KullHadd_31.07.2016

Page 1

ĦARSA LEJN FEHMIET DIFFERENTI DWAR L-EWTANASJA

www.kullhadd.com Il-Ħadd, 31 ta’ Lulju, 2016

Ara paġna 12

Ħarġa Nru 1,203 Prezz €1

L-AKTAR FDAT FL-EWROPA • TA’ JOSEPH MUSCAT L-AKTAR GVERN LI JGAWDI FIDUĊJA FL-UNJONI EWROPEA • IL-MALTIN KUNTENTI BL-EKONOMIJA U L-QAGĦDA FINANZJARJA TAGĦHOM • IR-RATI TA’ FIDUĊJA JAQBŻU BIL-KBIR DAWK FI ŻMIEN IL-GVERN TAL-PN Ara Paġna 4

LOGĦBA PERIKOLUŻA

BELT KOMPLUTA

• IMĦABBAR PROĠETT GĦAL QABEL TIDĦOL IL-BELT Bil-għan li l-belt kapitali tkompli tingħata d-dinjità li tixirqilha sa minn qabel wieħed jirfes fuq ġewwa tagħha, ilbieraħ tħabbar proġett li se jkun qed jitlesta sal-aħħar tas-sena d-dieħla. Il-proġett għandu l-għan li jagħti dehra ġdida lill-Pjazza tat-Tritoni li se ssir waħda pedonali u jkun irranġat ukoll il-foss li minn spazju mitluq se jinbidel fi spazju fejn jistgħu jmorru l-familji u t-turisti. Ara Paġna 3

• Sentenzi

tal-Qorti jesponu l-aġir ta’ Azzopardi Riċerka li għamlet din il-gazzetta turi kif huma sentenzi tal-Qorti stess li jġibu fix-xejn argumenti tal-Kelliem għall-Ġustizzja tal-Partit Nazzjonalista, Jason Azzopardi, li fl-aħħar ġimgħat ipprova jitfa’ pressjoni mhux xierqa fuq ilqrati Maltin. Dan meta ried ibiddel maġistrat għax hi ekskandidat tal-Partit Laburista u saħansitra ma ddejjaqx jgħid li ma kienx ikollu diffikultà li kieku l-kawża li tinvolvi s-Sindku tar-Rabat Għawdex tinvolvi ekskandidat tal-Partit Nazzjonalista. F’sentenza f ’każ ieħor, il-Qorti ġġib fix-xejn l-argumenti ta’ Azzopardi u persuni legali li tkellmu mal-KullĦadd ikkwotawha bħala prova għaliex l-aġir ta’ Azzopardi huwa perikoluż. Ara Paġna 8

NAQSU BL-ELUF IĊ-ĊITAZZJONIJIET Fl-ewwel seba’ xhur tas-sena naqsu bl-eluf iċ-ċitazzjonijiet u dan jikkonfermah tagħrif li kisbet il-gazzetta KullĦadd. Jirriżulta li disa’ xhur wara li bdiet taħdem l-Aġenzija għall-Infurzar Lokali hemm iktar każi fejn qiegħed jirbaħ is-sens komun u, filwaqt li qed tinżamm id-dixxiplina, kien hemm eluf ta’ każi fejn ma ħarġitx ċitazzjoni li f ’ċirkustanzi oħra x’aktarx kienet toħroġ. Ara Paġna 10


02 31|07|2016

kullhadd.com

LOKALI

JOE MIZZI L-IKTAR MITLUB IWIEĠEB • SILVIO SCHEMBRI U ĊENSU GALEA L-IKTAR LI JISTAQSU

kitba ta’ AYRTON MIFSUD

Hekk kif din il-ġimgħa l-Parlament waqaf għallvaganzi tas-sajf, xieraq li nagħtu ħarsa lejn l-andament tas-seduti u kumitati parlamentari bejn Jannar u Lulju ta’ din is-sena. Kienu seba’ xhur impenjattivi kkaratterizzati minn eluf ta’ mistoqsijiet parlamentari u informazzjoni mogħtija, deċiżjonijiet meħuda u liġijiet implimentati ewlenin, fosthom dawk maħsuba biex jogħlew l-istandards fil-politika. Ma naqsitx riżenja mill-bankijiet talOppożizzjoni u vot ta’ fiduċja fil-Gvern li għandu l-akbar mandat fl-istorja politika ta’ pajjiżna. Ftit ċifri indikattivi Bejn Jannar u Lulju ta’ din is-sena, id-deputati tal-Gvern u l-Oppozizzjoni flimkien staqsew total ta’ 4,796 mistoqsija parlamentari. April kien xahar li matulu ġew impoġġija l-ikbar numru ta’ domandi – 992. Il-Ministru Joe Mizzi kien l-aktar fost ilmembri parlamentari kollha li rċieva mistoqsijiet. Wieħed jassumi li t-Trasport u l-Infrastruttura huma oqsma li jaffettwaw direttament linnies, allura ma tagħtihomx tort li jistaqsu dwar it-triq tagħhom jew ir-rotta talkarozza tal-linja li jużaw huma. L-aktar deputat talGvern li għamel mistoqsijiet

XAHAR

MISTOQSIJIET PARLAMENTARI

Jannar Frar Marzu April Mejju Ġunju Lulju

919 650 603 992 551 719 362

parlamentari kien Silvio li jgawdi minn fiduċja assoluta Schembri, waqt li mill- fil-Parlament. Kienet ixOppożizzjoni kien Ċensu xewqa tal-Oppożizzjoni li Galea. tara x’saħħa għandha din l-amministrazzjoni. Albert Fenech It-Tnejn 18 ta’ April, iljirriżenja minn deputat Kap tal-Oppożizzjoni Simon Nazzjonalista Busuttil ressaq mozzjoni ta’ sfiduċja fil-Gvern, li ġiet Nhar is-Sibt 2 ta’ April, emendata mill-Ministru l-Oppożizzjoni ħabbtet Owen Bonnici għal waħda wiċċha mar-riżenja ta’ ta’ fiduċja fil-Gvern. Wara Albert Fenech minn deputat dibattitu ta’ madwar 13-il parlamentari. Il-Professur siegħa, il-Kamra tad-Deputati Fenech għamilha ċara li approvat il-mozzjoni kif ma kienx possibbli għalih emendata bit-38 vot favur u ikompli fir-rwol tiegħu 31 kontra. ma’ oppożizzjoni li qed L-Erbgħa 4 ta’ Mejju, tikkritika l-proġetti l-ġodda il-Parlament iltaqa’ biex fil-qasam tas-saħħa meta hu jiddiskuti mozzjoni ta’ se jkun qed jokkupa kariga sfiduċja; din id-darba filogħla f ’wieħed minn dawn konfront tal-Ministru l-isptarijiet ġodda li qed isiru Konrad Mizzi, imressqa midbejn il-Gvern u l-privat. Deputata Marlene Farrugia. Kien proprju Karl Gouder Il-mozzjoni m’għaddietx li permezz ta’ elezzjoni b’31 vot favur u 36 kontra. każwali tela’ bħala membru Ftit tal-jiem wara, bi 30 parlamentari minfloku. vot favur u 35 kontra, ilParlament għal darb’oħra Il-Gvern jirbaħ bil-kbir vvota kontra mozzjoni li tliet mozzjonijiet ta’ fittxet iċ-ċensura tal-Prim fiduċja f ’xahrejn Ministru fid-dawl talpożizzjoni li ħa fil-konfront Mhux għax qatt kien hemm taċ-chief of staff tiegħu, dubju, iżda fix-xhur ta’ April Keith Schembri. u Mejju l-Gvern ikkonferma F’dawn is-sigħat twal

ta’ dibattiti parlamentari, l-attendenza tan-nies flIstrangers Gallery għasseduti parlamentari baqgħet iddur fuq l-istess numri ta’ din il-legiżlatura u ta’ qabel, anke jekk kien hemm mozzjonijiet marbutin ma’ voti ta’ fiduċja fil-Gvern u deputati tiegħu. Huma jum il-baġit u d-diskorsi ta’ reazzjonijiet mill-Kap tal-Oppożizzjoni u l-Prim Ministru li baqgħu jiġbdu l-aktar nies lejn ilKamra tar-Rappreżentanti.

Hekk kif matul din illeġiżlatura ġew istitwiti wkoll il-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji u l-Kumitat Permanenti dwar is-Saħħa, nhar it-Tnejn 25 ta’ Lulju għaddiet mozzjoni li welldet Kumitat Permanenti dwar il-Petizzjonijiet. B’hekk, minn issa ’l quddiem, teżisti għodda oħra fejn it-temi importanti tan-nies jistgħu jiksbu appoġġ f ’petizzjoni u jitressqu fl-ogħla istituzzjoni tal-pajjiż.

33 laqgħa fil-Kumitat dwar il-Konsiderazzjoni ta’ Approvati aktar liġijiet Abbozzi tal-Ligijiet favur standards ogħla filpolitika Il-kumitati komplew jingħataw il-pjattaforma Il-Parlament approva wkoll xierqa għad-diskussjoni mal- diversi liġijiet li jwettqu pubbliku. riformi ewlenin biex jogħlew Il-Kumitat dwar il- l-istandards fil-politika. Konsiderazzjoni ta’ Abbozzi L-ewwel jum tas-sena tal-Liġijiet kien l-aktar wieħed mmarka l-bidu tat-tħaddim li ltaqa’ fejn f ’seba’ xhur saru tal-Liġi tal-Finanzjament 33 laqgħa. Sa mit-twaqqif tal-Partiti. Il-Parlament tiegħu fl-1995, dan il-kumitat approva riforma fil-ħatra assuma parti mill-proċedura tal-Ġudikatura li, kuntrarju li jrid jgħaddi minnha kull ta’ kif kien jiġri qabel, ma abbozz ta’ liġi li jitressaq tħalliex il-poter kollu talgħad-diskussjoni. proċess f ’idejn il-Prim L-istatistika turina liema Ministru tal-ġurnata iżda kienu l-aktar seba’ kumitati f ’idejn l-esperti li jridu jagħtu parlamentari attivi bejn parir lill-Prim Ministru, u Jannar u Lulju. Diversi jekk ma jiġix segwit il-parir kumitati ġibdu lejhom irid jingħad pubblikament attendenza tajba, b’mod ċar u tond. speċjali dan l-aħħar fil-laqgħa Ġiet approvata wkoll ilkonġunta bejn il-Kumitat liġi li twaqqaf Awtorità taldwar is-Saħħa, il-Kumitat Artijiet immexxija minn dwar l-Affarijiet Soċjali u bord ta’ gvernaturi li jieħu l-Kumitat dwar il-Familja d-deċiżjonijiet. Anke hawn, fejn ġiet diskussa l-morning mhux iktar kollox f ’idejn ilafter pill. politiċi.


LOKALI

kullhadd.com

31|07|2016 03

IT-TRITONI FIĊ-ĊENTRU TA’ PROĠETT LI SE JIBDEL ID-DAĦLA TAL-BELT Kitba ta’ KELLY PEPLOW Il-funtana tat-Tritoni hija ċ-ċentru ta’ żewġ proġetti mill-isbaħ li se jkunu qed isiru fid-daħla tal-Belt Valletta, biex ix-xogħol li sar fuq ilParlament il-ġdid issa se jkun ikkumplimentat minn daħla xierqa għall-belt kapitali li hija fost l-isbaħ fl-Ewropea. Hemm żewġ proġetti ewlenin li tħabbru lbieraħ filgħaxija mill-Ministru tat-Trasport u l-Infrastruttura Joe Mizzi. Dak tal-foss tad-daħla tal-Belt u l-paviment tal-Pjazza tatTritoni. Il-Funtana tat-Tritoni hija l-attrazzjoni ewlenija tażżona ta’ Putirjal li, għalkemm hija s-sit fejn normalment iż-żgħażagħ jiftiehmu biex jiltaqgħu maġenba, għandha storja rikka warajha, u għalhekk ħaqqha tingħata l-attenzjoni xierqa. Kien proprju fl-1959 li l-iskultur Vincent Apap nieda l-funtana fid-daħla tal-Belt Valletta u, minn dakinhar, saret simbolu tal-belt kapitali. Issa se tkun suġġett ta’ proġett ta’ tisbiħ bħala parti mirriġenerazzjoni tal-Belt Valletta. Proġett li, għalkemm ilu s-snin fuq il-karti, qatt ma nbeda. Ilproġett se jonora dak li l-poplu Malti u Għawdxi għandu għal qalbu, u se jagħti l-glorja lillBelt li se tkun protagonista fuq skala globali fiż-żmien li ġej, b’mod partikolari fl-2018. Dan il-proġett se jara li l-Pjazza tat-Tritoni ssir pjazza pedonali miftuħa għall-pubbliku, bilpedament ikun magħmul millistess ġebla Maltija tal-Bieb talBelt Valletta. Proġett li, skont iċ-Chairman tal-Korporazzjoni għarRiġenerazzjoni tal-Port il-Kbir, Stefan Zrinzo Azzopardi, “se jagħti daħla xierqa lill-

X’INHU L-PJAN? • Il-Pjazza tat-Tritoni ma tibqax ċentru minn fejn jopera belt kapitali mogħnija bi t-trasport pubbliku u ssir pjazza pedonali miftuħa għan-nies storja kbira, arkitettura li tirrappreżenta żminijiet • Iż-żona pedonali fid-daħla tal-Belt tkun mixja waħda mindifferenti; belt li ngħatat u qed naħa tal-Biskuttin fil-Furjana sad-daħla tal-Belt fi spazju tkompli tingħata ħajja ġdida”. miftuħ għall-użu tal-pubbliku Iż-żona miftuħa se tkun qed tirrispetta l-istorja rikka ta’ • Li l-pjazza ssir ċentru għal-laqgħat u attivitajiet soċjali, Malta billi n-naħa tal-foss tad- kulturali u rikreattivi. daħla tal-Belt jinbidel fi ġnien li se jkun imdawwal b’mod li • Toħroġ u tingħata l-importanza storika lis-swar li hemm jsebbaħ l-ispazju kollu. madwar il-pjazza. Għaddej ukoll ftehim bejn l-Università u l-Gvern biex is- • Bżonnijiet meħtieġa madwar il-pjazza se jitħallew, fosthom siġar u l-pjanti li jitħawlu fil- għas-servizz tal-karozzi tal-linja, taxis, karozzini u bżonnijiet ġnien ikunu kollha indiġeni. oħra. Fil-foss se jkunu restawrati wkoll żewġ pontijiet: dak li jagħti għal Triq ir-Repubblika, Madankollu, il-proġett xorta se karozzini għall-konvenjent talu anke dak li fl-antik kien jippermetti spazji ta’ parkeġġ pubbliku li ta’ kuljum iżur iljintuża għall-ferroviji. għall-karozzi tal-linja, taxis u kapitali.

Dan huwa proġett li jsegwi oħrajn li tlestew fi żmien raġonevoli u li taw lura lil Malta l-identità u r-rikezza tagħha, bħall-Forti Sant’Iermu, Triq ir-Repubblika u Pjazza Kastilja, fost oħrajn. Fi kliem il-Ministru għall-Infrastruttura, Joe Mizzi, kollha jsegwu viżjoni ta’ dan il-Gvern. “Gvern li wiegħed li se jkompli proġetti ta’ riabilitazzjoni u restawr biex il-belt kapitali ta’ pajjiżna nagħtuha lura lill-poplu; poplu li huwa kburi li hu Malti,” qal Mizzi. Dawn il-proġetti, li tfasslu wkoll bil-pariri tal-uffiċċju ta’ Renzo Piano, mistennija jkunu lesti sa tmiem is-sena d-dieħla.


04 31|07|2016

kullhadd.com

LOKALI

FIDUĊJA KBIRA FIL-GVERN TA’ MUSCAT • JIKKONFERMA DAN STĦARRIĠ TAL-UNJONI EWROPEA

• L-IKTAR GVERN FDAT FL-EWROPA Il-Gvern Malti huwa l-iktar fdat fl-Unjoni Ewropea u saħansitra l-poplu Malti għandu iktar fiduċja fil-Gvern milli għandu fil-Parlament jew fl-Unjoni Ewropea. Dan irriżulta minn stħarriġ xjentifiku li jsir għall-Unjoni Ewropea magħruf bħala l-Ewrobarometru. Jirriżulta li 55% tal-poplu Malti għandu fiduċja fil-Gvern, filwaqt li hija biss minoranza ta’ 32% li qalet li ma tafdax lillGvern. 13% qalu li ma jafux. Dawn ir-riżultati jikkuntrastaw bil-kbir ma’ dawk fl-Unjoni Ewropea fejn kienu biss 27% taċċittadini li qalu li jafdaw lill-Gvern bi 68% iddikjaraw li le u 5% qalu li ma jafux. Dan jikkuntrasta bil-kbir ukoll mas-sitwazzjoni f ’pajjiżna ftit tas-snin ilu. Fl-2012 kienu 34% biss tal-Maltin li jafdaw lillGvern, mentri 52% kienu sostnew li m’għandhomx fiduċja fih. Jekk wieħed iħares lejn il-fiduċja fil-Parlament nazzjonali jsib li 49% tal-Maltin għandhom fiduċja f ’dan il-Parlament u 36% le; 15% iddikjaraw li ma jafux; 52% wieġbu li għandhom fiduċja fl-Unjoni Ewropea u 29% qalu li le. Il-Maltin għadhom jemmnu li l-immigrazzjoni hija l-iktar kwistjoni li tħassibom, bix-xogħol u l-ekonomija fost l-inqas li jissemmew. Dan f ’riflessjoni tal-qagħda ekonomika tajba f ’pajjiżna, u hawn ukoll ir-riżultat hu differenti mill-bqija talEwropa. Fil-fatt, 80% tal-Maltin qalu li l-ekonomija sejra tajjeb; dikjarazzjoni li għamluha biss 39% tal-Ewropej. Aktar min-nofs tal-Maltin intervistati fl-2012 kienu jħossu li l-ekonomija sejra ħazin. Illum dan il-proporzjon naqas għal 11% biss. Fl-istess ħin, 83% qalu li l-qagħda finanzjarja fid-dar tagħhom hija tajba u 66% taw l-istess tweġiba għax-xogħol tagħhom. Fi stqarrija l-Gvern qal li jilqa’ din l-aħbar u ddeskrivieha bħala konferma tal-ottimiżmu u fiduċja fl-amministrazzjoni ta’ pajjiżna. Il-Gvern sostna r-rieda tiegħu li jkompli bil-ħidma ħalli l-qagħda tal-familji tagħna tkompli titjieb u jkompli jitkattar ilġid.

IT-TANKER TAL-GASS FI TRIQTU LEJN MALTA AKTAR NADIFA • IS-SOLUZZJONI TEMPORANJA QABEL IL-PIPELINE TAL-GASS

Il-Prim Ministru Joseph Muscat jinsab fi triqtu lejn Singapore, mistieden tal-Bumi Armada, il-kumpanija li se tkun qed tipprovdi t-tanker li se jaħżen il-likwidu talgass biex il-power station ta’ Dellimara tibda taħdem bilgass. Din hija waħda mill-aħħar fażijiet biex il-power station li taħdem bl-iktar żejt li jniġġes, il-heavy fuel oil, tibda’ taħdem bil-gass naturali li huwa aktar nadif. Għada t-Tnejn se ssir dik li hija magħrufa bħala ċ-ċerimonja tat-tluq tattanker li se jissemma Armada LNG Mediterrana. Dan ittanker mistenni jasal Malta f ’Settembru li ġej fejn imbagħad isiru l-ewwel testijiet fuq il-power station il-ġdida. It-tanker kien jissupplixxi l-fjuwil qabel ġie konvertit

biex jintuża għall-ħażna tallikwidu tal-gass naturali. Ilkonverżjoni saret fit-Tarzna ta’ Keppel f ’Singapore u bdiet f ’Settembru 2015. Il-livelli ta’ sigurtà li qed tassigura l-Bumi Armada huma fost l-ogħla standards

u dan se jiġi spjegat fid-dettall meta x-xogħol ta’ konverżjoni jkun tlesta fi ftit jiem oħra. Il-bastiment huwa wieħed temporanju għax il-Gvern imbarka fuq proġett biex jikseb fondi Ewropej ħa jkun jista’ jagħmel pipeline tal-gass.

Proġett ieħor li waqa’ lura fi żmien amministrazzjoni tal-Partit Nazzjonalista. Flaħħar xhur kienu qed isiru studji u anke nkisbu fondi mill-Unjoni Ewropea. Iżda, li kieku l-Gvern ikollu jibqa’ jistenna l-pipeline, li l-Gvern tal-PN kien wiegħdu bħala rigal tal-millenju bosta snin ilu, ir-residenti ta’ Marsaxlokk u l-madwar kienu jibqgħu jibilgħu arja li tniġġes. Għalhekk, fil-mument inħasset li din hija l-aħjar soluzzjoni. B’hekk se jkun qed jidħol ukoll fl-aħħar fażi tiegħu l-proġett tal-enerġija talGvern li beda bit-traħħis tal-kontijiet tad-dawl u ilma mal-ewwel sena ta’ Gvern Laburista. Dan il-Gvern imbagħad lesta l-proġett talinterconnector li kien waqa’ ferm lura taħt l-amministrazzjoni

preċedenti u għalaq il-power station tal-Marsa li kienet sors ta’ tniġġis fin-naħa ta’ isfel ta’ Malta. Dan kollu kien qed isir f ’kuntest fejn il-qasam talenerġija ra l-ikbar investiment barrani f ’Malta permezz ta’ Shanghai Electric Power li ssieħbet b’minoranza flEnemalta. Il-wasla tal-floating storage unit se tkun tfisser li jibda jingħalaq l-aħħar kapitlu tal-pjan talenerġija tal-Gvern billi ma jibqax jintuża darba għal dejjem il-heavy fuel oil biex tiġi ġġenerata l-enerġija f ’Malta. F’Singapore, il-Prim Ministru se jkun akkumpanjat millMinistru fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru, Konrad Mizzi; miċChief of Staff fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru, Keith Schembri; u mas-Segretarju Permanenti fl-Uffiċċju talPrim Ministru, Ronald Mizzi.


LOKALI

kullhadd.com

31|07|2016 05

QORTI MODERNA U AĊĊESSIBBLI GĦAL GĦAWDEX LIAM GAUCI liam@kullhadd.com

L-Awtorità tal-Ippjanar din il-ġimgħa tat permess għalliżvilupp ta’ qrati ġodda għallgżira Għawdxija li se jinkludu parkeġġ b’bosta sulari għallpubbliku. Il-bini l-ġdid se jservi wkoll bħala monument tal-arkitettura moderna fi ħdan pjazza pubblika estensiva li se tkun żviluppata fiċ-ċentru tal-belt tar-Rabat. Il-gazzetta KullĦadd tkellmet dwar dan il-proġett ma’ kelliema għall-Ministeru għal Għawdex li spjegat li l-binja eżistenti talQorti qatt ma kienet intiża biex tintuża għal dan l-iskop. Il-qrati attwali fil-fatt mhumiex aċċessibbli għall-persuni bi ħtiġijiet differenti u l-anzjani. Dan minbarra l-fatt li l-ispazji eżistenti mhumiex biżżejjed biex il-pubbliku jinqeda sew fejn jiġu milħuqa l-bżonnijiet mitluba u mistennija minn qorti li għandha taqdi l-funzjonijiet tagħha fiżżminijiet moderni. Għaldaqstant, is-sit għallqrati l-ġodda ġie identifikat wara li sar site selection exercise li sar taħt amministrazzjoni preċedenti kif mitlub fil-Pjan Lokali. B’konsegwenza ta’ dan l-eżerċizzju, is-sit inkwistjoni ġie magħżul wara li ġew meħuda inkonsiderazzjoni diversi siti firRabat. Kien konfermat li s-sit magħżul huwa diġà kommess b’diversi stabbilimenti kummerċjali, qiegħed jintuża bħala parkeġġ pubbliku u fl-istess waqt qiegħed qrib iċ-ċentru tar-Rabat. Kienu dawn ir-raġunijiet prinċipali li fuqhom ġiet ibbażata l-għażla ta’ dan is-sit. L-amministrazzjoni preċedenti, għalkemm identifikat is-sit, għamlet biss application outline u waqfet hemm. Madankollu, kienet din l-amministrazzjoni li ppreparat u ppreżentat il-pjanti għal full development application. Issa li ħareġ il-permess huwa previst li jibda l-proċess tattendering għall-bini ta’ parkeġġ. Mistoqsija x’impatt se jkollu dan il-proġett fuq iż-żona talmadwar, il-kelliema spjegat li l-binja tal-qorti se tkun tokkupa biss 15% taż-żewġ żoni ta’ parkeġġ preżenti. “Prattikament il-parkeġġ ta’ fuq se jkun ilpjazza ta’ quddiem il-Qorti. Din se tkun tista’ tintuża bħala spazju pubbliku. Il-parkeġġ preżenti se jkun rilokat taħt l-art u l-ispazju għall-karozzi jiżdied għal madwar 440 karozza. Ilħolqien ta’ spazji ġodda ta’ parkeġġ hu importanti għax itaffi l-problema eżistenti ta’ nuqqas ta’ spazju għall-vetturi.” Il-kelliema qalet ukoll li l-użu li jkollu l-bini l-antik fil-ġejjieni se jkun deċiż wara li ssir konsultazzjoni wiesgħa biex dan il-bini jinstab l-aħjar użu għalih.


06 31|07|2016

kullhadd.com

LOKALI

IL-QALB MALTIJA GĦADHA TĦABBAT FL-AWSTRALJA! • IKEL MALTI U LINGWA MALTIJA GĦALL-MALTIN FL-AWSTRALJA • MALTIN STRUMENTALI BIEX INBNIET L-AWSTRALJA TAL-LUM • IL-MALTI GĦADU QED JIĠI MGĦALLEM

waħda jridu li l-aħbarijiet ta’ Malta jibqgħu jixxandru regolarment u bil-Malti. Ħafna mill-Maltin li tkellimna magħhom, mhux talli jafu x’inhu jiġri hawn Malta, iżda esprimew ukoll l-opinjonijiet tagħhom fuq diversi suġġetti. Biex nagħti eżempju, kellmuni dwar jekk għandux jinbidel xi kliem flinnu Malti biex ikun aktar adattat maż-żminijiet tal-lum. Hemm interess kbir fiċ-ċittadinanza doppja, speċjalment minn żgħażagħ li qed ifittxu orizzonti ġodda, kemm fl-istudju kif ukoll opportunitajiet ta’ negozju jew xogħol, barra millAwstralja. Għaldaqstant, hemm ħafna interess ukoll minn dixxendenti Maltin fil-pożizzjoni ta’ Malta fl-Ewropa, u fl-Unjoni Ewropea.

Dan l-aħħar l-E.T. il-President ta’ Malta Marie-Louise Coleiro Preca żaret ‘it-tieni’ pajjiż tal-Maltin u l-Għawdxin, dak tal-Awstralja. F’din l-intervista li għamel GLEN FALZON mal-President ta’ Malta naraw kif numru kbir ta’ komunitajiet Maltin mhux biss għadhom jgħożżu l-kultura u l-identità Maltija b’saħħithom kollha, iżda allaħares iffettilek tneħħilhom l-aħbarijiet bil-Malti għax b’rasek idur!

Kemm għadu qawwi s-sens ta’ identità Maltija filkomunitajiet differenti li żort, minkejja li għadda ħafna żmien? Mill-esperjenza tiegħi fl-Awstralja matul dawn l-aħħar jiem, jien rajt kemm il-Maltin u l-Għawdxin li jgħixu flAwstralja għad għandhom sens ta’ identità Maltija, għad għandhom imħabba lejn Malta u dak kollu li hu Malti, u jidentifikaw ruħhom bħala Maltin. Dan deher ċar fil-fatt li, għalkemm ħafna mill-Maltin u l-Għawdxin ilhom jgħixu fl-Awstralja għal bosta snin,

għadhom jitkellmu bil-Malti, għadhom jieklu ikel Malti, u jiltaqgħu fil-klabbs tal-Maltin. Jien ħassejt ukoll li l-ġenerazzjoni żagħżugħa, li kollha twieldu fl-Awstralja, ukoll għandhom sens ta’ identità Maltija, iżda b’mod differenti. Xorta waħda jiftaħru li huma wlied ilMaltin, u jgħidulek minn fejn huma f ’Malta l-ġenituri tagħhom. Ħafna minnhom jiġu Malta biex iżuru lil qrabathom ta’ spiss. Innutajt ukoll li l-ġenerazzjoni żagħżugħa tal-Maltin flAwstralja trid tkun taf aktar dwar Malta, u x’inhu jiġri f ’art missirijietha. Iżda huma jħossuhom li huma Awstraljani, mhux biss

għax twieldu hemm, imma għax integraw sew fis-soċjetà li jgħixu fiha. Jien nemmen li din hija l-bażi tas-suċċess tal-Maltin fl-Awstralja, li rnexxielhom jintegraw f ’soċjetà li, għalkemm hija diversa, hija wkoll inklussiva. Il-Maltin fl-Awstralja llum mhumiex biss wieħed millgruppi etniċi li jgħixu f ’dan il-kontinent, iżda jiffurmaw parti integrali mis-soċjetà Awstraljana. Innutajt jekk ilMaltin tal-Awstralja għadhomx jieħdu interess f ’dak li qed jiġri f ’Malta? Il-Maltin u l-Għawdxin

tal-Awstralja għadhom jieħdu ħafna interess f ’dak kollu li qed jiġri f ’pajjiżna. Dan ilfatt deher ċar mill-mod kif jitkellmu dwar dak li jiġri f ’Malta. Ma’ kull min iltqajna, ġejjin minn kull faxxa tas-soċjetà, kulħadd jara l-aħbarijiet mibgħuta mill-istazzjon nazzjonali Malti u li jidher darbtejn f ’gimgħa fuq stazzjon Awstraljan. Dawn l-aħbarijiet huma mxandra bil-Malti. Illum il-ġurnata, meta l-mezzi tal-komunikazzjoni huma daqshekk avvanzati u l-aħbarijiet jaslu madwar iddinja waqt li jkunu għadhom qed jiġru, kienet esperjenza sabiħa li tara li l-Maltin xorta

Il-figuri politiċi Awstraljani li ltqajt magħhom, x’kellhom x i jgħidu dwar kif ilMaltin integraw ruħhom fis-soċjetà? Il-Maltin kif qed jinvolvu ruħhom fissoċjetà Awstraljana? Ma’ kull minn iltqajt, kemm mexxejja politiċi, mexxejja ta’ soċjetajiet, kif ukoll mexxejja f ’postijiet tax-xogħol, kollha kellhom kliem ta’ tifħir għall-Maltin u l-Għawdxin li jgħixu fl-Awstralja, u d-dixxendenti tagħhom. Forsi l-isbaħ kumment li smajt kemm-il darba kien li l-Maltin u l-Għawdxin kienu strumentali biex inbniet l-Awstralja kif inhi llum. Il-Maltin u l-Għawdxin taw sehemhom fl-isferi kollha tal-


LOKALI

kullhadd.com

ħajja Awstraljana. Fil-fatt, iltqajt ma’ Maltin u Għawdxin li kienu, jew għadhom, filpolitika u fil-Parlament Awstraljan, iltqajt ma’ sindku Maltija, nies li jispeċjalizzaw fil-mediċina, oħrajn fl-IT, fl-edukazzjoni, iltqajt ma’ Maltin u Għawdxin li llum għandhom negozji kbar u importanti għall-ekonomija fl-Awstralja. Hekk kif il-Maltin huma magħrufin għall-bżulija tagħhom, anke fl-Awstralja l-Maltin komplew juru kemm jaħdmu. Kont kburija wkoll meta smajt li l-Maltin fl-Awstralja huma meqjusa bħala nies li jżommu l-paċi; il-paċi bejniethom kif ukoll ilpaċi mal-kumplament tassoċjetà li jgħixu fiha. Dan kollu tassew juri kemm ilMaltin u l-Għawdxin saru parti integrali mis-soċjetà Awstraljana, filwaqt li jkomplu jgħożżu l-identità Maltija. X’qiegħed isir biex jiġu ppriservati aspetti ewlenin tal-kultura tagħna, inkluża l-lingwa, fost ilkomunitajiet Maltin? Il-lingwa Maltija qed tiġi mgħallma f ’numru ta’ skejjel tal-lingwi kif ukoll fi klabbs tal-Maltin. Jien żort waħda minn dawn l-iskejjel u kont impressjonata bit-tfal u ż-żgħażagħ li qed jitgħallmu l-Malti fi ħdan din l-iskola. Hija skola ssussidjata mill-Gvern Awstraljan għattagħlim tal-lingwi etniċi li jinsabu fl-Awstralja u, sa issa, il-lingwa Maltija hija ssussidjata mis-sistema edukattiva tal-pajjiż. L-unika biża’ tal-Maltin ta’ Melbourne, fejn tinsab din l-iskola huwa li, jekk ma jkunx hemm konkorrenza biżżejjed, it-tagħlim tal-Malti ma jibqax ikun issussidjat. Din qed tħasseb lill-Maltin u jridu li jqajmu aktar kuxjenza dwar l-importanza tat-tagħlim tal-Malti bħala parti mill-kultura u identità Maltija. Il-ġenerazzjonijiet il-ġodda Maltin huma interessati fil-kultura u l-identità ta’ Malta, minkejja li twieldu u trabbew l-Awstralja? Jien kelli x-xorti li niltaqa’ ma’ żgħażagħ dixxendenti Maltin fl-istati kollha li żort, fejn tkellmu miegħi dwar l-aspirazzjonijiet tagħhom għall-futur. Bi pjaċir ngħid li Malta baqgħet ċentrali filħsibijiet u l-aspirazzjonijiet tagħhom. Iżda, minn dak li qaluli, l-interess tagħhom huwa aktar minn sempliċiment kultura u identità. L-interess taż-żgħażagħ dixxendenti Maltin illum

31|07|2016 07 il-ġurnata jinfirex fuq ilpossibbiltajiet ta’ studju fl-Università ta’ Malta, u universitajiet oħra fl-Ewropa, fuq bini ta’ negozju bejn l-Ewropa u l-Awstralja, lejn id-drittijiet tagħhom bħala ċittadini ta’ żewg pajjiżi u fuq opportunitajiet li jeżistu għalihom f ’dan il-kuntest uniku. Kont tassew kburija nisma’ żgħażagħ dixxendenti Maltin jitkellmu dwar riċerka li qed jagħmlu huma dwar iċċittadinanza doppja, dwar il-problemi burokratiċi li jiltaqgħu magħhom biex iġibu l-passaport Malti, u dwar affarijiet li jolqtu lilhom fil-ħajja tal-lum. Ħadt ħafna gost nara li ż-żgħażagħ dixxendenti Maltin imxew maż-żminjiet tal-lum f ’kontinent daqshekk kbir u mżejjen b’tant riżorsi u tant opportunitajiet għalihom. Iżda ħadt pjaċir ukoll nara li dawn l-istess żgħażagħ dixxendenti Maltin qed iħarsu mhux biss lejn x’jista’ joffrilhom dan il-pajjiż li adottaw il-ġenituri tagħhom, iżda wkoll qed iħarsu lejn il-bosta opportunitajiet li toffrilhom Malta llum. Naturalment, fejn tidħol il-kultura u l-identità ta’ Malta f ’dak li hu folklor, kien ta’ sodisfazzjon kbir għalija li nara li l-festi Maltin, bil-baned u l-briju li jġibu magħhom, għadhom ħajjin anke qalb ż-żgħażagħ dixxendenti Maltin.

L-ewwel laqgħa maż-żgħażagħ ta’ dixxendenza Maltija fl-Awstralja

Fl-aħħar nett, l-immigranti/iddixxendenti qed jieħdu inizjattivi biex jaqsmu l-kultura tagħna mal-Awstraljani? Id-dixxendenti Maltin u Għawdxin li jgħixu fl-Awstralja llum il-ġurnata huma Awstraljani u integraw sew fis-soċjetà li jgħixu fiha. Jien nemmen li l-fatt li integraw daqshekk tajjeb hija storja ta’ suċċess għallewwel emigranti li marru l-Awstralja. Dawn il-Maltin u l-Għawdxin rrnexxielhom isiru parti integrali minn din is-soċjetà, u rabbew lil uliedhom fi ħdanha. Kienu kapaċi jintegraw u jgħixu l-ħajja tal-pajjiż li għamlu tagħhom. Ma nistax nesprimi l-ferħ li ħassejt kull darba li smajt il-Maltin u l-Għawdxin talAwstralja jkantaw l-Innu Malti, fejn urew li huma, u jibqgħu, tassew Maltin. Iżda daqstant ieħor fraħt kull darba li smajt il-Maltin u l-Għawdxin tal-Awstralija jkantaw l-Innu Awstraljan, fejn taw xhieda li integraw f ’soċjetà inklussiva, u għamlu, u qed jagħmlu, suċċess għalihom u għal familthom, u fl-istess waqt qed jgħixu f ’armonija u fil-paċi bħala poplu wieħed Awstraljan.

Jinqasam kejk għall-okkażjoni taż-żjara tal-President ta’ Malta fi skola tal-Malti f ’Victoria

Il-President ta’ Malta waqt ikla li ġiet organizzata f ’Melbourne


08 31|07|2016

kullhadd.com

LOKALI

MAĦSUDA BL-“INJORANZA” LEGALI TA’ JASON AZZOPARDI • NIES FIL-ĠUDIKATURA MĦASSBA LI L-AĠIR TIEGĦU JISTA’ JOĦLOQ DENI KBIR • KELLIEM TAL-ĠUSTIZZJA MHUX KONXJU TA’ ĠURISPRUDENZA RIĊENTI ALEANDER BALZAN

Jason Azzopardi u Kris qed jidhru għal Samuel Azzopardi, is-Sindku tar-Rabat li nstab ħati li saq taħt l-effett tal-alkoħol u rrifjuta li jagħmel test tannifs. Dan fi proċeduri ta’ libell li Azzopardi fetaħ kontra l-Ministru Anton

aleander.balzan@one.com.mt Busietta

L-aġir tal-kelliem talĠustizzja tal-Partit Nazzjonalista qed ikun meqjus bħala perikoluż minn nies fil-Ġudikatura. Imħallef irtirat ta’ ċertu esperjenza qal mal-gazzetta KullĦadd li l-mod kif fl-aħħar ġimgħat ipprova juża l-politika biex jinfluwenza għażla ta’ ġudikant ħassbet mhux ftit esponenti fis-sistema talġustizzja f ’pajjiżna. Iżda, iktar minn hekk, hemm sentenzi tal-Qorti li jġibu fixxejn l-argumenti legali ta’ Jason Azzopardi. Il-ġudikant irtirat li ma xtaqx jissemma b’ismu biex ma jidħolx f ’kontroversja politika għax, fi kliemu, is-serjetà dejjem talbet li joqgħod bogħod minnha. Qalilna l-passi ta’ Azzopardi juru wkoll ċertu “injoranza legali”. Kien il-ġimgħa li għaddiet li l-Avukat Jason Azzopardi lmenta u talab li kawża li fetaħ is-Sindku tar-Rabat Għawdex, Samuel Azzopardi, ma tinstemax quddiem ilMaġistrat Joanne Vella Cuschieri. Dan għax kienet kandidat tal-Partit Laburista. Meta mistoqsi jekk kienx jagħmel l-istess ilment li kieku l-kawża kienet assenjata lil Paul Coppini, ekskandidat tal-Partit Nazzjonalista, bla mistħija wieġeb li le.

“Il-ġudikant hu għalkollox estranju għallmekkaniżmu li bih kawża tkun assenjata lilu” Refalo b’rabta ma’ kummenti li għamel fuq l-istess każ. L-aġir ta’ Azzopardi, avukat li huwa wkoll kelliem tal-Partit Nazzjonalista għall-ġustizzja, mill-ewwel nissel rabja fost ċerti avukati, fosthom l-Avukat Robert Abela li ddikjara: “Nistenna li l-Kamra talAvukati tieħu pożizzjoni fl-attakk li qed jagħmel ilPartit Nazzjonalista kontra l-Ġudikatura. Il-Kamra ma tistax titkellem selettivament. Għamlet sew u kellha raġun li kkummentat fir-rigward ta’

ċertu kummenti li saru kontra l-Imħallef Lorraine Schembri Orland ricentement. Però, issa ma tistax tibqa’ siekta, inkella tkun qed tnaqqas mill-kredibbiltà tagħha,” kien kiteb Robert Abela. Lorraine Schembri Orland hija ekskandidat tal-Partit Nazzjonalista li ddeċidiet hi l-kawża tas-siġġijiet li fetaħ il-Partit Nazzjonalista. Dikjarazzjoni tal-Imħallef Mark Chetcuti Iżda ma kinux biss osservaturi li għamlu dikjarazzjonijiet dwar dan. Hemm ukoll ħsibijiet espressi mill-Qorti u dan b’mod ċar ħafna. “Missu jaf bihom, jifhimhom u japprezzahom Dr Azzopardi,” qalilna l-ġudikant irtirat li tkellem magħna filwaqt li rreferina għal waħda minn dawn issentenzi. Fit-28 ta’ April li għadda l-Qorti ddeċidiet għar-Rikors Nru 37/2015. Dan b’rabta mal-każ fejn il-vittmi ta’ abbuż f ’Dar San Ġużepp qed jitolbu kumpens finanzjarju. Il-kawża kienet assenjata lill-Imħallef Joseph Micallef, li huwa wkoll President ta’ Radju Marija, u l-vittmi talabbuż oġġezzjonaw għalih. Fid-deċiżjoni tagħha l-Qorti qalet li hu minnu li l-ġustizzja trid tidher li qed issir, iżda sostniet li l-għażla tal-

ġudikant għal kawża ma ssirx mill-ġudikant innifsu. Kien spjegat kif din issir minn mekkaniżmu li jitħaddem mir-Reġistratur talQrati, bla ebda interferenza jew parteċipazzjoni jew konoxxenza minn qabel talistess ġudikant li lilu se tmiss il-kawża. “Il-ġudikant hu għalkollox estranju għall-mekkaniżmu li bih kawża tkun assenjata lilu bl-eċċezzjoni ta’ kawżi specjalizzati,” b’din in partikolari ma taqax f ’tali kategorija. “Id-diċitura ‘ġustizzja trid tidher li qed issir’ m’għandhiex tifsira soġġetiva bħal, pereżempju, parti mhix kuntenta bl-għażla tal-ġudikant,” iddikjara l-Imħallef Mark Chetcuti f ’din is-sentenza. Il-ġustizzja trid tidher li qed isseħħ u għandha tkun miftiehma u espressa filkonkret tagħha u applikata mill-kulleġġ tal-ġudikanti, kien żied l-Imħallef dwar argument li tqajjem ukoll minn Jason Azzopardi meta qal li ma jridx lil Joanne Vella Cuschieri. Fuq kollox, qal l-Imħallef, hu prinċipju importanti li l-ġudikant hu preżunt imparzjali għax l-imparzjalità hi parti intima mill-ġurament tal-ħatra tiegħu. Għalkemm, f ’każ separat, il-Qorti ddikjarat hekk dwar talbiet simili ta’ Jason Azzopardi. “Hemm garanzija li l-ġudikant hu marbut li jagħti biex isostni l-applikazzjoni tal-ġustizzja skont il-liġi, l-ugwaljanza għal kull min jidher quddiemu, u fil-prattika jsaħħaħ id-demokrazija. Li kieku din il-Qorti kellha b’eċċess ta’ kawtela, fil-fehma tagħha, inġustifikata, taċċetta t-teżi tar-rikorrenti (min ried jibdel l-imħallef) dan

ifisser li ġudikant li għandu fehma, kemm politika, kemm reliġjuża, kemm sportiva jew kulturali, u li quddiemu jersqu persuni jew entitajiet ta’ fehma dikjaratament differenti, allura se nispiċċaw bir-riskju li ma ssibx ġudikanti li lesti jiddeċiedu,” qalet ilQorti. Il-Qorti qalet li hemm sitwazzjoni li tista’ tkun agħar minn hekk fejn isir “abbuż mill-partijiet mis-sistema ġudizzjarja jew li addirittura l-għażla ta’ ġudikant b’fehma li tissimpatizza ma’ waħda mill-partijiet fit-twemmin jew fil-politika jew affarijiet oħra, se jispiċċa bilfors jiddeċiedi favur dik il-parti. Il-Qorti fakkret kif ġudikant għandu responsabbiltà akbar u b’obbligu solenni li għalih ikkommetta ruħu b’ġurament, ipoġġi fil-ġenb kull opinjoni jew fehma personali biex b’kuraġġ, b’saħħa u b’kuxjenza safja jqis li ssir ġustizzja safejn tippermettilu l-liġi. Din mhix l-ewwel darba li l-Partit Nazzjonalista ta’ Simon Busuttil ħareġ b’attakk fuq il-Ġudikatura u f ’każ ieħor kien hemm ukoll Jason Azzopardi. Dan meta Azzopardi tressaq il-Qorti minn ċittadin privat u l-Partit Nazzjonalista organizza protesta barra l-Qorti. Aġir ukoll meqjus bħala wieħed li pprova jagħmel pressjoni mhux xierqa fuq il-Ġudikatura, b’kummenti dwar dan saru minn bosta avukati ta’ esperjenza. Ironikament, dawn l-attakki fuq il-Ġudikatura qed isiru fi żmien li l-Gvern ressaq liġi li tibdel il-mod kif jinħatru l-ġudikanti biex ikun hemm iktar kontabbiltà u trasparenza. Bil-għan li l-imħallfin u l-maġistrati jgawdu minn iktar fiduċja.


LOKALI

kullhadd.com

31|07|2016 09

KARBA GĦAL TEKNOLOĠISTI TAL-FARMAĊEWTIKA; XOGĦOL GARANTIT Meta persuna tisma’ blindustrija tal-mediċina, ta’ sikwit taħseb f ’magni li jipproduċu l-mediċini u bosta persuni libsin l-abjad, iżda ftit jaħsbu fil-proċessi li jsiru ta’ kuljum sabiex il-ħtieġa talpazjent tiġi milqugħa. Min jiżviluppa dawn il-proċessi? Min jistudjahom? Naturalment, kull kumpanija għandha t-tim tagħha li jkun magħmul minn bosta professjonijiet, iżda llum ilġurnata qiegħda tikber ilħtieġa ta’ professjonisti li huma speċjalizzati fit-teknoloġija farmaċewtika li huma kapaċi jevalwaw dawn il-proċessi sabiex jiġu żviluppati u mtejba. Dawn il-professjonisti huma magħrufin bħala Teknoloġisti talFarmaċewtika (Pharmaceutical Technologists) u dawn huma l-gradwati tal-Baċellerat fixXjenza bl-unuri fit-Teknoloġija tal-Farmaċewtika (B.Sc. (Hons.) in Pharmaceutical Technology). Kors innovattiv ta’ tliet snin Dan il-kors ta’ tliet snin hu offrut mid-Dipartiment talFarmaċija fil-Fakultà talMediċina u Kirurġija, flUniversità ta’ Malta. Fih, l-istudenti jiġu mgħallma fuq dak kollu li għandu x’jaqsam mal-mediċini, fejn tidħol riċerka, produzzjoni u analiżi, fost oħrajn. Il-kors infetaħ fl-2011 minħabba l-ħtiġijiet talindustrija farmaċewtika li, għalkemm kienu qegħdin jiġu moqdija minn diversi professjonijiet, l-ebda minnhom ma kienet speċifikament iffukata fuq din l-industrija. Għalhekk, il-bżonn ta’ professjonisti b’ħiliet u għarfien fil-proċessi u t-teknoloġija li tintuża f ’dan il-qasam ġie indirizzat. Fuq xiex inhu dan il-kors? L-industrija avviċinat idDipartiment tal-Farmaċija fl-Università ta’ Malta u ġie żviluppat dan il-kors. Il-kors jindirizza l-ħtieġa tal-industrija billi jipprepara l-istudenti sabiex ikunu kapaċi jifhmu, jevalwaw u jindirizzaw kull proċess li jsir f ’dan il-qasam, speċjalment mill-aspett li, iktar ma jmur, il-mediċini qed isiru iżjed kumplessi u jeħtieġu attenzjoni mill-qasam ta’ sigurtà għall-pazjent. B’dan il-għan, l-istudenti jiġu mgħallma bosta suġġetti bħallkimika u l-analiżi farmaċewtika, fejn jiġu diskussi l-prinċipji kimiċi tal-ingredjenti li jintużaw fil-mediċini, il-mikrobijoloġija, fejn l-istudenti jitgħallmu fuq it-tipi ta’ organiżmi mikroskopiċi u kif wieħed jista’

jkabbarhom fil-laboratorju. Ixxjenza tal-qasam regolatorju tiġi indirizzata wkoll sabiex il-gradwati jkunu familjari mal-proċess meħtieġ sabiex mediċina tiġi żviluppata, manifatturata u mwassla għand il-pazjenti skont kif jitolbu l-liġijiet Maltin u Ewropej. Fost is-suġġetti li jiġu mgħallma, wieħed isib ukoll l-assigurazzjoni u l-kontroll tal-kwalità. Dan sabiex jiġi aċċertat li l-prodott li qiegħed jiġi manifatturat huwa skont l-ispeċifikazzjonijiet meħtieġa biex il-pazjent ikun issalvagwardjat. Xogħol mil-lum għal għada Dawn il-gradwati huma versatili u kapaċi jaħdmu f ’kull qasam ta’ din l-industrija, kif ukoll fis-settur pubbliku tas-saħħa bħall-Awtorità tal-Mediċini, Pharmacy of Your Choice, jew fil-prokura tal-mediċini. Fil-qasam tal-industrija tal-farmaċija f ’Malta qed isiru żviluppi b’pass ta’ ġgant u għalhekk hawn ħafna opportunitajiet ta’ xogħol għall-gradwati filPharmaceutical Technology. Diversi azjendi u kumpaniji sikwit javviċinaw idDipartiment tal-Farmaċija u jitolbu ammont kbir ta’ dawn il-gradwati. Tant hu hekk li l-istudenti tal-aħħar sena talkors jibdew l-impjieg tagħhom mill-għada li jispiċċaw il-kors. Id-Dipartiment tal-Farmaċija jikkomunika ma’ dawn ilkumpaniji b’mod regolari u ta’ spiss jingħad li dawn il-gradwati huma ppreparati sew għaxxogħol, grazzi għall-prattiki li jsiru matul it-tliet snin kif ukoll il-placements. Dawn il-placements isiru f ’kull sena tal-kors u, għal tmien ġimgħat sħaħ, l-istudenti jintbagħtu jagħmlu prattika ma’ kumpaniji biex jiltaqgħu ma’ professjonisti oħra u

jesperjenzaw il-ħajja taxxogħol qabel ma jiggradwaw. Ta’ kull sena iżjed u iżjed studenti jiġu mitluba biex jibqgħu jaħdmu malkumpanija fejn attwaw ilplacement tagħhom u ħafna gradwati jkomplu jaħdmu

magħhom matul is-sajf bejn sena skolastika u oħra. Eramus+, Masters u PhD Fl-aħħar sena tal-kors l-istudenti għandhom l-opportunità li jmorru

jistudjaw f ’pajjiż Ewropew, grazzi għall-programm Erasmus+. Dawn l-istudenti jkollhom ċans jesperjenzaw stil ta’ ħajja differenti minn dik lokali, jiltaqgħu ma’ kultura u mentalitajiet diversi, kif ukoll ikomplu jistudjaw f ’università oħra. Wara li jispiċċaw il-kors, ilgradwati għandhom ukoll iċċans li jkomplu jistudjaw, bħal pereżempju Master of Science in Pharmacy jew programmi ta’ Masters oħra biex jibqgħu javvanzaw il-ħiliet u l-karriera tagħhom. Wara l-Masters hemm il-possibbiltà li wieħed ikompli jistudja għal-livell ta’ Dottorat (PhD). Id-domanda għal dawn itteknoloġisti tal-farmaċewtika hi kbira u b’hekk idDipartiment tal-Farmaċija jħeġġeġ lill-istudenti li lestew l-eżamijiet tal-Livell Avvanzat tal-kimika biex japplikaw għal dan il-kors li jwiegħed futur u suċċess fl-industrija talmediċina. Għal iżjed informazzjoni ċempel 2340 2899 jew ibgħat email lil pharmacy.ms@ um.edu.mt


10 31|07|2016

kullhadd.com

AĦBARIJIET

JONQSU BL-ELUF IĊ-ĊITAZZJONIJIET • 209,366 ĊITAZZJONI FL-EWWEL SEBA’ XHUR TAS-SENA • 34,428 INQAS MIS-SENA L-OĦRA

ALEANDER BALZAN Tnaqqis ta’ 34,428 ċitazzjoni Malta u l-Pulizija. L-iktar reġjun fejn jingħataw li kisbet il-gazzetta KullĦadd ċitazzjonijiet huwa dak taċFl-ewwel seba’ xhur tas-sena mill-Aġenzija tal-Infurzar ċentru u jsegwi hemm dak taxkien hemm tnaqqis sostanzjali Lokali juri li fost l-entitajiet fejn Xlokk. Jidher li l-Għawdxin fin-numru ta’ ċitazzjonijiet l-iktar li naqsu ċ-ċitazzjonijiet huma l-iktar bil-għaqal tant li ngħataw mill-gwardjani kien hemm dawk tal-gwardjani li fil-gżira tat-tliet għoljiet lokali. Filwaqt li bejn Jannar u lokali, filwaqt li ċ-ċifri li ingħataw biss 6,527 ċitazzjoni Lulju tas-sena l-oħra ngħataw qed nippubblikaw jinkludu u, jekk noqogħdu fuq dak li 243,794 ċitazzjoni, din is-sena ċitazzjonijiet li ħarġu minn nisimgħu, mhumiex wieħed u ngħataw 209,366 ċitazzjoni. entitajiet oħra bħal Transport tnejn il-Maltin li jagħmlu parti aleander.balzan@one.com.mt fuq is-sena ta’ qabel. Tagħrif

minn din il-lista. Kelliem għall-Ministeru talĠustizzja spjega kif dawn iċċifri huma riżultat ta’ riforma li qiegħda tenfasizza iktar fuq is-sens komun. “Filwaqt li rridu nżommu sens ta’ dixxiplina fit-toroq tagħha, anke minħabba s-sigurtà, kienet ilha tidwi l-karba li hemm bżonn sistema iktar ġusta fejn wieħed ikun megħjun jifhem li żbalja iktar milli bbażata biss fuq il-kastig. Jidher li mexjin lejn dan ilbilanċ fejn, filwaqt li min

jiżbalja b’mod gravi jrid iħallas għal għemilu, min kelma tajba tgħamillu l-ġid tingħażel dik it-triq,” qal il-kelliem. Żied li r-riforma ilha fis-seħħ biss disa’ xhur u għalhekk wieħed ikun qed jagħmel analiżi tagħha fiż-żmien li ġej biex wieħed jifhem fejn irid itejjeb u jsaħħaħ. “Dan se jsir b’konsultazzjoni sħiħa mal-kunsilli lokali li, wara kollox, ħadd ma jaf daqshom x’inhuma l-ħtiġijiet tal-lokalità tagħhhom,” temm jgħid kelliem tal-Ministeru.

SE JREĠĠGĦU L-ARLOGĠ LURA FUQ IL-VILIFIKAZZJONI Qed tikber il-pressjoni filPartit Nazzjonalista biex jekk ikunu fil-Gvern ireġġgħu l-arlogġġ lura dwar ilvilifikazzjoni u l-liġi marbuta maċ-ċensura. Tant li l-Whip tal-Grupp Parlamentari, David Agius, m’eskludix dan meta kien qed jieħu sehem fi programm fuq Radio 101 is-Sibt filgħodu. Agius huwa wieħed mill-iktar persuni qrib Simon Busuttil fil-Partit Nazzjonalista u l-imkejjen tagħhna fissru kif, jekk din qiegħed jgħidha Agius, Busuttil żgur mhux jeskludiha “għax dawn biċċa waħda”. Il-pressjoni biex din tkun filmanifest elettorali tal-Partit Nazzjonalista għall-elezzjoni li jmiss mhux biss qed issir internament minn deputati bħal Jason Azzopardi u Carmelo Mifsud Bonnici iżda anke minn partitarji. Dawn saħansitra użaw il-programmi

fuq ir-radju biex jagħmlu l-ħsieb tagħhom ċar. F’iktar minn programm wieħed fl-aħħar jiem saru appelli f ’dan is-sens għax, ladarba tkellmet l-ewwel waħda, tħajru oħrajn li bdew iċemplu u jaqblu magħha. Ilbidla f ’din il-liġi għaddiet flaħħar ġimgħat bħala parti minn pakkett ta’ riformi fil-liġi taċċensura. Riformi li taw iktar libertà lill-artist u li aġġornaw lil pajjiżna għaż-żmijiet tallum. Fil-fatt, ir-riforma telimina l-vilifikazzjoni tarreliġjon minn att kriminali. Dan ifisser li jekk, pereżempju, wieħed jilbes kostum ta’ qassis fil-karnival, ma jkun qed jikser l-ebda liġi; xi ħaġa li rajna ftit tas-snin ilu fil-Karnival ta’ Għawdex. Madankollu, jibqa’ reat kriminali li tqanqal il-mibegħda jew tinstiga l-vjolenza fuq bażi ta’ reliġjon, orjentazzjoni sesswali u razza.


AĦBARIJIET

kullhadd.com

31|07|2016 11

ID-DIPARTIMENT TAL-MEDICAL IMAGING F’MATER DEI…

INVESTIMENT TA’ €7 MILJUN FL-AĦĦAR SENTEJN F’APPARAT U RIŻORSI Wieħed mid-dipartimenti fl-Isptar Mater Dei li ra rivoluzzjoni f ’dak li għandu x’jaqsam ma’ investiment f ’apparat ġdid u tisħiħ ta’ riżorsi hu d-Dipartiment talMedical Imaging fejn matul l-aħħar sentejn intefqu b’kollox mas-€7 miljun. Dipartiment li rnexxielu jnaqqas il-listi ta’ stennija drastikament bħalma hu l-każ tal-MRI li minn lista ta’ aktar minn sentejn tniżżlet għal madwar tliet xhur. Fost l-apparat li nxtara matul dawn is-sentejn insibu l-angiosuite u s-CT scanner, li kienu inawgurati din il-ġimgħa, apparat ġdid tal-ultrasound, mammography unit kompluta b’apparat biex jittieħdu biopsy u l-MRI 3T li permezz tagħha qed isiru cardiac MRIs fuq pazjenti f ’Malta flok ma jintbagħtu l-Italja kif kienet il-prassi sa ftit xhur ilu. Madankollu, hemm ukoll ix-xiri ta’ software sabiex issistemi kompjuterizzati ta’ dan l-apparat ikunu jistgħu joffru l-aqwa servizz lil-pazjent. Il-Ministru għas-Saħħa Chris Fearne qal li dan huwa biss parti mill-pjan tal-Gvern fejn tidħol is-saħħa pubblika. “Dan hu biss parti mill-pjan tagħna fil-qasam tas-saħħa, liema pjan hu mifrux fuq perjodu ta’ għaxar snin. Dan l-investiment li qed isir fid-Dipartiment talMedical Imaging mhuwiex biss marbut max-xiri tal-aqwa apparat li jeżisti bħalissa fissettur tas-saħħa, imma hu marbut ukoll ma’ investiment qawwi li qed nagħmlu fir-

riżorsi umani li jiffurmaw parti mill-istess Dipartiment.” Fearne spjega li l-Gvern qed jinvesti mal-€5 miljun fit-taħriġ tal-istaff. “It-taħriġ tal-professjonisti li jaħdmu fil-qasam tar-radjoloġija hu wieħed intensiv u se jkun qed jiswiena b’kollox madwar €5 miljun. Permezz ta’ dan l-investiment, numru ta’ radjografi qed jintbagħtu għal taħriġ fl-Ingilterra filwaqt li numru ieħor ta’ radjoloġisti qed jingħataw taħriġ fl-Italja, il-Ġermanja u l-Ingilterra. Ma’ dawn hemm ukoll numru ieħor ta’ medical physicists li wkoll qed jingħataw taħriġ fl-Ingilterra. Irrid inżid ukoll li għadna kemm ħriġna sejħa għal aktar ingaġġ ta’ konsulenti f ’dan idDipartiment.” Tkellem ukoll dwar l-apparat innifsu fejn qal li llum itteknoloġija f ’dan il-qasam qed tippermetti li jsiru eżamijiet mediċi fuq pazjenti u kif ukoll operazzjonijiet. “Illum għandna sptar mgħammar bl-aqwa apparat u dan l-investiment qed iwassal sabiex isiru investigazzjonijiet u djanjosi fuq pazjenti f ’ħinijiet iqsar u b’inqas tbatija. Apparat li hu tant sofistikat li permezz tiegħu, f ’ċerta każijiet, pazjent jista’ jsirlu trattament mingħajr ħafna qsim kif kien isir f ’operazzjonijiet oriġinarjament. Illum għandna dak kollu disponibbli sabiex ilpazjent Malti u Għawdxi jkollu servizz tas-saħħa mil-aqwa,” temm jgħid il-Ministru Chris Fearne.

BIRKIRKARA TIRBAĦ IS-SUSTAINABLE PRACTICES AWARD

Matul l-aħħar snin l-ammont ta’ skart solidu f ’Malta kiber flimkien mat-tkabbir fil-Prodott Domestiku Gross (PDG). Din ir-rabta trid tinqata’, u l-kwantitajiet ta’ skart iġġenerat minħabba żieda fl-attività kummerċjali trid tkun separata (de-coupled) mit-tkabbir fil-PDG. Il-premju Sustainable Practices Award, introdott għall-ewwel darba din is-sena waqt iċ-ċerimonja tal-GreenPak Annual Awards 2016, jippromovi dan il-kunċett modern u sostenibbli. Il-lokalità ta’ Birkirkara rebħet dan l-unur ġdid meta rreġistrat l-akbar ammont ta’ prattiki sostenibbli tal-iskart għall-2015. Ilkwantità ta’ skart miġbur minn Birkirkara fil-boroż is-suwed naqas b’rata impressjonanti ta’ 37%. Fl-istess waqt, ir-riċiklaġġ tal-iskart tal-ippakkjar f ’din il-lokalità żdied għal 45 kilo għal kull ras fis-sena. Dan tħabbar mill-Kap Eżekuttiv tas-Soċjetà Koperattiva GreenPak l-Inġ. Mario Schembri waqt iċ-ċerimonja tal-GreenPak Annual Awards, li saret fi Ġnien is-Serenità f ’Santa Luċija. L-unur ta’ Best Overall Performance kien ippreżentat lill-komunità ta’ Tas-Sliema. Dan l-unur jingħata lil dik il-komunità li tiġbor l-akbar ammont ta’ skart riċiklabbli. Fl-2015, Tas-Sliema rreġistrat żieda ta’ 65% fil-ġbir ta’ materjal riċiklabbli. Il-Kunsill Lokali tal-Mosta rebaħ il-premju Most Responsive Community Award peress li kiseb żieda stabbli ta’ 30% fir-rati ta’ riċiklaġġ wara kampanja ta’ edukazzjoni ta’ xahrejn immexxija minn GreenPak f ’Jannar tal-2015. Il-Kunsill Lokali ta’ Ħal Balzan rebaħ il-premju Most Supportive Locality għall-impenn kontinwu tal-Kunsill biex iħeġġeġ aktar lirresidenti u lill-komunità kummerċjali biex jirriċiklaw aktar. Il-premju Most Glass Collected Award intrebaħ mill-komunità tażŻurrieq.


12 31|07|2016

kullhadd.com

LOKALI

L-EWTANASJA: GĦAŻLA JEW QTIL? GLEN FALZON glen@kullhadd.com Suġġett kontroversjali li jinsab fuq fomm in-nies huwa l-legalizzazzjoni tal-ewtanasja, fejn id-dibattitu attwali qed jittratta s-suwiċidju assistit. Dan is-suġġett saħansitra tela’ wkoll fuq l-aġenda parlamentari l-ġimgħa l-oħra quddiem il-Kumitat għallAffarijiet tal-Familja, fejn instema’ l-appell imqanqal ta’ Joe Magro, persuna li qed tbati mill-kundizzjoni tal-ALS li twassal għal paraliżi totali u saħansitra għall-mewt, fejn iddikjara pubblikament li ma jkollux għażla oħra ħlief li jneħħi ħajtu b’idejh jekk dan id-dritt ma jingħatalux. Din ilġimgħa wkoll, mart Joe Magro, Marlene, f ’isem żewġha u permezz ta’ petizzjoni online, talbet bil-ħniena lill-politiċi biex f ’Malta jkun legalizzat issuwiċidju assistit illum qabel għada. Fid-dawl ta’ dawn l-avvenimenti interessanti, il-gazzetta KullĦadd tkellmet maċ-Chairman talAssoċjazzjoni tal-Umanisti Maltin (MHA) Ramon Casha fejn dan sostna li l-persuna għandha d-dritt tiddeċiedi hi fuq ħajjitha. “Aħna nemmnu ħafna fl-awtonomija talpersuna. Il-ħajja hija ta’ dik il-persuna u l-persuna trid tiddeċiedi dwarha. Ovvjament, irid ikun hemm salvagwardji biex jiġu evitati ċerti abbużi u żbalji,” afferma Casha. Din id-dikjarazzjoni taqbel ma’ dik tal-istess Magro, fejn dan kien sostna li “ħadd ma jista’ jieħu deċiżjoni f ’ismi, int trid tkun li jkollok ir-raġunijiet tiegħek biex tasal toqtol lilek innifsek”. Iċ-Chairman talUmanisti Maltin żied jgħid li għandu jkun hemm qafas ta’ liġi meqjus sew li jippermetti lillpersuna biex tieħu d-deċiżjoni hi b’konsultazzjoni mat-tobba biex jiggwidawha. Permezz ta’ dawn iddikjarazzjonijiet, l-MHA saret l-ewwel għaqda mhux governattiva li, b’mod uffiċjali, iddikjarat ruħha favur issuwiċidju assistit. Dritt b’kontroll mediku

legalizzati. Smajna u qrajna b’nies li għamlu ewtanasja jew suwiċidju assistit għax kienu waħidhom (lonely) jew kellhom problemi mentali. Oħrajn għax ried jgħixu biss sakemm jibqgħu indipendenti. Rajna wkoll tfal b’diżabbiltà li jittieħdu biex jinqatlu millġenituri tagħhom stess. Oħrajn għax kienu qed isofru minn mard terminali. Bżonn ta’ ħafna mħabba u tama għall-pazjent

ħadd għaddej minn episodju temporanju ta’ dipressjoni u jiddeċiedi li jtemm ħajtu dak il-ħin”. Għalkemm l-ebda millpartiti l-kbar għadu ma ħax pożizzjoni fuq dan is-suġġett, l-Alternattiva Demokratika (AD) kif ukoll il-Knisja ddikjaraw li ma jaqblux malewtanasja u s-suwiċidju assistit. Iżda l-AD marret pass aktar minn hekk u qalet li taqbel ma’ testment bijoloġiku, fejn wieħed jista’ jagħżel x’tip ta’ trattamenti u terapija lest li jagħmel u liema mhux lest jagħmel, f ’każ li ma jkunx jista’ jesprimi fehmtu minħabba l-mard. Dan ittestment isir meta wieħed ikun f ’sikktu bi tħejjija għall-mard li jista’ jinqala’. Għad pożizzjoni

m’għandhiex

Eventwalità oħra hija meta jkun hemm persuna li, minħabba xi raġuni jew oħra, tiġi fi stat veġetattiv mil-lum għal għada. F’dan il-każ issuwiċidju assistit japplika? Jekk iva, min għandu jiddeċiedi għal din il-persuna? Il-familjari tagħha jew it-tobba? Jew ittnejn flimkien? Mitlub jikkummenta dwar din l-eventwalità, Casha stqarr li l-għaqda li jmexxi hu għadha ma ħaditx deċiżjoni dwar dan u għalhekk jeħtieġ li, qabel ma jkun hemm pożizzjoni uffiċjali, għandhom isiru aktar taħditiet u diskussjonijiet fuq każijiet delikati u speċifiċi bħal dawn fi ħdan l-istess għaqda nongovernattiva.

Ta’ min jgħid li, għalkemm sottili, hemm differenza bejn l-ewtanasja u s-suwiċidju assistit. Dan għax l-ewtanasja tkopri kull tip ta’ mewt assistita anke, pereżempju, meta l-persuna tkun fi stat veġetattiv u ma tistax tiddeċiedi, filwaqt li s-suwiċidju assistit huwa talba li ssir dejjem mill-persuna kkonċernata, bħalma hu l-każ tal-familja Magro. Madankollu, Casha għamilha ċara li dan id-dritt għandu jiġi eżerċitat b’kontroll “Il-moralità qed tissaħħaħ” mediku u ma japplikax fejn “pereżempju, ikun hemm xi Dikjarazzjoni bħal din żgur

ta’ kura malajr, u jiddeċiedi jistenniex jew le,” temm jgħid iċ-Chairman tal-Umanisti Maltin. “Assolutament ma naqblux”

mhux se tinżel tajjeb ma’ dawk il-persuni li jemmu filmoralità u fl-għażla ta’ bejn dak li hu tajjeb u dak li hu ħażin. Mistoqsi dwar dan u l-pożizzjoni li ħadu l-Umanisti Maltin, jekk il-moralità hux qed tingħata l-ġenb wisq fissoċjetà, Casha sostna li, anzi, il-każ huwa pjuttost il-kontra. “Naħseb li l-moralità f ’pajjiżna qed tiġi elevata u msaħħa. Li qed jiġri huwa li qed nagħrfu li l-moralità mhix ġejja minn xi twemmin reliġjuż antik, imma minn prinċipji umanisti ta’ kompassjoni u empatija. Din moralità ħajja, però xi ftit ġdida għalina,” sostna Casha. Ix-xjenza mhux soluzzjoni

dejjem

Bħala għaqda li temmen ħafna fix-xjenza u l-avvanzi teknoloġiċi, staqsejna wkoll jekk, f ’każijiet bħal dawn, ikunx aħjar li minflok ilpersuna kkonċernata tiddeċiedi hi fuq ħajjitha, inkomplu niżviluppaw ixxjenza biex jinstabu aktar kuri għal mard varju. Iffaċċjat b’din il-mistoqsija, Casha rrikonoxxa li t-tnejn iridu jsiru, imma x-xjenza mhux dejjem tagħti soluzzjoni mil-lum għal għada. “Min qed ibati jrid jara x’tama hemm

Intant, din il-gazzetta ħadet ir-reazzjoni wkoll tal-Life Network Foundation Malta fejn Dr Miriam Sciberras, iċChairman ta’ din l-għaqda nongovernattiva, qalet: “Aħna ma naqblux assolutament u fl-ebda każ m’għandu jkun hemm l-ewtanasja u s-suwiċidju assistit.” Qalet li l-ħajja tal-bniedem hija don u rigal f ’kull stadju tagħha. Il-ħajja tibda millkonċepiment u tispiċċa malmewt naturali tal-bniedem. Id-dritt tal-ħajja huwa filfatt dritt fundamentali talbniedem. Il-ħajja f ’kull stadju tagħha għandha valur u dinjità u għandha tkun protetta. Kull darba li l-bniedem jieħu kontroll fuq il-ħajja jew ilmewt jirriżulta f ’abbuż u konsegwenzi koroh, anke fejn fil-bidu l-prinċipju seta’ kien bi skop tajjeb. Żiedet tgħid li l-ewtanasja u s-suwiċidju assistit huma żewġ modi ta’ kif wieħed jista’ jagħżel jew jiddeċiedi hu jew xi ħadd għan-nom tiegħu meta jmut, ovvjament fejn dawn il-metodi huma

Hawnhekk tajjeb nagħmlu differenza ċara bejn ‘killing’ u ‘letting die’. Miżuri li jkunu ta’ tbatija żejda fl-aħħar ħinijiet tal-ħajja għandhom jiġu evitati. Għalkemm hemm min jista’ jagħmel każ li jrid imut, għax ikun qed ibati jew iħoss li mhux qed jgħix b’mod indipendenti, jew għal raġunijiet oħrajn, ħafna drabi din tkun karba mill-qalb, ta’ biża’, għal dak li jaħseb li jkun ġej fuqu. Hawnhekk importanti ħafna li l-pazjent ikun akkumpanjat u mhux imħolli waħdu. Isservizzi ta’ sapport, inkluż il-hospice care lilu u lil dawk qrib tiegħu, huwa essenzjali għal pazjent f ’dak l-istat. Medikament għandu jkun ikkurat kemm jista’ jkun bi mħabba u b’mediċini li jtaffu l-uġigħ. “Fil-kura tal-pazjent, fl-aħħar jiem tal-ħajja, dan ikollu bżonn ta’ ħafna mħabba u tama. Aħna, bħala pajjiż, għandna naraw li kemm jista’ jkun dejjem ikollna servizzi tajbin ta’ hospice flimkien ma’ kull tip ta’ sapport li jkollha bżonn il-familja kollha fl-aħħar jiem tal-ħajja,” temmet tgħid Dr Sciberras. M’hemmx banaliżmu partiġġjana

lok għal u politika

Fl-aħħar nett, is-soċjologu Michael Briguglio sostna li bħala professjonista jemmen li jekk u meta tiġi diskussa l-policy dwar dan is-suġġett, għandha tingħata importantza ekwivalenti lid-drittijiet, ilħarsien u d-dinjità tal-persuna, ir-responsabbiltajiet soċjali u l-etika. “Nemmen li s-soċjetà għandha turi empatija ma’ persuni f ’din is-sitwazzjoni u li tipprova tifhem ir-realtajiet li qegħdin ngħixu fihom.” F’appell imqanqal lillParlament u lis-soċjetà ċivili, Briguglio enfasizza biex issir diskussjoni matura mingħajr ma s-suġġett ikun ibbanalizzat u mingħajr ma jitpoġġew slogans għaġġelin, politika partiġġjana jew fundamentaliżmu ideoloġiku qabel id-djalogu. “Għalhekk, jien qed nappoġġa l-petizzjoni mressqa minn mart Joe Magro f ’dan ir-rigward,” temm jgħid Briguglio.


EDITORJAL

kullhadd.com

31|07|2016 13

www.kullhadd.com agħmel kuntatt magħna KullĦadd, Ċentru Nazzjonali Laburista, Triq Mile End, il-Ħamrun, ĦMR 1717 editorial@kullhadd.com |+ 356 2090 1411

EDITUR Aleander Balzan aleander.balzan@one.com.mt +356 2568 2230

ĠURNALISTI Liam Gauci liam@kullhadd.com +356 2090 1413

Glen Falzon glen@kullhadd.com

SALES U DISTRIBUZZJONI

DISINN TAL-GAZZETTA

Alan Saliba sales@kullhadd.com +356 2090 1520

Leanne Grech

HEKK LE! Erġajna b’dibattitu ieħor. Din id-darba dak marbut malmorning after pill. Ħafna jħossu li dan huwa dibattitu inutli għax qed nitkellmu fuq dak li diġà jsir anke jekk taħt forom oħra. Għalissa mhux se nidħlu filmertu ta’ x’għandu jsir. Jekk hawn parti mis-soċjetà li tħoss li għandha tiddiskuti, m’għadna xejn kontra. Għalkemm dan ngħiduh flistess ħin li rridu nagħmluha ċara li, bħalma ġara f ’każijiet oħra, d-deċiżjonijiet iridu jittieħdu. Però, ladarba hawn min irid jiddibatti, ħa niddibattu. Segwejna t-tliet laqgħat quddiem il-Kumitat tal-Familja u l-Kumitat għall-Affarijiet Soċjali tal-Parlament u n-numru sostanzjali ta’ stqarrijiet li ħarġu fl-aħħar ġimgħat. Għal mument id-diskussjoni dehret iddur fuq il-fatt jekk il-morning after pill

hijiex abortiva jew le. L-esperti, professuri wieħed wara l-ieħor, indikaw li sal-lum m’hemm ebda prova li din hija pillola abortiva. Iktar minn hekk, għamluha ċara li llum diġà teżisti alternattiva oħra li tista’ tinxtara mingħajr ebda preskrizzjoni tat-tobba u li jekk tittieħed f ’ammonti kbar f ’daqqa jkollha l-istess effetti. Il-Professur Pierre Mallia qal li ma jsibx problema jekk xi ħadd jitolbu din il-pillola fi stadju bikri. Dan il-kumment ġibed l-attenzjoni għax il-Professur Mallia huwa fost l-aktar professuri kkwotati fuq dan issuġġett peress li talab rapport definittiv. Però, mhuwiex dan li impressjonana l-iktar, jew aħjar, dejjaqna. Fil-laqgħa tkellmu r-rappreżentanti tal-Life Network. Fl-intervent tagħhom in-nies tal-Life Network għamlu l-argument tagħhom kontra l-morning after pill b’saħħa u b’kull mod. Fosthom qalu li għax

f ’pajjiżi oħra hemm il-morning after pill qed jintuża inqas ilkondom u, skont huma, żdied il-mard trażmess sesswalment. Skont kelliema tal-Life Network, bil-morning after pill jiżdied ukoll l-abort. Argument ftit illoġiku ladarba l-pillola tintuża biex ma jkunx hemm bidu ta’ tqala. Membri tal-istess Network akkużaw ukoll lill-World Health Organization li għandha bias fil-konklużjonijiet tagħha. Fi ftit kliem, kienet attitudni ta’ ‘kulħadd ħażin minbarra huma’. Attitudni ta’ verità waħda u talassolut. Attitudni li fakkritna f ’dibattiti oħra; dawk ta’ qabel daħal id-divorzju f ’pajjiżna fejn kienu jgħidulna li b’sempliċi bidla f ’liġi l-irġiel se jitilqu lil marthom għax ma tkunx għadha rqiqa biżżejjed. Jew dawk ta’ qabel daħlet l-unjoni ċivili, illiġi li tat drittijiet lil persuni omosesswali f ’relazzjoni l-istess drittijiet ta’ koppja miżżewġa. Kemm beżgħu bl-adozzjonijiet

u li se nħawdu s-soċjetà! Sallum kellna approvazzjoni ta’ adozzjoni waħda, wara proċess twil. Il-koppja li għamlet din l-adozzjoni tat l-ikbar eżempju meta adottaw tifel b’diżabbiltà bil-għan li jagħtuh ġejjieni aħjar mimli mħabba u anke opportunitajiet. Dawk li f ’pajjiżna jqumu biex ikunu kontra kull darba li tkun proposta bidla fil-mod kif naħsbu u naħdmu bħala soċjetà, iridu jżommu waħda f ’moħħhom: il-poplu nbidel. Filwaqt li għandhom kull dritt jagħmlu l-argumenti tagħhom, u naqblu li ċerti deċiżjonijiet jeħtieġu diskussjoni u dibattitu, dan il-pajjiż inbidel fil-mod kif jaħseb. Il-ktajjen tal-biża’ ilhom li nqatgħu u żgur mhux se jerġgħu jintrabtu f ’dibattitu fuq sempliċi pillola li, kif qalu l-esperti diġà, għandna għażla ta’ affarijiet oħra blistess effetti tagħha.

TRASPARENZA, EFFIĊJENZA U KONTABBILTÀ

Bryony Bartolo Segretarja Ġenerali FŻL

Dan il-Gvern ħadem ħafna għal aktar kontabbiltà fil-qasam tal-Ġustizzja permezz tal-Kodiċi tal-Etika għall-Ġudikatura

Trasparenza, effiċjenza u kontabbiltà – tliet kelmiet li f ’dawn l-aħħar tliet snin smajna ħafna fuqhom u rajna t-tifsira tagħhom tiġi attwata mhux biss bil-kliem iżda wkoll bil-fatti; xi ħaġa li ma tantx konna mdorrijin biha qabel. Fil-qasam tal-Ġustizzja dawn it-tliet kelmiet huma importanti ħafna. Dan minħabba li dan is-settur huwa wieħed mill-pilastri ta’ soċjetà demokratika li jħaddan il-valur ta’ trasparenza u kontabbiltà li jwasslu l-pubbliku inġenerali biex ikollu fiduċja sħiħa f ’dan is-settur. Huwa settur importanti li joffri bilanċ fis-soċjetà. Huwa għalhekk li f ’dawn l-aħħar tliet snin Gvern Laburista ħadem bissħiħ favur miżuri li jkomplu jtejbu dan il-qasam. F’dawn l-aħħar jiem, irriforma kostituzzjonali kienet waħda importanti ħafna; l-ewwel waħda ta’ din ix-xorta wara tletin sena. Permezz ta’ din ir-riforma, issa se jkun hemm aktar trasparenza kif jiġu maħtura l-ġudikanti. Dan hekk kif sottokumitat

fi ħdan il-Kummissjoni għall-Amministrazzjoni talĠustizzja, kompost minn ħames persuni indipendenti u l-President tal-Kamra tal-Avukati, se jkun qed jagħti parir fuq il-mertu u l-kompetenza ta’ kull avukat li jissottometi l-espressjoni ta’ interess sabiex jifforma parti mill-Ġudikatura. Għalkemm il-Gvern jista’ ma jaqbilx mal-għażla ta’ dan il-kumitat, f ’każijiet bħal dawn irid jagħti raġuni għaliex mhux se jimxi mal-parir tas-sottokumitat. Dan il-Gvern ħadem ħafna għal aktar kontabbiltà filqasam tal-Ġustizzja permezz tal-Kodiċi tal-Etika għallĠudikatura. Din il-kontabbiltà se tkompli tissaħħaħ bilkumitat ta’ dixxiplina li se jkun kompost minn imħallfin u maġistrati magħżulin millĠudikatura stess sabiex jieħdu passi dixxiplinarji meta jinġiebu akkużi ta’ ksur ta’ etika mill-Ministru għallĠustizzja jew mill-Prim Imħallef. Dan il-kumitat jista’ jieħu diversi miżuri f ’każ ta’ xi nuqqas, bil-miżuri jvarjaw

skont il-gravità tan-nuqqas. Fil-fatt, fejn qabel maġistrat jew imħallef seta’ biss jitneħħa wara qbil ta’ żewġ terzi talKamra tad-Deputati f ’każ ta’ inkapaċità biex jaqdi r-rwol tiegħu jew imġiba ħażina, issa, jekk ikun hemm nuqqas żgħir iżda li xorta jmur kontra l-Kodiċi tal-etika, l-imħallef jew maġistrat jista’ jingħata twissija jew inkella multa li tammonta għal 10% tassalarju annwali. Din tawgura tajjeb għal Ġudikatura aktar responsabbli lejn il-Kodici tal-Etika. L-effiċjenza tal-qrati huwa punt ieħor kruċjali f ’dan ilqasam; fattur li qed ikompli miexi dejjem għall-aħjar taħt dan il-Gvern. Iżda biex din l-effiċjenza titħares, ġie mniedi charter taċ-ċittadini li jagħmlu użu mill-qrati ta’ Malta. Fih jiġbor informazzjoni dwar il-proċess ġudizzjarju filqrati u fejn wieħed jista’ jagħmel l-ilment tiegħu f ’każ li l-istandards ma jintlaħqux. Iċ-charter jinkludi wkoll lista ta’ drittijiet li għandu akkużat meta jkun taħt arrest. Dan fid-

dawl li, fl-2014, dan il-Gvern kompla jsaħħaħ id-drittijiet tal-akkużat u tas-suspettat flisforzi favur iktar trasparenza u kontabbiltà mill-awtoritajiet. L-effiċjenza tal-qrati Maltin qed tiżdied bil-fatti. Fil-fatt, statistika li ħarġet jiem ilu turi kif fil-Qorti Ċivili, flewwel sitt xhur tas-sena 2016, gie ddikjarat l-inqas rata ta’ każijiet f ’dawn l-aħħar 16-il sena. Barra minn hekk, filqrati kriminali wkoll kien hemm titjib hekk kif fl-aħħar tliet snin rajna tnaqqis ta’ każijiet pendenti. Meta wieħed iħares lejn issnin preċedenti jara li saru avvanzi kbar f ’dawn l-aħħar tliet snin. Dan ma jfissirx li wieħed jista’ jieqaf hawn. Żgur li fadal ħafna xi jsir. Madankollu, dan kollu juri li dan il-Gvern huwa garanzija li fil-qasam tal-qrati u talĠustizzja se jsiru t-tibdiliet meħtieġa għal sistema aktar trasparenti, kontabbli u effiċjenti, kemm għal min jaħdem fiha kif ukoll għaċċittadin li jkollu bżonn isservizz tal-qrati.


kullhadd. com

14 31|07|2016

BIRŻEBBUĠA POŻITTIVA

Sur Editur, Il-ġimgħa li għaddiet il-Prim Ministru ħabbar li hu mhux favur l-estensjoni tal-Port Ħieles fuq in-naħa tar-residenti. Ma nistax ma nfakkarx li, fi żmien amministrazzjoni preċedenti, permessi ta’ estensjonijiet kienu jinħarġu mingħajr ebda ħsieb ta’ kif se jintlaqtu (b’mod negattiv) irresidenti ta’ Birżebbuġa. Ftit li xejn konna ningħataw widen minkejja bosta sforzi biex isir studju fuq l-impatt soċjali. Impatt li mhux biss iħalli effett fuq dawk li joqogħdu fil-viċinanzi, imma anke dawk li joqogħdu ftit ’il bogħod lejn in-naħat tal-Qajjenza. Tajjeb li wieħed jirrifletti fuq kemm jista’ jħalli impatt negattiv fuq il-ħajja

soċjali ta’ dawk li joqogħdu f ’Birżebbuġa: il-valur talproprjetà naqas; tfal li trabbew fil-komunità ta’ Birżebbuġa lanqas biss jgħaddilhom minn rashom li jibqgħu jgħixu f ’Birżebbuġa; tniġġis tal-arja, baħar, storbju u sa ftit tas-snin ilu anke tniġġis ta’ dawl (billejl). Dawn il-fatturi kollha msemmija wasslu sabiex matul is-snin saret bidla ta’ nies li raw Birżebbuġa bħala alternattiva oħra għal irħula bi proprjetà bi prezz irħis ikkumparat ma’ rħula tal-istess żona. Nies li ħafna minnhom għandhom kulturi differenti minn dik li konna mdorrijin ngħixu fiha aħna. Dan affettwa għax beda jintilef is-sens ta’ komunità u li fiċ-ċirkustanzi attira ċertu mġiba.

B’hekk irridu nħarsu ’l quddiem u naraw kif nistgħu noħolqu bilanċ għal din issitwazzjoni li nħolqot u kompliet tikber minħabba li Birżebbuġa ġiet ittimbrata bħala raħal tal-industrija. Il-mira li għandu dan ilGvern hija li jwettaq proġetti li kienu ilhom snin imwiegħda fir-raħal tagħna, iżda li Gvern Nazzjonalista qatt ma ħa interess biex jimplimenta bħallpitch tal-waterpolo, grawnd talfutbol, il-promenade tal-Qajjenza, l-għeluq tal-impjant tal-gass filQajjenza u l-applikazzjoni biex jingħalaq l-impjant 31 ta’ Marzu (magħruf bħala tax-Shell) li l-istess tankijiet huma ftit metri ’l bogħod mir-residenzi. Allura wieħed jistaqsi: għalfejn il-Partit Nazzjonalista mhu qed isemmi xejn? Ma jridx li joħloq preċedent biex meta xi darba jkun fil-Gvern jibqa’ għaddej minn fuqna bħal romblu bħalma għamlulna fil-passat? Politiku li kapaċi jmexxi jkollu viżjoni u jkun kapaċi joħloq bilanċ bejn ir-residenti tar-raħal u t-tkabbir ekonomiku, bħalma wera l-PM Dr Joseph Muscat. GVERN LI JIFHIMNA, BIRŻEBBUĠA

L-EWTANASJA

X’WETTAQ IL-GVERN… SENA ILU Informazzjoni miġbura minn EMANUEL CUSCHIERI 25 ta’ Lulju L-aġenzija internazzjonali Standard & Poors bassret li l-ekonomija Maltija kellha tikber b’rata aktar mgħaġġla minn dik taż-Żona Ewro

26 ta’ Lulju

Ġie deċiż li titwaqqaf Awtorità għall-Ambjent u Awtorità għall-Ippjanar

27 ta’ Lulju

Tneħħew it-tankijiet tal-gass mill-Qajjenza

28 ta’ Lulju

Ġiet reġistrata żieda ta’ 5.1% finnumru ta’ passiġieri li qasmu bejn Malta u Għawdex bil-vapuri tal-Gozo Channel

29 ta’ Lulju

Ġie deċiż li jiġi rranġat l-Isptar Monte Carmeli

Sur Editur, L-isqfijiet ta’ Malta u Għawdex urew biċ-ċar li ma jaqblux mal-ewtanasja meta kitbu lill-membri tal-Parlament riċentament. Għandhom raġun. Liema persuna “midħla tal-knisja sew” se taqbel malatt infami ta’ bniedem li jneħħi l-ħajja ta’ bniedem ieħor avolja dan tal-aħħar ikun agunija bluġigħ. Dan ċertament mhux pjan t’Alla, li wieħed ineħħi l-ħajja ta’ ieħor. Aħna, bħala Kristjani ferventi, ġejna mgħallma li l-ħajja u l-mewt huma f ’idejn Alla, allura kif nistgħu aħna stess nilagħbuha ta’ Alla? Mhux faċli tara maħbub jew maħbuba tiegħek fl-aħħar stadju ta’ ħajtu jew ħajjitha tokrob bl-uġigħ, iżda ma nistgħu nagħmlu xejn

ħlief nitolbu li Alla ikun ħanin ma’ din il-persuna u jeħodha miegħu fil-glorja tal-Ġenna. Sa hemm biss għandna dritt naslu, affarjiet oħra lanqas għandna dritt nimaġinawhom aħseb u ara nattwawhom. Nitkellem hekk għax għaddejt minn storja simili u mhux qed nikteb fuq xi ħaġa li ma naf xejn fuqha. Kif għedt aktar qabel hija iebsa; ikollok aptit ‘toqtol’ il-persuna magħdura int, imma Alla ħares noqogħdu nimxu fuq dak li jkollna aptit nagħmlu. U sa fejn tasal din tal-ewtanasja? Bniedem inkapaċitat għall-aħħar intitolat għal ewtanasja wkoll? Mhux ukoll ħafna drabi jkun muġugħ? Fejn tibda din talewtanasja u fejn tispiċċa? Jekk f ’Malta Alla ħares qatt tidħol din tal-ewtanasja, anke dawk

b’dipressjoni severa bħal bipolar depression ikunu kandidati għal dan l-att li jien qatt ma nista’ naqbel miegħu, għax ħafna drabi jkunu mdejqin? L-isqfijiet ta’ Malta u Għawdex għandhom raġun biex ibigħu dwar l-ewtanasja. Il-Knisja tippromovi l-ħajja mhux il-mewt li wieħed jimponi fuq l-ieħor. Dawn l-affarjiet mhux ta’ jdejna imma ta’ min ħalaqna. Ta’ min għallimna: “Ejjew ħdejja intom li tinsabu imtaqqlin u jien inserraħkom.” Il-bniedem imsejken li jkun imtaqqal bluġigħ irid idur lejn Alla għax hu biss jista’ jserraħna. Filverità, ma nistgħu nagħmlu xejn aktar! VALERIE BORG, IL-BELT VALLETTA

ITTRI

30 ta’ Lulju Ġie deċiż li jingħata stipendju addizzjonali fis-sajf għall-apprentisti tal-MCAST – stipendju addizzjonali ta’ kważi €233 fix-xahar

31 ta’ Lulju

Ġie reġistrat tkabbir ta’ 12% fis-servizzi finanzjarji


TA’ BARRA

kullhadd.com

31|07|2016 15

KIENET KONVINĊENTI BIŻŻEJJED? LIAM GAUCI liam@kullhadd.com

Din il-ġimgħa l-attenzjoni ta’ kull min isegwi x-xena politika Amerikana kienet fuq il-Konvenzjoni tal-Partit Demokratiku li ltaqgħet biex tapprova n-nominazzjoni talkandidat li se jirrappreżenta lil dan il-partit fl-elezzjoni presidenzjali ta’ Novembru li ġej. Fil-verità, l-għażla ta’ Hillary Clinton kienet ċara hekk kif l-aħħar avversarju tagħha, Bernie Sanders, kien irtira ftit tal-jiem qabel. Madankollu, kien fatt magħruf li kien għad hemm element kbir fi ħdan id-Demokratiċi li baqa’ jirreżisti n-nominazzjoni tagħha għal raġunijiet diversi. Għaldaqstant, kien hemm kurżità kbira dwar jekk il-kelliema Demokratiċi jirnexxilhomx jgħaqqdu lillpartit wara Clinton sal-aħħar tal-Konvenzjoni jew jispiċċawx jiggravaw it-tensjonijiet li diġà jeżistu. Id f ’id Fost l-aktar espressjonijiet ta’ appoġġ mistennija kien hemm dak ta’ Sanders stess li ħeġġeġ lis-sostenituri tiegħu biex jgħinu lil Clinton tasal sal-White House fl-elezzjoni ta’ Novembru li ġej. Huwa fakkar li hu u s-sostenituri tiegħu bdew il-kampanja blgħan li jagħmlu bidla kbira fil-politika Amerikana. Għalih din il-bidla seħħet hekk kif hu u Clinton ftiehmu fuq programm elettorali li, filfehma tiegħu, huwa l-aktar wieħed progressiv li qatt kellu l-Partit Demokratiku. Sanders sostna li Clinton se tkun president eċċezzjonali u li hu kburi li qiegħed jagħtiha l-appoġġ tiegħu. Huwa qal li Clinton għandha l-istess fehma tiegħu dwar il-fatt li persuna li taħdem erbgħin siegħa filġimgħa m’għandhiex tgħix filfaqar. Għalhekk huwa konvint li Clinton se taħdem biex ilpaga minima tibda tirrifletti aħjar l-ispejjeż tal-ħajja.

dawk personali. B’kuntrast, Trump wera tul il-kampanja li lanqas pjan politiku ċar ma kellu jekk isir president. Obama sostna li huwa veru li Trump huwa negozjant li kiseb suċċess. Però, ilPresident Amerikan saħaq li huwa jaf bosta negozjanti ta’ suċċess li ma ħallewx warajhom l-ammont kbir ta’ nies mingħajr xogħol li ħalla Trump minħabba d-deċiżjonijiet maniġerjali tiegħu. Għaldaqstant, Obama staqsa jekk raġel li qatta’ ħajtu kollha mingħajr ma juri ebda interess fil-benesseri tan-nies ta’ madwaru jistax issa jkun il-vuċi tal-Amerikani bħala President. Huwa kkundanna wkoll ilpessimiżmu li bih tkellem Trump fil-Konvenzjoni Repubblikana tal-ġimgħa li għaddiet, li qiegħed joħloq atmosfera ta’ biża’ u firda interna fil-pajjiż.

“Agħtuha l-appoġġ li tajtu Messaġġ ta’ għaqda lili” Aktar ’il quddiem filKonvenzjoni kien imiss lillPresident Barack Obama li jitla’ fuq il-palk biex jagħti l-appoġġ tiegħu. Fid-diskors tiegħu huwa appella lillvotanti biex jappoġġaw lil Clinton daqskemm appoġġaw lilu. Obama fakkar li, tul il-presidenza tiegħu, dan l-appoġġ sabu anke minn Clinton stess minkejja l-fatt li kien għelibha fit-tellieqa għannominazzjoni Demokratika fl2008. Fil-fehma tiegħu, dan kien sinjal ċar li hija kienet tpoġġi l-bżonnijiet tan-nazzjon qabel

Nhar il-Ħamis kien imiss lil Clinton innifisha titla’ fuq ilpalk biex taċċetta n-nomina u taqsam il-viżjoni għall-erba’ snin ta’ presidenza tagħha. Hija wiegħdet li se tkun mexxejja b’rieda soda u bl-interess kollettiv fuq ħsibijietha. Spjegat ukoll li, għaddifferenza ta’ Trump, hija għandha esperjenza twila fisservizz pubbliku li għenitha tara u tifhem l-isfidi kbar li għandu l-pajjiż fis-snin li ġejjin. Hija poġġiet fid-dubju t-temperament ta’ Trump fejn sostniet li huwa mhux kapaċi jiffaċċja l-kritika u għamlet

referenzi għall-battibekki infantili li kellu mal-avversarji tiegħu fuq il-midja soċjali tul il-kampanja elettorali. Clinton ħeġġet lill-votanti biex joqogħdu attenti għal nies bħal Trump li jwiegħdu li se jsolvu l-problemi kollha weħidhom. Hawnhekk, hija fakkret li l-fundaturi talIstati Uniti ġġieldu l-gwerra tal-indipendenza u kitbu Kostituzzjoni biex jassiguraw ruħhom li fil-pajjiż ma jerġax ikun hemm mexxej li jkollu l-poter kollu f ’idejh. Għaldaqstant, hija fakkret li s-saħħa tal-Istati Uniti ma tiġix minn persuna waħda imma mill-membri kollha tas-soċjetà li, minkejja li ma jaqblux fuq kollox, jingħaqdu fl-aktar mumenti diffiċli biex jaraw lill-pajjiż jimxi ’l quddiem. Filfehma tagħha, dan l-ispirtu kollettiv reġa’ huwa ta’ bżonn fiż-żminijiet tal-lum hekk kif hemm diversi forzi interni u esterni li qegħdin jippruvaw jagħmlu ħsara lill-Amerika. Bħal Obama, Clinton ikkritikat lil Trump għall-fatt li ma daħalx fid-dettall talpolitika tiegħu fid-diskors li għamel il-ġimgħa l-oħra meta aċċetta n-nomina tal-Partit Repubblikan għall-presidenza tal-Istati Uniti. B’kuntrast hija spjegat il-prijoritajiet tagħha f ’diversi setturi. Kif antiċipa Sanders, Clinton qalet li l-prijorità tagħha se tkun li toħloq aktar opportunitajiet għallAmerikani u tara li min jaħdem ikun jista’ jgħix ħajja dinjituża. Barra minn hekk, hija tenniet li fl-ewwel mitt jum tagħha fil-presidenza hija kienet se

taħdem mar-rappreżentanti eletti fil-Kungress u s-Senat biex isir pjan ta’ investiment kbir fl-infrastruttura tal-pajjiż. Fejn jidħol Sanders stess, hija ddedikat ħafna partijiet middiskors tagħha biex tagħfas fuq kwistjonijiet li kienu għal qalb is-senatur minn Vermont tul il-kampanja elettorali. Clinton faħħret lil din il-kampanja għax qalet li ispirat lil miljuni ta’ Amerikani, speċjalment liż-żgħażagħ, biex jinteressaw ruħhom f ’din l-elezzjoni u jpoġġu diversi kwistjonijiet soċjali fiċ-ċentru tad-dibattitu. Għaldaqstant, hija sostniet li l-kawża ta’ Sanders hija l-kawża tagħha wkoll u li flimkien kienu se jkomplu jibnu fuq ix-xogħol siewi li għamel il-President Obama flaħħar snin li matulhom ħareġ lill-Istati Uniti minn waħda mill-agħar kriżijiet ekonomiċi li qatt ra l-pajjiż. X’impatt kellhom konvenzjonijiet?

il-

Hekk kif ġew konklużi l-konvenzjonijiet taż-żewġ partit prinċipali, wieħed jista’ jibda jieħu idea tar-reazzjoni taċ-ċittadini Amerikani għallkandidaturi li tressqu. Min-naħa tiegħu Donald Trump jidher li rnexxielu jikseb l-appoġġ li xtaq minn ammont sostanzjali talelement konservattiv fi ħdan il-Partit Repubblikan grazzi għall-għażla ta’ Mike Pence bħala n-nominat għall-viċi presidenza. Dan għax Pence, illi huwa l-gvernatur tal-istat ta’ Indiana, għandu l-fama ta’ Repubblikan tradizzjonali li

jimxi fuq ideali tal-lemin simili għal dawk ta’ figuri storiċi bħal Ronald Reagan. Madankollu, waqt ilKonvenzjoni Repubblikana deher ċar li għad hemm element qawwi ta’ xettiċiżmu bħal min-naħa tas-senatur Ted Cruz li naqas milli jappoġġah fid-diskors tiegħu u oħrajn bħal Mitt Romney u John Kasich li ddeċidew li ma jattendux din l-attività. Fuq in-naħa Demokratika, Clinton tidher li rnexxielha tikseb l-appoġġ ta’ ħafna tal-kritiċi tagħha hekk kif l-avversarju prinċipali tagħha tul din il-kampanja, Bernie Sanders, stess offrielha l-id tal-ħbiberija fl-aħħar jiem. Minkejja dan il-fatt, għad hemm ħafna rabja fost l-aktar sostenituri determinati tiegħu minħabba emails li kienu ppubblikati fl-aħħar jiem li wrew li kien hemm uffiċjali ewlenin fil-Partit Demokratiku li setgħu ħadmu kontrih. Stħarriġ li sar minn bosta aġenziji tal-aħbarijiet indikaw li bħalissa Trump għandu vantaġġ żgħir fuq Clinton f ’termini ta’ popolarità. Din kienet l-ewwel darba tul ilkampanja presidenzjali li Trump sab ruħu quddiem Clinton. B’mod partikolari, jidher li bosta Amerikani għandhom dubji sostanzjali dwar kemm Clinton se tpoġġi l-bżonnijiet tal-ħaddiema qabel dawk tal-korporazzjonijiet. Madankollu, it-triq għadha twila ħafna f ’din il-kampanja u l-opinjoni tal-votanti tista’ tinbidel mil-lejl għan-nhar b’reazzjoni għal dak li se jaraw u jisimgħu fix-xhur li ġejjin.


16 31|07|2016

1

kullhadd.com

TA’ BARRA

MINN MADWA

VITTMA OĦRA TAT-TERRORIŻMU

2

Kmieni din il-ġimgħa żewġ żgħażagħ ta’ 19-il sena, Adel Kermiche u Abdel Malik Petitjean, daħlu fi knisja f ’SaintEtienne-du-Rouvray u qatlu lil Jacques Hamel, qassis ta’ 86 sena. Fi żmien qasir l-Istat Iżlamiku ħa r-responsabbiltà ta’ dan l-attakk b’filmati li allegatament juru lil dawn iż-żgħażagħ jaħilfu l-lealtà tagħhom lejn dan il-grupp terroristiku. Iż-żewġ terroristi nqatlu mill-Forzi tal-Ordni hekk kif ippruvaw joħorġu mill-knisja. L-identifikazzjoni ta’ Petitjean kienet aktar kumplessa minn ta’ Kemiche b’konsegwenza tal-feriti f ’wiċċu li ħallietlu l-isparatura mal-pulizija. Iż-żewġ żgħażagħ kienu ilhom xhur taħt osservazzjoni minħabba l-fatt li ppruvaw jidħlu fis-Sirja mit-Turkija, rotta li f ’bosta każijiet tindika assoċjazzjoni terroristika.

2

JAGĦŻEL LIL BARNIER

3 Il-President tal-Kummissjoni Ewropea Jean Claude Juncker għażel lil Michel Barnier biex imexxi taskforce fi ħdan l-istess Kummissjoni li se tkun responsabbli mill-aspett tekniku talħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea. Bosta bnadi filmidja Brittanika ma tantx ħadu pjaċir bl-għażla ta’ Barnier hekk kif huwa kien il-kummissarju Ewropew responsabbli għas-swieq interni bejn l-2010 u l-2014. Din il-pożizzjoni poġġietu f ’konflitt dirett mal-Gvern Brittaniku hekk kif kien iż-żmien meta l-Unjoni Ewropea kienet qiegħda tfittex li tirregola aktar is-swieq finanzjarji wara l-kriżi tal-2007-2008. Huwa mistenni li Barnier jadotta pożizzjoni kemxejn iebsa fil-konfront tar-Renju Unit li ma tikkompromettix il-prinċipji Ewropej, speċjalment fejn jidħol is-suq komuni.

JITLOB MAĦFRA Nhar il-Ġimgħa li għadda Papa Franġisku żar ilkamp ta’ konċentrament ta’ Auschwitz-Birkenau li jinsab madwar 70 kilometru ’l bogħod mill-belt ta’ Krakow, il-Polonja. Dan il-kamp sar sinonimu mal-ħruxija tal-ideoloġija Nażista fil-konfront talminoritajiet etniċi fejn huwa maħsub li nqatlu ’l fuq minn miljun persuna innoċenti f ’dan is-sit biss. Iż-żjara tal-Papa seħħet fil-jum li fih kien qiegħed jiġi mfakkar il-75 anniversarju mill-mewt ta’ Massimiljanu Kolbe, martri li tilef ħajtu f ’dan il-kamp wara li offra li jieħu post priġunier ieħor li kien ikkundannat għall-mewt. Matul iż-żjara Franġisku talab għall-vittmi ta’ dan il-qtil talmassa u ħalla messaġġ fil-ktieb tal-viżitaturi fejn talab maħfra lil Alla għall-krudeltà li seħħet f ’dan il-post.

1


kullhadd.com

TA’ BARRA

AR ID-DINJA 6

31|07|2016 17

JOQTOL 19-IL PERSUNA

5 3 4

6 Ir-residenti tar-raħal ta’ Sagamihara, li jinsab madwar erbgħin kilometru ’l bogħod minn Tokyo, kienu maħsudin b’aħbar kerha nhar it-Tlieta li għadda. Dan hekk kif sar magħruf li Satoshi Uematsu, raġel ta’ 26 sena, daħal f ’Tsukui Yamayuri En, faċilità li tospita diversi persuni b’diżabbiltà u qatel 19 minnhom b’sikkina waqt li kienu għadhom reqdin. Uematsu kien eksimpjegat f ’din il-faċilità u kien magħruf mal-awtoritajiet għall-problemi psikoloġiċi tiegħu. Filfatt, fi Frar li għadda kien imdaħħal fi sptar mentali wara li sostna li kien lest li joqtol persuni li għandhom diżabbiltà serja. Madankollu, huwa kien ġie rilaxxat f ’Marzu meta l-kundizzjoni mentali tiegħu dehret li stabbilizzat ruħha.

5

4

LURA GĦAN-NORMAL?

ITEMMU L-ASSOĊJAZZJONI TAGĦHOM F’filmat li kien imxandar il-Ħamis li għadda, ilgrupp terroristiku Sirjan magħruf bħala Nusra Front ħabbar li se jtemm il-koperazzjoni tiegħu ma’ al-Qaeda. Skont Mohamed al-Golani, ilkap ta’ dan il-grupp, Nusra Front ħa din iddeċiżjoni biex pajjiżi oħra ma jibqgħux jużaw din l-assoċjazzjoni bħala skuża biex jattakkaw lis-Sirja. Wara din mossa, il-grupp huwa mistenni li jikkopera aktar ma’ militanti lokali biex jirreżisti l-kampanja militari tal-President Bashar alAssad u l-alleati tiegħu. Fil-passat dan it-tip ta’ koperazzjoni kienet diffiċli għax ħafna militanti Sirjani kienu jissuspettaw mill-intenzjonijiet ta’ Nusra Front minħabba r-relazzjoni li kellhom ma’ al-Qaeda, li huma meqjusin bħala forza barranija.

Il-President tar-Russja Vladimir Putin u dak tat-Turkija Tayyip Erdogan huma mistennijin li jiltaqgħu fid-9 ta’ Awwissu biex jagħmlu pass ieħor ’il quddiem fit-titjib tar-relazzjoni bejn ilpajjiżi rispettivi tagħhom. Għal diversi snin, din ir-relazzjoni kienet waħda ta’ ħbiberija. Madankollu, f ’Novembru li għadda l-forzi tal-ajru tat-Turkija waqqgħu ajrupjan Russu li kien qiegħed jipparteċipa f ’kampanja militari fis-Sirja. Din il-mossa ostili wasslet għal skambju ta’ akkużi iebes bejn il-mexxejja u l-impożizzjoni ta’ diversi sanzjonijiet ekonomiċi min-naħa tar-Russja fuq it-Turkija. Madankollu, ftit talġimgħat ilu l-President Russu Vladimir Putin ħabbar li kien lest li jirrevedi dawn is-sanzjonijiet; deċiżjoni li mistennija tkun implimentata b’mod uffiċjali wara li ż-żewġ mexxejja jiltaqgħu f ’Awwissu.


18 31|07|2016

kullhadd.com

MILL-ISTORJA

MILL-ISTORJA

BATTALJA TAL-KULURI L-1936 kienet is-sena talOlimpjadi f ’Berlin. Sena qabel, ir-Reġim Nażista kien daħħal liġijiet razzjali u ddikkjara l-poplu Ġermaniż bħala r-razza ‘arjana’ suprema fuq kulħadd; minn hawn ’il quddiem kull min ma kienx konformi mal-linji li ħa r-reġim sab ruħu fi ħmar illejl u l-istejjer li bdew ħerġin mill-Ġermanja kienu koroh u ta’ tħassib. Il-Kumitat Olimpiku Amerikan, bħal ta’ pajjiżi oħra, kien maqsum bejn min ried jibbojkottja dan il-logħob u min irraġuna li fl-isport ma kellhiex tidħol politika. Barra minn hekk, l-Amerikani riedu garanzija mingħand ir-Reġim Nażista li l-grupp multi-etniku ta’ atleti li kienu se jirrappreżentaw lillIstati Uniti ma jitqiegħed flebda periklu. Uffiċjali Nażisti responsabbli mil-logħob aċċettaw it-talba Amerikana għalkemm irridikolawhom dwar l-użu ta’ ‘awżiljarji mhux umani’ b’referenza għall-atleti AfroAmerikani. Fl-1 ta’ Awwissu 1936, f- arena li tesa’ aktar minn 100,000 ruħ, il-Kanċillier Ġermaniż Adolf Hitler inawgura l-11-il sessjoni tal-Logħob Olimpiku tas-sajf. IlMinistru tal-Propaganda Joseph Goebbles kellu kollox ippjanat sabiex f ’dawk il-ġimagħtejn joħloq immaġni ta’ Ġermanja ħabiba imma l-aqwa fost il-ġnus. Madankollu, ħafna millispettaturi kienu fuq ixxwiek sakemm jilmħu stilel internazzjonali tal-atletika li kienu diġà għamlu ħoss qabel l-Olimpjadi; fosthom l-atleta Afro-Amerikan ta’ 22 sena, Jesse Owens, li malli tfaċċa fl-arena

Kitba ta’

MARY

CHETCUTI l-għajjat u ċ-ċapċip kienu jtarrxu. Fit-3 ta’ Awwissu, iż-żagħżugħ Owens, twil ħames piedi u għaxar pulzieri, imwieled Alabama, rebaħ faċilment l-ewwel midalja tad-deheb fittellieqa tal-100 metru. Fil-5 ta’ Awwissu rebaħ it-tieni midalja tad-deheb u reġa’ kiser ir-rekord tal-ħin fit-tellieqa tal-mitejn metru. Meta ġie biex jikkwalifika fil-qabża għat-tul (long jump) l-istorja kienet differenti. Jesse Owens falla l-ewwel żewġ attentati tal-kwalifika. Normalment kien jippreferi jkejjel b’għajnejh u bil-passi d-distanza biex jagħmel kalkolu mentali mnejn l-aħjar jibda l-qabża, imma l-uffiċjali tallogħob Ġermaniżi fl-arena kienu ibsin wisq u ma ħallewlux spazju biex jikkonċentra. Kien jonqsu prova waħda li jekk iffaliha jiġi skwalifikat. Luz jagħti parir lil Owens L-istilla Ġermaniża tal-atletika, Carl Ludwig ‘Luz’ Long, kien qed josserva lil Jesse Owens u ntebaħ li kellu diffikultà. Quddiem arena nies Luz Long mar fuq Owens u kellmu; deher ċar jagħtih parir dwar x’kellu jagħmel. Owens ħa l-parir ta’ Long u kkwalifika. Fis-sessjoni finali tal-qabża għat-tul Luz Long u Jesse Owens spiċċaw l-aqwa żewġ atleti fi dwell spettakolari li tlaqqam ilBattalja tal-Kuluri. Kisru ħames rekords Olimpiċi bejniethom u l-aħħar qabża reġa’ rebaħha Ownes b’rekord ta’ 8.06 metri fuq is-7.87 metri ta’ Long. Taħt għajnejn Hitler, Luz Long kien l-ewwel wieħed li ġera fuq

Jesse Ownes, ħadlu b’idejh, għannqu miegħu u mexxieh mal-arena fost l-għajjat ewforiku tal-ispettaturi. Jesse Owens ma setax ma jammirax il-kuraġġ kbir ta’ dan iż-żagħżugħ twil, bjond u fiżikament simbolu tal-Ġermanja Nażista. Minn dakinhar ’il quddiem nibdet ħbiberija sinċiera bejniethom. Fid-9 ta’ Awwissu, Jesse Owens rebaħ ir-raba’ midalja tad-deheb bla mistenni. Jingħad li r-Reġim Nażista xejn ma kien kuntent bl-ammont ta’ deheb diġà mirbuħ mit-tim Amerikan u wassal messaġġ lill-uffiċjali Amerikani biex ma jħallux lillatleti Lhud-Amerikani, Marty Glickman u Sam Stoller, jiġru fit-tellieqa 4x100 relay. IlKumitat Olimpiku Amerikan baxxa rasu u daħħal flokhom lil Jesse Owens u sieħbu l-AfroAmerikan Ralph Metcalfe. Glickman u Stoller qatt ma ħafru lill-president tal-kumitat Avery Brundage għal din iddeċiżjoni.

tim Olimpiku fl-Istati Uniti tal-Amerika fejn ingħata merħba kbira. Owens kien l-eroj Amerikan li ġab fix-xejn l-arroganza Nażista. Il-Kumitat Olimpiku organizza ikla b’għadd ta’ mistednin distinti fil-lukanda prestiġjuża WaldorfAstoria ta’ New York biex jonorawh, imma Jesse Owens ġie mġiegħel jidħol mill-bieb ta’ wara għax kien iswed. Fi kliem Owens innifsu, għalkemm ir-riżultati talOlimpjadi għamluh idolu Amerikan, xorta waħda kellu jirkeb fuq wara f ’karrozza tal-linja għax quddiem kien riservat għall-bojod biss; kellu juża latrini u postijiet pubbliċi għas-suwed u ma ngħata l-ebda rikonoxximent finanzjarju għall-bravuri tiegħu. Però, l-akbar weġgħa kienet li l-President Franklin D. Roosevelt qatt ma bagħat għalih fil-White House biex jifraħlu. L-Istati Uniti kellha l-liġijiet razzjali tagħha ta’ segregazzjoni bejn bojod u Idolu mhux rikonoxxut suwed; taħt dawn il-liġijiet Jesse Owens kien inferjuri għax Jesse Owens irritorna mat- iswed. Kellhom jgħaddu 40

sena biex fl-1976 Jesse Owens kellu l-ewwel udjenza malPresident tal-Istati Uniti, dak iż-żmien Gerald Ford, u ngħata il-Medal of Freedom. Ironikament, Owens kien jirrakkonta li baqa’ jikkorrispondi mal-atleta Ġermaniż anke meta faqqgħet it-Tieni Gwerra u Luz Long inqabad bil-lieva fl-armata Nażista. Luz kien bniedem b’karattru ġentili u ġenwin li, sfortunatament, tilef ħajtu fl-1943 meta kellu 30 sena flinvażjoni tal-alleati li saret fi Sqallija. Luz darba stqarr li qatt ma ddispjaċieh li Owens rebaħ l-ewwel post wara li ħa parir mingħandu. L-aħħar ittra ta’ Luz Long lil Jesse Owens kienet tgħid hekk: “Qalbi qed tgħidli li din tista’ tkun l-aħħar ittra ta’ ħajti. Jekk ikun hekk, nitolbok ħaġa waħda biss: meta tispiċċa l-gwerra, jekk jogħġbok, mur ilĠermanja, sib lil ibni u għidlu dwari. Għidlu kif lanqas ilgwerra ma firditna u għidlu li l-affarijiet bejn il-bnedmin jistgħu jkunu differenti f ’din iddinja – (iffirmata) Ħuk, Luz.”


INNOVAZZJONI

kullhadd.com

31|07|2016 19

L-ANNIMALI U L-KOMUNIKAZZJONI TA’ BEJNIETNA CLAYTON CUTAJAR B.Ed (Hons.), M.Ed. fix-Xjenzi

Fir-rigward tad-dinja talannimali, Ix-xjenza ilha li kkonfermat li diversi annimali jikkomunikaw bejniethom. Ħafna drabi dan isir permezz ta’ rwejjaħ, ta’ ħsejjes u/jew b’xi kimiki li jissejħu feromoni (pheromones). Jeżistu ħafna eżempji ta’ dan, bħal meta xi naħla ssib in-nektar din tibda bħal tiżfen sabiex aktar naħal isegwuha u jsibu l-istess nektar. Iċ-chimpanzees jilqgħu lil xulxin billi jmissu jdejn xulxin filwaqt li tip ta’ ċriev jindikaw li hemm periklu billi jqajmu denbhom. L-annimali kollha jikkomunikaw bejniethom; kemm jekk kelb qed jinbaħ, xi qattus li jgħolli daru jew xi denfil li qed jipproduċi ċertu ħsejjes. Min-naħa l-oħra, naraw ukoll ħafna bnedmin li kapaċi jikkomunikaw malannimali domestiċi tagħhom fil-ħajja ta’ kuljum, b’mod speċjali b’ċertu ħsejjes, oġġetti jew movimenti talġisem. Meta xi ħadd ikun qiegħed jirrabja mal-kelb, għalkemm dan tal-aħħar ma jkunx qiegħed jifhem il-kliem li qed jintqal, però kapaċi jagħraf il-messaġġ mill-atteġġjament, tonalità u movimenti tal-ġisem, fost affarijiet oħra. Din ilkomunikazzjoni ġejja miżżewġ naħat. Il-bniedem kapaċi jagħmel differenza bejn nebħa ta’ kelb irrabjat u nebħa tal-istess kelb sabiex

jiġbed l-attenzjoni. Ftit tassnin ilu, gorilla fl-Amerika bl-isem ta’ Koko saħansitra ġiet dokumentata minn Dr Francine Patterson li rnexxielha titgħallem numru ta’ movimenti bl-idejn marbuta mal-lingwa tassinjali Amerikana. F’dawn l-aħħar jiem, riċerka xjentifika ġdida millUniversità ta’ Cambridge kompliet turi tipi differenti ta’ komunikazzjoni ogħla bejn annimali oħra u l-bnedmin. Din id-darba fir-Riserva

Nazzjonali ta’ Niassa filMozambique bejn l-għasfur greater honeyguide u bnedmin li jikkaċċjaw l-għasel. Dan ittip ta’ komunikazzjoni hu rari ferm u s’issa ġie dokumentat wieħed simili fejn ċertu dniefel fil-Brażil saħansitra jgħinu lis-sajjieda, u viċi versa, sabiex jaqbdu l-ħut. Fil-każ tal-Mozambique, l-isem tal-għasfur partikolari, greater honeyguide, jindika r-rwol tal-għasfur minnu nnifsu, però r-riċerkaturi xtaqu jikkonfermaw jekk hemmx komunikazzjoni ġenwina bejn iż-żewġ naħat. Il-kaċċatur tal-għasel f ’dan il-każ jagħmel ħoss partikolari b’ħalqu. Ħoss twil li mbagħad jinbidel u jaqta’ ħesrem – Brrrrrrrr-hm! Minnaħa l-oħra, l-għasfur greater

honeyguide jagħraf dan il-ħoss u jtir għal fuq il-kaċċatur bi ħsejjes partikolari wkoll. Wara dan kollu, l-għasfur jibda jtir minn siġra għal oħra sakemm iwassal lillkaċċatur sax-xehda għasel. Din hi koperazzjoni rari bejn l-annimali fejn l-għasfur għandu xamm tajjeb ħafna sabiex isib l-għasel filwaqt li l-bniedem għandu l-għodod sabiex jikkonfronta n-naħal kif ukoll jiftah ix-xehda li jsibu. Mingħajr xulxin huwa diffiċli ħafna sabiex jinstab u jittieħdu l-għasel u x-xema’. F’dan il-każ, l-għasfur u l-bniedem mhumiex kompetituri diretti ta’ xulxin: l-għasfur jiekol ix-xema’ taxxehda, filwaqt li l-bniedem jieħu l-għasel. Matul iż-żminijiet il-

bniedem rabba (u għadu jrabbi) xi annimali għallkaċċa, bħall-klieb u l-falkuni fost l-oħrajn. Però, f ’dawn il-każijiet kollha, l-annimal ikkonċernat kien domestiku u trabba millbniedem. Fil-każ tal-greater honeyguide u l-kaċċaturi talgħasel, l-għasfur jibqa’ selvaġġ u xorta jirnexxilu jikkomunika mal-bnedmin. Il-kaċċaturi tal-Mozambique u anke t-Tanzanija sostnew mar-riċerkaturi li din ilprattika dejjem għaddiet minn ġenerazzjoni għal oħra. In-nies tal-YAO mill-Mozambique dejjem tgħallmu din l-għajta minn missirijiethom u millantenati tagħhom. Min-naħa l-oħra, skont ir-riċerkaturi, il-greater honeyguide jitgħallem din il-prattika billi josserva individwi oħra. Fin-natura jeżiżtu diversi relazzjonijiet bħal dawn bejn l-annimali fejn l-individwi taż-żewġ speċi qed jibbenefikaw mirrelazzjoni ta’ bejniethom. Ma mmorrux ’il bogħod: il-baqar għandhom tipi ta’ batteri fissistema diġestiva tagħhom li jgħinuhom ikissru l-ikel b’mod aħjar. Fl-istess ħin, il-batteri qegħdin f ’post li jsibu l-ikel u nutrijenti b’mod kontinwu. Ir-relazzjoni bejn ħafna insetti u l-fjuri taħdem fuq dan il-prinċipju wkoll, fejn l-insetti jsibu sors ta’ ikel fil-fjuri filwaqt li l-pjanti jsibu sors li jgħinhom jirriproduċu. Ir-relazzjoni bejn il-greater honeyguide u l-kaċċaturi talgħasel li ddeskrivejna hawn fuq hi waħda speċjali u rari li tixhed dawl fuq l-importanza tar-relazzjonijiet tagħna malannimali l-oħra kollha.


KALEJDOSKOPJU

20 31|07|2016

kullhadd.com

Fatti miġbura minn

KURŻITAJIET

JITTELLA’ MILL-ĦAMA WARA 60 SENA

CHARLES B.

SPITERI

ĠRAW BĦAL-LUM 1912: 1914: 1919: 1922: 1922: 1925: 1929: 1938: 1944: 1951: 1958: 1960: 1961: 1964: 1964: 1964: 1965: 1966: 1967: 1968: 1971: 1972: 1978: 1980: 1984: 1987: 1988: 1990: 1991: 1991: 1992: 2006: 2007: 2012:

Il-Gvern Amerikan jipprojbixxi l-filmati u r-ritratti ta’ rebbieħa tal-ġlied. L-Imperatur Ġermaniż Wilhelm II jhedded bi gwerra u jordna lir-Russja tiddemobilizza. Tidħol fis-seħħ il-Kostituzzjoni Weimar li tistabbilixxi r-Repubblika Ġermaniża. Ralph Samuelson ta’ 18-il sena jkun l-ewwel rikkieb fid-dinja tal-water skis (f ’Minnesota). Strajk ġenerali fl-Italja kontra l-vjolenza faxxista. Fil-Brittanja jgħaddi l-Att ta’ Assigurazzjoni kontra l-qgħad. Aristide Briand isir prim ministru ta’ Franza għassitt darba. Arkeologi jsibu platti tad-deheb u l-fidda mnaqqxa f ’Persepolis ta’ żmien ir-Re Darius. L-aħħar ferrovija ta’ deportazzjoni minn Mechelen li titlaq għal Auschwitz. Titwaqqaf il-linja tal-ajru tal-Ġappun. Irvell kontra ċ-Ċiniżi fit-Tibet. Elijah Muhammad, mexxej tan-Nazzjon tal-Iżlam, isejjaħ għal stat tas-suwed. Iżrael jilqa’ l-1,000,000 immigrant. Al Parker jigglajdja għal 644 mil mingħajr mutur. Kunċert tar-Rolling Stones fl-Irlanda, jitwaqqaf wara 12-il minuta minħabba rvell. Ir-Ranger 7 Amerikan jieħu 4,316-il ritratt qabel ma jikkraxxja fuq il-qamar. Ir-reklamar tas-sigaretti jiġi pprojbit mit-televiżjoni Ingliż. Nies mill-Alabama jaħarqu l-prodotti tal-Beatles wara r-rimarki ta’ John Lennon kontra Ġesù. Mick Jagger u Keith Richard tar-Rolling Stones itemmu sentenza ta’ xahar fil-ħabs. Il-Beatles jagħlqu l-Apple Boutique u jqassmu l-ħwejjeġ bla ħlas. L-astronawti ta’ Apollo 15 jagħmlu dawra ta’ sitt sigħat u nofs f ’karozza elettrika fuq il-Qamar. L-Operazzjoni Motorman: l-Armata Ingliża tuża 12,000 suldat megħjuna minn tankjiet u bulldozers biex tieħu mill-ġdid in-no go areas ikkontrollati mill-Armata tar-Repubblika Irlandiża. Raġel armat jirnexxilu jidħol fl-Ambaxxata Iraqina f ’Pariġi. John Phillips ta’ Mamas & Papas jisfa arrestat fuq akkużi ta’ droga. Commandos tal-Venezwela jtemmu l-ħtif ta’ ajruplan. Jinqatlu tnejn min-nies. Battalja bejn pellegrini Iranjani u truppi tas-Sawdi Arabja. Jinqatlu 402 persuni. L-aħħar klabb tal-Playboy jagħlaq f ’Lansing, Michigan. Il-Bożnija-Herzegovina tiddikjara l-indipendenza. Ir-Russja u l-Istati Uniti jiffirmaw ftehim għattnaqqis tal-armi nukleari long range. Is-Senat jivvota biex jippermetti lin-nisa jtajru ajruplani tal-gwerra. Ajruplan Airbus, tal-linja tal-ajru Tajlandiża jikkraxxja f ’muntanja f ’Kathmandu u jmutu 113-il persuna. Fidel Castro temporanjament jgħaddi l-poter f ’idejn ħuh Raul. Dan wassal għal ċelebrazzjoni f ’Little Havana fejn ipparteċipaw ħafna Kubani Amerikani. Operation Banner, il-preżenza tal-Armata Ingliża fl-Irlanda ta’ Fuq u l-itwal operazzjoni tal-istess Armata, tiġi fi tmiemha. Għat-tieni darba f ’jumejn jinqata’ d-dawl fl-Indja. Iħalli 670 miljun persuna bla provista elettrika.

Tank tal-gwerra T-34-76, dan l-aħħar ittella’ mill-ħama fil-qiegħ tax-Xmara Don mill-ispeċjalisti tal-Park Patrijottiku, ħaddiema militari Russi u għaddasa. Ixxmara tinsab f ’Novomoskovsky, in-naħa ta’ isfel ta’ Moska. Skont ma ngħad, dawn ilħaddiema se jagħmlu ħilithom

biex lil dan it-tank tat-Tieni Gwerra Dinjija jirrestawrawh b’mod li jkun jista’ jitħaddem mill-ġdid. Hu tank ta’ 30 tunnellata, li kien f ’sitt metri ta’ ilma, u hu l-aħħar tat-tip tiegħu peress li ħafna minnhom inqerdu matul il-gwerra. Kienu nħadmu f ’fabbrika li

taħdem it-tractors fi Stalingrad, li llum hi l-belt ta’ Volgograd. Hu maħsub li dan it-tank kien misjuq fuq pont li jaqsam ixxmara, meta waqa’ fiha fil-bidu tas-snin erbgħin. Qrib ta’ fejn instab, kien hemm mgħarrqa wkoll artefatti militari, vetturi u vapuretti żgħar.

MINN DR XEKKEK TAL-1 TA’ ĠUNJU 1929 Il-Barrakka ta’ Fuq: “Kulħadd jaf li int u dieħel f ’din il-Barrakka hemm fil-passaġġ, żewġ bankijiet quddiem xulxin. Minn ftit taż-żmien lil hawn, fuq dawn il-bankijiet, qegħdin ipoġġu xi kampanjoli u xi suldati talmilizja, flimkien ma xi sefturi, u qegħdin jinsulentaw lil kull

min ikun għaddej għall-affari tiegħu. Nitolbu li l-pulizija li jkun għassa f ’din il-Barrakka jieħu ħsieb lil din il-klikka pastaża.” Drammi u kummiedji: “Fit-Teatru Manoel, iddrammi u l-kummiedji kbar tal-aqwa djar ċinematografiċi tad-dinja, għadhom ma

nqatgħux. L-isbaħ programmi qed jingħataw kull filgħaxija quddiem pubbliku kbir li mhu qed jitlef ebda film mill-impriża tas-Sur Caruana. M’hemmx għalfejn tirrakkomanda t-tali jew ittali films, għax il-films kollha huma tajbin, bħall-artisti l-kbar li jinterpretawhom.”

TURISTI JIPPERIKOLAW ĦAJJITHOM

Dan l-aħħar kien rappurtat li numru ta’ turisti li żaru t-Tajlandja kienu qed jilagħbu mad-destin tagħhom meta, malqasab li jingħataw, bdew idendlu bċejjeċ tal-laħam biex iressqu lill-kukkudrilli lejhom. Ilħmerija hi li l-istess turisti kienu jkunu mxerrfin fuq pjattaforma kif ġie ġie, bl-inqas ilqugħ. Il-kukkudrilli jinsabu f ’pixxina kbira li tintuża biex fiha jitkabbru l-kukkudrilli. Kien wara li

sewwieq ta’ taksi ġibed ir-ritratti ta’ dan il-ġenn u tefagħhom fuq Twitter li l-pulizija u l-uffiċjali tas-saħħa marru fil-post u ħadu deċiżjoni immedjata li jagħlqu din l-attrazzjoni perikoluża f ’Chonburi. Jon Nok, li ġibed ir-ritratti, qal: “Ili sewwieq tat-taksi għal aktar minn għoxrin sena u qatt ma rajt affarijiet bħal dawn. Tant fhimt il-periklu li kelli niġbed irritratti.”

Iżda Ulthen Youngprapakorn, sid l-Elephant Kingdom, qal li hu ma jibgħatx aktar minn 15-il ruħ kull darba fuq ir-raff, għalkemm ikun hemm post għal aktar. Elephant Kingdom ingħalqet għal 90 jum u matulhom, l-uffiċjali se jispezzjonaw issigurtà offruta. Hu magħruf li t-tmigħ lill-kukkudrilli hi attività popolari ferm fost it-turisti Ċiniżi.


KUN AF

kullhadd.com

31|07|2016 21

KUN AF

X’NIFTAKAR BĦALA ŻABBARI Kurżitajiet minn hawn u minn hemm Kitba ta’

SAVIOUR

MAMO

Lejn l-aħħar tas-snin erbgħin u l-bidu tas-snin ħamsin kont inqtajt minn ma’ djul ommi u bdejt nitfarfar. Għaddew għexieren ta’ snin u bqajt niftakar xi avvenimenti li ġraw f ’dawk iż-żminijiet f ’raħal twelidi: Ħaż-Żabbar. Kull meta niltaqa’ ma’ xi anzjan bħali erħilna nitkellmu fuq tfulitna. Tajjeb li wieħed isemmi xi wħud minn dawn l-avvenimenti biex inġeddu xi ftit il-memorji. Il-festa tar-raħal Meta kienet toqrob il-festa tal-Madonna tal-Grazzja, bħal irħula u bliet oħra, kull familja kienet iżżanżan xi libsa u xi żarbun ġdid. Tgħidx kemm kienu jieħdu pjaċir it-tliet ħajjata li kellna mifruxin marraħal ta’ Ħaż-Żabbar! Min kellu persjana kien jiftaħha beraħ, jixgħel il-linfa (wara sena fid-dlam) u jiffanfra blgħamara tas-salott. It-triqat kienu jitnaddfu u jinkinsu mirredus tal-mogħoż. Il-bankini kienu jiżżejnu bil-qsari u l-faċċati tad-djar kienu jitbajdu mill-ġdid b’xi lagħqa ġir ikkulurit. Niftakar ukoll li filbriju tal-marċ kienu jisparaw il-murtali minn ġot-triq qalb

il-folla. Mhux l-ewwel darba li xi bandiera jew xi pavaljun kien jieħu n-nar b’xi suffarell. Ġimgħa qabel il-festa kien jiġi ċertu Indri b’kaxxa talinjam kbira mgħobbija fuq karettun u mimlija brazzi talferrobattuto. Dawn il-brazzi kien ikollhom tazzi biż-żejt u kienu jitwaħħlu mal-galleriji tal-injam fit-triqat prinċipali. Filgħaxija x-xwejjaħ Indri kien jitla’ bis-sellum jixgħelhom waħda waħda. Tifkira li qatt ma ninsieha kienet meta, fit-2 ta’ Settembru 1951, l-Arċisqof Mikiel Gonzi kien inkuruna x-xbieha mirakoluża talMadonna tal-Grazzja fuq iz-zuntier tas-santwarju talknisja. Ħaż-Żabbar qatt ma ra folla ta’ nies daqshekk kbira daqs dakinhar. Fl-okkażjoni tal-Ġublew tal-Fidda fl-2001, l-Arċisqof Ġużeppi Merċieca poġġa dijadema ta’ 12-il stilla tal-fidda ma’ ras il-Madonna. Fl-istess okkażjoni talinkurunazzjoni, il-Papa Piju X11 iddikjara li l-Madonna tal-Grazzja tkun il-patruna u l-protettriċi taċ-ċiklisti. Minn dik is-sena ż-Żabbarin bdew jorganizzaw pellegrinaġġ birroti u l-muturi kull sena filjiem tal-festa tar-raħal. Bħala

tifkira, l-organizzaturi ta’ dan l-avveniment irregalaw mudell żgħir ta’ rota u mutur tal-fidda lill-Kappillan. Illum dawn jinsabu esibiti fil-mużew ta’ maġenb il-knisja. Nibqgħu fuq il-festi. IżŻabbarin, fil-festa ta’ Santa Marija, kienu jmorru bi ħġarhom lejn Ta’ Lourdes biex jaraw il-murtali tas-seba’ rħula. Ta’ Lourdes huwa lok li jinsab fuq għolja fit-triq ewlenija li tieħdok minn ĦażŻabbar għax-Xgħajra. Illum,

sfortunatament, indifen bilbini. Jaqbadni swied il-qalb meta niftakar li, fl-inħawi ta’ dan il-lok imsemmi, kien hemm ukoll masġar kbir mimli siġar tal-ħarrub. Konna nsibuh bħala ‘il-bur tal-midgħi’. Min jaf kemm il-kaċċaturi qatlu gamiem f ’dak il-ħarrub! Nuqqas ta’ kumdità Fiż-żmien ta’ wara l-gwerra ma kienx hawn il-faċilitajiet bħalma għandna illum. Ilbżonnijiet sanitarji kont issibhom biss għand min kellu xi sold. Min ma kellux il-bir kien imur jimla l-ilma minn xi għajn viċin. Fir-raħal ta’ ĦażŻabbar kien hawn erba’ għejun tal-ilma fejn wieħed kien imur jimla l-ilma: kien hemm waħda fi Triq il-Kbira, eżatt quddiem fejn illum hemm il-każin talLabour; kien hemm oħra fi Triq is-Santwarju, kantuniera ma’ Triq Santa Tereża; oħra fil-misraħ, quddiem il-Buttaru; u kien hemm għajn oħra fi Triq Santa Dominka ħdejn Sqaq il-Biċċieni. Fit-triq ta’ Wied il-Għajn l-antika, eżatt fejn kienet toqod is-Sinjorina Agata Barbara, kien hemm għajn oħra imma din kienet isservi biex jixorbu minnha l-bejjem. Traġedja li ma tintesa qatt Ma tistax issemmi lil ĦażŻabbar mingħajr ma ssemmi t-traġedja tal-Vulcan. Il-familja tiegħi ħelsitha bi żbrixx minn dik it-taġedja għax, minbarra l-qatgħa kbira, il-fire engines tasservizzi Ingliżi waqqgħu l-ħajt tal-ġnien tagħna biex ikollhom aċċess u jitfu n-nirien tal-

ajruplan imġarraf. Kien l-14 ta’ Ottubru 1975 meta l-ajruplan Vulcan B.2 XM 645 No 9, mill-iskwadra tal-RAF, sploda fl-ajru u l-biċċiet tiegħu tferrxu fuq ir-raħal ta’ ĦażŻabbar. Waħda mill-magni waqgħet fuq l-iskola primarja tal-Gvern. Fortunatament ittfal kienu bil-break u ħadd ma ntlaqat. Waħda mill-ġwienaħ, mimlija fjuwil, waqgħet taqbad fi Triq is-Santwarju u għamlet ħerba sħiħa fil-faċċati u gallariji tad-djar. Iż-żaqq u l-ġwejnaħ u l-kumplament tal-ajruplan waqgħu f ’għalqa mlaqqma ‘Tal-Qottu’, ħajt ma’ ħajt mad-dar tagħna. Dakinhar mietu ħamsa millekwipaġġ u persuna ċivili li ntlaqtet minn wire tad-dawl Triq is-Santwarju. Illum Ħaż-Żabbar m’għadux kif kien dari. Ħafna remissi bil-bhejjem twaqqgħu u minflokhom inbnew djar mill-isbaħ. Minflok karettuni llum issib il-karozzi u m’għadekx tara t-toroq tarraħal kollha trab u ħofor. Ilkwiet li kien hawn fir-raħal ta’ Ħaż-Żabbar inbidel fi ħsejjes ta’ vetturi u inġenji oħra. Spiċċa dak iż-żmien li tara t-tfal jiġġerrew fit-toroq jilagħbu ‘ħarba’. Il-ħarġa malfamilja kienet tkun passiġġata lejn Garden Road. Illum, blinvenzjoni tat-televiżjoni, ilkompjuter, videogames u elf ħaġa oħra, dawn id-drawwiet antiki spiċċaw għalkollox. Ħafna anzjani bħali jippreferixxu jibqgħu msakkrin bejn erba’ ħitan milli jmorru bilqiegħda fuq xi bank ixommu r-riħa tal-exhaust. Fejn hu dak iż-żmien li kont tisma: Żabbarija t-tut!


22 31|07|2016

kullhadd.com

MADWARNA

GO TIRDOPPJA L-KAPAĊITÀ TA’ DATA INTERNAZZJONALI

GO rduppjat il-kapaċità ta’ data tal-cables internazzjonali li għandha taħt il-baħar wara li għamlet titjib sostanzjali. Dan il-proġett jifforma parti millinvestimenti ewlenin li GO qed tagħmel kontinwament fl-infrastruttura tattelekomunikazzjoni ta’ Malta biex tkun tista’ tlaħħaq maddomanda fil-futur tal-klijenti domestiċi u kummerċjali. It-titjib fil-fibre links internazzjonali ta’ GO matul dawn l-aħħar snin ifisser li l-cables ta’ taħt il-baħar talkumpanija issa jġorru d-doppju tal-kwantità ta’ optical wavelengths li kienu jġorru bħal daż-żmien sena. Fl-istess waqt, it-tnedija tal-Fibre-To-The-Home u l-uniku network fibre connected 4G f ’Malta wasslu biex tiżdied id-domanda mill-klijenti filkategoriji kollha tal-konnettività internazzjonali – minn traffiku tal-internet mid-dar għal negozji u istituzzjonijiet ewlenin. Din id-domanda se tkompli tiżdied b’ritmu mgħaġġel hekk kif ilvolumi u l-użu tad-data jkompli jiżdied u iktar apparat, bħal karozzi u appliances domestiċi, ikunu konnessi mal-internet. GO baqa’ l-uniku operatur f ’Malta li investa f ’żewġ submarine cable links internazzjonali separati. Dawn jipprovdu aċċess ta’ kapaċità għolja għal rotot ewlenin tannetwork internazzjonali u l-aqwa affidabbiltà disponibbli. Dan it-titjib fil-kapaċità ta’ GO kien maħsub u mwettaq bir-reqqa bl-għan li l-klijenti eżistenti ma jkunux affettwati waqt li dan ilproġett ikun implimentat. Il-Kap Kummerċjali ta’ GO, Kurt Camilleri, qal: “Permezz tal-irduppjar fil-kapaċità, l-affidabilità u l-kapaċità ewlenija ta’ GO fil-konnettività internazzjonali issa ngħatat spinta oħra. Bħala kumpanija nibqgħu impenjati li noffru lillklijenti tagħna l-aqwa servizz possibbli llum, u li nagħmlu l-investimenti meħtieġa biex niżguraw li Malta għandha l-infrastruttura lesta biex tagħmel tajjeb għal futur interessanti.”


MADWARNA

kullhadd.com

31|07|2016 23

L-APS BANK INIEDI ŻEWĠ KONTIJIET ĠODDA FID-DOLLARU AMERIKAN

L-APS Bank għadu kif nieda żewġ term deposit accounts li fihom tista’ tiddepożita dollari Amerikani għal perjodu ta’ żewġ jew ħames snin, b’rata ta’ mgħax fiss u mingħajr riskju fuq id-depożitu oriġinali. Il-kont term deposit fid-dollaru Amerikan joffri rata tal-imgħax annwali ta’ 2% fuq depożitu ta’ sentejn u ta’ 3% jekk iddepożitu jkun għal ħames snin. L-inqas ċifra li tista’ tkun depożitata f ’xi wieħed minn dawn il-kontijiet hi ta’ $2,000. “Dawn il-kontijiet għandhom rata ta’ mgħax attraenti u għalhekk hu kont ideali għal dawk li jixtiequ dħul regolari jew ikabbru d-depożiti tagħhom fi flus barranin. Madankollu, ilklijenti jridu joqogħdu attenti għall-moviment tar-rata talkambju,” qal f ’kumment isSur Sandro Baluci, il-Kap talAsset Management fi ħdan l-APS Bank. L-imgħax (taxxa inkluża) Scheme. barranin oħra. Għal aktar żur is-sit elettroniku tal-Bank jitħallas darba fis-sena f ’kont hu suġġett għal termini Compensation u kundizzjonijiet u hu Dawn il-kontijiet huma informazzjoni mur f ’wieħed www.apsbank.com.mt jew tat-tfaddil tal-APS Bank. mid-Depositor disponibbli wkoll f ’muniti mill-fergħat tal-APS Bank, ċempel 2122 6644. Dan il-prodott finanzjarju rregolat

IL-PORTAFOLL TA’ HSBC GLOBAL ASSET MANAGEMENT MALTA JAQBEŻ IL-€1 BILJUN

Il-kumpanija HSBC Global Asset Management (Malta) Limited qabżet it-tragward ta’ €1 biljun fil-valur tal-assi li timmaniġġja u tqassam. HSBC Global Asset Management (Malta) tifforma parti min-network tal-HSBC Global Asset Management li flimkien jimmaniġġjaw assi li jlaħħqu €383 biljun. Il-kumpanija tispeċjalizza fl-iżvilupp u l-immaniġġjar ta’ prodotti u servizzi ta’ investiment għallklijenti madwar id-dinja. Id-Direttriċi Maniġerjali ta’ HSBC Global Asset Management (Malta) Limited, Muriel Rutland, qalet: “Din issena l-kumpanija se tiċċelebra 20 sena li toffri servizz ta’ klassi dinjija f ’dak li hu investiment u konsulenza għall-klijenti f ’Malta. Ksibna suċċess sinifikanti. Filfatt, l-għan ewlieni tagħna hu li nżommu din il-prestazzjoni b’saħħitha fil-futur.” Il-kumpanija kienet inkorporata fl-1996, u hi kumpanija sussidjara proprjetà ta’ HSBC Bank Malta plc. Fl-2014, il-

kumpanija kienet liċenzjata mill-MFSA bħala Alternative Investment Fund Manager. Il-kumpanija timmaniġġja sitt fondi, li huma Malta Bond Fund, Malta Government Bond Fund, Maltese Assets Fund, International Bond Fund, Equity Growth Fund, u HSBC Property Investment Fund. Skont Rutland, il-firxa ta’ fondi disponibbli lokalment hija maħsuba għal retail investors. Saret osservazzjoni li l-maġġoranza tar-retail investors Maltin jippreferu jinvestu fis-suq domestiku, b’mod partikolari dawk bi qligħ fiss. Din il-preferenza ssaħħet millfatt li l-ekonomija ta’ Malta baqgħet reżiljenti waqt il-kriżi fiż-Żona Ewro. Minbarra l-fondi mmaniġġjati lokalment, li jitqassmu finnetwork tal-fergħat ta’ HSBC, ilkumpanija HSBC Global Asset Management (Malta) tqassam ukoll firxa ta’ fondi mmaniġġjati globalment minn HSBC. Dawn jinkludu World Selection Portfolios, Global Investment

Funds, Liquidity Funds u l-fond li tnieda dan l-aħħar: HSBC Select Funds. Aktar tagħrif dwar dawn il-fondi jinkiseb permezz ta’ appuntament malKonsulenti Finanzjarji f ’wieħed mill-fergħat ta’ HSBC Malta. “Il-fond World Selection kien storja ta’ suċċess hawn f ’Malta. Il-parir li qed jingħata lir-retail investors dwar il-firxa tal-fond hu bħala ‘soluzzjoni mmaniġġjata’ u diġà kellu influss nett ta’ madwar €40 miljun fl-2014 u fl2015,” assigurat Rutland. Fi Frar ta’ din is-sena, HSBC Malta ħabbar it-tnedija ta’ HSBC Select Funds. Dan il-prodott joffri firxa ta’ ħames fondi bi profili differenti ta’ riskji għassuq f ’Malta. “Introduċejna HSBC Select bil-ħsieb li nwessgħu l-proposta tagħna għall-immaniġġjar talassi għall-klijenti HSBC Premier. Dawn il-Fondi jibbenefikaw mill-preżenza globali ta’ HSBC fiċ-ċentri finanzjarji ewlenin madwar id-dinja, kif ukoll millesperti akkreditati tagħna,” qalet Rutland.


24 31|07|2016

kullhadd.com

MADWARNA

WARA SAN PIETRU B’RISQ IL-COMMUNITY CHEST FUND Nhar il-Gimgħa 5 ta’ Awwissu 2016 se ssir attività b’risq ilCommunity Chest Fund; attività mtellgħa mis-Soċjetà Filarmonika San Pietru, Banda Birżebbuġa. Din l-attività se ssir fl-okkażjoni tal-25 anniversarju tal-istatwa ta’ San Pietru maħduma millKavallier Alfred Camilleri Cauchi fl-1991 u qed tiġi organizzata mis-Soċjetà Filarmonika San Pietru Banda Birżebbuġa bil-koperazzjoni tal-Community Chest Fund u mill-Uffiċċju tal-President Il-programm huwa kif ġej:

tal-attività

Fis-6.00pm titlaq carcade minn fejn il-każin tal-Banda Birżebbuġa mat-toroq ta’ Birżebbuġa bl-istatwa ta’ San Pietru li wara tibqa’ sejra sa jinġabru fil-Bajja ta’ San Ġorġ Xatt is-Sajjieda f ’Marsaxlokk. f ’Birżebbuġa biex imorru Fis-7.00pm, dawk kollha għal Marsaxlokk. Fis-7.15pm l-istatwa ta’ dilettanti tad-dgħajjes

San Pietru tittella’ fuq lanċa u tibda dimostrazzjoni akkumpanjata minn dgħajjes u opri tal-baħar mill-Port

sena se jkollna magħna voluntiera mill-MCCF li se jkunu jduru mad-dgħajjes u jiġbru donazzjonijiet għallMCCF. Fit-20.10 tasal il-lanċa mal-moll ta’ fejn il-pitch talwaterpolo fil-Bajja s-Sabiħa, Birżebbuġa, fejn tiġi milqugħa mill-Banda Birżebbuġa blinnu popolari. Fit-20.15 tasal l-E.T. l-President ta’ Malta MarieLouise Coleiro Preca fejn il-President tas-Soċjetà Filarmonika San Pietru Banda Birżebbuġa jgħaddilha d-donazzjonijiet miġbura u wara jkun hemm messaġġ mill-President ta’ Malta. Imbagħad il-Banda Birżebbuġa tkompli takkumpanja l-istatwa ta’ San Pietru mat-toroq ewlenin ta’ ta’ Marsaxlokk għall-Bajja Birżebbuġa u fl-aħħar ittella’ s-Sabiħa f ’Birżebbuġa. l-istess statwa fuq pedestall Din hi okkażjoni tradizzjonali fix-Xatt ta’ Birżebbuġa, fost f ’Birżebbuġa imma din is- spettaklu pirotekniku.

SPETTAKLI TA’ LOGĦOB TAN-NAR FIL-PORT IL-KBIR GĦALL-FESTA TAL-BELT VITTORIOSA Fl-okkażjoni tal-festa ta’ San Lawrenz, patrun tal-Belt Vittoriosa, fil-Port il-Kbir, se jerġgħu jittellgħu l-ispettakli annwali ta’ logħob tan-nar li saru parti mill-kalendarju pirotekniku ta’ pajjiżna. Dawn l-ispettakli jiġu ppreżentati ta’ kull sena mill-Għaqda Piroteknika 10 ta’ Awwissu tal-Birgu. L-ispettaklu pirotekniku prinċipali, imsejjaħ La Notte Di San Lorenzo 2016, se jiġi ppreżentat lejlet il-festa talBelt Vittoriosa, nhar it-Tlieta 9 ta’ Awwissu fl-10.00pm. Il-pubbliku li jattendi huwa mħeġġeġ biex jinżel filpost fejn se jkun hemm issound system u mhux jibqa’ fuq is-swar jew f ’xi nħawi oħra vantaġġjużi tal-Port ilKbir, għax inkella ma jkunx jista’ jgawdi l-pakkett kollu li se jkun offrut. Ħdejn ilklabb tar-regatta tal-Birgu, se jintrama sound system kif ukoll diversi effetti ta’ dwal biex jikkumplimentaw l-ispettaklu pirotekniku. Il-kummentatur tas-serata jkun id-DJ Dorian Cassar. Is-serata tibda b’wirja ta’ logħob tan-nar sinkronizzata mal-mużika tal-grupp leġġendarju Pink Floyd. Eżatt wara jingħata bidu għal murtali tradizzjonali tal-beraq. Din ilwirja ta’ murtali tradizzjonali Maltin tigi fi tmiemha b’wirja oħra ta’ logħob tan-nar sinkronizzat mal-mużika; din id-darba ma’ mużika Maltija tal-Mro Charles Camilleri. Immedjatament wara jkun hemm wirja ta’ murtali

tradizzjonali tal-kulur. Il-final, li tant ikun mistenni, se jkun wirja kbira ta’ nar sinkronizzat mal-mużika. Il-mużika magħżula se tkun Music ta’ John Miles u kanzunetti talgrupp Taljan Volo. Din ilwirja piroteknika mill-aqwa ta’ logħob tan-nar divers se tinkludi nar tradizzjonali Malti u diversi blalen kbar. Ta’ min jgħid li l-wirjiet kollha huma kkordinati mill-Għaqda Piroteknika 10 ta’ Awwissu u jinħarqu bis-sistema pyromaster. Dawk kollha li jattendu għal din is-serata piroteknika jistgħu jaslu fil-post billi jgħaddu mill-mina tal-Kalkara u jduru fl-ewwel triq fuq ixxellug, li tiġi eżatt fil-post imsemmi. Inħeġġu wkoll li jintuża parkeġġ kbir viċin ħafna tal-post: il-Fortini Football Ground.

Ta’ min jgħid ukoll li mid9.00pm ’il quddiem tul ilpost fejn ikun hemm armata s-sistema tas-sound u fejn hu mistenni li jerġgħu jinġabru n-nies, ikun hemm ukoll marċi brijużi mill-Banda Madonna tal-Karmnu tal-Balluta. Lejlet il-festa hija biss preludju għall-ġurnata tant għażiża tal-festa – il-ġurnata tal-10 ta’ Awwissu li din l-għaqda piroteknika hija tant kburija li ġġib l-isem tagħha. Il-festa tal-Birgu fiha l-vantaġġ li dejjem tiġi ċċelebrata filġurnata proprja tagħha u, għaldaqstant, tattira kwantità ta’ nies aktar minn festi oħra għar-raġuni li ma taħbatx ma’ festi oħra. Madankollu, it-Tlieta 9 u l-Erbgħa 10 ta’ Awwissu, kull dilettant ma jistax ma jkunx il-Birgu. Il-qofol tal-ispettaklu

pirotekniku ta’ jum il-festa, l-Erbgħa 10 ta’ Awwissu, ikun meta fis-7.15pm tinħaraq ilkaxxa infernali hekk imsejħa ‘tal-ħruġ’; kaxxa spettakolari minn fuq diversi braken filPort il-Kbir li hu spettaklu b’koreografija li jinħaraq bis-sistema pyromaster. Immedjatament wara jinħarqu diversi murtali bil-logħob. Illogħob tan-nar f ’din il-ġurnata jibqa’ sejjer sal-11.00pm, fejn ikun hemm wirja sħiħa ta’ logħob tan-nar fl-okkażjoni ta’ Jum San Lawrenz. Ta’ min jgħid li, apparti dawn il-jumejn prinċipali, l-Għaqda Piroteknika 10 ta’ Awwissu ħejjiet programm ta’ ġimgħa sħiħa logħob tan-nar millPort il-Kbir, bħala preludju. Infatti, ikun hemm programm ta’ logħob tan-nar kuljum f ’dawn il-ġranet: il-Ħadd 31

ta’ Lulju; is-Sibt 6, il-Ħadd 7 u t-Tnejn 8 ta’ Awwissu. IsSibt 6 ta’ Awwissu, l-Għaqda Piroteknika 10 ta’ Awwissu se tippartecipa fil-laser show li tittella’ mis-Sezzjoni Żgħażagħ Palmiżi f ’Misraħ irRebħa fil-11.00pm b’wirja ta’ nar sinkronizzat mal-mużika. Ta’ min jgħid ukoll li wara l-ispettaklu fil-Port il-Kbir, nhar it-Tlieta 9 ta’ Awwissu jkun hemm ukoll wirja ta’ logħob tan-nar tal-art fil11.30pm quddiem il-knisja parrokjali fil-Marina tal-Birgu. Din is-sena l-logħob tannar ġie mmanifatturat minn dawn il-kumplessi tan-nar: 25 ta’ Novembru taż-Żejtun, San Ġorġ ta’ Ħal Qormi, Sant Andrija ta’ Ħal Luqa, San Ġużepp ta’ Ħal Għaxaq, Santa Marija tal-Imqabba, Madonna ta’ Lourdes tal-Qrendi, u s-Sur Colin Muscat. Dawn l-ispettakli ta’ nar se jsiru grazzi għall-għajnuna tal-Kumitat Festi Esterni San Lawrenz, Olde City Pub, ilMinistru Joe Mizzi, Cassar Ship Repair, Sound Solutions, Audio Sound System, MCP Car Park, Alexandra Hotel, JAC Steel, Tat-Toqba Bar & Take Away, Cilia Bulding Contractors, Fava Woodworks, Kunsill Lokali Kalkara, Melvin Degiorgio Photography, il-Kunsill Lokali tal-Birgu, is-Supretendent u l-pulizjia tad-distrett, Heritage Malta, Kottoner 98 FM, 1st Cospicua Scout Group, Big Bun Bakery & Confectionery, Grand Hotel u Sezzjoni Żgħażagħ Palmiżi.


MADWARNA

kullhadd.com

31|07|2016 25

GĦAL-LUKANDA! Fr Mario Attard OFM Cap

Jeżisti kummentarju interessanti ta’ Santu Wistin li jfisser tant tajjeb x’inhi din l-imbierka lukanda

Kemm tolqotni l-parabbola tal-Ħanin Samaritan! Mhux biss, le, għax “wasal ħdejh, rah u tħassru, resaq lejh, dewwielu l-ġrieħi biż-żejt u l-inbid u rabathomlu” (Lq 10:33-34), imma wkoll għax “tellgħu fuq il-bhima tiegħu, wasslu f ’lukanda u ħa ħsiebu,” (Lq:34). Din il-biċċa tal-lukanda lili minn dejjem interessatni. Forsi għax għandi ammirazzjoni kbira lejn min jaħdem flindustrija tal-ospitalità. Mhux faċli li żżomm lill-ospiti li jkollok fil-lukanda ferħanin. Ġieli jiġrilek li, tagħmel kemm tagħmel, qisek qatt ma tista’ tissodisfa l-aspettazzjonijiet tagħhom. Ajma! L-aktar jekk ikunu qnieżaħ! Il-Mulej jilliberana minnhom! Imma anke jekk ikunu qnieżaħ trid tara kif tagħmel ħa taqdihom. Huma x’inhuma ospiti! Jeżisti kummentarju interessanti ta’ Santu Wistin li jfisser tant tajjeb x’inhi din l-imbierka lukanda. Dan ilkumment jagħmel sens kbir, l-aktar fil-kuntest tas-Sena tal-Ħniena li bħalissa qegħdin ngħixu. Dan il-kumment ifakkarna f ’tant prietki li dan il-qaddis għamel u li huma miżgħuda b’passaġġi li jippreżentawlna b’mod mill-aktar ħaj l-imħabba mimlija ħniena u fejqan għallmidinbin tal-Mulej. Fi prietka minnhom, dik numru 131, Wistin jieħu l-parabbola talĦanin Samaritan bħala tixbiha tal-imħabba qaddisa u li tfejjaq ta’ Alla għall-erwieħ dgħajfa u midinba. Mela għalija u għalik sieħbi! “Dawn huma nies li huma

ingrati lejn il-grazzja. Li jirreferu ħafna għan-natura fqira u miġruħa tagħna. Hija verità li l-bniedem, meta ġie maħluq, ingħata qawwa kbira għar-rieda, imma, meta dineb, tilifha u waqa’ fil-mewt. Ilħallelin ħallewh fit-triq nofsu mejjet. Samaritan li kien għaddej refgħu għal fuq ilbhima tat-tagħbija tiegħu. Għadu għaddej bil-kura… Intom se titfakkru, għeżież, min kien ir-raġel nofsu mejjet u midrub mill-ħallelin fittriq. Kemm ġie mfarraġ. Irċieva ż-żejt u l-inbid fuq il-ġrieħi tiegħu. Huwa veru li dnubietu ġew diġà maħfura. Madankollu, il-marda tiegħu hija mfejqa fil-lukanda. Il-lukanda, jekk tistgħu tagħrfuha, hija l-Knisja. Meta qegħdin fil-lukanda ejjew noqogħdu għall-kura. Ejjew ma niftaħrux li aħna b’saħħitna

meta aħna dgħajfa.Għidu lil ruħkom: int għadek f ’din ilħajja. Il-ġisem għadu dgħajjef. Anke jekk wara maħfra kompleta (fil-magħmudija) intom ġejtu mmexxija biex titolbu bħala rimedju. Intom għadkom tgħidu, sakemm ilmarda tagħkom tkun imfejqa, ‘Aħfrilna dnubietna’,” (Prietka 131.6.6). Mela l-lukanda hija l-Knisja! Dik il-Knisja li spiss nikkritikaw, jew għax tiddiżappuntana inkella għax, ta’ bnedmin li aħna, ma nagħrfux sewwa min hi. U x’inhi? Il-Knisja hija divina minħabba li ġiet imwaqqfa minn Ġesù Kristu, imma hija wkoll umana. Ġesù, ilperfett, m’għażilx anġli biex jissuktaw il-missjoni tiegħu fuq din l-art, għażel nies bħala rgħajja tagħha li huma tad-demm u l-laħam. Bħali u

bħalek. Dan il-fatt mhux talli m’għandux jaqtgħalna qalbna. Anzi! Għandu jagħmlilna kuraġġ kbir! Mela hu, biex tassew jifhimna, mhux l-istess triq ħa? Dik li jsir bniedem bħalna? Ħadd minna ma jista’ jġib skuża li l-Mulej ma jistax jifhimna. Din l-akkuża ma għandiex bażi. Hemm arah! Sar bniedem bħalna f ’kollox minbarra fid-dnub. Ħa jerfagħna ’l fuq! Ħa joħodna ħdejh! Ħa jdaħħalna f ’ħajtu minn din id-dinja stess! L-istess għadu jaqdina f ’nies bħalna – midinbin, imma nies li, għalkemm midinbin, xorta qed jagħtuh ħajjithom. Għidli ftit dan hux kuraġġ, eh! Għax il-Mulej mhux bħali u bħalek, li naqtgħu qalbna u nċedu l-armi. Jibqa’ jara kif minn kollox ħa joħroġ il-ġid. Mela meta tiltaqa’ mal-morda firruħ, midinbin bħali u bħalek, u morda f ’ruħhom, bħali u bħalek, tinkwetax. Ħudhom sal-Knisja. Irranġalhom appuntament ma’ saċerdot li taħseb li se jifhimhom, jgħinhom u jinkoraġġihom. Avolja marid bħalhom, imma għax dan is-saċerdot daq il-ħniena ta’ Alla fillukanda jista’, iva, joffrilhom l-ospitalità sabiħa li sab fillukanda hu stess, fil-Knisja. Il-Knisja toffri s-sagramenti, speċjalment tal-qrar u talEwkaristija, li bihom int u jien nindafu ħa ngħixu! U bihom tibqa’ tieħu ħsiebna sakemm nagħlqu għajnejna. Minn din is-Sena tal-Ħniena ’l quddiem għall-Knisja sieħbi! Għall-qrar u t-tqarbin! Għallukanda! Ħa ngħixu ħajja fejqana! Għal-lukanda!


26 31|07|2016

kullhadd.com

PERSONALITÀ

QED IDDUR ID-DINJA FTIT FTIT BIL-PJANU RAMONA

PORTELLI TINTERVISTA LIL

GABI

SULTANA

Sit elettroniku: www.ramonaportelli.com Email: ramonaportelli@hotmail.com

Waqt li kont qed ngħarrex fl-internet dan l-aħħar, skoprejt talent lokali ieħor – pjanista li tgħix barra minn xtutna, iżda żgur li ma nsietx lil art twelidha għax ftit ġimgħat ilu kienet proprju f ’Malta tagħti kunċert. Iddoqq solo, kif ukoll ma’ mużiċisti oħra. Iktar ma ddoqq ma’ mużiċisti oħra iktar titgħallem! Qed nirreferi għall-pjanista Gabi Sultana Bħalissa tgħix f ’Ghent, ilBelġju, fejn ilha għal dawn l-aħħar tmien snin. Qabel għexet ukoll f ’The Hague, l-Olanda, għal seba’ snin. Fil-fatt, kienet telqet minn Malta biex tmur tistudja l-Konservatorju ta’ The Hague. Wara marret Ghent biex tispeċjalizza filmużika kontemporanja filKonservatorju ta’ Ghent stess. Xogħolha huwa ta’ pjanista, u ddoqq f ’kunċerti bħala solista kif ukoll flimkien ma’ Spectra Ensemble. Tgħallem il-pjanu wkoll. Bħala passatempi għandha għal qalbha s-safar, u ’l hena tagħha tiskopri kulturi differenti. Gabi tħobb l-affarijiet sempliċi u mingħajr drama. Il-passjoni

tagħha hija l-mużika, u minbarra mużika klassika kontemporanja, togħġobha ħafna l-mużika elettronika esperimentali.

kontemporanja – mużika li nkitbet wara s-sena 1950, biex inkunu ftit iktar preċiżi. “Tajjeb li ngħidu li jiena għandi Bachelor kif ukoll Masters fil-performance ta’ mużika klassika. Wara li ħadt il-Masters, għamilt sentejn Postmasters nispeċjalizza fil-mużika kontemporanja. Però, ilni ffukata fuq mużika kontemporanja minn mindu kont żgħira,” kompliet tgħidli. Ħafna jqisu l-pjanu bħala biċċa għamara fid-dar, mentri l-veru sens tiegħu hu li huwa strument mużikali li jaf jagħti gost u pjaċir lill-widna li taf tapprezza. B’hekk iddiskutejt dan il-fatt ma’ Gabi, li saħqet li kulħadd għandu l-gosti tiegħu. “Min jixtieq li l-pjanu jintuża bħala għamara mhu qed jagħmel xejn ħażin. Min verament jixtieq idoqq, ma jużax ilpjanu bħala għamara.”

Kuntenta meta ddoqq ilpjanu Daqqet fl-Ewropa, l-Amerika u l-Awstralja Xtaqt inkun naf kemm ilha tinteressa ruħha fil-pjanu B’wiċċha minn quddiem u għaliex il-pjanu u mhux Gabi tista’ tgħid li daqqet ilxi strument mużikali ieħor. pjanu mhux Malta biss, iżda “Ilni li ħadt id-deċiżjoni li madwar l-Ewropa, l-Amerika nsir pjanista minn mindu u l-Awstralja wkoll. Fil-fatt, kelli xi 12-il sena, wara tħossha fortunata ħafna li li b’sorpriża kbira rbaħt minħabba l-pjanu qed iddur l-ewwel kompetizzjoni li id-dinja ftit ftit. “Inqis kull kont ħadt sehem fiha tal- kunċert bħala esperjenza EPTA Malta. Dejjem kont unika.” kuntenta ndoqq il-pjanu,” Dwar jekk għadx hawn sostniet miegħi Gabi. interess minn studenti flIllum Gabi hija spjeċjalizzata istudju tal-pjanu, Gabi fil-mużika klassika kkonfermatli li għad hawn.

“Vera li ħafna studenti jagħżlu li jiddedikaw iktar ħin għal suġġetti oħrajn, però mbagħad hemm dawk il-ftit studenti li l-mużika hija ħajjithom ukoll,” sostniet Gabi. Magħha ddiskutejt ukoll l-udjenza globali li tattendi kunċerti tal-pjanu u Gabi saħqet li l-interess għallmużika dejjem se jibqa’. Qaltli li taħseb li huwa importanti li l-artisti, kif ukoll it-teatri, festivals u avvenimenti talmużika, jagħżlu repertorju biex jiġbdu l-attenzjoni taludjenza wkoll. Daqsxejn varjetà fl-għażla tgħin ukoll.

Ħamis ta’ April, Gabi tat kunċert ta’ piano and electronics fil-Kavallier ta’ San Ġakbu, il-Belt Valletta. F’dan il-kunċert daqqet kompożizzjonijiet li nkitbu wara s-sena 2000, fosthom ta’ Benjamin van Esser, Pierre Jodlowski, Christopher Cerrone, u arranġament ta’ Piano Counterpoint ta’ Steve Reich. S’issa, il-kunċerti ppjanati għal din is-sena li se tipparteċipa fihom Gabi se jsiru fl-Italja, il-Finlandja, ir-Rumanija, il-Belġju, u l-Olanda, fost oħrajn. F’isem it-tim tal-gazzetta Kunċert f ’Malta KullĦadd, nawguralha aktar suċċessi u esperjenzi Ftit xhur ilu, proprju fl-aħħar mużikali.


SKEDA

kullhadd.com

103 08.00 Flimkien ma’ Nancy 09.00 Paperscan 10.00 Multisport 10.30 Sejjaħtli Helpine 11.10 Mad-Daqqa t’Għajn 12.10 Sketches mad-Dulli 12.30 Aħbarijiet 12.40 Better Living Sajf 14.00 Telebejgħ 15.00 Arani Issa 17.30 Aħbarijiet 17.40 Hazzzard Daily 17.45 Festa Kristu Re, Raħal Ġdid 19.30 Aħbarijiet 20.10 Festa Kristu Re, Raħal Ġdid

151 06.00 Lena 06.30 Memex 07.00 Sea Patrol 08.30 Heartland 09.55 Dream Hotel 11.25 La Nave Dei Sogni 13.00 TG2 Giorno 13.30 TG2 Motori 13.45 Sereno Variabile Estate 14.35 Viaggi da Record 15.10 Delitti in Paradiso 16.10 Il Commissario Lanz 17.10 Il Commissario Voss 18.05 TG2 L.I.S. 18.10 Squadra Speciale Stoccarda 18.55 NCIS: New Orleans 20.30 TG2 21.05 Hawaii Five-0 21.50 CSI: Cyber 23.25 Meteo 2 23.25 Domenica Sportiva Estate 23.30 Appuntamento al Cinema

162 06.00 Mediashopping 06.55 Anica Flash 07.00 Extreme Makeover Home Edition 08.35 Mediashopping 08.50 Bella Piu di Prima 09.50 Beautiful 11.30 Il Segreto 12.30 Dr House – Medical Division 14.30 Royal Pains 16.20 Tuozoo 17.20 Tutto l’Amore Del mondo 19.15 Dr House – Medical Division 21.10 Rosamunde Pilcher 23.05 Quando Meno te lo Aspetti 23.15 Basta Poco 23.45 Anica Flash 23.50 Siffredi Late Night

372 06.00 Roadtrip With G. Garvin 07.00 Chopped 08.00 Amazing Wedding Cakes 09.00 The Pioneer Woman 10.00 Sibas Table 11.00 Barefoot Contessa 12.00 Diners, Drive-Ins and Dives 14.00 Chopped 15.00 Guys Grocery Games 16.00 Amazing Wedding Cakes 17.00 Sibas Table 18.00 Patricia Heaton Parties 19.00 Cutthroat Kitchen 20.00 Chopped South Africa 21.00 Man v Food 22.00 Mystery Diners 23.00 Man v Food 23.00 Cutthroat Kitchen 23.30 Man v Food

410 06.00 House Hunters International 08.05 Extreme RVs 09.00 Baggage Battles 10.00 Big Crazy Family Adventure 11.00 The Treehouse Guys 12.00 Building Alaska 13.00 The Vanilla Ice Project 14.00 Lake Life 15.00 Salvage Dawgs 16.00 The Treehouse Guys 17.00 Building Alaska 18.00 Hotel Impossible 19.00 Extreme RVs 20.00 Mysteries at the Museum 21.00 Castle Secrets and Legends 22.00 Building Alaska 23.00 Bizarre Foods 23.00 The Treehouse Guys 23.30 Bizarre Foods

31|07|2016 27

101 07.00 Aħbarijiet 08.30 Mill-Arkivji 08.45 Ħadt l-Aħbar 10.00 X’Joffri l-Kunvent 10.30 Fil-Ġnien ma’ Melo 11.00 Ħadd Għalik 14.00 Promotional Material 15.00 Simpatiċi 16.00 Aħbarijiet 16.05 Simpatiċi 17.05 Ninvestigaw x’Qed Nieklu 18.00 Aħbarijiet 18.15 Għawdex Illum 18.45 Ħallieh Iħabbat 19.30 Mill-Imħażen tal-Festa 20.00 Aħbarijiet 20.45 Film: Music of The Heart 23.15 Aħbarijiet 23.30 Smack Down WWE

152 06.00 Fuori Orario: Cose (mai) Viste 07.00 Carmen 08.50 Un Inviato Molto Speciale 10.10 Speciale Camera Con Vista: Fuori Binario 11.10 Attenti a Quei Due 12.00 TG3 12.25 Le Ragazze Del 46 13.05 Ritratti 14.00 TG Regione 14.15 TG3 14.35 TG3 L.I.S. 14.40 L’Erba Dei Vicini 16.25 Perception 17.55 Kilimangiaro Magazine 18.55 Meteo 3 19.00 TG3 19.30 TG Regione 20.00 Blob 20.20 Colpo di Scena 21.05 Circo Estate 23.10 TG3

300 06.55 Show Me Show Me 07.35 CBeebies Stories 07.40 Doctors 09.35 EastEnders 12.05 Last of the Summer Wine 13.35 Bargain Hunt 15.05 Doctor Who 16.35 Little Dorrit 20.10 Father Brown 21.00 Orphan Black 21.40 Silent Witness 23.10 Orphan Black 23.25 Doors Open 23.50 Silent Witness

400 06.00 How Do They Do It? 06.25 Fat N Furious. Rolling Thunder 07.15 Fast N Loud 08.10 Wheeler Dealers 09.05 Extreme Car Hoarders 09.55 Classic Car Rescue 10.50 Misfit Garage 11.40 Storage Hunters UK 12.35 Property Wars 13.30 The Liquidator 14.25 Dallas Car Sharks 15.20 Diesel Brothers 16.15 Engine Addict With Jimmy de Ville 17.10 How Its Made. Dream Cars 18.05 Wheeler Dealers 19.00 Tethered 20.00 Free Ride 21.00 Marooned With Ed Stafford 22.00 Hell Road Russia 23.00 River Monsters 23.50 Free Ride

412 06.00 Teleshopping 09.00 Pawn Stars 15.00 Car Hunters 16.00 Storage Wars. Miami 17.00 Storage Wars 18.00 Pawn Stars 19.00 Smartest Guy in the Room 20.00 Mountain Men 21.00 American Pickers 22.00 Storage Wars 23.00 American Pickers 23.00 Vikings

104 08.00 Aħbarijiet 08.45 Kelma għall-Ħajja 09.00 Holy Mass 09.45 Vatican Magazine 10.15 L-Ordni 10.45 Dot EU 11.00 Għanafest 12.15 Paq Paq On Test 12.30 Euronews 13.30 Britain’s Got Talent 15.00 Madwarna 15.30 Madagascar 16.30 Sports Ghawdex 17.00 Euronews 18.00 Gastrokultura 18.30 New Rooms 19.00 Għawdex Illum 19.30 Kingdom of Plants 20.30 Aħbarijiet għal persuni b’nuqqas ta’ smigħ 20.40 Ħallih Iħabbat 21.10 Il-Vjaġġatur

153 07.25 TG4 Night News 07.45 Media Shopping 08.15 Gli indistruttibili 09.20 North America 10.00 Santa Messa 10.50 North America 11.30 TG4 Telegiornale 12.02 Arrangiatevi 14.20 Ieri e Oggi in TV 15.09 Il Giorno Dello Sciacallo 18.50 Anteprima TG4 18.55 TG4 Telegiornale 19.40 Perry Mason: Larte di Morire 21.30 Montecristo 21.30 Il Conte di Montecristo

306 06.00 Rich Kids of Beverly Hills 07.00 EJ NYC 11.00 Botched 16.00 Keeping Up With the Kardashians 21.00 Botched 22.00 Famously Single 23.00 L.A. Clippers Dance Squad 23.00 EJ NYC

403 09.30 I Am Jazz 13.10 Single Dad Seeking... 14.05 Cake Boss 15.00 Bride by Design 15.30 Say Yes to the Dress 15.55 Say Yes to the Dress. Bridesmaids 16.25 Say Yes to the Dress. Randy Knows Best 16.50 Curvy Brides 17.20 Something Borrowed, Something New 17.50 My Crazy Italian Wedding 18.15 Say Yes to the Dress Canada 18.45 Say Yes to the Dress. Randy Knows Best 19.10 Randy to the Rescue 20.05 What If We Get Married? 21.00 Say Yes to the Dress 21.55 My 600-Lb. Life. Where Are They Now? 22.50 Outrageous Emergency 23.05 Late Night Joy

452 08.00 Winx Club 08.50 The Fairly OddParents 09.35 Sanjay and Craig 10.05 Alvinnn!!! and the Chipmunks 10.30 Kung Fu Panda 11.20 The Fairly OddParents 12.05 Sam and Cat 12.30 Victorious 13.00 The Haunted Hathaways 16.15 Big Time Rush 16.40 Nicky, Ricky, Dicky and Dawn 17.05 iCarly 17.30 SpongeBob SquarePants 18.10 Teenage Mutant Ninja Turtles 18.35 The Penguins of Madagascar 18.55 Henry Danger 19.20 The Thundermans 19.45 Bella and the Bulldogs 20.15 100 Things to Do Before High School 20.40 SpongeBob SquarePants 21.15 Avatar. The Legend of Aang

102 07.00 Aħbarijiet 09.00 Mill-Familja Rjali 09.15 Missjoni 10.15 Telebejgħ 11.15 Quddiesa mis-Santwarju Ta’ Pinu 12.00 Telebejgħ 14.00 Aħbarijiet 14.05 Telebejgħ 14.30 It-Tfal Jiġu bil-Vapuri 16.00 Iswed fuq l-Abjad (R) 17.00 Mister Fisherman (R) 18.00 Aħbarijiet 18.05 Flusek (R) 18.35 Road Trip 19.30 Aħbarijiet 20.30 Kuġini 21.30 Aħbarijiet 21.35 Id-Djarju l-Iswed 23.00 Aħbarijiet

154 06.00 Prima Pagina 08.00 TG5 Mattina 09.10 Gli Anni Dei Ricordi 12.00 Melaverde 13.00 TG5 13.40 Larca di Noe 14.00 Borotalco 16.45 Un Ciclone in Famiglia 18.45 Il Segreto 20.00 TG5 20.40 Paperissima Sprint 21.15 Matrimoni e Altre Follie 23.20 TG5 Notte 23.30 Accros à l’expédition

307 06.50 Giada at Home 07.40 Healthy Gourmet 08.30 Beachfront Bargain Hunt 09.25 Caribbean Life 09.50 Hawaii Life 10.15 Rehab Addict 11.10 Curb Appeal 12.00 House Hunters 12.50 Fixer Upper 13.45 Platinum Weddings 14.35 Tiny House, Big Living 15.25 Fixer Upper 16.15 Restoration SOS Charleston 17.05 Platinum Weddings 18.00 Celebrities at Home 18.55 House Hunters 19.45 Hawaii Life 20.10 Caribbean Life 20.35 Rehab Addict 21.00 Flea Market Flip 21.55 Tiny House, Big Living 22.45 Caribbean Life

405 06.00 Swamp Brothers 06.25 DogTV 07.15 Treehouse Masters 08.10 Animal Movers 09.05 The Wild Life of Tim Faulkner 10.00 DogTV 10.55 Ten Deadliest Snakes with Nigel Marven 11.50 Biggest and Baddest 17.20 Treehouse Masters 18.15 Animal Movers 19.10 The Wild Life of Tim Faulkner 20.05 Bondi Vet 21.00 Treehouse Masters 21.55 Ten Deadliest Snakes with Nigel Marven 22.50 Gator Boys 23.35 Biggest and Baddest 23.45 Gator Boys

600 06.00 Clasica Ciclista San Sebastian UCI World Tout 07.00 World Open Snooker 11.00 Clasica Ciclista San Sebastian UCI World Tout 11.30 Porsche Supercup Motor Racing 12.15 Blancpain Endurance Series Motor Racing 13.30 World Open Snooker 16.30 FIS Summer Grand Prix Ski Jumping 17.45 UEFA Womens Under-19 European Championshi 18.40 Eurosport2 News 18.45 UEFA Womens Under-19 European Championship 21.00 Major League Soccer 23.30 World Open Snooker 23.55 Eurosport2 News

150 06.00 TG Parlamento 06.30 Sembra Ieri 07.05 L’Italia Della Repubblica 08.00 TG1 08.20 Passaggio a Nord-Ovest 09.00 TG1 09.10 Easy Driver 09.40 TG1 L.I.S. 09.45 Santa Messa 12.20 Linea Verde Estate 13.30 Telegiornale 14.00 Formula 1 16.55 Il Richiamo del Cuore 18.45 Reazione a Catena 20.00 Telegiornale 20.35 Techetechete Stasera on Noi 21.25 Provaci Ancora Prof 23.00 Verdi: Giovanna d’Arco 23.25 Speciale TG1

155 07.10 Mototopo Autogatto 07.30 Taz-Mania 08.10 Le Nuove Avventure di Scooby Doo 08.35 I Flintstones 09.05 Mila e Shiro: Il Sogno Continua 10.25 Una Mamma Per Amica 12.25 Studio Aperto 13.00 Sport Mediaset: Anticipazioni 13.05 Sport Mediaset 13.45 Ale e Franz Sketch Show 15.45 Zelig1 18.00 Camera Cafè 18.30 Studio Aperto 19.00 Fattore Umano 19.35 Scuola di Polizia 2 21.20 Bastardi Senza Gloria

312 07.20 Beat Street 09.05 Beauty Shop 10.50 The Crocodile Hunter. Collision Course 12.20 Futureworld 14.05 George Washington 15.35 The Great Escape 18.25 The Garbage Pail Kids Movie 20.00 Desperately Seeking Susan 21.45 Overboard 23.25 Desperately Seeking Susan 23.35 A Life of Sin

406 06.00 Chasing UFOs 07.00 Is It Real? 08.00 Stone Age Atlantis 10.00 Kingdom of the Blue Whale 11.00 Hunt for the Giant Squid 12.00 Titanic. The Final Word With James Cameron 14.00 Nazi Underworld 15.00 Big, Bigger, Biggest 16.00 Nazi Underworld 17.00 Stephen Hawkings Science of the Future 18.00 Beyond Magic With DMC 19.00 Primal Survivor 20.00 The Story of God With Morgan Freeman 21.00 Cosmos 22.00 Challenger Disaster 23.00 Primal Survivor 23.00 Stephen Hawkings Science of the Future

603 06.00 NRL Rugby League 10.00 World Sailing Show 10.30 Q-Sport 11.00 Americas Cup World Series Yachting 12.00 North American League Soccer 14.00 Dream Team Series Triathlon 14.30 NRL Rugby League 16.30 Major League Baseball 19.00 Live. Major League Baseball 22.00 Q-Sport 22.30 Dream Team Series Triathlon 23.30 World Sailing Show


28 31|07|2016

kullhadd.com MIĊ-

ĊINEMA

RAPPORT TA’

ĊINEMA

CARMEL BONNICI

STAR TREK BEYOND

AVVENTURUŻ

L-EKWIPAĠĠ TAL-ENTERPRISE F’SITWAZZJONI MWIEGĦRA ĦAFNA

Atturi Ewlenin: Chris Pine, Zachary Quinto, Zoe Saldana, Karl Urban, Simon Pegg, John Cho, Anton Yelchin, Sofia Boutella, Idris Elba Direttur: Justin Lin. Distributur: Paramount Maħruġ minn KRS Releasing Is-sensiela Star Trek kienet magħmula l-ewwel biex tintwera fuq it-televiżjoni, u fuq medda ta’ 37 sena ġġenerat 13-il film li kellhom 14-il nominazzjoni għall-Oscar fejn intrebħet statwetta waħda għall-aħjar irtokk bil-film tal-2009, Star Trek dirett minn J. J. Abrams. Dan il-kapaċissimu direttur reġa’ ħa t-tmun talproġett ta’ wara, Star Trek Into Darkness (2012). Issa, fi Star Trek Beyond, bħala wieħed mill-produtturi ħalla t-treġija f ’idejn Justin Lin, li jidher li kompla fuq l-istil ta’ Abrams. Minn mindu Abrams ħa r-riedni f ’idejh, Star Trek b’kast ġdid u żagħżugħ qabad rotta aktar movimentata,

Ħin: 122 min. Ċert. 12A

b’aktar azzjoni, spettaklu spazjali u wisq aktar intriċċi perikolużi. Infatti, dan ix-xogħol ilġdid jersaq sewwa lejn isserje popolarissima Star Wars. L-ekwipaġġ kollu talvettura spazjali Enterprise kien fuq missjoni ta’ ħames snin ta’ skoperta fl-irkejjen imbegħdin tal-univers. Wara sentejn, dan il-vapur tal-kwiekeb ikun attakkat bl-aħrax u bla ħniena minn aljeni misterjużi u jiġi distrutt. Il-Kaptan Kirk (Pine) jirnexxilu jabbandunah u flimkien ma’ sħabu jfittex kenn fuq pjaneta mhix magħrufa. Il-membri kollha issa jinsabu separati mingħajr ma jidher li hemm

l-iċken tama li jkunu salvati. Dan hu l-ewwel film minn din is-serje li fih ħafna azzjoni fiżika (ġlied blidejn u bl-arti marzjali), xi mumenti romantici u intriċċi gwappi fuq l-art, barra dawk tas-soltu flispazju. Il-mużika ta’ Michael Giacchino tkompli tgħin fl-andament u jirnexxilha sewwa tippompja l-adrenalina f ’dak li jkun.

Id-dilettanti ta’ din is-serje għandhom fiex jixxalaw bilkbir! Nota ta’ niket hi l-mewt sfortunata u ta’ malajr li ħasdet lil Anton Yelchin xi xahar u nofs ilu. Bħala Pavel Chekov, wieħed mill-ekwipaġġ, Yelchin iddistingwa ruħu fil-parti ta’ tekniku ottimista, dejjem ferħan u anke xi ftit mhux matur. Il-kast kollu ltaqa’ u tah l-omaġġ li jistħoqqlu.


ĊINEMA

kullhadd.com

31|07|2016 29

JASON BOURNE

EŻILERANTI

THRILLER INĠENJUŻ, EĊITANTI U MEXXEJ

Bourne, flimkien madAtturi Ewlenin: Matt Damon, Tommy Lee Jones, Alicia direttur Paul Greengrass Vikander, Vincent Cassel, Julia Stiles, Riz Ahmed li mexxa l-aħħar tnejn tat-triloġija. Minkejja li Direttur: Paul Greengrass Ħin: 123 min. Jason Bourne hu l-ħames Distributur: Universal kapitlu, dan hu xogħol Maħruġ minn KRS Releasing Ċert. 12A eżileranti, mimli intriċċi u azzjoni tant li jinvolvik Bit-trilogija The Bourne raba’ wieħed, kien xogħol mill-bidu sal-aħħar. Identity, The Bourne differenti li jikkonċerna L-assassin tas-CIA Supremacy u The Bourne karattru ieħor, is-sieħeb Jason Bourne (Damon), Ultimatum, ibbażata fuq ta’ Jason Bourne fix- ittrenjat biex jelimina perikoluż li lill-għedewwa ta’ pajjiżu il-karattri maħluqa mill- xogħol għalih qabel b’mod konvinċenti u bilawtur Robert Ludlum, daħlu Matt Damon spiċċa biex l-avvenimenti li jseħħu ħeffa u li kien tilef ilsar l-aktar attur bankabbli f ’dawn il-produzzjonijiet. memorja, waqt li meta Matt Damon reġa’ qed pprova jkun jaf min ta’ Hollywood. lil Jason tassew hu sar il-mira The Bourne Legacy, ir- jinterpreta

tal-assoċjazzjoni stess li ħolqitu. Hu għadu maħrub u moħbi, jaqla’ ħobżu filGreċja fi ġlied illegali talboxing mingħajr ingwanti u regoli, xogħol li għalih dejjem kien faċli. Meta jaħseb li kollox intesa u li jista’ jgħix filpaċi, organizzazzjoni ta’ qawwa globali, permezz ta’ informazzjoni sigrieta, minn fuq l-internet issir taf fejn jinsab u tibgħat assassini gwappi għalih. Bourne, barra li hu qisu magna effiċjenti ta’ qtil, dejjem ippreparat u lest

għal dak kollu li jista’ jinaqala’ billi ma jafda xejn u lil ħadd. Hawn, se terġa’ tibda kaċċa tremenda ta’ vjolenza u terrur li twassal mill-Greċja għall-Iżlanda, għal Ruma, l-Istati Uniti u r-Renju Unit, meta Jason ikun mgħarraf x’ġej għalih minn Nicky Parsons (Stiles), il-kollega tiegħu ta’ qabel. Jason Bourne għandu andament splussiv u brutali, b’xi sekwenzi teneri u ta’ kompassjoni. Wieħed mill-aħjar ta’ din is-serje!

L-AQWA ĦAMES FILMS Bejn l-20.07.2016 u l-24.07.2016

1. 2. 3. 4. 5.

The Legend Of Tarzan The Secret Life Of Pets Ice Age: Collision Course Ghostbusters Central Intelligence

KOMPETIZZJONI EMPIRE CINEMA

Mistoqsija għal din il-ġimgħa:

Liema attur jaħdem il-parti ta’ Jason Bourne?

Ibgħat it-tweġiba tiegħek lil: Kompetizzjoni Films, KullĦadd, Ċentru Nazzjonali Laburista, Triq Mile End, il-Ħamrun, ĦMR 1717. Rebbieħa tal-ġimgħa l-oħra: R. STAFRACE – in-Naxxar u J. MIFSUD – il-Ħamrun


30 31|07|2016

kullhadd.com

AVVIŻI KLASSIFIKATI ­­­­PR­OPRJETÀ

minn Imperial Qualified Dance XOGĦOL TA’ Teacher (ISTD) Ibgħat SMS MANUTENZJONI TANAYA’S Dev. Ltd: Għażla fuq 7925 3015 jew ċempel 2138 kbira ta’ appartamenti f ’kull 6818 sa 12.00pm. Għal kull tip ta’ problema ta’ żona ta’ Malta. Jinbiegħu moffa jew bjut jagħmlu l-ilma mingħajr depożitu u nħallsulek Care and Cure Group Ltd: aħna għandna s-soluzzjoni. il-kuntratt. Offerta speċjali. Għal infermiera mħarrġa, caring Nispecjalizzaw f ’waterproofing aktar dettalji ċempel 9992 4999. assistants, nannies, nies imħarrġin membrane u liquid membrane fuq Mingħajr aġenti jekk jogħġbok. biex iżommu kumpanija, bjut, appoġġi, btieħi, basements, għajnuna fid-djar u night sitters. eċċ. Nużaw materjal ta’ kwalità Servizz ta’ 24 siegħa, Għandna kollu ċċertifikat b’10 snin SERVIZZI wkoll għall-kiri: wheelchairs, hoists, garanzija. Għal stima b’xejn commodes, walking frames u hospital ċempel 7908 6715. Lezzjonijiet tal-Privat: Maths beds. Għal aktar informazzjoni minn Form 1 sa Form 5. ċempel fuq dawn in-numri: Installazzjoni u tiswija ta’ Accounts minn beginners sa’ 2137 6946/9947 0178. aerials tat-televiżjoni. Offerti livell Ordinarju, Intermediate vantaġġjużi fuq sistemi tasu Avvanzat. Ċempel 9922 3915 satellita u fuq l-android TV jew 2143 7886. AFFARIJIET boxes. Għal aktar informazzjoni GĦALL-BEJGĦ ċempel 2148 6211. Investigazzjoni privata: żwiġijiet, għerusija u relazzjonijiet oħra, Għamara għall-bejgħ f ’kun- Għal kull tip ta’ kisi bil-ġibs, DNA forensic tests, tfal maħtufin dizzjoni tajba. Kċina tal-oak ramel u siment, graffiato, żebgħa, minn Malta, każijiet ċivili, bil-mejda u sitt siġġijiet. Kam- xogħol fuq l-antik, xogħol fuq każijiet oħra fil-Qorti, problemi ra tas-sodda. Wall unit u vetrina il-pond, madum, membrane, dawl f ’kumpaniji jew negozju. tal-kawba kollha ħġieġ. Ċempel u ilma. Ċempel fuq 7928 5444. Nagħmlu xhieda fil-Qorti. 2731 2977. Naħdmu f ’Malta u anke barra. Tiswija u installazzjoni ta’ Għal appuntament ċemplu Aħna nixtru kollox, bħal estensjonijiet tat-telefowns għal 7959 0000. Email: info@ għamara, fajjenza, arloġġi, fig- kull tip ta’ linji fissi. Ċempel fuq privateinvestigationmalta.com urini, muniti, midalji, u kull 7993 0419. ħaġa oħra. Ċemplu fuq 2147 Korsijiet f ’Livell Ordinarju 0128, 2123 7597 jew 9986 9519. Varjetà ta’ ħwat, ħoroż, kanali f ’diversi suġġetti bħalltal-ilma, ċangatura qadima jew Matematika,  Ingliż, Malti, Għandna varjetà kbira ta’ ġdida, kantun qadim, lavur ta’ Franċiż, Fiżika u oħrajn. Noffru arloġġi bħal Tissot, Citizen, kull tip. Ċempel lil Jason fuq wkoll korsijiet tal-ECDL. Prezz Casio, Michael Kors, Fossil, in-numru 2143 2352 jew 9947 €35 kull module. Noffru wkoll Esprit, Festina u Q&Q. Issibilna 7167. korsijiet bażiċi fil-kompjuter, wkoll arloġġi ta’ mal-ħajt, €50. Ċempel 2166 2241 żveljarini u selezzjoni ta’ cuckoo Jason Gatt għal kull xogħol ta’ jew 7766 2241 jew żur is-sit clocks mill-Black Forest. Noffru tibjid u tikħil, kisi normali, fuq elettroniku www. servizzi rigward tiswija ta’ kull il-fil, fuq xogħol antik u biltudorinstitute.com tip ta’ arloġġ kif ukoll nibdlu pont, kisi bil-ġibs u graffiato. batteriji, ċineg, naqtgħu kull Kiri ta’ cherry picker (tower ladder). Tewmi Group għal lezzjonijiet forma ta’ ħġieġa, eċċ. Għal Ċempel fuq 9945 4235 jew 2180 tal-karozzi kemm manual u kif dawk l-arloġġi tajbin għall-ilma, 5811. ukoll automatic. Cab service u noffru s-servizz ta’ water pressure karozzi għall-kiri bi prezzijiet test waqt li tistennew għalih. WP Ltd ta’ Triq ix-Xitwa, Ħal raġonevoli. Żur is-sit www. Nispeċjalizzaw ukoll fuq tiswija Qormi, jispeċjalizzaw f ’xogħol tewmi.com jew ċempel 9942 ta’ grandfather clocks u kull tip ta’ ta’ waterproof membrane, damp 2422. clock. It-tiswija hija bil-garanzija. proofing u rubberised paint. 25 Għal aktar informazzjoni żur sena esperjenza. Stimi b’xejn u Lezzjonijiet taż-żfin fuq stil is-sit: www.expresswatchrepairs. prezz moderat. Ċempel 2148 ballroom jew Latin-Amerikan. com jew irrikorru 110, Triq il- 8972, 2143 8326, 9944 5527 jew Lezzjonijiet taż-żfin għall- Kungress Ewkaristiku, il-Mosta. 7981 2784 jew żur is-sit www. beginners u kompetizzjonijiet Ċempel 2141 7235. wpmalta.com

Għal kull tip ta’ xogħol fuq faċċata, bjut, appoġġi, gallarijiet, eċċ. Membrane jew liquid membrane. Mela pproteġi l-proprjetà tiegħek mill-ilma tax-xita u ċempel issa għal stima b’xejn bin-numru 7905 8883 jew idħol fuq is-sit www. darrendoitall.com

Il-bejt tiegħek jagħmel l-ilma? Għandek problema ta’ moffa? Kenda Ltd issolvilek ilproblema. Nispeċjalizzaw fuq xogħol ta’ waterproofing u membrane b’10 snin garanzija. Xogħol professjonali bl-aqwa materjal ISO Pool. Għal stima bla obbligu ċemplu 7972 9967 jew żur is-sit www. kendawaterproofing.com AVVIŻI OĦRA Paul & Waters – The Perfumery. Għall-aqwa ditti ta’ fwejjaħ, oriġinali u bl-orħos prezzijiet f ’Malta, żur il-ħwienet ta’ Paul & Waters – The Perfumery. Il-ħwienet tagħna tal-Fgura, il-Mosta, Ħal Qormi u Raħal Ġdid ikunu miftuħin kuljum mid-9.00am san-12.30pm u mill-4.00pm sas-7.00pm. Paul & Waters Free Delivery Service. Ċempel 2766 3361. MUSIC LINK: Issibilna kull tip ta’ strumenti mużikali, fosthom drums kemm akustiċi u elettriċi, cymbals, percussion, pjanijiet diġitali, baby grand pianos, sound mixers u sound cards. Apparat ta’ DJ sound systems, kitarri klassiċi u akustiċi, bass guitars, strumenti tar-ram, wood winds, vjolini, spare parts u aċċessorji oħra. Issib ukoll kotba talmużika tat-tagħlim. Mur Music Link, 262, Triq Fleur-de-Lys, B’Kara. Ċempel 2148 2796. AGR AUTO JAPANESE PARTS għall-karozzi: Inbigħu kull tip ta’ parts ta’ karozzi

KUPUN AVVIŻI KLASSIFIKATI IKTEB L-AVVIŻ F’DAN L-ISPAZJU

ISEM, KUNJOM, NRU TAT-TELEFOWN/MOWBAJL U INDIRIZZ

AVVIŻI

Ġappuniżi u Koreani, fosthom Kia, Toyota, Isuzu, Daewoo, Mitsubishi, Honda, Subaru. Huma wkoll importaturi ta’ żjut u air filters, shock absorbers, brake pads, clutches, eċċ. Parts ġenwini. Għal aktar informazzjoni ċempel 2144 6839 jew 9947 4504. Fax: 2147 0295. Email: alex@agrautoparts.com Nigret Night Club and Restaurant, Labour Ave, irRabat, Malta. Naċċettaw riservazzjonijiet għal coffee mornings, lunches u dinner dances u kull okkażjoni oħra. Miftuħin filweekends, lejla Maltija b’differenza kull nhar ta’ Ġimgħa. Nhar ta’ Sibt mużika għal kulħadd ma’ Franz Grech. Inservu wkoll take-away fil-weekends. Naċċettaw riservazzjonijiet għal kull okkażjoni. Għal aktar informazzjoni ċempel 2145 4858/2145 4908/7945 4908. Tistgħu żżuru s-sit elettroniku www.nigretnightclub.com jew www.nigretnc.com TALBA LILL-ISPIRTU S-SANTU: Int li ssolvi l-problemi kollha, dawwal ittoroq kollha tiegħi biex nikseb dak li neħtieġ. Inti li tajtni d-don divin biex naħfer u ninsa d-deni kollu li jsir kontra tiegħi, li f ’kull mument ta’ ħajti tkun maġenbi. F’din it-talba qasira nixtieq nirringrazzjak ta’ dan kollu, waqt li nikkonferma mill-ġdid li qatt ma ninfired minnek, anke quddiem l-illużjonijiet materjali. Nixtieq li nkun miegħek filglorja ta’ dejjem. Grazzi għallħniena tiegħek lejja u lejn dawk li jiġu minni. Din it-talba għandha tingħad tlett ijiem wara xulxin. Wara tlett ijiem it-talba tkun maqlugħa, anke jekk għall-bidu tidher diffiċli. It-talba għandha tkun ippubblikata mill-ewwel wara li tinqala’ l-grazzja, bla ma tissemma’ x’kienet.

Offerta 1: Ġimagħtejn Offerta 2: 5 ġimgħat Offerta 3: 2 avviżi għal 5 ġimgħat Offerta 4: 13-il ġimgħa Offerta 5: 26 ġimgħa Offerta 6: 52 ġimgħa

€5 €10 €15 €30 €56 €93

ĦLAS B’CASH JEW CHEQUE LIL: Sound Vision Print Ltd, KullĦadd, Avviżi Klassifikati, Ċentru Nazzjonali Laburista, Triq Mile End, il-Ħamrun, ĦMR 1717.


AVVIŻI

kullhadd.com

AVVIŻI ĠENERALI Il-Banda Ċittadina Anici A.D. 1988, fil-festa ta’ Santa Venera Il-Banda Ċittadina Anici, illum il-Ħadd 31 ta’ Lulju 2016, se takkumpanja l-purċissjoni bl-istatwa devota ta’ Santa Venera, bejn is-6.30pm u d-9.30pm. Dan hu servizz ieħor mill-ħafna servizzi li għanda l-Banda Anici f ’diversi festi f ’Malta u Għawdex. Dawk li jixtiequ jkunu mal-Banda, il-private titlaq min ħdejn il-każin fil5.30pm. Majjalata Se ssir majjalata b’risq Puttinu Cares f ’Uncle Matt’s Kitchen, Wied il-Għajn, fl-4 ta’ Awwissu mis-7.30pm ’il quddiem. Ilprezz huwa ta’ €10. Għal iktar informazzjoni ċemplu 2163 6666. BBQ fuq il-bejt tal-każin tal-Ġilju, l-Imqabba Is-Soċjetà Mużikali Madonna tal-Ġilju tal-Imqabba se torganizza BBQ night kbir bħala ċelebrazzjoni tas-suċċess talfesta tal-Madonna tal-Ġilju 2016. Dan il-BBQ se jsir nhar is-Sibt 6 ta’ Awwissu 2016 mit8.00pm fuq il-bejt tal-bini l-ġdid tal-każin tas-Soċjetà Mużikali Madonna tal-Ġilju, li jinsab fil-pjazza ewlenija tal-Imqabba. Il-menù jinkludi appetizers, għaġin il-forn, laħam jew tiġieġ imsajjar fuq barbecue, servut b’jacket potatoes u ħaxix, kif ukoll ġelat. Se jkun hemm divertiment mużikali li jżomm kumpanija mill-aqwa lil dawk kollha preżenti. Biljetti jinkisbu billi ċċempel 7985 3044 jew mingħand Biċe Farrugia u l-membri tal-Kumitat tan-Nisa. Għal aktar informazzjoni żur is-sit elettroniku www. talgilju.com jew ibgħat email lil info@talgilju.com. Kulħadd mistieden jattendi. Seduta ġenerali ta’ nofs is-sena Il-Kumitat Amministrattiv fi ħdan is-Soċjetà Mużikali Madonna tal-Ġilju tal-Imqabba se jorganizza s-seduta ġenerali ta’ nofs is-sena nhar il-Ħadd 7 ta’ Awwissu 2016 fil-każin tas-Soċjetà, fil-pjazza ewlenija tal-Imqabba, mill10.00am ’il quddiem. Is-seduta se tkun tikkonsisti minn rapporti amministrattivi u finanzjarji mħejjija mid-diversi fergħat tas-Soċjetà. Se jkun hemm ukoll ħin allokat għal diskussjoni li tittratta l-festa talMadonna tal-Ġilju li għadha kif għaddiet, kif ukoll il-proġetti varji li s-Soċjetà qiegħda preżentament tagħmel, fosthom ilproġett tar-rikostruzzjoni tas-sede tal-każin, flimkien malattivitajiet futuri tas-Soċjetà. Is-soċi, partitarji u ammiraturi tas-Soċjetà Mużikali Madonna tal-Ġilju huma mħeġġa jattendu bi ħġarhom għal din il-laqgħa hekk importanti u jagħtu l-veduti tagħhom dwar dak kollu diskuss. Aktar informazzjoni tinkiseb mis-sit elettroniku uffiċjali tasSoċjetà Mużikali Madonna tal-Ġilju www.talgilju.com Ġurnata Għawdex għall-familja kollha Nhar il-Ħamis 8 ta’ Settembru 2016 (festa tal-Vitorja) se tkun organizzata ġurnata Għawdex mill-ħbieb tal-Għaqda Soċjo-Mużikali Anici A.D. 1988. F’din il-ġurnata se nżuru r-Rabat, ix-Xagħra fejn inżuru l-Bażilika ta’ Maria Bambina, immorru nieklu fir-ristorant popolari Seashells fix-Xlendi, u wara għal Marsalforn. Dan kollu għal donazzjoni ta’ €23 il-kbar, u €10 iż-żgħar. Dan jinkludi t-Transport f ’Malta u Għawdex u l-ikla firristorant. Aħseb kmieni għall-biljetti li jistgħu jinkisbu millkażin. Għal aktar informazzjoni ċempel 7970 2874. Narawk. Ġita ta’ ġurnata fi Sqallija Nhar is-Sibt 17 ta’ Settembru 2016 se tiġi organizzata ġurnata fi Sqallija. Inżuru s-suq ta’ Catania b’ikla buffett inkluża; inżuru wkoll Aci Trezza, Aci Castello, u Auchan Porte Di Catania Din il-ġita hija organizzata mill-Għaqda Soċjo-Mużikali Anici ta’ Ħal Qormi bil-kollaborazzjoni ta’ Micallef Joe Travel (Ħadd ma jista’ jurik Sqallija aħjar.) Għal aktar dettalji u biex tirriserva post ċċempel lil John M. Spiteri fuq 7970 2874 jew ibgħat email lil info@anicibandclub. org

31|07|2016 31


32 31|07|2016

kullhadd.com

TEMP GĦAL-LUM

It-Tnejn

It-Tlieta

L-Erbgħa

32°C

33°C

31°C

25°C

23°C

22°C

09

09

09

Il-Ħamis

Il-Ġimgħa

Is-Sibt

31°C

31°C

31°C

23°C

21°C

23°C

09

08

08

ALMANAKK

RITRATT MILL-ANTIK

L-OGĦLA TEMPERATURA: 33°C L-INQAS TEMPERATURA: 22°C INDIĊI UV: 10 SITWAZZJONI ĠENERALI: Firxa ta’ pressjoni għolja fuq iċ-ċentru talMediterran

UV

TEMP: Xemxi VIŻIBBILTÀ: Tajba

Ritratt: Bay Retro

RIĦ: Ħafif għal moderat mill-Punent Majjistru li jsir ħafif u varjabbli BAĦAR: Ħafif IMBATT: Ftit li xejn TEMPERATURA TAL-BAĦAR: 25°C

UV

SPIŻERIJI LI JIFTĦU LLUM IL-ĦADD New British Dispensary, 109/110, Triq San Ġwann, il-Belt Valletta – 2124 4813 Trinity Pharmacy, 32 Triq il-Marsa, il-Marsa – 2123 5595 Brown’s Pharmacy, 278, Triq il-Vitorja, Ħal Qormi – 2149 9697 Marrit Pharmacy, Triq l-1 ta’ Mejju, Fleur-de-Lys, Birkirkara – 2148 8613 D’Argen’s Pharmacy, 330, Triq D’Argens, il-Gżira – 2133 0817 Lourdes Pharmacy, Triq in-Naxxar, San Ġwann – 2138 7479 Drug Store: Anglo Maltese Dispensary Ltd, 382, Triq Manwel Dimech, Tas-Sliema – 2133 4627 Medica Pharmacy, Triq in-Naxxar, Ħal Balzan – 2144 5741 St. Louis Pharmacy, Triq Cali, il-Mosta – 2143 2802 Qawra Pharmacy, Earl’s Court/1, Triq l-Imħar, il-Qawra – 2158 0881 Tarxien Pharmacy, 59, Triq Ħal Tarxien, Ħal Tarxien – 2180 2986 Alpha Pharmacy, Triq Bormla k.m Vjal il-Kottoner, il-Fgura – 2167 3811 Medicor Pharmacy, 57, Triq Carmelo Ritchie, ix-Xgħajra – 2703 2296 Medicaid Pharmacy, 62, Vjal it-Torri, il-Gudja – 2167 6294 Kristianne Pharmacy, Triq iċ-Ċavi, L-Imqabba – 2168 3048 Santa Marija Pharmacy, 40, Triq l-Għasfura, Ħaż-Żebbuġ – 2146 5346 Ideal Pharmacy, 63, Triq il-Kbira, ir-Rabat, Malta – 2145 5479 Għawdex

Logħba hockey fil-grawnds tal-Furjana fis-snin 50

DIN IL-ĠIMGĦA MILL-ISTORJA

01.08.2008 Il-Bejing-Tianjin Intercity Railway tibda l-operat tagħha bħala l-aktar tren veloċi tad-dinja.

Palm Pharmacy, 2, Triq il-Palma, ir-Rabat, Għawdex – 2156 6170 Vella Pharmacy, 15, Triq it-13 ta’ Diċembru, in-Nadur, Għawdex – 2156 6431 Servizz ta’ tobba fiċ-ċentri tas-saħħa fil-Ħdud u l-festi pubbliċi Iċ-ċentri tas-saħħa tal-Mosta, Raħal Ġdid, u l-Furjana jiftħu għall-emerġenzi – 24 siegħa, sebat ijiem fil-ġimgħa. FilĦdud u fil-festi pubbliċi, iċ-ċentru tas-saħħa tal-Gżira jiftaħ għall-emerġenzi bejn it-8.00am u l-5.00pm, ikun hemm ukoll servizz ta’ infermier bejn it-8.00am u t-8.00pm. Il-pubbliku jrid jattendi ċ-ċentru tas-saħħa tad-distrett tiegħu. Persuni mingħajr karta ta’ identità ma jiġux moqdija.

NUMRI REBBIEĦA SUPER 5 GRAND LOTTERY

28 07 29 30 34 06 06 08 09 06 09 06

04.08.2007 NASA tvara l-vettura spazjali Phoenix.


TISLIBA

kullhadd.com

31|07|2016 33 RIŻULTATI TAX-XAHAR LI GĦADDA MIMDUDIN: 1 Nuċċali, 5 Stonku, 8 Skalora, 14 Tripp, 15 Librar, 17 Taħżiż, 19 Xitwa, 20 Rbit, 21 Rdum, 23 Msida, 25 u 28 Assemblea, 29 u 30 Ħanżir, 31 Nida, 33 Allajaħfirlu, 39 Bint, 41 Art, 42 Lat, 43 Tron, 45 Tumas, 46 Aptit, 47 Aħwa, 50 Sibt, 53 u 54 Katina, 56 Werqa, 58 Umbrar, 60 Sabbar, 62 Samba, 64 Taraġ, 67 Neruni, 69 Komiku, 70 Armel, 72 Dud, 73 Zir, 75 Toni, 77 Qadi, 79 Botti, 80 u 82 Kalafrana, 84 Blu, 85 Idu, 87 Aida, 88 Qamfuqsaqajh, 93 Arja, 94 u 95 Qastan, 96 Moħħ, 98 Bronż 100 Dalma, 101 Tfal, 105 Effe, 108 Radam, 109 Sallab, 110 Kristu, 111 Rxoxt, 112 Tmintax, 113 Bajtra, 114 Apparat.

031

WEQFIN: 2 Uniku, 3 Ċipp, 4 Leli, 6 u 7 Terrakotta, 9 Każa, 10 Lixx 11 Ratal, 12 Stering, 13 Garanti, 16 Basal, 18 Żnell, 22 u 24 Kalandra, 26 u 27 Stilista, 32 Duttur, 33 Att, 34 Lama, 35 Jassar, 36 Fratas, 37 Rita, 38 u 40 Ultimatum, 44 Orka, 48 Ħlas, 49 Stupendi, 51 Sirakuża, 52 Kwarta, 55 Balalu, 57 Qala, 59 Ruħu, 61 Bram, 63 Amar, 65 Raqqad, 66 Ġdid, 68 Intimu, 69 Klikka, 70 Arma, 71 Malajr, 74 Ltim, 76 Alma, 78 Iblah, 79 Buq, 81 Fih, 82 Ruman, 83 Salmura, 86 Kawlata, 89 April, 90 u 91 Fonqla, 92 James, 97 Ħadem, 99 Żebra, 100 Dekor, 102 Froġa, 103 Xmun, 104 Issa, 106 u 107 Supperva.

Mimdudin

60 ...... bla xiwi, ħafna x’tara u xejn sustanza (6) 1 Xi ħadd ras qargħa, babbu, 62 Kunjom li joqgħod tajjeb wara injurant, ġidra, baħnan, ħmar, Fenech (5) imbeċilli (7) 64 Sikwit (5) 5 Dan jgħin fil-quddiesa u 67 Dan isir meta xi ħadd iċappas (6) f ’ċerimonji oħra (6) 69 Dan it-timbru skolpit iħalli marka 8 Żarbun żgħir aktarx tan-nisa (7) fl-inċira (6) 14 Dan kienu jgħidulu mifrex jew 70 It-temperatura atmosferika (5) mirfes (5) 72 u 73 Wirja ta’ truppi, x’aktarx 15 Xiħ (6) quddiem il-President (6) 17 Gemgem, gerger, għamel 75 X’aktarx li l-isbaħ wieħed fil- l-irdieden (6) Furjana (4) 19 Farka, naqra, tikka (5) 77 Sinjali dritti magħmulin bir-riga (4) 20 Bi .... jiġġerrew fuq il-bjut u billejl 79 Żifna Spanjola/Amerikana (5) jaħirqu ż-żjut; qawl (4) 80 u 82 Id-dnub ta’ Adam u Eva (9) 21 Il-kwartieri tal-.... Magħquda fi 84 u 85 Naturalment poġġut fi stiva New York (4) (6) 23 Kultant tħossha fuq l-istonku (5) 87 Magħmul minn biċċa ġilda ħoxna, 25 u 28 Dawn huma għemil ta’ ħbit għal qiegħ iż-żarbun (4) b’intenzjoni ta’ ħsara jew dnewwa 88 Din il-gżira żgħira mhijiex ’il (9) bogħod minna (12) 29 u 30 Wieħed mill-imtaten (6) 93 Ħu l-.... u mur orqod (4) 31 Illum mal-kaċċa huwa projbit 94 u 95 Din l-insett ma tħallikx ukoll (4) torqod (6) 33 Pulizija li għadu bla grad (12) 96 Mara u mara u mara u aktar 39 Jorganizzawha l-kollegi meta minnhom (4) xi ħadd jirtira mix-xogħol (4) 98 Jgħidu li sħuna tajba (5) 41 L-Istati Uniti tal-Amerika (3) 100 Kien hemm filosfu fl-antik li 42 Wieħed mil-lati (3) kien joħroġ ifittex raġel bħal dan 43 Għas-.... t’Alla m’hemmx kanuni, bil-lampa binhar (5) qawl (4) 101 M’għandniex x’nambuhom; qirda 45 Minnhom tixrob il-likwidu (5) biss iġibu (4) 46 Allura dan ir-raġel ta’ spaga? (5) 105 Dan il-biċċa għodda tintuża fix- 47 Mhuwiex kunjom il-Papa minn xogħol tal-ħjata (4) wara (4) 108 Allura l-poplu hekk jismu? (5) 50 Kelb ċkejken, tat-tfal (4) 109 Din mhijiex il-mara tal-Latin (6) 53 u 54 Aktar minn trinka waħda (6) 110 Kbir immens (6) 56 Titgħatta bihom fis-sodda meta 111 Tant u tant u tant jiġu kunjom (5) jibda l-ksieħ (5) 112 Dawn huma nies li jħobbu jgħixu ’l 58 Qalbu kollha ......, mimlija bogħod min-nies (7) mibegħda u għira (6) 113 Ħobż żgħir ħafna (6)

114 Dan huwa xkubetta jew senter (7) Weqfin 2 3 4 6 7 9 11 12 13 16 18 22 24 27 ta’ 32 33 35 36 37 38 40 44 48 49 51

Ġemgħa xagħar li jitpoġġa fuq wara (5) Dan mhuwiex ir-raġel tal-patta (4) Noqogħdu fihom (4) It-tikketta tal-ħalib ta’ Malta (5) Trab fin ifuħ kożmetiku (5) u 10 Dawn l-għasafar ħelwin hawn ħafna li jrabbuhom (8) Kull waħda mill-vokali/ konsonanti tal-alfabett (5) Is-sena fiha erbgħa (7) Il-belt tal-Papa (7) Għal għarrieda, ħin bla waqt, f ’daqqa waħda (5) Ġlieda bejn tnejn, bl-armi jew bix-xwabel (5) Dan iħaddem il-magni u jiġri jlebbet (5) u 26 Kontra webbes (6) Tista’ teħilha ta’ għaxar ewro jew eluf kbar ta’ ewro (5) Din issibha fit-tifsira ta’ 94 u 95 (6) u 34 Bih issakkar u taqfel tajjeb (7) Xi ħadd li induna li qegħdin jagħmlu bħalu (6) Stramb, ma jaqbilx mal-magħruf, bla sens (6) Meta tibni trid tagħmel dawn ukoll, bil-liġi (4) Żmien twil ... (3) L-ikbar waħda tar-Rotunda (6) Aktar minn att wieħed (4) Din tista’ tfisser ukoll stinazzjoni, ras iebsa (4) Dan ifisser kolonna, qisu travu wieqaf (8) Xi żwieġ imħassar għalkollox (8)

52 Ma ssibx ħafna minnhom, anzi ftit li xejn (6) 55 16 (6) 57 Kontra l-għoli fil-prezz tal-ħajja (4) 59 Dan biex jingħalaq trid iġġerrih (4) 61 Kontra dħul (4) 63 Il-flus urihom id-dlam u juruk id- ...., qawl (4) 65 Xejn mhu grat (6) 66 Ħbula rqaq (4) 68 Xmuna a la Ingliża (6) 69 Żifnet iż-żifna tas-seba’ veli (6) 70 Kalanka, daħla ta’ baħar żgħira (4) 71 Din il-kelma ssibha fit-tifsira ta’ 69 mimduda (6) 74 Tassew tajjeb fit-togħma (4) 76 Wara d-daħk, il-.... (4) 78 Dan bilfors trid tinżel għalih (5) 79 Wieħed mit-tipi (3) 81 Mhijiex le (3) 82 Ħadd m’għadu jiftakar fih (5) 83 Dan il-ħaxix jittiekel mgħolli waħdu jew mal-insalata (7) 86 Dan iċ-ċittadin jgħix qrib it-Torri Eiffel (7) 89 Mingħajru ma tikolx (5) 90 u 91 Dar jew appartament fl-istess livell tat-triq (6) 92 Skjavitù (5) 97 Xorob wisq spirti (5) 99 Isem li jfakkrek mill-ewwel f ’Barbara (5) 100 Il-Paċifiku jew l-Atlantiku jew l-Indjan (5) 102 Hawn min jgħix bihom, deħlin kuljum (5) 103 Din jew dan ifissru ħoss qawwi (4) 104 Lejn is-Siġġiewi hemm post li jgħidulu .... il-Qamar (4) 106 u 107 Din għodda żgħira li biha taqbad affarijiet irqaq (8)


34 31|07|2016

kullhadd.com

LOGĦOB

TISLIBA BIN-NUMRI POĠĠI N-NUMRI F’POSTHOM Bi 3 Numri 140 170 237 257 359 395 426 464 497 780 888 896 B’4 Numri 0000 0060 0737 0820 1118 1564 3328 3769 3782 4104 4405 4691 4907 5169 5688 5747

6323 6606 6608 6881 6883 7156 7241 7481 7847 7888 8844 8860 8898 8982 9051 9301 9361 9464 9504 9688 B’5 Numri

29991 38794 40517 43079 44743 52685 58737 60649 66220 66794 74575 94736

330408 385657 471011 665101 686649 781721 786972 804467

B’6 Numri 088111 131224 178921 185034 IR-RIŻULTAT TAL-ĦADD LI GĦADDA

04026 07590 07600 07675 08866 09013 14787 17047 19047 21576

] SUDOKU SPONSORJATA MINN WELLA

Irbaħ xampù u conditioner tad-ditta Wella. Aqta’ din il-logħba u ibgħatha lil: KOMPETIZZJONI WELLA KullĦadd, Ċentru Nazzjonali Laburista, Triq Mile End, il-Ħamrun, ĦMR 1717. Isem: Indirizz:

Rebbieħ tal-ġimgħa l-oħra: I. MIFSUD GRECH – il-Mosta

WWW.KULLHADD.COM B’DISINN ĠDID U AKTAR INFORMAZZJONI

www.facebook.com/kullhadd


LOGĦOB

31|07|2016 35

kullhadd.com

IRBAĦ €100 FI FLUS

134

Ibgħat dawn iż-żewġ kompetizzjonijiet f ’daqqa fl-indirizz: IRBAĦ €25 FI FLUS, KullĦadd, Ċentru Nazzjonali Laburista, Triq Mile End, il-Ħamrun, ĦMR 1717. Idħol biċ-ċans li tirbaħ magħna.

TISLIBA Mimdudin:

1. 4. 7. 9. 10. 12. 16. 18. 19,21 20. 21.

Kompli l-qawl: Alla meta ..... il-flus qal, “Sa noħloq ħaġa egħżeż minni.” (5) Numri li t-2 ma jidħolx fih eżatt (4) Ara 5 Ara 6 Illum ħadulu postu t-tissues (6) Tajjeb ferm mal- ħobż biż-żejt (6) Banju Ingliż (3) Ara 12 wieqfa mimduda. Jgħix fis- silġ (6) Xtrajt għal ftit (5) Ara 19

23. 24.

Ara 8 Ara 11 Weqfin:

1. 2,3. 3. 5,7. 6,9. 8,23. 11,24. 12,18. 13. 14. 15. 17. 21. 22.

Ħawwad (6) Ta injezzjoni? (6) Ara 2 Iqaddsu fuqu (5) Mexa ħafna (6) Aġent? (13) Għannej (7) Mhux żgħar (4) Tnejn (3) Parti mill-għajn (6) Għadda żmienu (6) Unjin (1,1,1) Mhux jien (3) Belt Ingliża bla ras (3)

SOLUZZJONI TAL-ĠIMGĦA L-OĦRA Mimdudin:

Weqfin:

1,21 wieqfa. Jsawwatx, 4. Mewt, 7. No, 9,11. Ħrafa, 10.Iferra, 12.Żarena, 16,19. Bambin, 18. An, 20. Gideb, 21.AAA, 23. Xita, 24. Ħjara

1. Jaħrab, 2,3. Arawni, 5. Err, 6. Tua, 8. Offendewh, 12,17. Żmaga, 13.Rai, 14.Abbuża, 15. Tnalja, 22. Att

QED TAGĦRAFHOM? Fir-ritratt hemm żewġ uċuħ f ’wiċċ wieħed. Qed tagħrafhom? Ħjiel: Gabi u Sue ta’ Desperate Housewives. Personalità 1: Personalità 2: Isem: Indirizz: Nru tat-telefown:

IDĦOL BIĊ-ĊANS LI

TIRBAĦ €100

Kull l-aħħar Ħadd tax-xahar il-premju ta’ €25 jiżdied għal €100! Sabiex tipparteċipa ibgħat din il-paġna bħas-soltu. Apparti minn hekk żomm il-logos tal-KullĦadd tal-ġimgħat ta’ qabel, billi tqasqashom mill-ewwel paġna tal-gazzetta bid-data tal-ħarġa tidher, u tibgħathom flimkien ma’ din il-paġna. Eżempju: ibagħtu l-paġna ta’ din il-logħba tal-lum il-Ħadd 31 ta’ Lulju flimkien mal-logos tal-ħarġiet tat-3, 10, 17 u 24 ta’ Lulju.

RIŻULTATI TAL-ĠIMGĦA L-OĦRA

Michael Kors

Ir-rebbieħ tal-ġimgħa l-oħra: M. GATT – il-Ħamrun L-ittri rebbieħa jintbagħtu fix-xahar ta’ wara li tkun intrebħet il-kompetizzjoni.

Tommy Hilfiger


36 31|07|2016

kullhadd.com

SPORTS

TIĠRIJA SUĊĊESS TAL-AUTOCROSS F’TA’ QALI

Ilbieraħ l-Assocjazzjoni Sport Muturi u Karozzi organizzat attività bil-Karozzi Autocross fil-Kumpless Sportiv talAssocjazzjoni f ’Ta’ Qali. Din l-attività bdiet għal ħabta tat-8.30pm, għal darb’oħra taħt id-dawl artifiċjali, fejn il-kontestanti kkompetu f ’tiġrija magħrufa aħjar bħala ‘Endurance Race għal siegħa sħiħa. Din it-tiġrija offriet spettaklu għal dawk li kien hemm preżenti kif ukoll serviet ta’ kompetizzjoni sabiħa bejn il-kontestanti bejniethom. Fl-aħħar edizzjoni li saret qabel ilbieraħ, ġew irreġistrati 89 dawra u din id-darba

l-Assoċjazzjoni ddeċidiet għal darb’oħra li tipprova tissupera r-rekord li ġie rreġistrat filMalta Records fl-edizzjoni tas-sena 2014. Dakinhar ġew irreġistrati 94 dawra fejn bħalissa hija l-itwal tiġrija bilkarozzi fil-korsa f‘Malta. Għall-edizzjoni ta’ din is-sena ħadu sehem 8 timijiet, u dawn jinkludu lil Ian Fenech u Sacha James li se jikkompetu fuq Citroen AX, Quinn Camilleri u Rodner Bianco fuq Peugeot 106, Angelo Galea u Dexter Bianco fuq Peugeot 106, Carlo Mifsud u Darren Magro fuq Ford Fiesta, Rennie Sciberras fuq Honda Civic, Karmenu

Mifsud u Glenn Mifsud fuq Hillman Imp, Katrina Zammit u Keith Micallef fuq Renault 5 u Brandon Lee Vassallo u Dennis Vassallo fuq Peugeot 205. Jidher li sal-lum m’hemm l-ebda attività ta’ dan it-tip fil-Motorsport Malti li hija rreġistrata. Għal din l-attività ħadu sehem tmien karozzi li seta’ jkollhom sa żewġ sewwieqa fuq kull karozza bl-għajnuna ta’ żewġ helpers u mekkanik. Il-kompetituri li ħadu sehem ilbieraħ kienu taħt regolamenti stretti fejn riedu jsegwuhom bir-reqqa għall-fatt li fejn is-soltu tnaqqsu l-punti

PROSET U AWGURI HELENE!

il-Kampjonat Ewropew tatTennis tal-Juniors. Fil-finali li saret f ’Pilzen ir-Repubblika Ċeka, Pellicano għelbet lis-seed numru 4 Denia Hindova tar-Repubblika Ċeka bilpunteġġ ta’ 6-4, 6-1. F’din il-kompetizzjoni Pellicano rebħet 4 straight sets biex imbagħad issieltet fissemifinali meta għelbet lil Noa Krznaric tal-Kroazja bil-punteġġ ta’ 2-6, 7-6, 6-4 Helene Pellicano, li għandha 14-il sena, mistennija żżomm l-ewwel post fir-rankings Ewropej Is-Segretarju Parlamentari Agius awgura lil Helene tal-Juniors meta dawn jiġu għar-Riċerka, Innovazzjoni, Pellicano li saret l-ewwel aġġornati nhar it-Tlieta li Żgħażagħ u Sport Chris tennista Maltija li qatt rebħet ġej.

fuq xi penali, f ’dan il-każ kien hemm lok biex jitnaqqsu numru ta’ dawriet bħala penali. Laqgħa Ġenerali Annwali fil5 ta’ Awwissu Intant, l-Assoċjazzjoni bħalissa qed tipprepara biex iżżomm il-Laqgħa Ġenerali Annwali 2016, fejn għal darb’oħra, grazzi għal Sport Malta se ssir fil-Kumpless Sportiv f ’Ħal Kirkop nhar ilĠimgha 5 t’Awwissu 2016. Matul il-Laqgħa Ġenerali ta’ din is-sena, l-Assoċjazzjoni se tkun qed tagħlaq issena finanzjarja 2015/2016 taħt il-Kaxxier il-ġdid Manuel Camilleri, li ġie elett f ’Diċembru li għadda, kif ukoll biħsibha tikkonferma l-karigi tal-Assistenti Uffiċjali u l-Kumitati tas-Sezzjonijiet li huma l-Autocross, ilMotocross, l-Enduro u t-Trials. Kull sezzjoni trid teleġġi sa massimu ta’ ħames persuni fil-karigi ta’ President, Segretarju, Kaxxier u żewġ Rappreżentanti ta’ kull sezzjoni. Fil-preżent, is-Sezzjonijiet għandhom funzjoni importanti ħafna u independenti fissezzjoni rispettiva. Dan iwassal lill-Kumitat Eżekuttiv għallaħjar deċiżjonijiet li jkollu bżonn jieħu minn żmien għal ieħor. Waqt din il-laqgħa, jiġu mressqa wkoll emendi għallistatut kif ukoll Referendum Ġenerali fuq tibdil ġenerali li jkun propost. Regoli ġodda għall-Autocross Nhar it-Tnejn li għadda, il-

Kumitat Eżekuttiv approva r-regoli l-ġodda tas-sezzjoni Autocross li se jidħlu fisseħħ minn Ottubru li ġej. Kif kien imħabbar aktar kmieni din is-sena, matul l-istaġun li ġej, l-ASMK se tkun qed tintroduċi kategorija ġdida, il-kategorija bl-isem ‘Super Class’ fl-Autocross. F’din ilklassi se jaqgħu fiha dawk il-karozzi kollha b’magni sa 1421cc u armati skont ixxewqa tas-sewwieq mingħajr restrizzjonijiet ħlief dawk tassigurtà. Din il-kategorija se tiżdied mat-tnejn l-oħra li diġà għandha l-ASMK fis-sezzjoni Autocross. Din se tiżdied ma’ dik il-klassi l-oħra tat-tip ta’ sport li finanzjarjament jista’ jlaħħaq miegħu kulħadd. Din hija l-kategorija ‘Standard’ għal dawk li jridu jikkompetu fuq vettura ta’ budget baxx u ma’ dik tal-‘Modified’ għal dawk ta’ budget medju, iżda din ilkategorija l-ġdida ‘Super Class’ se tkun għal min irid juża budget bla limitu. Dawn ilKategoriji kollha se jkollhom Kampjonat Nazzjonali għal kull kategorija rispettiva. Kull min jixtieq jakkwista kopja ta’ dawn ir-regoli jista’ jidħol fuq is-sit elettroniku tal-Assoċjazzjoni. Għal aktar informazzjoni wieħed jista’ jżur is-sit elettroniku talAssoċjazzjoni www.asmk.org. mt jew fuq is-sit soċjali ta’ Facebook bl-isem A.S.M.K. Malta jew bl-email info@ asmk.org.mt.


SPORTS

kullhadd.com

31|07|2016 37

“NOĦLOM LI JKOLLNA VILLAĠĠ TAL-ISPORTS F’TA’ QALI” Il-President tal-MFA

Norman Darmanin Demajo, President tal-Malta Football Association, temm il-Laqgħa Ġenerali Annwali tal-MFA għas-sena 2016, billi qal li joħlom li ż-żona ta’ Ta’ Qali ssir villaġġ tal-isport li minnu jibbenifika l-poplu Malti u Għawdxi kollu. Il-President tal-MFA qal li dan kollu jista’ jseħħ jekk kulħadd jiġbed ħabel wieħed u jekk ikun hemm l-għajnuna tal-Gvern Ċentrali, kif qed jidher li diġa’ hemm. Darmanin Demajo qal dan id-diskors fl-għeluq talLaqgħa Ġenerali Annwali. Hu fetaħ il-Laqgħa billi rringrazzja lil dawk kollha li b’xi mod jew ieħor ipparteċipaw f ’xi elezzjoni, kemm jekk ġew eletti u kemm jekk le. “Jekk int ġejt elett nawguralek ħidma sfiqa u sabiħa. Jekk le, ma ġara xejn, inti wkoll parti mill-familja kbira u sabiħa tal-futbol Malti”, qal il-President tal-

MFA. Eletti b’voti b’saħħithom Norman Darmanin Demajo kien elett b’116-il vot favur u 18 kontra. Madankollu l-aktar mistennija kienet l-elezzjoni biex jimltew it-tliet postijiet ta’ viċipresidenti tal-MFA, b’ħames kandidati jikkontestaw din ilkariga. Fil-fatt ma kien hemm l-ebda tibdil hekk kif reġgħu kienu kkonfermati Dr Chris Bonnett li ġab 119-il vot minn 134, il-Perit Ludovico Micallef li ġab 93 vot u Alex Manfre li ġab 74 vot. Iż-żewġ kandidati l-oħra kienu Dr Angelo Chetcuti li ġab 58 vot u Victor Cassar li ġab 28 vot. Waqt il-Laqgħa Ġenerali saret l-elezzjoni għal żewġ membri fl-Eżekuttiv li mtlew minn Michael Cutajar u Paul Falzon. Intant, iżżewġ postijiet vakanti talEżekuttiv li kellhom jimtlew

minn rappreżentati talmember associations imtlew minn Mark Borg tal-futsal u Francis Muscat tal-IASC. Bidliet meħtieġa Il-President tal-MFA qal li wara li matul dan l-istaġun inbidlet it-Tazza tal-FA Trophy, issa wasal iż-żmien li tinbidel it-Tazza talKampjonat BOV Premier. Il-President qal li wasal iżżmien li din tinbidel ukoll għal waħda tal-fidda, li l-oriġinali tinżamm dejjem fl-uffiċini tal-MFA u li replika tagħha tingħata lit-tim rebbieħ. Hu qal li tkellem dwar dan kollu ma’ Chris Bonett, li minnaħa tiegħu qabel li għandu jkun hemm tazza ġdida wkoll għall-Kampjonati kollha talMFA. Darmain Demajo semma l-kunċett tal-Full Time Administrator, tal-inqas għat-timijiet tal-Kampjonat

Premier. Hu qal li l-MFA se tibda torganizza workshops għall-amministraturi li jwasslu lill-individwi li jingħataw ċertifikat li jkun rikonoxxut mill-MFA. “Dan sabiex ilklabbs tal-Premier, tal-inqas ikollhom uffiċċju tagħhom fejn ikollhom il-full time staff tagħhom. Jekk l-affari sseħħ u tkun serja, l-MFA lesta tgħin anki sa €25,000 lil kull klabb biex tgħinhom isaħħu l-amministrazzjoni tagħhom. Jekk l-idea taħdem, lesti nestenduha għad-diviżjonijiet iż-żgħar li jkollhom amministratur talinqas għal kull diviżjoni,” qal Darmanin Demajo. Importanza nazzjonali

lit-tim

Fl-aħħar nett, il-President tkellem fuq it-tim nazzjonali Malti. Hu qal li biex jogħla l-livell tat-timijiet, hemm bżonn li jkollna tal-inqas 20

plejer Malti li jilagħbu futbol professjonali barra minn Malta. “Nemmen li t-talent tal-plejers tagħna sa 17il sena jista’ jħabbatha ma’ kulħadd, iżda wara hemm is-sistema tagħna tikkollassa. U dan għax il-plejers tagħna jibqgħu tal-istess livell ta’ Malta, mentri ħaddieħor ikompli jiżviluppa t-talent tiegħu,” qal Darmanin Demajo. Id-Dede reġa’ kkonferma li dawn se jkunu l-aħħar 3 snin tiegħu. Jemmen li wara tliet termini, ikun jaqbel kemm għalih u kemm għallAssoċjazzjoni li jkollha demm ġdid fit-tmun tagħha. “Qed naċċetta b’umiltà kbira l-konferma li tajtuni llum. Se nibqa’ ta’ servizz. L-MFA u l-futbol Malti mhux tiegħi. Se nibqa’ nagħmel hekk b’onestà, integrità u trasparenza. Grazzi lil kulħadd,” temm Darmanin Demajo.

REFEREE MALTI GĦALL-KAMPJONATI EWROPEJ L-MFA B’SURPLUS TA’ €1.6 MILJUN L-istaġun internazzjonali ma jiqafx għar- referee lokali talbasketball , Bernard Vassallo, meta se jerġa’ jkun impenjat fl-ambitu Ewropew filġranet li ġejjin. Fil-fatt, wara li ġimagħtejn ilu kien impenjat ġewwa l-Moldova fil-Kampjonati Ewropej tal-FIBA għall-

Pajjiżi ż-Żgħar fejn anke kkontrolla l-logħba għal bronż, Vassallo rċieva nominazzjoni oħra mll-FIBA biex imur il-Maċedonja. Filfatt huwa matul wasal nhar il-Ħamis u jiġi lura nhar is-7 ta’ Awwissu. Hu se jkun qed jikkontrolla partiti mill-Kampjonati Ewropej

maskili ta’ taħt it-18 il-sena fejn se jieħdu sehem total ta’ 24 pajjiż. Dawn il-Kampjonati Ewropej qed jintlagħbu ġewwa Skopje, il-kapitali talMaċedonja, u qed jintużaw żewġ arenas , il-kumpless Sandanski u l-Boris Trajkovski Arena.

Il-Malta Football Association irreġistrat dħul ta’ €6,127,178 tul l-2016, f ’temp ta’ 10 xhur sal-aħħar ta’ Marzu. L-infiq tal-MFA kien ta’ €3, 639,559 u €710,505 depreciation għal total ta’ €4, 340,064. Dan ifisser li l-MFA għamlet surplus ta’ dħul ta’ €1, 787,114 li minnu jrid jonqos €97,248 għal surplus nett ta’ €1, 689,869. Dan kollu qalu Ivan Mizzi, Teżorier tal-Malta Football Association waqt li ppreżenta l-audit accounts lill-Kamra. Ir-Rapport Finanzjarju ġie approvat mill-Kamra b’mod unanimu.


38 31|07|2016

kullhadd.com

SPORTS

IMĦABBRA L-AMBAXXATURI TAL-ISPORTS L-isportivi tal-passat u talpreżent għandhom ikunu ambaxxaturi biex iwasslu direzzjoni ċara favur sport nadif u attività fiżika. Dan huwa l-messaġġ ewlieni li ħareg hekk kif SportMalta bil-kollaborazzjoni tal-Public Broadcasting Services ħabbru l-ħames ambaxxaturi filKampanja tal-Kumissjoni Ewropea #BeActive, li tilħaq il-kulminu tagħha bejn l-10 u s-17 ta’ Settembru fil-ġimgħa Ewropea tal-isport. Dawn se jingħaqdu mal-bqija talambaxxaturi Ewropej ta’ kull pajjiż li wkoll huma parti millistess kampanja. Waqt konferenza tal-aħbarijiet li saret fil-PBS Creativity Hub, il-Kap Eżekuttiv ta’ SportMalta, Mark Cutajar, qal li huwa għadu ġej minn laqgħa tad-Diretturi Ġenerali tal-isport li saret fi Bratislava taħt il-Presidenza Slovakka

fejn ġie diskuss l-irwol ta’ dawn l-ambaxxaturi nazzjonali u anke l-messaġġi li jridu jwasslu. Dawn l-ambaxxaturi permezz tal-popolarità u s-suċċess tagħhom iridu jippromovu l-attività fiżika fil-ħajja ta’ kuljum billi jispiraw udjenzi ġodda u jressquhom lejn l-isport.

Huwa kompla jgħid li SportMalta qed tkun involuta f ’diversi iniżjattivi biex icċaqlaq lin-nies u tħeġġeġ lil kulħadd jaħdem flimkien u jipparteċipa bi ħġaru f ’dawn l-okkażjonijiet. Filfatt is-Sur Cutajar elenka lista ta’ attivitajiet marbutin ma’ din il-kampanja fejn l-ambaxxaturi se jkunu preżenti

biex jagħtu s-sehem tagħhom. Huwa rringrazzja lill-PBS, li daħlu f ’kollaborazzjoni ma’ SportMalta, li permezz tal-istazzjon nazzjonali u l-programmi tiegħu l-ambaxxaturi se jkunu jistgħu jilħqu firxa kbira ta’ udjenza. Huwa qal li dan il-proġett bejn l-entità tal-isport u l-istazzjon nazzjonali ġie ppreżentat lit28 stat membru bl-għan li l-effetti ta’ din l-inizjattiva jibqgħu jiġu diskussi waqt ilPresidenza Maltija. Is-Sur Cutajar irringrazzja wkoll lill-ambaxxaturi li mill-ewwel aċċettaw li jkunu parti minn din l-iniżjattiva biex iservu ta’ role models għal nies inattivi u li huma ’l bogħod mill-attività fiżika. Il-ħames ambaxxaturi huma Karl Izzo, Kowċ Nazzjonali tal-Waterpolo, Esther Azzopardi, Uffiċjal tal-Football Internazzjonali, Vladislava Kravchenko,

għawwiema para-olimpika, Jonathan Caruana, footballer mat-tim Nazzjonali u captain ta’ Valletta FC kif ukoll Gilmore Borg, atleta ta’ Special Olympics Malta. Waqt l-intervent tiegħu s-Segretarju Parlamentari għar-Riċerka, Innovazzjoni, Żgħażagħ u Sport Chris Agius, qal li l-ambaxxaturi li ntagħżlu huma l-idoli ta’ ħafna u li permezz tar-rwol il-ġdid tagħhom ta’ ambaxxaturi żgur ser jifirxu l-valuri li jħaddnu, u li hafna minnhom akkwistawhom permezz tal-isport, fis-soċjetà Maltija. Huwa kompla jgħid li l-valuri akkwistati permezz talisport kienu fuq l-aġenda anke waqt laqgħat ta’ livell għoli talUnjoni Ewropea u allura din l-inizjattiva ser tkun qed titfa’ lil pajjiżna fuq quddiem nett sabiex jintlaħqu miri li jaspiraw li jilħqu l-pajjiżi fi ħdan l-Unjoni Ewropea.

RAPPORT U ANALIŻI TA’ LIAM GAUCI

HAMILTON FIL-QUĊĊATA Il-Gran Premju talUngerija ma offriex illivell ta’ spettaklu li drajna naraw minn din it-tellieqa. Madankollu, il-punti ta’ interess ma naqsux hekk kif il-battalja għall-ewwel pożizzjonijiet kienet miġġielda fuq medda ta’ ftit sekondi tul ħafna mittellieqa. Mat-tluq Lewis Hamilton mill-ewwel qabeż lil Nico Rosberg biex ħa l-ewwel post. Sadanittant, Daniel Ricciardo għal ftit ma qabiżhomx ittnejn b’attakk fuq barra. Però, din id-daħla kienet aggressiva wisq u ħalliet lill-Awstraljan fit-tielet post. Għal diversi dawriet l-ewwel pożizzjonijiet baqgħu stabbli minkejja l-fatt li fil-quċċata talklassifika kien hemm ħames sewwieqa li kienu qrib ħafna ta’ xulxin. Is-sitwazzjoni kienet inqas kwieta għal Jenson Button li malajr ra t-tellieqa tiegħu tiżżarma. Dan hekk kif il-Brittaniku esperjenza problemi idrawliċi fil-pedala tal-brejk tiegħu li ma baqgħetx toffri reżistenza għal saqajh. It-tim irnexxielu jiggwidah biex jindirizza din il-kwistjoni

fi żmien qasir. Madankollu, l-istewards taċ-ċirkwit ħassew li dan l-intervent kien imur kontra l-linji gwida dwar il-komunikazzjoni. Għaldaqstant, Button sab ruħu fil-mira ta’ drivethough penalty.

Pit stops determinanti F’dawra tlettax issewwieqa bdew deħlin għall-ewwel rawnd ta’ pit stops skedati għal din it-tellieqa fejn bosta sewwieqa qalbu mis-Softs għas-Supersofts. Il-Ferrari daħħlu lil Sebastian Vettel qabel Max Verstappen, strateġija li ppermettiet lill-Ġermaniż jaqbeż lillOlandiż. Anki Raikkonen irnexxielu jaqbeż lissewwieq żagħżugħ tar-Red Bull Racing (RBR) għal xi dawriet meta l-Ferrari għażlu li jħalluh għaddej fuq roti Soft li kienu għadhom f ’kundizzjoni tajba. F’din il-fażi Hamilton beda jbatti mhux ħażin, fatt li ppermetta lil Rosberg u lil Ricciardo li jnaqqsu d-distakk minn miegħu. Ir-raġuni dehru li kienu r-roti hekk kif il-Brittaniku beda jbati biex iżommhom fit-

temperatura mixtieqa. It-tim talbu jħaffef ftit il-pass, ordni li kien implimentat għal xi ħin. Fi żmien qasir, però, Ricciardo reġà beda jirranka. Tant hu hekk li l-Mercedes avżaw lil Hamilton illi, jekk ma jtejjibx il-pass, it-tim kien se jkollu jdaħħal lil Rosberg qablu fil-pits biex jipproteġih millAwstraljan. L-istess ġralu Rosberg meta daħal għat-tieni waqfa tiegħu, fatt li ppermetta lil Hamilton jibni ftit tal-vantaġġ fuq quddiem. Perez kellu problema waqt il-pit u mhux warajha. Dan hekk kif daħal fil-pits biex ibiddel ir-roti mingħajr ma avża lit-tim, żball li telliflu ħafna ħin. Fażi kwieta Lejn il-ħamsin dawra s-sewwieqa ta’ quddiem reġgħu kkumpattaw ruħhom. Kimi Raikkonen kien l-aktar wieħed avventuruż f ’dan ilkuntest fejn ipprova jaħtaf il-ħames post minn idejn Verstappen. Madankollu, il-Finlandiż spiċċa ħabat fl-Olandiż, impatt li ħallieh b’biċċa

KLASSIFIKA: UNGERIJA POŻ. 01 02 03 04 05 06 07 08 09 10

SEWWIEQ Lewis Hamilton Nico Rosberg Daniel Ricciardo Sebastian Vettel Max Verstappen Kimi Raikkonen Fernando Alonso Carlos Sainz Jr. Valtteri Bottas Nico Hulkenberg

mil-ġewnaħ ta’ quddiem imtajjar. Raikkonen ma damx wisq biex naqqas id-distakk mill-ġdid, però l-ħsara fil-ġewnaħ żammitu milli jerġa’ jattakka lir-Red Bull b’mod deċiż. Is-sitwazzjoni fuq quddiem baqgħet stabbli fl-aħħar dawriet fejn issewwieqa dehru li kienu kkuntentaw bil-pożizzjoni tagħhom. Eċċezzjoni fosthom baqa’ Raikkonen li fl-aħħar minuti kien għaddej b’argument mattim tiegħu dwar il-mod kif Verstappen iddefenda l-pożizzjoni tiegħu aktar qabel. Minkejja dawn ilprotesti, l-istewards taċċirkwit ħassew li l-Olandiż kien iddefenda ruħu b’mod li aċċettabbli skont

TIM Mercedes Mercedes Red Bull Ferrari Red Bull Ferrari McLaren Toro Rosso Williams Force India

ĦIN 1:40.30.115 +1.977 +27.539 +28.213 +48.659 +49.044 +1 lap +1 lap +1 lap +1 lap

ir-regolamenti sportivi. Għadu determinat? Hamilton kien l-ewwel sewwieq li qasam il-linja tat-tmiem b’Rosberg jispiċċa ftit anqas minn żewġ sekondi warajh. B’dan is-suċċess ilBrittaniku tela’ fil-quċċata tal-klassifika għall-ewwel darba f ’dan l-istaġun grazzi għal rankatura li ilha ġejja mill-Gran Premju ta’ Monako. Għaldaqstant, it-tellieqa li jmiss hija importanti ferm għal Rosberg illi jrid juri lis-sostenituri ta’ pajjiżu jekk għadux determinat li jiġġieled għar-rebħ tal-kampjonat wara diversi prestazzjonijiet diżappuntanti.


FORMULA 1

kullhadd.com

TELLIEQA NRU

12

31|07|2016 39 Numru ta’ dawriet 67 Tul tat-tellieqa 306.458KM

ĠERMANJA HOCKENHEIM HOCKENHEIMRING

25°c

Soft

Dawra rekord K.RÄIKKÖNEN 2004

Medium

Rebbieħ tal-2014 N.ROSBERG

ROSBERG FUQ QUDDIEM Nico Rosberg kiseb pole position li llum se tagħtih l-opportunità li jerġa’ jaħtaf l-ewwel post talklassifika tas-sewwieqa minn idejn Lewis Hamilton wara d-disfatta tal-Ungerija fejn kellu jċedi l-quċċata wara ħdax-il tellieqa. Il-Mercedes urew b’mod ċar issuperjorità tagħhom mill-ewwel fażi hekk kif kisbu ħinijiet kompetittivi minkejja li ma kinux qegħdin jużaw is-Supersofts bħal ħafna sewwieqa oħra. Aktar lura Kvyat kellu Q1 diżastruż fejn irnexxielu jasal biss fid-dsatax-il post wara dawriet diżappuntanti ferm. Bosta qegħdin jispekulaw li r-Russu qiegħed qrib it-tmiem tal-karriera mat-Toro Rosso u r-Red Bull b’mod ġenerali u dawn ir-riżultati żgur li mhumiex jgħinu l-kawża tiegħu. Sadanittant, il-kollega tiegħu

Tyres għad-dispożizzjoni Temperatura tal-art 25°c Super Soft Temperatura tal-arja

Carlos Sainz irnexxielu jasal sa Q2 mingħajr wisq diffikultà. Sadanittant, għal xi ħin deher li Pascal Wehrlein seta’ wassal lill-Manor sa Q2. Madankollu, is-sewwieqa tar-Renault irnexxielhom jidħlu quddiemu u jċaħħduh minn dan ir-riżultat pożittiv. F’Q2 is-sewwieqa tal-Mercedes komplew jiddominaw, din id-darba bir-roti Supersoft. Minkejja li huma rnexxielhom jerġgħu jieħdu l-ewwel żewġ pożizzjonijiet, il-vantaġġ tagħhom ma kienx kbir daqs qabel hekk kif Max Verstappen kien inqas minn nofs sekonda ‘l bogħod minnhom. Min-naħa l-oħra, Daniel Ricciardo l-kollega tiegħu għażel li jikkuntenta bir-raba’ post li kiseb bl-ewwel dawra tiegħu. Wara r-riżultat pożittiv li kisbu fil-kwalifiki tal-Ungerija, fejn it-

POŻ. 01 02 03 04 05 06 07 08 09 10

Riħ 14-19 km/hr Umdità 72%

ISEM IS-SEWWIEQ Rosberg Hamilton Ricciardo Verstappen Raikkonen Vettel Hulkenberg Bottas Perez Massa

tnejn irnexxielhom jaslu sa Q3, il-McLarens reġgħu żżerżqu xi ftit lura hekk kif spiċċaw fit-tnax u l-erbatax-il post. Magħhom kienu eliminati wkoll il-koppja tal-Haas F1 fejn Romain Grosjean ilmenti l-fatt li s-sett il-ġdid ta’ roti ma ħalliex l-effett mixtieq. Fil-bidu ta’ Q3 deher li se tkun il-ġurnata ta’ Hamilton għaliex Rosberg esperjenza problemi elettriċi matul l-ewwel dawra tiegħu li ġegħluh jabbanduna d-dawra. Madankollu, ftit wara

TIM Mercedes Mercedes Red Bull Red Bull Ferrari Ferrari Force India Williams Force India Williams

Rai 1 14.00 Diretta

ĦIN 1:14.363 1:14.470 1:14.726 1:14.834 1:15.142 1:15.315 1:15.510 1:15.530 1:15.537 1:15.615

l-Ġermaniż irnexxielu jagħmel dawra eċċellenti li poġġietu fil-quċċata tal-klassifika. IlBrittaniku deher li seta’ reġa’ qabżu wara prestazzjoni veloċi ferm li kiseb fl-ewwel settur, però huwa għamel brejk qawwi fl-iSpitzkehre li telliflu l-ħin. Warajhom spiċċaw iż-żewġ Red Bulls li komplew isaħħu l-kredenzjali tagħhom bħala l-kompetituri prinċipali talMercedes hekk kif il-Ferraristi reġgħu kellhom jikkuntentaw b’post fuq it-tielet filliera.

LIL HINN MIĊ-ĊIRKWIT Din il-ġimgħa kien hemm interess kbir fil-laqgħa li kellu l-iStrategy Group fejn it-timijiet iddeċiedw x’direzzjoni se jieħu l-iżvilupp tal-Halo. Barra minn hekk, it-timijiet ħadu l-opportunità biex jesprimu x-xettiċiżmu tagħhom dwar il-mod kif kienu implimentati l-linji gwida dwar il-komunikazzjoni. Fl-aħħar se nagħtu ħarsa ħafifa lejn it-tluq ta’ wieħed mill-kapijiet tekniċi prinċipali tal-Ferrari biex naraw x’setgħet kienet ir-raġuni wara din id-deċiżjoni.

kkunsidrat bħala l-favurit, ħafna ħassew li lanqas din is-sistema ma kienet ġiet evalwata b’mod estensiv biżżejjed. Din ir-realtà kienet riflessa fid-deċiżjoni taliStrategy Group li ddeċieida li jipposponi l-implementazzjoni tas-sistema ta’ protezzjoni addizzjonali għall-2018 biex isiru aktar testijiet fix-xhur li ġejjin. Madankollu, dan ma jfissirx li l-Halo għandu garanzija li jiġi introdott għaliex l-istqarrija ta’ dan il-grupp implikat li qegħdin iżommu l-bieb imbexxaq għal soluzzjonijiet oħra.

Halo fl-2018?

Illaxkati r-restrizzjoni tar-radju

Kif semmejna, l-iStrategy Group iltaqa’ nhar il-Ħamis li għadda biex jiddeċiedi jekk timplimentax xi tip ta’ protezzjoni addizzjonali madwar il-kabina tas-sewwieqa fl-2017. Aktar kmieni din is-sena l-Ferrari u r-Red Bull Racing ippruvaw żewġ sistemi differenti, il-Halo u l-Aeroscreen. Madankollu, kien irrappurtat illi dan tal-aħħar ma kienx għadda mit-testijiet ta’ sigurtà tal-Federazzjoni. Minkejja li l-Halo beda jiġi

Barra din id-deċiżjoni għallġejjieni, l-Istrategy Group ħa oħra għall-immedjat hekk kif kien hemm qbil biex jiġu llaxkati r-restrizzjoni rigward il-komunikazzjoni bir-radju bejn it-timijiet u s-sewwieqa. Matul dawn l-aħħar xhur l-FIA kienet qegħda żżomm iebes mat-timijiet fir-rigward ta’ komunikazzjonijiet li b’xi mod setgħu jtejbu l-prestazzjoni tassewwieqa. Madankollu, l-applikazzjoni ta’ dawn il-linji gwida kienet

punt ta’ kontroversja għaliex ma kienx ċar x’jissepara l-informazzjoni li ttejjeb ilprestazzjoni tas-sewwieqa u oħra li tindirizza problemi relatati mas-sigurtà. Eżempju ta’ dan rajnieh il-ġimgħa li għaddiet meta Jenson Button sab ruħu mingħajr pressjoni idrawlika fil-pedala tal-brejk. Din il-problema kienet meqjusa bħala waħda ta’ sigurtà minnaħa tat-tim. Però, is-sewwieq xorta waħda sab ruħu fil-mira ta’ penalità wara li t-tim qallu kif isolvi dan l-intopp. B’hekk, bl-eċċezzjoni għaddawra ta’ formazzjoni u t-tluq, issa mhu se jkun hemm ebda restrizzjoni fejn jidħol ilmessaġġi li t-timijiet jistgħu jgħaddu lis-sewwieqa kemm bir-radju kif ukoll bil-pit boards. L-għan ta’ din il-bidla hija li jiġi pprovdut aktar kontenut għaddilettanti hekk kif it-timijiet se jkollu jipprovdu aċċess liberu għall-messaġġi bir-radju f ’kull ħin li l-vetturi jkunu barra millgaraxx. Allison iħalli lill-Ferrari Issa ndawru l-ħarsa tagħna

lejn il-Ferrari hekk kif dan it-tim ħabbar li l-kap taddipartiment tekniku tagħhom James Allison ħalla lit-tim wara tliet snin. Il-motivazzjoni wara t-tluq tiegħu mhijiex ċara. Matul l-aħħar ġimgħat kien magħruf li l-President talFerrari Sergio Marchionne kien qiegħed janalizza kull dipartiment tat-tim biex jifhem għalfejn il-prestazzjonijiet talFerrari marru lura minflok ‘il quddiem matul dawn l-aħħar xhur. Madankollu, bosta qegħdin jispekulaw li fil-verità Allison telaq minħabba raġunijiet personali għaliex ftit tax-xhur ilu l-inġinier Brittaniku tilef lill-mara tiegħu. Riċentement, għejdut fil-midja sostnew li huwa qiegħed ifittex mod kif jgħix aktar qrib tat-tfal tiegħu. It-tluq tiegħu mill-Ferrari taw tindika li huwa se jimmira għal impjieg ma’ tim li għandu bażi fir-Renju Unit. L-aktar għażla probabbli jidhru li huma r-Renault li qegħdin ifittxu nies tekniċi esperti bħal Allison illi jistgħu jgħinuhom jilħqu l-miri ambizzjużi tagħhom.


40 31|07|2016

kullhadd.com

LOKALI

IKTAR BENEFIĊĊJI U INQAS DIPENDENZA • 3,500 JOĦORĠU MINN ĊIRKU VIZZJUŻ • ELUF IGAWDU MINN INĊENTIVI GĦAX JAĦDMU Naqsu bi 3,500 dawk dipendenti fuq il-benefiċċji soċjali. Dan meta wieħed iqabbel l-ewwel nofs ta’ din is-sena mal-ewwel nofs talbidu ta’ amministrazzjoni Laburista. Hija analiżi talistatistika maħruġa millUffiċċju Nazzjonali talIstatistika (NSO) li tindika li matul l-ewwel nofs tal-2016 reġa’ kien hemm tnaqqis fiddipendenza soċjali. Fil-fatt, mentri fi tmiem l-ewwel sena ta’ din l-amministrazzjoni kien hemm 9,240 persuna li kienet tieħu l-assistenza soċjali, tliet snin wara l-ammont ta’ nies dipendenti mill-assistenza soċjali naqas għal kważi 5,800. Ekonomisti ta’ esperjenza li tkellmu mal-gazzetta KullĦadd ikkonfermaw kif dan it-tnaqqis fenomenali, ta’ kważi 40%, seħħ minħabba li pajjiżna qed ikollu tkabbir ekonomiku rekord. Il-qgħad naqas għall-anqas livell mindu bdiet tinġabar l-istatistika, tant li nhar ilĠimgħa pajjiżna rreġistra l-inqas rata ta’ qgħad flUnjoni Ewropea.

L-andament eċċellenti fissuq tax-xogħol joħrog ukoll mill-fatt li dawk li jieħdu l-benefiċċju għall-qgħad kif

ukoll assistenza speċjali għal nies bla xogħol niżlu għal 1,317 u 3,261 rispettivament. Fl-2013 kien hemm 4,198

u 6,119 persuna li kienet tikkwalifika għal dawn ilbenefiċċji u, fi tliet snin, dawk dipendenti fuq dawn

il-benefiċċji naqsu b’aktar min-nofs. Skont l-NSO, fl-ewwel nofs tal-2016, kontra għal li kien iseħħ f ’leġiżlaturi passati, l-ispiża fuq benefiċċji soċjali mhux kontributorji naqset. Fil-fatt, l-ispiża fuq benefiċċji soċjali mhux kontributorji fl-2016 kienet €5 miljun, jew 5% anqas milli kienet flistess żmien fl-ewwel sena ta’ ta’ din l-amministrazzjoni. Dan wassal biex setgħu jiddaħħlu benefiċċji soċjali ġodda mingħajr ma żdied iddefiċit. Fost l-oħrajn, fl-ewwel nofs tal-2016 hemm 1,571 persuna li gawdiet mill-inwork benefit. Aktar minn 2,400 persuna li qabel kienet fuq ir-reġistru tal-qgħad illum ħarġet taħdem u għadha tirċievi parti mill-benefiċċju li kienet tieħu qabel. Fost dawk li qed igawdu minn iktar benefiċċji hemm l-anzjani. Mill-bidu ta’ din is-sena, madwar 12,000 pensjonant qed igawdu millewwel żieda fil-pensjoni aktar miż-żieda tal-għoli tal-ħajja. Din kienet l-ewwel żieda wara 25 sena.


Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.