Ħarsa lejn IN-NOMINA TA’ TONI ABELA
www.kullħadd.com Il-Ħadd, 31 ta’ Jannar, 2016
Ara paġna 3
Ħarġa Nru 1,177 Prezz €1
RIGAL GĦALL-KABINETT QABEL L-ELEZZJONI
RESPONSABBILTÀ TAS-SEWWIEQ
L-inkjesta dwar l-inċident li seħħ fl-4 ta’ Ottubru li għadda fl-attività ta’ Paqpaqli għal L-Istrina, ikkonkludiet li l-kawża prinċipali tal-inċident kien issewwieq. Apparti minn hekk, irriżulta wkoll li l-kumitat organizzattiv tal-attività għandu r-responsabbiltà għal kawżi sekondarji ta’ dan l-inċident. Madankollu, dejjem skont l-inkjesta li tmexxiet mill-Maġistrat Consuelo Scerri Herrera flimkien ma’ tlettax-il espert, il-President ta’ Malta MarieLouise Coleiro Preca, ġiet eżonerata. Dan hekk kif irriżulta li l-attività saret biss taħt l-awspiċi tagħha u li hi ma kellhiex sehem fl-organizzazzjoni ta’ dan l-avveniment. Interessanti huwa l-fatt li din l-inkjesta daħlet f ’ħafna dettall tant li fiha 1,700 paġna. Ara paġna 4
RAPPORTI TAL-AWDITUR TAĦT IT-TAPIT
Kienet deċiżjoni meħudha minn Kastilja fl-1 ta’ Frar tal-2013, xahar qabel l-aħħar elezzjoni ġenerali, li ħeġġet lill-ministri u s-segretarji parlamentari biex jieħdu d-dar magħhom it-tieni karozza li kien xtralhom il-Gvern minn flus il-poplu. L-eks-Ministru tal-Finanzi Tonio Fenech ibbenefika sew minn din id-deċiżjoni li bħalha ma kinitx ittieħdet f ’leġiżlaturi preċedenti. Il-KullĦadd ra ċ-ċirkolari li nħarġu qabel l-elezzjoni ġenerali tal-2008 u tal-2013. Bejniethom hemm differenza waħda. F’tal-2013, fejn kien hemm possibbilità kbira li l-PN iġarrab telfa, ġie miżjud id-dritt biex il-ministri u s-segretarji parlamentari jixtru karozza bi prezz maħdum miċ-Ċivil skont il-proċedura stabbilita wkoll f ’din il-kampanja elettorali. Ara paġna 2
Ftit aktar minn ġimgħa wara li ġie ppubblikat ir-rapport tal-Awditur Ġenerali dwar il-każ ta’ Triq Zekka, li wassal għar-riżenja tas-Segretarju Parlamentari għall-Ippjanar u s-Simplifikazzjoni Amministrattiva Michael Falzon, spikka l-aktar l-impenn u s-serjetà tal-Prim Ministru Joseph Muscat li l-governanza tajba qed iwettaqha mhux biss bil-kliem iżda wkoll bl-azzjoni. Madankollu, din ir-riżenja wara rapport tal-Awditur Ġenerali hija totalment ġdida fil-politika Maltija. Dan hekk kif, taħt amministrazzjoni Nazzjonalista, kienu saru diversi rapporti mill-istess Awditur, iżda d-differenza kienet li qatt ma kien hemm riżenja ta’ xi ministru jew segretarju parlamentari li kien implikat, u dawn ir-rapporti ntefgħu taħt it-tapit u ġew injorati kompletament. Ara paġna 5
02 31|01|2016
kullħadd.com
LOKALI
RIEDU JGAWDU SAL-AĦĦAR Id-direttiva li ħareġ is-Segretarju Prinċipali Permanenti Godwin Grima fid-29 ta’ Frar 2008, jiem qabel tmiem il-leġiżlatura, kienet tgħid dak li dejjem intqal qabel kull elezzjoni ġenerali. Jiġifieri li sa lejlet l-elezzjoni l-ministri u s-segretarji parlamentari jridu jagħtu lura ċ-ċwievet tal-uffiċini kif ukoll iħallu l-karozza uffiċjali u t-tieni karozza fil-kumpless tal-Pulizija f ’Ta’ Kandja. Kellu jiġi rritornat ukoll tagħmir teknoloġiku bħal mowbajls, kompjuters u laptops, iżda f ’dan il-każ il-ministri u s-segretarji parlamentari kellhom il-faċilità li jixtruhom skont il-prassi taċ-Ċivil. L-istess direttiva ntbagħtet lejlet l-elezzjoni ġenerali ta’ wara, fejn Tonio Fenech ovvjament ħass li kien se jispiċċa minn ministru. Fl-1 ta’ Frar 2013 il-ministri u s-segretarji
parlamentari intalbu jirritornaw l-istess affarijiet li kienu ntalbu fl-2008, iżda ma din il-lista żdiedet il-faċilità li l-membri tal-Kabinett setgħu
jixtru wkoll il-karozza li kien xtralhom il-Gvern. Permezz ta’ din id-direttiva l-ġdida, Tonio Fenech ħa miegħu d-dar karozza Honda
CRV b’€2000 li, ftit snin qabel kienet inxtrat b’€25,000 minn flus il-poplu. L-eks-Ministru tal-Finanzi ġġustifika dan iddeal billi qal li l-karozza kienet
qdiemet u saħaq li mexa b’kuxjenza onesta. Iżda wara ġie żvelat kif Tonio Fenech beda jiddeskrivi din il-karozza bħala waħda f ’kundizzjoni tajba f ’riklam li tella’ fuq is-sit maltapark.com, fejn għall-istess karozza beda jitlob is-somma ta’ €8000. Dan ir-riklam tneħħa minn fuq l-internet ftit sigħat wara li ħarġet l-istorja fil-mezzi tax-xandir. Il-karozza dehret barra r-residenza ta’ Tonio Fenech u fuq it-tieqa tagħha kellha n-numru tat-telefown li fuqu wieħed ried iċempel biex jixtri l-karozza bil-prezz li kien qed jitlob l-eks-Ministru biex jaqla’ minnha mas-€6000. Filwaqt li jitkellem ħafna dwar politika onesta u nadifa, il-Kap Nazzjonalista Simon Busuttil, minflok ħa passi, qal biss lill-ġurnalist li staqsieh dwar il-każ biex ma “jdaħħakx nies bih”.
500 ŻAGĦŻUGĦ U 25 KAŻIN IBBENEFIKAW MINN €70,000 Minn mistoqsija parlamentari li saret riċentament, irriżulta li kienu proprju 25 każin li bbenefikaw minn €70,000 f ’fondi li jaqgħu taħt l-iskema It-Taħriġ Mużikali taż-Żgħażagħ fil-Każini talBanda. Din hija skema li toħroġ fuq bażi annwali minn Aġenzija Żgħażagħ u tagħti lok biex il-każini jibbenefikaw minn fondi li jgħinuhom itejbu t-tagħlim li jagħtu liżżgħażagħ. Bejn wieħed u ieħor, fl-aħħar sena, kienu 500 żagħżugħ u żagħżugħa li bbenefikaw minn din l-iskema. Ħafna drabi, meta wieħed isemmi każin tal-banda, jiftakar fil-festa, fil-marċi, fil-briju, fl-armar u elf ħaġa oħra. Madankollu, ftit huma dawk li jiftakru li l-każin talbanda huwa ċentru li jgħallem il-mużika mingħajr flus. Ħafna minn dawk li jiddeċiedu li jitgħallmu l-mużika jkunu żgħażagħ li, għada pitgħada, jaspiraw li jiffurmaw parti mill-banda tar-raħal. Oħrajn mhux talli jispiċċaw idoqqu fil-festa tar-raħal imma jkunu
saħansitra msejħa jagħtu s-servizz tagħhom ma’ baned oħrajn fil-ħafna festi li jkunu ċċelebrati f ’Malta fis-sajf. Il-każini tal-banda jservu ta’ benniena għall-mużiċisti futuri. Fid-dawl ta’ dan kollu, din il-gazzetta għamlet kuntatt mas-Segretarju tas-Soċjetà Filarmonika Santa Marija taż-
Żebbuġ, Għawdex, Marnol Sultana, fejn fost oħrajn qalilna kif intużaw dawn il-fondi u għal xiex kienu bżonjużi ferm. Investiment fiż-żgħażagħ “Il-fondi allokati ntużaw biex ġew introdotti lezzjonijiet tal-mużika speċifika għall-
istudenti żgħażagħ, xiri ta’ riżorsi tat-tagħlim bħall-kotba u siltiet mużikali b’tema tażżgħożija, xiri ta’ strumenti mużikali u twaqqif tal-Youth Band, organizzazzjoni ta’ workshops għaż-żgħażagħ biex jiġu mgħarrfa aktar dwar it-tagħlim tal-mużika, organizzazzjoni ta’ kunċert mużikali mill-istess żgħażagħ,
kif ukoll ġiet żviluppata mobile application bl-iskop li niffaċilitaw il-komunikazzjoni mal-bandisti u ż-żgħażagħ tagħna,” qal Sulta bi tbissima. Huwa temm jgħid li l-fondi mogħtija mill-iskema ntużaw għal diversi azzjonijiet biex il-Banda Santa Marija setgħet tagħti spazju lill-istudenti u żgħażagħ oħrajn jibdew jitgħallmu l-mużika mingħajr ebda ħlas, jitjiebu l-faċilitajiet eżistenti, kif ukoll biex ilkażin ikun attrezzat bir-riżorsi meħtieġa għal livell għoli tattagħlim tagħhom, kemm għażżgħażagħ li jibdew jitgħallmu strument tal-banda kif ukoll għall-bandisti żgħażagħ li bħalissa huma diġà membri mal-istess banda. Din l-iskema għallkażini tal-banda hija biss waħda mill-iskemi li toffri Aġenzija Żgħażagħ li tiftaħ għall-pubbliku. L-iskema hija miftuħa u l-proposti jintlaqgħu sal-Ġimgħa 26 ta’ Frar sa’ nofsinhar. Għal aktar dettalji żur is-sit. www.agenzijazghazagh.gov.mt
LOKALI
kullħadd.com
31|01|2016 03
“META INDUNAW LI L-ABBUŻ SE JIĠI INDIRIZZAT, KIEN HEMM MIN ĦAREĠ BIS-SICK JEW SAĦANSITRA RRIŻENJA”
Il-Ministru Joe Mizzi
LIAM GAUCI liam@kullhadd.com
F’diskors li għamel filParlament aktar kmieni din il-ġimgħa, il-Ministru għatTrasport u l-Infrastruttura Joe Mizzi semma diversi eżempji ta’ rregolaritajiet li ltaqa’ magħhom meta ngħata l-kariga ministerjali fl-2013. Bil-barka tal-ministri ta’ qabel? Fl-intervent tiegħu Mizzi sostna li, meta mar ilMinisteru biex jieħu idea ta’ min qiegħed jaħdem fl-entitajiet li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tiegħu, huwa mill-ewwel sab diversi nuqqasijiet. Fost l-oħrajn, huwa skopra li numru ta’ ħaddiema ma kinux qegħdin jidħlu għax-xogħol. “X’jiġifieri qatt ma ġew xogħol? Kienu ilhom snin jagħmluhom dawn taħtkom,” qal il-Ministru fil-Parlament hu u jindirizza l-Oppożizzjoni Nazzjonalista. “X’jiġifieri ma jidħlux għax-xogħol dawn? Mela mhux kulħadd jidħol għax-xogħol biex jitħallas? Mela sewwa, ilħaddiema jbatu u jagħmlu x-xogħol u ħaddieħor jitħallas u jitlaq ’l hemm.”
Il-Ministru għatTrasport u l-Infrastruttura tenna li ltaqa’ wkoll ma’ sitwazzjonijiet fejn ċertu ħaddiema ma kinux kapaċi jagħmlu xogħolhom, filwaqt li drabi oħra sar jaf li ħames ħaddiema kienu qed jaħdmu flimkien fuq xogħol li seta’ jsir minn persuna waħda. Agħar minn hekk, Mizzi semma li hemm indikazzjonijiet li dawn innuqqasijiet saru bl-appoġġ tal-ministri Nazzjonalisti tal-passat minkejja li kien diffiċli għalih biex isib l-evidenza ta’ dan l-aġir. Huwa qal li ma kinitx faċli għalih biex ibiddel din ilmentalità ħażina li kien ikkonfrontat biha, iżda
huwa ħassu obbligat li jieħu passi għax ma kienx sewwa li jseħħu abbużi ta’ din ixxorta. “Irrealizzajt li ma kien hemm kontroll ta’ xejn” Il-gazzetta KullĦadd ħadet il-kummenti talMinistru Joe Mizzi biex tifhem kif sar jaf b’dawn innuqqasijiet u x’passi ħa biex jindirizzahom. Huwa ftakar li meta laħaq Ministru, waħda mill-ewwel affarijiet li għamel kienet li jsir jaf min huma l-ħaddiema li jaqgħu taħt id-dipartimenti tiegħu, illi kienu mijiet fin-numru. “Sfortunatament, bdejt ninduna li kien hemm
grupp sew ta’ ħaddiema li ma kinux qed jirrappurtaw għax-xogħol. Bdew jirrappurtawhom ħaddiema kollegi tagħhom stess. Qaluli li kienu ilhom snin b’dawn il-prattiki u ħadd qatt ma inforza fuqhom. Ħaddiema li verament xtaqu li jaraw titjib fuq il-post taxxogħol tagħhom ittamaw li dawn il-prattiki ħżiena jiġu indirizzati,” ftakar ilMinistru għat-Trasport u l-Infrastruttura. “Kien hemm min imur sagħtejn fuq il-lant taxxogħol u jitlaq lejn id-dar. Kien hemm saħansitra min lanqas kien jirrapporta għax-xogħol. Peress li ħafna mix-xogħol tagħhom
L-AVUKAT TONI ABELA NOMINAT MILL-PM GĦALL-QORTI EWROPEA TAL-AWDITURI Ilbieraħ waranofsinhar, il-Prim Ministru Joseph Muscat innomina lid-Deputat Mexxej tal-Partit Laburista Toni Abela bħala membru Malti tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri. L-Avukat Abela se jkun it-tielet nomina ta’ Malta bħala membru tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri minn meta Malta saret membru tal-Unjoni Ewropea fl-2004. Huwa se jieħu post Louis Galea li serva f ’din il-kariga għall-aħħar ħames snin wara l-Professur Josef Bonnici, li kien l-ewwel Malti li nħatar f ’din il-kariga. Dr Abela huwa gradwat bħala avukat mill-Università ta’ Malta u ilu jipprattika l-liġi fil-Qrati Maltin
għal 33 sena. Huwa speċjalizza b’mod partikolari fil-liġijiet kostituzzjonali u amministrattivi. Fl-1989 kien kofundatur ta’ partit politiku ġdid f ’Malta, l-Alternattiva Demokratika. Fl-1996 kien appuntat bħala wieħed minn tliet kummissarji fuq il-Kummissjoni tal-Impjiegi, li hija awtorità kostituzzjonali. Fl-2008 kien elett Deputat Mexxej tal-Partit Laburista u, fost l-oħrajn, kellu l-inkarigu li jikkordina u jsegwi l-ħidma tal-kunsilliera tal-Partit Laburista u l-kunsilli lokali b’maġġoranza Laburista. Dr Abela huwa miżżewweġ lil Marisa u flimkien għandhom tlett itfal, Estelle, Fleur u Aaron.
ikun fuq barra, ħadd ma kien jiċċekkja fuqhom jekk humiex qegħdin fuq il-post tax-xogħol. Meta ġbidt l-attenzjoni, u bdejt nibgħat anke persuni tal-fiduċja tiegħi biex jiċċekkjaw, irrealizzajt li ma kien hemm kontroll ta’ xejn,” tenna Mizzi. Kif wieħed jistenna, meta n-nies li kienu qegħdin jabbużaw mis-sistema rrealizzaw li l-affarijiet se jinbidlu, huma għamlu li setgħu biex ma jiffaċċjawx ilkonsegwenzi ta’ għemilhom. “Fil-fatt, meta dawn bdew jindunaw li l-abbuż se jibda jiġi indirizzat, kien hemm numru minn dawn il-persuni li ħarġu bis-sick u kien hemm saħansitra persuna li rriżenjat mix-xogħol,” ftakar il-Ministru għat-Trasport u l-Infrastruttura. “Ħadt deċiżjoni – kienet waħda mill-prijoritajiet li ridt nindirizza qabel ikompli jintilef il-kontroll. Ċaqlaqt lil dawn il-persuni f ’dipartimenti oħrajn fejn kien hemm aktar bżonn tax-xogħol tagħhom. Barra minn hekk, illum hemm sorveljanza aħjar u s-sitwazzjoni jidher li tranġat. Illum il-ġurnata qed jidħlu u jagħmlu xogħolhom,” temm jgħidilna l-Ministru Mizzi.
04 31|01|2016
kullħadd.com
LOKALI
IS-SEWWIEQ U L-KUMITAT IMPLIKATI GLEN FALZON tal-mewt, filwaqt li sitt oħra glen@kullhadd.com weġġgħu gravi u tlettax oħra sofrew ġrieħi ħfief.
Ilbieraħ filgħodu, il-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali, ħabbar irriżultati tal-inkjesta dwar l-inċident ta’ Paqpaqli għal L-Istrina. Mill-provi li ħarġu mill-inkjesta, jirriżulta li r-responsabbiltà ta’ dak li ġara waqgħet fuq is-sewwieq u fuq il-kumitat li organizza dan l-avveniment. L-inċident seħħ fl-4 ta’ Ottubru li għadda, waqt attività organizzata minn Paqpaqli għal L-Istrina f ’Ħal Farruġ għall-ħabta tassagħtejn ta’ wara nofsinhar. B’kollox weġġgħu 23 persuna li erba’ minnhom weġġgħu gravi tant li kienu fil-periklu
Il-President responsabbli
mhux
L-inkjesta ma sabet ebda indikazzjoni ta’ responsabbiltà dwar il-President ta’ Malta Marie-Louise Coleiro Preca. Mill-inkjesta ħareġ ukoll li l-President ta’ Malta ma kienet bl-ebda mod involuta fl-organizzazzjoni talavveniment jew fil-laqgħat preparatorji u kienet involuta biss sal-punt li l-avveniment sar taħt l-awspiċi tagħha u daqshekk. Għaldaqstant, l-inkjesta ma sabet ebda indizju ta’ responsabbiltà dwar il-President ta’ Malta.
Ritratt: MALTA POLICE FORCE Indikazzjoni, mhux ħtija Dwar il-konklużjonijiet talinkjesta, il-Ministru Bonnici
qal li għandu jiġi ċċarat li dak li qed jingħad fl-inkjesta mhuwiex dwar sejbien ta’ ħtija. “Inkjesta Maġisterjali tippriżerva l-provi
u tagħti indikazzjoni dwar jekk hemm xi ħadd li jidher li għandu jirrispondi għal xi akkużi. Ilkażijiet ħafna drabi jkun jeħtieġ li jiġu investigati ulterjorment mill-Pulizija,” fisser il-Ministru Bonnici. Bl-għajnuna ta’ tlettax-il espert, l-inkjesta mmexxija mill-Maġistrat Consuelo Scerri Herrera, ikkonkludiet li l-kawża primarja tal-inċident kienet ittelf tal-kontroll tal-vettura missewwieq tal-istess Porsche 918 u li għal dan it-telf tal-kontroll huwa implikat l-istess sewwieq. Apparti minn hekk, ma jirriżultax li kien hemm difett mekkaniku fil-vettura involuta fl-inċident qabel ma saret ilħabta. Kawżi sekondarji Fuq il-kawżi sekondarji jidher li huwa indizjat il-Kumitat li organizza dan l-avveniment. Għaldaqstant, l-inkjesta ma sabet ebda indizju ta’ responsabbiltà dwar il-President ta’ Malta. Il-kawżi sekondarji talinċident kienu identifikati fejn, fost oħrajn, kien hemm nuqqas ta’ miżuri ta’ saħħa u sigurtà fis-sens li ma kienx hemm pjazzament ta’ barrikati talconcrete tul it-trakka fuq in-naħa tal-hangers tal-Lufthansa Technik biex jikkontienu vettura, tkun liema tkun, fuq is-circuit track. Minflok kien hemm barrikati maħsuba għall-kontroll tan-nies u mhux għas-sigurtà.
L-ISPTAR WARA ARGUMENT Ilbieraħ, għall-ħabta tat8.00am, il-pulizija mid-distrett ta’ San Ġiljan issejħu biex jagħtu l-assistenza tagħhom fi Triq il-Keffa, is-Swieqi. Il-pulizija kienu infurmati li raġel ta’ nazzjonalità barranija kien mixħut mal-art u li kellu ġrieħi gravi. Il-barrani kien involut f ’argument li wassal biex huwa jkun milqut minn arma li taqta’ u bil-ponta. Fuq il-post issejħet l-assistenza tal-ambulanza li ħadet lir-raġel l-Isptar Mater Dei għall-osservazzjoni medika. Il-qagħda tal-vittma hija waħda kritika. Il-Maġistrat tal-Għassa Dr C. Galea LLD ġiet infurmata bil-każ u ħatret diversi esperti biex jassistu fl-inkjesta dwar il-każ. Sadanittant, il-pulizija tal-Għassa ta’ San Ġiljan għadhom għadejjin bl-investigazzjoni tagħhom. Titlef ħajjitha Intant, f ’każ separat, Marthese Zarb ta’ 52 sena li fit-23 ta’ Jannar li għaddha kienet involuta f ’inċident tat-traffiku flimkien mar-raġel u t-tifel tagħha, sfortunatament tilfet ħajjitha lbieraħ. L-investigazzjonijiet tal-pulizija għadhom għaddejjin.
LOKALI
kullħadd.com
31|01|2016 05
RAPPORTI TA’ KUNDANNA MILL-NAO FI ŻMIEN IL-PN…
ĦADD MA JERFA’ R-RESPONSABBILTÀ
jikkunsidra dawn l-interventi bħala mhux meħtieġa. Dan, fl-opinjoni tal-NAO, imur kontra l-prinċipji fundamentali ta’ tmexxija tajba.”
GLEN FALZON glen@kullhadd.com Fid-dawl tar-riżenja tal-eks-Segretarju Parlamentari għall-Ippjanar u s-Simplifikazzjoni Amministrattiva Michael Falzon, wara r-rapport tal-Awditur Ġenerali fuq il-każ tal-esproprjazzjoni lil Mark Gaffarena, wieħed ma jistax ma jinnotax il-fatt li l-Partit Nazzjonalista (PN) huwa proprju llum, li qiegħed flOppożizzjoni, li jrid li l-politika titnaddaf. Fil-verità, meta l-PN kellu ċ-ċans kollu biex jagħmel dan mill-Gvern, baqa’ jinjora rapport wara ieħor tal-istess Awditur Ġenerali, li kemm-il darba kien irriżulta minn tali rapporti li kien hemm nuqqasijiet kbar u saħansitra korruzzjoni. Dak iż-żmien, il-PN għażel li qatt ma jagħmel xejn, għall-kuntrarju ta’ dak li qed iseħħ illum, fejn ministri u segretarji parlamentari, huma min huma, qed jerfgħu r-responsabbiltà, anke jekk ma jkunux direttament involuti fil-każijiet li ġew implikati fihom. Fi kliem ieħor, dan jikkonferma li dan il-Gvern verament jemmen fil-governanza tajba mhux bilparoli biss iżda wkoll b’fatti konkreti. Għalhekk tajjeb li nagħtu ħarsa lejn ftit mir-rapporti kundannabbli tal-Awditur Ġenerali li għalihom fl-amministrazzjoni preċedenti, u li Simon Busuttil kien jagħmel parti integrali minnha fejn saħansitra kien il-Mibgħut Speċjali tal-eksKap Nazzjonalista Lawrence Gonzi, ma ntrefgħet l-ebda responsabbiltà politika u Kundanna lil Jason Azzopardi Is-sena l-oħra, l-Awditur Ġenerali kien intalab jinvestiga l-għoti ta’ permessi ta’ encroachment maħruġa matul il-perjodu immedjatament qabel l-elezzjoni ġenerali tal-2013. Skont din it-talba, fuq il-mezzi tax-xandir kien irrappurtat li 100 permess inħarġu matul l-aħħar xahrejn talamministrazzjoni preċedenti, meta gvern normalment joħroġ 150 permess fis-sena. F’dan l-isfond, l-Uffiċċju Nazzjonali talVerifika (NAO) analizza l-frekwenza talpermessi maħruġa matul il-perjodu bejn l-1 ta’ Diċembru 2012 u t-8 ta’ Marzu 2013, partikolarment meta mqabbla ma’ perjodi oħra, kif ukoll jekk dawn ilpermessi ngħatawx b’mod regolari. L-NAO stabbilixxa li n-numru ta’ permessi maħruġa bejn Diċembru 2012 u Marzu 2013 kien 25. L-approvazzjoni ta’ dawn il-permessi kienet tiddependi fuq innatura tal-encroachment, u f ’dan il-kuntest
Power station bl-aktar żejt li jniġġes Korruzzjoni fix-xiri taż-żejt
r-rapporti tal-Awditur Ġenerali ntefgħu fuq l-ixkaffa u baqgħu jiġu injorati. l-NAO innota li mill-25 permess maħruġ, 13 kienu awtorizzati mill-Ministru għallKompetizzjoni Ġusta, Negozji Żgħar u Konsumatur, filwaqt li t-12 l-oħra kienu sanzjonati mid-Dipartiment u entitajiet oħra fis-settur pubbliku. Ħdax-il permess inħarġu bejn it-23 ta’ Frar u t-8 ta’ Marzu 2013, b’seba’ permessi maħruġa bejn l-4 u t-8 ta’ Marzu 2013. Minn dawn il-11-il permess, tmienja kienu awtorizzati millMinistru. Meta mqabbla mal-25 permess maħruġa bejn Diċembru 2012 u Marzu 2013, l-NAO stabbilixxa li disa’ permessi nħarġu fix-xhur korrispondenti tal-2010 u l-2011, 20 permess fil-2011 u fl-2012, u sitta fl-2013 u fl-2014. Dan huwa konferma ċara li kien hemm intervent politiku minn Jason Azzopardi biex joħroġ encroachment fiddistrett tiegħu stess lejlet l-elezzjoni, u li kien responsabbli biex art tal-Gvern tingħata qabel l-elezzjonijiet bi prezzijiet iktar baxxi minn tas-suq. Fi kliem ieħor, bejn Jannar u Marzu 2013, Gvern Nazzjonalista qassam l-ogħla numru ta’ artijiet li qatt tqassmu fl-istess perjodu ta’ snin preċedenti.
Balbuljata bil-fondi tal-Fond għal Kawżi Ġusti Investigazzjoni oħra talAwditur Ġenerali kienet dik fuq il-Fond għal Kawżi Ġusti; investigazzjoni li ntalbet mill-Ministeru tal-Finanzi. L-investigazzjonijiet jixhdu kif blobbligazzjonijiet li saru bejn Jannar 2011 u Marzu 2013 u li għalhekk kienu dovuti għall-2013 u l-2014, wasslu biex il-fondi kollha tal-Fond għal Kawżi Ġusti tas-sena 2014 tbattlu għalkollox. Dan il-fond jiġġenera d-dħul tiegħu minn kontribuzzjoni
Ir-rapport tal-Awditur Ġenerali dwar il-mod xejn trasparenti kif kien isir ix-xiri taż-żejt fissnin l-imgħoddija jinkludi wkoll evidenza li turi kif l-eks-Ministru Austin Gatt innifsu kien indaħal fix-xiri taż-żejt. Gatt kien ta direzzjonijiet ministerjali u qal li kien qiegħed jerfa’ r-responsabbiltà għalihom. L-Awditur jgħid li l-interferenza ta’ Austin Gatt kienet tmur kontra l-prinċipji ta’ tmexxija tajba. Skont ir-rapport tal-Awditur, l-eks-Ministru Austin Gatt kien stabbilixxa l-miri tat-tariffi li bihom kellu jsir il-hedging, fil-perjodu bejn l-2009 u l-2010, u dan meta ma kienx hemm l-approvazzjoni talAwtorità Maltija għar-Riżorsi (MRA). Fil-fatt, il-Korporazzjoni kienet għadha qiegħda tistenna din l-approvazzjoni, iżda Austin Gatt ta direzzjonijiet ċari lilleks-Chairman tal-Enemalta Alex Tranter. “Il-Ministru Gatt stabbilixxa l-miri tal-hedging talKorporazzjoni bbażati fuq l-istess tariffi li ma kinux approvati,” jgħid l-Awditur li jirreferi għall-email fejn sar dan. B’hekk Gatt stabbilixxa l-parametri li fih kellu jaħdem irRisk Management Committee (RMC). “Fl-opinjoni tal-NAO, dan ixxenarju jqajjem tħassib dwar ittmexxija tajba u l-kontabbiltà talRMC. Korrispondenza bl-email analizzata mill-NAO b’rabta maċċirkustanzi msemmija tindika li mhux il-membri kollha tal-RMC kienu inklużi fil-komunikazzjoni li kellha relevanza għall-kumitat,” jgħid l-NAO. Jirreferi għall-fatt li kien intqal li kull ftehim kien approvat miċChairman u l-Kap Eżekuttiv wara l-parir tal-Ministru Austin Gatt. “Huwa f ’dan il-kuntest li t-tħassib tal-NAO jikber,” ingħad fir-rapport. Dan kollu jwassal għal inkonsistenzi dwar min flaħħar mill-aħħar kien responsabbli biex ifassal il-politika tal-hedging tal-Enemalta u jiddeskrivi hekk l-intervent tal-Ministru: “L-NAO
tat-taxxa pagabbli fuq l-attività tal-logħob, premjijiet mhux miġbura u l-interessi fuqhom. Il-medja ta’ dħul annwali tal-NLGCF jammonta għal bejn wieħed u ieħor €1.7 miljun. Iż-żewġ miljun Ewro li tqassmu fl-2014 kienu mwiegħda kollha qabel l-elezzjoni ġenerali tal-2013. F’din l-investigazzjoni jingħad li, apparti numru ta’ nuqqasijiet identifikati, l-obbligazzjonijiet magħmula mill-Fond għal Kawżi Ġusti “effettivament jorbtu l-fondi għall-futur bil-possibbiltà ta’ detriment fuq kawżi oħra xierqa.” Minkejja li l-Uffiċċju tal-Awditur Ġenerali jagħmilha ċara li hu konxju mill-fatt li l-linji gwida dwar l-approvazzjoni ta’ proġetti u inizjattivi ma jfissrux rabta legali, l-Awditur
Waħda mill-agħar deċiżjonijiet ambjentali tal-Gvern preċedenti kienet bla dubju d-deċiżjoni li jħaddem il-power station ta’ Dellimara bl-iktar żejt li jniġġes. Sabiex ikun jista’ jagħmel dan, ilGvern saħansitra kien bidel il-liġijiet ambjentali; liema deċiżjoni kellha xamma qawwija ta’ korruzzjoni. Fl-2006, fil-Generation Plan approvat mill-Kabinett, kien ingħad li l-Gvern għandu jiġġenera l-elettriku bil-gass. L-Enemalta stess, f ’seminar li għamlet flistess sena, qalet li l-estensjoni ta’ Dellimara kellha titħaddem bilgass. Fl-2007 intefgħu proposti biex kumpaniji jipprovdu gass naturali għall-estensjoni tal-power station “għal raġunijiet ta’ ħarsien ambjentali u iżjed effiċjenza filproduzzjoni tal-enerġija”. Sa dak iż-żmien kienet għadha fis-seħħ liġi tal-2002 li kienet tisħaq li ma jintużawx magni fil-power station li jitħaddmu bilheavy fuel oil, u kollox kien juri li l-estensjoni l-ġdida tal-power station, li għaliha kienet ħarġet sejħa għallproposti f ’Novembru 2006, kellha titħaddem bil-gass naturali skont kif kienet tistipula l-liġi ambjentali. Fl-2007, il-Gvern Nazzjonalista bidel il-liġi ambjentali biex tkun tippermetti li l-impjant il-ġdid ikun jista’ jitħaddem bl-HFO. F’April tal-2009 intgħażlet il-BWSC biex tħaddem il-power station bl-HFO. Apparti minn hekk, ir-rapport talAwditur Ġenerali jgħid ċar u tond li f ’dan il-każ kien hemm għadd ta’ konflitti ta’ interess. Wieħed minn dawn kien li rappreżentant tadditta legali li kienet tirrappreżenta lill-BWSC kien diġà rappreżentant legali wkoll tal-Enemalta għal 20 sena sħaħ. Dan ikompli jżid mal-fatt li dan ir-rapport isemmi wkoll li kien hemm għadd ta’ subcontractors tal-BWSC li, minkejja li kienu involuti f ’xi attivitajiet illegali, xorta waħda kienu ingaġġati mal-BWSC. Minkejja dawn l-oxxenitajiet, f ’Diċembru tal-2012, Gvern Nazzjonalista reġa’ għażel lil din il-kumpanija biex jixtri ż-żejt mingħandha, f ’kuntratt validu għal sitt xhur.
jgħid li tmexxija tajba titlob aktar sforz biex wieħed iżomm mal-proviżjonijet tal-linji gwida, iżda f ’dan il-każ irriżulta b’mod ċar li dan l-isforz kien nieqes. Nuqqasijiet f ’dan ir-rigward jinkludu każi fejn ilparametri dwar l-għoti tal-fondi ma ġewx imħarsa, b’każi fejn il-limiti għall-għotjiet mill-Fond għal Kawżi Ġusti ġew maqbuża. “Raġunijiet għall-approvazzjoni ta’ fondi barra millparametri, kif stabbiliti bil-linji gwida, mhux dejjem kienu indikati b’mod ċar fir-rapport tal-bord.” It-tagħrif miżmum dwar il-flus tal-Fond għal Kawżi Ġusti huwa sparpaljat “bl-ebda sors komprensiv li jinkludi l-informazzjoni kollha relevanti għal kull applikant.”
06 31|01|2016
kullħadd.com
LOKALI
IL-FOSS TAL-BIRGU JINGĦATA LURA LILL-ĠIRBIN WARA SNIN DILAPIDAT GLEN FALZON glen@kullhadd.com
Din il-ġimgħa l-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali Owen Bonnici u s-Segretarju Parlamentari għall-Fondi Ewropej Ian Borg inawguraw il-proġett ta’ riabilitazzjoni tal-Foss tal-Birgu. B’kollox dan il-proġett sewa €1,043,000, li minnu 85% kienu kofinanzjati mill-Unjoni Ewropea. Dan hu proġett tad-Direttorat tar-Restawr, li beda madwar sena u xahar ilu u tlesta proprju f ’dawn l-aħħar jiem. L-għan ta’ dan il-proġett kien mhux biss li tiġi restawrata l-ġebla iżda li tingħata lura d-dehra oriġinali tal-fortifikazzjonijiet. Għalkemm il-Foss tal-Birgu serva ta’ ġnien pubbliku għal xi żmien fil-passat, spiċċa post kompletament mitluq u bla użu għal diversi snin. Dan is-sit, iżda, għandu potenzjal kbir kemm bħala post ta’ rikreazzjoni kif ukoll bħala sit ta’ valur kbir storiku. Id-Direttorat tar-Restawr
iddisinja u implimenta proġett li l-għan tiegħu kien li jirriżalta dawn iż-żewġ elementi filwaqt li titjieb l-aċċessibbiltà u jiġu mtejba r-rotot li jgħaqqdu l-partijiet differenti tal-Kottonera permezz ta’ heritage trail. Fil-fatt, il-kunċett primarju tad-disinn kien li jinħolqu passaġġi li, permezz tagħhom, wieħed jista’ jaqsam minn naħa għal oħra tal-Foss u li finalment iwassluk għad-daħla l-antika tal-Birgu magħrufa bħal l-Couvre Porte san-naħa tax-xatt tal-Kalkara. Id-disinn jintegra u jenfasizza d-diversi sejbiet arkeoloġiċi li saru f ’dan is-sit bi storja tant rikka. Dawn is-sejbiet li llum jistgħu jiġu interpretati mill-viżitaturi jżidu l-leġibbiltà tal-fortifikazzjonijiet tal-Birgu. Waħda mis-sejbiet arkeoloġici l-aktar interessanti hija dik tal-kapunier ta’ difiża. Ir-ricerka storika li ssir waqt proġett ta’ dan it-tip tefgħet dawl fuq l-eżistenza ta’ dan il-kapunier li jikkonsisti f ’passaġġ li jifforma parti mid-difiża tas-swar u li kien jagħti kenn lis-suldati sakemm jaqsmu minn naħa għal oħra tal-foss waqt attakk mill-għadu. Wara xi
QABEL
skavi ta’ prova rriżulta li kienu għadhom jeżistu partijiet sostanzjali minn dan il-kapunier. Għalhekk il-kapunier ġie skavat kollu u restawrat u integrat bħala parti ċentrali fil-proġett sabiex ikun jista’ jitgawda. Il-parti ta’ isfel tal-foss, jiġifieri l-inħawi tal-batterija li tħares fuq ix-xatt tal-Kalkara, offriet diversi sfidi minħabba li ġiet skavata minn diversi tunnellati ta’ ħamrija u materjal sakemm instabu l-pedamenti oriġinali tal-foss ta’ żmien l-Assedju. Għalhekk, issa wieħed jista’ jifhem aħjar kif kien jinqara dan l-ispazju qabel saru l-fortifikazzjonijiet il-ġodda li naraw illum. Waqt dawn l-iskavi instabet sally port li kienet kompletament mirduma. Din il-mina reġgħet tat lura aċċess dirett għal ġol-foss min-naħa taxxatt tal-Kalkara u b’hekk seta’ jittwaqqa’ taraġ tal-konkos li kien jgħatti parti sostanzjali mill-wicc tal-batterija, li llum ukoll ġie restawrat. Ammont ta’ siġar taż-żebbuġ li kienu wisq viċin tas-swar tressqu għal partijiet oħra fil-foss stess biex b’hekk wieħed
illum jista’ jara u japprezza aħjar dawn is-swar. Bħala parti mill-proġett ġiet installata sistema ta’ irrigazzjoni għas-siġar kollha li hemm fil-foss. Waqt il-proġett ingħatat importanza kbira biex jinġabar l-ilma tax-xita permezz ta’ french drains biex dan ġie maħżun f ’bir li kien eżistenti, li wkoll tnaddaf minn kwantità kbira ta’ terrapien permezz ta’ dan ilproġett. Il-proġett jara passaġġ prinċipali u sistema ta’ pjazez żgħar fejn wieħed jista’ jammira l-aktar veduti importanti u sbieħ tas-swar. F’dan il-pjazez ġew installati bankijiet u għamara urbana. Ilproġett inkorpora wkoll sistema ġdida ta’ dawl għall-passaġġi u għall-pjazez li tikkumplimenta s-sistema ġdida taddawl tas-swar fil-foss u fil-bqija tas-swar tal-Birgu. Il-proġett tar-riabilitazzjoni tal-Foss tal-Birgu jagħti ħajja ġdida lil dan issit storiku tant importanti u jagħti lura lill-pubbliku sit li jservi għal rikreazzjoni u edukazzjoni storika tal-belt tal-Birgu u ta’ pajjiżna.
WARA
LOKALI
kullħadd.com
31|01|2016 07
TAXXA ŻEJDA FUQ IL-VETTURI…
IKTAR MINN 32,400 PERSUNA ĦADU FLUSHOM LURA Bejn is-sena 2014 u s-sena li għaddiet, 32,462 persuna ħadu lura taxxa żejda li kienu ħallsu meta rreġistraw il-vetturi tagħhom: 29,126 persuna fis-sena 2014, u 3,336 persuna s-sena li għaddiet. Dan kien żvelat minn tweġiba parlamentari iktar kmieni din il-ġimgħa. F’kumment li ta lil din il-gazzetta, il-Ministru għat-Trasport u l-Infrastruttura Joe Mizzi sostna li dan ilGvern huwa gvern li jaħdem, iwettaq u jagħmel ġustizzja mal-poplu, għax, grazzi għal
dan il-Gvern, il-poplu qed jieħu dak li ħaqqu. Matul ix-xahar li ġej, sidien ta’ vetturi li rreġistraw vettura fl-2005 u ħallsu taxxa żejda fuqha, se jkollhom iċ-ċans li japplikaw u jieħdu lura l-flus żejda li ħallsu. Tajjeb wieħed jiftakar li, meta mill-Oppożizzjoni l-Partit Laburista kkommetta ruħu li jirritorna dawn il-flus lil min ħallashom, Gvern Nazzjonalista kien sostna li din kienet wegħda fiergħa u impossibli li titwettaq. Għal din is-sena, b’kol-
lox, Transport Malta allokat €4.3 miljun biex titkompla din l-iskema sakemm dawk kollha li kienu ngidmu jieħdu flushom lura. Fil-fatt, se tkun qiegħda tintbagħat ittra lil dawk is-sidien li rreġistraw il-vettura tagħhom bejn l-1 ta’ Jannar 2005 u l-aħħar ta’ Diċembru 2005. Kull min jirċievi l-applikazzjoni għandu jimlieha u jibgħatha lil Transport Malta. Dawk il-persuni li kienu applikaw fl-2014 u llum ġew nieqsa, jistgħu japplikaw l-eredi tagħhom. TM se tagħti
APPROVAT IL-BORD TAL-AZZJONI DWAR IL-KLIMA Skont avviż ippubblikat fil-Gazzetta talGvern nhar it-Tlieta li għadda, jirriżulta li l-Prim Ministru Joseph Muscat, fuq rakkomandazzjoni tal-Ministru għall-Iżvilupp Sostenibbli, l-Ambjent u t-Tibdil fil-Klima Leo Brincat, approva l-kompożizzjoni tal-Bord tal-Azzjoni dwar il-Klima għall-ħatra ta’ tliet snin skont kif ipprovdut milliġi tal-azzjoni dwar il-klima li l-Gvern għadda mill-Parlament is-sena l-oħra. Skont l-avviż, il-bord se jkun qed jitmexxa mill-Professur Simone Borg, li se tkun qed tokkupa l-kariga ta’ chairperson. Borg hija lettur flUniversità ta’ Malta li tispeċjalizza, fost oħrajn, fil-liġi u l-politika ambjentali, fil-liġi u l-politika għat-tibdil talklima, u fl-iżvilupp sostenibbli u l-immaniġġjar tar-riżorsi naturali. IdDeputat Chaiperson huwa Dr Philip Von Brockdorff. Meta din il-gazzetta talbet ilkummenti tal-Ministeru għall-Iżvilupp Sostenibbli, l-Ambjent u t-Tibdil filKlima dwar dan, kelliema mill-istess Ministeru għarrfitna li nhar it-Tlieta li ġej se jkunu qed jingħataw id-dettalji sħaħ dwar dan il-bord, tal-membri tiegħu, kif ukoll tar-responsabbiltajiet tal-istess bord.
ċ-ċans ukoll anke lil dawk li m’applikawx is-sena li għaddiet. F’mistoqsija parlamentari li twieġbet din il-ġimgħa mill-Ministru għat-Trasport u l-Infrastruttura Joe Mizzi, jirriżulta li l-ammont totali li ngħata lura mill-Gvern kien
ta’ €3.27 miljun fis-sena fl2014, filwaqt li fis-sena 2015 ingħata l-ammont ta’ €2.32 miljun. Transport Malta għandha wkoll allokat baġit ta’ €4.3 miljun għall-għotjiet li se jitħallsu fl-2016 għal sidien ta’ vetturi li rreġistraw vettura fil-2005.
08 31|01|2016
kullħadd.com
48,500 RUĦ IFFRANKAW IKTAR MINN €18,700 F’TAXXA
“
Din l-informazzjoni tixhed li l-Gvern attwali qiegħed verament iġib differenza pożittiva li tinħass fil-bwiet tal-familji
“
It-tnaqqis fit-taxxa tad-dħul minn 32% għal 29% wasslet sabiex fl-2014 kien hemm 48,501 persuna li bejniethom iffrankaw €18,724,065. Dan it-tnaqqis fit-taxxa fisser aktar flus fil-bwiet tal-Maltin u Għawdxin; tnaqqis li fisser aktar tkabbir ekonomiku u aktar xogħol. It-tnaqqis fit-taxxa tad-dħul naqas għal kulħadd wara li fl-aħħar baġit ippreżentat f ’Ottubru li għadda kien hemm tnaqqis ieħor. Dan irroħs ifisser li r-rota ekonomika tkun tista’ ddur. Matul l-2014 kien hemm 3,952 persuna li b’kollox iffrankaw €449,761 f ’taxxa wara li dawn bagħtu lilluliedhom f ’childcare centres bi ħlas. Bejn l-1 ta’ Jannar 2014 u Diċembru 2015, kien hemm 359 familja li bbenefikaw mill-mizura li l-passaġġ tattieni persuna li takkumpanja pazjenti taħt it-18-il sena li jmorru għall-kura barra l-pajjiż u li jiġu koperti millGvern. Din l-informazzjoni, li ħarġet ukoll wara mistqosijiet parlamentari, tixhed li l-Gvern attwali qiegħed verament iġib differenza pożittiva li tinħass
fil-bwiet tal-familji. Il-miżura tal-introduzzjoni taċ-childcare kienet miżura li inċentivat aktar nisa sabiex joħorġu jaħdmu jew jistudjaw, figuri li qed jidhru fl-analizi ekonomika li qed isir minn aġenziji ta’ kreditu internazzjonali u anke istituzzjonijiet oħra.
Il-ħidma tal-Gvern sabiex aktar nies jidħlu fid-dinja tax-xogħol xprunat aktar it-tkabbir ekonomiku, kien hemm żieda fin-numru ta’ nies li ħarġu jaħdmu u l-qgħad jinsab fl-inqas livelli tiegħu. Din hija prova ċara li qed ikun maħluq ix-xogħol kif jidher
mill-istatistika li qed toħroġ. Anke n-numru ta’ persuni li sabu x-xogħol matul issnin 2014 u 2015 żdied drastikament għax il-Gvern investa u ta ħafna enerġija lil dan is-settur. Ma kienx biżżejjed lanqas dak li seħħ filpassat, li l-persuni b’diżabbiltà
LOKALI
jkunu inklużi fil-klassijiet iżda mbagħad ma jkunux integrati fid-dinja tax-xogħol. Fl-2010, in-numru ta’ persuni ngaġġati f ’xi xogħol kien ta’ 134, fl-2011 127, fl2012 kien hemm 151, u fl2013 kien hemm 147. Fis-sena 2014 l-ammont ta’ persuni b’diżabbilità li sabu impjieg tela’ għal 309 waqt li matul is-sena li għaddiet in-numru tela’ għal 543. Dan in-numru ma kienx ikun possibbli kieku l-Gvern ma daħħalx miżuri u għen biex aktar persuni b’diżabbiltà jidħlu fid-dinja tax-xogħol – ix-xogħol li qed jagħti d-dinjità. Il-Gvern qed iwettaq ukoll il-wegħda li jagħti lura rifużjoni fuq il-ħlasijiet żejda fuq reġistrazzjoni talkarozzi. Matul l-2014, kien hemm 29,126 persuna li ħadet pagament bħala rifużjoni fuq it-taxxa ta’ reġistrazzjoni talvetturi, u l-ammont globali ta’ flus li ngħataw lura laħħaq €3.3 miljun. Fl-2015 kien hemm 3,336 li ħadu pagament li f ’total ingħataw €2.3miljun. Għall-2016, Transport Malta għandha allokat baġit ta’ €4.3miljun għal għotjiet li ser jitħallsu fl-2016.
LOKALI
kullħadd.com
31|01|2016 09
“IL-YOUTH HUB GĦALIJA QISU T-TIENI DAR TIEGĦI” Yanis Caruana, Student
GLEN FALZON glen@kullhadd.com Minn mistoqsija parlamentari li saret riċentament mid-Deputat Laburista u l-Whip tal-Gvern Godfrey Farrugia, irriżulta li f ’Malta b’kollox hawn 6 youth hubs. Dawn jinsabu f ’Santa Venera, fl-MCAST, il-Junior College, il-Higher Secondary, GEM 16 u l-Alternative Learning Programme (ALP). Madanakollu għajr għal dawk li jattendu dawn iċ-ċentri, iċ-ċittadini Maltin ftit li xejn jafu x’inhu youth hub. Dawn is-servizzi, li tipprovdihom l-Aġenzija Żgħażagħ, joffru ambjent informali u ta’ rikreazzjoni fejn youth worker tista’ tibni relazzjoni b’saħħitha maż-żgħażagħ u permezz ta’ din ir-relazzjoni tgħinhom fil-ħajja tagħhom ta’ kuljum. F’dawn il-youth hubs, iż-żgħażagħ huma mħeġġa li jesploraw it-talenti tagħhom u jimbarkaw fuq proġetti u inizjattivi li bihom itejbu kemm il-ħiliet personali u soċjali tagħhom u kif ukoll jgħinhom fil-kisba edukattiva tagħhom u l-impjegabilità. Kien għalhekk li din ilgazzetta tkellmet ma’ youth worker li spiss tkun f ’wieħed minn dawn il-youth hubs kif ukoll ma’ żewġ studenti li wkoll jiffrekwentaw spiss dawn il-youth hubs.
“Ambjent żgħażagħ”
sikur
għaż-
Fost il-faċilitajiet ta’ logħob li joffri l-youth hub, hemm żewġ X-Boxes, billiards, table tennis, air hockey u table soccer. Għal min jippreferi jagħmel ħbieb ġodda billi jilgħab xi logħba għall-kwiet, hemm ukoll diversi board games li qegħdin għallużu taż-żgħażagħ. Madankollu, iż-żgħażagħ għandhom bżonn mhux biss jilagħbu u jieħdu gost, imma anke widna li tismagħhom u tifimhom, ilYouth Hub joffri wkoll Chill Out Area, fejn iż-żgħażagħ jistgħu jpoġġu bil-qiegħda f ’ambjent informali għallaħħar u jitkellmu kemm ma’ żgħażagħ oħra kif ukoll ma’ youth worker professjonali li
tkun il-ħin kollu fuq il-post. Maria Borg, li hija youth worker f ’wieħed minn dawn ilyouth hubs, eżattament dak ta’ Giovanni Curmi Higher Secondary School fin-Naxxar, spjegat kif dan il-youth hub kien inawgurat uffiċjalment f ’Jannar tas-sena li għaddiet u allura dan ix-xahar jagħlaq sena mill-ftuħ tiegħu. Hija spjegat kif il-Youth Hub huwa post rikreattiv li joffri ambjent sikur fejn iż-żgħażagħ jistgħu jiġu u jqattgħu l-ħin liberu tagħhom waqt xi free lesson jew inkella fil-brejk. Kif qalet Chelsea Borg, studenta tal-Matriculation Certificate Course, “bis-saħħa tal-youth hub, kull meta jkolli ftit ħin liberu mil-lezzjonijiet niġi u nqatta’ ftit ħin ma’ sħa-
bi. Barra minn hekk għamilt ħafna ħbieb ġodda”. Apparti dan kollu, bis-saħħa tal-Youth Hubs, Aġenzija Żgħażagħ ressqet is-servizzi tagħha iktar viċin lejn iż-żgħażagħ. Minnaħa l-oħra, fi kliem Yanis Caruana, student tal kors AIO, il-youth hub iqisu bħala t-tieni dar tiegħu. “Il-youth hub għalija qisu t-tieni dar tiegħi, fejn barra li tqatta’ l-ħin liberu ma’ sħabek u tgawdi, titgħallem il-valuri u r-responsabbiltajiet tal-ħajja,” fisser dan l-istudent. Attivitajiet oħra b’differenza Konxji mill-fatt li mhux iżżgħażagħ kollha jħossuhom komdi fl-istorbju jew fejn hemm gruppi pjuttost kbar ta’ nies, il-Youth Hub għal siegħa
waħda kuljum bejn il-11.00 ta’ filgħodu u nofsinhar, jieqaf mill-istorbju tal-logħob, u jsiru dawk li jissejħu quality time sessions. F’dawn is-sessjonijiet kuljum jintgħażel suġġett partikolari, li jkun ta’ interess għaż-żgħażagħ li jattendu. Xi suġġetti li ġew ittrattati matul dawn is-sessjonijiet huma l-użu ta’ sustanzi bħal droga u alkoħol, is-saħħa mentali, is-saħħa fiżika – fejn anke ġew mistiedna studenti tal-Università li qajmu kuxjenza dwar l-importanza ta’ prevenzjoni mill-mard, speċjalment id-dijabete u l-pressjoni għolja. Kien hemm ukoll sessjonijiet ukoll dwar kif nistgħu ngħollu s-self esteem, speċjalment fl-adoloxxenza, biex iż-żgħażagħ iħossuhom aħjar bihom infushom, u kif jistgħu jkunu aktar persuni pożittivi. Fil-ġimgħat li ġejjin se jinbeda wkoll kors qasir dwar l-edukazzjoni sesswali u iktar ‘il quddiem dwar kif iż-żgħażagħ jistgħu jsibu xogħol aktar malajr. Barra minn dan, iżżgħażagħ qed jitħeġġu ukoll biex iħossuhom parti u jgħinu lis-socjetà inġenerali billi kull erba’ xhur bħala youth hub, qed imorru jagħtu d-demm fiċ-Ċentru tat-Trasfużjoni tadDemm f ’Gwardamanġia. Iżżgħażagħ ikunu mħeġġa wkoll biex jagħmlu tipi differenti ta’ volontarjat, u anke nġabret donazzjoni fi żmien il-Milied għall-Community Chest Fund.
L-APPARAT FL-ISPTAR MA JAĦDIMX MINGĦAJR ID-DIPARTIMENT TAL-BIOMEDIKA Meta nitkellmu fuq l-Isptar Mater Dei u l-ħaddiema tiegħu naħsbu fit-tobba, konsulenti, infermiera u carers. Dawk il-ħaddiema li anke bħala pazjenti, naraw qegħdin jagħtu lilna u lil qrabatna l-kura. Iżda Mater Dei huwa ħafna aktar minn hekk. Fost il-ħaddiema li jagħmlu xogħol imprezzabbli, hemm dawk tad-Dipartiment tal-Bio Medika. F’dan id-Dipartiment mas-70 ħaddiem ta’ kuljum ikunu qed jaħdmu fl-isptar Mater Dei sabiex iżommu b’kemm jiswa ‘l-fuq minn €100 miljun f ’apparat fi stat operattiv għall-ħtiġijiet tal-pazjenti. Fi żjara li għamel f ’dan id-Dipartiment, isSegretarju Parlamentari Chris Fearne qal li l-apparat fl-isptar huwa għodda mportanti ħafna li permezz tiegħu jiġu salvati l-ħajjiet tal-pazjenti. “Forsi ftit huma dawk li jagħtu kaz meta jidħlu l-isptar li f ’Mater Dei hawn dan il-post hekk kbir u li fih isiru l-manutenzjoni kollu tal-apparat li jintuża fl-isptar mit-tobba u nfermiera sabiex ifejqu u kif ukoll isalvaw il-ħajjiet tal-pazjenti. Għalkemm
intom taħdmu minn wara l-kwinti, x-xogħol tagħkom huwa mprezzabbli daqs kull xogħol ieħor li jsir fl-isptar.” Is-Segretarju Parlamentari kien imdawwar maddiversi taqsimiet li jinsabu żewġ sulari taħt il-livell tat-triq f ’dak li hu meqjus bħala s-sular pulmun tal-isptar. Huwa ltaqa mat-tekniċi li jagħmlu l-manutenzjoni tal-apparat bio mediku, ħaddiema li jagħmlu tiswijiet ta’ apparat ta’ mobbiltà talpazjenti kif ukoll l-imħażen tal-uniformijiet u dawk ġenerali. Huwa żar ukoll is-sezzjoni fejn titwassal il-merkanzija kollha li tintuża mill-isptar. “Ta’ kull sena hawnhekk jaslu b’kemm jiswew €75miljun ta’ merkanzija, eskluż mediċini, li titqassam malisptar kollu skont il-ħtiġijiet tal-pazjenti u hu propju għalhekk li rridu nirrikonoxxu wkoll ix-xogħol tant importanti li qed jitwettaq minn dawn il-ħaddiema.” Chris Fearne temm iż-żjara tiegħu billi rringrazzja lil ħaddiema kollha preżenti tas-sehem tagħhom floperat tal-isptar Mater Dei.
Il-PN ISEMMI BISS LI JAQBEL LILU Filwaqt li minn fuq is-siġġijiet tal-Parlament l-esponenti Nazzjonalisti qed jikkritikaw ammonti żgħar f’direct orders, qed jonqsu milli jsemmu li s-siġġijiet stess li qegħdin bilqegħda fuqhom inxtraw b’direct order matul l-amministrazzjoni tagħhom, liema direct order kienet tammonta għal nofs miljun Ewro. Fl-2014 kien ġie żvelat kif l-eks Ministru talInfrastuttura Austin Gatt kien approva dan it-tender, b’talba mingħand Chris Paris, li dak iż-żmien kien
CEO tal-Korporazzjoni tar-Rigenerazzjoni tal-Port il-Kbir. Il-faċċata tad-direct order hija iffirmata minn Austin Gatt bħala sinjal ta’ approvazzjoni għal dan id-direct order. L-eks Ministru kien iffirma tmint ijiem wara din it-talba għad-direct order. Ir-raġuni il-għala skond Paris kien hemm bżonn dan id-direct order kienet ghax l-għamara tal-kumpanija li ntgħazelt kellha ir-rekwiżiti teknici kollha tajbin għall-bini tla-Parlament kif ukoll kellha disinn u
estetika ta’ kwalita’. Id-direct order ta’ nofs miljun Ewro ngħata lill-kumpanija Taljana Unifor Spa. Nofs miljun hija ċifra kbira ħafna u r-regolamenti taċ-ċivil jistipulaw li tali kuntratti jingħataw permezz ta’ proċedura ta’ tender, liema proċedura fi żmien gvern precedenti ma ġietx irispettata. Li kieku kien hemm ħrug ta’ tender għal kuntratt daqstant sostanzjali, kumpaniji Maltin setgħu jikkompetu sabiex alemnu jkollhom ċans sabiex jirbħu huma dan il-kuntratt.
10 31|01|2016
kullħadd.com
OPINJONI
FERGĦAT DIFFERENTI? Dan l-aħħar smajna ħafna dwar it-talb tal-Musulmani fl-Imsida. Filwaqt li wħud kienu tal-fehma li dawn kellhom kull dritt jitolbu fil-ġnien tal-Imsida quddiem il-knisja parrokkjali, oħrajn ħassew li dan ma kienx il-post adattat.
Sens Komun
F’pajjiżna dejjem ħsibna fl-Iżlam bħala reliġjon waħda ... ma kkunsidrajniex li jistgħu jinbtu fergħat differenti.
Arċisqof, patrijotti u pastafarians Pront tkellem l-Arċisqof ta’ Malta, li issa drajnieh jagħtina l-opinjoni tiegħu dwar kollox; mid-dwal tal-faċċati, sal-kċejjen tan-nies. Din id-darba l-Arċisqof qalilna li l-Musulmani kellhom kull dritt jitolbu b’mod pubbliku, anke għax dan huwa dritt li tagħtihom il-Kostituzzjoni. Għal darba nistqarr li kelli naqbel mal-Arċisqof. Imbagħad, fuq in-naħa l-oħra, kellna lil dawk li saru magħrufa bħala “l-patrijotti tal-perżut”. Li l-midja tagħmlilhom ħajjithom diffiċli huwa fatt. Imma li l-argumenti tagħhom huma bażwin huwa fatt ukoll. Kontra dan it-talb tal-Musulamni, il-patrijotti għamlu protesta fl-istess post fl-Imsida. Mingħajr ma indenjaw ruħhom jivverifikaw, komplew ixerrdu l-qlajja li fl-iskola ta’ San Pawl il-Baħar it-tfal
ma kinux qed jitħallew jieklu l-perżut. Kien għalhekk li, bi sfida, waqt il-protesta għamlu ikla perżut. Wara l-protesta tal-perżut, kien imiss lill-grupp tal-pastafarians biex huma wkoll jipprotestaw. Dan il-grupp, li huwa magħruf madwar id-dinja, isejjaħ lilu nnifsu The Church of the Flying Spaghetti Monster, u huwa magħmul fil-parti l-kbira minn atei. Kif jixhed ismu, dan il-grupp twaqqaf bl-iskop li jgħaddi passata bir-reliġjonijiet. Din kienet l-ewwel darba li membri ta’ dan il-grupp semmgħu leħinhom f ’Malta, fejn qalu li jinsabu mħassba bl-intolleranza reliġjuża. Qalu li m’għandhomx spazju biżżejjed Wara din il-kawlata ta’ opinjonijiet, wieħed ma jistax iħalli barra dik tal-Musulmani nfushom. Fil-kummenti li taw lill-midja, rappreżentanti tal-Musulmani li qed jitolbu fl-Imsida qalu li l-Moskea mhix kbira biżżejjed għal kulħadd, u li kienu ilhom jikru postijiet privati għat-talb u jispiċċaw imkeċċija minnhom. Iżda din ir-raġuni tan-nuqqas ta’ spazju ma tantx niżlet tajj-
eb ma’ ħafna nies. Fuq il-midja soċjali pront bdew tilgħin ritratti mill-ajru tal-art li fuqha hemm il-Moskea ta’ Raħal Ġdid, u li għandha ħafna spazju vojt li jista’ jiġi utlizzat. Iżda l-Gvern jidher li ma daħalx f ’din il-kwistjoni taddaqs, u minflok għażel li joffri soluzzjoni temporanja billi jagħti l-Ospizio tal-Furjana għall-użu tat-talb Iżlamiku.
F’dan kollu, ftit jew ħadd ma staqsa x’inhi r-raġuni vera għalfejn mijiet ta’ Musulmani qed jgħidu li m’għandhomx fejn jitolbu, meta l-fatti jindikaw mod ieħor. Suspettuż kien ukoll il-fatt li l-Imam tal-Moskea ta’ Raħal Ġdid m’għamel l-ebda sforz biex jissostanzja l-allegazzjonijiet ta’ nuqqas ta’ spazju, u f ’din il-kwistjoni ma deher imkien. Minn moħħi għadda l-ħsieb li forsi jeżisti nuqqas ta’ qbil bejn dawn il-Musulmani u l-Imam li jmexxi l-Moskea ta’ Raħal Ġdid, u r-raġuni li l-ebda parti ma kienet qed titkellem dwar din hija biex jippreżentaw front magħqud u b’hekk iż-żewġ naħat ikollhom iktar saħħa meta jagħmlu t-talbiet tagħhom mal-awtoritajiet.
Is-suspetti tiegħi kienu kkonfermati mill-kittieb Malti Musulman Walid Nabhan, li stqarr mal-midja li fil-verità l-Moskea ta’ Raħal Ġdid kellha spazju għal kulħadd. Sostna li numru ta’ Musulmani ma kinux qed jitolbu hemm sempliċiment għax kienu jħaddnu twemmin Iżlamiku differenti; probabbilment wieħed simili għal dak Salifista. Il-filosofija Salifista hija fost l-iktar konservattivi u tinterpreta l-Koran b’mod strett għall-aħħar. Din l-aħbar kienet ġdida għal ħafna. F’pajjiżna dejjem ħsibna fl-Iżlam bħala reliġjon waħda, u hekk kif il-preżenza tal-Iżlam f ’Malta żdiedet, ma kkunsidrajniex li jistgħu jinbtu fergħat differenti f ’pajjiżna wkoll. Meta wieħed jaħseb fuq kemm hawn fergħat tar-reliġjon Nisranija, huwa kważi taddaħk li din il-possibbiltà kważi ħadd ma ħaseb fiha. S’issa konna taħt l-impressjoni li m’hawn l-ebda għeruq ta’ estremiżmu Iżlamiku f ’Malta. Nittama li din il-kwistjoni tittieħed bis-serjetà billi jsiru l-investigazzjonijiet li hemm bżonn mingħajr allarmiżmu żejjed. “Aħseb fil-ħażin biex it-tajjeb ma jonqosx,” jgħid ilMalti.
għal dawk it-telfiet ta’ familjari, qraba u ħbieb. Ibda minn dawk it-telfiet li nkunu mħejjija għalihom. U spiċċa minn oħrajn li jseħħu ċumm bumm! Il-Mulej jiskansana minn dawn it-telfiet li jaqtgħu fil-laħam il-ħaj! Mhux l-ewwel darba li f ’moħħi u f ’qalbi jidwu l-frażijiet li jgħiduli, minn żmien għal żmien, il-familjari u l-qraba ta’ xi ħadd għażiż li jkun għadu kemm ħalliena fl-Isptar. “Patri! Issa kif se nġibu lura?” X’vojt ħallhieli!” Mhux ta’ b’xejn li ġieli sibt min jgħidli: “X’sens fadlilha ħajti?” In-niket dejjem niket. L-aktar dan it-tip ta’ niket li jiġi fuq ilpersuni bħal mewġa daqsiex! Ajma x’tsunami ta’ niket dak! Madankollu, anke f ’dawn ilmument diffiċli, il-ħajja trid tissokta. Minkejja li t-telfa tibqa’ tnixxi d-demm. Għax il-ħajja
bilfors li trid tibqa’ għaddejja. Irrispettivament minn dak kollu li ngħaddu minnu! Dan jgħidulna saħansitra ġisimna stess. Kemm se ndum ma nikolx? Kemm se ndum ngħid li l-istonku ngħalaqli? Fl-aħħar irid jasal dak il-mument li niftaħ ħalqi u niekol. Fl-aħħar irrid inqabbad ma’ fommi dik it-tazza mimlija ilma, lumintata, birra jew inbid. Ġismi jrid jgħix. Bil-ħtiġijiet tiegħu qed jgħidli l-ħajja trid tkompli. U, la l-ħajja ma waqfitx, anke meta seħħu l-agħar diżażtri naturali jew dawk li ġew millbniedem, huwa importanti li f ’dawn il-mumenti naraw x’nagħmlu biex bl-inkwiet ilkwart ma jsirx ratal f ’rasna! Darba, f ’quddiesa li kelli filknisja tagħna l-Kapuċċini f ’Għajn Dwieli, il-Mulej għallimni vers ħelu imma qawwi li rrid ngħidu lil moħħi spiss. Speċjalment meta jaqbad jinkwieta u jinkwieta! Meta Ġesù ħass lil Ġajru, il-kap tassinagoga, jinkwieta għax sema’ lin-nies jgħidulu: “Bintek mietet; għalfejn tħabbtu iżjed l-Imgħallem?” (Mk 5:35) qallu: “Tibżax, biss inti emmen” (Mk 5:36). Meta naqbdu lil moħħna jinkwieta u jħammem fuq ix-xejn għax ma ngħidulux: “Tibżax, biss inti emmen” (Mk 5:36)? Din il-kelma ta’ Ġesù! Biha nfejquh!
Xrara tal-verità?
BIHA NFEJQUH! Fr Mario Attard OFM Cap
Mhux kull inkwiet l-istess. Hawn ċertu inkwiet li jispiċċa għax is-sitwazzjoni tista’ titranġa
Ġieli ġralek li tibda tinkwieta fuq ix-xejn? Li minn naqra ħsieb il-ħaġa ssirlek qartalla? Ġieli ġralek li l-inkwiet f ’moħħok jibda’ jikbirlek qisu sponża daqsiex? Inkwiet fil-ħajja hawn kemm trid! Ġieli nidħlu fih aħna. Għal għadd ta’ raġunijiet. U, xi minn daqqiet, insibuna bħal Pilatu fil-Kredu. Hi x’inhi l-istorja, inkwiet jibqa’ jkollna. Il-ħajja hija magħmula mill-inkwiet. Biżżejjed xi ħaġa ma tmurx kif xtaqna. Arana ninkwetaw fuqha! Forsi jekk il-ħaġa nkunu nafu biha aħna biss u mhux ħa toħloq ħafna storjbu abbli tgħaddi. Imma ħej jekk se jkun involut fiha ħaddieħor allura ħa nibdew ninkwetaw u ġib lil min jinkwieta! Imma bl-inkwiet biss qatt ma ssolva xejn. Anzi! Li persuna tintefa’ fuq siġġu u toqgħod tagħti fuq wiċċha u tgħid: “X’biċċa gratli, x’biċċa ġratli!” Inkella tinfaqa’ tgerger minn filgħodu sa filgħaxija l-affarijiet mhumiex se jitranġaw. Biex jitranġaw wieħed irid jaħdem fuqhom. Tajjeb ngħidu li l-inkwiet joħdilna saħħitna. Jaf jixrobilna l-fundamenti ta’ moħħna! Inkwiet iġib inkwiet! Xi ħadd darba qalli: “Naqra inkwiet qatt ma qatlet il-ħadd!” Mitt darba u elf sieħbi! Imma attenzjoni ħbieb għax ħafna inkwiet itaqqal. U ma jħallix lil dak li jkun jara sewwa xi jkun qed jiġri madwaru. Aħseb u
ara x’inhu jagħmel! Tant hu hekk li ġieli persuni inkwetati sew kemm-il darba qaluli: “Patri! M’għandix moħħ!” Jiġifieri moħħhom, tant kemm huwa meħud minn dak li jkunu għaddejjin minnu, lanqas ikollhom moħħ jaħsbu fi ħwejjeġ oħra u li, ħafna drabi, jafu jkunu aktar importanti mill-inkwiet tagħhom! Mhux kull inkwiet l-istess. Hawn ċertu inkwiet li jispiċċa għax is-sitwazzjoni tista’ titranġa. Filwaqt li hawn inkwiet ieħor li ma jmurx ukoll. Għalkemm xorta waħda jista’ jnaqqas l-intensità tiegħu. Int ħu l-każ meta, ngħidu aħna, titlef mowbajl; jiswa kemm jiswa flus il-mowbajl dejjem hemm soluzzjoni għalih: jew jinstab, inkella wieħed jixtri ieħor. Iżda hawn telfiet li ma ġġibhomx lura. Qed nirreferi
OPINJONI
kullħadd.com
31|01|2016 11
KONTABBILTÀ
X’WETTAQ IL-GVERN… SENA ILU Informazzjoni miġbura minn EMANUEL CUSCHIERI 25 Ta’ Jannar Tħabbar li l-Eurostat iddikjarat li f ’Novembru 2014 Malta kien il-pajjiż li kellu l-inqas rata ta’ qgħad fost ilpajjiżi membri tal-Unjoni Ewropa
Chris Balzia Teżorier FŻL
26 ta’ Jannar
Ingħatat għajnuna biex l-uniku ċinema f ’Għawdex, li kien għalaq, jerġa’ jinfetaħ
27 ta’ Jannar
Bdew il-preparamenti biex jiġi rranġat iċ-ċimiterju tal-Addolorata
Il-Partit Nazzjonalista moħħu biss biex iħammeġ u jdgħajjef il-personalitajiet tal-Gvern biex jipprova jirbaħ xi punt politiku.
F’dawn it-tliet snin ta’ Gvern immexxi minn Joseph Muscat esperjenzajna stil ġdid ta’ kif issir il-politika, stil li fiha qed iddaħħal il-kultura tal-kontabbiltà u r-responsabbiltà fost il-ministri u s-segretarji parlamentari. Mhux ħaġa faċli li tkun ministru, speċjalment meta trid tirrispondi għall-azzjonijiet u d-deċiżjonijiet ta’ individwi oħra li jaqgħu taħt xi wieħed mid-dipartimenti tal-ministeru li tkun qed tmexxi. Sew kif il-ministru jieħu l-prosit mill-pubbliku meta xi ħaġa tmur tajjeb, l-istess għandu jkun kapaċi jerfa’ r-responsabbiltà meta xi ħaġa tmur ħażin. Huwa dan il-mument li jiddistingwi bejn min għandu maturità politika u min le. Dan juri wkoll ħaġa oħra – li l-Prim Ministru għandu l-kontroll tal-Kabinet u huwa mdawwar minn ministri u segretarji parlamentari responsabbli. Tali atteġġjament minn prim ministru huwa ta’ konsolazzjoni għall-poplu għax juri li pajjiżna għandu kap li jaf fejn irid iwassalna u kif iwassalana. Dan jikkuntrasta ferm ma’ dak li konna mdorrijin naraw mill-amministrazzjonijiet preċedenti Nazzjonalisti. Il-ministri bħal donnu kellhom il-poter assolut li jibqgħu fir-rwol tagħhom indipendentament mir-riżultati u d-deċiżjonijiet li kienu jittieħdu fil-ministeri tagħhom. Attakki fuq l-individwi Tista’ tikkritika r-rwol, iżda m’għandekx għalfejn tattak-
ka b’mod personali. Kemm nistgħu naqgħu aktar fil-baxx minn hekk? Sfortunatament, din l-attitudni daħlet drawwa mal-esponenti tal-Partit Nazzjonalista. Iktar moħħhom biex jgħajru b’mod personali lill-individwu milli jikkritikaw it-tmexxija tal-pajjiż. Dan juri li Simon Busuttil u sħabu m’għandhomx viżjoni tal-politika li jridu jfasslu. Il-Partit Nazzjonalista moħħu biss biex iħammeġ u jdgħajjef il-personalitajiet tal-Gvern biex jipprova jirbaħ xi punt politiku. Jinsa iżda li, għal kull punt li qed jipprova jirbaħ, qed ikompli jitlef il-kredibbiltà personali u tal-partit tiegħu. Mafja Ma nistax nifhem kif il-Kap tal-Oppożizzjoni, kap li qed jaspira li jkun prim ministru ta’ Malta kollha, jinżel fil-livell baxx li jgħajjar linnies “maħmuġin” u “mafja waħedhom”. Dan huwa messaġġ ta’ firda li ġej minn persuna pubblika li minn issa, mill-bankijiet tal-Oppożizzjoni, qed juri l-istil ta’ tmexxija li jħaddan – dik li jiddistingwi bejn min hu Laburist u Nazzjonalist. Kif tista’ persuna b’simpatija Laburista, li ġenwinament qed tagħmel xogħolha sew, tħossha sikura li kieku Simon Busuttil jilħaq prim ministru!? Dan huwa messaġġ ta’ firda, u messaġġ perikoluż ħafna. Dan juri li Simon Busuttil iħares lejn l-individwu skont il-kulur politiku tiegħu...jew aħjar, skont jekk għandux wiċċu ta’ Nazzjonalist.
28 ta’ Jannar
Studju xjentifiku tal-Kummissjoni Ewropea ddikjara li 56% tal-Maltin qalu li l-pajjiż jinsab miexi fid-direzzjoni t-tajba
29 ta’ Jannar
Ġie deċiż li persuna li tiżżewweġ jew tidħol f ’unjoni ċivili ma titlifx l-għajnuna soċjali b’mod immedjat
30 ta’ Jannar
Ġie deċiż li l-ħaddiema tad-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili jibdew igawdu mill-pensjoni tal-irtirar wara 25 sena servizz
31 ta’ Jannar Ġie deċiż li jsiru xogħlijiet strutturali fi djar privati fejn joqogħdu persuni b’diżabbiltà biex ma jkollhomx għalfejn jitilqu minn djarhom
12 31|01|2016
kullħadd.ċom
OPINJONI
L-EKS-SINDKU NAZZJONALISTA TA’ BIRKIRKARA MICHAEL FENECH ADAMI
MA KIENX JIMXI MAL-PROĊEDURI FINANZJARJI U KUNTRATTWALI Mario Fava President Sezzjoni Kunsilliera PL
Ma kellix bżonn konferma għax dak li se nikteb dwaru kont ressaqtu għall-attenzjoni tad-Dipartiment għallGvern Lokali fil-perjodu ta’ bejn is-sena 2010 u 2013. Minkejja dan, naħseb li tajjeb li wieħed iġib għall-attenzjoni tal-qarrejja dwar xiex qed nitkellem. Fil-perjodu li qed nitkellmu, il-Kunsill Lokali ta’ Birkirkara kien immexxi minn maġġoranza Nazzjoanlista
1
fejn, bħala sindku, kien hemm is-Sur Michael Fenech Adami. Dak iż-żmien, il-kunsilliera Laburisti kienu ppruvaw kemm-il darba jiġbdu l-attenzjoni tat-tmexxija talKunsill li l-affarijiet mhux qed isiru sew. Minkejja dan, kollox kien jibqa’ għaddej u qajla l-kummenti tagħhom kienu jittieħdu bis-serjetà. Proprju fis-seduta parlamentari numru 348 fil-25 ta’ Jannar 2015,
Xogħol ta’ tarmak li jammonta għal madwar €211,000. L-istorja ta’ dan il-każ tmur lura għal Marzu 2013. Tarmak li sar f ’Misraħ u Sqaq it-Tiġieġ, Sqaq Buawra, Triq F. M. Galea u Triq Tommaso Dingli. Minkejja l-fatt li t-tender kien intrebaħ mill-kumpanija Polidano Bros Ltd (BLC006-2009), ilKunsill iddeċieda li jagħti x-xogħol lil V&C Contractors. Dan minkejja wkoll li t-tender imsemmi kellu jiskadi fil31 ta’ Jannar 2014. Ġara li, minħabba li Polidano kellu jieħu ammonti ta’ flus mill-Kunsill, dan iddeċieda li ma jagħmilx iktar xogħol qabel ma jitħallas. L-istorja tkompli tikkumplika ruħha għall-fatt li, minkejja li l-Kunsill ħareġ sejħa ġdida fis-sena 2012 binnumru ta’ referenza BLC14-2012 (fis-sena 2012), il-kuntratt malkumpanija li rebħet it-tender ġie ffirmat sitt xhur wara, f ’Ġunju 2013, wara li saru x-xogħlijiet imsemmija minn V&C. Ironikament, it-tender intrebaħ mill-istess kumapnija, V&C Contractors, u allura wieħed isibha stramba biex jifhem għaliex il-kuntratt dam daqstant biex jiġi ffirmat ladarba l-istess kumpanija kienet rebħet ittender. B’riżultat ta’ dan inkisru l-proċeduri kuntrattwali u finanzjarji għax ix-xogħol tat-tarmak imsemmi sar f ’perjodu fejn il-Kunsill ma kellux kuntratt fis-seħħ.
Interessanti nkunu nafu x’kienet il-pożizzjoni tas-Sur Michael Fenech Adami bħala Sindku tal-Kunsill Lokali ta’ Birkirkara
Dan kollu juri bil-provi l-mod dilettantesk li bih kien immexxi dan il-Kunsill. Dan għax ir-regolamenti finanzjarji jistipulaw ċar u tond li kull nefqa li jagħmel kunsill lokali trid l-ewwel tiġi approvata li ssir, imbagħad issir l-ordni biex jinxtraw l-oġġetti jew is-servizz. Ladarba jsir dan, imbagħad ikun irid jiġi approvat il-ħlas taloġġett mixtri. Jidher ċar li dan ma kienx il-mod li bih mexa l-Kunsill Lokali ta’ Birkirkara, tal-inqas fuq dawn il-każijiet żgur. Qed nitkellmu fuq kważi nofs miljun ewro ta’ xiri jew kiri ta’ oġġetti fuq perjodu ta’ tlett snin biss. Niskanta mbagħad kif l-istess Sindku li ppermetta dan kollu jsir, illum qed joġġezzjona għax tinxtara b’direct order siġra talMilied li tiswa inqas minn €400 u li tista’ tinxtara b’direct order skont ir-regolamenti finanzjarji. Il-veru każ li wieħed ma jarax it-travu li għandu f ’għajnejh biex jitkellem fuq it-tibna li jista’
2
kien hemm tweġiba għal mistoqsija numru 21918 li saret mid-Deputat Laburista Dr Luciano Busuttil, fejn dan staqsa jekk kienx hemm ċirkustanzi fejn il-Kunsill Lokali ta’ Birkirkara ma mexiex mal-proċeduri talkuntratti bejn is-sena 2010 u 2013 u kompla biex talab li, jekk hemm sitwazzjoni simili, jingħata tagħrif dwar liema kienu dawn il-kuntratti u l-valur tagħhom.
Każ ieħor idur ma’ spiża ta’ madwar €107,000 fuq tlett snin bħala ħlas addizzjonali għal tbattil ta’ skips u servizzi addizzjonali oħra lill-kumpanija Northern Cleaning. Il-ftehim ta’ din iż-żieda sar b’mod verbali u ma kien hemm l-ebda kuntratt li jissekonda dan kollu. Tant hu hekk li l-Awditur kien talab lill-Kunsill Lokali biex joħroġ sejħa għall-offerti addizzjonali għaxxogħol li ried isir, imma jidher li ma kien sar xejn minn dan kollu. Jidher ukoll li hemm kwistjoni ta’ verifika anke dwar il-ftehim verbali f ’dak li hu ammont ta’ skips u r-raġuni vera wara dan il-ftehim, għax dan qatt ma ġie mressaq quddiem il-Kunsill għallapprovazzjoni u lanqas jidher li hemm minuti ta’ seduti li jistgħu b’xi mod juru xorta oħra.
3
Każ ieħor li joħroġ minn din il-mistoqsija parlamentari hu dwar il-photocopyer li kellu l-Kunsill f ’dan il-perjodu. Jirriżulta li l-Kunsill ħallas madwar €54,000 għal servizz ta’ kiri ta’ photocopyer bla ma qatt ħareġ espressjoni ta’ interess għal min seta’ jew ried joffri dan is-servizz. Dan meta r-regolamenti jitkellmu bl-aktar mod ċar li fuq ammont daqstant kbir kellha toħroġ sejħa ta’ interess.
jkollu ħaddieħor. Imma kultant ma tistenniex aħjar minn ċertu individwi! Tentattiv ta’ manipulazzjoni mir-Reġjun Ċentru Fis-27 ta’ Jannar 2015, is-sindki kollha li jiffurmaw ir-Reġjun Ċentru rċivew ittra ffirmata mis-Segretarju tar-Reġjun biex b’mod urġenti jiffirmaw ittra li kellha tintbagħat lillAssoċjazzjoni tal-Kunsilli Lokali dwar l-operat tas-sistema tal-infurzar lokali, liema operat huwa fdat f ’idejn l-aġenzija li ġiet imwaqqfa apposta, LESA. Il-kontenut tal-ittra, li s-sindki kienu qed jiġu kważi sfurzati li jiffirmaw, fost ħwejjeġ oħra tgħid li: “Il-membri jħossuhom ferm diżappuntati li fl-ebda ħin ma ġew ikkonsultati fuq kif se tkun qed topera din l-aġenzija qabel ma din daħlet fis-seħħ.” Dan mhux minnu għax ilpresidenti kollha tal-ħames
Fit-tweġiba tal-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali, wiegeb li, iva, kien hemm numru ta’ kazijiet li juru biċ-ċar li l-Kunsill ma mexiex malproċeduri tal-kuntratti u anke għamel referenza għarrapport tal-Awditur kif ukoll minn rapporti li s-Segretarju Eżekuttiv preċedenti kien kiteb lill-awtoritajiet. Iċ-ċirkustanzi li qed nitkellem darhom kienu:
4
L-istess ġara fil-każ ta’ kiri ta’ vettura tal-Kunsill. Il-Kunsill Lokali, fil-perjodu imsemmi, ħallas iktar minn €17,000 f ’kiri ta’ vettura fejn, anke hawn, ma nħarġet l-ebda espressjoni ta’ interess jew sejħa għall-offerti
5
Spiża oħra li ma kinitx koperta b’kuntratt ma’ min issupplixxa x-xogħol kienet ta’ madwar €12,000 fuq xiri ta’ 10 imwejjed għall-użu ta’ kompjuters li wkoll ma ħarġet l-ebda sejħa għall-offerti għalihom.
6
Kien hemm ukoll spiża oħra ta’ kważi €9,000 għall-kiri ta’ waste seperation bins fuq perjodu ta’ tlett snin mill-kumpanija General Cleaners Co. Ltd. Spiża li wkoll ma nħarġitx sejħa għall-offeti għaliha.
TOTAL TA’
€410,000
F’DIRECT ORDERS
reġjuni ġew imsejħa għal iktar minn darba biex jiltaqgħu malministru kkonċernat biex jiġi spejgat lilhom kif se tkun qed topera din is-sistema. Mhux biss, iżda tagħrif dwar dan ingħata wkoll għal iktar minn darba f ’laqgħat tal-Assoċjazzjoni tal-Kunsilli Lokali, li l-istess President tar-Reġjun Ċentru kien preżenti. Agħar minn hekk huwa l-fatt li meta, waqt il-laqgħa tassindki u viċi sindki organizzata mill-Assoċjazzjoni tal-Kunsilli Lokali kien qed jiġi diskuss proprju dan is-suġġett, issindki Nazzjonalisti, inkluż ilPresident tar-Reġjun Ċentru Michael Fenech Adami, telqu ’l barra mil-laqgħa biex jibbojkottjaw lill-Kap Eżekuttiv tal-Aġenzija s-Sur Ray Zammit. Naħseb li trid tkun ma tafx tistħi biex imbagħad tikteb ittra bħal din. Bħalma mhuwiex korrett il-kumment li anke s-sindki Laburisti qablu malkontenut tal-ittra msemmija,
dan għal żewġ raġunijiet: (i) uħud minnhom lanqas biss kienu preżenti għal-laqgħa tarreġjun li fiha qed jingħad li kien hemm qbil li tintbagħat din l-ittra u; (ii) kieku dan hu minnu, ma kinitx tintbagħat verżjoni oħra għall-ewwel ittra li qed insemmi fejn minnha jitnaqqsu ċertu punti. Għaldaqstant, nikkonkludi li r-Reġjun Ċentru pprova jimmanipula lis-sindki li jagħmlu parti minnu biex b’mod partiġġjan jipprova joskura x-xogħol li qed tagħmel l-agenzija fuq riforma li ilu jinħass il-bżonn tagħha żmien. Interessanti nkunu nafu x’kienet il-pożizzjoni tas-Sur Michael Fenech Adami bħala Sindku tal-Kunsill Lokali ta’ Birkirkara meta sieħbu Chris Said, bla konsultazzjoni ta’ xejn, ħa s-sistema minn idejn il-kunsilli lokali biex għaddieha lir-reġjuni. Kien ikkonsultat dak iż-żmien is-Sur Fenech Adami? U x’passi ħa f ’dan ir-rigward?
EDITORJAL
kullħadd.com
31|01|2016 13
www.kullħadd.com agħmel kuntatt magħna
INDIRIZZ POSTALI
ĠURNALISTI
KullĦadd, Ċentru Nazzjonali Laburista, Triq Mile End, il-Ħamrun, ĦMR 1717
Ritianne Agius ritianne@kullhadd.com Liam Gauci liam@kullhadd.com Glen Falzon glen@kullhadd.com
SALES U DISTRIBUZZJONI 2090 1410 2090 1413
Alan Saliba
sales@kullhadd.com
2090 1520
Leanne Grech
editorial@kullhadd.com
2090 1411
IMPAĠNAR U DISINN
A LITTLE LESS CONVERSATION Waqt li din il-ġimgħa kien qed jippreżenta d-dokument tal-PN għall-g over nanza tajba lill-imsieħba soċjali, il-Kap tal-Oppożizzjoni Simon Busuttil sostna li jrid “inaddaf il-politika darba għal dejjem.” Mira tassew nobbli u ambizzjuża. Filwaqt li żgur ma tistax targumenta kontra l-kunċett, huwa mpossibbli li ma tikkummentax fuq l-intenzjoni wara l-kunċett. Ippermettulna nispjegaw. Mad-daqqa t’għajn l-intenzjoni tidher li hija ‘t-tindif talpolitika’. S’hemm kollox sew. Iżda hekk kif tiftakar f ’dak li għamel, jew aħjar m’għamilx, Busuttil kemm ilu Kap talOppożizzjoni, pront tirrealizza li bejn l-intenzjoni u l-kunċett hemm baħar jaqsam. Għax li kieku l-intenzjoni kienet konsistenti mal-kunċett; jiġifieri t-tindif tal-politika, allura anki l-iktar bniedem sempliċi jasal jifhem li f ’din ilmissjoni Busuttil kellu jibda, l-ewwel u qabel kollox, millpartit tiegħu stess. Iżda Busuttil dan naqas milli jagħmlu. Minflok ma qabad l-ixkupa u naddaf il-ħmieġ ta’ madwaru, Busuttil baqa’ b’idejh fuq żaqqu u kompla għaddej bl-istess prattika ta’ dawk ta’ qablu. Din il-prattika hija waħda sempliċi, u għan-Nazzjonalist prinċipjant tista’ tiġi spjegata fi tliet struzzjonijiet: numru 1. Iċħad kull ħtija anki jekk taf li għandek tort, numru 2. Dawwar l-akkuża fuq dawk li qed jakkużawk, u numru 3.
Ibqa’ rrepeti l-gidba sal-mewt, jew sakemm tibda temminha inti stess. Din rajniha ċara fil-mod kif Busuttil u ta’ madwaru ġabu ruħhom f ’kull skandlu jew każ li ħammrilhom wiċċhom u li nkixef fl-aħħar sentejn u nofs. Meta faqqa’ l-każ taxxogħlijiet għall-voti f ’Għawdex, fejn sar evidenti li Busuttil innifsu kien ilu jaf b’dan il-każ, l-Oppożizzjoni Nazzjonalista għażlet li minflok tieħu azzjoni fil-konfront ta’ Giovanna Debono, tattakka lill-whistleblower. Kien biss meta żewġha tressaq quddiem ilQorti taħt arrest li Debono tħajret tagħmel nofs riżenja. Fil-każ ta’ Joe Cassar, dan ukoll baqa’ jiċħad l-allegazzjonijiet,
avolja kien jaf li kienu kollha veritieri. Meta l-fatti ma setax jiċħadhom iktar, qal li kien vittma ta’ frame-up. U meta lanqas din il-verżjoni ma ġiet emmnuta, ma kellux għażla oħra għajr li jirriżenja. F’dan kollu Busuttil baqa’ jappoġġjah u sostna li fl-opinjoni tiegħu Cassar ma kienx messu rriżenja. Oħrajn bħal Tonio Fenech u Jason Azzopardi, li dwar il-balbuljati li għamlu fiddekasteri tagħhom saħansitra saru rapporti mill-Awditur Ġenerali, mhux biss ma offrew l-ebda riżenja, talli anzi għadhom jippreżentaw lilhom infushom bħala paladini talgovernanza tajba. Għalhekk Simon Busuttil għandu jaħfrilna jekk niħduh
biċ-ċajt u ninfaqgħu nidħku kull meta joħroġ ixejjrilna f ’wiċċna xi dokument dwar ilgovernanza tajba. Huwa ċar daqs il-kristall li l-Kap tal-Oppożizzjoni m’għandu l-ebda intenzjoni li jnaddaf il-politika. Anzi, bilkuntrarju. L-intenzjoni tiegħu hija li jitfa’ tajn kemm jiflaħ ħalli ħaddieħor jidher maħmuġ ukoll. Hekk il-ħmieġ tal-PN forsi ma jibqax jispikka. Għalhekk, illum, proprju fi tmiem ix-xahar li fih twieled Elvis Presley, niddedikaw lil Simon Busuttil id-diska: ‘A Little Less Conversation’, forsi xi darba jiddeċiedi li jnaqqas il-paroli u jżid ftit l-azzjoni.
14 31|01|2016
kullħadd.com
MIN IĦADDEM
KIF TAĦSIBHA L-ASSOĊJAZZJONI TA’ MIN IĦADDEM?
IL-MULTIKULTURALIŻMU U X-XOGĦOL F’MALTA Anton Vella SMEs Helpdesk Executive Malta Employers’ Association
Fl-ambitu tal-ligijiet u regolamenti li jirregolaw il-qasam tax-xogħol f ’Malta, l-employer għandu jsib l-aħjar mezz ta’ kif jintegra ħaddiema barranin ma’ dawk Maltin
Kulturi differenti fuq il-post tax-xogħol kapaċi joffru perspettivi ġodda fuq problemi li tista’ tiffaċċja intrapriża. Millbanda l-oħra, jibqa’ d-dibattitu dwar kemm kulturi differenti kapaċi jintegraw flimkien fuq il-post tax-xogħol. Jidher li f ’Malta, b’mod ġenerali, ilpreżenza ta’ kulturi diversi mhix qiegħda xxekkel l-operat tal-kumpaniji, u impjegati minn kulturi differenti qed ikunu kapaċi jaħdmu flimkien mingħajr problemi. F’Malta nafu li għandna ħafna barranin jaħdmu; numru li dejjem qed jiżdied. Hemm minn dawn il-ħaddiema li ġejjin minn kulturi li, f ’diversi aspetti, huma differenti minn tagħna. Bħala MEA, dan mhux biss nafuh, iżda sikwit nikkomunikaw ma min iħaddem sabiex niggwidawh kif għandu jaġixxi f ’sitwazzjonijiet simili, u kif għandu jadatta ruħu sabiex jagħraf jimxi sew ma kull impjegat, kemm jekk huwa Malti, kif ukoll jekk huwa barrani. Hawn ħaddiema barranin li, għalkemm mhumiex ċittadini Maltin, ma jġorrux magħhom komportamenti u kulturi differenti minn tagħna, u għalhekk ikun faċli aktar li jintegraw ma’ sħabhom ilħaddiema l-oħra taħt l-istess saqaf. Iżda mbagħad hawn oħrajn li jġibu magħhom il-kultura ta’ pajjiżhom u li, f ’xi ċirkustanzi, joħolqu sitwazzjonijiet fejn ikun hemm bżonn li jintlaħqu numru ta’ kompromessi, bejnhom u bejn min iħaddimhom, u ma sħabhom fuq il-post tax-xogħol. Fl-ambitu tal-liġijiet u regolamenti li jirregolaw ilqasam tax-xogħol f ’Malta, l-employer għandu jsib l-aħjar mezz ta’ kif jintegra ħaddiema barranin ma dawk Maltin, sabiex permezz ta’ dan jagħraf jieħu l-massimu mingħandhom ilkoll. Meta qed nitkellmu fuq ħaddiema b’kulturi differenti, qed nirreferu għal dawk ilpersuni li, barra li huma ta’ nazzjonalitajiet diversi, jista’ jkun li jkollhom ukoll tradizzjonijiet, twemmin reliġjuż, u attitudnijiet li jvarjaw. Jista’ jkun hemm
ukoll element ta’ mentalità differenti. Il-mod ta’ kif ħaddiem jirreaġixxi, jitkellem, jiddefendi ruħu, jew jaqbes għal ħaddieħor, il-kultura, l-ilbies li jilbsu, l-ikel li jieklu, u l-mod kif iġibu ruħhom fuq il-post tax-xogħol. Il-multikulturaliżmu, huwa sfida li wieħed għandu jħares lejha bħala opportunità. Hija okkażjoni fejn permezz tattaħlit ta’ kulturi differenti taħt saqaf wieħed, l-employer għandu x’jibbenefika, għax jista jagħti l-każ, li permezz ta’ din il-kumbinazzjoni jkun kapaċi joffri servizz aħjar minn ħaddiehor, u servizz mogħni u mibni b’esperjenzi varji. Hekk kif fl-imgħoddi, u mal-medda taż-żmien, ġie aċċettat il-kunċett li fuq ilpost tax-xogħol ma għandekx issib persuni maskili biss, anzi għandu jkun hemm sehem il-mara ukoll, u b’hekk ġie stabbilit l-element importanti tal-ugwaljanza, mingħajr diskriminazzjoni bejn is-sessi, hekk issa bdejna naċċettaw ukoll id-diversità fil-kulturi, u qed jirnexxilna nitgħallmu kif nistgħu naħdmu flimkien mingħajr ma nħallu li jirkibna l-element tar-razziżmu. Bħalissa, f ’Malta hawn mal20,000 ħaddiem barrani li jinsabu f ’impjieg. Hawn min ilu snin jaħdem hawn, iżda hawn ukoll oħrajn li għadhom qed jippruvaw isibu saqajhom, u jintegraw ma’ ħaddiema Maltin f ’xi intrapriża jew oħra. Speċjalment lil dawn tal-aħħar għandna bżonn li minnufih nilqgħuhom b’idejna miftuħa,
u ma nagħmluhilhomx aktar diffiċli sabiex jintegraw fiddinja tax-xogħol. Mingħajr ma nafu, din ittaħlita ta’ kulturi f ’pajjiżna, bil-mod il-mod, jista’ jkun li qed tibdel ukoll l-istess kultura tagħna l-Maltin, kemm f ’aspetti pożittivi kif ukoll f ’aspetti oħrajn kemxejn negattivi. Bħala Maltin irridu noqogħdu dejjem attenti li, filwaqt li naċċettaw u nittolleraw dan l-influss ta’ kulturi diversi f ’pajjiżna, ma għandniex inħallu dawn l-istess kulturi jinfluwenzawna żżejjed, u b’hekk niġu sfurzati nibdlu l-mod ta kif imdorrijin u nixtiequ ngħixu. Fuq il-post tax-xogħol, il-ħaddiema barranin, speċjalment dawk bi twemmin reliġjuz differenti, għandhom jaġixxu b’tali mod li, filwaqt li jibqgħu jħaddnu t-twemmin tagħhom, u bi dritt jippretendu li ħadd ma jindaħlilhom, daqstant ieħor huma jridu jagħrfu jirrispettaw ħaddiema Maltin bi twemmin Kattoliku u Nisrani, kif ukoll lil dawk li ma jemmnux. Iżda, kif għedna aktar qabel, il-multikulturaliżmu mhuwiex biss id-diversità fit-twemmin reliġjuż, iżda hemm aspetti oħra li wieħed ma jridx jinjora, speċjalment jekk ikun filpożizzjoni ta’ employer. Sabiex jiġu evitati konflitti bla bżonn, employer jeħtieg li jkollu kodiċi ta’ etika li permezz tiegħu jiggwida lill-impjegati fuq kif għandhom iġibu ruħhom ma’ xulxin. Jistgħu jiġu mfassla linji gwida fuq
l-ilbies, fuq il-komportament, fuq il-lingwaġġ u l-attitudni li tintuża waqt il-ħin tax-xogħol, kif ukoll dwar il-prassi li trid tiġi użata biex tiġi ffaċilitata integrazzjoni mingħajr skossi, u jiddaħħal sens ta’ inklussività mingħajr diskriminazzjonijiet. Il-mentalità, il-kultura u l-attitudni ma jinbidlux mil-lum għal għada. Jeħtieġ li jingħata ż-żmien sabiex jiġu stabbiliti kompromessi u jkun hemm aċċettazzjoni totali mingħajr kundizzjonijiet. L-intelliġenza, l-umiltà u l-edukazzjoni huma ingredjenti essenzjali biex joħolqu ambjent ġust f ’post tax-xogħol fejn ikun hemm ilpreżenza ta’ kulturi differenti. Is-sabiħ tal-multikulturaliżmu hu li jagħmel post tax-xogħol aktar kompetittiv, aktar dinamiku, kif ukoll uniku. Fejn ikun hemm taħlita tajba ta’ kulturi, u dawn jirnexxilhom jaħdmu tajjeb flimkien, normalment ir-riżultat ikun li dik l-intrapriża tkun ta’ suċċess aktar minn oħrajn. Is-sigriet huwa kemm il-ħaddiema kollha, ġejjin minn fejn ġejjin, ikunu kapaċi jaħdmu id f ’id, u jlaqqgħu t-talenti tagħhom biex joħorġu bl-aħjar prodott. Jiena nemmen li fejn ilmultikulturaliżmu jitħaddem kif għandu jitħaddem, ġid biss jista’ joħroġ minnu. Hemm ħafna x’wieħed jitgħallem mingħand ħaddieħor. Kif spiss inħobbu ngħidu: no man is an island, u għalhekk kull wieħed u waħda minna għandu bżonn lil ħaddieħor għax flimkien biss nistgħu nirnexxu fin-negozju.
www.facebook.com/MaltaEmployersAssociation Jekk tixtieq tagħmel kuntatt magħna (bħala Assoċjazzjoni ta’ Min Iħaddem) tista’ tagħmel dan billi ċċempel 2122 2992 jew 2123 7585. Tista’ wkoll tibgħat email lil anton.vella@maltaemployers.com jew tuża t-24/7 helpline 2122 2006, billi ċċempel u tħallilna ismek biex fl-iqsar żmien possibbli nkunu nistgħu nirritornaw it-telefonata tiegħek.
ITTRI
kullħadd.com
31|01|2016 15
500 F’ŻEWĠ APPOĠĠ TOTALI LILL-PRIM MINISTRU APPARTAMENTI Sur Editur,
Waqt programm fuq TVM, kelliem għall-Musulmani li qed isallu nhar ta’ Ġimgħa quddiem il-knisja ta’ San Ġużepp l-Imsida qal li hemmhekk ikun hemm 500 ruħ. Fil-ġurnali ġie rrappurtat li l-MEPA ħarġet enforcement notices kontra l-użu ta’ żewġ appartamenti bħala moskej. Ġie rrappurat ukoll li l-Musulmani marru l-Qorti biex ifittxu raġun minħabba dan. L-istess kelliem għall-Musulmani tal-Imsida, fuq TVM kemm-il darba qal li huma jobdu l-liġi. Li ma qalx hu li għall-Musulmani li tigdeb lil min mhux Musulman mhuwiex dnub. Jobdu l-liġi l-Musulmani tal-Imsida? 500 f ’żewġ appartamenti hi mġiba ta’ min jobdi l-liġi? Iridu post ċentrali? Jikru sala jew eksċinema, mela jużaw ġnien pubbliku u jċaħħdu l-użu tiegħu lill-pubbliku?! KOPT, GWARDAMANĠA
L-GĦOLI MHUX F’POSTU
Sur Editur, Bħala membru ttesserat fil-PL qed nesprimi l-appoġġ totali tal-membri tal-Partit lejn iddinamiku u enerġetiku Prim Ministru Joseph Muscat. Grazzi għalih is-suċċess ekonomiku enormi li Malta tagħna tinsab fih wara r-rebħa storika tal-aħħar elezzjoni ġenerali mill-PL. Suċċess ekonomiku fejn qed jinħoloq xogħol li l-pajjiż qatt ma ra bħalu sa mill-1980. Suċċess ekonomiku li qed iħalli impatt qawwi fil-qasam soċjali u finanzjarju li minnu qed igawdu l-familji kif ukoll kull ġeneru industrijali. Ħarbat, fixkel, ħawwad u ġennen. Hekk jagħmlu n-Nazzjonalisti, kemm dawk li fil-beraħ jagħtu l-appoġġ tagħhom lil-PN, inNazzjonalisti taħt il-kappa ta’ ġurnalisti ta’ gazzetti suppost indipendenti, kif ukoll dawk in-Nazzjonalisti li jagħmlu parti minn diversi għaqdiet ta’ kull ġeneru u li wkoll suppost huma indipendenti mill-PN. Simon Busuttil, il-Kap talPN, mhux qiegħed jaspira fiduċja f ’ħafna mill-partitarji Nazzjonalisti kif ukoll ilPN. Biex forsi jnaqqsu d-distakk ta’ 36,000 elf vot, in-Nazzjonalisti qed jaljenaw kemm jistgħu lill-poplu missuċċess enormi ekonomiku
li l-PM Joseph Muscat ħoloq u qed ikompli joħloq bilpolitika ekonomika moderna tiegħu. Huwa veru li ċerti żbalji li saru mill-Gvern Laburista m’għandhomx skuża, imma żġur li dawn l-iżbalji huma nida fejn il-ġid enormi li l-istess Gvern ħoloq u qed ikompli joħloq. Żbalji li gvernijiet Nazzjonalisti għamlu ferm u ferm aktar u agħar, iżda li għal dawn qatt ma ttieħdu passi. Dwar skandli taħt Gvern Nazzjonalista, biżżejjed insemmu dak tax-xiri taż-żejt. Iżda d-differenza bejn Gvern Laburista u dak Nazzjonalista hi li tal-ewwel jieħu azzjoni, mentri dak Nazzjonalista jagħmel minn kollox biex, mhux biss jaħbi l-iskandli, iżda assolutament ma jagħmel xejn biex jirranġa dak li kien ħażin u li jista’ jiġi mtejjeb. Eżempju ċar ta’ dan hu l-każ magħruf bħala ta’ Gaffarena, fejn jispikka l-karattru sod tal-PM li ħoloq 10 punti biex id-Dipartiment tal-Artijiet ikun riformat mill-qiegħ, kif ukoll id-determinazzjoni ta’ Joseph Muscat li l-poplu jerġa’ jieħu lura l-assi li ħa Gaffarena. Dak li m’għamlux prim ministri Nazzjonalisti f ’25 sena se jagħmlu l-Prim Ministru Joseph Muscat.
Anke f ’dan il-każ toħroġ l-ipokresija Nazzjonalista għax issa qed isostnu li l-kawża li għamel il-PM filQorti tista’ ddum 20 sena, li din il-kawża hi ambigwa u li hi magħmula b’tali mod li tkun mitlufa. Dawn huma kollha skużi banali tan-Nazzjonalisti għax jistħu jgħidulna li, wara dik il-kritika kollha li għamlu dwar il-każ ta’ Gaffarena, jidher ċar li n-Nazzjonalisti mumhiex kuntenti għal diversi raġunijiet politiċi dwar il-passi li ħa l-PM Joseph Muscat għax żgur li se jinkixfu aktar skandli li ġraw taħt il-Gvern Nazzjonalista kif ukoll li, malli l-kawża filQorti tispiċċa favur il-poplu, żgur li l-PN jieħu daqqa oħra enormi politikament. Minn dan in-Nazzjonalisti huma mwerwrin u mbeżżgħin għal l-aħħar, u bir-raġun. Kemm verament il-PN hu politikament partit pinnur joħroġ mill-fatt li, filwaqt li fil-każ ta’ Kafè Premier inNazzjonalisti kienu kontra li l-Gvern Laburista ma ħax il-każ il-Qorti, fil-każ ta’ Gaffarena – għax il-Gvern Laburista ħa l-każ il-Qorti – issa n-Nazzjonalisti huma kontra dan il-pass! ĊENSU W. MUSCAT, RAĦAL ĠDID
Sur Editur, Peress li d-djar tal-anzjani jospitaw persuni vulnerabbli, ħafna minnhom b’diffikultà ta’ mobbiltà, b’diversi kundizzjonijiet u nuqqas ta’ saħħa fiżika, fuq il-qawl Malti: Aħseb fil-ħażin biex it-tajjeb ma jonqosx, għandu jitqies li f ’każ ta’ emerġenza l-anzjani jistgħu jkunu f ’riskju akbar minn nies oħra. Pereżempju, f ’każ ta’ nar fejn il-liftijiet ma jkunux jaħdmu. Għaldaqstant, bil-qawwa kollha wieħed għandu jkun kontra li jingħataw permessi għal iżjed sulari. Tajjeb wieħed jiftakar li ġieli ġew irrappurtati inċidenti fl-aħbarijiet ta’ anzjani b’nuqqas ta’ mobbiltà, li saħansitra f ’dar żewġ sulari ma laħqux ħarġu jew ħarġuhom meta qabad in-nar. Aħseb u ara jekk minflok persuna waħda jkun hemm gzuz, u mhux fl-ewwel sular, iżda f ’sulari iżjed ’il fuq. F’ċerti djar tal-anzjani diġà, meta jmur il-lift, l-anzjani b’diffikultà ta’ mobbiltà jsiru virtwalment priġunieri fis-sular li jkunu fih. Sulari li ma jkollhomx il-faċilitajiet bħalma jkun hemm f ’sulari oħra, u dan anke jekk il-lift ma jaħdimx għal ftit sigħat jew ġranet, imsieken il-ħaddiema li jkollhom joqogħdu tilgħin u niżlin inewlu l-ikel, il-mediċini, il-ħwejjeġ u l-bqija. Oġġezzjoni oħra hija li bini ta’ sulari żejda fid-djar tal-anzjani, speċjalment dawk li jkunu mdawrin minn residenzi urbani oħra, ikunu ta’ pressjoni fuq il-madwar. Diġà dawn ir-residenzi tal-anzjani jiġġeneraw traffiku konsiderevoli, minn qraba, ambulanzi, fornituri, teħid ta’ parkeġġ, postijiet riservati għal persuni b’diffikultà; dawn kollha jnaqqsu mill-ispazji disponibbli fiż-żoni, b’detriment għall-kwalità tal-ħajja tan-nies li jgħixu fil-qrib. L-aħjar teorija ekonomika tgħallem li l-kompetizzjoni traħħas il-prezzijiet, iżżid l-għażla u toffri gradi differenti ta’ servizzi u prodotti. Imma biex ikollna best practice, it-teorija m’għandhiex titħalla fuq l-ixkaffa iżda ssir fil-prattika. Fil-qasam tar-residenzi tal-anzjani, jekk l-operaturi eżistenti jridu jespandu għandhom jidħlu biex jiżviluppaw lukandi jew blokok ta’ appartamenti vojta minflok iżidu s-sulari għal kmamar tar-residenti f ’binjiet li ma kinux ippjanati u lanqas atrezzati għal aktar sulari. B’hekk ikun qed jonqos l-ammont ta’ proprjetà mhux utilizzata u dan jagħmel iżjed sens ekonomiku. J. BONNET BALZAN, IL-BALLUTA
16 31|01|2016
1
kullħadd.com
TA’ BARRA
MINN MADWA
XI PJAN GĦANDHOM?
1 Is-Segretarju tal-Istat John Kerry żvela li l-gvern il-ġdid tal-Kanada għadu ma għarrafhomx x’kontribut biħsiebu jagħti biex ikun miġġieled l-Istat Iżlamiku fis-Sirja u l-Iraq. Il-gvern preċedenti kien impenja lill-pajjiż b’mod militari u umanitarju. Min-naħa l-oħra, il-Prim Ministru attwali Justin Trudeau kien qal li huwa se jirtira l-biċċiet tal-gwerra kollha tal-Kanada nvoluti f ’din il-kampanja. Madankollu, Kerry sostna li Trudeau għadu ma kkommettiex ruħu dwar x’se jkun ir-rwol il-ġdid ta’ pajjiżu fejn tidħol il-ġlieda kontra t-terroriżmu. Sadanittant, il-Ministru għall-Affarijiet Barranin tal-Kanada Stephane Dion sostna li pajjiżu qiegħed jikkunsidra diversi modi kif jista’ jikkontribwixxi f ’din il-kampanja u se jkun qed jikkonsulta mal-alleati tiegħu f ’laqgħa li ssir il-ġimgħa d-dieħla.
2
2
JINFIREX IL-VIRUS ZIKA
3 Matul l-aħħar jiem il-virus Zika nfirex b’mod qawwi fl-Amerika Latina u l-Karibew, bl-iktar pajjiż affettwat ikun il-Brażil. Fil-fatt, grupp ta’ avukati, xjentisti u attivisti fil-Brażil qed jitolbu li l-abort isir permessibbli għan-nisa tqal li jkunu infettati b’dan il-virus. Dan għax, għalkemm fil-maġġoranza tal-adulti dan il-virus jimmanifesta sintomi simili għal tal-influwenza, għat-trabi fil-ġuf dan jista’ jwassal biex moħħhom ma jiżviluppax kompletament. Iz-Zika, li jinxtered minn tip ta’ nemusa, tfaċċa fl-Amerika t’Isfel f ’Mejju tas-sena l-oħra, wara li kien deher għall-ewwel darba fl-Uganda fl-1947. Madankollu, s’issa qatt ma kien irnexxielu jinfirex b’dan il-mod daqstant mgħaġġel. Pajjiżi Ewropej ukoll irrappurtaw ammont żgħir ta’ każijiet.
QED JITILFU L-PAĊENZJA Il-Ministru għall-Affarijiet Barranin ta’ Franza Laurent Fabius sostna li pajjiżu huwa lest li jirrikonoxxi lill-Istat tal-Palestina jekk l-Iżraeljani u l-Palestinjani ma jaslux għal ftehim fin-negozjati li l-Franċiżi qegħdin jippjanaw li jibdew fil-qrib. Il-Gvern Franċiż, bħal bosta oħrajn tal-Punent, qiegħd jimbotta two-state solution li permezz tagħha ż-żewġ stati jaslu għal qbil paċifiku dwar il-konfini territorjali tagħhom. Madankollu, negozjati ta’ din ix-xorta kemmil darba fallew fil-passat, bl-aħħar attentat serju jkun dak immexxi mill-Istati Uniti li fl2014 kellhom jabbandunaw l-isforzi tagħhom b’konsegwenza tad-diversi provokazzjonijiet bejn l-Iżrael u l-Palestina li eventwalment kissru l-ftit rieda tajba li kien hemm bejn id-diplomatiċi.
TA’ BARRA
kullħadd.com
AR ID-DINJA 6
31|01|2016 17
IFALLU N-NEGOZJATI
3 4 Attentat ta’ Nusra Front, il-fergħa Sirjana ta’ al-Qaeda, biex tifforma alleanza mal-grupp Ahrar al-Sham kontra l-Istat Iżlamiku, il-gruppi ribelli moderati u l-Gvern falla. Jidher li l-proposta tressqet minn Abu Mohamad al-Golani, il-mexxej ta’ Nusra Front, illi huwa mħasseb dwar il-mod kif qegħdin jissaħħu gruppi bħall-Istat Iżlamiku li fl-aħħar xhur irnexxielhom jiksbu diversi suċċessi kontra l-avversarji sekulari tagħhom. Nusra Front u Ahrar al-Sham kienu ngħaqdu għal xi żmien is-sena l-oħra, alleanza li permezz tagħha rnexxielhom jieħdu f ’idejhom il-belt ta’ Idlib. Madankollu, fl-aħħar xhur jidher li t-tensjoni ta’ bejniethom żdiedet mhux ħażin u l-falliment tal-aħħar negozjati jista’ saħansitra jwassal għal konflitt armat bejniethom.
6
5
5
4
ALLEGAZZJONIJIET TA’ ABBUŻ
TIŻDIED IT-TENSJONI Attakk li seħħ fuq post li fih jgħixu l-immigranti kompla jikxef l-antagoniżmu li qed jiżdied fil-konfront tal-immigranti fil-Ġermanja. Nhar il-Ġimgħa, bomba tat-tip hand-grenade twaddbet f ’post li fih jgħixu madwar 170 immigrant, iżda b’xorti tajba ma splodietx. Matul l-aħħar sena huwa kkalkulat li kien hemm iktar minn 1,000 attakk fuq djar tal-immigranti, li jammontaw għal ħames darbiet iktar mill-attakki tas-sena li għaddiet. Il-Ministru għall-Ġustizzja Ġermaniż Heiko Maas sostna li dawn l-attakki juru li l-mibegħda u l-vjolenza laħqet livell allarmanti. Huwa ħabbar li se jkun qiegħed jiltaqa’ mal-kontroparti tiegħu fir-reġjuni biex dan il-fenomenu jiġi indirizzat malajr kemm jista’ jkun.
In-Nazzjonijiet Uniti żvelat illi investigazzjonijiet li għamlet fl-aħħar xhur tellgħu fil-wiċċ diversi allegazzjonijiet ta’ abbuż fuq it-tfal fir-Repubblika tal-Afrika Ċentrali (CAR) min-naħa ta’ membri tal-operazzjoni ta’ paċi tal-Unjoni Ewropea, EUFOR. Skont l-informazzjoni li kisbu permezz ta’ intervisti mal-persuni kkonċernati, jidher li kien hemm numru ta’ tfajliet bejn l-età ta’ 14 u 16-il sena li kienu abbużati sesswalment minn membri Georġjani ta’ dan il-kontinġent militari. Barra minn hekk, kien hemm ukoll tfal li sostnew li ġew abbużati minn truppi Franċiżi. Il-EUFOR qegħdin fil-CAR hekk kif qed jippruvaw iżommu l-paċi bejn il-milizji Kristjani u r-ribelli Musulmani wara li dawn tal-aħħar ħadu kontroll tal-Gvern fl-2013.
18 31|01|2016
kullħadd.com
TA’ BARRA
OTTIMISTI ŻŻEJJED? LIAM GAUCI liam@kullhadd.com Hekk kif qegħdin fuq l-għatba tal-iskadenza tat-2 ta’ Frar biex jinstab ftehim fuq livell Ewropew dwar il-futur tar-Renju Unit fl-Unjoni Ewropea, hemm sinjali ta’ progress fir-rigward ta’ tliet kwistjonijiet ewlenin li tressqu għad-diskussjoni mill-Prim Ministru Brittaniku David Cameron. Madankollu, il-President tal-Kunsill Ewropew Donald Tusk esprima tħassib dwar kemm jista’ jinstab kompromess fejn tidħol ix-xewqa tal-mexxej Brittaniku li pajjiżu jitħalla jrażżan il-benefiċċji għall-ħaddiema li jemigraw minn Stati Membri oħra tal-Unjoni. Wegħda Fil-kampanja elettorali tas-sena li għaddiet, Cameron wiegħed lill-votanti ta’ pajjiżu li huwa se jagħmel pressjoni kbira fuq l-Unjoni biex tagħti aktar awtonomija lir-Renju Unit f ’diversi setturi. Il-wegħda tiegħu kienet tirrifletti opinjoni popolari fost il-Brittaniċi li l-Unjoni ma kinitx kapaċi tiffaċċja diversi mill-isfidi li kellha quddiemha fl-aħħar snin. Cameron iggarantixxa li huwa se jsejjaħ referendum dwar is-sħubija ta’ pajjiżu fl-Unjoni, però naqas milli jiżvela x’se tkun il-pożizzjoni tiegħu dwar il-kwistjoni. Minflok, huwa sostna li bħalissa huwa favur is-sħubija, imma l-falliment tan-negozjati jistgħu jwassluh
biex ibiddel il-fehma tiegħu u jxaqleb lejn in-naħa tal-‘le’. B’dan il-mod, huwa rnexxielu jsib kompromess li kien biżżejjed biex iżomm il-Partit Konservattiv magħqud, minkejja l-fatt li s-suġġett tas-sħubija huwa wieħed jaħraq għall-membri parlamentari tiegħu. Wara li kien kkonfermat bħala Prim Ministru, Cameron mill-ewwel iddedika ruħu għan-negozjati mal-kapijiet l-oħra tal-Istati Membri. Dawn in-negozjati wasslu għal ftehim preliminari f ’Diċembru li għadda, fejn kien hemm qbil dwar skadenza għat-2 ta’ Frar biex il-partijiet kollha involuti fid-diskussjonijiet iressqu l-proposti tagħhom.
Fost il-kwistjonijiet prominenti li tressqu għad-diskussjoni minn Cameron kien hemm dik li jinħolqu mekkaniżmi ġodda li jipproteġu l-interessi ekonomiċi ta’ Stati Membri li jinsabu barra miż-Żona Ewro, tnaqqis qawwi fil-burokrazija biex iżżid il-kompetittività tal-Unjoni u l-introduzzjoni ta’ liġijiet li jippermettu lir-Renju Unit li ma jinvolvix ruħu f ’inizjattivi li jsaħħu l-integrazzjoni tal-Istati Membri fil-proġett Ewropew. Reżistenza Tusk deher kunfidenti li fir-rigward ta’ dawn it-talbiet seta’ jintlaħaq kompromess. Però, kwistjoni oħra, dik tad-drittiji-
Fil-verità għad hemm ċans għal ftehim bejn ir-Renju Unit u l-Unjoni. Dan għax Cameron wiegħed li r-referendum se jsir sal-aħħar tas-sena d-dieħla. Fil-fatt, l-iskadenza tat-2 ta’ Frar kienet imressqa biss riċentement mill-President tal-Kunsill Ewropew Donald Tusk li xtaq li jkollu l-proposti f ’idejh qabel il-laqgħa tal-Kunsill tat-18 u d-19 ta’ dan ix-xahar meta huwa mistenni li
jressaq soluzzjonijiet konkreti għal dawn il-kwistjonijiet. Dan il-perjodu qasir li ngħataw il-pajjżi biex jaslu għal kompromess kien ikkritikat minn xi bnadi li ħassew illi Tusk ma tax lin-negozjaturi l-ħin li kellhom bżonn ħalli jindirizzaw dawn il-problemi kumplessi. Għaldaqstant, il-President tal-Kunsill jaf jixkupa l-iskadenza tiegħu stess taħt it-tapit u, fil-laqgħat ta’ nofs ix-xahar id-dieħel, jiddikkjara sempliċement li sar progress sodisfaċenti u jħalli l-bieb miftuħ biex fil-ġimgħat ta’ wara jintlaħaq qbil fir-rigward tal-immigrazzjoni. Madankollu, wieħed irid jara jekk Cameron ikunx lest li jaċċetta aktar dewmien fin-negozjati għax, minkejja l-iskadenza tal-2017 għar-referendum, għajdut fil-midja internazzjonali jgħid li huwa jixtieq jagħlaq il-kwistjoni malajr kemm jista’ jkun b’possibbiltà ta’ votazzjoni f ’Ġunju li ġej stess. Din l-urġenza ħarġet ċara mid-deċiżjoni tal-Prim Ministru Brittaniku li jħassar żjara li kellu jagħmel fl-Iskandinavja nhar il-Ġimgħa li għadda biex, minflok, jiltaqa’ mal-President tal-Kummissjoni Ewropea Jean-Claude Juncker bit-tama li jsir xi progress qabel l-iskadenza tat-Tlieta li ġej. Però, minkejja dawn l-isforzi tal-aħħar minuta, wieħed għandu l-impressjoni li din id-data kienet biss attentat ottimist wisq min-naħa ta’ Tusk biex jagħlaq waħda mill-bosta kwistjonijiet li fl-aħħar snin ipperikolaw il-valuri fundamentali tal-Unjoni Ewropea.
fi Franza kien hemm dak malAirbus fejn l-Iran qablet li tixtri 118-il ajruplan għal €23 biljun hekk kif dan il-pajjiż qiegħed jimmodernizza l-flotta tal-ajru kummerċjali tiegħu li qdiemet b’riżultat tas-sanzjonijiet internazzjonali. Fejn jidħol dan is-settur, iddelegazzjoni Iranjana waslet għal ftehim ma’ Bouygues u
Aeroports de Paris biex jiġi mmodernizzat l-ajruport ta’ Tehran. Id-delegazzjoni Iranjana waslet ukoll għal ftehim malPeugeot biex isir investiment ta’ aktar minn €400 miljun f ’impjanti ta’ manifattura bl-għan li dawn jibdew jipproduċu madwar 200,000 karozza fis-sena.
et li jistgħu jgawdu immigranti minn Stati Membri oħra li jmorru jaħdmu fir-Renju Unit, tidher li se toħloq problemi kbar fin-negozjati. Dan għax bosta pajjiżi tal-Unjoni jħossu li t-talba ta’ Cameron, li ħaddiema ta’ din ix-xorta ma jkunux eliġibbli għal benefiċċji marbutin max-xogħol u l-qgħad, imorru kontra l-prinċipji Ewropej tal-moviment liberu fis-suq intern tax-xogħol. Sfortunatment, din probabbilment hija l-unika kwistjoni li Cameron ma jistax iċedi fost it-talbiet li ressaq. Dan għax il-fatt li s-suq tax-xogħol qiegħed taħt pressjoni kbira mill-ħaddiema barranin hija waħda mir-raġunijiet prinċipali għaliex dawn in-negozjati nfetħu. Nuqqas ta’ kisbiet f ’dan ir-rigward jista’ faċilment jagħti bidu għal konflitt intern fi ħdan il-partit tiegħu hekk kif bosta membri parlamentari Konservattivi qegħdin taħt pressjoni minn kostitwenti li huma allarmati mill-ammont ta’ barranin li deħlin fis-suq tax-xogħol Brittaniku. Xi jmiss?
KUNTRATTI BILJUNARJI LIAM GAUCI liam@kullhadd.com
Aktar kmieni din il-ġimgħa l-President Iranjan Hassan Rouhani kien impenjat f ’diversi laqgħat ma’ kapijiet ta’ stati Ewropej hekk kif għaddej b’xogħol li permezz tiegħu pajjiżu qiegħed jerġa’ jintegra ruħu mill-ġdid fil-komunità politika u ekonomika globali wara snin ta’ iżolament u sanzjonijiet. Il-bidu ta’ vjaġġ L-ewwel waqfa ta’ Rouhani kienet fl-Italja fejn nhar itTnejn li għadda d-delegazzjoni kbira ta’ negozjanti li akkumpanjatu ffirmat diversi kuntratti ma’ kumpaniji Taljani li se jinvestu fl-Iran biex tiġi mmodernizzata l-infrastruttura tal-pajjiż. Matul dawn in-negozjati kienu miftehmin investimenti
li laħqu madwar €20 biljun u ffukaw b’mod partikolari fuq is-settur tal-enerġija fejn l-Iran qiegħed jittama li jżid l-esportazzjoni taż-żejt għal livelli simili għal dawk ta’ qabel l-impożizzjoni tassanzjonijiet internazzjonali, li kienu introdotti b’riżultat talprogramm nukleari belliku li imbarka fuqu l-eks-President Mahmoud Ahmadinejad. Il-Prim Ministri Taljan Matteo Renzi ddeskriva dawn l-akkordi bħala l-bidu ta’ vjaġġ li matulu s-setturi taż-żewġ pajjiżi se jsaħħu r-relazzjonijiet ta’ bejniethom. Paċi fil-Lvant Nofsani Matul il-vjaġġ tiegħu fl-Italja, Rouhani ltaqa’ wkoll malPapa Franġisku fejn ir-reliġjon u l-paċi fid-dinja kienu fiċċentru tad-diskussjonijiet ta’ bejniethom. Min-naħa tiegħu, Rouhani enfasizza l-importanza li tintemm il-
vjolenza u r-radikaliżmu kemm għal, kif ukoll kontra, ir-reliġjon. F’sinjal ċar ta’ bidla fir-retorika Iranjana, Rouhani ħeġġeġ lill-komunità internazzjonali biex taħdem bla heda favur l-abbandun totali tal-użu ta’ armi tal-qerda tal-massa. Dan il-pass, fil-fehma tiegħu, huwa essenzjali biex ikun hemm ilpaċi bejn in-nazzjonijiet. Il-Papa Franġisku kompla fuq dan il-ħsieb billi sostna li l-Iran jista’ jkollu rwol ċentrali biex tinkiseb ilpaċi fil-Lvant Nofsani, speċjalment fejn jidħlu konflitt b’motivazzjonijiet reliġjużi. Investiment Franċiż Il-President Iranjan imbagħad mar lejn Franza fejn ipparteċipa f ’laqgħa mal-President Franċiż Francois Hollande u kien preżenti għall-iffirmar ta’ diversi ftehimiet kummerċjali oħra. Fost il-kuntratti ffirmati
MILL-ISTORJA
kullħadd.com
31|01|2016 19
MILL-ISTORJA
BEDLAM: L-ISTORJA ORRIBBLI TA’ SPTAR
Meta Simon FitzMary irritorna minn kruċjati fl-Art Imqaddsa devot u għani iktar minn meta telaq, ta b’donazzjoni biċċa art, f ’Bishopsgate f ’Londra, lill-Isqof ta’ Betlem. L-Isqof għaddiha lill-Ordni Ġdida ta’ Santa Marija ta’ Betlem, li bnew fuqha abbazija u sptar immexxija minnhom. L-Abbazija ta’ Santa Marija ta’ Betlem fetħet il-bibien tagħha fl-1247 biex tilqa’ fiha nies morda u foqra. Kien għan nobbli għall-aħħar; madankollu, meta fl-1370 l-ordni reliġjuża kellha tgħaddi l-abbazija f ’idejn l-Istat minħabba nuqqas ta’ fondi biex tkompli tmexxi, l-istorja ta’ Bedlam (kif beda jissejjaħ fil-qosor) inbidlet minn waħda tal-ħniena għal waħda tal-waħx. Jista’ jagħti l-każ li, malli sar tal-Istat, Betlam beda jilqa’ pazjenti b’mard mentali wkoll, inklużi persuni b’diżabbiltà mentali, epilessija u dimenzja; għaldaqstant, għal żmien twil kien l-uniku sptar mentali tar-renju. Fil-fatt, fl-1403, il-Kummissjoni tal-Karità
Kitba ta’
MARY
CHETCUTI li wettqet spezzjoni f ’dan l-isptar ħejjiet l-ewwel rapport eżistenti fejn innutat li fost il-pazjenti kien hemm sitt irġiel li kienu mente capti jew morda b’moaħhom. Fl-istess rapport issemmiet il-preżenza ta’ manetti u ktajjen tal-ħadid għall-polzijiet u l-għekiesi, kif ukoll serraturi li jżommu lillmorda milli jitħarrku. Perjodi twal f ’iżolament Fiż-Żminijiet tan-Nofs, kienet teżisti teorija li, jekk il-pazjent li jkun maħkum mill-mard tal-moħħ taqflu għal perjodi twal f ’iżolament u bl-inqas ikel possibbli, tista’ tfejqu mill-kundizzjoni tiegħu. Barra minn hekk, kastigi fiżiċi kienu meqjusa bħala l-aqwa mediċina biex toħroġ pazjent mill-malinkonija jew ferneżija li jinħakem minnha. Fis-seklu tmintax, Erasmus Darwin (nannu tax-xjentist u naturalista Charles Darwin) introduċa t-terapija tad-tidwir. Il-pazjent kien jitpoġġa u jintrabat fuq siġġu mdendel
mis-saqaf li mbagħad kien jiddawwar b’mod mekkaniku bil-pazjent fuqu madwar ilkamra għal sigħat twal. Bittidwir, l-imsejken pazjent kien jistordi, jiddardar u jtella’ kulma jkollu fl-istonku u jagħmel taħtu wkoll. It-tliet konsegwenzi f ’daqqa, jew imqar waħda minnhom, kienu meqjusin bħala indikazzjonijiet gwappi fit-triq tal-fejqan! Però, l-ikbar għajb fl-istorja ta’ Bedlam seħħ fis-seklu tmintax ukoll, meta l-amministrazzjoni kienet tiftaħ il-bibien ta’ dan l-isptar għall-pubbliku – mhux qraba u ħbieb tal-morda tafx! Nies għonja setgħu jħallsu biex jidħlu u jiddawru malkurituri mudlama u mnittnin bi ħmieġ ta’ kull tip, ħalli jaraw, jiskantaw u jiżżuffjettaw bilmiżerja tal-imsejkna morda, li jkunu mxekklin bil-ktajjen, mitlufin f ’dagħdigħa ta’ biki, għajjat u twerżiq jew issummati u ċċassati. Għal snin twal Bedlam ġibed mijiet ta’ spettaturi li kienu jivvjaġġaw mill-erbat irjieħ tal-Gran Brittanja biex jassistu għal dan iċ-ċirklu tal-mistħija. Issitwazzjoni nbidlet meta, wara l-1770, amministratur ġdid ried jikkontrolla l-influss ta’ spettaturi u introduċa biljetti ffirmati minnu biex jintwerew fid-dħul. Bħallikieku dan ma kienx biżżejjed, Bedlam kien miżgħud bil-korruzzjoni. Tista’ tgħid li minn mindu għadda f ’idejn l-Istat dejjem tmexxa minn nies korrotti li għamlu qligħ
minn ikel u provvisti li kienu jingħataw b’donazzjoni għallmorda. L-ikel kien jinbiegħ lill-pazjenti li kellhom il-flus biex iħallsu għalih, filwaqt li l-pazjenti l-oħra kienu jitħallew imġewħin. Kutra u naqra tiben nadif bħala sodda kien irid jinxtara, inkella l-marid jitqiegħed f ’ċella għerija fuq tiben qadim u jinten bil-ħmieġ u urina ta’ ħaddieħor. Inkjesta interna L-affarijiet bdew jinbidlu bis-serjetà meta fl-1814 ilfilantropu Quaker, Edward Wakefield, ried iżur Bedlam u sab reżistenza millamministratur John Haslam. Wakefield insista u fl-aħħar irnexxielu jagħmel żjara ta’ spezzjoni akkumpanjat minn membru parlamentari u gvernatur ta’ sptar ieħor. Firrapport tiegħu Wakefield stqarr li ra affarijiet tal-waħx, imma l-aktar każ li xxukkjah kien dak tal-baħri, James Norris, li kien marbut minn sidru bi ktajjen li kienu jinġibdu minn ġo toqba warajh u jsabbtuh mal-ħajt kull darba li juri sinjali ta’ aġitazzjoni. Wakefield staqsa kemm kien ilu marbut hekk dan il-miskin u t-tweġiba ta’ Haslam kienet bejn disgħa u tnax-il sena. Saret inkjesta interna li tat it-tort għal din il-moħqrija kollha lillamministratur John Haslam u t-tabib residenti, Bryan Crowther, u dawn tkeċċew. Minn hawn ’il quddiem,
Bedlam beda jinbidel, ftit ftit, fi sptar bi trattament aktar uman lejn pazjenti b’mard tal-moħħ. Għal snin twal, Bedlam laqa’ wkoll persuni meqjusin bħala mġienen kriminali li minflok ħabs intefgħu hemm għal għomorhom. Fost dawn kien hemm każi ta’ nies akkużati li ppruvaw jassassinaw xi renjant, ħallelin li ma ridux jindmu u persuni meqjusin skomdi għal xi politiku jew ieħor. Meta, fl-1863, fetaħ Broadmoor Criminal Lunatic Asylum, ħafna mill-pazjenti ta’ Bedlam ġew trasferiti fih u, għaldaqstant, ir-reputazzjoni tiegħu ta’ sptar orribbli bdiet tonqos sakemm spiċċat għal kollox. Illum, Bethlem Royal Hospital jilqa’ fil-binja ġdida tiegħu individwi b’mard talmoħħ u dipressjoni biex jingħataw l-aqwa trattament li toffri x-xjenza medika. Wara ħafna snin mirrilokazzjoni ta’ dan l-isptar, beda jitħaffer minfloku pedament għal kumpless ta’ bini għat-trasport bit-tren fi Triq Liverpool. Il-gaffa bdiet ittella’ biċċiet minn skeletri li hu maħsub li jmorru lura għall-perjodu ta’ bejn l-1569 u 1738, meta l-morda li mietu f ’Bedlam kienu jindifnu f ’qabar komuni bla ċerimonji u lapidi hemmhekk stess. Fl2013 beda tħaffir arkeoloġiku fuq dan is-sit u, aktar tard, kien ikkalkulat li l-vittmi ta’ Bedlam għall-perjodu msemmi kienu jlaħħqu madwar għoxrin elf ruħ – kollha anonimi.
KALEJDOSKOPJU
20 31|01|2016
kullħadd.com
Fatti miġbura minn
CHARLES B.
SPITERI
ĠRAW BĦAL-LUM
1627: 1851: 1862: 1871: 1906: 1915: 1918: 1928: 1929: 1933: 1943: 1943: 1946: 1950: 1952: 1953: 1955: 1961: 1961: 1964: 1966: 1968: 1972: 1977: 1980: 1983: 1985: 1990: 1995: 2000: 2015:
Il-Gvern Spanjol jiddikjara falliment. Gail Borden iħabbar l-invenzjoni tal-ħalib magħqud. L-astronomu Alvan Graham Clark jilmaħ għall- ewwel darba lil Sirius B (għall-bidu magħrufa bħala l-kewkba nana) f ’Cambridgeport, Massachusetts, waqt li jkun qed jipprova t-teleskopju ġdid tiegħu. Miljuni ta’ għasafar itiru fin-naħa tal-Punent ta’ San Francisco u jdallmu d-dawl tal-jum. L-aktar terremot qawwi mkejjel bi strument jolqot lill-Kolombja fl-iskala ta’ 8.6 Richter. L-ewwel attakk bil-gass velenuż kontra r-Russi. Jitwettaq mill-Ġermaniżi. Ħbit inċidentali minħabba ċ-ċpar li niżel fl-Iskozja jwassal biex jintilfu żewġ sottomarini tar-Royal Navy, b’aktar minn mitt persuna jitilfu ħajjithom, u ħsarat f ’ħames bastimenti tal-gwerra Ingliżi. Tibda kampanja ta’ bejgħ mill-kumpanija 3-M għall- iscotch tape. Leon Trotsky jitkeċċa mir-Russja u jintbagħat it- Turkija. Hitler iwiegħed id-demorkrazija parlamentari. Iċ-Ċilì jikser ir-relazzjonijiet tiegħu mal-Ġermanja u l-Ġappun. Il-Ġeneral Friedrich von Paul iċedi lit-truppi Russi fi Stalingrad. Il-Jugoslavja tadotta kostituzzjoni ġdida u ssir repubblika federali. Il-President Amerikan Harry Truman iħabbar pubblikament li jappoġġja l-iżvilupp tal-bomba idroġena. Il-Knisja Luterana Olandiża terġa’ tingħaqad wara seklu u nofs. Irjieħ bħal ta’ uragan fl-Olanda jgħerrqu 1,835 persuna. Il-kumpanija RCA tintroduċi l-ewwel sythesizer mużikali. David Ben Gurion jirriżenzja minn Prim Ministru ta’ Iżrael. Ham iċ-chimpanzee l-ewwel primat fl-ispazju (158 mil) fuq il-Mercury/Redstone 2. Rapport Amerikan bit-tema It-Tipjip u s-Saħħa jorbot it-tipjip mal-kankru tal-pulmun. L-Unjoni Sovjetika tispara l-Luna 9 lejn il-qamar. Nauru (li qabel kienet magħrufa bħala Pleasant Island), tiddikjara l-indipendenza mill-Awstralja. Kolp ta’ stat militari jtajjar lill-Gvern ċivili fil-Ghana. Jinħeles minn ostaġġ, il-Franċiż Francois Claustre, li 33 xahar qabel inħataf fiċ-Chad. Il-Pulizija tattakka bi ħġarha lil dawk li ħatfu l-ambaxxata Spanjola fil-Belt tal-Gwatemala. Imutu 41 persuna. Fi sforz biex jitnaqqsu l-imwiet ta’ nies fil-ħbit bil- karozzi, liġi ġdida fl-Ingilterra tisħaq li s-sewwieq u l-passiġġier ta’ ħdejh jilbsu ċ-ċinturin tal-karozza. PW Botha, President tal-Afrika t’Isfel, joffri li jeħles lil Mandela mill-ħabs jekk jiddenunzja l-vjolenza. L-ewwel McDonalds fir-Russja. Jiftaħ f ’Moska. Hu l-ikbar McDonalds tad-dinja. Il-President Bill Clinton jawtorizza self ta’ $20 biljun lill-Messiku biex jistabbilixxi l-ekonomija tagħha. Harold Shipman, tabib tal-familja, jintbagħat għal għomru l-ħabs talli qatel 15-il pazjent. Hu jsir l-iktar Ingliż meqjus bħala serial killer. Sergio Mattarella jinħatar President tal-Italja.
KURŻITAJIET
KIF JAGĦĠINNA L-JUM LI FIH TWELIDNA
It-tieni parti Ftit żmien ilu, esperti tan-numeroloġija ddiskutew kif il-jum tat-twelid ta’ kull individwu jirrifletti fuq il-karattru ta’ dak li jkun. Ħsibt għalhekk biex ngħaddilkom dan it-tagħrif u araw għalikom infuskom, għandhomx raġun jew le. Illum se nkomplu bit-tieni nofs tax-xahar: 16 Kapaċi tinduna bin-nies foloz u l-qagħdiet. Ma tafdax faċilment. Kontemplattiv u intuwittiv u tidħol fil-fond tal-affarijiet. L-iżvilupp personali u l-ego tiegħek huma ċ-ċavetta għas-suċċess tiegħek. 17 Tippreferi taħdem f ’qagħda ta’ awtorità. Tħaddan il-kwalitajiet tat-tmexxija tal-1, bil-loġika u l-intuwizzjoni tas-7, b’mod li jagħmluk kapaċi tieħu deċiżjonijiet. Ħaddieħor ifittxek biex tmexxih. 18 Aktarx taħdem f ’karriera li toffri servizz. Persuna deċiża u indipendenti li tippreferi tmexxi; iżda kapaċi tifhem lin-nies u l-ħtiġiet tagħhom. Il-paċenzja u t-tolleranza huma ċ-ċwievet tas-suċċess tiegħek. 19 Għandek ħiliet eżekuttivi u twettaq dak li tixtieq. Meta tammetti l-iżbalji tiegħek u taċċetta l-pariri tal-oħrajn, tkattar il-potenzjal għas-suċċess. Int mexxej b’talent, u spiss rispettat mill-oħrajn. 20 Tħobb il-paċi u tiddejjaq targumenta. Tħoss għall-oħrajn, counsellor u healer naturali. Taf tkun indeċiż u insigur. Madankollu, il-fiduċja fik innifsek hi l-qofol tas-suċċess tiegħek. 21 Għandek ħafna talenti u interessi varji. Twelidt bil-premju tal-komunikazzjoni – kelliem tajjeb fuq kollox. Iżda trid tittendi milli tuża kliem ta’ tnassis jew garr. 22 Intuwittiv u sensittiv ferm. Meta tgħaqqad l-intuwizzjoni mal-moħħ loġiku tiegħek għandek il-ħila tara fil-bogħod. Taħdem sew mal-oħrajn u kapaċi tmexxi proġetti kbar meta tiffoka fuqek innifsek. 23 Trid l-affarijiet mexjin il-ħin kollu. Għandek personalità manjetika. Tħobb l-eċitament u l-avventura iżda teħtieġ il-libertà biex twettaq l-affarijiet tiegħek. Int bejjiegħ u promutur naturali. 24 Orjentat fil-familja u tħobb tkun meħtieġ. Ġenitur naturali li tieħu ħsieb u tħobb tgħin lill-oħrajn. Iżda attent meta tagħti għajnuna żejda jew tinterferixxi fil-ħajjiet ta’ ħaddieħor. 25 Int student u għalliem naturali, li tħobb suġġetti bħall-psikoloġija u l-filosofija. Tinħtieġ il-kwiet u ħin waħdek biex tipproċessa ħsibijietek u tikkontempla fuq ħajtek. F’xi waqtiet taf tidher maqtugħ jew mgħasses. 26 Mexxej tajjeb u maħbub, għax ma tiddettax. Int determinat u b’rieda soda. Ma tħobbx min jgħidlek x’għandek tagħmel. Għandek talent għan-negozju u biex taħdem għal rasek. 27 Bniedem artistiku jew kreattiv. Tħobb tiġġieled għall-miskin u għandek sens qawwi ta’ ġustizzja. Tħaddan il-moħħ analitiku tan-numru 7 mal-intuwizzjoni tan-numru 2 – li jagħtuk qabża ’l fuq meta tiġi biex tinnegozja jew tiltaqa’ man-nies. 28 Bniedem li ma tiħux ‘le’ bħala tweġiba. Meta taħseb f ’xi ħaġa, trid twettaqha. Int kom petittiv u tieħu gost tidher fil-massa. Tgħaqqad is-saħħa mal-intuwizzjoni u l-kompassjoni. 29 Intuwittiv u spiritwali għall-aħħar, jaf għandek interess f ’dak kollu li jaqa’ taħt ‘il-ħsieb, il-ġisem u l-ispirtu’. Għandek qalb miftuħa u li taf tħobb. Madankollu, jeħtieġ titgħallem tħobb u tapprezza lilek innifsek. 30 L-ispettaklu twieled fik u tħobb tkun fiċ-ċentru tal-attenzjoni. Int mogħni bl-artistrija u l-kreattività. Kapaċi wkoll għax-xogħol bl-idejn. Kelliem b’talent qawwi li ssib il-kliem li tixtieq, iżda trid tara kif tuża kliemek biex tgħolli l-moral ta’ ħaddieħor aktar milli biex tikkritika u tmaqdar. 31 Prattiku u sensibbli. Int imbierek b’ideat kreattivi; kuxjenzjuż u tagħmel xogħol iebes biex tikseb ir-riżultati. Tippreferi tmexxi milli titmexxa. In-nies jirrispettawk, jammirawk u jis- trieħu fuqek għall-pariri.
FIT-TFIGĦ TAS-SKIEKEN WAQT VARJETÀ Truppa ta’ nies li jgaraw is-skieken sabu li l-logħba tagħhom hi diffiċli biex tintwera fuq it-televiżjoni, l-aktar wara dak li seħħ waqt varjetà fuq it-televiżjoni tal-Litwanja. Waqt li taw wirja fil-programm Lithuania’s Got Talent, l-udjenza fl-istudio, il-ġurati u t-telespettaturi minn djarhom segwew b’biża’ kbir lil ‘artist’ jiftaħ l-id ix-xellugija tassieħeb tiegħu u bi żbrixx ma laqtux f ’idu l-leminija wkoll. Imbagħad jolqtu f ’rasu waqt l-istess att perikoluż. L-assistent tiegħu, li deher imbeżża’ għall-aħħar, kien mitlub joqgħod bilwieqfa quddiem folja tal-injam, waqt li dak li beda jitfa’ s-skieken għamel dan f ’għoli differenti. Kien waqt it-tieni taqsima li l-att beda jmur żmerċ. L-assistent, liebes kostum militari ċerimonjali, beda jżomm il-karti tal-logħob f ’idejh it-tnejn, fuq rasu, waqt li sieħbu beda jitfa’ s-skieken u bihom iwaħħal il-karti mal-injama. L-ewwel sikkina ntefgħet bi
preċiżjoni assoluta, iżda t-tieni waħda laqtet lill-assistent f ’subgħajh. Kulħadd baqa’ skantat u nstemgħet għajta mill-assistent, li baqa’ f ’postu. It-tielet sikkina kienet se terġa’ tolqot lill-assistent f ’idu l-leminija. Iżda l-agħar kien il-final, meta dulliegħa tqiegħdet ftit pulzieri
biss ’il fuq minn ras l-assistent. L-ewwel sikkina nxteħtet ftit fl-għoli u t-tieni laqtitu ftit ’il fuq minn għajnejh. Hawnhekk twaqqaf l-att, u waqt li l-grupp qam biex jisma’ l-verdett tal-ġurati, it-teffiegħ tas-skieken intlemaħ jipprova jimsaħ id-demm li kien hemm fuq il-palk biż-żarbun.
KUN AF
kullħadd.com
31|01|2016 21
KUN AF
QIEGĦED JERĠA’ JISSEMMA Ċ-CHEWING GUM, U GĦALIEX F’SINGAPORE HU PPROJBIT Kurżitajiet minn hawn u minn hemm Kitba ta’
SAVIOUR
MAMO
Iċ-chewing gum qiegħed iħammeg u jagħmel ħsara lill-ambjent. F’ċerti pajjiżi, bħal Singapore, dan il-prodott huwa pprojbit. Minħabba l-kummerċ kbir li hawn f ’pajjiżna bil-bejħ ta’ dan il-prodott, diffiċili li wieħed jieħu azzjoni biex iwaqqaf l-importazzjoni tiegħu. Però, dixxiplina għandha tkun biex ħadd ma jarmi ċ-chewing gum mal-art. Anzi, għandhom isiru l-liġijiet ibsin u min jiksirhom jeħel multi kbar. It-taxxa miżjuda fuq dan il-prodott hija aċċettata, imma ’l quddiem wieħed għandu jikkonsidra jekk għandux jitneħħa mis-suq Malti. Terġa’ u tgħid, mhux vallapena li l-Gvern jonfoq l-eluf ta’ ewro biex jixtri magni li jneħħu ċ-chewing gum millpjazez u minn fuq il-bankini. Fl-2004, skont ir-Regolamenti tal-Importazzjoni u Esportazzjoni ta’ Singapore, ma jistax jinbiegħ chewing gum ħlief dak terapewtiku bir-riċetta u eżami mit-tabib. Min jinqabad ibigħ jew jinqabad jomgħod iċ-chewing gum fit-triq jista’ jeħel multa ta’ bejn $1,000 u $500 Amerikan. Raġunijiet Fl-1983, Lee Kuan Yew, li kien il-Prim Ministru ta’ Singapore, u llum huwa l-Ministru tal-Iżvilupp, kienu spiss jaslulu lmenti fuq vandaliżmu, speċjalment bl-użu taċ-ċhewing gum. Ċerti vandali kienu jiddisponu miċ-chewing gum fil-kaxxi tal-ittri u fit-toqob tas-serraturi tad-djar u talkarozzi. Kienu wkoll iwaħħlu
ċ-chewing gum fis-sliding doors tal-ferroviji u fil-buttuni tallifts. Eluf ta’ biċċiet ta’ chewing gum kienu jintremew fl-art u postijiet publiċi. Kawża wkoll ta’ hekk, l-apparat li jnaddaf il-bankini kien sarlu ħafna ħsara. Waħda mill-iktar affarijiet li ddejjaq innies hija li ħafna miċ-chewing gum jitwaħħal mal-bankijiet tax-xarabanks u ma’ taħt tal-imwejjed u siġġijiet tar-ristoranti. B’dawn in-nuqqasijiet kollha Lee Kuan Yew dejjem qagħad lura għax beża’ li, jekk jieħu azzjoni u jwaqqaf il-bejgħ ta’ dan il-prodott, kien se jinqala’ l-inkwiet. Fl-1987, f ’Singapore beda jintuża l-MRT (Mass Rapid Transit). Dan kien proġett li qam mal-$5 biljun biex il-pubbliku jkun moqdi aħjar f ’dak li hu trasport veloċi. X’ġara? Kien hemm vandali li bdew iwaħħlu ċ-chewing gum mas-sensors tal-bibien tat-tren bil-konsegwenza li t-tren ma taħdimx għax il-bibien jibqgħu miftuħin. Kien isir ħafna dewmien fl-iskeda tal-ħinijiet tat-tren minħabba li dawn l-inċidenti kienu jsiru spiss u l-MRT bdiet titlef il-popolarità kif ukoll il-flus. F’Jannar tal-1992, il-Prim Ministru ta’ dak iż-żmien, Goh Chok Tong, iddeċieda li jagħmel restrizzjonijiet fuq tlett prodotti: l-alkoħol, it-tabakk u ċ-chewing gum. Effett pożittiv Għall-ewwel din l-aħbar ma tantx niżlet tajjeb mal-poplu ta’ Singapore. Kien sar avviż
biex min għandu maħżun minn dawn il-prodotti jfittex jeħles minnhom għax se jkun hemm pieni ħorox għal min jinqabad ibigħ jew jinporta dawn il-prodotti. Kien hemm min approfitta ruħu u beda jbigħ iċ-chewing gum bil-kutrabandu u bi prezz għoli. Kien hemm min jissogra u jmur jixtri bil-ġoff iċ-chewing gum minn pajjiżi ġirien bħall-Malasja. Ħafna minn dan il-prodott kien jinbiegħ b’ingann bħala mediċina għas-snien. Kien hemm skuża oħra li biċ-chewing gum twaqqaf il-vizzju tat-tipjip. Minħabba dawn l-iskużi banali u sfaċċati, Goh Chok Tong ħarrax sew il-pieni u bdew jintbagħtu nies il-ħabs u jeħlu multi fenominali. Saret kampanja sħiħa biex Singapore jkun l-iktar pajjiż nadif fid-dinja. Fl-1990 saru xi rapporti mill-istampa internazzjoni li f ’dan il-pajjiż qed jingħataw kastigi ħorox, l-iktar lill-barranin, għal min jikser il-liġi.
Ċertu Micheal P. Fay, ċittadin Amerikan ta’ 14-il sena, kien ingħata xebgħa frosta għax għamel xi taħżiż mal-ħajt biż-żebgħa Iktar liġijiet ħorox Nibqgħu f ’Singapore. Għal min ma jafx, jekk tuża t-toilet pubbliku u ma tifflaxxjax, tista teħel multa ta’ $150. Il-lifts fl-appartamenti, minbarra li huma mgħammra bis-CCTV, għandhom apparat li, jekk ikun hemm riħa ta’ urina fil-gabina, jindaqq alarm u jissakkru l-bibien. Il-bibien jinfetħu biss mill-pulizija. Jekk tarmi xi sigarett jew xi biċċa karta mal-art stenna li jkollok titla’ l-Qorti u teħel multa mingħajr twissija, jew tagħmel xi erbat ijiem imsakkar f ’ċella tiekol biss ross u ftit ilma, jew inkella taqla’ xebgħa frosta. Dawn huma manjieri li għalina ma huma xejn imma għal pajjiż bħal dan huma ta’ offiża. Tajjeb wieħed ikun jaf ukoll li
mhux permess li tgħannaq lis-sieħeb jew sieħba jew nies oħrajn fi triq pubblika. F’darek ma tistax toqgħod bi lbies indiċenti u tidher minn barra t-triq għax ħoll xagħrek u ġib iż-żejt. Jekk tinqabad li għandek xi relazzjoni ma xi ħadd tal-istess sess, stenna li tiekol sentejn ħabs. Ara ma tinqabadx b’xi materjal pornografiku għax ikun każ ta’ reat kriminali. Jekk tobżoq fl-art hija offiża wkoll u fuq din hemm multi kbar ukoll. Waħda mill-iktar pieni ħorox li hemm f ’dan il-pajjiż hi li, jekk tinqabad issuq vettura meta tkun xurban, tista’ teħel għaxar snin ħabs. Din il-piena ħallejta għall-aħħar: f ’Singapore, min jinqabad bid-droga jista’ jeħel il-piena kapitali. Hemm ħafna iktar xi tgħid fuq dan il-pajjiż; bdejna biċ-chewing gum u spiċċajna bid-dixxiplina. Però, il-fatt hu li Singapore huwa l-iktar pajjiż nadif fid-dinja. Tgħid għad naslu li naraw lil pajjiżna nadif daqs Singapore?
22 31|01|2016
IRREĠISTRAT TKABBIR KONTINWU MILL-MGA
Is-Segretarju Parlamentari għall-Kompetittività u t-Tkabbir Ekonomiku, Josè Herrera faħħar il-Malta Gaming Authority (MGA) għar-riżultati li ħarġu mir-rapport ta’ ħidma interim għall-perjodu minn Jannar sa Ġunju 2015, li pprovda ħarsa ġenerali ta’ statistika kemm għas-settur land-based kif ukoll għal dak tar-remote gaming. Għal dan il-perjodu ġew maħruġa 43 liċenzja ġdida tar-remote gaming. Iktar minn hekk, 22 liċenzja ġew imwaqqfa, 8% inqas meta kkomparat mal-istess perjodu tas-sena 2014; u sospiżi total ta’ 8 liċenzji, 3% iktar mill-istess perjodu tas-sena 2014. Sal-aħħar ta’ Ġunju 2015, hemm mas-277 operatur tar-remote gaming irreġistrat li jżommu 474 liċenzja f ’daqqa bejniethom. Dan jirrappreżenta żieda ta’ 14.5% fuq dak li kien irreġistrat waqt l-istess perjodu tal-2014. Dan jindika li s-settur tal-gaming f ’pajjiżna kompla jikber. Ir-rapport jipprovdi aktar informazzjoni dettaljata fuq attivitajiet land-based permezz tal-kasinos, gaming parlours, commercial bingo halls u l-lotteriji nazzjonali. L-MGA se tippubblika rapport ta’ ħidma ta’ sena sħiħa f ’Mejju li ġej meta toħroġ ir-rapport annwali tagħha għas-sena li tispiċċa f ’Diċembru 2015. Is-Segretarju Parlamentari jenfasizza l-importanza tas-settur tal-gaming f ’Malta bħala fornitur maġġuri ta’ postijiet tax-xogħol ta’ kwalità għolja u bħala mudell eċċellenti li ġuriżdizzjonijiet nazzjonali oħrajn jimxu fuqu. L-industrija tal-gaming f ’pajjiżna tipprovdi aktar minn 12% tal-Prodott Domestiku Gross. Is-Segretarju Parlamentari Herrera jwiegħed l-appoġġ sħiħ u kontinwu tiegħu lill-Awtorità.
kullħadd.com
MADWARNA
KONT TAD-DEPOŻITI GĦAL PERSUNI MINN 60 ’IL FUQ
Għal żmien limitat l-APS Bank qed iniedi l-Euro Term Deposit Account b’rata ta’ interess ta’ 3% għal dawk li għalqu 60 sena jew aktar meta jkunu se jiftħu l-kont. F’dawn il-kontijiet jistgħu jiġu depożitati minn minimu ta’ €5,000 sa massimu ta’ €50,000 f ’kapital għal perjodu fiss ta’ 10 snin. L-aktar aspett attraenti ta’ dan il-kont hi r-rata tal-imgħax ta’ 3% gross annwali qabel it-taxxa, li tista’ titħallas jew fix-xahar jew fis-sena. Termini u kundizzjonijiet japplikaw għal dan il-prodott. Għal aktar informazzjoni żur fergħa tal-APS Bank, jew is-sit elettroniku tal-APS Bank, www.apsbank.com.mt/term-deposit-60plus, jew ċempel 2122 6644.
MALTA BNI TORGANIZZA ATTIVITÀ NAZZJONALI TA’ NETWORKING
Aktar minn mitt sid ta’ negozju f ’Malta ser jiltaqgħu għat-tieni attività nazzjonali ta’ networking nhar it-Tlieta 2 ta’ Frar fillukanda Corinthia San Ġorġ, fil-Bajja ta’ San Ġorġ. Organizzata mill-Business Network International (BNI) Malta fl-okkażjoni talInternational Networking Day 2016, l-attività hi miftuħa għal kumpaniji u imprendituri żgħażagħ li qed ifittxu li jiltaqgħu ma’ persuni oħra biex joħolqu relazzjoni pożittiva ta’ negozju. Dawk il-persuni li mhumiex membri tal-BNI jridu jkunu mistiedna minn membru tal-Malta BNI. L-International Networking Day kienet promossa fuq skala globali minn Dr Ivan Misner, il-fundatur ta’ BNI, l-ikbar organizzazzjoni ta’ networking għan-negozju fid-dinja. IlBNI tippreżenta opportunità ta’ networking għal gruppi, kumpaniji, organizzazzjonijiet u individwi madwar id-dinja biex jieħdu azzjoni proattiva ħalli jużaw in-networking b’mod strateġiku għat-tkabbir tannegozju.
Sa mill-ewwel International Networking Week li saret fl2007, din l-attività annwali li ssir fi Frar, dejjem żdiedet filpopolarità minn sena għall-oħra u kisbet għarfien minn ħafna organizzazzjonijiet u aġenziji tal-Gvern minn madwar iddinja. Il-Malta BNI llum għandha sitt kapitli b’membri li bnew relazzjonijiet fit-tul u li b’mod sinċier huma impenjati biex isibu iktar negozju permezz tal-filosofija ta’ BNI Givers’ Gain u business referrals. Il-qofol ta’ BNI (www.bni.com) hu li toħloq għarfien dwar il-proċess ta’ business referrals. Id-Direttur Nazzjonali ta’ Malta BNI David Bullock qal: “L-attività tal-Jum Internazzjonali ta’ Netwerking
hi maħsuba biex issir kmieni fis-sena biex b’hekk dawk li jattendu jkunu jistgħu jibbenefikaw mir-relazzjonijiet kummerċjali l-ġodda matul issena.” Is-sitt kapitli ta’ Malta BNI, li huma kollha msemmija għall-Gran Mastri, jiltaqgħu f ’Tal-Pietà nhar ta’ Erbgħa, ilFurjana nhar ta’ Ħamis, u San Ġiljan nhar ta’ Ġimgħa. It-tliet kapitli l-oħra jiltaqgħu nhar ta’ Tlieta f ’Tas-Sliema u Ħal Qormi. Bħalissa, il-Malta BNI għandha aktar minn 130 membru ġejjin minn setturi kummerċjali differenti u ta’ kull daqs. Għal aktar tagħrif dwar il-Malta BNI ibgħat email lil carmel.bonello@bpc.com.mt jew ċempel 2124 3211.
MADWARNA
kullħadd.com
31|01|2016 23
KUMMIEDJA U KONTROVERSJA MNEBBĦA MINN STEJJER VERI L-istaġun teatrali ta’ Staġun Teatru Malti għall-2016 jiftaħ fit-Teatru Manoel fit-12 ta’ Frar bid-dramm ta’ Simon Bartolo Ħabbilni Ħa Nirbaħ, bit-titlu u l-powster li jesponu erba’ tfajliet tal-iskola tqal, li dejqu lil xi wħud u ġiegħlu lil oħrajn jitbissmu. Imma mbagħad, fejn hu l-gost f ’biċċa xogħol teatrali ġdida, moderna u kontemporanja jekk ma jkollhiex dik in-niskata ta’ mqarbizza kontroversjali? “Stennew. Nippruvaw noffru menù varjat kemm jista’ jkun,” insista Mario Philip Azzopardi, il-produttur eżekuttiv talSTM. “Il-kontroversja mhix l-unika prodott fir-repertorju tagħna. Tellajna kummiedji, drammi, satira, xogħlijiet talbiża’ u drammi nostalġiċi. Kollha kellhom ħaġa komuni, l-esperjenza Maltija, fil-forom kollha tagħha, bit-tbajja’ b’kollox. Jekk se nitkellmu dwarna nfusna, b’intelliġenza u b’maturità, irid ikollna l-istonku li nħarsu f ’mera teatrali li ma taċċettax kompromessi, mera mfassla minn artisti impenjati soċjalment li ma jibżgħux jisfidaw il-perċessjonijiet, li jiddubitaw mit-tabù, li jneħħu l-maskra tal-ipokresija kull fejn isibuha. L-isfida, sintendi, hi li wieħed ikun ċert li dan kollu ma jdejjaqx u ma jkunx obbligu ta’ rutina. It-teatru tagħna
hu, fuq kollox, divertiment li jeċċella fil-kwalità, flintegrità u fl-impenn, filwaqt li jirrispetta l-udjenzi tagħna li issa draw jistennew l-aħjar fid-divertiment tal-palk lokali. Aħna mkabbrin bl-għaxar produzzjonijiet li tellajna f ’dawn l-aħħar tmien snin, u l-ħsieb hu li nkomplu nżidu.” Wara l-akbar suċċess teatrali Malti li ttella’ fil-Manoel sentejn ilu, Jiena Nħobb, Inti Tħobb, dramm li kellu udjenzi ppakkjati, Bartolo jirritorna
bi dramm soċjali nebbiexi, imnebbaħ minn artikli prominenti fil-ġurnali Maltin. Tiftakruha l-istorja ta’ dawk l-erba’ tfajliet li kienu għamlu mħatra dwar liema tfalja kienet se toħroġ tqila mill-ġuvnott li l-erbgħa kienu saru jħobbu? Dak kien l-ispunt tat-tluq ta’ Simon Bartolo. Wara erbataxil xahar ta’ ħidma sfiqa fuq it-test mal-kollaboraturi, Sean Buhagiar se jidderieġi din l-opra ġdida ta’ Bartolo (Sean kien idderieġa wkoll Jiena
Nħobb, Inti Tħobb) “Id-diskors ta’ Simon hu kurrenti, jaħraq u ma jiskużax ruħu,” jgħid Buhagiar. “M’hemmx limitu għas-sensittività akuta tiegħu dwar x’tikkostitwixxi r-realtà Maltija. Hi kollha hemm; onesta u bla kompromessi. Simon qabad dak li qed naqraw fuqu fil-midja llum u fassal storja li ddaħħak u ssammar. M’iniex komdu ngħid li din hi kummiedja. Tabilħaqq, hemm ħafna daħk, imma d-dramm imur lil hinn minn dak li hu
‘komiku’ u jgħarrex f ’temi li jwasslu għal riżultati serji. Iddramm jissensel minn stejjer sensazzjonali, stejjer dwar każi ta’ tqala fost it-teenagers, żgħażagħ bla għaqal, ġenituri konfużi, li jpinġu stampa xejn sabiħa ta’ aljenazzjoni u dekadenza. Is-sottotitlu jitkellem ċar – Fejn Fallejna?” L-STM laqqa’ flimkien kast mill-aqwa magħmul minn Monica Attard, Narcy Calamatta, Josette Ciappara, Carlos Farrugia, Vince Micallef Pulè, Antonella Axisa, Marceline Galea, Lorriane D’Ugo u Jean Pierre Cassar. L-erba’ tfajliet se jinħadmu minn Kim Dalli, Daniela Carabott Pawley, Mariele Zammit u Shelby Aquilina. Ir-rappreżentazzjonijiet se jsiru mit-12 sal-21 ta’ Frar u jkun hemm żewġ matinées ilĦdud. Il-prezzijiet huma rħas fl-ewwel tmiem il-ġimgħa. Nagħtu parir biex ma tħallix ir-riservazzjoni jiet għallaħħar minuta, għax il-biljetti għall-produzzjonijiet tal-STM għandhom ħabta jinħatfu malajr. Ir-riservazzjonijiet huma miftuħin mit-Teatru Manoel u mis-sit elettroniku www. teatrumanoel.com.mt, jew billi tibgħat email lil bookings@ teatrumanoel.com.mt jew iċċempel 2124 6389.
KOMPETIZZJONI IT-TLIET ANĠLI SE JISPARAW FUQ GĦALL-ISBAĦ KOSTUM IL-QAMAR, U GĦALIEX DAN? KARNIVALESK
Wara nuqqas ta’ bosta snin, il-Kunsill Malti għall-Arti qed iħabbar il-Kompetizzjoni Nazzjonali tal-Kostum Karnivalesk li se ssir nhar it-Tlieta 9 ta’ Frar 2016, f ’nofsinhar, fi Pjazza Teatru Rjal il-Belt Valletta. Din il-kompetizzjoni hija intenzjonata għal tfal, adoloxxenti u żgħażagħ ta’ bejn il-5 u s-16-il sena u se tkun imqassma f ’żewġ kategoriji skont l-età. Min jixtieq jipparteċipa jista’ jikseb formola ta’ parteċipazzjoni mill-Kunsill Malti għall-Arti, 16, Triq M. A. Vassalli, il-Belt Valletta, waqt il-ħinijiet tal-uffiċċju. L-applikazzjonijiet jagħlqu siegħa qabel tibda’ l-kompetizzjoni u l-parteċipazzjoni hija mingħajr ħlas. Għal aktar informazzjoni wieħed jista’ jikkuntattja lil Noel D’Amato fuq noel.damato@maltaculture.com jew billi jċempel 2339 7040.
Żgur li ħafna għadhom jiftakru s-suċċess tal-ewwel edizzjoni tal-ispettaklu mħallat mas-satira s-sena l-oħra, It-Tliet Anġli – Aħna Aħna Jew m’Aħniex. Din issena l-Kumpanija Teatru Rjal ħasbet biex tagħtina t-tieni edizzjoni ta’ dan l-ispettaklu fis-sensiela ta’ It-Tliet Anġli meta din is-sena se jisparaw fuq il-qamar; u għaliex dan? It-Tliet Anġli Sparaw għallQamar hija serata mimlija satira bi spettaklu u b’tema mużikali popolari ħafna li din is-sena se tfakkarna fi wħud mill-aqwa esponenti tal-
kanzunetta u kultura Maltija li, sfortunatament, m’għadhomx magħna: Charles Clews, Joe James, Dominic Grech, Sammy Bartolo, Pawlu Tanti, Tony Gauci (il-Kampanjol) u Mario Ellul. Tislima xierqa għal min f ’ħajtu ta ħafna għallkultura u l-mużika Maltija. Iżżewġ serati se jsiru fit-Teatru tal-Istitut Kattoliku, il-Furjana, is-Sibt 27 ta’ Frar fis-7.00pm u l-Ħadd 28 ta’ Frar fis-6.30pm. Fuq in-naħa tas-satira wieħed isib lil Toni Busuttil, Snits u Mario Cassar, u fuq in-naħa mużikali nsibu lill-kantanti Neville Refalo, Jeffrey Scicluna,
Vince Fabri, Laura Bruno, Debbie Scerri u Ina Robinich. Il-live band li takkumpanja l-kantanti hija mmexxija minn Joe Brown u d-direzzjoni artistika tkun f ’idejn Ray Abdilla bi produzzjoni ta’ Pawlu Testa. Il-riservazzjonijiet huma miftuħin mingħand Pawlu Testa Travel (9947 6468) mill-bar tal-Istitut Kattoliku (2124 2551) u mill-uffiċċju tar-riservazzjonijiet tal-Istitut Kattoliku (2123 8429), jew mis-sit elettroniku www. istitutkattoliku.com jew wwwkumpanijateatrurjal.com.
24 31|01|2016
IL-KARNIVAL F’MALTA Din is-sena, l-attivitajiet tal-Karnival mhux se jsiru biss fil-Belt Valletta, imma se jkunu organizzati wkoll fi bliet u rħula oħra. B’mod partikolari, se jkun hemm Karnival tal-baned fi Triq il-Kbira, il-Ħamrun ilĦadd 7 ta’ Frar filgħodu. Se jieħdu sehem f ’din l-isfilata, li tibda mill-10.00am ’il quddiem, tliet karrijiet tal-karnival fosthom irRe tal-Karnival, ħames baned, il-Ħamrun Scouts Group, maskri grotteski u kumpaniji taż-żfin. Se jkun hemm ukoll palk bi programm ta’ divertiment u kompetizzjoni talkostumi. Wara l-Karnival tal-baned, tibda l-isfilata fil-Belt Valletta bis-sehem ta’ 14-il karru kkulurit u diversi maskri grotteski. L-isfilata titlaq minn Misraħ Kastilja u timxi tul Triq il-Merkanti, Misraħ San Ġorġ u Triq ir-Repubblika. F’Misraħ Kastilja se jkun hemm pjattaforma aċċessibbli għal kulħadd, li se tagħti l-opportunità lil dawk li jużaw siġġu tarroti u lill-ġenituri bi tfal żgħar fil-pushchairs igawdu l-atmosfera bla problemi. Dan kollu kien żvelat ilbieraħ, flimkien malprogramm tal-attivitajiet għall-Karnival ta’ din issena, waqt konferenza stampa indirizzata mill-
Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali Dr Owen Bonnici, iċ-Chair man Eżekuttiv tal-Kunsill Malti għall-Arti s-Sur Albert Marshall, id-Direttur Artistiku tal-Karnival is-Sur Jason Busuttil kif ukoll iċChairman tal-Fondazzjoni Valletta 2018 is-Sur Jason Micallef. Għal darb’oħra, l-attivitajiet ta’ din is-sena se jinkludu l-qarċilla – farsa tal-karnival li tmur lura tal-inqas sal1760, u li reġgħet bdiet tittella’ dan l-aħħar. Nutar, flimkien ma’ żewġ għarajjes, il-ġenituri tagħhom u l-mistednin, imexxi l-qarċilla li tiżżuffjetta bissoċjetà kontemporanja, b’versi ċajtiera miżgħuda bid-doppju sens. Fil-qarċilla ta’ din is-sena, in-nutar se jipproklama l-kuntratt tażżwieġ bejn żewġ irġiel. Din is-sena l-qarċilla nkitbet minn Immanuel Mifsud, awtur magħruf Malti li għadu kif rebaħ il-Premju Nazzjonali tal-Ktieb għannovella Jutta Heim. Attivitajiet li llum ilġurnata saru parti essenzjali u popolari filkalendarju tal-Karnival, se jkunu organizzati bħas-soltu fit-toroq talFurjana u tal-Belt, bilqofol tal-attività f ’Misraħ San Ġorġ. L-attivitajiet jinkludu l-isfilata, kif
ukoll kompetizzjonijet talkarrijiet u kumpaniji tażżfin. Madankollu, se jkun hemm elementi ġodda filkalendarju ta’ din is-sena. Attività minn dawn se tkun il-Ħadd fis-14.30pm, meta banda se tkun qed takkumpanja l-ispettaklu li se jkun għaddej f ’Misraħ San Ġorġ. Din l-attività se terġa’ ssir għall-ewwel darba wara nuqqas ta’ 20 sena. Is-Sibt filgħaxija, iċċelebrazzjonijiet se jkomplu għaddejjin sa tard, filwaqt li t-Tlieta l-isfilata tispiċċa fid-9:30pm. Attivitajiet oħra marbuta ma din ilfesta nazzjonali se jkunu wirja ta’ karrijiet ċkejknin magħmulin mill-ħelu, li se jkunu wkoll parti minn kompetizzjoni bejn dulċiera u lukandi. Din il-wirja se tittella’ fi Pjazza Teatru Rjal bejn l-4 u d-9 ta’ Frar. L-attivitajiet f ’Misraħ San Ġorġ jistgħu jitgawdew minn bilqiegħda. Ilbiljetti jinxtraw mis-sit elettroniku www.ticketline. com.mt. Wieħed jista’ wkoll isegwi l-attivitajiet fuq TVM is-Sibt filgħodu, il-Ħadd waranofsinhar u t-Tlieta filgħaxija. Dan biex dawk li ma jistgħux jidħlu l-Belt ikollhom ukoll l-opportunità biex jieħdu idea tal-atmosfera ferrieħa u kkulurita mill-kumdità ta’ darhom.
kullħadd.com
MADWARNA
KALENDARJU TAL-ATTIVITAJIET Il-Ħamis 4 ta’ Frar, fis-6.00pm: Ċerimonja tal-ftuħ talattivitajiet tal-Karnival ta’ Malta 2016 fi Pjazza Teatru Rjal, il-Belt Valletta. Il-Ġimgħa 5 ta’ Frar, fil-5.30pm: Parata bil-Kostumi tul Triq ir-Repubblika, il-Belt. Wara jkun hemm kompetizzjonijiet taż-żfin fi Pjazza San Ġorġ u sfilata tal-Karnival bil-karru tar-Re tal-Karnival, il-karru ta’ Valletta 18, karrijiet satiriċi u karrijiet tal-kumpaniji ta’ Sezzjoni A. Is-Sibt 6 ta’ Frar, fid-9.30am: Karnival tat-tfal fi Pjazza San Ġorġ, il-Belt Valletta. Is-Sibt 6 ta’ Frar, fit-3.30pm: Kompetizzjoni taż-żfin u wirjiet tal-grand défilé fi Pjazza San Ġorġ, il-Belt Valletta. Se jkun hemm diversi attivitajiet fil-Belt Valletta matul iljum, kif ukoll rappreżentazzjoni tal-Qarċilla fi Pjazza San Ġwann, il-Belt. Il-Ħadd 7 ta’ Frar, fl-10.00am: Karnival tal-baned fi Triq il-Kbira, il-Ħamrun. Il-Ħadd 7 ta’ frar, fis-1.00pm: Sfilata tal-karrijiet talKarnival f ’Misraħ Kastilja, il-Belt. L-isfilata timxi minn Triq il-Merkanti sa Pjazza San Ġorġ, imbagħad tul Triq irRepubblika. Il-Ħadd 7 ta’ Frar, fit-3.00: Carnival Grand Show fi Pjazza San Ġorġ, il-Belt. It-Tnejn 8 ta’ Frar, fl-10.00am: Sfilata tal-Karnival milliskejjel taż-żfin u wirja taż-żfin fi Pjazza San Ġorġ, il-Belt. It-Tnejn 8 ta’ frar, fl-4.00pm: Programm talkompetizzjonijiet taż-żfin u grand défilé fi Pjazza San Ġorġ, il-Belt. It-Tlieta 9 ta’ Frar, fl-10.00am: Sfilata tal-Karnival milliskejjel taż-żfin u wirja taż-żfin fi Pjazza Teatru Rjal, il-Belt. It-Tlieta 9 ta’ Frar, fis-6.00pm: Grand finale fi Triq Sant’Anna bil-parteċipazzjoni tal-baned tal-Karnival, karrijiet u briju.
ĠIE MNIEDI L-KARNIVAL TA’ GĦAWDEX 2016 Bħal kull sena, il-Karnival f ’Għawdex jiġbed eluf ta’ Maltin u Għawdxin u għalhekk sar meqjus bħala avveniment kulturali importanti. IlMinistru Refalo qal li l-Karnival 2015 kien Karnival li attira numru kbir ta’ Maltin u barranin lejn Għawdex. Il-Karnival spontanju tanNadur għal darb’oħra ġibed lejh għadd kbir ta’ żgħażagħ, waqt li l-Karnival reġjonali li jsir fir-Rabat żdied bil-kbir u kien hemm żieda sostanzjali fil-parteċipazzjoni ta’ karrijiet u kumpaniji taż-żfin. IlMinistru tenna li l-Karnival reġjonali organizzat firRabat jattira t-tfal u familji f ’atmosfera ta’ briju. Il-Ministru Refalo reġa’ tenna li l-iskop tal-Ministeru għal Għawdex hu li jkompli jiffoka fuq ix-xhur batuti fit-turiżmu (shoulder months) sabiex it-turiżmu jibqa’ matul is-sena kollha. Il-mira talMinisteru hi li Għawdex ikun destinazzjoni turistika matul is-sena kollha. “Wara r-rekord ta’ Maltin u barranin li żaru Għawdex fi żmien ilMilied, il-Karnival 2016 se jkun ta’ suċċess ukoll.” IlMinistru semma attivitajiet
varji li saru f ’Għawdex, fosthom id-diversi festivals ta’ mużika klassika, l-opri kif ukoll, bl-għajnuna talArts Council Malta, għallewwel darba f ’Għawdex ilprestazzjoni mill-isbaħ ta’ danza kontemporanja li taw
Żfin Malta. Il-Ministru qal li Għawdex hu lest biex, bħalma jiġri ta’ kull sena, jilqa’ eluf ta’ Maltin u turisti li jagħżlu lill-gżira Għawdxija għal żmien ilKarnival. Il-Ministru Refalo rringrazzja lill-ħaddiema
kollha tal-Gozo Channel, lill-Pulizija u lil Transport Malta li huma kruċjali f ’dan it-tmiem il-ġimgħa importanti. Il-Ministru qal li dawn il-jiem tal-Karnival se jservu ta’ okkażjoni biex wieħed jammira x-xogħlijiet
ta’ restawr li l-Ministeru għal Għawdex qiegħed jagħmel fuq diversi monumenti u niċeċ reliġjuzi u postijiet storiċi, fosthom il-Banca Guiratale kif ukoll ir-restawr estensiv taċ-Ċittadella. Il-Ministru Refalo radd ħajr lid-dilettanti tal-Karnival li jaħdmu bla heda u b’mod volontarju tul is-sena kollha, u lill-kumitati kollha involuti, kemm dawk ta’ Għawdex kif ukoll ta’ Malta, li għenu biex il-Karnival reġjonali ta’ Għawdex ikompli jikber. Il-Ministeru għal Għawdex jibqa’ impenjat li jikkordina l-attivitajiet kollha li jsiru fi żmien il-Karnival ta’ Għawdex biex dan ikun esperjenza mill-iktar pjaċevoli u mingħajr inkonvenjent minkejja l-eluf kbar ta’ nies li jżuru Għawdex. Preżenti għal din ilkonferenza kien hemm Charles Hili, Uffiċjal ta’ Kultura Għawdex; Albert Marshall, Chairman talArts Council Malta; u l-Ambaxxatur tal-Unesco, Mons. Joe Vella Gauci u ċ-Chairman tal-Kumitat Festi Nazzjonali u Ċelebrazzjonijiet Reġjonali.
PERSONALITÀ
kullħadd.com
31|01|2016 25
DILETTANT TAĊ-ĊIMITERJI RAMONA
PORTELLI TINTERVISTA LIL
EMAN
BONNICI
Sit elettroniku: www.ramonaportelli.com
Email: ramonaportelli@hotmail.com
Hawn min hu dilettant tas-sajd, karozzi, muturi u mitt elf ħaġa oħra. Fl-intervista tal-lum irnexxieli nsir naf persuna dilettanta taċ-ċimiterji. Qed nirreferi għar-riċerkatur u arkivista dwar iċċimiterji f ’Malta – Eman Bonnici. Ix-xogħol ta’ riċerkatur u arkivista fuq iċ-ċimiterji f ’Malta jirrikjedi ħin u paċenzja, ġiri u tqallib ta’ karti biex jasal għall-verità, jitgħallem, u dak kollu li jgħid ikollu bażi soda. milli impressjonanti, jibqa’ dejjem iċ-Ċimiterju Monumentali tal-Verano ta’ Ruma, li fih hemm midfuna mal-miljun ruħ, li minnhom nislet lista twila ta’ persuni li lejhom għandi ammirazzjoni kbira, u, għaldaqstant, sew id-dehra u sew dak li jiġbor fih huma għeżież għalija.” –
Fiċ-ċimiterji jidħol l-element ta’ arti
Tant ieħor jagħmlu diversi turisti li jiġu Malta speċifikament biex iżuru ċ-ċimiterju tal-Addolorata f ’Malta minħabba li jħaddan xogħlijiet artistiċi ta’ ħiliet partikolari u uniċi. Miegħu ddiskutejt xi jkun eżatt dak li jaffaxxina bniedem li jmur vaganza barra minn pajjiżu biex speċifikament iżur ċimiterju u xejn aktar. “F’diversi pajjiżi teżisti kultura li tħares lejn iċ-ċimiterji b’lenti turistika, l-hekk imsejjaħ cemetery tourism, bi gruppi li jorganizzaw ġiti minn pajjiż għall-ieħor biex jaraw iċ-ċimiterji tal-post, bħalma jiġu organizzati tant ġiti oħra biex wieħed imur jara knejjes, wirjiet, grawnds u tant ħwejjeġ oħra. Meta bniedem iħaddan imħabba u interess għal xi ħaġa speċifika, allura ma jsibhiex bi tqila biex saħansitra jżur pajjiż ieħor biex jara x’joffri fir-rigward tas-suġġett li jinteressah. Jaf issib min jidħak biha din, imma jien noqgħod lura milli nagħmel dan, mhux għax jinteressani s-suġġett, imma għax fid-dinja kulħadd bil-gosti tiegħu. Jekk xi ħadd jaħseb li l-interess fiċ-ċimiterji huwa xi ħaġa ridikola, jaf tkun l-oppost għall-gosti li jħaddan min jipprova jwaqqa’ s-suġġett,” sostna Eman. Barra li huwa riċerkatur u arkivista fuq iċ-ċimiterji f ’Malta, Eman huwa wkoll awtur ta’ ċertu kotba u minn dawn ippubblika tmienja, bis-suġġetti jvarjaw minn traduzzjonijiet ta’ rumanzi u ta’ kotba ta’ riflessjoni, għal bijografiji u suġġetti storiċi. “Ktieb li qajjem interess partikolari kien Nimbotta ’l quddiem bħal ħmar…, tal-Kardinal
Minn dak li stajt nifhem matul din l-intervista, kull ċimiterju għandu storja, kif fuq kollox għandu ċ-Ċimiterju tal-Addolorata. Nimmaġina li kull min iħobb l-arkitettura u l-iskultura għandu jżur iċ-Ċimiterju tal-Addolorata minħabba li fih ħafna skulturi u kappelli. Ħadt il-kummenti ta’ Eman dwar dan il-fatt ukoll. “Dan huwa fatt, għax l-Addolorata huwa minn ta’ quddiem nett fl-importanza taċ-ċimiterji Ewropej fejn tidħol l-arti. Id-dehra tiegħu nfisha hija waħda li tiġbed l-għajn u l-lavur li fih bl-id huwa xi ħaġa ta’ ħila partikolari. Magħhom inżidu l-bosta kappelli u monumenti li sorġew matul is-snin li jsawru l-post bħala wieħed ta’ patrimonju kbir u ta’ importanza.” B’kurżità staqsejtu jekk hu jibżax mill-mewt, u kkonfermali li ma jibżax. Qalli li, aktar ma persuna tibża’ mill-mewt, aktar issibha diffiċli meta taffrontaha. “M’għandekx għalfejn, għax la inti tal-ewwel u lanqas tal-aħħar. Kulħadd irid jagħmel dal-pass, bil-biża’ u mingħajrha,” sostna Eman. Finalment, il-messaġġ tiegħu għall-qarrejja tal-gazzetta KullĦadd kien dan: “Ladarba ttrattajna ċ-ċimiterji, ma tagħmilx ħażin li, meta żżur wieħed minnhom, tieqaf u tosserva u b’hekk tagħraf tapprezza dak il-ġmiel li hemm madwarek; ġmiel li l-elementi qegħdin bil-mod il-mod iħassru sabiex, qabel ma sfortunatament jgħibu għalkollox, tgħid li kien hemm żmien li tiftakarhom waqt li l-memorja tagħhom u ta’ dawk midfuna tagħhom, tibqa’ tinżamm b’għożża minn dawk ta’ warajna.”
Turiżmu taċ-ċimiterji cemetery tourism
Eman għandu sebgħa u għoxrin sena, minn Bormla iżda residenti l-Fgura. Impjegat fiċ-Ċivil, u bħala passatempi għandu l-mixi, l-ivvjaġġar u l-kitba. Jiddeskrivi lilu nnifsu bħala perfezzjonist u talpunt, imma bħala bażi jħobb iżomm is-sempliċità. Għal xi nies, Eman jista’ jkun kemxejn stramb. Fil-fatt, huwa dilettant taċ-ċimiterji; interess li ilu minn ċkunitu. “Ma nafx nibitx mill-ewwel darba li ħaduni ċ-ċimiterju ta’ tifel, inkella mill-qari. Naf li fejn jidħlu ċimiterji u oqbra, dejjem interessajt ruħi b’mod partikolari. Maż-żmien għalija saru xi ħaġa ta’ interess partikolari. L-oriġini, l-iżvilupp, it-tmiem ta’ tant minnhom u fl-istess waqt is-simboliżmu, l-istorja, il-personalitajiet, l-arti, l-antropoloġija li jħaddnu. Ma niftakarx x’kien l-ewwel li qanqalni, jekk hux id-dehra tagħhom jew il-personalitajiet li hemm midfuna fihom. Kien x’kien, is-suġġett maż-żmien sar għalija wieħed ta’ importanza”. Iħossu komdu fiċ-ċimiterji Għal ħafna persuni, ċimiterju huwa post ta’ min jistkerrhu.
Iżda Eman iħossu komdu fihom u madwarhom. B’hekk xtaqt inkun naf x’inhu dak li jaffaxxinah fihom. “Dak fatt, u bosta jagħżlu li f ’ċimiterju qatt ma jersqu jew, jekk jagħmlu dan, b’ħarba ta’ malajr. Il-mewt iġġib magħha vojt kbir u għalhekk hija ħaġa naturali li dak li jkun ma jħarisx lejn ċimiterju b’lenti pożittiva, mhux biss għax dak il-lok fatmu mill-għeżież tiegħu, iżda wkoll għax jaf li darba huwa wkoll għad irid isib ruħu fih! Kif diġà għedt, dak li lili ‘jaffaxxinani’ huwa l-element storiku, arkitettoniku u sagru li dawn il-postijiet iġorru magħhom,” spjegali Eman. Mistoqsi kif jaħsibha meta jaf li xi darba jew oħra se jispiċċa propru f ’ċimiterju, Eman weġibni: “Dik għalija ma tagħmel l-ebda differenza. Iżżur iċ-ċimiterji jew le, xorta waħda mat-tmiem ta’ ħajjitna lkoll insibu rwieħna bejn il-ħitan ta’ ċimiterju jew ieħor. Kważi kull min jitkellem miegħi fuq is-suġġett, din il-mistoqsija jagħmilhieli b’mod, tista’ tgħid, awtomatiku. Nifhimha, għax, kif għedtlek, iċ-ċimiterji f ’għajnejna huma postijiet li jġor-
ru niket u fir-realtà, sbieħ kemm huma sbieħ, sew huma kif ukoll il-monumenti li jindukrawhom qegħdin hemm biex jaħbu r-realtà li hemm taħthom – ix-xejn tal-bniedem. Imma l-perspettiva li minnha nħares jien hija proprju dik li minn dak kollu tislet dak li wara kollox mhuwiex għajr storja, arti u kultura.” Fatt kurjuż dwar Eman huwa li meta jsiefer, il-gost u l-pjaċir tiegħu huwa li jżur ċimiterji barranin. Fil-fatt, żar mijiet ta’ ċimiterji differenti madwar id-dinja. “Ħa ngħidu li huwa wieħed mill-‘gosti u l-pjaċiri’ għax ma mmurx biss sempliċiment nara ċ-ċimiterji! Imma veru, inkun fejn inkun, nara li ċ-ċimiterju tal-post ma jaħrablix mill-lista ta’ affarijiet li jkolli f ’moħħi li nara. B’kollox mort 213-il wieħed min-Norveġja sal-Awstralja, għalhekk rajt ċimiterji li jvarjaw għal kollox minn wieħed għall-ieħor, sew bħala dehra kif ukoll, b’mod speċjali, fejn jidħlu użanzi, peress li l-fidi tan-nies tal-post ukoll tħalli s-sehem tagħha fejn jidħol illok tad-dfin ta’ niesha. L-aktar wieħed li, ħa ngħid hekk, huwa partikolari għalija, aktar
Roger Etchegaray, li jittratta sensiela ta’ rakkonti żgħar li jħallu lill-qarrej liberu liema waħda minnhom jagħżel biex jaqra u, aktar minn hekk, jaħseb fuq dak li hemm miktub,” sostna Eman.
26 31|01|2016
kullħadd.com
KOMPETIZZJONI KTIEB
KOMPETIZZJONI KTIEB JIEN BĦALEK DIFFERENTI Jerome huwa żagħżugħ ta’ sittax-il sena. Jgħix mal-familja tiegħu, jattendi l-iskola, kultant joħroġ u jħobb jisma’ l-mużika. Jieħu gost iqatta’ l-ħin ma’ sħabu, u anke mal-membri tal-familja tiegħu. Bħalna. Jerome għandu diversi diżabbiltajiet. Minħabba fihom, huwa jiddependi minn ħafna nies, biex jagħmel dak li ħaddieħor jagħmel bla ma jaħsibha darbtejn. F’dan il-ktieb, Jerome se jirrakkonta minn xiex jgħaddi fil-ħajja kwotidjana tiegħu, speċjalment fl-iskola (Ċentru ta’ Riżorsi, kif issa saru magħrufa). Din l-iskola differenti minn oħrajn, għax l-ewwel nett fiha inqas studenti, u inqas popolazzjoni f ’kull klassi. Hemm iktar LSAs biex jassistu l-istudenti u anke l-ħinijiet huma differenti minn ta’ skejjel oħra. It-tip ta’ lezzjonijiet jinvolvu s-sensi kollha tal-istudenti, għalhekk il-metodu ta’ tagħlim jissejjaħ multisensory. Kontra ta’ dak li jaħsbu ħafna, Jerome jitgħallem ħafna suġġetti, u jieħu gost imur hemm, għax jaqta’ mill-ambjent tad-dar. Però, hemm xi aspetti mill-iskola li, kieku hu kellu vuċi, u kieku ħaddieħor kien jisma’, żgur kien jibdel. Il-ktieb jeħodna wkoll fid-dar ta’ Jerome. Id-dedikazzjoni u l-imħabba li l-omm u n-nanniet għandhom lejn Jerome huma bla kundizzjonijiet. Imma mhux kull membru tal-familja jġib ruħu hekk ma’ Jerome. Ir-raġuni ta’ ċertu antagoniżmu, speċjalment minn membru partikolari tal-familja, toħroġ bissaħħa ta’ ċertu mistoqsijiet u kummenti benvolenti ta’ persuna barranija. Jerome jġib lill-qarrej wiċċ imb wiċċ ma’ diffikultajiet li jgħaddi minnhom minħabba nuqqas ta’ ħsieb tas-soċjetà. Daqqa ma jistax jgħaddi minn fuq bankina, daqqa ma jistax jaċċessa ħwienet u kumplessi ta’ divertiment minħabba nuqqas ta’ rampa, jew rampa mhix adattata, drabi oħra ma jistax juża t-transport pubbliku. Biex joħroġ irid jipprepara minn sigħat qabel biex jilqa’ għal dawn il-problemi imprevisti li llum, fis-sena 2016, f ’pajjiżna, lanqas messhom jeżistu! F’kull episodju li Jerome jirrakkonta, il-qarrej jista’ jħoss l-emozzjonijiet, it-tbatija, il-ferħ, id-diżappunt, ir-rabja u s-sorpriżi, daqslikieku qed jgħaddi minnhom hu. Ktieb adattat mhux biss għal min għandu diżabbiltà, u għal min jaf jew jaħdem magħhom, imma għal min irid jifhem iktar minn xiex jgħaddu dawn in-nies, iħoss li għandu kuxjenza soċjali u jixtieq jagħti l-għajnuna tiegħu biex jieqfu l-inġustizzji msemmija. Jien Bħalek Differenti huwa t-tieni rumanz ta’ Lorraine Galea, u ppubblikat minn Horizons.
SILTA MILL-KTIEB “Illallu ġa ġie l-vann, Jerry! Min jaf jekk hux se nsibu l-istess xufier u eskorti tas-sena l-oħra?” ħatfet il-kliem ommi, tofoħ hi u ddur madwari, tirranġali ħwejġi, tomxotli xagħri, itella’ l-basket u tagħmilli l-lazz taż-żarbun, kważi kollha f ’salt. “Tlaqna ’l barra għax se jqajjem ’ilġirien kollha bil-ħorn! Tgħidli qalbi mhux Ċensu tas-sena l-oħra dan!” Xħin wasalna fil-parapett, irnexxieli b’xi mod ngħolli rasi ’l fuq. Kultant, meta tkun ġurnata vera tajba, jirnexxili. Imma rrid inkun ikkonċernat, immotivat, iffortunat u l-pillola jrid ikollha l-effett mixtieq (jekk ikunu ftakru jagħtuhieli, għax ġieli jinsew, imma kulħadd jinsa xi darba jew oħra. Jien biss ma jirnexxilix). Għaraft lil Marianne u Jessica, l-ekorti tal-vann. Kien ilni xahrejn u nofs ma narahom. Xtaqt
kieku tbissimtilhom biex nurihom il-ferħ li kont qed inħoss ġo fija malli rajthom, imma ma naħsibx li rnexxieli għax kieku żgur li kienu jikkummentaw. Madankollu, xorta sabu xi ħaġa pożittiva xi jgħidu. “Ara Jerome! Kemm għandek xorz sabiħ!” bdiet Marianne. Xtaqt rajtilha wiċċha waqt li kienet qed tikkumplimentani. Il-kummenti tagħha jkunu ġejjin tassew millqalb u l-ġenwinità tagħha tirrifletti f ’għajnejha. “U kemm jixraqlek l-oranġjo!” kompliet magħha Jessica. Tfajla ferm iżgħar min Marianne, kważi tista’ tgħid tiġi bintha fl-età, xagħarha kannella twil u lixx, u għajnejha blu. Tassew tfajla sabiħa. “Is-Sinjura Lanzon! Kif aħna?” “Ħallik milli kif aħna, x’jismek bħalissa…sar il-ħin ħa mmorru!”
instema’ leħen żorr, mhux familjari. Nimmaġina li kien ix-xufier, għax wara smajt il-lifter nieżel. Ħoss qawwi li jien qatt ma stajt nidra. Kuljum ngħid li se nagħmel kuraġġ, imma dik il-ħaġa li nkun sospiż flajru qatt ma ħassejtni komdu biha. Tajt skoss li bih gdimt gidma ħalqi u ħarġet karba twila minn fommi. “Haw’, wasalt Jer, ara qbadnik aħna,” qaltli Marianne waqt li, permezz tal-ħatfa sigura tagħha, ġibditni ’l ġewwa fil-vann. Ix-xufier il-ġdid ma tilifx ħin biex jagħlaq ilbibien. Ma rġajtx smajt leħen ommi, lanqas biex tberikni. Intimidaha x-xufier bil-kumment goff tiegħu. Ksirtha minn miegħu qabel rajtu. Sadanittant, Marianna, ħafifa daqs farfett minkejja l-età, bdiet torbotli ċ-ċineg mas-siġġu, waqt li Jessica żammitli jdejja biex ma nfajjarha
lil ħadd minnhom, avolja kieku ġie x-xufier ħdejja kont nagħmel sforz ikbar biex ninħall miż-żamma tagħha u kont infajjarhielu bil-qalb bħala tpattija ta’ dak li għamel lil ommi. Maġenbi, f ’siġġu simili għal tiegħi, kien hemm Celaine, tfajla gustuża. Fis-sekonda li rnexxieli ngħolli rasi rajt li kellha ż-żewġ malji tas-soltu. Kienet iktar kwieta minni, mhux għax riedet hi, imma għax in-natura ma tħallihiex tiċċaqlaq. Minn dak l-aspett konna l-oppost ta’ xulxin. Jien infajjarha ba ma rrid u hi ma tiċċaqlaqx lanqas kieku trid. Marianne u Jessica poġġew bilqiegħda u x-xufier beda jsuq. In-nisa lanqas waqfu jparlaw bejniethom fuq x’għadda mingħalihom matul il-vaganzi fissajf.
Mistoqsija: X’jismu t-tifel li qed jirrakkonta?
Ibagħtu r-risposta tagħkom lil: Kompetizzjoni Ktieb, KullĦadd, ĊNL, Triq Mile End, il-Ħamrun, u tidħlu biċ-ċans li tirbħu l-ktieb: Jien Bħalek Differenti ġentilment ipprovdut minn Horizons. Ir-rebbieħ jitħabbar nhar il-Ħadd 7 ta’ Frar. Ir-rebbieħa huma mitluba jiġbru l-ktieb miċ-Ċentru Nazzjonali Laburista fil-Ħamrun billi jippreżentaw il-karta tal-identità, flimkien mal-ittra li se tintbagħtilhom minn din il-gazzetta. mit-Tlieta sal-Ġimgħa bejn id-09.00 u t-15.00, u s-Sibt bejn l-10.00 u l-16.00, eskluż festi pubbliċi. Intant, ir-rebbieħ tal-ktieb Vespri huwa: G. BONANNO – ix-Xgħajra
SKEDA
kullħadd.com
103 06.50 Flimkien ma’ Nancy (R) 07.50 Sejjaħtli Helpline (R) 08.30 Paperscan 10.00 Aroma Kitchen (R) 11.05 Maratona b’Risq il-Missjoni 11.30 Cibus 12.30 Aħbarijiet 12.40 Telebejgh 13.00 Maratona b’Risq il-Missjoni 16.45 Attività Politika – PL 17.30 Aħbarijiet 17.35 Telebejgħ 17.50 L-Argument 19.30 Aħbarijiet 20.10 Ieqaf 20 Minuta 20.35 Andrew & Sue 21.35 On D Road 22.15 Maratona b’Risq il-Missjoni 23.30 Aħbarijiet
151 06.00 06.30 06.55 07.35 08.20 08.45 09.30 10.15 11.00 13.00 13.30 13.40 13.45 15.30 17.10 19.35 20.30 21.00 21.45 22.40
Lena Cultura Memex Heartland Dexter La Canzone Perduta Viaggi da Record Il Nostro Amico Charly I Nostri Amici Animali Cronache Animali Mezzogiorno in Famiglia TG2 Giorno TG 2 Motori Meteo 2 Quelli che Aspettano Quelli che il Calcio 90° Minuto Squadra Speciale Cobra 11 TG2 20.30 N.C.I.S. Limitless Effetti Collaterali La Domenica Sportiva
162 06.00 Media Shopping 06.57 Anica Flash 07.00 Find My Family Australia 07.53 Media Shopping 08.10 Downton Abbey 10.06 X-Style ’16 10.40 Non Ditelo Alla Sposa 12.00 La Scelta Del Cuore 14.00 The Originals 15.40 Gossip Girl 17.20 Inga Lindstrom 19.20 Dr. House 21.10 Downton Abbey 23.30 Killers
372 06.00 Chopped 07.00 Amazing Wedding Cakes 08.00 The Kitchen 10.00 Chopped 11.00 Guy’s Big Bite 12.00 Diners Drive-Ins and Dives 15.00 Chopped 16.00 Siba’s Table 17.00 Dinner at Tiffani’s 18.00 Rev Run’s Sunday Suppers 19.00 All-Star Academy 20.00 Ching. Amazing Asia 21.00 The Freshman Class 22.00 Diners Drive-Ins and Dives 23.00 Rev Run’s Sunday Suppers
405 06.00 Call of the Wildman 06.25 Penguins on a Plane 08.10 The Dog Rescuers 09.05 Dr. Dee. Alaska Vet 10.00 River Monsters 10.55 Snake Sheila 11.50 Bahama Blue 12.45 Wild Iberia 13.40 North America 14.35 Deadly Islands 15.30 Wildest Africa 16.25 Wild Things With Dominic Monaghan 17.20 Dr. Dee. Alaska Vet 18.15 Penguins on a Plane 19.10 The Dog Rescuers 20.05 River Monsters 21.00 Dr. Dee. Alaska Vet 21.55 Snake Sheila 22.50 Gator Boys
31|01|2016 27
102 07.00 Aħbarijiet 08.00 The Client (R) 08.45 Telebejgħ 10.15 Għalkulħadd 11.15 Qħddiesa mis-Santwarju ta’ Pinu 12.00 Muratona b’Risq il-Missjoni 12.45 Telebejgħ 13.00 Intriċċi (R) 14.00 Aħbarijiet 14.05 Telebejgħ 14.35 Maratona b’Risq il-Missjoni 16.25 Mill-Familja Rjali 16.40 Wheelspin (R) 17.30 Flusek (R) 18.00 Aħbarijiet 18.05 What’s for Dinner 18.45 Newsfeed 19.30 Aħbarijiet 19.50 Newsfeed 20.30 Becky 21.30 Aħbarijiet 21.35 Replay
152 06.00 Fuori Orario. Cose (mai) Viste 07.00 Che Sfrtuna la Fortuna 07.25 FILM. Il Mulino del Po 09.05 Il Cervino La Montagna Perfetta 10.00 La Quarta Età 10.30 Speciale Community Le Storie 11.10 TGR 12.25 Il Posto Giusto 13.20 Gianni Agnelli. L’Ultimo Re d’Italia 14.15 TG3 14.30 In 1/2 ora 15.00 TG3 LIS 15.05 Kilimangiaro 15.45 Kilimangiaro Tutto un Altro Mondo 19.00 TG3 19.30 TG Regione 20.00 Blob 20.10 Che Tempo Che Fa 21.45 Presa Diretta – Il Tabù del Sesso 23.30 TG3
300 06.00 Teletubbies 06.25 Nina and the Neurons. In the Lab 06.55 Teletubbies 07.20 Green Balloon Club 07.45 Doctors 09.40 EastEnders 11.40 The Weakest Link 12.25 Doctor Who 13.10 Last of the Summer Wine 14.10 The Weakest Link 14.55 Doctor Who 15.45 Famous Rich and Jobless 16.35 Tough Guy Or Chicken? 17.30 Call the Midwife 21.00 Prey 21.50 DCI Banks 22.35 Spooks
400 06.00 How Do They Do It? 06.25 Misfit Garage 07.15 Fast N’ Loud 08.10 MythBusters 09.05 Engine Addict With Jimmy de Ville 09.55 Rise of the Machines 11.40 Storage Hunters 12.35 Property Wars 13.30 Auction Kings 14.25 Dallas Car Sharks 15.20 Extreme Car Hoarders 16.15 Engine Addict With Jimmy de Ville 17.10 Wheeler Dealers 18.05 Fast N’ Loud. Supping Up a Super Ford GT 19.00 What on Earth? 20.00 Naked and Afraid 21.00 Gold Divers 22.00 Fatal Flight 447 23.00 Catching Monsters
452 07.05 Blaze and the Monster Machines 07.30 PAW Patrol 07.55 Winx Club 08.50 The Fairly OddParents 09.40 Sanjay and Craig 10.25 Kung Fu Panda 11.20 The Haunted Hathaways 12.10 Sam & Cat 12.30 Victorious 12.55 Big Time Rush 13.20 Marvin Marvin 13.45 SpongeBob SquarePants 14.35 The Penguins of Madagascar 15.15 The Fairly OddParents 15.55 iCarly 16.20 Big Time Rush 16.45 Victorious 17.10 iCarly 17.35 SpongeBob SquarePants 18.00 Teenage Mutant Ninja Turtles 18.25 The Penguins of Madagascar 18.50 Henry Danger
101 06.00 Aħbarijiet 07.30 Qalb in-Nies 08.00 Paq Paq on Test 08.15 Madwarna 08.45 Ħadt l-Aħbar 10.00 New Rooms 10.30 Malta u lil Hinn Minnha 12.00 Aħbarijiet 12.10 Ħadd Għalik 15.00 Ħbieb u Għedewwa 18.00 Aħbarijiet 18.15 Għawdex Illum 18.45 L-Irkant 19.15 Pellikola 20.00 Aħbarijiet 20.50 X-Factor 23.00 News 23.15 Smack Down WWE
153 07.35 Tg4 Night News 07.55 Media Shopping 08.25 Super Partes 08.57 Terra! 10.00 Santa Messa 10.50 Le Storie Di Viaggio A… 11.30 Tg4 Telegiornale 12.00 Il Comandante Florent 14.00 Donnavventura 15.02 Una Nave Tutta Matta 17.19 Cacciatori di Frontiera 18.51 Anteprima Tg4 18.55 Tg4 Telegiornale 19.30 Dentro La Notizia 19.50 Tempesta D’Amore 1Atv 21.15 Io Sto Con Gli Ippopotami 23.45 I Bellissimi Di R4 23.47 Se Sei Così, Ti Dico Si
306 06.00 Buying for Billionaires 07.00 I Am Cait. 11.00 Keeping Up With the Kardashians 16.00 Live From the Red Carpet 18.00 Keeping Up With the Kardashians 20.00 Just Jillian 21.00 Live From the Red Carpet 23.00 Red Carpet Confessions 23.30 Hollywood Medium With Tyler Henry
403 06.00 Toddlers & Tiaras 07.40 Bakery Boss 09.30 Little People Big World 12.15 Our Little Family 13.10 Little People Big World 14.05 The Autistic Gardener 15.00 My Big Fat Fabulous Life 15.55 Obsessive Compulsive Cleaners 16.50 Belief 17.45 Say Yes to the Dress 20.05 Bride by Design 21.00 Belief 21.55 Botched Up Bodies 22.50 An Hour to Save Your Life 23.45 What Have I Got
104 06.00 Euronews 07.00 Aħbarijiet 08.30 Paq Paq on Test 08.40 Kelma għall-Ħajja 09.00 Quddiesa tal-Ħadd 09.45 Maratona Missjoni Bżonnok 16.00 BOV Premier. B’Kara vs Floriana 18.00 Maratona Missjoni Bżonnok 20.30 Aħbarijiet għall-persuni b’nuqqas ta’ smigħ 20.40 Paq Paq on Test 21.00 Kontrattakk 23.00 Maratona Missjoni
150 06.00 Parlamento Punto Europa 06.30 Unomattina in Famiglia 09.45 Dreams Road 2015 Italia 10.30 A Sua Immagine 10.55 Santa Messa 11.50 A Sua Immagine 12.00 Recita Angelus 12.10 A Sua Immagine 12.20 Linea Verde Sicilia 13.30 Telegiornale 14.00 L’Arena 16.30 Tg 1 16.35 Domenica In 18.45 L’Eredità 20.00 Telegiornale 20.35 Affari Tuoi 21.20 Riassunto 21.30 Tutto Può Succedere 23.30 Speciale Tg1
154 06.00 Prima Pagina 07.55 Traffico 08.00 Tg5 Mattina 09.10 Le Frontiere Dello Spirito 09.50 Nord America 11.00 Le Storie Di Melaverde 12.00 Melaverde 13.00 Tg5 13.40 L’Arca Di Noè 14.00 Domenica Live 18.45 Il Segreto 19.57 Tg5 Prima Pagina 20.00 Tg5 20.40 Paperissima Sprint 21.10 Riassunto Il Segreto 21.11 Il Segreto 23.30 X-Style Motori
155 07.00 Super Partes 07.30 Titti E Silvestro 07.45 I Flinstones 08.32 Chi Trova Lupin Trova Un Tesoro 10.30 E Allora Mambo 12.25 Studio Aperto 13.00 Sport Mediaset XXL 13.55 Mega Fault La Terra Trema 15.45 Ragazze Nel Pallone Lotta Finale 18.03 La Vita Secondo Jim 18.28 Studio Aperto Anticipazioni 19.00 Camera Cafè 19.20 Cambia La Tua Vita Con Un Click 21.25 Le Iene Show 3A Puntata 23.50 I Griffin
410
307 06.00 Extreme Homes 06.50 Caribbean Life 07.15 Hawaii Life 07.40 Giada at Home 08.30 Healthy Appetite With Ellie Krieger 09.25 Caribbean Life 09.50 Hawaii Life 10.15 Rehab Addict 11.10 Desperate Landscapes 12.00 Junk Gypsies 12.50 Cousins on Call 13.15 Kitchen Cousins 13.45 Giada’s Weekend Getaways 14.35 Restoration SOS Charleston 15.25 Fixer Upper 16.15 Rehab Addict 17.05 Extreme Homes 18.55 House Hunters 19.45 Hawaii Life 20.10 Caribbean Life 20.35 Rehab Addict 21.00 Rachel Hunter’s Tour of Beauty
06.00 House Hunters International 08.00 Salvage Dawgs 09.00 The Vanilla Ice Project 10.00 Time Traveling With Brian Unger 11.00 Shed & Buried 12.00 Building Alaska 13.00 Man Caves 14.00 The Vanilla Ice Project 15.00 Shed & Buried 16.00 Salvage Dawgs 17.00 Building Alaska 18.00 House Hunters International 19.00 Epic Attractions 20.00 Mysteries at the Monument 21.00 Mysteries at the Museum 22.00 Building Alaska 23.00 Time Traveling With Brian Unger
412 06.00 Teleshopping 09.00 Pawn Stars 19.00 To Be Announced 20.00 The Curse of Oak Island 21.00 Ancient Alien 22.00 Storage Wars 23.00 Pawn Stars
312 06.25 George Washington 07.55 Duplex 09.25 Impromptu 11.10 Jakob the Liar 13.05 Puckoon 14.30 Saved! 16.00 True Heart 17.30 Teen Witch 19.00 Great Balls of Fire! 20.45 Suspect Zero 22.25 Great Balls of Fire!
600 06.00 Australian Open Tennis 09.15 Game, Set and Mats 09.30 Australian Open Tennis 12.30 Game, Set and Mats 12.45 FIS World Cup Alpin Skiing 14.30 FIS World Cup Nordic Combined Skiing 15.30 FIS World Cup Ski Jumping 16.45 Australian Open Tennis 18.45 Game, Set and Mats 19.00 FIS World Cup Ski Jumping 19.55 Eurosport2 News 20.00 Wintersports Today 21.00 Australian Open Tennis 23.00 Game, Set and Mats 23.15 WATTS 23.25 Eurosport2 News 23.30 FEI World Cup Equestrian
ANDREW & SUE – Illum il-Ħadd, 31 ta’ Jannar, fit-20.35 fuq ONE. Andrew sab is-soluzzjoni għall-problema ta’ Mike, iżda Mike mhuwiex qiegħed jafda. Manuel issa daħal fin-nasba ta’ Sarah u jibda jittama li jsir jaf min hi t-tfajla misterjuża li qiegħda tibgħatlu l-ittri ta’ mħabba. Tereża, lura mill-vaganza, tmur għal għarrieda fl-uffiċċju ta’ Andrew u ssib lil Mike. Emma tkompli tafda f ’Manuel…
28 31|01|2016
kullħadd.com MIĊ-
ĊINEMA
RAPPORT TA’
ĊINEMA
CARMEL BONNICI
JUST JIM
SURREALI
BIDLA OSKURA U KOMIKA TA’ WIEĦED ĠWEJJED Atturi Ewlenin: Emile Hirsch, Craig Roberts, Aneirin Hugħes, Nia Roberts, Charlotte Randall Direttur: Craig Roberts Ħin: 84 min. Distributur: Soda Pictures Maħruġ minn Side Street Films, Eden Cinemas Ċert. 15 Ħaġa ta’l-iskantament hija li l-film Brittaniku Just Jim hu dirett u miktub minn Craig Roberts, ta’ 24 sena biss, barra milli hu wkoll il-protagonist. Fih Roberts jaħdem il-parti ta’ Jim, teenager ġwejjed, mistħi u iżolat minn kulħadd. Fl-iskola, sħabu jwaqqgħuh għaċ-ċajt, it-tfajliet ukoll jiddieħku bih, filwaqt li fid-dar anke mal-ġenituri jinsab remot. L-uniċi passatempi tiegħu huma li sikwit joħroġ passiġġata bil-kelb u li jattendi, aktarx dejjem waħdu, f ’ċinema żgħir li juri films oskuri tal-qtil u d-ditektivs. Dan kollu se jinbidel meta fiddar ta’ maġenbu jiġi wieħed misterjuż, jismu Dean (Hirsch). Dan iqajmu fuq tiegħu billi jħarrġu kif jaqbad mattfajliet, kif jeħodha bilqawwa ma’ dawk il-bulijiet tal-iskola u anke jqarraq
biex Jim jirbaħ maratona talġiri organizzata mill-iskola. Fuq kollox, jibdew iseħħu affarijħiet strambi li jibda jissusspetta li Dean mhux dak il-ħabib li jaħseb li hu. Just Jim għandu andament interessanti li lejn il-final jaqleb f ’wieħed ambigwu u konfuż fejn wieħed irid joqgħod attent ħafna biex jissepara dak reali minn dak immaġinat fil-moħħ tattfajjel. Il-film għandu atmosfera anakronista, fejn kultant taħseb li din l-istorja sseħħ fis-snin ħamsin (Dean qisu xi segwaċi ta’ James Dean jew xi esponent tal-mużika rock) u f ’waqtiet oħra f ’diversi snin wara. Dan jidher ovvju mill-kostumi li jilbsu, ilmoda tax-xagħar u anke xi logħba tal-video, imma qatt ma tara xi mowbajl. Ta’ min ifaħħar il-parti naturali u mingħajr sforzi ta’ Craig Roberts.
CAPTURE THE FLAG (3D)
PATRIJOTTIKU
MILL-ĠDID VJAĠĠ LEJN IL-QAMAR Vuċijiet Ewlenin: Sam Fink, Paul Kelleher, Andrew Hamblin, Derek Slow Direttur: Enrique Gato Distributur: Paramount Maħruġ minn KRS Releasing
Capture the Flag hu film animat Spanjol bil-proċess tad-3D imma mitkellem bl-Ingliż, L-istorja terġa’ tfakkar l-ewforja fost l-Amerikani taż-żmien meta l-astronawti tal-Apollo XI niżlu u mxew fuq il-qamar. Xi għoxrin sena wara dan l-avveniment, Mike Goldwing u sħabu Amy u Marty jħobbu jgħaddu ħinhom jirkbu l-mewġiet kbar (surfers). In-nannu ta’ Mike, Frank, eksastronawta tan-NASA li tilef iċ-ċans li jmur mal-ekwipaġġ tal-Apollo XI, jgħix qisu eremita ddispjaċut minħabba din il-ħaġa Fil-programm televiżiv ta’ Jay Leno jidher wieħed biljunarju eċċentriku, arjuż u
Ħin: 94 min. Ċert. U
arroganti, bi pjan djaboliku biex jitla’ fuq il-qamar, jisraq ir-riżorsi minerali li jsib hemm u jkisser ilbandiera Amerikana. Mike jimtela’ b’patrijottiżmu u fervur qawwi li jirranġa din issitwazzjoni. Bil-moħbi, jistaħba fuq il-vettura spazjali mmanuvrata minn nannuh, b’Amy, Marty, u l-kamaleont intelliġenti tiegħu, u flimkien jisparaw ruħhom fl-ispazju biex jerġgħu jpoġġu l-bandiera fil-post li tassew jixirqilha u b’hekk il-familja tiegħu terġa’ tingħaqad. Capture the Flag hu magħmul b’manjiera old-fashioned u għandu jogħgob ħafna liż-żgħar u jipprovdilhom avventuri u eċitament.
ĊINEMA
kullħadd.com
31|01|2016 29
SPOTLIGHT
INVESTIGATTIV
JINKIXEF SKANDLU MHUX TAS-SOLTU Atturi Ewlenin: Mark Ruffalo, Michael Keaton, Rachel McAdams, Liv Schreiber, Stanley Tucci, Brian D’Arcy James Direttur: Tom McCarthy Distributur: E-One Films Maħruġ minn KRS Releasing Wieħed mill-isbaħ films investigattivi li qatt rajt u li affaxxinani ħafna blandament eċitanti tiegħu, kien All The President’s Men (1976) dwar il-waqgħa mill-poter talPresident Amerikan Richard Nixon, wara l-iskandlu ta’ Watergate. Spotlight jiżvela wkoll l-istorja vera ta’ grupp ta’ ġurnalisti tal-gazzetta Boston Globe li fl-2001 isiru jafu bi skandlu ieħor dwar qassis Kattoliku rtirat li għandu ħafna kawżi fil-Qorti ta’ abbużi sesswali fuq tfal ta’ diversi snin qabel. Dan it-tim kompost minn Walter Robinson (Keaton), Michael Rezendes (Ruffalo), Sacha Pfieffer (McAdams) u Matt Carroll (D’Arcy James), magħruf bħala Spotlight, jiġu diretti minn Marty Baron (Schreiber), l-editur il-ġdid talBoston Globe biex jitkixxfu aktar fuq dan il-każ. Huma jkunu konxji sewwa li jeħduha malKnisja Kattolika ta’ Boston, fejn kważi nofs in-nies huma
Ħin: 126 min. Ċert. 15
Kattoliċi u anke ħafna millġurnalisti tal-gazzetta, hemm ċans kbir li jqanqlu polemika liema bħalha. Aktar ma jibdew jinvestigaw lil xi parruċċani li ġew abbużati sesswalment meta kienu tfal, aktar se jsibu bibien imsabbta f ’wiċċhom. Attentati oħrajn biex jiksbu tagħrif mill-qrati, wara bidu diffiċli, minn avukat u minn leħen anonimu fuq ittelefown, jiżvelaw affarijiet li ma stennewhomx, fosthom li l-knisja tad-djoċesi ta’ Boston sistematikament ħbiet dawn ir-reati u tat trasferiment lillqassisin pedofli. Fl-2002, dan it-tim, b’rapport dettaljat u elaborat, żvelaw ilfatti kollha u lestew it-triq għal rivelazzjonijiet simili f ’aktar minn mitejn belt madwar id-dinja. Dawn il-ġurnalisti implakabbli ġew onorati bilPulirzer Prize. Spotlight għandu andament affaxxinanti, diskret ħafna fl-iżvilupp tiegħu, qatt ma jmaqdar lill-Knisja imma lil
dawk li qed jagħtuha isem ħażin, b’direzzjoni inċisiva
u atturi tagħhom,
fl-aqwa b’Mark
burdata Ruffalo
13 HOURS: THE SECRET SOLDIERS OF BENGHAZI
l-iżjed naturali fosthom. Film ta’ sustanza! ĠRAJJA VERA
ASSEDJI FUQ IL-KWARTIER DIPLOMATIKU AMERIKAN FIL-LIBJA
Atturi Ewlenin: James Badge Dale, John Krasinski, Max Wara l-waqgħa tad-dittatur Muammar Gaddafi, il-Libja Martini, Dominic Fumusa, Paul Denman, Alexia Barlier saret pajjiż perikoluż ta’ instabbiltà enormi. Tant li Direttur: Michael Bay Ħin: 144 min. internament kien hemm Distributur: Paramount konflitti, speċjalment fil-belt Maħruġ minn KRS Releasing Ċert. 12 ta’ Benghazi, li l-ambaxxati tal-pajjiżi l-oħra kollha telqu minn hemm. Kien baqa’ biss korp diplomatiku Amerikan u f ’bini kważi jmiss miegħu tim ta’ kuntratturi tas-sigurtà tas-CIA. Fil-11 ta’ Settembru 2012, eżatt il-11-il anniversarju mill-attakki terroristiċi flAmerika, militanti Iżlamiċi attakkaw iżjed minn darba dawn il-postijiet mhux daqshekk iffortifikati. 13 Hours: The Secret Soldiers Of Benghazi jirrakkonta b’mod emfatiku u b’mużika qawwija li spiss tippompja fik l-adrenalina, kif grupp ta’ sitt suldati veterani li servew fin-Navy SEALS, Forza Marittima u fl-Armata, jindaħlu biex, bl-akbar kuraġġ u periklu imminenti għal ħajjithom, jiddefendu l-Ambaxxatur Amerikan u l-istaff kollu tiegħu. Dan hu xogħol mexxej sewwa u ta’ ħerqa enormi b’azzjoni tremenda li, f ’xi mumenti tixbah lil Black
Hawk Down, meta karozza bi ħġieġ bullet proof u b’erba’ suldati fiha tkun attakkata minn kull naħa waqt ġirja inkredibbli f ’toroq dojoq; u lil Zero Dark Thirty fl-isparar ta’ billejl megħjuna bi trombi b’lenti ħadra. Ma ninsewx li parti sostanzjali ta’ din il-
produzzjoni ġiet maħduma f ’Malta, l-aktar f ’Ta’ Qali, fil-Mosta, fil-Belt Valletta u xi lokalitajiet oħra. F’partijiet żgħar jidhru wkoll xi atturi Maltin, fosthom Manuel Cauci u Frida Cauchi. 13 Hours hu bbażat minn fuq il-ktieb tal-2014 ta’ Mitchell Zuckoff.
L-AQWA ĦAMES FILMS Bejn l-20.01.2016 u l-24.01.2016
1. 2. 3. 4. 5.
The Revenant Daddy’s Home Creed Star Wars: Episode VII – The Force Awakens The Hateful Eight
KOMPETIZZJONI EMPIRE CINEMA
Mistoqsija għal din il-ġimgħa: Min idderieġa l-film Spotlight? Ibgħat it-tweġiba tiegħek lil: Kompetizzjoni Films, KullĦadd, Ċentru Nazzjonali Laburista, Triq Mile End, il-Ħamrun, ĦMR 1717. Rebbieħ tal-ġimgħa l-oħra: S. MIFSUD – Birkirkara
30 31|01|2016
kullħadd.com
AVVIŻI KLASSIFIKATI PROPRJETÀ
TANAYA’S Dev. Ltd: Għażla kbira ta’ appartamenti f ’kull żona ta’ Malta. Jinbiegħu mingħajr depożitu u nħallsulek il-kuntratt. Offerta speċjali. Għal aktar dettalji ċempel 9992 4999. Mingħajr aġenti jekk jogħġbok. SERVIZZI Korsijiet akkademiċi u rikreazzjonali fir-Rabat, tas-suġġetti kollha minn Year 4 sa O Levels. Reading classes għal tfal bejn l-4 u 6 snin kif ukoll għal dawk ta’ bejn is-7 u 11-il sena. Ċempel 9943 2994. Investigazzjoni Privata: Żwiġijiet, għerusija u relazzjonijiet oħra, DNA forensic tests, tfal maħtufin minn Malta, każijiet ċivili, każijiet oħra fil-qorti, problemi f ’kumpaniji jew negozju. Nagħmlu xhieda fil-Qorti. Naħdmu f ’Malta u anke barra. Għal appuntament ċemplu 7959 0000. email: info@ privateinvestigationmalta.com Korsijiet f ’Livell Ordinarju f ’diversi suġġetti bħallMatematika, Ingliż, Malti, Franċiż, Fiżika u oħrajn. Noffru wkoll korsijiet talECDL. Prezz €35 kull module. Noffru wkoll korsijiet bażiċi fil-kompjuter, €50. Ċempel 2166 2241 jew 7766 2241 jew żur is-sit elettroniku www.tudorinstitute.com Tewmi Group għal lezzjonijiet tal-karozzi kemm manual u kif ukoll automatic. Cab service u karozzi għall-kiri bi prezzijiet raġonevoli. Żur is-sit www. tewmi.com jew ċempel 9942 2422. Lezzjonijiet taż-żfin fuq stil
ballroom jew Latin-Amerikan. Lezzjonijiet taż-żfin għallbeginners u kompetizzjonijiet minn Imperial Qualified Dance Teacher (ISTD) Ibgħat SMS fuq 7925 3015 jew ċempel 2138 6818 sa 12.00pm.
Care and Cure Group Ltd: infermiera mħarrġa, caring assistants, nannies, nies imħarrġin biex iżommu kumpanija, għajnuna fid-djar u night sitters. Servizz ta’ 24 siegħa, Għandna wkoll għall-kiri: wheelchairs, hoists, commodes, walking frames u hospital beds. Għal aktar informazzjoni ċempel fuq dawn in-numri: 2137 6946/9947 0178. AFFARIJIET GĦALL-BEJGĦ Kanapè – sufan tal-injam antik, prezz €375. Xkaffa lewn il-kewba b’qies ta’ 4 piedi bi 3 piedi wisa’, prezz €145. Ċempel 9968 9100. Sett ta’ 11-il vara tal-Ġimgħa l-Kbira; qies ta’ 8 pulzieri. Kompluti bil-bradelli, dawl, ħadid, misteri u fjuri. Jinbiegħu kollha f ’daqqa. Ċempel 9915 1939 jew 2182 0575. Għandna varjetà kbira ta’ arloġġi bħal Tissot, Citizen, Casio, Michael Kors, Fossil, Esprit, Festina u Q&Q. Issibilna wkoll arloġġi ta’ malħajt, żveljarini u selezzjoni ta’ cuckoo clocks mill-Black Forest. Noffru servizzi rigward tiswija ta’ kull tip ta’ arloġġ kif ukoll nibdlu batteriji, ċineg, naqtgħu kull forma ta’ ħġieġa, eċċ. Għal dawk l-arloġġi tajbin għallilma, noffru s-servizz ta’ water pressure test waqt li tistennew għalih. Nispeċjalizzaw ukoll fuq tiswija ta’ grandfather clocks u kull tip ta’ clock. It-tiswija hija bil-garanzija. Għal aktar informazzjoni żur is-
sit: www.expresswatchrepairs. com jew irrikorru 110, Triq il-Kungress Ewkaristiku, ilMosta. Ċempel 2141 7235. XOGĦOL TA’ MANUTENZJONI
Installazzjoni u tiswija ta’ aerials tat-televiżjoni. Offerti vantaġġjużi fuq sistemi tassatellita u fuq l-android TV boxes. Għal aktar infromazzjoni ċempel 2148 6211. Għal kull tip ta’ kisi bil-ġibs, ramel u siment, graffiato, żebgħa, xogħol fuq l-antik, xogħol fuq il-pond, madum, membrane, dawl u ilma. Ċempel fuq 7928 5444. Tiswija u installazzjoni ta’ estensjonijiet tat-telefowns għal kull tip ta’ linji fissi. Ċempel fuq 7993 0419. Varjetà ta’ ħwat, ħoroż, kanali tal-ilma, ċangatura qadima jew ġdida, kantun qadim, lavur ta’ kull tip. Ċempel lil Jason fuq in-numru 2143 2352 jew 9947 7167. Jason Gatt għal kull xogħol ta’ tibjid u tikħil, kisi normali, fuq il-fil, fuq xogħol antik u bil-pont, kisi bil-ġibs u graffiato. Kiri ta’ cherry picker (tower ladder). Ċempel fuq 9945 4235 jew 2180 5811. WP Ltd ta’ Triq ix-Xitwa, Ħal Qormi, jispeċjalizzaw f ’xogħol ta’ waterproof membrane, damp proofing u rubberised paint. 25 sena esperjenza. Stimi b’xejn u prezz moderat. Ċempel 2148 8972, 2143 8326, 9944 5527 jew 7981 2784 jew żur is-sit www.wpmalta.com Għal kull tip ta’ xogħol fuq faċċata, bjut, appoġġi, gallarijiet, eċċ. Membrane jew
liquid membrane. Mela pproteġi l-proprjetà tiegħek mill-ilma tax-xita u ċempel issa għal stima b’xejn bin-numru 7905 8883 jew idħol fuq is-sit www. darrendoitall.com
Il-bejt tiegħek jagħmel l-ilma? Għandek problema ta’ moffa? Kenda Ltd issolvilek ilproblema. Nispeċjalizzaw fuq xogħol ta’ waterproofing u membrane b’10 snin garanzija. Xogħol professjonali blaqwa materjal ISO pool. Għal stima bla obbligu ċemplu 7972 9967 jew żur is-sit www. kendawaterproofing.com AVVIŻI OĦRA Paul & Waters – The Perfumery. Għall-aqwa ditti ta’ fwejjaħ, oriġinali u bl-orħos prezzijiet f ’Malta, żur il-ħwienet ta’ Paul & Waters – The Perfumery. Il-ħwienet tagħna tal-Fgura, il-Mosta, Ħal Qormi u Raħal Ġdid ikunu miftuħin kuljum mid-9.00 san-12.30 u mill16.00 sas-19.00. Paul & Waters Free Delivery Service. Ċempel 2766 3361. MUSIC LINK Issibilna kull tip ta’ strumenti mużikali, fosthom drums kemm akustiċi u elettriċi, cymbals, percussion, pjanijiet diġitali, baby grand pianos, sound mixers u sound cards. Apparat ta’ DJ sound systems, kitarri klassiċi u akustiċi, bass guitars, strumenti tar-ram, wood winds, vjolini, spare parts u aċċessorji oħra. Issib ukoll kotba tal-mużika tat-tagħlim. Mur Music Link, 262, Triq Fleur-de-Lys, B’Kara. Ċempel 2148 2796. AGR AUTO JAPANESE Parts għall-karozzi: Inbigħu kull tip ta’ parts ta’ karozzi Ġappuniżi u Koreani, fosthom Kia, Toyota, Isuzu, Daewoo,
KUPUN AVVIŻI KLASSIFIKATI IKTEB L-AVVIŻ F’DAN L-ISPAZJU
ISEM, KUNJOM, NRU TAT-TELEFOWN/MOWBAJL U INDIRIZZ
AVVIŻI
Mitsubishi, Honda, Subaru. Huma wkoll importaturi ta’ żjut u air filters, shock absorbers, brake pads, clutches, eċċ. Parts ġenwini. Għal aktar informazzjoni ċempel 2144 6839 jew 9947 4504. Fax: 2147 0295. Email: alex@ agrautoparts.com Nigret Night Club and Restaurant, Labour Ave, irRabat, Malta. Naċċettaw riservazzjonijiet għal coffee mornings, lunches u dinner dances u kull okkażjoni oħra. Miftuħin fil-weekends, lejla Maltija b’differenza kull nhar ta’ Ġimgħa. Nhar ta’ Sibt mużika għal kulħadd ma’ Franz Grech. Inservu wkoll take-away fil-weekends. Naċċettaw riservazzjonijiet għal kull okkażjoni. Għal aktar informazzjoni ċempel 2145 4858/2145 4908/7945 4908. Tistgħu żżuru s-sit elettroniku www.nigretnightclub.com jew www.nigretnc.com TALBA LILL-ISPIRTU S-SANTU: Int li ssolvi l-problemi kollha, dawwal it-toroq kollha tiegħi biex nikseb dak li neħtieġ. Inti li tajtni d-don divin biex naħfer u ninsa d-deni kollu li jsir kontra tiegħi, li f ’kull mument ta’ ħajti tkun maġenbi. F’din it-talba qasira nixtieq nirringrazzjak ta’ dan kollu, waqt li nikkonferma mill-ġdid li qatt ma ninfired minnek, anke quddiem l-illużjonijiet materjali. Nixtieq li nkun miegħek fil-glorja ta’ dejjem. Grazzi għall-ħniena tiegħek lejja u lejn dawk li jiġu minni. Din it-talba għandha tingħad tlett ijiem wara xulxin. Wara tlett ijiem it-talba tkun maqlugħa, anke jekk għall-bidu tidher diffiċli. It-talba għandha tkun ippubblikata mill-ewwel wara li tinqala’ l-grazzja, bla ma tissemma’ x’kienet.
Offerta 1: Ġimagħtejn Offerta 2: 5 ġimgħat Offerta 3: 2 avviżi għal 5 ġimgħat Offerta 4: 13-il ġimgħa Offerta 5: 26 ġimgħa Offerta 6: 52 ġimgħa
€5 €10 €15 €30 €56 €93
ĦLAS B’CASH JEW CHEQUE LIL: Sound Vision Print Ltd, KullĦadd, Avviżi Klassifikati, Ċentru Nazzjonali Laburista, Triq Mile End, il-Ħamrun ĦMR 1717.
AVVIŻI
kullħadd.com
AVVIŻI ĠENERALI Stedina Speċjali Is-Santwarju Ġubilari tal-Immakulata Kunċizzjoni tal-Qala qed jistiednu lil kulħadd għall-ġrajja unika u storika filparroċċa tal-Qala għall-ftuħ tal-Bieb tal-Ħniena mill-Isqof ta’ Għawdex Mons. Mario Grech, nhar it-Tlieta 2 ta’ Frar 2016, fis-18.00. Iċ-ċelebrazzjoni se ssir taħt tinda kbira u se jkun hemm siġġijiet għal kulħadd. Serata karnivaleska Is-Sezzjoni Żgħażagħ Santa Marija tal-Imqabba qed torganizza serata karnivaleska nhar il-Ġimgħa 5 ta’ Frar, flIskola Primarja tal-Imqabba. Waqt is-serata ser ikun hemm ikel, xorb, żfin u l-kant ma jonqosx. Bħala menù se jkun hemm tiġieġ mixwi, laħam mimli jew klamari mimlijin. Jieħdu sehem diversi żeffiena b’żifniet relatati mal-karnival, kif ukoll kantanti. Għar-riservazzjonijiet avviċinaw lillmembri tas-Sezzjoni Żgħażagħ. Għal aktar informazzjoni żur is-sit elettroniku www. santamarija.com jew www.facebook.com/santamarija Festin tal-Karnival Wasal iż-żmien mistenni minn kulħadd! U din is-sena l-Għaqda tal-Malti – Università, flimkien mal-KSU, qed torganizza l-festin tal-Karnival, Maskarat Tini Perlina. Inħeġġuk biex tingħaqad magħna biex niċċelebraw din it-tradizzjoni u fl-istess waqt nistrieħu ftit mill-eżamijiet. Se jkun hemm mużika, logħob, ikel u xorb. L-attività se ssir nhar id-9 ta’ Frar fil-Common Room, l-Università. Bejn is-7.00pm u t-8.00pm jsir festin għat-tfal, fosthom tfal mill-istituti, b’logħob u rigali. Mit-8.00pm ’il quddiem isir festin għall-kbar b’qari mill-Qarċilla ta’ Trevor Żahra minn Stefan Caruana u Antonella Mifsud, mużika u ħafna iktar. Tinsiex tiġi bil-kostum! Imma jekk tinsa, xi ħaġa xi nlibbsuk issibilna żgur. Narawk!
Buffet breakfast mill-Kummissjoni Nisa Madonna tal-Ġilju, l-Imqabba Il-Kummissjoni Nisa fi ħdan is-Soċjetà Mużikali Madonna tal-Ġilju tal-Imqabba se torganizza buffet breakfast nhar il-Ħamis 11 ta’ Frar 2016 f ’San Antonio Hotel & Spa, ilQawra. Waqt din l-attività se jkun servut varjetà ta’ ikel u l-attività hija miftuħa għal kulħadd. Trasport se jkun provdut u jitlaq mill-pjazza ewlenija tal-Imqabba, quddiem il-każin tas-Soċjetà, fid-9.00am. Riservazzjonijiet isiru fuq 7953 9542 jew 9927 5037 u aktar informazzjoni tinsab fuq is-sit elettroniku tas-Soċjetà Mużikali Madonna tal-Ġilju www.talgilju.com A Dialogue Between Broken Pieces L-Għaqda Filantropika Talent Mosti tippreżenta esibizzjoni ta’ mużajk minn Raymond Aquilina u Flavia Marmarà. L-esibizzjoni se tkun bejn it-13 u t-18 ta’ Frar 2016 firRazzett tal-Markiż Mallia Tabone, Triq Wied il-Għasel, ilMosta. Il-ħin tal-ftuħ huwa mit-Tnejn sas-Sibt mis-6.30pm sat8.00pm u l-Ħdud mill-10.00am sa 12.00pm u bejn is-6.30pm sat-8.00pm. A Għal aktar tagħrif idħlu żuru s-sit elettroniku talentmosti. com jew il-paġna ta’ Facebook: Razzett tal-Markiż. Kulħadd huwa mistieden li jattendi. Wirja annawali L-Għaqda Dilettanti Mudelli ta’ Knejjes qed tfakkar ittletin anniversarju mit-twaqqif tagħha u għal sena oħra qed torganizza wirja tal-folklor reliġjuż bl-isem ‘Il-mudell talknisja u dak kollu konness magħha’. Din se ssir bejn it-13 u s-27 ta’ Frar fis-sala San Franġisk, Triq Melita, il-Belt Valletta. Fil-wirja wieħed jista’ jammira diversi mudelli ta’ knejjes u affarijiet oħra konnessi ma’ dan id-delizzju, bħal vari talĠimgħa l-Kbira, statwi titulari, altari u oġġetti oħra. Id-dħul huwa b’xejn u l-wirja tkun miftuħa kuljum bejn id9.30am u n-12.30pm u mill-4.30pm sas-7.30pm. Kulħadd huwa mistieden jattendi.
32 31|01|2016
kullħadd.com It-Tnejn
It-Tlieta
L-Erbgħa
17°C
18°C
17°C
12°C
12°C
12°C
03
03
03
Il-Ħamis
Il-Ġimgħa
Is-Sibt
IMBATT: Ftit li xejn li jsir baxx minNofsinhar u iktar tard mil-Lbiċ
17°C
16°C
16°C
TEMPERATURA TAL-BAĦAR: 17°C
11°C
08°C
10°C
03
04
03
TEMP GĦAL-LUM
ALMANAKK
RITRATT MILL-ANTIK
L-OGĦLA TEMPERATURA: 17°C L-INQAS TEMPERATURA: 10°C INDIĊI UV: 03 SITWAZZJONI ĠENERALI: Arja ta’ pressjoni għolja fuq l-Atlantiku testendi għal fuq iċ-Ċentru tal-Mediterran u lejn l-Eġittu TEMP: Ftit imsaħħab
UV
VIŻIBBILTÀ: Moderata għall-ewwel li ssir tajba
Ritratt: Bay Retro
RIĦ: Ħafif mill-Majjistral idur bil-mod mill-Grigal u jsir moderat BAĦAR: Ħafif li jsir moderat
UV
SPIŻERIJI LI JIFTĦU LLUM IL-ĦADD Empire Pharmacy, 77, Triq it-Teatru l-Antik, il-Belt Valletta The Cross Pharmacy; 859, Triq il-Kbira San Ġużepp, il-Ħamrun Anici Pharmacy, Triq Anici, Ħal Qormi St Anne Pharmacy, 24, Misraħ Sant’Elena, Birkirkara Mayer Pharmacy, 33, Ix-Xatt ta’ Xbiex, l-Imsida St Andrew’s Pharmacy, Triq il-Qasam, Tal-Ibraġġ Drug Store: Anglo Maltese Dispensary Ltd, 382, Triq Manwel Dimech, Tas-Sliema M4 Pharmacy, Triq il-Linja, Ħ’Attard Pillbox Pharmacy, 63, Triq il-Bjad, in-Naxxar St Simon Pharmacy, 8, Dawret il-Gżejjer, Buġibba Fleming Pharmacy, 61, Triq Ħaż-Żabbar, Raħal Ġdid Alpha Pharmacy, Triq Bormla k/m Vjal Kottoner, il-Fgura Cilia’s Pharmacy, 303, Triq Ħaż-Żabbar, il-Fgura Gerada Pharmacy, 146, Triq Mater Boni Cosniglii, iż-Żejtun Kristianne Pharmacy, Triq Pietru Pawl Saydon, iż-Żurrieq De Rohan Pharmacy, Triq Sant’ Antnin, Ħaż-Żebbuġ Santa Marija Pharmacy, Misraħ Frenċ Abela, Ħad-Dingli Għawdex
Il-Gozo Channel fl-Imġarr Għawdex, ritratt lura għas-sena 1988
DIN IL-ĠIMGĦA MILL-ISTORJA
01.02.2013 Jinfetaħ l-itwal bini fl-Unjoni Ewropea – The Shard f ’Londra, b’għoli ta’ aktar minn 300 metru
Fontana Pharmacy, Triq il-Għajn, il-Fontana Gozo Chemists, Mġarr Road, ix-Xewkija Servizz ta’ tobba fiċ-ċentri tas-saħħa fil-Ħdud u l-festi pubbliċi Iċ-ċentri tas-saħħa tal-Mosta, Raħal Ġdid, u l-Furjana jiftħu għall-emerġenzi 24 siegħa, sebat ijiem filġimgħa. Fil-Ħdud u fil-festi pubbliċi, iċ-ċentru tas-saħħa tal-Gżira jiftaħ għall-emerġenzi bejn it-8.00am u l-5.00pm, ikun hemm ukoll servizz ta’ infermier bejn it-8.00am u t-8.00pm. Il-pubbliku jrid jattendi ċ-ċentru tas-saħħa tad-distrett tiegħu. Persuni mingħajr karta ta’ identità ma jiġux moqdija.
NUMRI REBBIEĦA LOTTU
41 25 65 44 56 68 49 46
SUPER 5
22 13 20 07 04
GRAND LOTTERY
02 08 00 01 01 01 02
04.02.1961 Tibda l-gwerra għall-indipendenza tal-Angola
TISLIBA
kullħadd.com
31|01|2016 33 RIŻULTATI TAX-XAHAR LI GĦADDA MIMDUDIN: 1 Spinaċi, 5 Skjavi, 8 Sfratta, 14 Poplu, 15 Fuklar, 17 Suldat, 19 Namur, 20 Test, 21 Rjal, 23 Spaga, 25 Antik, 28 Paga, 29 u 30 Fondoq, 31 Vuċi, 33 Inkapaċitati, 39 Grad, 41 Min, 42 Mus, 43 Nuna, 45 Inkin, 46 Tabib, 47 Abel, 50 Ejja, 53 u 54 Lumija, 56 Torri, 58 Egoist, 60 Tixwix, 62 Ronda, 64 Lapsi, 67 Kuruna, 69 Grigal, 70 Tafal, 72 u, 73 Slaleb, 75 Tfal, 77 u 79 Ambulanza, 80 Grokk, 82 Msiħ, 84 Kia, 85 Rai, 87 Tikk, 88 Tlikkitlikki, 93 Frak, 94 u 95 Qlafat, 96 Demm, 98 Klabb, 100 u 101 Parafangu, 105 Ekda, 108 Nannu, 109 Ankara, 110 Wajper, 111 Ostja, 112 Tuneżin, 113 Miskin, 114 Inganna.
024
WEQFIN: 2 Poppa, 3 Nżul, 4 Ċoff, 6 Korta, 7 Vista, 9 u 10 Fittażni, 11 Tomna, 12 Approva, 13 Orlando, 16 Kupun, 18 Dritt, 22 Komma, 24 u 26 Granit, 27 Fossa, 32 u 33 Ċinturini, 34 Koka, 35 Punent, 36 Intatti, 37 Alba, 38 u 40 Ombroljun, 44 Noli, 48 Bżar, 49 Amerikan, 51 Bixkilla, 52 Stalla, 55 Sandli, 57 Ross, 59 Innu, 61 Xini, 63 Obda, 65 Parank, 66 Isib, 68 Attakk, 69 Gelgul, 70 Tbus, 71 Ftaħir, 74 Anzi, 76 Tokk, 78 Ukoll, 79 Lat, 81 u 82 Kriminal, 83 Student, 86 Akkużat, 89 Lilek, 90 u 91 Kabina, 92 Klamp, 97 Manku, 99 u 100 Beati, 102 Niten, 103 u 104 Funerali, 106 u 107 Prinjola.
Mimdudin 1 5 8 14 ka 15 17 19 20 21 23 25 28 29 31 33 39 41 42 43 45 46 47 50 53
Dan ifisser burdata ħażina, xi ħadd li malajr jiżgarra, u jfisser ukoll strument żgħir li jinżamm bejn is-snien (7) Il-belt fl-Italja fejn twieled u għex San Franġisk (6) Ma baqax rieqed, fetaħ għajnejh (7) Xaqq ftit fond li jdur ma’ vit u jissik(5) Ma jistax iħallas id-dejn (6) Bdil u tpartit ta’ flus fuq rati fissi (6) Din mhijiex debba li libset il-piġama (5) Dan il-kunjom joħroġ minn Rizzo li tilef din li jmiss (4) R (4) Il-belt kapitali u l-aktar moderna tal-Ġordan (5) Fdal, demel, żibel, karfa, skart (5) Kutu .... qrunu f ’butu (4) u 30 Lill-pastaż agħtih biċċa minn de- llek u erħilu jmur, qawl (6) Baqa’ bir-...., baqa’ b’xejn (4) Il-kelb il-mismut kull ilma ...... ...... (6,6) Ħaxix tal-baħar (4) Il-kulur tas-Sliema Wanderers (3) Dan l-isem issibu żgur għand Kalif (3) Fommu magħluq, ma jistax jitkellem (4) Ir-raħal tar-Rotunda (5) Vjaġġ a la Ingliża (5) Il-.... u tajjeb aħjar minn ħafna u ħażin (4) Kilogramm fil-qosor (4) u 54 Il-programm ...... Republic ta’
56 58 60 62 64 67 69 70 72 75 77 79 80 84 87 88 93 94 96 98 100 101 105 108 109
Joe Demicoli (6) Din mhijiex il-mara tar-rand (5) Jagħmel lin-nisa aktar eleganti (6) Dan huwa d-dar ta’ xi sinjurun jew kap ta’ stat (6) Tajbin wisq fit-togħma (5) Wieħed mill-oqfsa (5) Meta ma jkunx mitlub, nofsu mitluf (6) Marlon (6) Raqqa’ l-..... bil-qara aħmar (5) u 73 Ir-rita rqiqa li tipproteġi l-għajn (6) F’dan il-post jikbru ħafna siġar (4) Fuq ir-Radju One bħalissa jagħmlu Ray Mahoney (4) ..... u tmissnix! (5) u 82 Tintbagħat bil-posta u Alfred Zammit ixandarha (9) u 85 Attent għax malajr jaqbad (6) Darbtejn insiru .... (4) Il-fula .... ..-...... u r-razza dejjem tiġbed (4 2-6) L-ikbar pajjiż fil-Lvant Imbiegħed (4) u 95 L-emblema tal-PN hekk kienu jgħidulha (6) Id-daqqa tal-qniepen ta’ knisja f ’xi okkażjoni ferrieħa (4) M’għandha xejn nieqes (5) Kultant ikollok tagħmlu fil-kuxjenza wkoll (5) Kontra ħruġ (4) M’għandux isir, wieħed mill-kmanda- menti l-kbar (4) Dan il-pajjiż fil-Lvant Imbiegħed huwa maqsum Fuq u Isfel (5) Ħadem b’ħiltu kollha biex jasal għal dak li ried (6)
110 111 112 113 114
Ir-raħal l-aktar qrib Ħaġar Qim (6) Ħares, mhux ..... (5) Kontra mtawla (7) Din il-ħuta x’għandha x’taqsam mal-karti tal-logħob? (6) Imħajjar waħda sew, imxewwaq (7) Weqfin
2 3 4 6 7 9 10 11 12 13 16 18 22 24 26 27 32 33 34 35 36 37
Dan ta’ lewn qamħi (5) Kemm .... sbieħ min jaf jarana! (4) F’din l-ikla sservi lilek innifsek u tiekol kemm trid (4) Drapp irqiq u jleqq minsuġ mit-tajjar (5) Xorb żejjed tal-alkoħol (5) Aktar minn tern wieħed (4) Neħħa l-ħwejjeġ minn fuqu (4) Dan tar-razza jew tal-elettriku (5) B’din il-biċċa għodda tkejjel tajjeb l-angoli (7) Suldat ta’ b’waħda (7) Daqqa ta’ għajn (5) ..... raskom għall-ordnijiet (5) Kellna ħafna bħalu fl-imgħoddi, xi xiħ tallab (5) Meta toħorġu fil-logħob tal-karti, tir- baħ (3) Wieħed mill-imwies (3) ..... donnu xummiema (5) Dan ir-raħal għaliex jgħidulu tas-sikkina? (6) Lejl u nhar flimkien (3) Serduq imsewwi (4) Aktar minn barkun wieħed (6) Dan ifisser xkiel jew saram (6) Allura dawn l-annimali stupidi, ma jafu xejn?! (4)
38 44 48 49 52 55 57 59 61 65 66 68 69 70 71 74 76 78 79 82 83 86 89 90 92 97 99 100 102 103 106
u 40 Il-belt tagħhom minn fejn ġejja l-pizza (9) Din mhijiex il-mara tat-tubu (4) Qabda ...., erba’ kaptelli u ħarja f ’wiċċ kulma kelli, qawl (4) u 51 Tifsira (16) Illum għadha toqgħod fuq il-bajd? (6) Miljun għal miljun darba (6) L-aħjar waħda dik tal-Maddalena (4) Dan mhuwiex ir-raġel tal-koċċa (4) u 63 L-aħħar parti tar-Rużarju (8) Xi ħadd qanżħa, bużżieqa, biżbetiku, sikkanti (6) Gowl (4) Ħaġar trasparenti, prezzjużi ħafna (6) Jaqflu ċ-ċinturini (6) L-isbaħ parti ta’ Paċikk (4) Għandha x’taqsam mal-flotta (6) Mal-ħaġra t-.... (4) Marru diversi postijiet (4) Is-sema ..... nir (5) u 81 Fuq ajruplan jew fuq vapur (6) Din, miskina, bla ġenituri (5) L-ewwel bomba tagħha ntefgħet fuq Hiroshima fis-6 ta’ Awwissu, 1945 (7) ....... ballata (7) Aktar minn baħar wieħed (5) u 91 Tniżżil ta’ ħżuż jew noti (6) Isma’ bilfors u ..... jekk trid (5) Jirranġawhom żgur meta tkun ġejja r-Reġina jew il-Papa (5) Wieħed l-..... u l-ieħor l-Awrora, Għawdex (5) Aktar ħafna minn qalil (5) Jgħidu li bix-xogħol ..... tagħmel (5) u 104 Fil-kċina jkollu ħafna toqob biex isaffi l-likwidu (8) u 107 Aktar minn minxuf wieħed (8)
34 31|01|2016
kullħadd.com
LOGĦOB
TISLIBA BIN-NUMRI POĠĠI N-NUMRI F’POSTHOM Bi 3 Numri 045 092 167 187 188 367 376 441 497 526 770 B’4 Numri 0427 0451 0517 0585 0651 0918 0979 0980 1495 1857 1866 1888 3323 3854 4187
4308 4318 4691 5812 6031 6060 6243 6737 7410 7658 7684 7865 8164 8422 8585 8895 9081 9138 9157 9642 9684
50011 50908 51354 59850 61185 62092 65812 86964 89492 97247 B’6 Numri 062671 221865 776016 952389
B’7 Numri 1259026 8874725 B’9 Numri 103262417 197312827 B’10 Numri 0351089709 1380804228 6827100982 8251631717
IR-RIŻULTAT TAL-ĦADD LI GĦADA
B’5 Numri 10138 11445 18965 28639 29177 31317 35689
] SUDOKU SPONSORJATA MINN WELLA
Irbaħ xampù u conditioner tad-ditta Wella. Aqta’ din il-logħba u ibgħata lil: KOMPETIZZJONI WELLA KullĦadd, Ċentru Nazzjonali Laburista, Triq Mile End, il-Ħamrun, ĦMR 1717. Isem: Indirizz:
Rebbieħ tal-ġimgħa l-oħra: A. ABELA – iż-Żejtun
KOMPETIZZJONI CENTRO CASALINGA ]
1
Ġemma’ sitt kupuni u ibgħathom f ’daqqa lil: KOMPETIZZJONI CENTRO CASALINGA, KullĦadd, Ċentru Nazzjonali Laburista, Triq Mile End, il-Ħamrun, ĦMR 1717. Isem: Indirizz: Nru tal-kartà tal-identità:
Nru tat-telefown:
Ir-rebbieħ tal-magna tax-xagħar huwa: C. AGIUS – ir-Rabat, Malta
LOGĦOB
31|01|2016 35
kullħadd.com
IRBAĦ €100 FI FLUS
108
Ibgħat dawn iż-żewġ kompetizzjonijiet f ’daqqa fl-indirizz: IRBAĦ €25 FI FLUS, KullĦadd, Ċentru Nazzjonali Laburista, Triq Mile End, il-Ħamrun, ĦMR 1717. Idħol biċ-ċans li tirbaħ magħna.
TISLIBA
Mimdudin:
1. 4. 7,16. 9,11. 10. 12. 16. 18,22. 19. 20. 21.
Kompli l-qawl: Aktar hu ..... biex taqa’ milli biex tqum (5) Naħżnu l-ilma fihom (4) Jista’ jkun tad-dawl (5) Realtà tilfet l-ewwel ‘a’! (5) Jitlaq jiġri (6) Belt tal-Orjent (6) Ara 7 Ninħaslu bih (5) L-ogħla parti fil- ġisem (3) Dawn u l-figuri jagħmlu l-istatistika (5) Quinton Savona Pullicino (1,1,1)
23. 24.
Jista’ jkun dak nazz- jonali (4) Mhux tifel (5) Weqfin:
1. Siġar (6) 2,17. Serduq żgħir (6) 3,5. Xejjer (6) 5. Ara 3 6,12W. Tal-laħam? (5) 8. Ġirja? (9) 11. Ara 9 12. Ara 6 13,21W. Hekk nagħmel jekk ma tagħmilx xita (6) 14. Ġesù (6) 15. Attakk (6) 17. Ara 2 21. Ara 13 22. Ara 18
SOLUZZJONI TAL-ĠIMGĦA L-OĦRA Mimdudin: 1.Lapes, 4.Alka, 7,21 wieqfa. Efrem, 9.RIP, 10.Leħnek, 12.Firdet, 16,19.Ġranet, 18.EI, 20.Kanna, 21.RTR, 23.Monk, 24.Drabi
Weqfin: 1.Larinġ, 2,22.Peprin, 3,11. Selli, 5,12.Linfa, 6,17. Ankrat, 8.Ferdinand, 13.Rea, 14.Tnalja, 15.Statwi
QED TAGĦRAFHOM? Fir-ritratt hemm żewġ uċuħ f’wiċċ wieħed. Qed tagħrafhom? Ħjiel: Atturi komiċi. Wieħed mill-atturi jaf tarah għaddej bil-mini lime u bit-teddy bear ħdejh. Personalità 1: Personalità 2: Isem: Indirizz: Nru tat-telefown:
IDĦOL BIĊ-ĊANS LI
TIRBAĦ €100
Kull l-aħħar Ħadd tax-xahar il-premju ta’ €25 jiżdied għal €100! Sabiex tipparteċipa ibgħat din il-paġna bħas-soltu. Apparti minn hekk żomm il-logos tal-KullĦadd tal-ġimgħat ta’ qabel, billi tqasqashom mill-ewwel paġna tal-gazzetta bid-data tal-ħarġa tidher, u tibgħathom flimkien ma’ din il-paġna. Eżempju: Ibagħtu l-paġna ta’ din il-logħba tal-lum 31 ta’ Jannar flimkien mal-logos tal-ħarġiet tat-3, 10, 17, u 24 ta’ Jannar.
RIŻULTATI TAL-ĠIMGĦA L-OĦRA
Hillary Clinton
Ir-rebbieħ tal-ġimgħa l-oħra: J. CASSAR – l-Imsida L-ittri rebbieħa jintbagħtu fix-xahar ta’ wara li tkun intrebħet il-kompetizzjoni.
Donald Trump
36 31|01|2016
kullħadd.com
SPORTS
BAĦĦARA ŻGĦAŻAGĦ JAGĦMLU LIL MALTA KBURIJA minn Wilfred Sultana
Kien biss ftit ġimgħat ilu f ’Diċembru li Richard Schultheis ta għaxar snin, membru tal-Malta Young Sailors Club, rebaħ is-16il edizzjoni tal-MAPFRE / Middlesea EuroMed Regatta 2015 u ġab lura lejn Malta, wara 4 edizzjonijiet, l-ogħla unur u sar l-iżgħar mir-rebbieħa kollha tas-sittax Euromeds (2000-2015). Dan ix-xahar erba’ żgħażagħ Maltin taħt il-gwida teknika ta’ Jean Paul Fleri Soler, l-Uffiċjal għall-Iżvilupp taż-Żgħażagħ tal-Malta Young Sailors Club, ivvjaġġaw lejn il-Belt Sportiva ta’ Mussanah fl-Oman biex jipparteċipaw il-klassi Optimist fil6 edizzjoni tal-Mussanah Race Week 2016. It-tim Malti kien kompost minn Richard Schultheis rebbieħ tal-Euromed 2015, Craig Farrugia Vella, u Victoria u Antonia Schultheis. Richard u Craig kienu r-rebbieħa tal-klassijiet rispettivi tagħhom fl-aħħar Euromed - il-Klassijiet tal-Kadetti u talKbar rispettivament. Victoria Schultheis, minbarra li rreġistrat l-aħjar riżultat fost il-bniet fil EuroMed 2015, kellha rappreżentazjoni nternazzjonali eċċellenti
Il-kburija tal-aqwa 10 - minn 105 - kompetituri fil-Mussanah Race Week fl-Oman (Klassi Optimist) 2016 li juri lil Richard Schultheis kklassifikat fil-ħames post (it-tielet mix-xellug) u lill-Malti l-ieħor Craig Farrugia Vella kklassifikati fit-tmien post (it-tielet mill-lemin). (Ritratt minn Andrea Schultheis)
fejn kienet ikklassifikata fit-tielet post fil-kategorija tal-bniet, ‘silver fleet’, fil-Kampjonat Ewropej Klassi Optimist 2014. Il-klassi Optimist fil-Mussanah Race Week 2016 kienet komposta minn 105 kompetitur, inkluż ir-rebbieħ tal-aħħar edizzjoni, Daniel Ian Toh minn Singapor, iċ-champion tad-dinja Optimist (Bniet) Jodie Lai minn Singapore wkoll, it-tfajla numru wieħed fl-Amerika, Mia Nicolosi (US
Virgin Islands), kif ukoll 9 millaqwa 15-il baħrin attwali fil-klassi Optimist fid-dinja. Barra minn hekk din is-sena fil-Mussanah Race Week dehru għall-ewwel darba żewġ kategoriji ġodda ta dgħajjes - il-Laser Radial u l-Laser 4.7 li ġibdu 18 u 26 kompetituri rispettivament. Tabilħaqq ma’ 105 kompetitur f ’din il-kategorija ż-żgħażagħ tagħna kkonkludew ferm distintivament - Richard Schultheis
- fil-5 post ġenerali u rebbieħ tal-kategorija ta taħt it-12-il-sena, Craig Farrugia Vella - fit-8 post, Victoria Schultheis - fit-18-il post u Antonia Schultheis - fis-36 post. Il-pożizzjonijiet mogħtija huma kollha pożizzjonijiet ġenerali. “Iva, il-kunċett li nnvolvu l-baħħara tagħna fl-avvenimenti kompetittivi ta livell għoli huwa t-triq ‘il quddiem. Dan rajnieh flaħħar sena fejn l-baħħara Maltin
li qed jikkompetu f ’kompetizzjonijiet barranin huma dawk li qed jibbenefikaw u jimxu l-aktar,” osserva Jean Paul Fleri Soler, Uffiċjal għall-Iżvilupp tażŻgħażagħ tal-Malta Young Sailors Club”, meta rritorna minn Oman. F’konformità ma’ din l-perċezzjoni l-Malta Young Sailors Club qed jirranġaw sabiex l-aqwa 10 baħħara tagħhom jikkompetu fl-avvenimenti barranin qabel kollox bħala preparazzjoni għaż-żewġ kompetizzjonijiet ewlenin li l-Klabb qed jimmira għalihom għal 2016 - l-Kampjonati tad-Dinja fil-Portugall għal Ġunju u l-Kampjonati Ewropej fl-Italja għal Lulju. L-aqwa tliet postijiet f ’kull kategorija fil-Mussanah Race Week 2016 kienu mirbuħa hekk: Optimist: 1st Lucas Vidella (Arg), 2nd Daniel Ian Toh (Sin), 3rd Muhammed Daniel Muhammed Yazid (Sin) Laser 4.7: 1st Zakariya Suleiman Al Wahabi (Oma), 2nd Joakim Svinhufvd (Fin), 3rd Jaakko Vauhkonen (Fin). Laser Radial: 1st Hussain Said Al Jabri (Oma), 2nd Ronja Gronblom (Fin), 3rd Ahmed Gharib Al Hasani (Oma).
kullħadd.com
31|01|2016 37 HIBERNIANS MIŻMUMA MINN ST ANDREWS
IL-PREMIER LEAGUE MALTI
Ritratti: STEPHEN GATT
ST ANDREWS HIBERNIANS
2 2
QORMI NAXXAR L.
0 5
Fl-ewwel logħba li kien hemm ilbieraħ fil-Victor Tedesco Stadium, it-tim ta’ Hibernians kien miżmum minn St Andrews bl-iskor ta’ 1-1 biex b’hekk, dan it-tim tal-aħħar, irnexxielu jakkwista l-ewwel punt tal-istaġun. L-ewwel azzjoni tal-logħba waslet wara biss 7 minuti meta free-kick ta’ Jackson Lima għadda ftit ‘il bogħod minn mal-lasti ta’ St Andrews. It-tim ta’ Raħal Ġdid reġa’ kien perikoluż fit-22 minuta meta minn pass ta’ Mbong lejn Jurgen Degabriele, minn qagħda angolata iżda mill-viċin ra x-xutt tiegħu jkun imdawwar tajjeb f ’corner. Qabel intemment l-ewwel taqsima, Hibernians reġgħu ħolqu azzjoni oħra meta minn cross tajjeb ta’ Clayton Failla lejn Santos Silva li bir-ras millviċin tefa’ l-ballun barra. B’hekk l-ewwel taqsima ntemmet bl-iskor ta’ 0-0. It-tieni taqsima kellha bidu totalment differenti minn dak tal-ewwel hekk kif, għaxar minuti minn mindu ngħata bidu għal din it-taqsima, proprju fil-55 minuta, Hibernians fetħu l-iskor tal-logħba u marru filvantaġġ. Ir-referee Malcolm Spiteri ordna foul mill-ħdax-il metru meta l-plejer ta’ St Andrews Sorin Oproeiscu waqqa’ lil Degabriele liema penalty inkariga ruħu minnu Failla li tefa’ l-ballun fix-xibka, vantaġġ Hibernians. Madankollu, dan il-vantaġġ ma tantx dam jitgawda hekk kif minuta biss wara ngħata penalty ieħor, din id-darba għat-tim ta’ St Andrews, meta Mbong waqqa’ lil Matteo Desira Buttigieg. Mill-ħdax-il metru Joseph Farrugia ma żbaljax u, kontra kull mistenni, ġab ir-riżultat f ’parità. Fid-90 minuta Hibernians ħasbu li skurjaw il-gowl tar-rebħa hekk minn free-kick dirett ta’ Gilmar, il-ballun ħabat mal-lasti u spiċċa wara l-gowler ta’ St Andrews Jake Galea. Iżda ma kellux ikun hekk għax fil-ħin miżjud, St Andrews reġgħu ġabu d-draw. Kienet azzjoni tajba li bi cross lejn in-nofs, il-ballun reġa’ spiċċa f ’saqajn Farrugia li għal darb’oħra ġab id-draw. Referee: Malcolm Spiteri QORMI UMILJATI MIN-NAXXAR Fit-tieni logħba li kien hemm ilbieraħ mill-Kampjonat Malti wkoll filVictor Tedesco Stadium, it-tim ta’ Qormi safa umiljat minn dak ta’ Naxxar hekk kif dawn tal-aħħar rebħu bl-iskor kbir ta’ 5-0. Għaldaqstant, l-ewwel azzjoni tal-logħba waslet minn Qormi fil-11-il minuta permezz ta’ xutt minn barra l-kaxxa ta’ Kurt Magro iżda l-ballun għadda ferm għoli. L-ewwel azzjoni ta’ Naxxar waslet fis-36 minuta meta minn cross ta’ Angus Buhagiar lejn Demba Toure li mill-viċin naqas milli jolqot il-ballun. L-aħħar azzjoni tal-ewwel taqsima ssarrfet f ’gowl hekk kif Naxxar marru fil-vantaġġ. Kien proprju fit-43 minuta meta minn cross tas-solitu Buhagiar daħal tajjeb Demba Toure li bir-ras tefa’ l-ballun fix-xibka għal wara l-gowler ta’ Qormi Andreas Vella. Fil-55 minuta, Naxxar żiedu ieħor meta cross ta’ Cekaj, il-ballun ħabat mad-difensur ta’ Qormi Alessio Cassar u r-referee Clayton Pisani ordna penalty li minnu inkariga ruħu Demba Toure u mill-ħdax-il metru kompla jkabbar ilvantaġġ għat-tim tiegħu. Qormi totalment maqtugħin mil-logħba u fit-63 minuta wasal it-tielet gowl għal Naxxar wara li Sidibe u Vella ta’ Qormi ma ftehmux u l-plejer tal-ewwel kompla l-ballun fix-xibka tiegħu stess. Fis-76 minuta Naxxar żiedu l-iskor wara cross ta’ David Fenech fejn, għal darb’oħra, daħal tajjeb Demba Toure li mill-viċin birras tefa’ l-ballun fix-xibka. Il-ħames u l-aħħar gowl tal-logħba wasal tliet minuti mit-tmiem, preċiżament fis-87 minuta, meta kien Cekaj li żied gowl ieħor hekk kif id-daqqa ta’ ras tiegħu mill-viċin għelbet għalkollox il-gowler Vella ta’ Qormi. Din kienet l-ewwel rebħa għal Naxxar wara seba’ telfiet konsekuttivi filwaqt li għal Qormi, din mhux biss kienet il-ħames telfa konsekuttiva, iżda wieħed mill-aktar diżappuntanti hekk kif qabel il-partita, fuq il-karta, dawn it-timijiet dehru li huma tal-istess livell. Madankollu, l-iskor jixhed mod ieħor. Referee: Clayton Pisani
KLASSIFIKA
IL-PREMIER LEAGUE MALTI
LOKALI
Hibernians Valletta Birkirkara Balzan Floriana Tarxien R. Mosta Sliema W. Pembroke A Naxxar L. Qormi St Andrews
L R D T F K +/- Pti 20 13 5 2 49 24 +25 44 19 14 2 3 41 19 +22 44 19 12 5 2 41 17 +24 41 19 11 3 5 38 21 +17 36 19 11 2 6 32 22 +10 35 19 9 5 5 32 16 +16 32 19 8 4 7 26 27 -1 28 19 7 3 9 29 30 -1 24 19 7 3 9 26 29 -3 24 20 3 2 15 20 52 -32 11 20 2 3 15 19 43 -24 9 20 0 1 19 12 65 -53 1
LOGĦOB GĦAL-LUM
Stadium tal-Hibernians Pembroke A v Valletta Sliema W. v Balzan
14.00 16.00
Stadium Nazzjonali Mosta v Tarxien R. Birkirkara v Floriana
14.00 16.00
38 31|01|2016
kullħadd.com
FA CUP
A COLCHESTER V TOTTENHAM
ARSENAL V BURNLEY Fir-ritorn tiegħu mal-ewwel ħdax fit-tim ta’ Arsenal minn Novembru li għadda, l-attakkant miċ-Ċili Alexis Sanchez irnexxielu jiskurja l-gowl tar-rebħa biex b’hekk Arsenal komplew iżommu ħajja l-ħolma li jirbħu l-FA Cup għal tliet darbiet konsekuttivi. L-ewwel gowl tal-Gunners wasal mid-difensur Calum Chambers wara biss 19il minuta b’xutt sabiħ bid-dawra. Madankollu, it-tim ta’ Burnley ġab id-draw meta d-daqqa ta’ ras b’saħħitha ta’ Sam Vokes għelbet lil David Ospina. Sanchez skurja
Nacer Chadli jiskurja b’daqqa ta’ ras l-gowl tar-rebħa fit-53 minuta sakemm Arsenal irnexxielhom iżommu dan il-vantaġġ salaħħar tal-partita. B’din ir-rebħa, issa, Arsenal, ilhom erbatax-il logħba mhux megħluba f ’din ilkompetizzjoni. Min-naħa tagħhom, Burnley se jdawru l-attenzjoni tagħhom fuq il-promozzjoni għallPremier League. ASTON VILLA V MAN. CITY L-attakkant żagħżugħ ta’ Manchester City Kelechi Iheanacho kien strumentali għattim tiegħu lbieraħ, hekk kif kontra t-tim ta’ Aston Villa, huwa kien protagonista meta skurja hat-trick, fir-rebħa tat-tim tiegħu bl-iskor
v Palermo 1 - 1 v Sassuolo 1 - 1 v Frosinone Tard
LOGĦOB GĦAL-LUM v Juventus v Sampdoria v Fiorentina v Empoli v Verona v Lazio v Inter
12.30 15.00 15.00 15.00 15.00 15.00 20.45
KLASSIFIKA Tim
L
R D T
F
K
P
Napoli Juventus Fiorentina Internazionale Roma Milan Sassuolo Empoli Lazio Chievo Atalanta Torino Bologna Palermo Udinese Genoa Sampdoria Carpi Frosinone Hellas Verona
21 21 21 21 21 21 22 21 21 21 22 21 21 22 21 21 21 22 21 21
14 14 13 12 9 9 8 9 9 7 7 7 8 7 7 6 6 4 4 0
45 38 39 26 37 29 26 27 29 27 22 27 24 24 19 24 31 21 22 14
18 15 21 14 24 25 24 26 30 26 25 28 27 35 35 27 36 37 45 33
47 45 41 41 35 33 33 32 31 27 27 26 26 25 24 23 23 19 16 10
2 4 6 4 4 6 5 7 8 8 9 9 11 11 11 10 10 11 13 11
* Il-pożizzjonijiet ivarjaw minħabba li r-riżultat inħareġ wara li morna għall-istampar.
v Burnley 2 - 1
Aston Villa
v Manchester City 0 - 4
Bolton W.
v Leeds United 1 - 2
Bury
v Hull City 1 - 3
Crystal Palace
v Stoke City 1 - 0
Oxford United
v Blackburn Rovers 0 - 3
Portsmouth
v Bournemouth 1 - 2
Reading
v Walsall 4 - 0
Shrewsbury T.
v Sheffield W. 3 - 2
West Brom.
v Peterborough United 2 - 2
Liverpool
v West Ham United Tard
LOGĦOB GĦAL-LUM
RIŻULTATI TAL-BIERAĦ
5 3 2 5 8 6 9 5 4 6 6 5 2 4 3 5 5 7 4 10
Arsenal
Nottingham F. v Watford 0 - 1
SERIE A
Chievo Bologna Genoa Napoli Torino Udinese Milan
RIŻULTATI TAL-BIERAĦ Colchester Utd v Tottenham H. 1 - 4
It-tim ta’ Mauricio Pocchettino għadda għall-ħames rawnd tal-FA Cup hekk kif għeleb mingħajr ebda diffikultà, barra minn darhom, littim ta’ Colchester bl-iskor ta’ 4-1. Kienet doppjetta ta’ Nacer Chadli, li issa skurja erba’ gowls fi tliet logħbiet, li wittiet it-triq għal din irrebħa komda. Segwew żewġ gowls oħra minn Eric Dier kif ukoll Tom Carroll biex b’hekk it-tim millkapitali Ingliża ta’ Tottenham, issa, irnexxielhom jirbħu erba’ rebħiet minn erba’. L-own goal ta’ Ben Davies kien l-unika konsolazzjoni għat-tim ta’ Colchester, li bħalissa jinsab ankrat fl-aħħar nett talklassifika fil-League One. Fil-fatt, dan it-tim ilu ma jirreġistra rebħa għal erbatax-il logħba.
Carpi Atalanata Roma
SPORTS
kbir ta’ 4-0 barra minn darhom. B’din ir-rebħa, it-tim tas-City għaddew għall-ħames rawnd ta’ din il-kompetizzjoni, ftit jiem biss wara li għamluha għall-finali tal-League Cup fejn se jkunu qed jilagħbu kontra Liverpool. Is-City ukoll għad għandhom quddiemhom l-isfidi fil-Kampjonat Ingliż kif ukoll fiċ-Champions League, hekk kif ix-xahar id-dieħel, se jkunu qed jilagħbu kontra Dynamo Kiev. Min-naħa tagħhom, it-tim ta’ Remi Garde, jista’ jkun li ma tantx ħa din it-telfa bi kbira għax l-enfasi tiegħu dan l-istaġun se tkun dik li jżomm lil Villa fil-Premier League, hekk kif it-taqtigħa fin-naħa t’isfel tal-klassifika qiegħda kulma jmut tiħrax.
Carlisle Utd
v Everton
14.30
Milton Keynes
v Chelsea
17.00
LOGĦOB LI JMISS TAL-PL It-Tlieta, 2 ta’ Frar Arsenal
v Southampton
20.45
Leicester City
v Liverpool
20.45
Norwich City
v Tottenham H.
20.45
Sunderland
v Manchester City
20.45
West Ham Utd v Aston Villa
20.45
Crystal Palace
21.00
v Bournemouth
Manchester Utd v Stoke
21.00
West Brom
21.00
v Swansea City
L-Erbgħa, 3 ta’ Frar Everton
v Newcastle United
20.45
Watfrod
v Chelsea
20.45
CHIEVO V JUVENTUS
PUNTI OĦRA
Il-Juventus se jkunu qegħdin jaffaċċjaw lill-Chievo fil-konfront tal-lum bit-tir li jirrepetu r-rekord li kisbu fl-2014 ta’ 12-il rebħa konsekuttiva. Madankollu, minkejja li l-Chievo mhumiex wieħed mill-aktar timijiet ikkwotati, huma ma jistgħux jiġi meqjusin bħala avversarju faċli. Dan għaliex f ’aktar minn okkażjoni waħda matul dan l-istaġun huma rnexxielhom jagħmlu l-bsaten fir-roti ta’ timijiet b’saħħithom fosthom dawk ta’ Lazio u Roma. Però, fl-aħħar ħames partiti, il-Chievo ftit li xejn kienu konsistenti hekk kif rebħu biss partita waħda biss mill-aħħar ħamsa li lagħbu. Fejn jidħlu konfronti diretti, it-tim minn Verona għeleb lill-Juventus f ’okkażjoni waħda biss fil-25 darba li ltaqgħu kontra xulxin.
JISTA’ JŻOMM POSTU?
GENOA V FIORENTINA
Angelique Kerber żammet lil Serena Williams milli tilħaq ir-rekord ta’ 22 Grand Slams tal-eks-tennista Ġermaniża Steffi Graf hekk kif għelbet lill-Amerikana fil-finali tal-Australian Open. Kerber, illi ironikament hija Ġermaniża wkoll, irnexxielha telgħeb lil Williams 6-4, 3-6, 6-4 f ’konfront li dam sagħtejn u tmien minuti. Williams kienet il-favurita li tirbaħ dan il-konfront minħabba l-fatt illi hija mhux biss tinsab fl-ewwel post fir-rankings internazzjonali, imma anki għaliex dehret f ’forma tajba ħafna b’rebħiet kontra Maria Sharapova u Agnieszka Radwanska fi triqitha lejn il-finali. Fil-fatt, Kerber, illi qegħda fis-sitt post fir-rankings tad-WTA, stess esprimiet is-sorpriża tagħha għal dan ir-riżultat hekk kif sabet ma’ wiċċa avversarji iebsin f ’kull rawnd ta’ din it-tazza.
Il-Fiorentina se joħorġu għal din il-partita bit-tama li jsaħħu l-pożizzjoni tagħhom qrib il-quċċata tal-klassifika. Minkejja li hemm differenza kbira ta’ punti bejnhom u l-Genoa, fl-aħħar ġimgħat ir-riżultati tagħhom mhux li varjaw daqstant għaliex il-Fiorentina ftit li xejn kienu konsistenti b’tliet rebħiet u żewġ telfiet. Riċentement il-Genoa tejbu r-rendiment tagħhom wara bidu tal-istaġun fjakk illi ħallihom f ’pożizzjoni tal-klassifika xejn sabiħa. MILAN V INTER Id-derby bejn il-Milan u l-Inter se jkun bejn żewġ timijiet illi qegħdin jesperjenzaw perjodu għalkollox differenti. Dan hekk kif, fuq naħa, hemm il-Milan illi fl-aħħar ġimgħat irnexxielhom jerġgħu jqajmu l-istaġun fuq saqajh b’sensiela ta’ rebħiet li qarrbuhom lejn iż-żona Ewropea, filwaqt li fuq in-naħa l-oħra hemm l-Inter li bħalissa ma jidhrux kompetittivi daqs kemm kienu fl-ewwel fażi tal-kampjonat.
Skont spekulazzjoni li dehret fil-midja sportiva, il-kowċ talManchester United Louis Van Gaal kien f ’riskju serju ħafna li jitlef postu kieku tilef il-logħba tal-FA Cup tal-Ġimgħa li għadda kontra d-Derby County. Dan hekk kif bħalissa din it-tazza tidher li hija l-unika kompetizzjoni li l-United għandhom ċans li jirbħu b’konsegwenza tal-eliminazzjoni bikrija miċ-Champions’ League u pożizzjoni baxxa fil-kampjonat Ingliż. Minkejja n-nifs li din ir-rebħa tat lil Van Gaal, l-eks-plejer tanNewcastle Alan Shearer sostna li l-unika ħaġa li tista’ ssalva post l-Olandiż fl-aħħar ta’ dan l-istaġun huwa li r-rebħ tat-tazza innifisha. Minkejja li l-FA Cup illum il-ġurnata mhijiex prestiġjuża daqs l-kampjonat u ċ-Champions’ League, il-United ilhom ma jerfgħu din it-tazza mill-2004, fatt illi jagħmilhom ħerqana biex jirbħuha millġdid. SORPRIŻA
ASSIGURAZZJONI Il-Kumitat Olimpiku Internazzjonali (IOC) assigura lit-timijiet li se jieħdu sehem fil-logħob Olimpiċi tal-Brażil ta’ Awwissu li ġej illi mhumiex fil-periklu ta’ infezzjoni mill-virus Zika. Bosta pajjiżi esprimew tħassib li l-atleti tagħhom jistgħu jkunu esposti għall-infezzjoni li laqtet diversi żoni tal-Brażil u li l-World Health Organization stmat li tista’ taffettwa sa 4 miljun persuna sakemm tiġi kkontrollata. Madankollu, l-IOC sostna illi diġà bdew jittieħdu miżuri biex l-atleti jiġu jipprotetti minn din l-infezzjoni. Dan biex inaqqsu ċ-ċans li jkun hemm nemus, l-insett li jġorr din l-infezzjoni, qrib l-atleti u l-persunal li se jakkumpanjahom.
FORMULA 1
kullħadd.com
31|01|2016 39
ANALIŻI TA’ LIAM GAUCI
LIL HINN MIĊ-ĊIRKWIT
oħrajn fejn jista’ jtir id-debris fiddirezzjoni tal-vittma tal-inċident. Bosta proposti kienu analizzati mill-FIA, però s’issa għad m’hemm l-ebda qbil fuq liema waħda se tintuża u meta. Madankollu, Wurz tenna li s-sewwieqa huma tal-fehma li l-aħjar għażla hija l-installazzjoni ta’ raġġiera madwar il-cockpit, soluzzjoni illi fl-istudji li saru wriet potenzjal kbir. Fil-fatt, minħabba li r-riċerki dwar din issoluzzjoni huma fi stat avvanzat, l-eks-sewwieq Awstrijak sostna li m’hemm l-ebda raġuni għaliex l-introduzzjoni tagħha għandha tiġi posposta lil hinn mill-2017.
Is-sigurtà u r-roti kienu s-suġġetti prinċipali li ġew diskussi fiddinja tal-Formula 1 fl-aħħar jiem hekk kif diversi stakeholders qegħdin jagħmlu pressjoni dwar it-tnejn li huma wara numru ta’ staġuni li fihom aspetti oħra, speċjalment il-power units, ingħataw importanza akbar. Testijiet Fejn jidħlu r-roti, il-ġimgħa bdiet b’test fiċ-ċirkwit Paul Ricard, fi Franza, fejn il-Pirelli ppruvaw tyres ġodda għallkundizzjonijiet ta’ xita fuq traċċat li kien imxarrab b’mod artifiċjali. F’dawn it-testijiet ipparteċipaw Vettel u Raikkonen għall-Ferrari, Ricciardo u Kvyat għar-Red Bull u Vandoorne għall-McLaren illi bejniethom koprew aktar minn 650 dawra u 2,300 kilometru. Sabiex ma jkollhomx vantaġġi f ’termini ta’ żvilupp, it-timijiet involuti f ’dan it-test ma tħallewx jimplimentaw bidliet tekniċi ġodda fil-vetturi tagħhom u ma ngħatawx informazzjoni dwar ilkompożizzjoni tar-roti li ntużaw matul il-jumejn ta’ provi. IlPirelli ħabbru li se jkunu qegħdin janalizzaw din l-informazzjoni fil-jiem li ġejjin. Laqgħa importanti
Sadanittant, il-Pirelli ħabbru wkoll illi l-ġimgħa d-dieħla se jospitaw laqgħa malistakeholders prinċipali talFormula 1 fil-kwartieri ġenerali tagħhom fejn se jkunu diskussi l-linji gwida għar-rendiment tarroti għall-2017. Fl-istqarrija tagħhom, il-Pirelli esprimew il-fehma li din il-laqgħa hija essenzjali biex tikkonsolida l-kollaborazzjoni li bdiet is-sena li għaddiet bl-għan li jiġu ddiżinjati roti li jikkumplimentaw ir-riformi tekniċi ppjanati għas-sena d-dieħla. Il-kumpanija Taljana għamlitha ċara s-sena li għaddiet illi ma kinitx f ’pożizzjoni li tipprovdi roti kompettitivi għall-vetturi l-ġodda minħabba l-limitazzjoni kbar li tpoġġew fuq in-numru u l-kwalità ta’ testijiet li setgħu jsiru. Dan l-istat ta’ fatt eventwalment wassal għall-qbil li akkomoda aħjar it-talbiet tal-Pirelli li ngħataw l-opportunità li jagħmlu diversi testijiet f ’kundizzjonijiet differenti. Iridu roti aħjar Is-suġġett tar-roti kien ukoll fost dawk illi rrefera għalihom Alexander Wurz, eks-sewwieq ta’ diversi kategoriji motoristiċi, illi llum huwa ċ-chairman talGrand Prix Drivers’ Association. Dwar din it-tema, Wurz qal illi
Ritorn ta’ Magnussen? s-sewwieqa tal-Formula 1 iridu li jingħataw roti li jippermettulhom isuqu b’mod aggressiv tul medda ta’ diversi dawriet. Dan b’kuntrast ma’ dawk attwali illi jrendu fuq livell ottimali għal ftit dawriet biss. Wieħed irid isemmi li l-ħtija ta’ dan l-istat ta’ fatt ma jistax jitpoġġa kollu fuq il-Pirelli. Meta huma ngħataw il-kuntratt ta’ forniment fl-2011, huma ġew ordnati mill-Formula One Management biex jipprovdu roti b’speċifikazzjonijiet li jġiegħlu lissewwieqa jagħmlu tal-inqas żewġ waqfiet f ’kull tellieqa. Kif wieħed jistenna, dan l-għan intlaħaq billi tnaqqset id-durabilità tar-roti. Dan f ’xi każijiet wassal għal sitwazzjonijiet ta’ periklu bħal dawk li tfaċċaw fl-2013 meta kien hemm diversi inċidenti fejn irroti ċedew b’mod spettakolari. Il-Pirelli ppruvaw jindirizzaw din il-problema kif setgħu minkejja l-limitazzjonijiet li semmejna aktar qabel. Madankollu, Wurz sostna li ħafna sewwieqa qegħdin iħossuhom frustrati li mhumiex jitħallew
isuqu bil-potenzjal sħiħ tagħhom. Huwa qal ukoll li dan ir-riżultat jista’ jintlaħaq mingħajr ma jinħolqu perikli għas-sewwieqa minkejja l-fatt illi huwa pjanat li bejn l-2017 u l-2018 il-vetturi jkunu sa sitt sekondi aktar veloċi f ’kull dawra. F’dan ir-rigward, huwa fakkar li sa ftit tas-snin ilu l-vetturi kienu ferm aktar veloċi u l-fornituri tar-roti ma kellhomx problemi biex jipprovdu roti adegwati. Soluzzjoni fl-2017? Fejn tidħol is-sigurtà, Wurz sostna wkoll illi, f ’laqgħa li kellhom is-sewwieqa tal-Formula 1, kien hemm qbil unanimu dwar il-bżonn urġenti li jiddaħħlu miżuri li jipproteġuhom minn inċidenti simili għal dawk li swew il-ħajja lil Jules Bianchi, li sofra ġrieħi fatali f ’rasu wara impatt li kellu ma’ krejn fil-Gran Premju tal-Ġappun tal-2014. Dan l-inċident ikrah wassal għal dibattitu qawwi dwar miżuri differenti li jistgħu jiġu introdotti biex ras is-sewwieqa jkollha xi tip ta’ lqugħ f ’każijiet simili jew
Fuq nota differenti, xi bnadi talmidja sportiva internazzjonali qegħdin jirrappurtaw illi Kevin Magnussen se jieħu post Pastor Maldonado mar-Renault. Dan ir-rapport għadu ma kienx ikkonfermat, però qiegħed jiġi spekulat illi s-sewwieq Veneżwelan mhux se jirnexxielu jsolvi l-problemi li kellu malisponsor tiegħu PDVSA fil-ħin għall-istaġun li ġej. Fl-aħħar ġimgħat kien qiegħed jiġi rrappurtat li PDVSA, kumpanija statali talVeneżwelana speċjalizzata filproduzzjoni taż-żejt, qegħda tesperjenzi problemi finanzjarji minħabba l-kollass tal-prezz ta’ dan il-prodott. B’konsegwenza ta’ din il-kriżi, hija waqgħet lura fil-pagamenti tagħhom lirRenault illi mill-ewwel bdew ifittxu sewwieq alternattiv għal dan l-istaġun. Din l-alternattiva jidher li se jkun Magnussen illi aktar kmieni dan ix-xahar żar lir-Renault hekk kif kien qiegħed jinnegozja kuntratt biex isir is-sewwieq ta’ riserva tat-tim Franċiż. Madankollu, ilkumplikazzjonijiet li sab ma’ wiċċu Maldonado jista’ jkun li fetħulu l-bibien biex jirritorna filkampjonat wara assenza ta’ sena li matulha kien it-tielet sewwieq tal-McLaren. Huwa mistenni li din issitwazzjoni tiġi ċċarata fit-3 ta’ Frar meta r-Renault se jniedu t-tim il-ġdid tagħhom f ’Pariġi. Sadanittant, għadu mhuwiex magħruf x’se jkun il-futur ta’ Maldonado jekk jitlef postu mar-Renault. Għażliet ftit li xejn għandu għall-2016 għaliex huma biss il-Manor li għadhom ma kkonfermawx min se jsuq magħhom din issena. Madankollu, minħabba l-ambizzjonijiet notevoli li dan ittim għandu għall-2016, wieħed ma jeskludix il-possibbiltà li joffru opportunità lill-Veneżwelan jekk dan jirnexxielu jsolvi l-problemi. li għandu mal-PDVSA.
40 31|01|2016
kullħadd.com
LOKALI
ARA PAĠNA 13
ĦIDMA FAVUR KWALITÀ TA’ ĦAJJA AĦJAR
Stefan Buontempo Segretarju Parlamentari għall-Gvern Lokali
Permezz ta’ din l-inizjattiva, il-kunsilli lokali qed ikomplu jikkonfermaw kemm jaqdu funzjonijiet differenti fil-komunitajiet tagħna
Ħafna drabi ninnota li l-pubbliku jħares lejn il-kunsilli lokali bħala dawk l-entitajiet li nsibu f ’kull belt u raħal minn fejn wieħed imur jiġbor xi karti, permessi, iħallas xi multi, jew jirrapporta xi ħsarat. Irridu niftakru li l-kunsilli lokali jagħmlu xogħol li jmur lil hinn minn kwistjonijiet purament amministrattivi u anke huma involuti fil-qasam soċjali. Nixtieq naqsam magħkom xi ħsibijiet dwar inizjattiva bl-isem Għaqal id-Dar, Ħajja Aħjar, li hija mmirata sabiex jingħata taħriġ prattiku dwar diversi aspetti tal-ħajja ta’ kuljum bil-għan li titjieb ilkwalità ta’ ħajja ta’ min jieħu sehem. It-taħriġ jinkludi tagħrif fuq kif wieħed għandu jqassam il-flus, kif wieħed għandu jippjana xirjiet u tisjir b’mod għaqli li jwassal għal dieta bbilanċjata, kif ukoll kif iżomm id-dar nadifa bl-inqas nefqa possibbli u jagħmel użu aħjar ta’ dawl, ilma u riżorsi oħra. Il-parteċipanti kisbu wkoll tagħrif dwar iddrittijiet tal-persuna kemm bħala impjegat kif ukoll bħala konsumatur u kif wieħed jista’ jiftaħ negozju għal rasu. It-taħriġ qed jingħata mill-għalliema tal-Home Economics u membri talHome Economists in Action, grazzi għall-kollaborazzjoni bejn is-Segretarjat
Parlamentari għall-Gvern Lokali u l-Ministeru għallFamilja u s-Solidarjetà Soċjali. S’issa dan il-kors, li jingħata fuq medda ta’ tliet xhur, ingħata lil 172 persuna f ’10 kunsilli lokali u bħalissa qed jingħata f ’ħames kunsilli lokali. Permezz ta’ din l-inizjattiva, il-kunsilli lokali qed ikomplu jikkonfermaw kemm jaqdu funzjonijiet differenti filkomunitajiet tagħna, fosthom li jkunu kunsill soċjali u li jkunu qalb in-nies għax, wara kollox, qegħdin hemm għas-servizz tan-nies biex itejbulhom ilkwalità tal-ħajja tagħhom. Konsumaturi u azjendi ottimisti li l-ekonomija ser tissaħħaħ Il-Kummissjoni Ewropea xi jiem ilu ppubblikat stħarriġ dwar x’jaħsbu fuq l-ekonomija l-konsumaturi u l-komunità kummerċjali ta’ kull pajjiż. F’pajjiżna, li s’issa suppost għeja jħabbat fuq il-bibien ta’ Brussell biex jitlob bail out, kemm il-konsumaturi kif ukoll il-komunità kummerċjali jidhru li għandhom fiduċja sħiħa fl-andament ekonomiku. Tant hu hekk li, meta mkejjel, dan is-sentiment jidher li huwa 11% ogħla mill-medja talUnjoni Ewropea. Barra minn hekk, dan il-livell irreġistrat f ’Malta huwa t-tieni l-ogħla
livell irreġistrat fiż-Żona Ewro, jiġifieri dawk il-pajjiżi li bħalna jużaw l-ewro bħala munita tagħhom. Fil-fatt, l-istħarriġ talKummissjoni Ewropea fuq kif in-nies jaħsbu li sejra l-ekonomija, il-konsumaturi, jiġifieri inti u jien li mmorru nixtru mill-ħwienet, iħossu li s-sitwazzjoni finanzjarja tagħhom qed titjieb. Tant hu hekk li qed jistennew aktar titjib fix-xhur li ġejjin. Peress li l-konsumaturi huma ottimisti għall-futur tagħhom, dawn jistgħu jonfqu dik innaqra żejda u mhux iqanqċu. B’hekk, aktar ma tikber innefqa fuq il-konsum, jiġifieri aktar ma mmorru nixtru mill-ħwienet, nieklu barra u nixtru servizzi, aktar inkunu qed noħolqu xogħol għal min jaħdem f ’dawn l-oqsma. Dan jixhdu s-sentiment li qed turi l-komunità kummerċjali. Il-bejjiegħa tal-ħwienet kellhom kliem ta’ tifħir peress li fit-tliet xhur li għaddew osservaw attività b’saħħitha. Min-naħa tagħhom, l-operaturi tassettur tas-servizzi kienu fost l-aktar operaturi kummerċjali li wrew ottimiżmu fil-qagħda ekonomika ta’ pajjiżna u filfutur tiegħu. Fil-fatt, dawn sostenw li l-qagħda tagħhom tjiebet tant li qed jistennew li jmorru aħjar fix-xhur li ġejjin,
u mistennija jżidu l-ħaddiema tagħhom. L-operaturi tal-qasam industrijali wkoll urew sentimenti simili; fil-fatt, huma wrew l-intenzjoni li jżidu l-impjiegi. L-istess filqasam tal-bini, hekk kif ġie osservat li fl-aħħar tliet xhur kien hemm titjib fl-attività ta’ kostruzzjoni, u anke dan ilqasam qed juri l-possibbiltà ta’ aktar ħolqien ta’ xogħol. L-istess xejra ġiet osservata wkoll fil-qasam industrijali. Dan kollu juri li t-tkabbir ekonomiku li qed jesperjenza pajjiżna mhux qed imur għand il-ftit, iżda l-ġid qed jitqassam b’mod ekwu ma’ kull faxxa fis-soċjetà. Dan l-istess ġid qed imur lura floperaturi kummerċjali li qed jinnutaw aktar attività, tant li lesti jimpjegaw aktar nies biex b’hekk jerġa’ jinħoloq aktar ġid biex jitqassam mal-familji Maltin u Għawdxin. Dawn l-istess familji qed iħossu li għandhom futur sabiħ quddiemhom, xi ħaġa li ftit jistgħu jagħmluha fl-Unjoni Ewropea. Dan is-sens ta’ ottimiżmu huwa frott ta’ tmexxija ekonomika għaqlija li qed jipprattika dan il-Gvern. Permezz ta’ din it-tmexxija, irrota tal-ekonomija qed iddur tassew u fid-direzzjoni t-tajba, mhux għal ġol-ħajt!