jħossu ġo fihom xi drabi jippruvaw jimlewh bi mġiba perikoluża u azzardanti. Rabja u vojt li jistgħu saħansitra jwasslu għall-abbuż tad-droga u t-tqala mhux mistennija. Mingħajr ma tintilef wisq fuq il-problemi taladulti, din l-awtriċi rnexxielha b’ħila kbira żżewwaq nisġa interessanti

u mqanqla b’emozzjonijiet kuntrastanti, fejn tħalli ’l-qarrej jirrifletti fuq il-konsegwenzi li l-aġir tal-kbar iħalli fuq l-adolexxenti. Fil-fatt, dan il-ktieb jiftaħ b’sekwenza qawwija ta’ abbuż fuq minorenni, li se jwassal lill-qarrej jiskopri u jifhem aħjar l-effett devastanti li jkun ħalla fuq waħda mill-protagonisti sa minn ċkunitha. Ċertament, il-qarrej se jsib ruħu jirrifletti, jempatizza u jħenn għal din it-tfajla fejn, permezz ta’ bosta flashbacks, se jsir jaf il-passat tagħha, jikber magħha, u jifhimha aħjar. Tfajla, li minkejja li qattgħet ħajjitha msakkra f ’kamritha, f ’din

l-istorja se tidher bħala protagonista ewlenija u se tingħata l-importanza li tixirqilha. B’hekk, wieħed se jkollu ċ-ċans li jifhem aħjar is-sofferenza li xi tfal u adolexxenti jgħaddu minnha. Sofferenza li xi drabi timmanifesta ruħha f ’nuqqas kbir ta’ kunfidenza, f ’ribelljoni, f ’nuqqas ta’ fiduċja f ’ta’ madwarhom, fin-nuqqas ta’ kapaċità li jibnu u jmantnu relazzjoni, u fil-personalità doppja li xi drabi tinħoloq. Din it-tfajla mhux biss se tiddomina r-rakkont, iżda se tqanqal ukoll ħafna kurżità u se toffri ħafna sorpriżi interessanti lill-qarrejja. Se

tkun ukoll tfajla li permezz tagħha se niltaqgħu ma’ protagonist ewlieni ieħor fir-rakkont; din id-darba ma’ xwejjaħ li rnexxielu jidħol f ’qalbha u li fih sabet il-missier li qatt ma kellha. Xwejjaħ li bis-sempliċità, b’rakkonti u espressjonijiet djalettali, bil-ħlewwa tal-umoriżmu tiegħu, imdakkar mill-ħeġġa biex jgħinha, jirrispettaha u jħobbha bla kundizzjonijiet, ikun kapaċi jippreżentalha perspettiva ta’ ħajja li forsi qatt qabel ma kienet ħolmot biha. Hawnhekk, tajjeb li wieħed jinnota li r-rakkont huwa ddominat minn lingwaġġ komuni li jużaw iż-żgħażagħ bejniethom, fejn jirnexxilhom jesprimu lilhom infushom u l-emozzjonijiet tagħhom fi kwalunkwe sitwazzjoni li jsibu ruħhom fiha fil-ħajja ta’ kuljum. Dawn jinkludu anke konverżazzjonijiet permezz tasmidja soċjali u messaġġi elettroniċi. Dan apparti l-istil mexxej fl-użu tallingwa u speċjalment fl-andament tal-istorja, li minbarra li jqanqal ilkurżità, il-qarrej jidħol ferm iżjed fil-ġrajja u jsir jaf anke lill-karattri aħjar. Barra minn hekk, il-kapitli huma qosra u għaldaqstant iħeġġu iżjed lill-qarrejja, kemm żgħażagħ kif ukoll adulti, li jkomplu jaqraw ftit ieħor mingħajr ma jaqtgħu qalbhom minn kapitli li jkunu jidhru ma jispiċċaw qatt. “Esperjenza Unika, Sabrina” huwa bla dubju ktieb li se jagħti gost lillqarrejja żgħażagħ kif ukoll adulti, u li se jżommhom imwaħħlin mal-paġni b’sensiela ta’ sorpriżi li ma jaqtgħu xejn. Ktieb li se jqanqal fihom bosta mistoqsijiet, dubji, kif ukoll ħsibijiet profondi. Dan hu tabilħaqq ktieb li mhux biss se jqanqal kuriżità dwar iż-żgħażagħ protagonisti ta’ din ilġrajja u anke ta’ qabilha, imma li se jġiegħel lil min jaqrah jirrifletti wkoll fuq il-kuluri kollha li jsawru ż-żgħożija; kemm dawk mitfijin u skuri, kif ukoll dawk li jarmu d-dawl, l-enerġija u l-ħajja. Kuluri li, permezz tagħhom, joħroġu l-ġmiel, is-sbuħija u s-saħħa tal-imħabba safja. Imħabba li, kull min iduqha, żgur li jiskopri u japprezza kemm hija verament Esperjenza Unika!

Mistoqsija: Min irnexxielu jidħol f ’qalb il-protagonista ta’ dan il-ktieb?

Ibagħtu r-risposta tagħkom lil: Kompetizzjoni Ktieb, KullĦadd, ĊNL, Triq Mile End, il-Ħamrun, u tidħlu biċ-ċans li tirbħu l-ktieb: Esperjenza Unika, Sabrina. Ir-rebbieħ jitħabbar nhar il-Ħadd 10 ta’ Lulju. Ir-rebbieħa huma mitluba jiġbru l-ktieb miċ-Ċentru Nazzjonali Laburista fil-Ħamrun billi jippreżentaw il-karta tal-identità, flimkien mal-ittra li se tintbagħtilhom minn din il-gazzetta, mit-Tlieta sal-Ġimgħa bejn id-09.00 u t-15.00, u s-Sibt bejn l-10.00 u l-16.00, eskluż festi pubbliċi. Intant, ir-rebbieħ tal-ktieb Anna tal-Esseni huwa: M. Falzon – il-Mosta


34 03|07|2016

kullhadd.com

LOGĦOB

TISLIBA BIN-NUMRI POĠĠI N-NUMRI F’POSTHOM Bi 3 Numri 159 228 273 371 382 419 554 672 694 743 759 855 907 923 943 971 B’4 Numri 1603 1673 1846 2084 2192 2367 2597 3273 3308 3628 3738 3904

3925 3989 4028 4077 4389 7992 8467 8933 9269 9348 9452 9952

56711 58316 70123 71281 72777 80823 83393 83473 86484 90123 91582 94685

B’5 Numri

B’ 6 Numri

00949 03895 04849 08435 10967 18234 18606 19266 21219 21272 28689 29211 39833 46474 49736 50347 51079 53594

136618 196011 261705 539017

552523 554579 740004 763288 799099 901603 932839 999600

IR-RIŻULTAT TAL-ĦADD LI GĦADDA

] SUDOKU SPONSORJATA MINN WELLA

Irbaħ xampù u conditioner tad-ditta Wella. Aqta’ din il-logħba u ibgħatha lil: KOMPETIZZJONI WELLA KullĦadd, Ċentru Nazzjonali Laburista, Triq Mile End, il-Ħamrun, ĦMR 1717. Isem: Indirizz:

Rebbieħ tal-ġimgħa l-oħra: J. GALEA – Ħaż-Żabbar

KOMPETIZZJONI CENTRO CASALINGA ]

Ġemma’ sitt kupuni u ibgħathom f ’daqqa lil: KOMPETIZZJONI CENTRO CASALINGA, KullĦadd, Ċentru Nazzjonali Laburista, Triq Mile End, il-Ħamrun, ĦMR 1717. Isem:

5

Indirizz: Nru tal-karta tal-identità:

Nru tat-telefown:


LOGĦOB

03|07|2016 35

kullhadd.com

IRBAĦ €25 FI FLUS

Ibgħat dawn iż-żewġ kompetizzjonijiet f ’daqqa fl-indirizz: IRBAĦ €25 FI FLUS, KullĦadd, Ċentru Nazzjonali Laburista, Triq Mile End, il-Ħamrun, ĦMR 1717. Idħol biċ-ċans li tirbaħ magħna.

130

TISLIBA

Mimdudin:

Weqfin:

1. Insajru fiha (5) 4. Fil-ħalq ikunu (4) 7,17. Storja (5) 9,5. Tieħu li mhux tiegħek (6) 10. Frott (6) 12. Hekk hu ċ-ċitru (6) 16,23. Frotta oħra (7) 18,15. Talba lill-Madonna (8) 19. Ħares (3) 20. Tela’ (5) 21. Tiekol bl-Ingliż (3) 23. Ara 16 24. Tista’ tkun tal-lewż (5)

1. Kompli l-qawl: Alla jxiegħel lill-...... (6) 2,6. Qarreb (6) 3,12w. Info? (5) 5. Ara 9 6. Ara 2 8. Rapport ta’ kollox? (9) 11,21w.Jieqaf ? (5) 12. Ara 3 13. Mhux issa (3) 14. Raħal (6) 15. Ara 18 17. Ara 7 21. Ara 11 22. Iżżewġu u tilfu l-‘e’!! (3)

SOLUZZJONI TAL-ĠIMGĦA L-OĦRA Mimdudin: 1.Basal, 4.Ħaġa, 7,16. Ivara, 9,19.Irtira, 10.Tahiti, 12.Talent, 20.Ratal, 21.Mar, 23.Seħħ,24.Arani

Weqfin: 1.Bdiewa, 2,18.Satin, 3,6,11. Litanija, 5,14.Aċitilena, 8.Valentina, 12,17.Tarka, 13.Lia, 15.Valuri, 21,22. Misraħ

QED TAGĦRAFHOM? Fir-ritratt hemm żewġ uċuħ f ’wiċċ wieħed. Qed tagħrafhom? Ħjiel: Dawn it-tnejn jixxiebhu; wieħed jaħdem ta' Superman u l-ieħor huwa wieħed mill-istrippers ta’ Magic Mike Personalità 1: Personalità 2: Isem: Indirizz: Nru tat-telefown:

IDĦOL BIĊ-ĊANS LI

TIRBAĦ €100

Kull l-aħħar Ħadd tax-xahar il-premju ta’ €25 jiżdied għal €100! Sabiex tipparteċipa ibgħat din il-paġna bħas-soltu. Apparti minn hekk żomm il-logos tal-KullĦadd tal-ġimgħat ta’ qabel, billi tqasqashom mill-ewwel paġna tal-gazzetta bid-data tal-ħarġa tidher, u tibgħathom flimkien ma’ din il-paġna. Eżempju: ibagħtu l-paġna ta’ din il-logħba ta nhar il-Ħadd 31 ta’ Lulju flimkien mal-logos tal-ħarġiet tat-3, 10, 17 u 24 ta’ Ġunju.

RIŻULTATI TAL-ĠIMGĦA L-OĦRA

Tom Hiddleston

Ir-rebbieħ tal-ġimgħa l-oħra: V. Debono – il-Mosta L-ittri rebbieħa jintbagħtu fix-xahar ta’ wara li tkun intrebħet il-kompetizzjoni.

Benedict Cumberbatch


36 03|07|2016

kullhadd.com

SPORTS

30 BENEFIĊJARJU TA’ SKEMI DIVERSI TA’ FONDI TA’ SPORTMALTA Tletin assoċjazzjoni sportiva u atleti individwali bbenefikaw minn skemi ta’ assistenza ta’ SportMalta. L-għoti tal-assistenza jingħata fi spazju ta’ tliet xhur u din hija t-tieni ċerimonja għas-sena 2016. F’indirizz lil dawk preżenti s-Segretarju Parlamentari għar-Riċerka, Innovazzjoni, Żgħażagħ u Sport Chris Agius aċċenna għar-rispett li qed igawdi pajjiżna f ’fora internazzjonali; liema rispett qed jissarraf f ’aktar assoċjazzjonijiet sportivi barranin li jagħżlu lil Malta sabiex jorganizzaw avvenimenti sportivi. Fakkar li l-isport f ’pajjiżna huwa mmexxi minn voluntiera li jagħmlu l-almu tagħhom biex jilħqu s-suċċessi mixtieqa. Kien għalhekk, kompla jgħid is-Segretarju Parlamentari, li t-tema tal-volontarjat se jkoll-

ha rwol importanti fit-temi diskussi waqt il-Presidenza Maltija tal-Unjoni Ewropea. Il-Kap Eżekuttiv ta’ SportMalta Mark Cutajar spjega kif l-entità qed tagħmel l-almu tagħha sabiex il-finanzi jmorru għand l-għaqdiet fl-iqsar żmien possibbli. Minbarra hekk, il-board tad-diretturi qiegħed fil-proċess li japprova skemi ġodda bil-għan li aktar atleti u assoċjazzjonijiet jibbenefikaw. Huwa ta rendikont tal-proġetti li għaddejjin bħalissa, kemm fil-faċilitajiet eżistenti ta’ SportMalta kif ukoll f ’oħrajn imxerrda madwar il-pajjiż. Mark Cutajar ħabbar li pajjiżna se jkun qed jospita wieħed mill-akbar fora internazzjonali fl-Ewropa, il-European Sport Forum, li se jsir bejn l-14 u l-15 ta’ Marzu 2017.

MALTI REBBIEĦ MALTA FIS-SEMIFINALI F’PALERMO KAMPJONATI EWROPEJ FIBA GĦAL PAJJIŻI ŻGĦAR 2016

Fil-Kampjonati Ewropej FIBA tan-nisa li qed jintlagħbu ġewwa Ġibiltà, it-tim nazzjonali femminili għalaq b’mod pożittiv l-ewwel stadju tal-gruppi b’rebħa komda ta’ 76-29 fuq Ġibiltà biex spiċaw fl-ewwel post fi Grupp B. B’dan ir-riżultat, it-tim Malti avvanza għassemifinali li se tintlagħab is-Sibt 2 ta’ Lulju

fejn hu mistenni li jiltaqgħu kontra l-Moldova. Fil-Kampjonati Ewropej Maskili li qed jintlagħbu fl-istess ħin ġewwa Chisinau filMoldova, it-tim Malti kiseb l-ewwel rebħa wara tliet partiti meta għeleb lil Ġibilta’ 7050 u b’hekk temm il-fażi tal-gruppi fit-tielet post u issa jiffaċjaw lil Wales fit-2 ta’ Lulju fillogħob ta’ klassifikazzjoni għal-5 sat-8 post.

Il-bieraħ filghaxija s-sewwieq Malti Rodney Gatt rebaħ tiġrija millKampjonat Mediterran li saret fil-Korsa ta’ La Favorita f ’Palermo. Huwa saq iz-ziemel Sogno d’Asolo f ’medja ta 1’17”1 fuq distanza ta’ 1600m. Fit-2 tiġrija huwa spiċċa fit-3 post għall-fini tal-kampjonat peress li s-sewwieq rebbieħ ta’ din it-tiġrija ma kienx wieħed

mill-parteċipanti. Peress li s-sewwieq Taljan Matteo di Meo wkoll irreġistra rebħa u t-3 post f ’dawn iż-żewġ tiġrijiet Malta u l-Italja qasmu l-ewwel post b’punti indaqs. Wara li Malta kienet rebħet it-tappa li saret Malta fil-31 ta’ Marzu, pajjiżna għadu jokkupa l-ewwel post tal-klassifika f ’dan il-kampjonat talMediterran.


SPORTS

kullhadd.com

03|07|2016 37

IĊ-ĊIKLISTI TA’ ALIVE IĦEJJU R-ROTI GĦALL- KROAZJA GĦALL-ISFIDA TA’ 1100KM Iċ-ċiklisti li se jipparteċipaw fir-RE/MAX ALIVE2016 Cycling Challenge for Cancer għabbew ir-roti u t-tagħmir tagħhom f ’container tal-merkanzija ta’ Express Trailers biex jintbagħtu lejn il-Kroazja. Bejn is-7 u s-16 ta’ Lulju 2016, iċ-ċiklisti se jkunu qed jaqdfu 1100km f ’sebat ijiem mill-Kroazja lejn is-Slovenja, it-Tramuntana tal-Italja u finalment jaslu l-Vatikan. Matul it-taħriġ intensiv, dal-aħħar 15-il ġimgħa ċ-ċiklisti, għar-raba’ sena, qed jiġbru fondi għall-proġett ta’ riċerka speċjalizzata fil-kanċer tat-tfal li ssir fl-Università ta’ Malta u li qed tkun faċilitata permezz talFond għar-Riċerki tal-Università (RIDT). B’appoġġ ta’ RE/MAX and Friends Foundation, ALIVE se tkun qed tikkonverti żona għal-logħob fuq ġewwa u oħra fuq barra għat-tfal li jkunu qed jirċievu kura filPaediatric Unit taċ-Ċentru tal-Onkoloġija Sir Anthony Mamo. Ir-RE/MAX – ALIVE2016 Cycling Challenge for Cancer qed tkun sponsorjata minn RE/MAX and Friends Foundation, bl-għajnuna ta’ Garmin, Wurth, Tum Invest, Pro Action u bl-appoġġ ta’ Impressions Ltd, Express Trailers, SIS, Wheelwizard, Danusan, Air Malta u l-Korp tal-Pulizija ta’ Malta. Id-donazzjonijiet lill-ALIVE 2016 jistgħu jsiru permezz ta’ SMS fuq 5061 8081 għal donazzjoni ta’ €4.66; 5061 8913 għal donazzjoni ta’ €6.99 u 5061 9208 għal donazzjoni ta’ €11.65.

Il-President ta-Repubblika Marie Louise Coleiro iltaqgħet mal-atleti li pparteċipaw fl-Ispecial Olymics ta’ din is-sena, u qassmet il-medalji lir-rebbieħa.


38 03|07|2016

kullhadd.com

SPORTS

FRANZA FAVORITI NETTI, L-IŻLANDA MHUX TA’ MIN TARMIHOM Wara li matul din il-ġimgħa kollha, inkluż il-partitissima tal-bieraħ bejn il-Ġermanja u l-Italja, sirna nafu min huma t-timijiet li jkunu qed jgħaddu għas-semifinali tal-Kampjonati Ewropej 2016, illum imiss l-aħħar logħba mill-kwartifinali biex ikun magħruf l-aħħar tim li se jingħaqad mat-tliet timijiet l-oħra, għall-aħħar logħba qabel il-finali tal-10 ta’ Lulju. Illogħba tal-lejla se tlaqqa’ lit-tim ospitant ta’ din il-kompetizzjoni, Franza, kontra wieħed mill-inqas timijiet ikkwotati f ’din il-kompetizzjoni, dak tal-Iżlanda, li friska għadha l-memorja tagħhom wara li rnexxielhom jaqilgħu lill-Ingliżi ‘l barra minn din il-kompetizzjoni biex waslu għal dan l-istadju ta’ din ilkompetizzjoni. Pedina importanti li se tkun nieqsa mit-tim Franċiż huwa l-plejer ta’ Leicester City N’Golo Kante. Dan ilplejer kompla jimpressjona mat-tim nazzjonali, l-istess bħalma għamel filKampjonat Ingliż fl-istaġun li għadda, iżda t-tim Franċiż se jkun mingħajr isservizzi tiegħu wara li kien qala’ t-tieni karta safra f ’dawn il-kampjonati kontra r-Repubblika tal-Irlanda fl-aħħar logħba li ntlagħbet fin-knock-out talaħħar 16. F’din il-logħba, Les Bleus, kienu marru minn taħt kontra t-tim ta’ Martin O’Neill u fil-fatt kellhom

jissieltu mhux ħażin biex idawru telfa f ’rebħa u komplew bl-avventura tagħhom f ’dan it-tournament. Fiddawl ta’ dan, id-difensur Patrice Evra diġà wissa lil sħabu l-plejers l-oħrajn biex jaċċertaw ruħhom li ma jiġrix l-istess kontra t-tim tal-Iżlanda, li diġà wrew kemm huma kapaċi joħolqu sorpriżi. Kif diġà aċċennat qabel, it-tim talIżlanda, pajjiż li għandu popolazzjoni ta’ ftit aktar minn 320,000 abitant, wettaq is-sorpriża tat-tournament s’issa, meta rnexxielu jaqla’ ‘l barra lil wieħed mit-timijiet favoriti għar-rebħ

Kante, it-tim Franċiż se jkun mingħajr id-difensur ċentrali Adil Rami li wkoll jinsab sospiż għal din il-logħba, filwaqt li ż-żagħżugħ promettenti Kingsley Coman jinsab dubjuż. Dan il-plejer ta’ Bayern Munich kien ġie sostitwit lejn l-aħħar tal-partita kontra r-Repubblika tal-Irlanda wara li sfora injury, u se jkun qed jiġi assessjat sa ftit qabel il-logħba tal-lejla. Min-naħa l-oħra, għat-tim talIżlanda m’hemm l-ebda plejer nieqes wara li l-plejer Aron Gunnarsson, famuż l-aktar għal-long-throws tiegħu, irritorna lura għat-taħriġ nhar ilĠimgħa li għadda. Dan il-plejer ta’ Cardiff City, li permezz tat-throw-ins tiegħu l-Iżlanda skurjaw żewġ gowls, fosthom wieħed kontra l-Ingliżi, ma kienx preżenti għas-sessjoni tat-taħriġ tal-Ħamis wara li kellu xi problemi f ’daru. Bħala statistika, l-Iżlanda qatt ma għelbu lil Franza f ’ħdax-il konfront li kien hemm bejniethom. L-aħħar logħba li lagħbu flimkien dawn ittimijiet tmur lura għal Mejju tal-2012, logħba li Franza rebħet bl-iskor ta’ 3-2, wara li kienet minn taħt 2-0. Interessanti huwa l-fatt, li fl-aħħar żewġ konfronti bejniethom, ipproduċew xejn inqas minn għaxar gowls, biż-żewġ logħbiet imorru favur Franza bl-iskor identiku ta’ 3-2.

ta’ din il-kompetizzjoni, ħadd ħlief ittim Ingliż, wara li wkoll kienu minn taħt u għelbuhom bl-iskor ta’ 2-1 f ’Nice. Iżda minkejja dan ir-riżultat storiku għal dan in-nazzjon, wieħed mill-kowċis tat-tim Heimir Hallgrimsson jemmen li l-aħjar mument għat-tim tiegħu għad irid jasal, u li l-pressjoni kollha tinsab fuq ir-rivali tagħhom u mhux fuqhom. Madankollu, Hallgrimsson stqarr li huma realistiċi u jista’ jkun li l-plejers tiegħu jilagħbu l-logħba ta’ ħajjithom u xorta waħda ma jkunx biżżejjed biex jgħaddu għas-semifinali. Intant, apparti s-sospensjoni ta’

ANALIŻI U RAPPORTI TA’ LIAM GAUCI TELLIEQ NRU

10

Numru ta’ dawriet 71 Tul tat-tellieqa 307.02KM

AWSTRIJA Spielberg Red Bull Ring

Dawra rekord M.Schumacher 2003 Rebbieħ tal-2015 N.Roseberg

KWALIFIKI B’ĦAFNA SORPRIŻI Hamilton kiseb pole position oħra fl-Awstrija waqt sessjonijiet tal-kwalifikazzjoni li kienu mimlijin inċertezza b’riżultat taxxita u diversi problemi tekniċi. Rosberg irnexxielu jipparteċipa f ’Q1 minkejja l-inċident serju li kellu fl-aħħar sessjoni ta’ prattika illi fost l-oħrajn wasslet għal penalità wara li l-Mercedes bidlulu l-gearbox qabel ma din intużat fis-sitt tlielaq indikati firregolamenti. Wehrlein kellu pass tajjeb li wasslu sa Q2 mingħajr wisq diffikultà. Aktar problemi kellhom Perez u Kvyat li esperjenzaw ilkollass tas-sospensjonijiet talvetturi tagħhom li ċedew wara li dawn rikbu l-kurvi għoljin tarRed Bull Ring. B’hekk ir-Russu kien eliminat f ’Q1, filwaqt li

l-Messikan irnexxielu jitkaxkar lejn Q2. It-tieni sessjoni rat konfront bejn l-istrateġiji hekk kif il-Mercedes ħarġu mill-ewwel bl-ultrasofts, filwaqt li l-Ferrari kisbu l-aħjar ħinijiet tagħhom bis-supers. Meta raw x’riżultati kienu qegħdin jagħmlu l-Ferraristi, issewwieqa tal-Mercedes ipprovaw itejbu l-ħinijiet bis-supers biex ma jibdewx b’roti aktar fraġli minn tagħhom fit-tellieqa. Però dan ma kellux ikun hekk kif bdiet nieżla xita li għolliet il-ħinijiet ta’ kulħadd. Dan it-temp ġegħel lis-sewwieqa jibdew Q3 bl-intermedji. Madankollu, wara ftit minuti x-xita waqfet u t-traċċat beda jinxef b’ritmu mgħaġġel. Dan l-iżvilupp wassal għal mumenti

Tyres għad-dispożizzjoni Temperatura tal-art 10°c Ultra Soft Temperatura tal-arja 11°c Super Soft Riħ 10-39km/hr

Soft

Umdità 82%

POŻ. ISEM IS-SEWWIEQ TIM 1 Hamilton Mercedes 2 Rosberg * Mercedes 3 Hulkenberg Force India 4 Vettel ** Ferrari 5 Button McLaren 6 Raikkonen Ferrari 7 Ricciardo Red Bull 8 Bottas Williams 9 Verstappen Red Bull 10 Massa Williams * Se jitlaq mis-7 post b’riżultat ta’ penalità ** Se jitlaq mid-9 post b’riżultat ta’ penalità

ta’ kaos hekk kif kulħadd daħal jiġri fil-pits biex jerġa’ jaqleb għar-roti tan-niexef. Bosta sewwieqa kisbu u tilfu l-ewwel pożizzjoni sakemm fl-aħħar din waqgħet f ’idejn Hamilton li żammha sal-aħħar. Minħabba l-penalità li ngħata

Rai 2 fis-18.45 Ħin Oriġinali fis-14.00 ĦIN 1:07.922 +0.543 +1.363 +1.859 +1.978 +1.979 +2.058 +2.518 +3.231 +4.055

Rosberg, li se jitlaq mis-seba’ post, it-tieni u t-tielet post spiċċaw għand Hulkenberg u Button rispettivament. Sadanittant, Vettel, li wkoll biddel il-gearbox qabel mhu permess mir-regolamenti, se jitlaq middisa’ post.


FORMULA 1

kullhadd.com

03|07|2016 39

LIL HINN MIĊ-ĊIRKWIT

It-tiġdid tal-kuntratti kien suġġett prominenti fl-aħbarijiet relatati mal-Formula 1 fl-aħħar jiem. Dawn ma kinux biss il-kuntratti ta’ bejn it-timijiet u s-sewwieqa tagħhom, imma anki bejn l-FOM u t-timijiet hekk kif riesaq ilmument tad-deċiżjoni dwar ilmod kif se ssir id-distribuzzjoni tad-dħul. Futur mal-Ferrari? Minkejja li għadu kemmxejn kmieni fl-istaġun biex jibdew jiġu diskussi t-trasferimenti tas-sewwieqa, is-suq ma kienx daqstant kwiet hekk kif hemm spekulazzjoni qawwija dwar possibbiltà li jinfetħu xi postijiet ma’ timijiet prestiġjużi għall-2017. L-aktar spekulazzjoni interessanti bħalissa hija dik dwar il-futur ta’ Nico Rosberg li għadu qiegħed jiġi assoċjat mal-Ferrari hekk kif jidher li Kimi Raikkonen riesaq lejn it-tmiem tal-avventura tiegħu mat-tim ta’ Maranello. Dawn l-għejdut reġgħu qamu flaħħar jiem hekk kif is-sewwieq Ġermaniż ikkonferma li għad ma kienx hemm progress rigward in-negozjati mal-Mercedes għattiġdid tal-kuntratt attwali tiegħu li se jiskadi fl-aħħar ta’ dan l-istaġun. Rosberg, però, sostna li huwa kalm ħafna dwar dawn innegozjati għaliex il-Mercedes diġà għamluha ċara miegħu li jixtiequ jżommuh għal xi staġuni oħrajn. Fil-fatt, skont spekulazzjoni li dehret fil-midja t-tim Ġermaniż huwa mistenni li joffri kuntratt ta’ sentejn lil Rosberg. Possibbiltà oħra għall-Ferrari jista’ jkun Sergio Perez li malForce India qiegħed ikollu staġun pożittiv ferm. Il-Messikan ma ħebiex l-interess tiegħu li jingħaqad mat-tim Taljan. Madankollu, huma se jkollhom iħallsu għalih hekk kif il-kuntratt attwali tiegħu jidher li jorbtu malForce India anki fl-2017. Sena oħra Sewwieq li għandu inqas inċertezza fil-ġejjieni tiegħu huwa Carlos Sainz li din il-ġimgħa ffirma kuntratt ġdid mar-Red Bull biex ikompli jsuq mat-Toro Rosso (STR) anki fl-2017. Issewwieq Spanjol impressjoni ħafna fl-istaġun u nofs li għamel s’issa mal-STR fejn kellu riżultati pożittivi kkumparat ferm meta wieħed iqabbilhom ma’ dawk talkollegi tiegħu. Differenti hija l-istorja ta’ Daniil Kvyat li, wara li tilef postu marRed Bull, jista’ jaqla daqqa ta’ ħarta oħra fl-aħħar ta’ dan l-istaġun hekk kif it-Toro Rosso għadhom ma kkonfermawx l-intenzjoni tagħhom li jżommuh fl-2017. Riforma tal-premji finanzjarji Kuntratt ta’ xorti differenti huwa dak bejn l-FOM u t-timijiet illi jirrigwarda l-mod kif jiġu

mqassmin il-premji finanzjarji fl-aħħar ta’ kull staġun. Il-ftehim attwali għandu taħlita ta’ varjetà ta’ formoli li bihom jitqassmu l-flus. Barra il-premji li jitqassmu mat-timijiet skont il-pożizzjoni tagħhom fil-klassifika; ilMercedes, il-Ferrari, ir-Red Bull, il-McLaren u l-Williams jingħataw bonus speċjali għaliex ikkommettew ruħhom li jibqgħu fl-isport tal-inqas sal-2020. It-tim minn Maranello huwa intitolat ukoll għal premju speċjali minħabba l-irwol ċentrali tiegħu fl-istorja tal-Formula 1 li fl-2015 kien ta’ madwar €60 miljun. Minkejja li l-kuntratt attwali suppost iwassal sal-2020, Ecclestone ppropona li dan jinbidel mis-sena d-dieħla stess biex il-premji finanzjarji jitqassmu b’mod aktar ekwu mingħajr ħafna għotjiet addizzjonali li ma jkollhomx x’jaqsmu malprestazzjoni. Il-Brittaniku, però, esprima x-xewqa tiegħu li l-Ferrari jibqgħu jingħataw xi tip ta’ premju finanzjarju minħabba l-fatt li ilhom fil-Formula 1 millewwel staġun. L-urġenza biex tinbidel din is-sistema hija frott ir-realtà finanzjarja prekarja ta’ bosta minn dawn it-timijiet li għandhom futur inċert minħabba n-nuqqas ta’ dħul tagħhom. Madankollu, il-proposta ta’ Ecclestone jkollha bżonn l-appoġġ tat-timijiet kollha biex tidħol fis-seħħ qabel l-iskadenza oriġinali. Kif wieħed jistenna, bħalissa m’hemm l-ebda indikazzjoni li t-timijiet li qegħdin igawdu mill-kuntratt attwali jridu jċedu l-premji addizzjonali li gawdew s’issa. “Never say never” L-aħħar aħbar ta’ din il-ġimgħa relatat mal-kuntratti huwa kemmxejn differenti minn dawk preċedenti għaliex għandu x’jaqsam ma’ persuna li ilu ftit snin ‘il bogħod mill-isport. Ross Brawn huwa figura leġġendarja fil-Formula 1. Hu beda jinvolvi

ruħu f ’dan l-isport fl-1978 meta ngħaqad mal-Williams wara li kien għamel parti mill-proġett talFormula 3 tal-March Engineering. Matul is-snin tmenin huwa kompla jiffoka fuq id-disinn talvetturi fejn iċċaqlaq minn tim għal ieħor u anki għamel xi żmien f ’kategoriji oħra. Madankollu, huwa kiseb il-fama internazzjonali fis-snin disgħin meta ngħaqad mal-Benetton u wara mal-Ferrari fejn ir-responsabbiltà prinċipali tiegħu kien it-tfassal l-istrateġija tas-sewwieqa matul it-tlielaq. Dan il-perjodu ġab miegħu diversi suċċessi kbar u eventwalment huwa kellu biżżejjed riżorsi finanzjarji biex fl-2009 jieħu kontroll tal-Honda F1, it-tim li kien ngħaqad miegħu fl-2008 bħala team principal. Dan it-tim ngħata l-isem ta’ Brawn GP u kien l-ewwel wieħed fl-istorja li rnexxielu jirbaħ ilkampjonat tal-kostrutturi fl-ewwel staġun tal-eżistenza tiegħu. Fl2010, Brawn u s-sidien l-oħra tattim bigħu l-maġġorparti tat-tim lill-Mercedes. L-amministratur Brittaniku żamm postu bħala team principal sal-2013 meta rtira mill-isport għal kollox. Minn dak iż-żmien ‘l hawn kien hemm bosta li staqsew jekk Brawn qatt huwiex se jirritorna fl-isport hekk kif dejjem kien vag dwar jekk kienx irtira b’mod permanenti. Fl-aħħar jiem din ilmistoqsija reġgħet qamet meta f ’intervista huwa sostna li wieħed qatt ma jista’ jeskludi xejn filħajja. Madankollu, huwa qal li jekk jirritorna ma jkunx fi rwol bħal dak li kellu fil-passat għaliex iħoss li m’għadux interessat li jiddedika ruħu għall-isport 24 siegħa kuljum. Rwol li kien assoċjat ma’ Brawn fl-aħħar xhur kien dak ta’ figura indipendenti li jikteb ir-regolamenti tekniċi hekk kif l-isport riesaq lejn perjodu ta’ riformi kbar f ’dan ir-rigward. Ipokrità? Fuq nota differenti, din il-ġimgħa Max Verstappen kellu kritika

ħarxa fil-konfront ta’ Lewis Hamilton fir-rigward tal-mod kif il-Brittaniku jitkellem dwar is-sigurtà. Hamilton għandu l-fama li jkollu reazzjonijiet ta’ xettiċiżmu meta xi ħadd jilmenta dwar nuqqas ta’ sigurtà waqt ittlielaq. Dan ġeneralment jistona mal-opinjoni ta’ bosta missewwieqa li ta’ spiss jitolbu bidliet biex ħajjithom ma titpoġġiex filperiklu. Però, fl-aħħar jiem Verstappen akkuża lil Hamilton b’ipokresija hekk kif żvela li, waqt il-laqgħa li s-sewwieqa kellhom qabel ittellieqa ta’ Baku, Rosberg kien sostna li l-Brittaniku jitkellem b’mod differenti dwar is-sigurtà mal-membri tat-tim tiegħu. Għaldaqstant, Verstappen akkuża lil Hamilton li qiegħed jipprova jidher sabiħ quddiem id-dilettanti u s-sewwieqa l-oħra imma fil-verità qed ikun ipokrità għaliex fuq livell privat huwa jesprimi l-istess dubji li jilmentaw dwarhom il-kollegi tiegħu. Estenzjoni Ċirkwit li jista’ jara tibdiliet għal raġunijiet mhux marbutin mas-sigurtà huwa r-Red Bull Ring tal-Awstrija. Dan hekk kif il-kap tar-Red Bull Dietrich Mateschitz qiegħed jikkunsidra li jerġa’ jintegra mill-ġdid parti mill-Osterreichring l-antik fiċċirkwit attwali. Il-parti li qegħda tiġi kkunsidrata għandha tul ta’ madwar 1.6km. Iż-żieda ta’ din iż-żona qegħda tinħass bħala importanti hekk kif il-vetturi moderni tal-Formula 1 qegħdin fix-xifer li jagħmlu ħinijiet fuq id-dawra ta’ anqas minn minuta. Barra minn hekk, din l-estenzjoni tista’ tippermetti liċ-ċirkwit illi jkun ikkunsidrat għat-tlielaq tal-kategorija Endurance. Bħalissa dan il-pjan għadu fi stadju bikri, però jidher li x-xogħol infrastrutturali li hemm bżonn li jsir mhuwiex tant kumpless. Għaldaqstant, nistgħu naraw din l-estenzjoni inkluża fit-tellieqa tas-sena d-dieħla.


40 03|07|2016

kullhadd.com

LOKALI

MAR ŻMERĊ B’4,500 PERSUNA Il-Kap tal-Oppożizzjoni, Simon Busuttil, mar żmerċ b’4,500 persuna filpreviżjonijiet li għamel b’rabta mal-qasam talimpjiegi. Sas-sena 2014, sena wara li nħatar Kap tal-Oppożizzjoni, kien għadu qed jgħid li bilPartit Laburista fil-Gvern il-qgħad kien se jitla’ għal 8,000 persuna. Iżda, minflok niżel għal 3,500 biex għal darb’oħra Busuttil mar żmerċ bil-kbir. Meta kien diġà Kap talOppożizzjoni u l-gvern kien qed jimplimenta għadd ta’ miżuri bil-għan li joħloq ix-xogħol, Busuttil baqa’ jirrepeti dak li kien diġà qal qabel l-elezzjoni li bil-Labour fil-Gvern ma jinħoloqx xogħol. Iżda minflok tela’, ilqgħad niżel għal livelli li qatt ma kien baxx hekk. Il-previżjonijiet ta’ Busuttil dwar ix-xogħol ilhom ħżiena minn dakinhar li ddeċieda li fit-toroq Maltin kellhom jittellgħu billboards b’wiċċ Joseph Muscat impinġi aħmar u ta’ Lawrence Gonzi mpinġi blu. Dakinhar kiteb li l-aħmar ifisser qgħad u l-blu ifisser xogħol. “Il-Labour huwa garanzija ta’ qgħad,” kien iddikjara Simon Busuttil, dakinhar Viċi

Kap tal-Partit Nazzjonalista. Filwaqt li żied li huwa l-Partit Nazzjonalista li jġib garanzija ta’ xogħol. Dakinhar Simon Busuttil ma riedx bidla fiddirezzjoni. Kien qal li l-poplu

Malti ma kellux jibdel iddirezzjoni biex jgħid li bidel id-direzzjoni. Iżda, id-direzzjoni nbidlet u l-previżjonijiet negattivi ta’ Simon Busuttil ma ġrawx.

Minflok in-numru ta’ persuni jirreġistraw għal impjieg niżel għal 3,511; li jfisser ukoll nofs in-numru ta’ persuni jirreġistraw għax-xogħol fi tmiem amministrazzjoni

preċedenti meta jirreġistraw għax-xogħol malKorporazzjoni għax-Xogħol u t-Taħriġ kien hemm 7,350 persuna; differenza ta’ 3,839 iktar. Din kienet t-tieni darba li n-numru ta’ dawk li qed jirreġistraw biex isibu impjieg niżel taħt l-4,000 mill-1980 ’l hawn. Meta mqabbel ma’ sena ilu, il-qgħad totali naqas b’1,822 persuna. Dan ifisser li wieħed minn kull tliet persuni li kienu mingħajr impjieg sena ilu llum sabu mpjieg. Fl-aħħar 12-il xahar kien hemm tnaqqis ta’ 343 finnumru ta’ żgħażagħ bla xogħol, biex mill-bidla flamministrazzjoni dan niżel b’935. Fil-fatt, skont il-Eurostat, pajjiżna issa għandu t-tieni l-anqas rata ta’ qgħad fost iżżgħażagħ minn fost il-pajjiżi kollha tal-Unjoni Ewropea. Naqsu wkoll il-persuni jirreġistraw fost dawk li għandhom iktar minn 45 sena u dawk li kienu ilhom jirreġistraw iktar minn sena. Fost il-persuni b’diżabbiltà kien hemm tnaqqis ta’ iktar minn 60% fin-numru ta’ persuni jirreġistraw meta mqabbel mal-bidu ta’ amministrazzjoni preċedenti.


Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.