Il-Ħadd, 31 ta’ Lulju, 2022
Ħarġa Nru 1,516
Prezz €1
B’APPARAT ĠDID JIĠU FAĊILITATI S-SERVIZZI LIL MALTIN BARRA Rapport f’paġna 6
JASLU L-“GVIERET” GĦALL-FLYOVERS Fl-aħħar jiem waslu f’pajjiżna minn Spanja l-“gvieret” li se jifformaw il-flyovers fiż-żewġ proġetti infrastrutturali kbar qrib l-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta. Fil-jiem li ġejjin se jkunu qed jitpoġġew f’posthom. B’dawn il-proġetti, it-traffiku u l-aċċidenti se jkunu qed jonqsu b’mod drastiku. Rapport f’paġna 3
PN: TKOMPLI EMORRAĠIJA TA’ INTERESS F’elezzjoni oħra fil-PN bl-istess kundizzjonijiet u ġirja b’“żiemel” wieħed, Alex Perici Calascione jiffaċċja 38% tal-kunsillieri kontra l-ħatra tiegħu … il-predeċessur tiegħu Robert Arrigo jelenka kif twarrab mill-Partit tiegħu stess mingħajr raġuni Rapport f’paġni 4 u 5
BDIET IL-QALBA GĦALL-HYBRID!
Tmienja minn kull disa’ karozzi li żdiedu fl-aħħar 12-il xahar f’pajjiżna ma jaħdmux biss bil-petrol jew bid-diesel … dawn it-tip ta’ vetturi żdiedu bin-nofs fuq medda ta’ sena biss, grazzi għall-inċentivi nazzjonali li ngħataw fil-Baġit
Statistika, li ġiet ippubblikata mill-Uf fiċċju Nazzj onali tal-Istatistika (NSO), tiżvela kif sa tmiem Ġunju ta’ din is-sena kien hemm 315,218-il karozza liċenzjata f’pajjiżna, żieda ta’ 4,227 karozza fuq medda ta’ 12-il xahar. Minkejja dan, fejn jidħlu karozzi li jaħdmu bil-petrol jew bid-diesel iż-żieda kienet ta’ 488 biss, li jfisser li inqas minn waħda minn kull disgħa taż-żieda kienet f’dawk tradizzjonali u li jniġġsu. Fl-aħħar 12-il xahar kien hemm żieda
ta’ 2,842 karozza hybrid, jew aktar minn tmienja kull ġurnata. Minbarra hekk, kien hemm tkabbir ta’ 783 karozza elettrika u 114 oħrajn li jaħdmu bil-gass LPG. B’hekk fuq medda ta’ sena, bħala medja, tmienja minn kull disa’ karozzi li żdiedu f’pajjiżna kienu jniġġsu inqas, għax ma kinux jaħdmu biss bid-diesel jew bil-petrol. Dan b’kuntrast mas-sena ta’ qabel meta, bħala medja, tlieta minn kull disa’ karozzi li kienu żdiedu ma
kinux jaħdmu bid-diesel jew bil-petrol. Din it-trasformazzjoni fid-domanda għall-vetturi seħħet b’tant qawwa minħabba l-inċentiv fiskali qawwi li daħħal il-Gvern fil-Baġit li għadda. L-għotja finanzjarja biex jiġi inċentivat ix-xiri ta’ vetturi ġodda li jaħdmu bl-elettriku jew inkella plug-in hybrids żdiedet bi €3,000 mill-għada tad-diskors tal-Baġit. Tkompli f’paġna 7
02
31.07.2022
DETTALJI EDITUR RONALD VASSALLO email: ronald.vassallo@partitlaburista.org
REKLAMAR U DISTRIBUZZJONI KIMBERLY CEFAI
IT-TEMP GĦAL-LUM L-Ogħla Temperatura: 34°C L-Inqas Temperatura: 25°C L-Indiċi UV: 11 Is-Sitwazzjoni Ġenerali: Firxa t’arja ta’ pressjoni għolja qed testendi minn fuq il-Bajja ta’ Biscay sa fuq il-Libja It-Temp: Xemxi u sħun Ir-Riħ: Ħafif lokalment ħafif għal moderat l-aktar mit-Tramuntana għall-Majjistral Il-Viżibilità: Tajba Il-Baħar: Ħafif għal moderat L-Imbatt: Baxx mill-Punent Majjistru It-Temperatura tal-Baħar: 29°C
email: sales@kullhadd.com tel: (+356) 2568 2570 mob:(+356) 7943 4722
It-Tnejn
It-Tlieta
L-Erbgħa
DISINN TAL-PAĠNI KIMBERLY CEFAI tel: (+356) 2568 2570 mob:(+356) 7943 4722
33°C UV 10
25°C
Il-Ħamis
KUNTATT ĠENERALI
33°C UV 10
25°C
Il-Ġimgħa
34°C UV 10
25°C
Is-Sibt
KullĦadd email: editorial@kullhadd.com tel: (+356) 2568 2570
INDIRIZZ POSTALI KullĦadd One Complex, A 28B, Industial Estate Il-Marsa MRS 3000
SIT ELETTRONIKU www.one.com.mt
MEZZI SOĊJALI www.facebook.com/kullhadd
STAMPAT Miller Newsprint Ltd.
NUMRI IMPORTANTI Emerġenza Covid 19 - 111 Is-Servizzi kollha ta’ Emerġenza– 112 Il-Pulizija ta’ Malta – 2122 4001-9 Id-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili – 2393 0000 Il-Gwardjani Lokali – 2132 0202 L-Isptar ta’ Malta – 2545 0000 L-Isptar ta’ Għawdex – 2156 1600 Servizz Veterinarju ta’ Emerġenza – 5004 3888 Servizz ta’ Direttorju Telefoniku – 1 182
34°C UV 10
25°C
34°C UV 10
25°C
33°C UV 10
25°C
SPIŻERIJI LI JIFTĦU LLUM IL-ĦADD Collis Williams Pharmacy, 15, Triq ir-Repubblika, Il-Belt Valletta — 2123 4567 Fra Diego Dispensary, 94, Triq Villambrosa, Il-Ħamrun — 21224898 Brown’s Pharmacy, 47, Vjal il-Ħelsien, Ħaż-Żebbuġ — 21465411 The Local Dispensary, Triq Kan. K. Pirotta, Birkirkara — 21493549 Remedies Chemists, Marina Court, 49A, Triq l-Abate Rigird, Ta’ Xbiex — 21341649 St. Andrew’s Pharmacy, Triq il-Qasam, Tal-Ibraġġ — 21371062 Norman’s Pharmacy, 133, Triq il-Kbira, Tas-Sliema — 21332243 Brown’s Naxxar Centre Pharmacy, Vjal il-21 ta’ Settembru, In-Naxxar — 21411438 Brown’s St. Mary Pharmacy, 2, Triq Antonio Schembri, Ħ’Attard — 21436348 St. Paul’s Bay Pharmacy, 504, Triq il-Kbira, San Pawl il-Baħar — 21575276 Brown’s Paola Square Pharmacy, 64/65, Pjazza Antoine De Paule, Paola — 21821646 Milia’s Pharmacy, Triq il-Kottonera, Il-Birgu — 27600126 Felice Pharmacy, 95, Triq is-Santwarju, Ħaż-Żabbar — 21827939 Blossoms Pharmacy, Triq il-Gurgier, Birżebbuġa — 21652226 Milia’s Pharmacy, 42, Vjal il-Blue Grotto, Iż-Żurrieq — 21689971 Brown’s Pharmacy, Shop 10, Yacht Marina Apartments, Triq il-Marina, L-Imsida — 21244366 Nova Pharmacy, 142, Triq il-Kulleġġ, Ir-Rabat — 21454274 Għawdex Palm Pharmacy, 2, Triq il-Palma, Ir-Rabat — 21566170 Pisani Pharmacy, Bini Ġdid, Triq Sannat, Ta’ Sannat — 21564447 L-ispiżeriji huma miftuħin bejn id-9:00 a.m. u 12:00 p.m. u bejn l-4:00 p.m. u s-7:00 p.m.
Servizz ta’ tobba fiċ-Ċentri tas-Saħħa fil-Ħdud u l-festi pubbliċi Iċ-Ċentri tas-Saħħa tal-Mosta, ta’ Raħal Ġdid u tal-Furjana jiftħu għall-emerġenzi 24 siegħa, sebat ijiem fil-ġimgħa. Fil-Ħdud u fil-festi pubbliċi, iċ-Ċentru tas-Saħħa tal-Gżira jiftaħ għallemerġenzi bejn it-8.00am u l-5.00pm. Ikun hemm ukoll servizz ta’ infermier bejn it-8.00am u t-8.00pm. Il-pubbliku jrid jattendi ċ-Ċentru tas-Saħħa tad-distrett tiegħu. Persuni mingħajr karta tal-identità ma jiġux moqdija.
03
31.07.2022
IL-FLYOVERS FIL-GUDJA U ĦAL LUQA SE JIEĦDU FORMA F’DAWN IL-JIEM Fil-bidu ta’ din il-ġimgħa wasal fil-Port Ħieles il-bastiment li kien qed iġorr l-istrutturi tal-azzar li se jkunu qed jiffurmaw il-gvieret tal-flyovers il-ġodda fiżżewġ proġetti infrastrutturali fil-limiti tal-Gudja u Ħal Luqa. Il-Ministru għat-Trasport, l-Infras truttura u l-Proġetti Kapitali Aaron Farrugia, il-ġimgħa li għaddiet ħabbar fuq Facebook kif dawn l-istrutturi kienu qed jitgħabbew biex jibdew triqthom minn Spanja, fejn fl-aħħar xhur kienet għaddejja ħidma biex dawn jiġu mmanifatturati speċifikament għal dawn iż-żewġ proġetti. Il-Kirkop Tunnels & Airport Intersection Project (KTAIP) u l-Luqa Junction Project (LJP) jikkumplimentaw lil xulxin biex jiffaċilitaw l-aċċess fl-akkwati tal-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta (MIA). Jirriżulta li b’kollox waslu 13-il biċċa tal-azzar, li flimkien jiżnu aktar minn 580 tunnellata. Fil-jiem li ġejjin issa mistenni li dawn l-istrutturi jibdew jitqiegħdu f’posthom biex b’hekk il-proġett ikompli jieħu spinta oħra ’l quddiem.
Il-KTAIP se jibdel ir-roundabout talGudja f’junction ġdida bi tliet livelli, b’mini lejn Birżebbuġa, korsiji ġodda lejn il-Gudja u l-Ajruport u flyover fid-direzzjoni lejn il-mini ta’ Ħal Kirkop. Min-naħa l-oħra, fl-istess rotta u viċinanzi, l-LJP se jelimina r-roundabout ta’ Ħal Luqa u minflokha qed jinħolqu mini u flyover. Minflok ir-roundabout il-kbira se jkun hemm ukoll spazju miftuħ ġdid imsebbaħ bis-siġar u pjanti, b’konnessjoni diretta għall-qalba ta’ Ħal Luqa. Hu stmat li, flimkien, dawn iż-żewġ proġetti se jnaqqsu l-ħin tal-ivvjaġġar sa 74% f’kull direzzjoni tul din ir-rotta, fil waqt li jeliminaw ukoll żewġ żoni li kienu magħrufin għall-aċċidenti, billi jneħħu l-ħtieġa li vetturi jaqsmu kontra xulxin fiż-żewġ roundabouts. Fl-istess waqt, b’faċilitajiet aktar sigu ri, se jonqsu wkoll ir-riskji ta’ aċċidenti għal dawk li jkunu għaddejjin f’din iż-żona bil-mixi jew bir-rota. Il-proġetti se jkunu qed itejbu wkoll l-aċċess għall-MIA u r-rotta lejn il-Freeport, it-tnejn kruċjali għall-ekonomija.
Logo komuni għall-bejgħ bl-imnut ta’ prodotti mediċinali veterinarji mill-bogħod
Common logo for the retail of veterinary medicinal products at a distance
Persuni approvati biex jipprovdu prodotti mediċinali veterinarji jistgħu joffru tali prodotti għall-bejgħ mill-bogħod biss jekk logo komuni, li jinkludi hyperlink għas-sit elettroniku tatTaqsima tal-Mediċini Veterinarji, ikun inkluż fis-sit elettroniku li joffri bejgħ mill-bogħod.
Persons approved to supply veterinary medicinal products may offer such products for sale at a distance only if a common logo, which includes a hyperlink to the Veterinary Medicines Section’s website, is included in the website offering sale at a distance.
L-iskop ta’ dan il-logo hu li jassisti lill-pubbliku biex isir jaf jekk sit elettroniku li joffri tali prodotti għall-bejgħ mill-bogħod hux approvat mit-Taqsima tal-Mediċini Veterinarji għal attività bħal din. Id-dehra tal-logo komuni hija kif ġej (bl-Ingliż u bil-Malti):
The purpose of this logo is to assist the public in finding out whether a website offering such products for sale at a distance is approved by the Veterinary Medicines Section for such an activity. The common logo’s appearance is as follows (in English and Maltese):
04
31.07.2022
IL-ĦATRA TA’ PERICI CALA IĠĠIB EMORRAĠIJA AKBAR FI Ftit inqas minn 40% tal-kunsillieri Nazzjonalisti jagħżlu li ma jappoġġjawx il-kandidatura tiegħu … il-Viċi Kap uxxenti Robert Arrigo jenfasizza l-weġgħat wara li ġie mwarrab mit-tmexxija tal-Partit tiegħu bla ebda raġuni Alex Perici Calascione, l-uniku kandidat għall-kariga ta’ Viċi Kap tal-Partit Nazzjonalista, kiseb biss 62% tal-voti eliġibbli fl-elezzjoni li saret fost l-għeruq prinċipali tal-Partit Nazzjona lista li għalqet ilbieraħ. Waqt li total ta’ 595 kunsil lier jew 38% ta’ dawk eliġibbli li jivvotaw ma tawx l-appoġġ lil Perici Cala scione, kien hemm 976 kunsillier li vvota favurih. Dan fisser 148 vot inqas t’appoġġ minn dak li kiseb il-Kap Bernard Grech f’elezzjoni identika xahrejn ilu. Minn dakinhar ilbieraħ ukoll żdiedu 155 kunsillier minn dawk li bagħtu l-messaġġ li mhumiex iżjed interessati fit-tmexxija tal-Partit, indikazzjoni oħra ċara li l-emorraġija fost ir-rappreżentanti ewlenin tal-PN ma waqfet qatt. Waqt li kien hemm 440 kunsillier li għażel li jastjeni, iħassar il-vot jew saħansitra jivvota kontra Grech, dawn issa telgħu 595 fil-konfront ta’ Perici Calascione. Dan seħħ minkejja li, bħal fil-każ tal-elezzjoni għall-Kap, dik tal-Viċi Kap ukoll kienet imġebbda fuq ġimgħa sħiħa, permezz tal-early voting, u bilvot bil-prokura (proxy voting) għal min ma setax imur personalment jivvota. F’Kunsill Ġenerali, li tlaqqa’ fid-daħla tad-Dar Ċentrali għal ftit għexieren ta’ mistiedna flok fis-sala prinċipali, ir-riżultat tal-elezzjoni tal-bieraħ tħabbar mill-President tal-Kummiss joni Elettorali Nazzjonalista Peter Fenech, waqt li saru interventi wkoll miż-żewġ Viċi Kapijiet uxxenti, David Agius u Robert Arrigo. Wara bidla flistatut, il-PN naqqas il-pożizzjonijiet għal waħda biss. Fl-aħħar diskors tiegħu bħala Viċi Kap, Arrigo semma kif twarrab mill-Partit tiegħu stess, inkluż waqt l-aħħar kampanja elettorali u dan bla ebda raġuni. Huwa indika wkoll żewġ inċidenti partikolari, f’Ħaż-Żabbar u f’Tas-Sliema, li qal li weġġgħuh ħafna meta uffiċjali tal-Partit ċaħħduh milli jkun parteċipi f’attivitajiet elettorali. F’wiċċ il-Kap, il-Viċi Kap il-ġdid u għadd ta’ uffiċjali u deputati oħrajn tal-Oppożizzjoni, Arrigo insista li l-affarijiet ma jistgħux jibqgħu għaddejjin bl-istess mod jekk il-PN irid iqum fuq saqajh. “Għal xiex twarrabt?” staqsa emozzjonat id-Deputat,
li fl-aħħar elezzjoni ġie elett minn żewġ distretti. “M’aħniex business as usual u l-affari jiet ma jistgħux jibqgħu sejrin hekk,” kompla Arrigo, li żied li, minkejja l-intoppi kollha li sarulu, baqa’ xorta jiġbor il-flus għall-Partit sal-aħħar. Sadanittant, fl-elezzjoni tal-bieraħ kien hemm 300 kunsillier inqas li xeħtu l-vot tagħhom mill-elezzjoni għallKap fis-27 ta’ Mejju li għadda. Minn dawn 976 ivvotaw favur. Miċ-ċifri uffiċjali li nħarġu
erali tas-26 ta’ Marzu li għadda. Ftit inqas minn terz tal-Kunsill Ġenerali għażlu li ma jappoġġjawx lil Grech bħala Kap tal-PN. Dan kien appoġġ fjakk, iżjed u iżjed wara l-manuvri li kienu għaddejjin minn żmien qabel. Terġa’ meħud kont tad-dikjarazzjoni ta’ Jeremy Gingell, wieħed mill-istrateġisti ewlenin ta’ Grech, li l-Kap tal-Partit kellu jikseb mill-inqas 90% tal-voti eliġibbli biex tassew ikollu l-kontroll, ir-riżultat ta’ xahrejn ilu kien diżappunt as-
VIĊI KAP TAL-PNKAP TAL-PN votazzjoni 30/7/2022
votazzjoni 27/5/2022
ELIĠIBBLI
1,571
ELIĠIBBLI
1,564
MITFUGĦIN
1,102
MITFUGĦIN
1,402
ASTENSJONIJIET
469
ASTENSJONIJIET
162
VALIDI
1,078
VALIDI
1,390
INVALIDI
22
INVALIDI
12
FAVUR
KONTRA
FAVUR
KONTRA
976
595
1,124
440
(62%)
(38%)
(72%)
(28%)
mill-PN ukoll sparixxew żewġ voti oħrajn. Tant li l-voti validi u dawk invalidi ma jagħmlux l-għadd ta’ 1,102 tal-voti mitfugħin, kif ingħad. Apparti dan, kien hemm 469 astensjoni, 104 kontra u 22 invalidi, li flimkien jgħoddu xejn inqas minn 38% tal-kunsillieri kollha eliġibbli. Fl-elezzjoni ta’ Grech, dawn ammontaw għal 28%, li wkoll wasslu għar-riżultat mhux mixtieq, speċjalment wara ħafna sforzi u tqanżiħ biex joħorġu kemm jista’ jkun kunsillieri jivvotaw. Fil-fatt, kien irrapportat li saru numru kbir ta’ telefonati mid-Dar Ċentrali lill-kunsillieri biex imorru jivvotaw u l-mid ja Nazzjonalista ma waqfitx ittambar l-istess messaġġ. Wara ġimgħa ta’ votazzjoni jiet bikrija u vot bil-prokura, fit-28 ta’ Mejju li għadda l-Kap Nazzjonalista kien ġab biss 72% tal-voti kollha eliġibbli fl-elezzjoni li fiha wkoll ikkontesta waħdu għal konferma jew le fil-kariga wara r-riżultat tal-elezzjoni ġen-
solut. Wisq aktar issa li l-Viċi Kap tiegħu rnexxielu jġib 10% inqas minnu. Fl-eqqel tal-manuvri biex jit tajjar Delia, Gingell kien fakkar f’artiklu fit-Times kif fl-2012 Lawrence Gonzi kien qal li jitlaq mit-tmexxija tal-PN jekk ma jġibx 80% appoġġ tal-Kunsill Ġenerali. Gonzi, li dakinhar ukoll kien tellaq waħdu wkoll, kien ġab 96% tal-voti. Lejlet l-elezzjoni ta’ Grech, anke fl-editorjal tal-Malta Independent ingħad li “sakemm Bernard Grech ma jġibx 90% tal-voti ma jkunx riżultat tajjeb”, waqt li kompla li, mingħajr l-appoġġ tal-membri tal-Kunsill Ġenerali tal-PN, l-Oppożizzjoni kienet se tkun aktar dgħajfa. Sadanittant, il-votazzjoni bikrija għall-Viċi Kap fetħet bħall-bieraħ ġimgħa fi proċess li ġie des kritt mill-PN bħala proċess ta’ tiġ
PERICI CALASCIONE: Il-Viċi Kap il-ġdid tal-PN, b’inqas interess fost l-għeruq tiegħu stess
did. Dan, iżda, mhux biss ma sabx l-appoġġ ta’ kważi 40% talgħeruq tal-Partit ilbieraħ, iżda jikkuntrasta mar-reazzjoni jiet li ħarġu mal-mument li l-Viċi Kap il-ġdid wera interess fil-kariga. Sorsi fil-PN stess isostnu li l-ħatra ta’ Perici Calascione tikkontradixxi l-għajta tal-Kap
05
31.07.2022
ftit taż-żmien ilu dwar l-importanza li jdaħħal l-uċuħ ġodda, meta huwa magħruf kif Perici Calascione kien tqalfat minn President tal-Eżekuttiv Nazzjo nalista biex, kif irrapportat fit-Times, jinħoloq spazju għal demm ġdid. Madankollu, Perici Calascio ne hu altru minn demm ġdid. Hu kien Kaxxier tal-Partit li għadu mifni bi problemi kbar finanzjarji, waqt li fl-2017 anke ħareġ għall-kariga ta’ Kap biex ikun is-suċċessur ta’ Simon Busuttil. Dawk qrib Adrian Delia wkoll ifakkru li Perici Calascione hu qrib l-establishment u li, taħt it-tmexxija tiegħu, l-Eżekuttiv kien fost l-istrutturi interni li bdew jisfiduċjaw lill-Eks Kap u wasslu għall-konġura sakemm dan ittajjar wara biss tliet snin mindu rebaħ l-elezzjoni għattmexxija. Fl-istess rotta tar-riżultat ta’ xahrejn ilu, dak tal-bieraħ awtomatikament kompla jikkonferma li l-PN għadu maqsum f’diversi klikek, argumenti interni u sitwazzjonijiet li qed joħorġu sew fil-beraħ, kif issiġilla b’diskorsu l-Eks Viċi Kap Robert Arrigo stess.
L-elezzjoni lbieraħ, bħal dik ta’ xahrejn ilu, u l-aħħar diskors ta’ Arrigo juru biss li l-PN għadu maqsum fi klikek u b’argumenti kbar interni
GVERN LABURISTA LI JINVESTI FIN-NIES Wara pandemija li ħasdet lid-dinja f’kull sens, illum il-ġurnata qed niffaċċjaw sfidi ġodda kawża ta’ tensjonijiet kbar internazzjonali, riżultat tal-invażjoni Russa fl-Ukrajna. L-għoli tal-ħajja u ż-żieda fil-prezzijiet huma l-aktar żewġ fatturi li qed joħolqu sens ta’ inċertezza u instabilità kullimkien. Il-KullĦadd tkellmet mal-Membri Parlamentari Ewropej tal-Partit Laburista dwar kif pajjiżna qed jiffaċċja dawn l-isfidi u kif ix-xenarju fuq il-livell Ewropew hu ferm differenti, b’żidiet devastanti fil-prezzijiet tal-enerġija, tal-fuel u tal-ikel li qegħdin ixekklu l-kwalità tal-ħajja taċ-ċittadini Ewropej. ALFRED SANT – S’issa l-Gvern wera li hu kapaċi jsolvi din il-problema u jien għandi kull fiduċja li jista’ jibqa’ jagħmilha fiż-żmien li ġej Ir-rata tal-inflazzjoni f’Malta qed tinżamm baxxa għax il-Gvern qiegħed jissussidja l-enerġija u l-ikel allura dawn huma t-tnejn l-aktar li bħalissa qed jinfluwenzaw l-għoli tal-prezzijiet, imma mhux biss. Hemm affarijiet oħrajn ukoll. Effettivament biex il-Gvern jibqa’ jagħmel hekk, se jiffaċċja wkoll il-kwistjoni tas-sostenibilità. Kemm nistgħu nibqgħu nżommu dan is-sostenn? Hemm bżonn jibqa’ jsir, imma fl-istess ħin se jiswa wkoll ċerti spejjeż li eventwalment irid iġorrhom ukoll il-poplu. U din hi l-isfida ekonomika u finanzjarja quddiem il-Gvern bħalissa, fis-sens kif nistgħu nkomplu nrażżnu l-għoli tal-ħajja, kif qed isir, waqt li mbagħad insostnu l-ekonomija u l-finanzi tal-Gvern. S’issa l-Gvern wera li hu kapaċi jsolvi din il-problema u jien għandi kull fiduċja li jista’ jibqa’ jagħmilha fiż-żmien li ġej.
ALEX AGIUS SALIBA – Id-differenza qawwija bejn dak li qed jiġri f’pajjiżna u dak li qed jiġri fuq bażi Ewropea hi li f’Malta kellna Gvern proattiv, Gvern li ħa azzjoni Ir-realtà ta’ żidiet fil-prezzijiet mhijiex biss dik Maltija, imma hi realtà Ewropea u dinjija u dan minħabba l-inċertezza ekonomika u soċjali li ġabet il-pandemija u wkoll ir-realtajiet li qegħdin ngħixu bħalissa minħabba l-gwerra bejn ir-Russja u l-Ukrajna. Però l-akbar differenza li toħroġ ninnutawha meta nkunu qegħdin nitkellmu ma’ counterparts tagħna, ma’ Parlamentari Ewropej oħrajn ġejjin minn diversi stati membri Ewropej. Id-differenza qawwija bejn dak li qed jiġri f’pajjiżna, dak li qegħdin iħossu l-konsumaturi f’Malta u dak li qed jiġri fuq bażi Ewropea hi li f’Malta kellna Gvern proattiv, Gvern li ħa azzjoni, Gvern li fl-aħħar mill-aħħar għamel sagrifiċċji kbar biex iżomm il-prezzijiet tal-enerġija, il-prezzijiet tal-fuel stabbli għal kif kienu qabel faqqgħet il-pandemija u qabel qam l-inkwiet kollu. U dan li, fl-aħħar mill-aħħar, in-nies iridu u qegħdin japprezzawh.
JOSIANNE CUTAJAR – Gvern Laburista fit-tmun jara li jieħu fuqu biex kemm jista’ jkun ma jbatux in-negozji, il-familji tagħna u l-konsumaturi tagħna In-nies ikellmuna dwar dan meta mmorru niltaqgħu magħhom u hi sfida reali li qed niffaċċjaw. Aħna xortina tajba li għandna Gvern Laburista fit-tmun li dejjem żamm fiċ-ċentru ta’ ħidmietu li jieħu fuqu biex kemm jista’ jkun ma jbatux in-negozji, il-familji tagħna u l-konsumaturi tagħna. Dan rajnih fil-prezzijiet stabbli tal-enerġija. Jekk inti tmur vaganza, anke sa Sqallija, riċentement kont hemmhekk anke l-prezz tal-fuel minn pompa tal-petrol hu ħafna ogħla minn dak li ssib f’pajjiżna. U anke l-ftehim li kien hemm mal-importaturi tal-qamħ mill-Gvern Malti. Dawn kollha huma importanti, iżda lil hinn minn hekk irridu naraw li jkollna strateġija Ewropea, strateġija li tirrikonoxxi dan kollu.
CYRUS ENGERER – Għandna Gvern Laburista li għandu mudell ekonomiku li jinvesti fin-nies Għandna Gvern li għandu mudell ekonomiku li jinvesti fin-nies. Kontinwament qed narawha, mhux biss issa li hawn din l-isfida tal-inflazzjoni madwar id-dinja kollha, imma rajnieha wkoll waqt il-pandemija u anke qabel fejn rajna Gvern li kontinwament beda jinvesti finnies. Sew jekk kien iċ-childcare b’xejn jew inkella investimenti oħrajn litteralment li jmexxu ’l quddiem il-familji u n-negozji Maltin u Għawdxin. Bħalissa naħseb kulħadd hu mmeraviljat b’pajjiżna kif għandna l-iktar Gvern li qed jgħin u jnaqqas l-impatt tal-inflazzjoni fuq iċ-ċittadini. Qegħdin naraw is-sussidji li qed jagħmel fejn jidħol ix-xiri tal-qamħ biex ikunu jistgħu jiġu mrażżna kemm jista’ jkun il-prezzijiet talikel f’pajjiżna. Però għandek ukoll l-ikbar rata ta’ investiment fejn jidħol il-fuel u l-enerġija. Fil-fatt jekk tqabbel lil pajjiżna mal-bqija tal-Ewropej, għandna l-irħas fuel fl-UE kollha u l-irħas kontijiet tad-dawl. Dakk juri kemm għandna Gvern impenjat biex jara li l-familji f’dan il-perjodu diffiċli fid-dinja kollha ma jaqgħux lura, anzi jibqgħu mexjin ’il quddiem.
06
31.07.2022
L-apparat il-ġdid li qed jiffaċilita l-programm Consul On The Move
NEW ZEALAND Auckland, Wellington Data: 14-16 ta’ Settembru Post: (għad irid jitħabbar) IR-RENJU UNIT Birmingham (inklużi Leicester, Nottingham, Newcastle u Northampton) Data: fl-aħħar ta’ Settembru (tbc) Post: (għad irid jitħabbar) Manchester (inklużi Sheffield, Liverpool u Yorkshire) Data: fl-aħħar ta’ Settembru (tbc) Post: (għad irid jitħabbar) L-AWSTRALJA Adelaide Data: 3-4 ta’ Ottubru Post: Maltese Guild of South Australia, 6, Jeanes Street, Beverly, S.A. 5009 IL-KANADA Edmonton Data: 5-6 ta’ Ottubru Post: (għad irid jitħabbar) L-AWSTRALJA Perth Data: 6-10 ta’ Ottubru Post: Maltese Association of Western Australia, 1, May Holman Way, Bassendean, W.A. 6054
INVESTIMENT TA’ €250,000 GĦAL SERVIZZI KONSULARI EĦFEF B’APPARAT MOBBLI Il-Ministeru għall-Affarijiet Barranin iqarreb iżjed it-tiġdid u l-applikazzjonijiet għal passaporti u ċittadinanza, fost oħrajn, lejn Maltin ’il barra minn xtutna L-ambaxxati Maltin barra l-pajjiż flaħħar xhur għamlu investiment ta’ madwar €250,000 f’apparat ġdid talprogramm Consul On The Move (COTM), permezz tal-Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej u l-Kummerċ. Il-programm, li kien tnieda fil-5 ta’ Mejju 2016, bi qbil mal-Uffiċċju tal-Pas saporti fi ħdan l-Aġenzija Identity Malta, hu konformi mal-viżjoni tal-Gvern biex is-servizzi tiegħu jkunu eqreb taċ-ċittadini. Il-programm jipprovdi numru ta’ servizzi konsulari (li huma normalment disponibbli fl-Ambaxxati u l-Konsulati Maltin) f’lokalitajiet differenti. Il-programm jaħseb għall-komunita jiet Maltin li jgħixu barra l-pajjiż billi jipprovdi servizzi governattivi eqreb ta’ djarhom, bħal applikazzjonijiet ġodda u tiġdid ta’ passaporti, applikazzjonijiet għaċ-ċittadinanza Maltija u reġistrazzjonijiet ta’ ċertifikati ta’ twelid, mewt u żwieġ. Attwalment dan qiegħed isir f’ħames pajjiżi – l-Awstralja, New Zealand, irRenju Unit, l-Istati Uniti u l-Kanada. Sadanittant, is-servizzi konsulari kollha mogħtija mill-Ambaxxati u l-Konsulati Maltin se jibqgħu jingħataw bħas-soltu. L-apparat il-ġdid tas-COTM jikkonsisti f’tablet li jinkludi fih kamera, fin-
gerprint reader, scanner tal-passaporti, signature pad, scanner tal-barcode u dawl. B’hekk dan it-tablet speċjalizzat jinkorpora l-għodda kollha neċessarja f’apparat wieħed li jiżen biss erba’ kilo grammi, b’kuntrast mal-apparat ta’ qabel li kien jiżen 15kg, mal-erba’ darbiet iżjed. Dan ifisser li l-apparat hu eħfef u jista’ jinġarr faċilment fl-idejn, filwaqt li jokkupa ħafna inqas spazju. Dan kollu jgħin waqt l-ivvjaġġar tal-uffiċjali f’żoni differenti tal-pajjiż konċernat. L-apparat il-ġdid hu wkoll mgħammar bl-aħħar software, jiġi b’servizz ta’ Wi-Fi u anke b’faċilità ta’ installazzjoni ta’ sim card għall-użu tat-teknoloġija 3G. Dan joffri l-funzjonalità ta’ sapport kif ukoll il-kapaċità li jinħarġu passaporti meta l-uffiċjali jkunu barra mill-uffiċċju. Il-Ministru responsabbli Ian Borg qal li, fid-dawl li matul dawn l-aħħar snin id-domanda għal dawn is-servizzi żdiedet u kien hemm ukoll tiġdid fis-sistema ta’ verifika disponibbli għall-uffiċjali, inħasset il-ħtieġa li jsir investiment f’apparat ġdid tas-COTM biex dan ikun wieħed aktar prattiku u jassigura aktar effiċjenza fl-għoti tas-servizzi lejn Maltin barra minn xtutna. “Qed naraw servizz importanti li bih
inżidu l-effiċjenza u l-kwalità, waqt li nkomplu nnaqqsu l-burokrazija fisservizzi li nagħtu bħala Gvern,” sostna Borg, li żied li l-programm COTM hu servizz essenzjali offrut mill-Ministeru f’konformità mal-viżjoni tal-Gvern li jkollu servizzi eqreb taċ-ċittadini tiegħu. Il-bżonn ta’ dan il-programm inħass wara l-introduzzjoni tal-passa port bijometriku, li wassal biex l-appli kanti Maltin li jgħixu barra jkollhom imorru fiżikamenti fl-eqreb ambaxxata jew konsulat biex titteħdilhom l-informazzjoni bijometrika. Dan ħoloq inkonvenjenza, speċjalment għal raġuni ta’ żieda fl-ispejjeż tal-ivvjaġġar u tal-akkomodazzjoni. Għal ċerti servizzi pprovduti, l-appli kant irid iħallas tariffa amministrattiva addizzjonali. Skont l-Avviż Legali 221 tal-2016, it-tariffa amministrattiva għal applikazzjonijiet għal passaporti hi ta’ €100 għal kull applikazzjoni, filwaqt li dik għal applikazzjonijiet għal ċittadinanza hi ta’ €50 għal kull applikazzjoni, minbarra l-ispejjeż relatati mas-servizz innifsu. Din li ġejja hija l-lista proviżorja aġġornata ta’ żjarat ippjanati tal-Consul On The Move sal-aħħar tas-sena.
IL-KANADA Vancouver Data: 8-12 ta’ Ottubru Post: (għad irid jitħabbar) IR-RENJU UNIT Glasgow (Highlands, L-Iskozja, u Isle of Skye) Data: Novembru (tbc) Post: (għad irid jitħabbar) L-AWSTRALJA Brisbane Data: 21-25 ta’ Novembru Post: Greek Honorary Consulate, Level 7, 10 Eagle St, Brisbane City QLD 4000 Mackay Data: 28-30 ta’ Novembru Post: Lanai Riverside Apartments Mackay, 20 River St, Mackay QLD 4740 Cairns Data: 2-3 ta’ Diċembru Post: Joe Vella Insurance Brokers, 108 Mulgrave Rd, Cairns City QLD 4870 IR-RENJU UNIT Cardiff (Wales u Bristol) Data: Diċembru (tbc) Post: (għad irid jitħabbar) Iċ-ċittadin jista’ jibbenefika mis-ser vizz b’appuntament ikkonfermat biss. Hu rrakkomandat li eqreb lejn id-data, wieħed jikkonsulta mal-ambaxxata jew konsulat relevanti biex jassigura li ma kienx hemm tibdil fid-dati u/jew il-post. Għal aktar informazzjoni, wieħed jista’ jikkuntattja l-post rispettiv kif ġej: L-Awstralja/New Zealand e: consul.canberra@gov.mt t: +61 (02) 6290 1724 Il-Kanada e: consul.toronto@gov.mt t: +1 (416) 207 0922 / 0989 L-Istati Uniti tal-Amerka e: consul.washington@gov.mt t: +1 (202) 530 9750 / 1 / 2 Ir-Renju Unit e: consul.london@gov.mt t: +44 (0) 207 292 4800
07
31.07.2022
L-INQAS RATA TA’ QGĦAD FL-ISTORJA TISSOKTA F’ĠUNJU Fi tmiem Ġunju li għadda r-rata ta’ qgħad f’pajjiżna naqset għal 3% biss minn 3.1% fix-xahar ta’ qabel. Din issa hi l-inqas rata ta’ qgħad qatt irreġistrata fl-istorja tagħna u madwar nofs dik li kien hemm qabel il-bidla fil-Gvern fl-2013. Meta Dr Robert Abela sar Prim Ministru f’Jannar tal-2020, ir-rata tal-qgħad kienet ta’ 3.5%, nofs punt perċentwali aktar għolja mir-rata preżenti. B’hekk, fuq medda ta’ ftit inqas minn sentejn u nofs, li kienu kkaratterizzati minn pandemija u gwerra fil-Lvant tal-Ewropa, l-ammont ta’ dawk bla xogħol tnaqqas b’aktar minn 10%. Bil-maqlub, meta milqut minn sfidi ekonomiċi ferm iżgħar minn dawk preżenti fl-2009, Gvern Nazzjonalista kien ħalla r-rata tal-qgħad tilħaq kważi s-7.5%, kważi darbtejn u nofs ir-rata preżenti. Dan għax, minflok kienet ta’ tarka għaż-żieda fil-prezzijiet internazzjonali, l-amministrazzjoni ta’ dakinhar kienet għolliet bla rażan il-prezzijiet tal-enerġija u tal-fuels. Minkejja li ż-żidiet internazzjonali kienu diġà sostanzjali, Gvern Nazzjonalista mmexxi minn Lawrence Gonzi kien għolla l-prezzijiet f’pajjiżna bid-doppju u iżjed tal-bidla li kienet esperjenzata f’pajjiżi ġirien. Dan kien wassal biex l-ekonomija tagħna titlef mill-kompetittività u r-ritmu ekonomiku kien majna sew. B’kuntrast, l-amministrazzjoni preżenti qiegħda bil-galbu trażżan milli l-familji u l-azjendi lokali jiffaċċjaw żidiet qawwija. B’hekk l-irkupru mill-effetti tal-pandemija qed ikun issalvagwardjat, tant li xahar wara ieħor qed ikompli jiżdied ix-xogħol u jintlaħqu rekords ġodda fil-ġlieda kontra l-qgħad u l-faqar. B’reazzjoni għar-rekord il-ġdid fl-għadd ta’ persuni jfittxu x-xogħol, il-Prim Ministru tenna li din l-amministrazzjoni se tkompli taħdem għal iżjed prosperità lokali.
QALBA IŻJED ĠUSTA Tkompli minn paġna 1 Dan minbarra li kienu estiżi dawk il-miżuri marbutin ma’ xiri ta’ vetturi elettriċi li jinkludu ħelsien mit-taxxa ta’ reġistrazzjoni u eżenzjoni mill-ħlas tal-liċenzja annwali tat-triq għal perjodu ta’ ħames snin mid-data tal-ewwel reġistrazzjoni, għal vetturi elettriċi u vetturi elettriċi plug-in. Grazzi għal dawn l-inċentivi l-Gvern qed ineħħi ħafna middifferenza li teżisti fil-prezz bejn karozza elettrika u waħda li taħdem bi fuel li jniġġes. Dan qed iwassal biex l-elett rifikazzjoni tat-trasport privat, li f’ħafna pajjiżi qed tiġi imposta dirett fuq il-familji bi spej jeż kbar, f’Malta qiegħda ssir b’modi li huma ferm iżjed soċjalment ġusti u sostenibbli.
B’hekk fuq medda ta’ sena biss l-ammont ta’ karozzi li ma jaħdmux biss bil-petrol jew bid-diesel żdied minn madwar 7,600 għal kważi 11,400, jew binnofs. Mitluba reazzjoni, il-Minis tru għall-Ambjent Miriam Dalli qaltilna li “qed inkomplu ninċentivaw lill-pubbliku biex jagħmel il-qalba għal karozzi elettriċi. Fis-snin li ġejjin fl-Unjoni Ewropea kollha se titwaqqaf l-importazzjoni ta’ vetturi konvenzjonali u biex niffaċilitaw il-proċess qed ninvestu fl-infrastruttura pubblika, bl-installazzjoni ta’ 6,500 charging point sal-2030. Bħala Gvern qed naħdmu biex noffru tariffi u inċentivi vantaġġużi hekk kif ftit tax-xhur ilu nedej na t-tariffi għall-iċċarġjar fiddjar residenzjali.”
L-allokazzjoni lill-pensjonanti, fost l-akbar benefiċjarji, żdiedet bi €8 miljun f’sentejn
ALLOKAT REKORD TA’ BENEFIĊĊJI SOĊJALI B’INQAS DIPENDENTI Matul l-ewwel nofs tal-2022 l-ispiża fuq benefiċċGrazzi għal miżuri ta’ baġits konsekuttivi ji soċjali laħqet livell rekord ta’ €615-il miljun, żdied ukoll l-ammont direzzjonat lejn il-carers, skont ċifri tal-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika li issa tela’ għal kważi €6 miljun. L-istess ġara (NSO) li ġew ippubblikati din il-ġimgħa. Dan fir-rigward taċ-Children’s Allowance, fejn l-allominkejja li kompliet tonqos id-dipendenza fuq kazzjoni telgħet għal kważi €21.5 miljun, grazzi numru ta’ benefiċċji soċjali, speċjalment l-assis- għad-dħul ta’ suppliment u b’hekk l-infiq hu miltenza soċjali. jun ewro u fuqhom iżjed mill-2020. Fil-fatt, imqabbel mal-2021, fl-ewwel nofs ta’ Ta’ min ifakkar li, fil-kriżi ekonomika ta’ wara din is-sena kien hemm tnaqqis l-2008, il-Gvern ta’ dakinhar kien ta’ 250 persuna fuq il-benefiċċju naqqas din l-assistenza lill-familtal-assistenza soċjali, li jfisser li ji b’aktar minn €2 miljun fid-disfuq medda ta’ sentejn kien hemm prament tiegħu li jnaqqas l-ispiża tnaqqis ta’ 380 persuna jew 9%. u l-ineffiċjenzi tiegħu. Dan it-tnaqqis jistona bilB’differenza għal żminijiet Iċ-ċifri tal-NSO kbir ma’ dak li kien seħħ fil-kriżi oħrajn, l-anzjani wkoll mhux qed ekonomika ta’ wara l-2008, meta jixhdu kif il-Gvern jitħallew waħedhom f’dan il-mukien hemm żieda ta’ kważi 900 ment ta’ sfida ekonomika. persuna fuq l-assistenza soċjali. għadu qed jiffoka Fil-fatt, l-ammont li ngħata Fi tmiem l-aħħar Gvern Nazzjon- l-għajnuna tiegħu lir-romol issa tela’ għall-ewwel alista fl-2013 ukoll kien hemm darba għal aktar minn €86 id-doppju tal-ammont preżenti fuq dawk li huma miljun, li jfisser żieda ta’ €18li kienu qed jiddependu minn din miljun jew 26% aktar meta l-aktar fil-bżonn… ilmqabbel l-għajnuna. ma’ qabel il-pandemiSat-tieni kwart tal-2022 kom- bil-kontra ta’ dak li ja. Fejn jidħol l-ammont mogħti pliet tonqos ukoll id-dipendenza lill-pensjonanti dan ukoll laħaq seħħ qabel l-2013 ċifra rekord, dik ta’ kważi €370 fuq l-allowance supplimentari, bl-ammont li jirrikorru għaliha miljun bejn dawk kontributorji u jonqos kważi b’760 meta mqabbel ma’ sena qa- dawk tal-età. bel u b’1,300 meta mqabbel mal-2020. Dan ifisser tkabbir ta’ €8 miljun jew 13% ikTa’ min jinnota li minkejja t-tnaqqis fid-dipen- kumparat mal-2020. Jekk wieħed iħares biss lejn denza fuq dan il-benefiċċju, l-ispiża tal-Gvern l-inqas pensjonijiet, dawk minimi, isib li l-allo xorta kważi rdoppjat minn €4.6 miljun fl-2020 kazzjoni żdiedet bi €8 miljun jew kważi kwart. għal €8.6 miljun fl-2022 minħabba li l-Gvern tej Dan juri kif il-Gvern iffoka l-għajnuna tiegħu jeb drastikament ir-rati tal-istess għotjiet. fuq dawk l-aktar fil-bżonn.
08
31.07.2022
L-EMENDI ĠODDA GĦAL IT-TURIŻMU INTERN JARA IVF ESTIŻ ISSA JSIRU LIĠI MAL-400,000 Għaxar snin ilu kienet tnediet diskussjoni pubblika għal servizz ferm ristrett minn Gvern Nazzjonalista li wkoll spiċċa ħalla kollox fuq l-ixkaffa sal-elezzjoni tal-2013 Il-liġi l-ġdida tal-In-Vitro Fertilisation (IVF), li kienet approvata mill-Parlament aktar kmieni dan ix-xahar, ġiet iffirmata mill-Aġent President Frank Bezzina nhar l-Erbgħa li għadda. Eżatt 10 snin qabel il-Gvern Nazzjonalista kien tqanżaħ biex jiftaħ diskussjoni pubblika fuq servizz ferm ristrett u spiċċa jitfa’ kollox fil-friża tant li kellu jkun Gvern Laburista wara l-2013 li introduċa l-ewwel proċessi. L-emendi għal liġi aktar b’saħħitha tal-IVF kienu parti mill-manifest elettorali tal-Partit Laburista fl-elezzjoni ġenerali li għaddiet fejn twiegħed li, fi żmien 100 jum ta’ Gvern Laburista ġdid, dawn l-emendi jkunu għaddew mill-Parlament. B’riżultat ta’ dawn l-emendi, issa se jiżdiedu n-nies li jgawdu mill-proċess tal-IVF mingħajr ħlas fuq servizz li kien diġà estiż fl-aħħar snin. Fost oħrajn, l-età ta’ min jikkwalifika se togħla għal 45 sena, se jiżdiedu ċ-ċikli tal-IVF u s-servizz jiġi offrut anke lil min diġà għandu l- ewwel wild. Dawn l-emendi se jagħtu aktar aċċess lit-tobba u lill-ispeċjalisti biex jagħmlu użu aħjar mill-aħħar teknoloġija medika. B’hekk jiġu evitati stejjer ta’ qsim bil-pjan li jiġu impjantati wkoll, għax il-qalb, meta jkun hemm ċertezza li inti meta tagħmel l-IVF, ma tagħmlux t-trabi jmutu fi ftit ġimgħat jew xhur b’kapriċċ. Meta tagħmel l-IVF u tgħaddi minn din il-proċedura kollha, l-emwara li jkunu twieldu. Tul id-dibattitu Parlamentari fil-bidu brijuni li jkollok iffriżati tkun tridhom, ta’ Lulju, li wkoll qabad lill-Oppożizzjoni u allura, iva, l-embrijuni li għandna Nazzjonalista mhux ippreparata u għal ffriżati kollha qegħdin ipprogrammati darb’oħra f’sitwazzjoni mill-aktar im- li jiġu impjantati.” Id-Deputat Prim Ministru saħaq kif barazzanti, id-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa Chris Fearne qal Malta għandha u se jkollha r-riżorsi li l-IVF toffri t-tama u s-soluzzjoni me- meħtieġa sabiex jitħaddmu l-emendi fil-liġi tal-IVF. dika lill-persuni li jkollhom problemi Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista’ infertilità. ta Bernard Grech, li wkoll Hu spjega l-punti ewle illimita ruħu għal ftit nin fil-protokoll marbut kelliema biss fid-dibattimal-liġi l-ġdida u li se tu fl-ogħla istituzzjoni, jżidu l-possibilità li jkollna aktar ħajjiet Għandna u se jkollna inqabad li lanqas biss kien qara l-emendi li b’firxa usa’ ta’ persuni, bl-ispejjeż iġorrhom r-riżorsi meħtieġa biex kienu mressqin. Meta ġew għall-vot dejjem l-Istat. inħaddmu l-emendi finali, tliet deputati Saru emendi fejn l-ġodda fil-Liġi Nazzjonalisti – l-eks Kap jidħlu donazzjonijiet talAdrian Delia, Ivan Bartolo gameti, l-età tal-ommijiet tal-IVF u Alex Borg – li kienu preżeneliġibbli se titla’ sa 45 sena ti fil-Parlament injoraw id-direzf’każ ta’ Oocyte Retrieval, waqt li trasferimenti tal-embrijuni jistgħu jsiru zjoni tal-Whip tagħhom, waqt li Jerome sa 48 sena. Se jiġi pprovdut ukoll qafas Caruana Cilia, Chris Said, u Carm Miflegali biex f’każi ta’ ċerti kundizzjoniji- sud Bonnici ma marrux għall-vot wara et ġenetiċi serji jsir il-Pre-implantation li rapporti fil-midja qalu li kienu talbu Genetic Testing for Monogenic Diseas- għal vot ħieles u ma ngħatalhomx. Mifsud Bonnici wara ddikjara fuq es (PGT-M), waqt li ġenituri prospettivi li għandhom embrijuni krijopriservati Facebook li wkoll kien jivvota kontra barra minn Malta jistgħu wkoll jittras- l-emendi fil-liġi tal-IVF li kieku kien diferixxuhom lejn pajjiżna biex ikomplu sponibbli biex jattendi s-seduta Parlamentari. bil-proċess lokalment. F’reazzjoni ma’ din il-gazzetta xahar Mr Fearne wkoll iċċara l-fatt li l-embrijuni li hemm iffriżati se jiġu kollha u nofs ilu, il-Professur Mark Brincat, impjantati. “Kellna 461 embrijun li kienu ġinekologu ta’ esperjenza b’għarfien ffriżati u ġew impjantati … u għandna qawwi dwar il-proċess tal-IVF, kien qal numru ta’ embrijuni li huma ffriżati, li “l-emendi kif inhuma se jagħmluha
possibbli biex koppji li s’issa, pereżempju ma jistgħux ikollhom IVF hawn Malta jew ma jistgħux ikollhom IVF f’Mater Dei minħabba xi policies, se jkunu jistgħu jibbenefikaw minn dan it-tibdil biex ikollhom il-proċeduri meħtieġa. Aktar ma noqorbu lejn liġijiet li jħaddnu, pereżempju l-maġġoranza tal-pajjiżi Ewropej, il-mainstream, dak li hu normali li nittrattaw bħall-kardjoloġija, ilmard tal-qalb b’ċertu mod, għandu jkun hemm protokolli u liġijiet li tittratta koppja b’IVF b’mod normali skont ix-xjenza … ix-xjenza kif inhi llum.” Il-Professur fakkar li x-xjenza tinbidel il-ħin kollu u għalhekk faħħar ilmod li, filwaqt li l-prinċipji jkunu indirizzati fil-liġijiet, imbagħad jitħaddmu bi protokolli li jagħtu wkoll piż lill-esperti mediċi. L-Avviż Legali bil-protokoll aġġornat ġie ppubblikat din il-ġimgħa stess. Wara snin ta’ tkaxkir tas-saqajn, ilGvern Nazzjonalista kien nieda diskussjoni pubblika dwar l-ewwel liġi tal-IVF nhar is-27 ta’ Lulju 2012. Il-liġi proposta favur ġenituri prospettivi kienet limi tata biss għal persuni eterosesswali li jkunu miżżewġin jew f’“relazzjoni soda”, li tkun trid tiġi ġġudikata mill-awtoritajiet. Tobba, li kellhom jibdew iwettqu l-proċess, kienu wkoll limitati li jiffertilizzaw biss massimu ta’ żewġ bajdiet kull darba u min jinqabad jikser il-liġi, kien qed jiġi espost għal sentenzi sa seba’ snin ħabs u multi li jlaħħqu s-€70,000. Il-liġi kienet bdiet titħaddem minn Gvern Laburista fl-2014, inkluż bl-investiment ta’ apparat ġdid, waqt li ġiet emendata fl-2018 biex tkun iżjed ġusta.
PERSUNA
L-MIA ibassar 5.4 miljun passiġġier għal din is-sena Is-sena l-oħra kienu kważi 390,000 persuna residenti Malta li għażlu li jqattgħu vaganza f’pajjiżna stess, skont ċifri ppubblikati mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika (NSO), b’żieda ta’ iżjed minn 8% mqabbel mas-sena ta’ qabel. Fl-2020, l-ewwel sena tal-pande mija tal-COVID-19, it-total ta’ turiż mu domestiku kien ta’ iżjed minn 360,000 persuna. Ifisser li f’sena kien hemm żieda ta’ iżjed minn 29,000 persuna li ppreferew li jib qgħu f’pajjiżna għal ftit ħin ta’ mistrieħ. Skont l-istess ċifri, il-Maltin li vvjaġġaw lejn Għawdex jew Kemmuna kienu jgħoddu għal iżjed minn 365,000 persuna, kważi 94% tat-total ta’ turisti domestiċi s-sena li għaddiet. Il-maġġoranza vvjaġ ġaw għal skop ta’ btala ta’ bejn ġurnata u tlett ijiem. L-iljieli t’akkomodazzjoni mit-turisti domestiċi kienu jgħoddu għal iżjed minn miljun u disgħin lejl, żieda 2.4% meta mqabbel mas-sena ta’ qabel. L-NSO qal li t-total tan-nefqa mit-turiżmu domestiku fl-2021 kien ta’ aktar minn €80 miljun, li tfisser żieda ta’ aktar minn 35% meta mqabbel mal-2020. Il-medja ta’ nfiq kull persuna telgħet għal €206, żieda ta’ €41 meta mqabbel mas-sena ta’ qabel. Ħareġ ukoll li t-turisti domestiċi li fl-2021 qagħdu f’akkomodazzjoni turistika f’Għawdex jew f’Kemmuna kienu jgħoddu kważi 213,000 persuna. In-nefqa f’Għawdex mitturiżmu domestiku kienet ta’ iżjed minn €77 miljun. Dan filwaqt li, minn dawk residenti f’Għawdex u Kemmuna, iżjed minn 24,000 għażlu btala f’Malta. In-nefqa ta’ dawn kienet ta’ kważi €4 miljun. L-NSO qal ukoll li kien hemm 970,000 turist barrani f’pajjiżna fl-2021, 47% aktar meta mqabbel mas-sena tal-pandemija. Sadanittant, l-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta wkoll ħabbar li qed jistenna li jara 5.4 miljun passiġġier sa tmiem din is-sena. F’konferenza stampa ngħad li, b’dan l-irkupru, iċ-ċifri jitqabblu ma’ dak li esperjenza t-turiżmu fl-2016 u fl-2017.
09
31.07.2022
FILM MALTI SOSTNUT MILL-GVERN JIRĊIEVI L-OGĦLA PREMJU F’IŻRAEL Isem pajjiżna jibqa’ jissaħħaħ bi prodotti lokali u b’relazzjoni tajba ma’ Hollywood f’iżjed produzzjonijiet kbar Film ieħor mid-Direttur Alex Camilleri, li diġà kiseb rikonoxximent u suċċess permezz ta’ Luzzu, irnexxielu jirbaħ l-ogħla unur fis-Sam Spiegel International Film Lab fl-aħħar jiem waqt ċerimonja f’Ġerusalemm, Iżrael. Il-feature film musical Zejtune, li ngħata s-sostenn ta’ madwar €50,000 mill-fond nazzjonali Screen Malta, jittratta l-istorja ta’ mara ta’ 30 sena li tara ħajjitha tinbidel għall-aħjar wara li tiltaqa’ ma’ mużiċist ferm ikbar minnha. Il-grand prize ta’ $50,000 mis-Sam Spiegel International Film Lab ġie ppreżentat lil Camilleri u l-producers tiegħu, il-Maltija Rebecca Anastasi u l-Amerikan Ramin Bahrami, li s-sena li għaddiet kien saħansitra nnominat għall-Oscar (Best Adapted Screenplay) għall-film The White Tiger. Mindu tnieda fl-2011, il-festival Sam Spiegel International Film Lab sar wieħed mill-forzi prinċipali fl-iżvilupp ta’ feature films minn uħud mittalenti promettenti fis-settur. Kull sena jingħażlu 12-il kittieb jew direttur internazzjonali li jkunu fil-fażijiet avvanzati fl-ewwel jew fit-tieni feature film tagħhom, waqt li l-parteċipanti jiġu mistiedna jattendu tliet sessjonijiet mifruxin fuq perjodu ta’ tmien xhur. Mitlub jikkummenta dwar dan issuċċess, anke bl-għajnuna kontinwa li qed tagħti l-Kummissjoni tal-Films permezz ta’ Screen Malta, il-Kummissarju għall-Films Johann Grech qal lill-KullĦadd li “qegħdin ninvestu aktar fl-industrija lokali tagħna. Qed naħdmu biex inżidu l-investiment li se jwassal għal aktar opportunitajiet għal kulħadd. Irridu noħolqu industrija sostenibbli bbażata fuq investiment mill-Gvern u mill-privat biex inkomplu nsaħħu l-prodott lokali u naraw aktar nies jirnexxu f’pajjiżna u ’l barra minn xtutna.” Wara li qabel kien ħadem fl-editjar ta’ films, inkluż il-film drammatiku ta’ Bahrami 99 Homes, Camilleri ddebutta bil-feature film Luzzu fis-Sundance Film Festival is-sena li għaddiet fejn rebaħ premju speċjali għall-attur Jesmark Scicluna fil-parti tas-sajjied Xlukkajr. Id-Direttur innifsu rebaħ premju (Someone To Watch) għat-talent promettenti tiegħu mill-Film In-
Id-Direttur Alex Camilleri (inset) u xena mill-ewwel feature film ta’ suċċess tiegħu s-sena l-oħra, Luzzu dependent Spirit Awards aktar tard fl-istess sena. Luzzu wkoll irċieva 50% tal-ispejjeż mill-Gvern Malti. Il-ġurija fis-Sam Spiegel, immexxi ja mid-Direttriċi Artistika tal-Cannes Critics’ Week Ava Cahen, kellha biss kliem ta’ tifħir għal Zejtune u qalet li “dan hu proġett li jgħaqqad l-istili u l-kulturi fi vjaġġ mużikali, billi joffri lill-udjenza dinja ġdida: musical neorealistiku.” Sadanittant, pajjiżna kompla jsaħħaħ il-pożizzjoni tiegħu għal iżjed blockbusters minn Hollywood, skont rapport li ħareġ fil-Los Angeles Times. Ingħad li l-investimenti li qed isiru fl-industrija Maltija qed ikomplu jattiraw ukoll iżjed turisti u dilettanti ċinematografiċi lejn dan l-Istat ċkejken fost kompetizzjoni aktar ħarxa ta’ produzzjonijiet Amerikani fil-Mediterran, il-Balkani u l-Baltiċi. Il-ġurnal Amerikan qal li x-xogħol li qed isir f’Malta, li ilha tiġbed produzzjonijiet lejha għal żmien twil grazzi għat-tankijiet tal-ilma, hu indikazzjoni oħra li Hollywood qiegħda tespandi l-fruntieri tagħha billi tinvesti miljuni kbar f’xogħliji-
ECO Works Ltd (C99248) Are issuing an RFQ for the procurement of 1 road patching van. Interesting parties are to send an e-mail requesting specifications required on eric@ecoworks.mt and james@ecoworks.mt Bids as listed in the BOQ’s will have to be received by not later then 10th August 2022 via e mail on eric@ecoworks and james@ecoworks.mt
et, studios u taħriġ ċinematografiku fl-Ewropa, kif diġà qegħdin jagħmlu Apple, HBO u Netflix. Fl-isfond mill-isbaħ tal-Belt Valletta u isem Malta li jissemma wkoll mill-protagonisti f’uħud mix-xeni, il-film Jurassic World Dominion bħalissa huwa l-aktar film popolari li qed idaħħal flus dan is-sajf. Is-sequel popolari ta’ fantaxjenza fejn id-dinosawri jiġġieldu mal-umani għall-kontroll taċ-ċivilizzazzjoni, inġibed fil-British Columbia, f’Londra u fil-Hawaii, apparti Malta. F’waħda mix-xeni memorabbli, l-attur protagonist Chris Pratt isuq b’veloċità qawwija mutur fit-toroq tal-kapitali tagħna, fejn id-dinosawri jieħdu kontroll. Il-Los Angeles Times qalet li l-Belt Valletta ntgħażlet parzjalment grazzi għall-għajnuna ġeneruża li tingħata lill-produtturi tal-films mill-Gvern Malti – 40% cash rebate mill-ispejjeż, żieda fuq is-27% sa ftit tas-snin ilu. B’dan Malta qed jirnexxilha tattira lejha iżjed produzzjonijiet kbar, li sa ftit ilu kienu jħarsu biss lejn ftit postijiet Ewropej.
L-isfond tal-Belt Valletta f’wieħed mill-posters tal-film ta’ Hollywood Jurassic Park Dominion, l-akbar blockbuster s’issa dan is-sajf
10
31.07.2022
FOST
Dehra artistika tal-bini l-ġdid li se jakkomoda l-istudenti fil-kors tal-Informazzjoni u l-Komunikazzjoni Teknoloġika
90% TAL-ISTUDENTI TAL-IICT LI JOĦORĠU MILL-MCAST ISIBU IMPJIEG FIL-SETTURI RELATATI Nhar il-Ġimgħa għalqet l-ewwel se- wkoll inkoraġġanti, speċjalment f’dinja mill-Unjoni Ewropea. jħa tal-applikazzonijiet għal studenti globali tax-xogħol li aktar ma jmur aktar Il-bini l-ġdid tal-IICT hu parti mill-isprospettivi tal-MCAST, bl-indikazzjoni- qed issir teknoloġika u għalhekk tfittex forzi tal-Kulleġġ biex jistabbilixxi ruħu jiet juru li reġa’ kien hemm interess ħaddiema li jkunu professjonisti f’dan bħala ċentru internazzjonali ta’ eċċelkbir fil-korsijiet kollha offruti minn il-qasam. lenza fl-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjo dan il-Kulleġġ, b’numru konsiderevoli Bħala pajjiż għamilna avvanzi qawwija nali (VET). ta’ applikazzjonijiet fil-kors tal-Istitut fis-settur, u qed tkompli l-ħidma kollet Il-bini mifrux fuq erba’ sulari jin tal-Informazzjoni u l-Komunikazzjoni tiva, fosthom dik tal-MCAST biex jitjie- sab fil-kampus ta’ Raħal Ġdid, faċċata Teknoloġika (IICT). bu dawn il-kisbiet, speċjalment meta taċ-Ċentru tar-Riżorsi l-ġdid, u se jinkluL-istatistika turi li dawn il-korsijiet wieħed iżomm f’moħħu li n-numru ta’ di 58 spazju ta’ tagħlim, inklużi laboratal-IICT fi ħdan il-Kulleġġ Malti għall-Arti, professjonisti tal-IT bi kwalifiki għolja torji u kmamar tal-lectures, 13-il uffiċċix-Xjenza u t-Teknoloġija dejjem jattiraw fl-UE mistenni li jiżdied għal 74% fl-2030. ju u spazju multipurpose ta’ 500 metru numru qawwi ta’ applikazzjonijiet, kwadru. Dan hu parti mill-kamkif tindika wkoll din is-sena. pus li ftit tax-xhur ilu ra l-inawgu L-istitut jipprovdi korsijiet ta’ razzjoni taċ-Ċentru tar-Riżorsi diploma u lawrja li jwasslu għal b’investiment ta’ €9.3 miljun oħra, karrieri fl-iżvilupp tas-software, kofinanzjat minn fondi Ew Għaddej ġmielu x-xogħol fuq il-bini ukoll intelliġenza artifiċjali, sistemi u ropej. networks tal-kompjuter, multi Il-Prinċipal u Kap Eżekuttiv tall-ġdid li se jakkomoda lill-istudenti media u setturi oħra li jeħtieġu MCAST Joachim James Calleja qalilgradwati b’ħiliet diġitali sofistikati tal-IICT minn Ġunju tas-sena li ġejja na li dan hu żmien tassew eċċitanti u b’ħiliet għolja. għall-kulleġġ, u dan l-investiment b’investiment ta’ €13-il miljun Dan l-Istitut jagħti varjetà ta’ f’bini mfassal apposta għall-għan li korsijiet full-time u wkoll part-time li Parti sinifikanti tal-ħidma tal-MCAST jrid jintuża hu bla preċedent. jiġbdu mhux biss studenti minn pajjiżna, f’dan is-settur hi t-tijib tal-infrastruttu“Dan il-bini il-ġdid se jgħin lill-MCAST imma saħansitra anki studenti barranin. ra edukattiva li toffri għal dawn l-istu- biex trawwem il-professjonisti tal-ICT Korsijiet li huma kollha rikonoxxuti mill- denti. Fil-fatt, għaddej ġmielu x-xogħol tal-futur. Se nkomplu naħdmu mal-inMQF u b’ċertifikazzjoni li tista’ tintuża fuq il-bini l-ġdid li se jakkomoda lil dawn dustrija biex niżguraw li l-Kulleġġ ikollu fl-avvanz tal-karriera tal-istudent. l-istudenti minn Ġunju tas-sena d-dieħ- rwol ewlieni fit-tiswir tal-edukazzjoni Is-suċċess ta’ dawn il-korsijiet huma la ’l quddiem. u t-taħriġ tal-ħaddiema futuri. Inħarriflessi wkoll meta wieħed jara li aktar Dan il-bini qed isir b’investiment di- su ’l quddiem b’entużjażmu lejn il-fażi minn 90% tal-istudenti tal-IICT qed isi- rett ta’ madwar €13-il miljun fil-pro- tal-proġett li jmiss biex inkomplu noffbu impjieg fiss fis-settur tal-Informaz fessjonisti futuri fl-ICT tal-MCAST. Dan ru lill-istudenti tagħna l-faċilitajiet talzjoni tat-Teknoloġija u setturi oħrajn hu proġett massiv u parti minn proġett aqwa kwalità,” temm jiddikjara l-Profesrelatati. Dawn huma riżultati li huma ta’ aktar minn €32 miljun kofinanzjat sur Calleja.
Stħarriġ globali, li sar mis-sit Brittaniku cable.co.uk bejn Marzu u Ġunju li għaddew, wera kif il-konsumatur Malti jħallas l-għaxar l-ogħla prezz fil-Punent tal-Ewropa għal kull 1GB ta’ data. Is-sit ikkonkluda li, fost 14-il pjan offrut lokalment mill-kumpaniji tat-telekomunikazzjoni, il-Maltin u l-Għawdxin iħallsu prezz pjuttost għoli ta’ €2.93 meta jitqabbel mar-rati l-oħrajn li jitħallsu fil-bqija tal-Ewropa u madwar id-dinja. Biss biss, l-inqas rata medja ta’ ħlas għal 1GB ta’ data użata fl-Ewropa tal-Punent hi ta’ 12ċ li jħallas konsumatur Taljan, waqt li globalment hu l-Iżrael li għandu l-irħas tariffa medja, dik ta’ 4ċ. Is-sit cable.co.uk hu rinomat biex wieħed janalizza u jqabbel diversi servizzi tal-Internet u servizzi relatati li jingħataw minn kumpaniji, bħal GO, Epic u Melita fil-każ ta’ pajjiżna. Fl-istħarriġ tiegħu, is-sit ġabar u analizza l-informazzjoni minn kważi 5,300 pjan tal-mobile biex qabbel il-prezzijiet għal kull 1GB ta’ data. Ħamsa mill-aktar għaxar prezzijiet għoljin li nstabu kienu f’pajjiżi Sub-Saharan. Stati gżejjer li jinsabu fl-Ocenia u l-Karibew ukoll għandhom it-tendenza li jkunu mal-aktar għaljin fiddinja. Min-naħa l-oħra, għadd ta’ pajjiżi li ġew iffurmati wara l-isfaxxar tal-Unjoni Sovjetika (Commonwealth of Indepen dent States) huma fost l-orħos fid-dinja u kważi kollha, għajr tlieta, jinsabu fl-ewwel parti tat-tabella bl-inqas prezzijiet. Pajjiżi kklassifikati tat-Tielet Dinja wkoll irreġistraw rati aħjar, tant li l-Indja tinsab filħames post tal-lista tal-orħos rati fid-dinja, in-Nepal fl-għa xar post, is-Sri Lanka, il-Ban-
MALTA LIs-Servizz Pubbliku Malti ġie ċċertifikat l-ewwel fl-Ewropa kollha fuq servizzi ta’ eGovernment. B’riżultat inġenerali ta’ 96%, Malta hi segwita mill-Estonja (90%) u l-Lussemburgu (87%). Dan joħroġ mir-rapport eGovernment Benchmark Reports 2022 maħruġ mill-Kummissjoni Ewropea, li fih jana lizza servizzi governattivi li jingħataw online f’35 pajjiż Ewropew. Is-Servizz Pubbliku Malti ġie fl-ewwel post ta’ dan l-istudju wara li ġie l-ewwel fil-kriterji kollha ta’ dan l-eżerċizzju, waqt li r-riżultati miksuba huma 28% ogħla mill-medja
11
31.07.2022
L-OGĦLA RATI F’MOBILE DATA Stħarriġ globali minn cable.co.uk juri kif il-Maltin qed iħallsu “prezzijiet għoljin” għal kull 1GB ta’ data użata bi prezz medju ta’ ftit inqas minn €3 meta jitqabblu ma’ dawk li hemm f’pajjiżi oħrajn Ewropej u lil hinn
EWROPA TAL-PUNENT PAJJIŻ
3GB biex tara film fuq mobile jiswew madwar €9 bir-rata medja ta’ pajjiżna … fl-Italja d-data tiswa biss 36ċ
gladesh u l-Pakistan fil-11, it-12 u t-13-il post rispettivament. Meta jitqabbel il-ħlas f’paj jiżna b’mod globali, b’dak li qed joffru l-kumpaniji lokali ninżlu ferm ’l isfel fil-lista u nispiċċaw fil-167 post, fost dawk li joffru l-irħas prezzijiet għal 1GB ta’ data. Biex tingħata perspettiva
aħjar, bħala eżempju, jekk persuna f’pajjiżna tiddeċiedi li tara film HD fuq il-mobile teħtieġ 3GB, ekwivalenti għal kważi €9 bir-rata medja stabbilita. Għall-istess ammont, fl-Italja jitħallsu biss 36ċ. L-istħarriġ wera li l-aktar rata għolja għall-istess servizz ġiet irreġistrata fil-gżira remota ta’ Sant Elena, €40 għal kull 1GB ta’ data użata. L-iżvantaġġ tal-gżira hu li tinsab maqtugħa f’nofs l-Oċean Atlantiku, bejn l-Amerka t’Isfel u l-Afrika. Statistika mill-Uffiċċju Nazz jonali tal-Istatistika (NSO) fl2020 turi li dak iż-żmien disgħa minn kull għaxar persuni bejn is-16 u l-74 sena użaw l-internet fil-ħin liberu, fost l-oħrajn,
għall-films. Fl-aħħar jiem qamet il-kwis tjoni tal-ħlasijiet lil kumpaniji tat-telekomunikazzjoni relatati ma’ żidiet imposti mill-bidu ta’ dan ix-xahar fuq klijenti li ma jħallsux il-kontijiet tagħhom b’mod dirett (direct debit). Filwaqt li l-Awtorità Maltija għall-Kompetizzjoni u l-Affarijiet tal-Konsumaturi (MCCAA) nediet investigazzjoni f’dan ir-rigward, il-kumpaniji ewlenin lokali għamlu pass lura u eliminaw it-tariffi żejda li kienu bdew jimponu sakemm titlesta l-istess investigazzjoni, waqt li qalu li se jroddu lura ħlasijiet li kienu diġà saru. Il-Ministru għall-Inklużjo ni, il-Volontarjat u d-Drittijiet tal-Konsumatur Julia Farrugia
Portelli u l-Membru Parlamentari Ewropew Alex Agius Saliba esprimew il-fehmiet tagħhom f’dan ir-rigward. Il-Ministru Farrugia Portelli, li hi responsabbli mid-drittijiet tal-konsumatur, qalet li hi sodisfatta li, wara sensiela ta’ laqgħat, il-kumpaniji lokali qed ireġġgħu lura ż-żieda li daħħlu. Agius Saliba, li jokkupa wkoll il-kariga ta’ Viċi President tas-Soċjalisti u d-Demokratiċi (S&D) fil-Parlament Ewropew, qal li dan l-iżvilupp ġie wara aktar minn xahar ta’ ħidma kemm fuq livell lokali kif ukoll fl-istituzzjonijiet fi Brussell. Hu qal li se jkun qed ikompli jaħdem id f’id mal-Ministru Farrugia Portelli fuq dan il-każ biex ħadd ma jkompli jinsteraq.
PREZZ*
Italja San Marino Franza Monaco Danimarka Spanja Renju Unit Awstrija Iżlanda Jersey Ġibiltà Guernsey Irlanda Żvezja Olanda Gżejjer Faeroe Lussemburgu Ġermanja
$0.12 $0.14 $0.23 $0.40 $0.43 $0.60 $0.79 $0.94 $1.01 $1.18 $1.26 $1.43 $1.58 $1.88 $1.90 $1.96 $2.00 $2.67
MALTA
$2.97
Belġju Portugall Liechtenstein Norveġja Gżejjer Åland Finlandja Andorra Żvizzera Isle of Man
$3.00 $3.67 $4.04 $4.44 $5.72 $6.01 $6.34 $7.37 $12.13
*cable.co.uk ħadmet il-prezzijiet f’valuta waħda (dollaru Amerikan) biex ikunu jistgħu jitqabblu bl-aħjar mod
EWWEL FL-EGOVERNMENT FL-EWROPA KOLLHA tal-pajjiżi l-oħrajn. Fost l-oħrajn, dan is-servizz f’pajjiżna jikseb il-100% talpunti mill-erba’ kategoriji li jiġu skrutinizzati fl-istħarriġ għal kemm is-servizz offrut hu ċentralizzat, jinkludi setturi varji, trasparenti u kapaċi jaqdi lil dawk li jeħtiġuh. Il-Kap tas-Servizz Pubbliku Malti Tony Sultana qal li dan hu ċertifikat ieħor tal-livelli għolja tas-servizzi pubbliċi f’pajjiżna u li dan ma kienx ikun possibbli mingħajr id-dedikazzjoni li jagħtu l-uffiċjali pubbliċi u l-investimenti kollha li saru fl-aħħar snin. Hu tenna li impenn simili se
jibqa’ jsir biex is-Servizz Pubbliku Malti jkollu dejjem l-aqwa għodda u ħiliet diġitali fi ħdanu. Dan l-istudju jitwettaq millUnjoni Ewropea kull sena biex tiddetermina kemm l-ammi nistrazzjonijiet pubbliċi joffru s-servizzi tagħhom b’mod effettiv bl-użu ta’ għodod diġitali moderni. L-eżerċizzju jevalwa t-twassil ta’ servizzi ta’ eGovernment f’35 pajjiż madwar l-Ewropa: is-27 stat membru tal-UE, flimkien mal-Iżlanda, in-Norveġja, l-Iżvizzera, l-Albanija, ilMontenegro, il-Maċedonja ta’ Fuq, is-Serbja u t-Turkija.
SERVIZZI LI JINSABU ONLINE
SERVIZZI AĊĊESSIBBLI BARRA
SERVIZZI LI JAĊĊETTAW E-ID
SITI TAL-GVERN LI JIKKONSULTAW DATA PERSONALI
12
31.07.2022
REKLAMAR B’SAĦĦTU GĦAL TURIŻMU DDIVERSIFIKAT
CLAYTON BARTOLO Ministru
Minkejja l-inċertezza u t-taqlib li l-pandemija ġabet magħha fl-2021 u anke fl-ewwel xhur tas-sena kurrenti, l-attività ta’ reklamar internazzjonali ma waqfet qatt. Filwaqt li dejjem konna proattivi għaċ-ċirkostanzi ta’ swieq differenti, il-ħidma kompliet permezz tal-uffiċini u aġenziji barra l-pajjiż tant li l-promozzjoni ta’ Malta kompliet għaddejja bi pjan maħsub u effettiv. Meta t-turiżmu internazzjonali kien wieqaf, ħdimna
biex Għawdex u Malta jinżammu fi ħsieb it-turist prospettiv li dakinhar kien qed jippjana bil-ħerqa l-btajjel tiegħu u tal-familja meta l-pandemija tkun megħluba. Għaldaqstant f’dawk ix-xhur l-Awtorità Maltija għat-Turiżmu ħadmet bis-sħiħ ma’ ġurnalisti, stazzjonijiet tat-televixin, blogers u influencers sabiex il-Gżejjer tagħna jkollhom reklamar estensiv fuq stazzjonijiet tat-televixin nazzjonali u anke privati fil-Ġermanja, Spanja, l-Ingilterra, l-Italja, Franza, l-Awstrija u l-Amerka fost oħrajn. Mijiet ta’ artikli ġew ipubblikati fuq gazzetti, rivisti, midja soċjali u mezzi diġitali oħrajn, madwar id-dinja b’suġġetti u temi varji li jippromwovu d-diversi aspetti u niċeċ tal-prodott turistiku ta’ pajjiżna. Il-messaġġ promozzjonali kien wieħed konsistenti li jimmira għal iżjed turiżmu ta’ kwalità matul is-sena kollha għal oqsma kollha li jsawru s-settur turistiku ta’ pajjiżna. Għaldaqstant, b’dan il-ħsieb ġew reklamati niċeċ ta’ turiżmu
marbut mal-lussu, sports, reliġjon, tagħlim tal-Ingliż, familja, gastronomija, storja, arti, għadis, LGBTIQ+ u divertiment. Ma waqfitx ukoll il-ħidma sabiex issir promozzjoni ta’ pajjiżna bħala destinazzjoni ideali għal tiġijiet, konferenzi u corporate group incentives. Għalkemm dawn kienu mistennija li jkunu fost l-aħħar niċeċ li jirkupraw mill-pandemija bi pjaċir ninnota li fl-aħħar ġimgħat diġà kellna numri pożittivi ta’ gruppi li ġew Malta għall-konferenzi u attivitajiet ta’ team building għall-impjegati tagħhom. Issinifikat li nkomplu nsaħħu r-reklamar f’din in-niċċa huwa marbut mal-fatt li dawn huma turisti li jonfqu iżjed mill-medja u importanti ħafna għall-profittabbiltà tas-settur. Hekk kif il-pandemija battiet u pajjiżna flimkien ma’ pajjiżi oħra seta’ gradwalment ineħħi r-restrizzjonijiet li kien hemm minħabba l-COVID-19, ġiet varata kampanja tar-reklamar b’saħħitha madwar l-Ewropa, il-Lvant Nofsani, l-Amerka u l-Kanada.
Fl-Asja r-reklamar beda fil-Ġappun u fil-Korea t’Isfel u dan filwaqt li jibqgħu jiġu segwiti l-iżviluppi fiċ-Ċina u pajjiżi fir-reġjun. Qegħdin naħdmu wkoll biex isir 360 degrees marketing bil-għan li jintlaħqu s-setturi kollha li qegħdin nimmiraw għalihom, b’mod sistematiku, u skont il-pjan strateġiku għas-snin li ġejjin. Dan jinkludi pjan ta’ marketing għal kull pajjiż individwali, skont il-karatteristiċi u l-opportunitajiet li hemm fil-pajjiżi individwali però iżjed minn hekk f’dak il-pjan, hemm pjanijiet ta’ marketing speċifiċi għal setturi li jagħmlu l-prodott turistiku Malti aktar iddiversifikat. Il-pajjiżi li minnhom nattiraw it-turisti lejn pajjiżna għandhom karatteristiċi differenti u għaldaqstant jeħtieġ li nkomplu għaddejjin b’din il-ħidma bi ħsieb. L-akbar investiment fir-reklamar qiegħed isir fuq mezzi diġitali, kemm dawk online kif ukoll dawk diġitali fit-toroq, fl-ajruporti, fl-istazzjonijiet tal-ferrovija, fis-shopping malls u f’postijiet pub-
bliċi fl-ibliet prinċipali madwar l-Ewropa, fosthom Londra, Manchester, Milan, Ruma, Pariġi, Amsterdam, Brussell, Madrid, Varsavja, Vjenna, Zurich, Berlin, Munich, Dusseldorf u Frankfurt. Hemm ukoll kampanji ta’ reklamar ma’ online platforms bħal Expedia, Skyscanner, LastMinute, Odigeo, Weg.de u Trivago fost oħrajn sabiex l-attività diġitali tkompli tinfirex ma’ pjattaformi oħrajn li huma segwiti fl-Istati Uniti, fl-Asja u fil-Lvant Nofsani. Il-mezzi tradizzjonali ta’ reklamar u promozzjoni għadhom importanti u effettivi f’ċerti pajjiżi iktar minn oħrajn. Għaldaqstant, biex insaħħu t-turiżmu għal din is-sena, f’ċerti pajjiżi qiegħed isir reklamar fuq ir-radju u rivisti partikolari għal ċerti niċeċ u qarrejja. It-televixin jibqa’ mezz popolari u proprju f’dawn l-aħħar ġimgħat l-Awtorità Maltija għat-Turiżmu qiegħda tirreklama b’mod kontinwu fuq diversi stazzjonijiet fl-Ingilterra, l-Italja, Franza, il-Ġermanja, l-Awstrija u l-Iżvizzera.
ĦIDMA BIEX INKUNU TA’ SERVIZZ AKBAR LEJN L-ELETTORAT
DAVINA SAMMUT HILI Membru Parlamentari
Kull bidu fih it-tmiem! Wara kważi 10 snin ħidma fil-Kunsill Lokali tal-Furjana kelli nħalli warajja legat sħiħ ta’ ħidma, esperjenzi u memorji sbieħ li ser inkun qiegħda nġorrhom miegħi tul ħajti kollha. Vjaġġ li ntemm, iżda ta spazju biex jibda ieħor b’aktar responsabbiltajiet, din id-darba mhux biss lejn lokal wieħed, lanqas lejn distrett wieħed
iżda ħidma b’risq il-poplu Malti u Għawdxi, għaliex dan hu s-sabiħ tal-politika li naħdmu sabiex nibqgħu nkunu ta’ servizz lejn l-elettorat u jekk jintilef dan l-aspett inkunu fallejna. Dawn it-tliet xhur ta’ ħidma Parlamentari kienu impenjattivi ferm. Mill-ewwel ġejt maħtura f’żewġ kumitati lokali li huma għal qalbi immens. Il-Prim Ministru Robert Abela għoġbu jaħtarni fil-Kumitat Permanenti tal-Affarijiet Soċjali kif ukoll fil-Kumitat Permanenti tal-Familja. Żewġ setturi li huma għal qalbi ħafna u ser inkun qiegħda nwiegħed lill-elettorat sabiex f’dawn iż-żewġ oqsma nħalli l-frott bil-ħidma tiegħi. F’dan il-kumitat ser inkun qiegħda naħdem sabiex il-familji tagħna jkollhom aktar bilanċ bejn ix-xogħol u l-familja, bilanċ importanti ħafna fid-dinja tallum li sfortunatament b’ħajja aktar mgħaġġla qiegħed jin-
tilef u għalhekk aħna bħala Gvern irridu nkomplu niksbu u nwettqu riformi sabiex jinħoloq kemm jista’ jkun dan il-bilanċ. Ħidma oħra li nixtieq niffoka fuqha hija l-forom differenti tal-familja fis-soċjetà Maltija u li xi kultant neħduha for granted li famija hija magħmula biss bejn mara, raġel u tfal tagħhom. Gvern Laburista dejjem kien katalist b’ħafna riformi li wettaq irrispettivament jekk hux ħa jibqa’ popolari jew le. Insemmi ż-żwieġ ċivili, id-drittijiet għal persuni LGBTIQ u l-liġi tad-divorzju fost oħrajn. Bħala Membru Parlamentari fil-Gvern ser naċċerta li nkompli naħdem sabiex f’pajjiżna jkollna aktar tibdil li jagħmel sens. Jiena rrid li Malta tagħna tkun ta’ ispirazzjoni għall-pajjiżi Ewropej u nibqgħu nkunu l-pajjiż li dejjem kien fuq quddiem nett fir-riformi. L-ekonomija għal pajjiż-
na hija strumentali sabiex nibqgħu għaddejjin b’ritmu mgħaġġel u dan mhux biss sabiex jibqa’ jkollna riżultati pożittivi minn aġenziji internazzjonali ta’ kreditu imma biex anki l-familji tagħna jgawdu b’dawn ir-riżultati. Ekonomija b’saħħitha kienet importanti ħafna sabiex il-Gvern baqa’ viċin tan-negozji u l-familji tagħna waqt il-pandemija. Għalhekk huwa importanti li nibqgħu inkunu fuq quddiem nett biex nattiraw investimenti ġodda lejn pajjiżna. L-investiment iġib miegħu aktar xogħol u jħalli aktar flus f’idejn il-poplu. Mument li ser nibqa’ ngħożż hu proprju l-emozzjoni li ħassejt meta dan ilGvern ivvota favur l-emendi fil-liġi tal-IVF, mument indeskrivibbli għaliex verament nemmen li kulħadd għandu jingħata kull opportunità sabiex jikseb ix-xe-
wqat tiegħu. Emenda li se tagħti lok lill-professjonisti tagħna sabiex b’mod regolat u mediku tagħti l-opportunità ndaqs lil dawk li jixtiequ jsiru ġenituri u jkollna aktar ħajjiet ġodda. Dan il-Gvern wiegħed li fl-ewwel 100 jum tiegħu se tkun emendata l-liġi tal-IVF, wegħda li għal darb’oħra nżammet. Gvern li juri biċ-ċar li dak li jwiegħed, iwettaq. Gvern li jagħti kas tal-karba ta’ kulħadd, anki tal-minoranzi. Huwa minnu li bħalissa qegħdin fil-vaganzi tas-sajf però l-ħidma tagħna ma tiqafx. Jiena nemmen li huwa importanti li l-politiku jibqa’ jżomm kuntatt dirett mal-elettorat għaliex hekk biss nistgħu nħossu l-polz tan-nies. Dejjem emmint li n-nies itellgħuk u n-nies iniżżluk u għalhekk inkompli nwiegħed li ser nibqa’ viċin tagħkom għaliex jiena waħda minnkom.
13
31.07.2022
GARANZIJA GĦAS-SIGURTÀ TIEGĦEK
BYRON CAMILLERI Ministru
Dan huwa Gvern li fl-aħħar snin ħadem u qed jaħdem favur is-sigurtà tiegħek u tal-familja tiegħek u qed jagħmel dan fuq diversi binarji. Is-sigurtà hija parti intrinsika u kruċjali mill-ħajja ta’ kull individwu u dan ilpunt kien xi ħaġa li fhimna mill-ewwel. Kieku ma konniex nifhmu dan il-punt, żgur li ma konniex immorru għal sistema
fejn il-pulizija rajna li ma jibqgħux biss fl-għases li essenzjalment ifisser li tmur hemm meta jinqala’ xi ħaġa. Illum permezz ta’ dawn il-pulizija mhux qed inkunu reattivi iżda pulizija li qed inkunu hemm fit-toroq sabiex inkunu pass qabel. Nifhem iżda, biex ħadd ma jaħseb li qed nipprietka xi perfezzjoni li hemm lokalitajiet u istanzi fejn hemm bżonn aktar ħidma mal-ħafna li diġà għamilna. Din il-ġimgħa, il-Partit Nazzjonalista permezz tal-mezzi tax-xandir tiegħu niżel fil-lokalitajiet tal-Marsa u l-Ħamrun, żewġ lokalitajiet li kif jaf kulħadd jeżistu realtajiet li magħhom ikollhom iħabbtu wiċċhom magħhom ir-residenti, lokalitajiet li bħala Pulizija għaddejja ħidma li se nkun qed nispjega. Fost il-ftit persuni li tkellmu man-NET, kien hemm kumment ta’ residenta Maria li meta mistoqsija qalet: ‘Anzi naqsu’. U minn hawn wieħed
irid isemmi x-xogħol li qed isir. Sintendi għad fadal ħafna xi jsir iżda hemm rikonoxximent li l-affarijiet qed jinbidlu. Għalhekk huwa kruċjali li ma jkunx hemm logħob partiġjan li fl-aħħar millaħħar iwassal sabiex itellef il-ħidma sfiqa li tkun qed issir. L-għassa tal-Marsa qed tkun rinnovata u dan sabiex ikun hemm ambjent aħjar kemm għall-pulizija li jaħdmu hemm u wkoll għall-persuni li jagħmlu użu minn din l-għassa. Ir-Rapid Intervention Unit ukoll qed tagħmel rondi speċifiċi f ’dawn il-lokalitajiet, liema rondi qed isiru b’mod kontinwu. Apparti minn hekk, inbeda proċess min-naħa tal-pulizija fejn qed ikellmu lir-residenti fuq bażi personali anke sabiex jassiguraw lir-residenti. Lura għall-Pulizija tal-Komunità, illum 75% ta’ Malta hija koperta mis-servizz
tal-Community Policing u sal-aħħar tas-sena 2023 isservizz se jiġi estiż mal-pajjiż kollu. Dan filwaqt li għaddej ix-xogħol fl-għases li diġà semmejt. Fost oħrajn hemm fejn qed jitwaħħad dan ilkunċett ġdid ta’ xogħol il-pulizija, mal-użu mill-ġdid ta’ għases li kienu ilhom diversi snin magħluqin, kif fl-aħħar ġimgħat deher evidenti f ’Santa Venera meta għassa li kienet ilha magħluqa żmien twil inbidlet f ’uffiċċju tal-pulizija tal-komunità u qed terġa’ tilqa’ lin-nies, anke jekk il-prijorità tibqa’ li l-pulizija jterrqu qrib iċ-ċittadin. Fl-aħħar sentejn u nofs ma kienx hemm biss tibdil fil-pożizzjonijiet tat-tmexxija tal-Korp tal-Pulizija, iżda kien hemm tibdil fil-mod li bih jopera l-Korp. Kull fejn hemm dawn l-uffiċjali tal-komunità n-nies tal-lokal jafuhom abbażi personali, għandhom il-kuntatt tagħhom u magħhom jitkell-
mu mhux biss fuq dak li jkun qed itaqqlilhom ħsibijiethom iżda anke fuq dak li jkun għaddej ta’ kuljum. Din ir-relazzjoni bejn innies fil-lokalitajiet tagħna u l-uffiċjali ħalliet il-frott u xhieda ta’ dan hemm bosta episodji. Uffiċjali li kienu fil-waqt u fil-mument opportun biex salvaw il-ħajjiet, mumenti fejn ċirku ta’ kriminalità tfarrak grazzi għall-intervent tagħhom, iżda anke f ’mumenti aktar leġġeri fejn il-membru tal-Korp għen tifel jew tifla taqsam għall-iskola waqt xi ħalba xita, jew assista lil dak l-anzjan jaqsam it-triq. In-numri u l-istatistika qed juru b’mod konsistenti Korp tal-Pulizija li qed iwettaq suċċess fil-ġlieda tiegħu kontra l-kriminalità u r-reati, b’bosta omiċidji solvuti u ċrieki tad-droga u s-serq li qed jitressqu l-Qorti. Aħna se nibqgħu man-nies sabiex nassiguraw is-sigurtà tagħhom u l-familji tagħhom.
100 ĠURNATA TA’ ĦIDMA KONTINWA
ALICIA BUGEJA SAID Segretarju Parlamentari
Jgħidu li Ruma ma nbnietx f’ġurnata. Hekk l-istess, il-ħidma tagħna bħala Gvern. Ir-riżultati jiġu biss grazzi għall-ammont ta’ xogħol kontinwu minn diversi esponenti. U minkejja l-ammont ta’ proġetti li bħala Gvern diġà ħabbarna, għad fadal ħafna xogħol xi jsir. L-għan tagħna huwa li nwettqu l-bidliet li konna wegħedna bħala Partit Laburista fil-Manifest Elettorali tagħna. Hekk kif għadna kif qbiżna l-100 jum minn meta nħtart fil-kariga preżenti, nixtieq nirringrazzja lil kull min b’xi mod ta l-kontribuzzjoni tiegħu. Ninsab tant kuntenta u kburija bil-ħidma essenz-
jali ta’ dawk kollha involuti fid-Dipartiment tas-Sajd u l-Akkwakultura, kif ukoll id-Dipartiment tal-Ħarsien tal-Annimali, u ta’ dan, nirringrazzjahom. Kienu 100 ġurnata ferm interessanti, hekk kif okkupajt għall-ewwel darba l-irwol ta’ Segretarju Parlamentari. Ix-xenarju ġeopolitiku ta’ madwarna matul dawn l-aħħar xhur ma kienx mill-aktar faċli. Madanakollu, l-impenn tagħna bħala Gvern beda mill-ewwel ftit jiem, u diġà bdejna nħallu l-frott mixtieq. Hekk kif konna qegħdin waqt l-Agrifair, kont preżenti waqt id-diversi diskussjonijiet li saru b’rabta mat-tħejjija ta’ strateġija nazzjonali ġdida għat-trattament xieraq tal-annimali. Kellna diversi taħditiet ma’ esponenti differenti, mill-entitajiet pubbliċi bħall-Kunsilli Lokali, sal-mijiet ta’ voluntiera u għadqiet non-governattivi li jaħdmu ta’ kuljum favur il-ħarsien tal-annimali. Ir-riżultat ta’ din il-ħidma, li sejrin inniedu fil-ġimgħat li ġejjin, indubjament ser tagħti spinta ġdida, kif ukoll twieġeb b’mod konvinċenti numru ta’ mistoqsijiet pendenti, fuq
dan is-settur. Il-ħidma kompliet ukoll fil-Parlament, hekk kif nedejna numru ta’ tibdil legali relatati mad-Dipartiment tas-Servizzi Veterinarji. Dawn it-tibdiliet legali kienu segwiti minn żieda fir-riżorsi finanzjarji u umani disponibbli f’dan id-dipartiment. B’hekk, ser inkomplu nsaħħu s-servizzi offruti, u nħallu effett pożittiv fuq l-agrikoltura Maltija, is-saħħa pubblika tal-poplu Malti, u anke l-prodott lokali. Fil-preżent, qed issir ħidma fuq proġetti ta’ spazji miftuħa għal klieb u qtates abbandunati. Hekk kif kien hemm żieda kbira ta’ annimali li għandhom bżonn dar u familja ġdida, dan il-Gvern kien kommess li jinvesti bl-aħjar mod, kemm fuq l-infrastruttura neċessarja, kif ukoll li jniedi l-kampanji edukattivi u pubbliċi neċessarji. Fl-istess ħin, urejna għal darb’oħra kif dan il-Gvern mhux wieħed biss li jirreaġixxi għall-isfidi preżenti, kif fil-fatt għamilna ftit taljiem ilu bit-tnedija tal-iskema tal-fuel għad-dgħajjes tas-sajjieda. Irridu nħallu legat ta’ sostenibbiltà, kemm ekonomika kif ukoll dik am-
bjentali. Irridu li nagħmlu qabża oħra ’l quddiem, u nagħtu s-serħan tal-moħħ lis-sajjieda tagħna, lil dawk li jaħdmu fir-riċerka marittima, kif ukoll lil dawk li jħarsu d-drittijiet tal-annimali. Għalhekk, proġetti bħal dak ġewwa Marsaxlokk huma essenzjali. It-tnedija ta’ laboratorju ġdid ġewwa t-Torri San Luċjan għandu potenzjal kbir. Dan għaliex ir-riċerka li qiegħda ssir, apparti t-tnedija ta’ opportunitajiet ta’ impjiegi ġodda għal diversi nies, ser tinvolvi wkoll żieda fin-numru ta’ riċerkaturi impjegati f’dan id-Dipartiment. Grazzi għal dan il-proġett, nistgħu nkomplu nnaqqsu l-impatt ambjentali u ekonomiku fuq is-sajjieda Maltin, filwaqt li nixprunaw niċeċ ekonomiċi ġodda fl-industriji tan-nutriċewtika, u dik tal-kożmetika. Ta’ min isemmi wkoll il-konferenza stampa li għamilt biss ftit tal-ġranet ilu, fejn tajt aġġornament fuq il-pillars tad-dawl u tal-ilma ġodda li l-Gvern qiegħed jibni f’diversi bajjiet madwar pajjiżna. Hekk kif qegħdin nersqu lejn l-istaġun tas-sajd, proġetti bħal dawn jagħtu l-għajnuna loġistika neċes-
sarja, kemm fit-tindif ta’ kuljum, kif ukoll meta jasal iż-żmien għall-manutenzjoni tat-tagħmir tas-sajd. La qegħdin insemmu t-tagħmir, ma nistgħux ma nsemmux l-irkupru tax-xbieki li rkuprajna mill-baħar mal-NGO Żibel ftit tal-jiem ilu ftit ’il bogħod minn Kemmuna. Dawn ix-xbieki kienu ilhom iktar minn 30 sena fl-ibħra tagħna. Inizjattiva ambjentali li tgħin fil-konservazzjoni tal-ibħra tagħna għall-ġid ta’ kulħadd, inkluż bugħaddasa, sajjieda u l-poplu Malti u Għawdxi. Id f’id mal-NGOs ambjentali bħala Gvern nistgħu noffru l-għodda neċessarja biex flimkien nilħqu l-miri mixtieqa. Twettqu ħafna iktar proġetti li ma kellix spazju nniżżel hawnhekk. Hemm ukoll numru ta’ proġetti li għadhom pendenti, jew oħrajn li r-riżultati tagħhom ser narawhom fiż-żmien li ġej. Kif jgħidu, it-tiġrija verament sal-barkun. Madanakollu, nibqa’ kunfidenti li l-ħidma tagħna ser tħalli l-frott tant mixtieq, u li l-poplu ser jagħti ġudizzju pożittiv immens għal dak kollu li ser jirnexxilna nwettqu flimkien.
14
31.07.2022
Id-disinn imħejji għall-proġett biex jibdel l-għalqa fil-qalba tal-Mosta li kienet tħalliet żdingata (taħt)
Partijiet minn Ġnien Victor Calvagna, li ġie inawgurat mill-Ministru responsabbli mill-Ambje
MINN GĦALQA ŻDIN SPAZJU MIFTUĦ SO
L-INAWGURAZZJONI TA’ ĠNIEN VICTOR CALVAGNA F’KULLANA TA F’POSTIJIET LI JIDDEVERTU U JTEJBU L-GĦAJXIEN TAR-RESIDEN Nhar l-Erbgħa li għadda nfetaħ Ġnien Victor Calvagna, proġett ta’ tħaddir fl-urban fil-Mosta li biddel art mitluqa fi ġnien pubbliku. Permezz tal-ħidma li saret minn GreenServ, bl-appoġġ tal-Fond Soċjali għall-Iżvilupp Nazzjonali (NDSF) dan l-ispazju llum ġie mibdul fi ġnien, imsemmi għat-Tabib li miet traġikament f’Jannar li għadda, iżda se jibqa’ magħruf għall-ħidma kbira tiegħu fost tfal morda, biex jitgawda bl-aħjar mod mill-familji u mir-residenti tal-madwar. Sa ftit ilu s-sit kien għalqa li kien jgħammar fiha Ċikku Fenech, karattru kontroversjali magħruf mal-lokal, iżda għal seba’ snin wara mewtu spiċċat fi stat assolut ta’ żdingar u rimi ta’ skart. Għalkemm diġà kien hemm xi veġitaz zjoni u mal-40 siġra indiġena, partikolarment dawk indiġeni taż-żebbuġ u ċ-ċipress, sfortunatament dawn ma seta’ jgawdihom ħadd, waqt li kellhom bżonn żabra liema bħalha. Biex tgħaxxaq, peress li l-post jinsab f’żona ta’ żvilupp, kien hemm possibbiltà kbira li tiġi żviluppata f’xi blokok ta’ appartamenti ta’ ħames sulari. Minflok, Gvern Laburista pprefera li jirrestawra l-post u jroddu lura lir-residenti fil-viċin u lill-poplu inġenerali fi spazju miftuħ li jkun jista’ jitgawda fl-akbar trankwillità. Għaldaqstant, kien inbeda dan il-proġett b’disinn diskret u mmirat biex itejjeb dak li diġà kien preżenti, inklużi s-siġar, l-ekosistemi, il-pajsaġġ naturali u l-ġebla tipika Maltija. Din hi inizjattiva oħra, li tlestiet, fost sensiela ta’ proġetti madwar il-pajjiż li bihom qed jitħaddru żoni fejn jgħixu u jaħdmu eluf ta’ persuni. Kif inhu mwiegħed ukoll fil-manifest elettorali, żoni li qabel ma kinux aċċessibbli, jew kienu dilapida-
ti u mitluqin, qed jinbidlu biex isiru spazji ħodor u postijiet ta’ rikreazzjoni. Il-proġetti bbażati fuq il-kunċett greyto-green f’diversi żoni urbani se jkomplu jtejbu l-kwalità ta’ ħajja tal-familji filwaqt li jindirizzaw l-isfida ta’ tibdil fil-klima. Il-KullĦadd tkellmet mal-Perit Johanna Portelli, li flimkien mal-kollegi tagħha, kienet responsabbli mill-proġett. Hi qaltilna li l-ġnien issa jinkorpora fih faċilitajiet differenti għar-residenti, fosthom playground, tagħmir ghall-eżerċizzju fiżiku, canopy u anke spazju fejn wieħed jista’ jħawwel xitel u ħwawar. Dawn il-faċilitajiet ġew inklużi biex il-ġnien ikun jista’ joffri xi ħaġa għal kulħadd u jkun jista’ jintuża għal diversi attivitajiet, anke minn organizzazzjonijiet tal-lokal. “Ingħatat importanza kbira lid-dimensjoni soċjali. Kienet din ir-raġuni għa liex ġew inkorporati faċilitajiet differenti. Ridna li dan ikun ġnien fejn wieħed jista’ jpoġġi fuq bank taħt id-dell tas-siġar u jgħid kelma jew inkella jġib it-tfal jilagħbu. Minbarra hekk ridna li jkun ukoll post fejn wieħed jista’ jiġi jagħmel l-eżerċizzju fiżiku biex b’hekk ninkoraġġixxu lin-nies ikunu aktar attivi,” qaltilna Portelli. “Finalment ridna li dan ikun post li jservi lill-komunità billi jinkoraġġixxi t-tagħlim. Il-canopy area saret bil-ħsieb li jkunu jistgħu jsiru taħditiet jew lezzjonijiet bil-faċilità li anke jitqabbdu projectors u b’hekk noffru kemm liż-żgħar u lill-kbar post differenti mill-klassijiet u s-swali li mdorrijin bihom.” Dwar l-inizjattiva għal spazju fejn wieħed jista’ jħawwel xi xitel, il-Perit qaltilna li, minbarra li tingħata l-opportunità fejn jitkabbru l-ħxejjex iservi wkoll ta’ attività għat-tfal biex jitgħallmu aktar dwar
kif u minn fejn għal stil ta’ ħajja Portelli saħqe għall-offerti biex li dan ikun jinko biex b’hekk ikun bli. “Fil-fatt, is-s fil-qalba tad-dis kienu diġà mħaw ħsieb li dawn ta u b’hekk no portanti li jdu is-siġar u jagħ inklussiv u aċċe kulħadd. Qgħad attenti li nużaw li sostenibbli u bħat-tagħmir magħmul min minn foresti so u l-installar ta solari fuq is-saq opy. Għamilna tal-ilma taħt l-a ta’ jintuża għatl-pjanti,” kompli Mistoqsija dw qed jaħdmu fuq niet li qed jaħdm jiet differenti. Qaltilna li filjiftħu proġett ie din id-darba fi kienet iservi bħ issa se tkun qed garden li se jokk ru fejn tħawlu arbuxelli. Għaddejjin u Żabbar fejn hem
31.07.2022
ent Miriam Dalli (lemin) u minn din il-ġimgħa beda joffri spazju sostenibbli, rikreattiv u edukattiv
NGATA GĦAL OSTENIBBLI
A’ PROĠETTI LI QED JIBDLU ŻONI MITLUQIN NTI U ANKE TAL-PUBBLIKU INĠENERALI
n ġej l-ikel, bi promozzjoni a aktar san. et li meta ħarġet is-sejħa x isir il-proġett ingħata piż orpora numru ta’ rekwiżiti n ambjentalment sostenib-
b’investiment ta’ kważi €2 miljun fi Triq is-Santwarju, Triq Biċċieni u Triq Santa Duminka. Il-proġett fi Triq is-Santwarju jikkonsisti f’feature wall bl-ilma u ħitan ħodor, qsari u tħawwil ta’ siġar, waqt li dawk ippjanati għal Triq Biċċieni u Triq Santa Duminka se jkunu qed isebbħu sostenibbiltà kienet ukoll l-parkeġġ eżistenti bl-introduzzjoni ta’ sosinn. Peress li f’dan il-post qfa ħodor. wlin numru ta’ siġar ħadna F’Ħal Qormi, żona kkaratterizzata minn jiġu inkorporati fil-pjan- traffiku u tniġġis tal-arja, se jiġi introdott oħolqu passaġġi imġnien fuq il-culvert eżistenti taluru ma’ dawn ilma tax-xita, bil-għan li jibdel ħmlu l-ġnien is-sit fi spazju soċjali li jtejjeb essibbli għal l-istil tal-ħajja ta’ kuljum dna wkoll u jħeġġeġ l-eżerċizzju bilw materjali jintegra korsa tal-ġiri Hu essenzjali li u riċiklati, fil-periferija tiegħu. installat Portelli semmiet ukoll ntejbu ż-żoni urbani ix-xogħlijiet nn injam li għaddejjin ostenibbli f’postijiet b’saħħithom fi Ġnien Romeo Romano, a’ pannelli li hu attrazzjoni ewlenija u pjaċevoli biex qaf tal-canfil-qalba ta’ Santa Venera. wkoll ġibjun Il-proġett, li qed isir f’żona li tgħix fihom art biex ikun jisbħalissa hi inaċċessibbli għall-tisqija tas-siġar u pubbliku, se jinkludi r-restawr iniet il-Perit. ġenerali tal-ġnien, żona tal-logħob għatwar proġetti oħrajn simili li tfal u ġnien komunali ieħor fejn ikunu qhom bħalissa, Portelli ten- jistgħu jitħawlu x-xitel, l-istess bħallmu fuq diversi u f’lokalita- proġett tal-Mosta. “Flimkien ma’ proġetti oħrajn ippjana-jiem li ġejjin se jkunu qed ti, li għadhom fil-fażi tad-disinn, b’dawn eħor ta’ tħaddir fl-urban, l-inizjattivi ħodor irridu nħeġġu l-użu fil-Ħamrun, fejn pjazza, li ta’ infrastruttura ekoloġika li tagħti imħala spazju għall-parkeġġ, portanza lis-sostenibbiltà u l-ekonomija d tinkorpora wkoll fiha roof ċirkolari. Hekk kif l-ibliet u l-irħula jkomkupa mal-500 metru kwad- plu jikbru, hu essenzjali li ntejbu ż-żoni numru ta’ siġar maturi u urbani f’postijiet b’saħħithom u pjaċevoli biex tgħix fihom, filwaqt li nissalvagwardukoll b’xogħol ieħor f’Ħaż- jaw il-futur tagħna,” temmet il-kummenti mm tliet proġetti ta’ tħaddir tagħha l-Perit Portelli.
15
16
31.07.2022
EPIDEMIJA SILENZJUŻA
ORIANA FARRUGIA Membru f’iDEAT
Studju ta’ PWC wera li fl-2016 l-obeżità swiet lil Malta €36 miljun. Illum, ’il fuq minn kwart tal-popolazzjoni Maltija b’età ta’ iktar minn 15-il sena taqa’ taħt il-kappa tal-obeżità. Terz mill-popolazzjoni ta’ Malta, jiġifieri madwar 126,000 persuna, ser ibatu mill-obeżità sal-2030. Dawn huma ftit fatti li ħarġu bħala statistika dwar Malta fuq il-Eurostat u l-Global Obesity Observatory. Din l-istatistika tallarmani ferm bħala Maltija, speċjalment minħabba l-fatt li Malta ilha snin tiġi klassifikata bħala l-iktar pajjiż li għandu obeżità fl-Ewropa. Għandna epidemija silenzjuża. Allura b’mod naturali nistaqsi, aħna l-Maltin, x’qed nagħmlu ħażin? Aħna nafu li l-ikel tradizzjonali tagħna huwa magħmul minn diversi karboidrati u l-porzjon tagħna normalment ikun abbundanti. Ħafna drabi, iktar milli jkun hemm bżonn. Però, dawn huma żewġ raġunijiet li drajna nisimgħu. Raġuni oħra li nemmen li tikkontribwixxi għal din ir-rata t’obeżità hija l-konvenzjenza. Inħoss li s-sistema tas-suq Malti tippromwovi l-piż żejjed, meta tikkunsidra li l-iktar tip ta’ ikel konvenjenti biex tixtri u l-irħas biex tixtrih, issibu f’pastizzerija. Filwaqt li l-ikel tajjeb għas-saħħa huwa ferm iktar diffiċli li ssibu viċin tiegħek u ferm iktar għoli fil-prezz. Bħala eżempju: pastizz tixtrih faċilment €0.40 filwaqt li salad tixtrih minn tal-inqas €8.00. B’hekk nemmen li persuna li tgħix f’Malta, issibha iktar diffiċli biex tagħmel għażla ta’ ikel iktar tajba għal saħħitha. Apparti minn hekk, l-ikel tajjeb għas-saħħa possibilment m’għandux it-togħma sodisfaċenti li għandu l-ikel għoli fil-persentaġġ taż-żjut u taz-zokkor. Din it-teorija ġiet studjata u ċertifikata minn studji varji minn madwar id-dinja. Però, huwa fatt wkoll li psikoloġikament, iktar kemm tiekol ikel tajjeb għas-saħħa iktar titjieb it-togħma tal-istess ikel. Raġuni oħra għaliex naħseb li għandna l-problema tal-obeżità f’pajjiżna hija l-fatt li l-ħajja saret ferm iktar mgħaġġla miż-żminijiet ta’ qabel. Illum persuna għal xogħol taħdem tnejn u ftit li xejn ikollha ċans tipprepara l-ikel, sakemm ma tagħmilx l-almu tagħha biex tiddedika l-ħin. Dan iwassal għal iktar ikel mixtri lest biex jittiekel u ġeneralment ikun dak li hu l-iktar faċilment aċċessibbli u affordabbli. Barra minn hekk, żdiedu b’rata għolja x-xogħlijiet sedentarji, fejn bniedem huwa mistenni li jaħdem bilqiegħda f’uffiċċju, għal ġeneralment tmien sigħat kuljum. Dan filwaqt li qabel, kellek iktar xogħlijiet manwali li jirrikjedu li persuna tiċċaqlaq fuq il-post tax-xogħol. Allura b’hekk mhux talli trid tagħmel l-almu
tiegħek biex tipprepara l-ikel, iżda wkoll biex taħraq il-kaloriji li tkun kilt. L-attività fiżika f’Malta żdiedet tul dawn l-aħħar snin, bħal kif żdiedu r-restoranti li jipprovdu ikel bnin u tajjeb għas-saħħa. Però, l-istatistika qed turina biċ-ċar li dak li sar mhux biżżejjed biex il-Malti jgawdi mill-benesseru fiżiku. Allura, kif nistgħu nbaxxu r-rata tal-obeżità f’Malta? L-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa (WHO) ilha snin ittenni “Healthier Choices, Easier Choices” u aħna l-Maltin għandna nipprovdu soluzzjonijiet prattiċi li jagħmlu l-għażla għal saħħa aħjar, iktar faċli. Dan nistgħu nagħmluh billi l-Gvern jissussidja ikel bnin bħal ħaxix, frott, ħut u prodotti bbażati fuq il-pjanti (plant-based food) biex b’hekk il-Maltin ikunu inċentivati fuq livell nazzjonali sabiex jieklu dieta iktar nutrittiva b’inqas xaħam, żjut u zokkor. Apparti dan, għandu jsir iktar kontroll fuq reklamar minn kumpaniji li jbigħu ikel li mhux tajjeb għas-saħħa. Meta jsir dan it-tip ta’ kontroll nemmen li b’mod naturali dawn l-istess kumpaniji jkollhom jirrevedu l-formulazzjoni tal-ikel tagħhom sabiex ikollhom inqas żjut saturati li mhumiex tajbin għall-ġisem. F’dawn l-aħħar tliet snin rajna wkoll kumpaniji li saħansitra jwasslu l-ikel wara l-bieb tax-xerrej, fejn l-iktar restoranti li ssib biex tordna mingħandom minn fuq l-applikazzjoni tal-mobile provduta, ibigħu ikel mhux daqstant tajjeb għas-saħħa. Nemmen li dan kien fattur ieħor li kompla jgħolli l-persentaġġ t’obeżità għal 28% tal-popolazzjoni f’Malta. Kif ukoll tajjeb li npoġġu dawl fuq il-fatt li dawk li m’għandhomx obeżità jista’ jkun li jaqgħu taħt ilfaxxa tal-61% li huma overweight. Soluzzjoni oħra, hija li ċ-ċittadini Maltin jiġu inċentivati li jipprattikaw sport jew inkella jkollhom sħubija f’gym b’xejn. Fuq l-istess linja ta’ ħsieb id-dokument tal-Partit Laburista, 100 IDEA, isemmi l-bżonn ta’ forom differenti t’attività fiżika u ikel nutrittiv. Huwa fatt xjentifiku li ikel preparat bi żjut saturati, xaħam żejjed u zokkor eċċessiv iwassal għal livell ta’ zokkor għoli; dijabete; żieda fil-kolesterol; pressjoni għolja; żieda fil-glucose; attakki tal-qalb u stroke, fost oħrajn. Kif ukoll eventwalment, għal problemi ta’ saħħa mentali. Fil-fatt, fil-2019 instab li 369 mewta kienu attribwiti għall-obeżità. Sabiex Malta tibda tara riżultati iktar pożittivi hemm bżonn kollaborazzjoni iktar soda bejn il-Gvern, is-soċjetà ċivili u s-settur privat, sabiex jaħdmu flimkien għal għan wieħed. Dak li tonqos din ir-rata allarmanti t’obeżità fil-pajjiż. Waħda mill-kampanji informattivi li nieda dan il-Gvern hija proprju Know Your Sugar imwassla lill-pubbliku mid-Direttorat tal-Promozzjoni tas-Saħħa, fejn innies jiġu mgħarrfa dwar liema ikel u xorb għandhom l-iktar zokkor, kif ukoll isiru testijiet tal-BMI, tal-pressjoni u taz-zokkor. Lilhinn minn dan, l-HPDP toffri wkoll il-Weight Management Programme fejn persuna tista’ tattendi sessjonijiet ma’ nutritionist kif ukoll lezzjonijiet t’attività fiżika għal tmien ġimgħat. Għal aktar informazzjoni nħeġġiġkom iċċemplu n-Nutrition Helpline offrut fuq 80073307. Wasal iż-żmien li nagħtu prijorità lil saħħitna u ntemmu din l-epidemija silenzjuża.
Sur Editur, Ara vera Oppożizzjoni tal-ħabba gozz. Ħa ngħidlek jien, Sur Editur. L-Oppożizzjoni qiegħda hemm biex tara li l-ħidma tal-Gvern hija sew, tippreżenta ruħha bħala gvern alternattiv u tagħmel dan billi tressaq il-proposti tagħha biex ittejjeb il-qagħda tal-poplu. U b’hekk tittanta tirbaħ il-gvern. L-Oppożizzjoni ta’ dan il-pajjiż dan kollu mhux qed tagħmlu, imma ħlief issejjaħ lil dak u lill-ieħor biex jirreżenja, biex iwarrab u biex jitlaq ’l hemm ma tagħmilx. Politika tal-fażola bajda. U erħilha, minn żmien żemżem, meta jkun hemm il-partit tagħna fil-gvern, iddoqq l-istess diska, ta’ korruzzjoni, li x-xandir tan-nazzjon u l-istituzzjonijiet tal-pajjiż huma maħtufa mill-Gvern. Dejjem l-istess, ħanina dinja. Issa jekk kien hemm gvern li daħħal miżuri biex isaħħaħ is-saltna tad-dritt, il-libertà ġurnalistika u l-governanza tajba ma kien ħadd ħlief il-Gvern tagħna, jgħid x’jgħid David l-Għarukaża l-ewwel wieħed. U la qed nitkellmu fuq riżenji, ħadd ma kkummenta fuq it-tkeċċija tal-Kap tal-Kulleġġ ta’ San Albertu! Ħa nispjegalek, Sur Editur. Issa jien mhux se nidħol fil-każ, għax la naf lil Mallia u lanqas naf x’ġara eżatt. U jien m’iniex bħal dawk il-ħafna esperti tal-fejsbuk li ma jkunux jafu x’ġara u jibdew jitfgħu l-kundanni left, right and centre. Imma din irrid ngħidha. Immaġina kieku l-istess każ ġara fi skola tal-gvern. Il-qaħbeċ qaħbeċ, kieku! Ħoll xagħrek u ġib iż-żejt e! Kieku l-għaqdiet kollha fażulli li jinbtu u joħorġu mill-għanqbut fi żmien gvern tagħna, x’kienu jagħmlu! Kieku l-ewwel ħaġa kienu jgħajtu għar-riżenja tal-Ministru, u jitolbu riżenja ta’ dawk li hemm miegħu fil-ministeru u jitolbu riżenja tal-Prim Ministru u l-ħaddiema li hemm miegħu. Kieku! Imma ma smajt lil ħadd jitlob għar-riżenja tal-Arċisqof jien. Jew ta’ dawk li hemm madwaru. Jew tal-Kummissjoni Edukazzjoni li għandha l-Kurja! Jew tal-Kap tad-Dumnikani! Għax din tad-Dumnikani. Dawk li jġibu l-ittri OP wara isimhom. Ordinis Praedicatorum, l-Ordni tal-Predikaturi, kif qrajt meta fittixt. U waħda mill-virtujiet tagħhom hija l-Veritas, il-Verità. Kien hemm inbid tal-Vino Veritas, Sur Editur, imma m’għandux x’jaqsam madDumnikani qaluli. Ħlief forsi jekk tmur tfittex naqra fir-Refertorju tal-Kunvent. Issa jien qed naqra fuqha din u kulħadd ifaħħar lil dan Mallia ta’ kemm huwa serju, dedikat u jħobb il-mestier tiegħu. U kollox ħa n-nar ħabba li dan favur l-inklussività. Imma d-Dumnikani qed jgħidu mod ieħor u qed jgħidu li mhux minħabba hekk neħħewh. U la dawn jeċċellaw fil-predikazzjoni u t-tixrid tal-Kelma tasSinjur, naħseb jafuh bl-amment id-diskors ta’ fuq il-muntajna. Anyway, nittama li toħroġ il-Veritas ta’ veru f’din l-istorja kollha. Sadanittant, il-Papa Benedittu mar il-Kanada biex jiskuża ruħu ta’ għemejjel li ma għamilx hu, imma għamel ħaddieħor meta suppost kienu jafu x’inhu l-ħażin u jipprietkaw kontrih. Enough said! Dak li jmexxi lil dawk l-erbgħa li jsejħu lilhom infushom Repubblika sirt ammiratur tiegħu. Ħu Karol l-Aquilina dan, jiġifieri. Ammiratur tal-vojtaġni tiegħu. Runs in the family għandu jkun. L-aħħar waħda li ħareġ biha? Li din kienet sena moħlija u l-Gvern riedha hekk. Anki Melda tiegħi meta qratha din tefgħet waħda bl-Ingliż. Qaltli: “Ara sewwa jgħidu tar-Reġina ta, li empty vessels make more sound!” Sena moħlija skont dan l-intamat! Qal li mhuwiex impressjonat bil-ħidma tal-Gvern fejn tidħol saltna tad-dritt. Kif m’aħniex impressjonati kollha kemm aħna bil-politika partiġjana tiegħu. Dan l-għaref jaf iktar mill-Kummissjoni Ewropea, Sur Editur. Sadanittant, ilbieraħ kellu jiġi kkonfermat Alex il-Perici Calascione bħala Viċi Kap tal-partit tagħhom, li skont Il-Mument tal-Ħadd li għadda, dan huwa pass ieħor lejn it-tiġdid meħtieġ fi ħdan il-Partit Nazzjonalista. Ħaħaħa. Il-Mument qalet li dan huwa politiku idoneu li diġà ħadem ħafna fl-istrutturi importanti tal-Partit. Ħaħaħa ikbar. Lil dan kienu qaċċtuh biex idaħħlu demm ġdid. U issa kellhom jitqannew bih. Għad-dieħla!
17
31.07.2022
IL-FESTIVAL TAĊ-ĊERAMIKA SE JIRRITORNA FIX-XLENDI Artisti u artiġjani oħrajn, skulturi u nies tas-sengħa, li jużaw it-tafal bħala l-mezz artistiku tagħhom, se jkunu qed jesebix xu xogħlijiet waqt il-Gozo Ceramics Festival fis-7 ta’ Awwissu li ġej fit-triq prinċipali tal-bajja tax-Xlendi. Waqt li kien qed jinawgura wirja bl-isem ta’ “Ceramic Art Collective”, li fiha 15-il artist esebixxew l-arti taċ-ċeramika tagħ hom, il-Ministru għal Għawdex Clint Camilleri ta dettalji dwar il-festival li sar parti mill-kalen-
darju kulturali Għawdxi. Hu qal li x-Xlendi sar sinonimu ma’ dan il-festival, l-uniku wieħed tat-tip tiegħu li jsir f’pajjiżna u li jattira numru kbir ta’ Maltin, Għawdxin u turisti. Dawk li jżuru l-festival ikunu jistgħu jsegwu l-proċessi diffe renti użati fl-istadji kollha sa kemm jitlesta l-oġġett. Filwaqt li erba’ artisti taċ-ċeramika bar ranin se jingħaqdu ma’ dawk lokali, it-tfal se jingħataw l-opportunità li huma wkoll imiddu idejhom fil-ħidma artistika.
TITNIEDA L-ISTRATEĠIJA KULTURALI NAZZJONALI GĦAS-SNIN LI ĠEJJIN Il-Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali Owen Bonnici nieda l-istrateġija li tistabbilixxi l-viżjoni, il-missjoni, u l-għanijiet tal-Kunsill Malti għall-Arti għas-snin li ġejjin. Din l-istrateġija tistipula tliet temi maġġuri – ‘Care, Create, Flourish’ – li jservu bħala pont bejn l-għanijiet u l-prinċipji strateġiċi, kif ukoll l-oqsma fundamentali tal-Kunsill. Il-Ministru Bonnici qal li “Strateġija 2025 ġiet żviluppata fi sħab ma’ numru ta’ partijiet interessati mis-setturi kulturali u kreattivi, kif ukoll membri tal-pubbliku li jgħożżu l-arti u l-kultura. Hi wkoll imfassla biex il-kultura u l-arti jikkontribwixxu għal kwalità ta’ ħajja aħjar. Parteċipazzjoni aktar wiesgħa fl-arti u l-kultura twassal għal aktar innovazzjoni, involviment kulturali, legat artistiku, ċittadinanza attiva u t-tisħiħ ġenerali tal-benesseri … u dan
hu fejn l-istrateġija hi essenzjali.” Albert Marshall, Chairman Eżekut tiv tal-Kunsill Malti għall-Arti, qal li “l-importanza tad-drittijiet kultura li fil-kuntest tal-għanijiet ta’ żvilupp sostenibbli għandhom jiġu enfasizzati u jkunu direttament relatati mal-Istatus tal-Artist.” Hu spjega wkoll li Strateġija 2025 tirrifletti diskorsi nazzjonali, Ewropej, u internazzjonali rigward il-miri talpolitika kulturali fl-aktar sens wiesa’. “Permezz ta’ din l-istrateġija, aħna qegħdin nadottaw approċċ miftuħ, kollaborattiv, parteċipatorju, u faċilitattiv f’dak li għandu x’jaqsam ma’ kif nimplimentaw il-miżuri tagħna fis-snin li ġejjin, kif ukoll il-mod ta’ kif aħna nixtiequ nwettqu dan.” Il-viżjoni tal-Kunsill hi li l-arti tkun fil-qalba tal-futur ta’ Malta, hekk kif inkorporat fis-sitt għanijiet strateġiċi:
ĠEDDED IS-SĦUBIJA TIEGĦEK jew issieħeb bħala membru ġdid fil-familja tal-Partit Laburista. Gawdi minn sħubija valida għal tliet snin għall-prezz ta’ €20 minflok €24. Idħol fis-sit www.partitlaburista.org/membership jew ċempel fuq in-numru 5160 2034 (it-telefonata tiswa €10). Tista’ wkoll tagħmel kuntatt ma’ xi membru tal-kumitat tal-lokalità tiegħek. Għal aktar informazzjoni ċempel iċ-Ċentru Nazzjonali Laburista fuq 2124 9900.
• li tinvesti u trawwem espressjoni diversa artistika u kulturali; • li tappoġġja u tippromwovi l-kundizzjonijiet li fihom is-setturi kulturali u kreattivi ta’ Malta jistgħu jiffjorixxu; • li tippromwovi u tipprovdi għal opportunitajiet immexxija mill-komunità biex jipparteċipaw fl-arti u l-kultura; • li ssaħħaħ ir-relazzjonijiet inter nazzjonali kulturali ta’ pajjiżna biex ikompli jiżviluppa skambji u kollabo razzjonijiet artistiċi internazzjonali; • li trawwem kollaborazzjonijiet ma’ setturi differenti li jikkontribwixxu għall-iżvilupp sostenibbli ta’ Malta; • tiffaċilita sħab kulturali, inkluż ma’ organizzazzjonijiet kulturali pubbliċi biex tibni u ssaħħaħ il-kapaċitajiet organizzattivi. Id-dokument tal-Istrateġija 2025 huwa disponibbli bl-Ingliż u bil-Malti fuq www.artscouncilmalta.org.
Il-Ministru Bonnici fit-tnedija tal-istrateġija
18
31.07.2022
Parti mill-Palazz ta’ Bettina fil-Birgu, bil-knisja warajh
STEJJER TA’ SPIRTI LI GĦADHOM POPOLARI Għalkemm qed ngħixu fi żminijiet moderni u l-eku tat-Tieni Gwerra Dinjija ilu li ttajjar mar-riħ minn fuq gżiritna, xorta waħda fadal bosta li jemmnu bl-ispirti. U dan, għax pajjiżna mhux eċċezzjoni. Wara l-pubblikazzjoni tal-Ħadd li għadda, fuq każi strambi fil-Birgu, kien hemm numru ta’ nies li kitbuli. Min irrakkonta storja li kellu hu, min qalli li f’ħafna mid-Dipartimenti tal-Gvern għadhom jinħassu jew jidhru l-ispettri u kien hemm min saħansitra infurmani li anki f’xi Għases tal-Pulizija, ikun hemm membri li matul il-lejl jibżgħu jitilgħu sal-kamra tal-Ispettur. F’uffiċċju partikulari ġieli ngħalaq il-bieb waħdu u ssakkar, b’mod li min kien ġewwa ma setax joħroġ mill-kamra. Iżda llum se nkompli b’dak li tana Gregory Gauci li kien joqgħod ilBirgu, u li kiteb ukoll fuq dan is-suġġett. Minn CHARLES B. SPITERI Il-Forti Sant’Anġlu Fuq hawn insibu rrakkuntati bosta stejjer differenti fuq nies u Kavallieri li dehru jimxu fuq is-swar tal-Forti Sant’Anġlu. Xi suldati u baħrin li kienu stazzjonati hawn, irrappurtaw ukoll li semgħu ħsejjes strambi li ma setgħux jispjegaw. Wieħed irid jirraġuna li dawn ma setgħux jiġu spjegati minħabba li kienu ta’ ‘sorsi sopranaturali’. L-ewwel indikazzjonijiet tfissru permezz ta’ “nifs qawwi fil-qrib”, jew “il-passi ta’ raġel, jimxi ’l fuq jew ’l isfel fit-taraġ.” Jista’ jkun li kienu l-ħsejjes tal-ktajjen tal-iskjavi marbutin ma’ saqajhom matul il-mixja. Smajna b’diversi każi, partikolarment fi djar antiki, fejn il-fantażmi jieħdu l-forma ta’ Tork, li f’xi każi jilagħbu
mat-trabi, iniżżluhom mill-benniena tagħhom u jpoġġuhom fl-art bla ma jweġġgħuhom, jew jinkuhom, billi jiġbdulhom xagħarhom waqt li jkunu reqdin. Xi kultant kienu saħansitra jdejqu lir-raġel jew lill-mara, skont ma’ liema minnhom ikunu l-aktar marbutin. Normalment iżda, l-aktar li jkunu mqabbdin hu man-nisa. Smajna wkoll b’każi fejn saħansitra taw il-flus lil kull persuna, għalkemm dawn il-każi mhumiex dokumentati. Il-Mara l-Griża fil-Forti Sant’Anġlu Fil-Forti Sant’Anġlu kien għad hemm idur l-ispettru tal-Mara l-Griża. Matul il-ħakma Ingliża dan il-Forti kien klassifikat bħala “man-of-war” u fil-fatt kien
jissejjaħ HMS St Angelo b’sulari mogħtija l-ismijiet ta’ gvieret tal-bastimenti u l-kmamar magħrufin bħala kabini, l-istess bħal vapur tal-gwerra. Wieħed irid iħares aktar lura biex isib l-oriġini tal-mara, li l-ispirtu tagħha kien persistentement jaħkem il-kastell kollu. Kien l-ewwel Gran Mastru L’Isle-Adam li fl-1534 għamel estensjonijiet importanti fil-forti biex jagħmlu l-ġawhra li ngawdu llum. Imbagħad kien fi żmien in-nobbli Giovanni de Nava li kien proprjetarju tal-kastell li l-ispirtu tal-mara daħal hemm. Hi nstemgħet, dehret u ħalliet il-preżenza tagħha tinħass f’għadd ta’ okkażjonijiet matul is-snin, għax għalkemm kien hemm kamra partikulari marbuta magħha, kienet iddur kullimkien. Fost dawk li rawha, u dan hu
dokumentat, kien hemm tfal li ddeskrivewha bħala “s-sinjura s-sabiħa”. Kollha qalu li minkejja sbuħitha, kienet tidher imdejqa ħafna, iżda qatt ma tibki jew tgħajjat. Din is-Sinjura Griża ġiet identifikata li kienet waħda miż-żewġ nisa fil-ħajja tal-Kaptan Aragoniż-Sqalli de Nava. Jekk hix martu jew le ma nafux, għax dan qatt ma ġie ċċarat mill-istoriċi. Kien rappurtat li f’okkażjoni minnhom kienet qed tipprova ssejjaħ l-isem de Nava meta nqatlet u ġisimha ntefa’ f’wieħed mis-sotterrani. Fuq il-ħitan f’kamra partikulari diġà msemmija, li minnha spiss tgħaddi l-mara, kienu esposti affreski eraldiċi. Fost dawn, kien hemm dak tan-nobbli de Nava. Taħt dan hemm bieb li jwassal għal taraġ, li jwassal f’sotterran fond. Fil-qiegħ
instabu tliet skeletri, wieħed minn dawn kien ta’ mara, u t-tnejn l-oħra kienu ta’ rġiel. Madankollu, dak tal-mara seta’ kien tal-mara maqtula u t-tnejn l-oħra setgħu kienu ta’ xi gwardji, skjavi jew xi ħadd ieħor. Il-każ tal-Baħri Irlandiż Dan hu każ ieħor dokumentat ta’ baħri ta’ 23 sena: Thomas Mc Sweeney, li nqatel għal qtil fuq il-vapur tiegħu. Difnuh fiċ-ċimiterju ta’ San Lawrenz fl-1837. Mijiet ta’ nies jinġabru biex iqimu l-qabar tiegħu. Hu ngħata l-mewt fit-8 ta’ Ġunju 1837 fuq il-bastiment tal-gwerra li kien qed iservi, l-HMS Rodney għal qtil li kif irriżulta aktar tard seta’ ma wettqux hu, għax l-aggressjoni tiegħu ma kinitx maħsuba biex joqtol.
19
31.07.2022 Jingħad li deher aktar minn darba miexi waħdu viċin qabru, b’ħafna nies imorru jitolbu l-interċessjoni tiegħu f’xi ħtieġa. Dan kien indikat mill-fervur tal-lampi taż-żejt mixgħulin u xemgħat li dejjem jinstabu fuq il-qabar tiegħu. Kien ikollu wkoll fjura friska kuljum, imqiegħda minn xi id mhux magħrufa. Xi snin ilu, waqt ir-riċerka tiegħu, Gregory Gauci mar biex jara għalih innifsu, u sab hemm lampi u xemgħat għadhom jixegħlu, inkluż xi fjuri nexfin. Diversi drabi, anzjana żaret iċ-ċimiterju tard filgħaxija biex tpoġġi ż-żejt għal-lampi fuq il-qabar ta’ xi qraba, u sabet il-bieb (il-bieb oriġinali) taċ-ċimiterju diġà magħluq. Kienu ġranet meta ċ-ċimiterju ma kienx iffrekwentat kif inhu llum. Kien dlam u lejl ta’ maltemp u fid-dlam rat figura wieqfa ħdejn il-qabar ta’ Mc Sweeney. Sejħet liż-żagħżugħ biex iħalliha tidħol. Il-figura fetħitilha u għalqet il-grada warajha. L-ispettru mexa t-triq tul il-mogħdija u malli laħaq il-qabar ta’ Mc Sweeney, sparixxa. Jista’ jkun li ma kienx kapaċi jikkomunika. Hekk kif din il-laqgħa saret magħrufa, nies tal-lokal ħadu ħsieb il-qabar tiegħu u bdew iżuruh u jitolbu għal ruħu, għax in-nies kollha tal-lokal emmnu li kien innoċenti. Kult qawwi kien kiber matul is-snin fuq Mc Sweeney, u nies mit-tlett ibliet ipprovdew xemgħat li dejjem kienu mixgħulin fuq il-qabar tiegħu. Sa nkitbet ballata bil-Malti dwar l-eżekuzzjoni u t-tgergir fiċ-ċimiterju. Madankollu jingħad li ritratt mal-qabar fejn hu midfun, jaf hu ta’ xi baħri ieħor kunjomu Mc Sweeney, peress li l-uniformijiet ma kinux l-istess. Il-Palazz tal-Inkwiżitur Il-Palazz tal-Inkwiżitur għandu ħafna stejjer ta’ interess. Waħda minnhom hi rrakkuntata minn impjegat tal-mużew, li allega li kien jisma’ ħsejjes strambi li ma kinux attribwiti għal sorsi umani. Il-biċċa l-kbira tal-impjegati kienu jibżgħu minn ħsejjes bħal dawn u kemm jista’ jkun kienu jibqgħu qrib tad-daħla prinċipali fejn wieħed seta’ jara lin-nies li jgħaddu. Wieħed minnhom kien jitla’ fis-swali tal-ewwel sular biss fil-kumpanija tal-oħrajn, u l-għeluq kien isir fil-kumpanija ta’ xi ħadd mill-aħħar grupp ta’ viżitaturi. Darba, filgħodu, turist Ingliż li daħal fil-Palazz, reġa’ niżel ittaraġ b’biża’ kbir u bla nifs. Qal li ra raġel miexi, li għadda minn ħajt u sparixxa. Sa qabel it-Tieni Gwerra, f’dan il-Palazz kien rappurtat ukoll biki u għajjat ta’ nies. Il-Palazz Bettina Bla dubju wieħed mill-aktar
palazzi importanti u interessanti fil-Birgu fir-rigward tal-istorja huwa l-Palazz Bettina li ħa ismu għal Lady Elizabeth Muscat Dorell. Dan il-palazz jingħad li hu mimli b’diversi stejjer differenti, kemm jekk leġġendi, sew jew le. Din l-istorja tmur lura għal diversi snin dwar Abbati, iben il-Baruni Ġużeppi Gauci li kien jgħix f’dan il-palazz snin qabel ma marret fih Lady Bettina stess. Il-qraba tal-Baruni li marru jgħixu f’dan il-palazz qatt ma setgħu jirtu l-ġid tiegħu. Meta mar joqgħod l-Imdina, dan il-palazz fil-Birgu kien okkupat minn uħud mill-familjari tiegħu. Spiss kienu jitolbuh iħalli lill-uniku ibnu jqatta’ ftit jiem magħhom. Minħabba l-pressjoni tat-talbiet, il-Baruni aċċetta l-istedina u bagħtu għax emmen li tassew iħobbuh. Kemm jekk aċċidentalment jew le, ibnu sparixxa u l-Baruni baqa’ jistenna u jittama li jarah lura l-Imdina. Fl-aħħar daħħal f’moħħu li l-familjari kienu qatlu lil ibnu biex jassiguraw li jkunu inklużi fil-wirt tiegħu. Ikkastigahom billi ħalla l-ġid kollu tiegħu lill-knisja ta’ San Lawrenz. Malajr xterdu xnigħat fl-inħawi ċkejkna tal-Birgu, li l-Abbati kien maqtul billi ġie imbuttat f’forn u ħarquh ħaj. Madankollu, għandu jkun hemm raġuni għal dawn ixxnigħat. Iben il-Baruni deher ħiereġ mill-forn diversi drabi u fost nies li rawh, kien hemm xi barranin li marru joqogħdu l-Birgu u ma kienu jafu xejn bl-istorja. Huma kienu joqogħdu qrib il-Palazz. Oħrajn allegaw li semgħu diversi ħsejjes li għalihom ma kien hemm ebda spjegazzjoni. Oħrajn beżgħu, allegaw li raw lill-Abbati bilqiegħda fuq l-għatba u ppreferew jitilqu mill-bini tagħhom mal-lejl. Storja oħra hi ta’ suldat barrani (probabbilment Ingliż) fuq xogħol billejl, li jirrapporta li ra lill-Abbati mingħajr ma kien jaf x’kienet is-suttana sewda tiegħu. Is-suldat kien stazzjonat fil-Palazz tal-Inkwiżitur fi żmien il-gwerra u inzerta għaddej minn Triq San Ġorġ għax kien qed isegwi xbejba. Dan il-palazz antik u kbir baqa’ s-snin mhux mikri, mhux mibjugħ u mhux okkupat. L-aħħar storja tgħid li peress li l-bini ġie restawrat wara li ġarrab ħsarat matul it-Tieni Gwerra Dinjija, il-fatat tal-Abbati ma kienx jidher aktar, iżda bdew jinstemgħu il-ħsejjes. Raġel mill-Birgu allega diversi drabi li kien jara d-dawl elettriku mixgħul f’waħda mill-kmamar qrib id-dar fejn kien joqgħod. L-appartament tiegħu kien jagħmel parti minn dan l-istess Palazz.
Il-mara l-griża fil-Kastell Sant’Anġlu
Smajna b’diversi każi, partikolarment fi djar antiki, fejn il-fantażmi jieħdu l-forma ta’ Tork, li f’xi każi jilagħbu mat-trabi, iniżżluhom mill-benniena tagħhom u jpoġġuhom fl-art bla ma jweġġgħuhom, jew jinkuhom, billi jiġbdulhom xagħarhom waqt li jkunu reqdin
Sister Emilie de Vialar u l-Palazz Bettina Il-kongregazzjoni tas-sorijiet ta’ San Ġużepp tad-Dehriet twaqqfet fl-1835 minn oħt Emilie de Vialar (soru Franċiża). Fl-1835 din is-soru qaddisa stabbilixxiet lil ħutha sorijiet f’Algiers. Iżda Sister Emilie aktar xtaqet issib dar f’Malta Kattolika milli tgħix f’pajjiż Musulman u għamlet diversi żjarat f’Malta. Fl-1842 iġġiegħlet tieqaf hawn kaġun ta’ maltempata terribbli u feh-
met li kien id-destin tagħha li wassal għal dan. Tul l-istess perjodu ngħaqdu mal-kongregazzjoni tagħha numru ta’ bniet. Persuna qiegħdet għad-dispożizzjoni tagħha waħda middjar tagħha fil-Birgu, iżda hi kriet żewġt idjar fi Triq San Ġorġ għal ħames snin. Madankollu s-sorijiet kellhom jitilqu tliet snin wara, għax f’post minnhom, jiġifieri fil-Palazz Bettina, ma setgħux joqogħdu aktar, bil-ħsejjes li bdew jisimgħu. Huma kkonfermaw li
fil-Palazz kien hemm xi spirtu. Għalkemm ma qalux dak li raw, kulħadd kien jaf li l-ispettru involut ma kien ħadd ħlief l-imsemmi Abbati, bin il-Baruni Ġużeppi Gauci. Iktar tard, mill-Birgu, Emilie bagħtet lill-kongregazzjoni tagħha lejn il-Lvant Imbiegħed, f’Burma. Ir-residenti tal-Birgu baqgħu jsostnu dawn l-istejjer u jekk xi ħadd jistaqsihom fuqhom, dejjem iwieġbu li f’dak il-palazz instab il-forn leġġendarju tal-Abbati. Il-verità hi li fil-palazz jeżisti forn.
20
31.07.2022
MARIO AZZOPARDI
MINN META KONT ŻGĦIR, IL-FILMS DEJJEM AFFAXXINAWNI Kitba ta’ CLIFFORD GALEA
Mario Azzopardi huwa personalità magħrufa mal-Maltin. Bitton bellusi tiegħu fuq it-televixin, għallimna dwar id-dinja tal-films u anke wriena xi tfisser il-kritika tagħhom. Għandu għarfien dwar bosta suġġetti u huwa persuna li tieħu gost titkellem magħha. Aqraw x’qalilna. Kif nibtet in-namra lejn il-films ġo fik? U f’liema snin qed nitkellmu? Minn meta kont żgħir, il-films dejjem affaxxinawni. Qed nitkellmu fis-sittinijiet. Ma tantx kien hawn fejn tmur dak iżżmien. It-tfulija tiegħi għaddejtha, minbarra l-iskola, jew immur l-Oratorju Qalb ta’ Ġesu biex nilgħab il-futbol jew dak iż-żmien il-Palladium biex nara film. Anke l-Oratorju konna nuru l-films kull nhar ta’ Ħadd. Meta kelli 15-il sena, bdejna mmorru l-Belt. L-aqwa films kienu jkunu l-Ambassador jew il-Coliseum. Għal bosta snin, kont ridt tmur taqta’ l-biljetti s-Sibt biex ikollok post tajjeb għall-wirja tas-6.00 p.m. il-Ħadd. Tant kienu popolari l-films, li kienu anke jpoġġu s-siġġijiet finnofs biex idaħħlu aktar nies. L-air conditioner beda dieħel fl-aħħar nofs tas-sebgħinijiet. Imma aktar ma jinxtegħelx milli jinxtegħel, speċjalment matul il-jum tal-ġimgħa. Innamra li nara l-films kompliet tikber għax meta kont is-Sixth Form (illum Junior College) iltqajt ma’ Louise li llum il-mara tiegħi u din kienet ukoll tħobb il-films. Fl-ewwel ħarġa tagħna, morna naraw The Front Page li kien fis-Savoy Upper fi Triq ir-Repubblika. Prattikament il-ħarġiet tagħna kienu ħafna drabi naraw film fi tmiem ilġimgħa: il-Belt (fejn kien hemm seba’ swali) jew Tas-Sliema (li jien ilħaqt tlieta, għalkemm kien hemm żmien meta kien hemm aktar). Minħabba li l-imħabba tagħna għall-films baqgħet dejjem ħajja, fid-dar tagħna ssib biss posters tal-
Ma’ Charlton Heston
films mal-ħitan. Anke binti Myrna tħobb il-films. Ngħid il-verità, nidħol mill-bieb ’il ġewwa, ninsa l-problemi kollha tax-xogħol u tal-ħajja u hemm veru nħossni trankwill u mistrieħ! Kellek esperjenzi mill-qrib ma’ produtturi, atturi u crew ta’ films kbar? Iva, kelli mhux ħażin. Jien kelli l-opportunità li niġi mistieden tliet darbiet għaċ-ċerimonja tal-Oscars. Meta jkollok stedina uffiċjali inti jkollok ukoll l-opportunità, flimkien ma’ ġurnalisti oħra, li titkellem mar-rebbieħa. Fl-1996 meta rebaħ Braveheart, iltqajt fost l-oħrajn ma’ Mel Gibson li kien ċajtier u ħadt gost ħafna nitkellem miegħu u ma’ Emma Thompson li rebħet Oscar għall-iscreenplay ta’ Sense &
Sensibility li kienet ftit raffa ma’ kulħadd. It-tieni darba kienet issena ta’ wara meta rebaħ The English Patient. Hawnhekk kont impressjonat blintervista ma’ Geoffrey Rush li f’dik is-sena rebaħ l-unur bħala l-aħjar attur għall-parti li kellu fil-film bijografiku Shine. Iddiżappuntani Billy Bob Thornton li rebaħ Oscar għall-iscreenplay ta’ Sling Blade. Tistaqsih x’tistaqsih, ittweġibiet kienu dejjem xotti: “nope” (le) jew “nej” (iva). Ittielet darba li kont mistieden kien fl-1998, li kienet is-sena fejn kaxkar 11-il Oscar Titanic. Niftakar li l-ġurnalisti kienu għatxana li jsibu lil Leonardo DiCaprio biex jeħdulu kumment dwar jekk kienx ser jattendi għall-Oscars. DiCaprio kien ħa għalih li ma kienx innominat għal din il-parti. Lil
James Cameron kont staqsejtu jekk hux veru li kien ikkunsidra t-tankijiet f’Malta biex isir ilfilming ta’ Titanic. Cameron kien qalli li ma jiftakarx li Malta kienet fuq il-lista tiegħu imma ma eskludiex li seta’ kienet. Jack Nicholson kien brillanti u ċajtier meta tkellem magħna l-ġurnalisti. F’dik is-sena, Nicholson kien rebaħ Oscar għall-parti prinċipali f’As Good As It Gets. Intervista li għalija personali tibqa’ memorabbli u għal qalbi hi dik ma’ Charlton Heston. Kont staqsejtu speċifik alment dwar l-attur Malti Joseph Calleia li ħadmu flimkien f’Touch of Evil (1958). Meta staqsejtu x’jidhirlu minn dan l-attur Malti, niftakar weġibni: “Attur kbir. Ħa ngħidlek kemm kien attur tajjeb. Darba, idDirettur Orson Welles ried jaħdem xena billejl. Lil ħadd ma
qal. Lil Joseph Calleia ħallieh imur jorqod. L-ewwel li qajjem kien lili (Charlton Heston). Miegħi ddiskuta x-xena kollha fid-dettall. Meta staqsejtu jekk lil Joseph kellmux għax dak kien rieqed, Orson qalli mur qajmu issa u sakemm tinżlu spjegalu xi rrid. Hekk għamilt. Joseph ma lmentax. Qaħqaħ waħda u Orson beda jiffilmja. Ix-xena ttieħdet darba waħda biss. U biex Orson Welles ikun kuntent b’take wara li jeħodha, trid veru tkun attur kbir.” Esperjenza oħra li ma nistax ninsa hi dik ma’ Sir Richard Attenborough. Kien l-1990. Kien jaf kollox fuq issitwazzjoni f’Malta u kemm kienet kbira il-problema talpiraterija tal-vidjows f’Malta. Kien tani x’nifhem li Malta kienet ibbojkottjata minn ħafna kumpaniji tal-films minħabba f’hekk. Dak iż-żmien
21
31.07.2022
Mal-kittieb John Collee
Meta attenda għall-Oscars fl-1996
Attenborough kien bniedem influwenti ħafna fl-industrija tal-films. Dawn huma ftit millesperjenzi. Il-kritika tal-films hija apprezzata? Issib min jirribattik? Naħseb li iva. Almenu, ikolli rispons kbir. Jien nipprova ngħin lil dak li jkun biex jagħmel għażla infurmata. Biss jien mhux interessat ħafna fl-istorja tal-film. Nipprova kemm jista’ jkun inpoġġi l-film f’kuntest. Film dwar ġrajja li seħħet fis-snin 60, ma tistax taraha mingħajr ma tkun taf x’kien qed jiġri, politikalment, soċjalment, eċċ... f’dak il-perjodu. Ikun hemm min jirribattini? Iva, mhux darba jew tnejn. Dak is-sabiħ dwar il-films – mhux bilfors naqblu, għax il-film hu xi ħaġa personali u anke jidde-
pendi mill-burdata li tkun fiha dak il-ħin. M’iniex ser niddejjaq ngħid li Avatar ma jogħġobnix. Naf li hawn ħafna nies ma jaqblux miegħi, tant li hu l-film li kellu l-akbar suċċess fl-istorja taċ-ċinema. Ħafna (mhux kollha) mill-films ta’ Marvel u tadDC Comics ma jogħġbunix. Naf kemm hawn min jissaħħar fuqhom. Films dwar mard idejquni u nipprova nevitahom. Naf min ma jitlifx wieħed. Dan ma jfissirx li m’għandhomx raġun. Anzi nieħu gost nitkellem magħhom u jagħtuni r-raġunijiet tagħhom. Darba kien hemm film li meta rajtu l-ewwel darba, ma tantx kien laqatni. Tkellimt ma persuna li kienet imsaħħra fuqu u kkonvinċietni nerġa’ narah. Erġajt rajtu u bdilt fehmti kompletament. Il-film hu Braveheart. Għaliex ma tantx għoġobni
l-ewwel darba? Min jaf? Hemm il-każ bil-maqlub. Waterworld ta’ Kevin Costner għoġobni l-ewwel darba li rajtu. Meta rġajt rajtu, dejjaqni u ma nistax nifhem għaliex kien għoġobni daqshekk meta rajtu l-ewwel darba. X’taħseb dwar l-industrija tal-films f’Malta? Kif tara li se jkun il-futur ta’ pajjiżna f’dan l-aspett? Irridu naqsmu it-tweġiba f’żewġ partijiet. Fejn tidħol l-attrazzjoni ta’ films barranin biex jiġu jiffilmjaw hawn Malta, għamilna progress enormi bl-inċentivi ġenerużi li noffru. Tejjibna immens id-dehra tal-Malta Film Facilities. Għad baqa’ ħafna xi jsir imma dak li sar diġà qed jagħti dehra ferm aħjar. Is-Sound Stages iridu jsiru. Ilna mill-anqas mill-1998,
meta kien qed jinħadem U-571 ngħidu li rridu nibnu Sound Stages. Kien hemm barranin li riedu jibnuhom imma aħna nieħdu wisq żmien biex niddeċiedu u l-għasfur kull darba jtir. Irridu wkoll inkomplu ninvestu f’Forti Rikażli. Din il-fortizza li qiegħda taqa’ minħabba l-elementi tan-natura u xi vandaliżmu wkoll, dejjem kienet popolari mal-kumpaniji talfilms. Hemm bżonn inpoġġu r-restawr ta’ Forti Rikażli bħala prijorità fuq bażi nazzjonali, mhux biss għal skop ta’ films imma anke minħabba l-valur kbir ta’ wirt partimonjali. It-tieni parti tat-tweġiba hi fejn tidħol l-industrija indiġena. Għamilna progress kbir ħafna imma għadna ’l bogħod milli jkollna films li jistgħu verament jikkompetu fis-swieq barranin fuq bażi kummerċjali u jikkompetu verament għall-unuri importanti. Fil-Manifest Elettorali, il-Gvern qed iwiegħed fond ta’ €2 miljuni (Wegħda Numru 764). L-akbar problema li rridu nindirizzaw hi dik tal-kitba tal-iscripts. Bir-rispett lejn kulħadd (u ħadd m’għandu għalfejn jieħu għalih), għadna ma nafux il-grammatika tal-medium tal-film. Fil-films sar progress. B’mod ġenerali, b’xi eċċezzjonijiet, id-drama fuq it-televixin għadha ferm lura f’dik li hi kitba tal-iscript. L-istess għal bosta reklami li jsiru hawn Malta. Minn hemm irridu nibdew u t-taħriġ irid ikun minn min ħadem f’dan is-settur b’esperjenza twila f’dan il-qasam barra minn Malta. Imbagħad irid jibda jsir ittaħriġ fl-oqsma l-oħra min-nies professjonali: direzzjoni, reċtar, camerwork, eċċ... Jekk verament ikollna nies imħarrġa professjonalment, dawn jgħollu l-livell tal-produzzjonijiet Maltin fuq it-televixin u fil-qasam ċinematografiku, imma jistgħu jgħinu produtturi tal-films barranin biex iħallu aktar flus f’pajjiżna billi flok iġibu ħafna barranin, dak ix-xogħol isir mill-Maltin. X’tixtieq tara li jitjieb? Investiment professjonali fittaħriġ tan-nies f’kull livell. Il-medium tal-film u t-televixin avvanza ħafna. Nemmen li l-istazzjonijiet kollha għandhom ikunu aktar riġidi liema sensiliet jixxandru biex togħla l-kwalità. Mhux darba jew tnejn, it-televixin iservi ta’ training ground għal min irid jagħmel il-qabża għall-films. Għalhekk qed ninsisti li rridu ngħollu l-kwalità fis-sensiliet drammatiċi li jidhru fuq it-televix-
in għax dan ikollu effett fuq il-produzzjoni tal-films Maltin. Kemm temmen li l-Maltin jistgħu jieħdu dan ix-xogħol bħala l-karriera ta’ ħajjithom? M’għandix dubju li l-Maltin jistgħu jkollhom karriera. Imma jrid isir investiment fit-taħriġ professjonali. Kieku kelli nistaqsik opinjoni personali, il-films tjiebu jew marru għall-agħar? Saru iżjed ibbażati fuq teknoloġija? Din hi mistoqsija li ma tistax tweġibha. Il-films huma personali ħafna u jirriflettu l-mument ta’ meta ħareġ il-film u ta’ meta rajtu l-ewwel darba. Ħa nieħu eżempju. Għal min għandu l-età tiegħi, 65 sena, Ben Hur hu wieħed millaqwa films li nħadmu. Ċert li żagħżugħ, isib diffiċli jaċċetta li Ben Hur hu wieħed millaqwa films ta’ kull żmien. Iżżagħżugħ għandu raġun. Jien għandi raġun. Neħħi lil dawk li jistudjaw il-film. Ħafna jaraw il-films fil-perjodu ta’ bejn meta jkollhom 14 u 35 sena. Dak hu ż-żmien meta jinnamraw, jistudjaw f’livell terzjarju, jibdew jaqilgħu l-flus, jibnu jew jixtru dar eċċ... Allura jkun hemm l-assoċjazzjoni ta’ meta raw il-film u dak li kien qed jiġri importanti f’ħajjithom f’dak il-perjodu. Barra minn hekk, iż-żgħażagħ tal-lum huma kkundizzjonati bir-ritmu mgħaġġel ta’ editjar li jaraw fil-vidjows tal-kanzunetti, għal xi żmien konna ngħidulhom il-post MTV generation. Allura meta żagħżugħ jara film ta’ qabel it-tmeninijiet, dan isibu li jiżviluppa bil-mod wisq u probabbli jdejqu. Barra minn hekk, is-sofistikazzjoni tat-teknoġija disponibbli, tagħmel il-prodott finali aktar dinamiku. Ma tridx tmur ’il bogħod. Ħu l-ewwel Star Wars tal-1977 u l-aħħar wieħed tal-2019. Warajhom dejjem kien hemm l-aqwa kumpanija tal-effetti speċjali – Industrial Light and Magic. L-anqas hemm paragun fl-effetti speċjali bejn dawn iż-żewġ films. Messaġġ min-naħa tiegħek lil dawk kollha li japprezzaw il-films. Il-films tajbin jistgħu jgħalmuk ħafna. Tiqafx taħseb fuq film wara li tarah. Ħafna drabi mhumiex politikalment newtrali. Ġeneralment għandhom messaġġ. Forsi llum anqas minn dawk tal-passat, ikkundizzjonaw soċjetajiet u ġenerazzjonijiet sħaħ. Kien u għadu medium b’saħħtu.
22
31.07.2022
YOLANDA BONELLO
TĦEĠĠEĠ LIL ĦADDIEĦOR BIEX FIL-ĦAJJA QATT MA JAQTA’ QALBU Kitba ta’ RAMONA PORTELLI
Fil-ħajja jiġri x’jiġri, anke jekk ikunu esperjenzi negattivi, ħadd u qatt m’għandu jaqta’ qalbu. Jekk inċedu jaf tiġi kontrina mal-ewwel, allura wieħed jeħtieġ li jżomm sod u jirsisti għal aktar pożittività. Dan l-aħħar sirt naf bi tfajla li rat ħafna negattività fit-tfulija tagħha u anke waqt l-adolexxenza, iżda llum qamet fuq tagħha u qed tgħix ħajjitha b’aktar pożittività. Qed nirreferi għal Yolanda Bonello. Għandha 21 sena u hija mill-Belt Valletta, imma toqgħod Tas-Sliema. Meta jkollha ħin liberu tħobb toħroġ tiġri mal-front jew taqra l-aħbarijiet biex dejjem tkun konxja ta’ x’qed jiġri madwarha. Tiddeskrivi lilha nnifisha bħala persuna hyper ħafna u li għandha ADHD, outgoing u mhix persuna li tistħi. Bħalma kulħadd jafha, hija tip ta’ persuna li kelma taqbad u tgħidha. Ħajjet Yolanda minn dejjem kienet bid-diffikultajiet u bl-ostakli. Iżda bil-karattru tagħha dejjem tipprova ssib il-pożittiv tal-ħajja. Ħallejt
f ’idejha sabiex tiżvela ma’ liema tip ta’ intoppi ltaqgħet matul ħajjitha s’issa. “Ilqtajt ma’ ħafna ostakli. Ara jekk jeżistu ħames tipi ta’ abbużi tista’ tgħid li jien xi darba jew oħra għaddejt minnhom. Dan għaliex għaddejt minn żewġ abbużi sesswali, kont niġi msawta meta kont żgħira u anke kien hemm ġranet li rqadt fit-triq u bilġuħ u bil-għatx. Meta kbirt imbagħad spiċċajt anka nuża d-droga u l-alkoħol li għelibthom ukoll,” bdiet tgħidli dwarha. Kompliet tgħidli li tiftakar li kienet ġiet f ’pożizzjoni kerha li kellha tagħżel minn żewġ għażliet. L-ewwel waħda li tagħmel suwiċidju għax litteralment kienet għajjiet mill-ħajja jew inkella li tbiddel it-triq u l-istil ta’ ħajja. “Kburija li għelibt kull ostaklu għaliex għażilt it-triq it-tajba u ara fejn wasalt illum il-ġurnata,” stqarret miegħi.
li rnexxielha tikseb s’issa, huwa b’sodisfazzjon u grazzi għaliha nnifisha. Fil-fatt, stqarret miegħi li kisbet ħafna affarijiet. “L-isbaħ sodisfazzjon s’issa hu li meta rrapurtajt wieħed mill-abusers tiegħi ksibt ġustizzja għalija nnifsi għaliex li daħħaltu l-ħabs tfisser ħafna għalija. Illum il-ġurnata ngħid grazzi lil dawk li għaddewni minn esperjenzi koroh li toffri l-ħajja, għaliex issa bil-passat tiegħi qed ngħin ħafna nies billi nismagħhom u nagħtihom pariri ħalli ma jgħaddux minn dak li għaddejt jien”. Kien hemm punt f ’ħajjitha li ma ħarsitx lura aktar, u qatgħet linja magħha nnifisha. Jiġuha wkoll mumenti f ’ħajjitha li tibda tiftakar fil-passat u tistaqsi lilha nnifisha u jiġuha ċerti dubji teħilx hemm jew timxix ’il quddiem. Ħallejt f ’idejha sabiex tiżvela aktar f ’liema sens u b’liema mod għamlet hekk. “Mela l-ewwel li Illum tgħid grazzi lil dawk li kelli nagħmel kienet li ridt għaddewha minn esperjenzi naċċetta li vera għaddejt u koroh tlajt tfajla b’saħħti. Però, jiġu ħafna mumenti u nsib ruħi Yolanda tisħaq li dak kollu f ’dilemma u ngħid imma jien
ser nibqa’ ngħaddi minn dan kollu. Allura nipprova tipo nilgħab b’moħħi biex naħseb f ’affarijiet oħra għaliex meta moħħi jeħel fuq dawn l-affarijiet nispiċċa b’dipressjoni jew b’xi panic attack”. Yolanda tista’ tgħid li tfulitha għexitha f ’ambjent ta’ istitut mas-sorijiet u mhux ġo familja. B’hekk tkellimt magħha dwar kif kienet din it-trobbija tagħha. “Is-sorijiet tal-Orsolini huma kollox għalija għaliex meta kont għaddejja minn dak kollu dejjem lilhom sibt u lil ħadd aktar. Jien kont ngħaddi minn dan kollu fil-weekends jew f ’xi holidays meta nkun id-dar m’ommi. Għaliex meta kont inkun id-dar għaliex jien id-dar insejħilha mhux istitut kont qisni r-reġina minn kollox kelli magħhom. Ħa nsemmilek ftit: imħabba, rispett, altruwiżmu, kellna pool ukoll, ikel, logħob, kollox kollox, litteralment ma kont nieqsa minn xejn,” żvelat miegħi. Kompliet tgħidli wkoll li meta kienet tifla rat u ltaqgħet ma’ okkażjonijiet li għal tifla żgħira mhux xierqa tiltaqa’ magħhom, fis-sens
ma jagħmlux ġid. Fil-fatt, l-iktar li jibqgħu f ’moħħha meta kienet tkun m’ommha – dejjem tiġri mal-irġiel differenti u Yolanda kienet tkun preżenti. “Is-swat li qlajt minn għandha u l-abbużi u meta riedet taqbeż bija b’kollox minn Għar Lapsi,” qaltli ddispjaċuta. Illum qed tgħix ir-realtà ta’ ħajjitha u dak li dejjem xtaqet Għall-grazzja t’Alla, Yolanda dan l-aħħar qed tgħix ir-realtà ta’ ħajjitha u dak li dejjem xtaqet. Fil-fatt, sentejn ilu ltaqgħet mal-maħbub tagħha li dejjem kien ta’ sapport u leali lejha. Irnexxielha tasal fejn xtaqet u tistqarr li anke bla studju, iżda b’moħħ għaqli tasal kullimkien. Filfatt, fetħet negozju tagħha stess li toffri servizz ta’ tindif u babysitting/nanny. Għadha fil-bidu tiegħu, iżda qed tieħu gost tagħmlu u qed jagħtiha sodisfazzjon kbir. “Sew qed tgħid għaliex wara 21 sena ħiereġ il-frott is-sabiħ. Nista’ ngħid li minn mindu ltqajt mal-għarus proprju sentejn ilu, ħajti nbidlet to-
08.11.2020 31.07.2022
23
SKEDA ONE 06:30 06:45 07:30 07:45 07:50 08:00 08:35 11:00 11:45 12:30
12:35 12:40 12:45 13:30 14:30 15:30 15:35 15:45 16:00 17:00
Tentufiet Primetime Preview Pink Panther Telebejgħ Gawdenz ONE News Tentufiet Primetime Preview Emilja Indigo
19:15
20:20 20:30 21:30 22:30 23:30
ONE Sports & Temp ONE News Primetime Preview Tentufiet Pjazza The Big Step Il-Willy ONE News
06:30 ONE News 06:45 Mad-Daqqa t’Għajn 07:30 ONE News 07:45 Tentufiet 07:50 Primetime Preview 08:00 Quddiesa tal-jum 08:30 Indigo 10:40 Klassi Għalina 11:45 Telebejgħ
12:30 12:35 12:40 12:45 13:30 14:30 15:30 15:35 15:45 16:00
ONE News Tentufiet Primetime Preview The Local Traveller Telebejgħ Gawdenz ONE News Tentufiet Primetime Preview Emilja
17:00 19:20 19:30 20:10 20:20 20:30 21:05 22:05 22:50 23:30
Indigo ONE Sports & Temp ONE News Primetime Preview HazZzard Update Country Jamboree The BBQ League Xablott Reboot ONE News
06:30 06:45 07:30 07:45 07:50 08:00 08:30 10:45 11:45 12:30 12:35
12:40 12:45 13:30 14:30 15:30 15:35 15:45 16:00 17:00 19:20 19:30
Primetime Preview What’s Cooking Telebejgħ Gawdenz ONE News Tentufiet Primetime Preview Emilja Indigo ONE Sports & Temp ONE News
20:10
20:30 21:30 22:30 23:30
Primetime ERBGĦA Preview 03-08 HazZzard Update Tlieta kontra tlieta Game Over Flip the Venue ONE News
06:30 ONE News 06:45 What’s Cooking 07:30 ONE News 07:45 Tentufiet 07:50 Primetime Preview 08:00 Quddiesa tal-Jum 08:30 Indigo 10:45 Klassi Għalina 11:45 Telebejgħ
12:30 12:35 12:40 12:45 13:30 14:30 15:30 15:35 15:45 16:00
ONE News Tentufiet Primetime Preview Melodija Taljana Telebejgħ Gawdenz ONE News Tentufiet Primetime Preview Emilja
17:00 19:20 19:30 20:10 20:20 20:30 21:00 21:15 23:30
Indigo ONE Sports & Temp ONE News Primetime Preview HazZzard Update News Point Tonight The BBQ League ONE News
06:30 06:45 07:30 07:45 07:50 08:00 08:30 10:45 11:45 12:30 12:35
ONE News Ondroad ONE News Tentufiet Primetime Preview Quddiesa tal-Jum Indigo Klassi Għalina Telebejgħ ONE News Tentufiet
12:40 12:45 13:30 14:30 15:30 15:35 15:45 16:00 17:00 19:18
Primetime Preview Reboot Telebejgħ Gawdenz ONE News Tentufiet Primetime Preview Emilja Indigo ONE Sports & Temp
19:30 20:10 20:20 20:30 21:15 21:30 22:50 23:30
ĠIMGĦA ONE News Primetime 05-08 Preview Tentufiet Melodija Taljana Il-Logħba li jmiss Pirotekniċi News Point ONE News
06:30 ONE News 06:45 The Local Traveller 07:25 ONE News 07:45 Tentufiet 07:50 Ulied Maltin 08:00 Il-Quddiesa tal-jum 08:33 Better Living 09:30 HazZzard
11:20 12:30 12:35 12:45 13:45 15:30 15:35 17:15 18:15
Telebejgħ ONE News Tentufiet Dak li Jgħodd Mill-Festa ONE News Mill-Festa Flimkien ma’ Nancy Sabiħa l-Ħajja
18:45 19:20 19:30 20:10 20:30 21:15 22:15 23:30
Country Jamboree ONE Sports & Temp ONE News Ieqaf 20 Minuta Klassi Għalina The Malta BBQ League The Big Step ONE News
06:30 06:45 07:30 07:45 07:50 08:00 08:40 09:00 10:00
10:20 10:50 11:20 12:30 12:35 13:30 15:30 15:35 16:30
Melodija Taljana Esperti Telebejgħ ONE News Indhouse Pirotekniċi ONE News Ondroad Mad-Daqqa t’Għajn
17:30 18:30 19:25
Eko Djar Mill-Festa ONE Sports & Temp ONE News Willy Mill-Festa ONE News
ONE News Music Legends ONE News Tentufiet Primetime Preview Quddiesa tal-jum Indigo Klassi Għalina Telebejgħ ONE News
TLIETA 02-08
ONE News Pink Panther ONE News Tentufiet Primetime Preview Quddiesa tal-Jum Indigo Klassi Għalina Telebejgħ ONE News Tentufiet
ĦAMIS 04-08
talment għall-aħjar u anke biddilt il-ħsibtijiet li kelli qabel, għaliex kont naħseb li kull raġel huwa ħażin, imma dan mhux minnu. Inħobbu daqs dawl għajnejja u jfisser kollox għalija. B’dedikazzjoni kbira u sodisfazzjon miegħi nnifsi għadni fil-bidu, imma kollox miexi sew. Ftaħt business għadu żgħir, imma ħadd ma jaf x’jista’ jiġri fil-futur. Eċitata ħafna biex inkompli nikber bħala persuna u li nirnexxi fil-business,” stqarret miegħi.
Fl-aħħar nett, Yolanda xtaqet tgħaddi messaġġ lill-qarrejja ta’ din il-gazzetta. “Taqtgħu qalbkom qatt. Emmnu fikom infuskom. Li tixtieq f’ħajtek li huwa utli għalik, anke jekk tħoss li kulħadd ser idur kontrik, xorta mur għat-triq tiegħek, għaliex normalment ta’ madwarek ikunu qed jgħiru għalik. Tgħaddi minn xiex tgħaddi, fil-ħajja taqta’ qalbek qatt u lanqas titħassar lilek innifsek għax tibqa’ fejn tkun,” temmet tgħid Yolanda.
Illum il-ġurnata ngħid grazzi lil dawk li għaddewni minn esperjenzi koroh li toffri l-ħajja, għaliex issa bil-passat tiegħi qed ngħin ħafna nies billi nismagħhom u nagħtihom pariri ħalli ma jgħaddux minn dak li għaddejt jien
SIBT 06-08
ONE News Country Jamboree ONE News Tentufiet Ulied Maltin Il-Quddiesa tal-jum Ieqaf 20 Minuta Paper Scan Popcorn
19:30 20:10
20:20
19:30 20:15 20:50 23:30
TNEJN 01-08
ĦADD 07-08
24
31.07.2022
reċensjoni tal-ktieb
ANA U ZAK ISALVAW IL-PJANETA! Immaġina dinja li spiċċat kollha bini, mingħajr siġar, fjuri jew ġonna. Eh stenn … forsi ma rridux nagħmlu wisq sforz t’immaġinazzjoni biex naslu għaliha. Imma Ana u Zak huma żewġt itfal li jgħixu f’futur fejn proprju hekk spiċċat id-Dinja. Mank siġra waħda jew roqgħa ċkejkna t’aħdar. Bini biss, bini u griż u konkrit kullimkien. Sa ma tiġrilhom waħda tinkiteb: jum minnhom waqt li qed jilagħbu, ifettlilhom imorru jinvestigaw xi ħaġa kurjuża fl-iktar triq antika u abbandunata tal-belt tagħhom. U hemm jiskopru xi ħaġa meraviljuża, li ma titwemminx! Huma għall-ewwel jaħsbu li aħjar iżommuha sigrieta, li ma jmorrux jiġu fl-inkwiet. Iżda dak li skoprew ma jridx jibqa’ moħbi, u meta Ana u Zak isuqu l-iscooters tagħhom lura lejn id-dar, jindunaw li mhumiex waħedhom, u li issa xejn mhu se jibqa’ l-istess! Din hi l-premessa tal-ktieb ġdid Ana u Zak Isalvaw il-Pjaneta! ta’ Audrey Friggieri, maħsub għat-tfal iż-żgħar minn 5 snin ’il fuq. Għad li
din storja li tmiss il-qlub ta’ tfal ta’ kull età. Hija storja ta’ fantasija, maġija u turija tas-saħħa tal-ottimiżmu u tar-rieda li jkollna dinja aħjar, li nieħdu ħsieb l-ambjent naturali tagħna qabel ma noqtluh u jisfa fix-xejn. Is-sempliċità tat-test ta’ Friggieri, miktub hekk apposta biex jilħaq lit-tfal żgħar nett ukoll, jagħti maġija lill-istorja għaliex fissempliċità tagħha hemm messaġġ b’saħħtu ħafna dwar l-importanza tal-ambjent f’ħajjitna, u dwar kemm qed nilagħbu man-nar. Ir-rakkont ikompli jingħata iżjed maġija bl-illustrazzjonijiet li jsaħħruk ta’ Vincianne Scerri, artista żagħżugħa bravissima illi qed tiddebutta fix-xena tal-illustrazzjonijiet tal-kotba għat-tfal proprju b’dan il-ktieb. Ana u Zak Isalvaw il-Pjaneta! huwa mfassal anki viżwalment, mill-pubblikaturi Merlin Publishers, b’format u tipa b’leġġibbiltà faċli li tgħin lit-tfal bid-dislessja, imma wkoll lil kull tifel u tifla li għal xi raġuni jbati ftit iżjed biex jaqra. Jew anki għal
dawk it-tfal li sempliċiment huma iktar komdi jaqraw bl-Ingliż u allura jafu jkollhom bżonn dik il-ħarira għajnuna żejda fil-Malti.
Ana u Zak Isalvaw il-Pjaneta! jinsab għall-bejgħ mill-ħwienet tal-kotba kollha, u direttament online minn merlinpublishers.com.
Mistoqsija: Fejn jgħixu Ana u Zak? Ibagħtu r-risposta tagħkom lil: Kompetizzjoni Ktieb, KullĦadd, ONE Complex A 28B, Industrial Estate, il-Marsa MRS 3000, u tidħlu biċ-ċans li tirbħu l-ktieb ANA U ZAK ISALVAW IL-PJANETA! Ir-rebbieħ jitħabbar nhar il-Ħadd 7 ta’ Awwissu. Ir-rebbieħa huma mitluba jiġbru l-ktieb mill-ONE Complex, il-Marsa, billi jippreżentaw il-karta tal-identità, flimkien mal-ittra li se tintbagħtilhom minn din il-gazzetta, mit-Tlieta sal-Ġimgħa bejn id-09.00 u s-13.00, u s-Sibt bejn il-11.00 u l-16.00, festi pubbliċi esklużi. Intant, ir-rebbieħa tal-ktieb ‘IL BARRA MILL-ĦABS hija:
C.SALIBA - ĦAL QORMI
02 Ġemma’ l-kupuni ta’ ħames ġimgħat wara xulxin kif ukoll wieġeb il-mistoqsija marbuta mal-aħbarijiet. Ibgħathom f ’daqqa lil: KOMPETIZZJONI €100, KullĦadd, ONE Complex, A 28 B, Industrial Estate, Il-Marsa MRS 3000 Fiex ġew investiti €250,000 mill-ambaxxati Maltin barra l-pajjiż?
Isem: Numru tat-telefown:
Tweġiba: Indirizz:
25
31.07.2022
THE CO-ED KILLER Ed Kemper jibda joqtol ftit wara li jinħeles mill-isptar psikjatriku IT-TIENI PARTI Waqt li kien fl-isptar psikjatriku, il-psikjatri u l-ħaddiema soċjali tal-isptar ma qablux mad-dijanjosi tal-psikjatri tal-qorti. Huma nnotaw kemm Kemper kien intelliġenti u introspettiv, u dan kien kontra dak li qalu l-psikjatri l-oħrajn. Kien għalhekk li huma qalu li Kemper ma kienx ibati mill-iskiżofrenija paranojka iżda minn kundizzjoni inqas severa – dik ta’ disturb tal-personalità passiv-aggressiv. Kemper wera mġiba tajba flisptar u kien meqjus bħala mudell għall-pazjenti l-oħrajn. Fil-fatt, huwa ġie mħarreġ biex jagħmel testijiet psikjatriċi fuq il-pazjenti. Li ma kinux jafu l-psikjatri kien li Kemper beda jilgħabhom biex jinħeles. Fil-fatt, waqt it-testijiet psikjatriċi, Kemper kien jitgħallem ċerti affarijiet li kellhom x’jaqsmu mal-qtil mill-pazjenti stess, bħal li m’għandux iħalli xhieda warajh u li mara jaqbillek toqtolha wara li tistupraha. Mal-għeluq tal-21 sena tiegħu, Kemper ġie rilaxxat mill-isptar iżda b’perjodu ta’ osservazzjoni. Hu ntbagħat jgħix ma’ ommu, minkejja li l-psikjatri ma rrakkomandawx li jmur għandha. Waqt li kien qed jgħix ma’ ommu, Kemper daħal jistudja f’kulleġġ, bl-għan aħħari li jilħaq bħala uffiċjal tal-pulizija. Minkejja din ix-xewqa, hu ma ġiex aċċettat minħabba li kien fih kważi seba’ piedi tul. Hu kien magħruf mill-uffiċjali tal-pulizija bħala ‘Big Ed’ minħabba l-istatura tiegħu u kienu jqisuh bħala wieħed minn sħabhom. Kemper, wara li għamel diversi xogħlijiet żgħar u mhux definiti, sab xogħol fil-qasam tat-trasport ta’ Kalifornja. Sadanittant, ir-relazzjoni ma’ ommu baqgħet sejra lura u ta’ spiss kienu jargumentaw. Kien għalhekk li Kemper beda jfaddal kemm jista’ flus biex jitlaq mid-dar ta’ ommu u sa fl-aħħar hekk għamel. Minkejja li prova jaħrabha, hu xorta waħda kien iħossha tifnih għax kienet iċċempillu kuljum u ġieli kienet taqbad u tmur iżżuru għal għarrieda. Kien hemm waqtiet ukoll fejn Kemper ma felaħx iħallas biex ikompli jgħix waħdu u b’hekk kien jerġa’ jispiċċa għand ommu. Bejn Mejju tal-1972 u April tas-sena ta’ wara, Kemper qatel tmien nisa – sitta minnhom kienu studenti, ommu u ħabibtha. It-tfajliet li kienu studenti spiċċaw taħt idejn Kemper wara li talbu għal rikba. Kemper, wara li jrikkibhom, kien jeħodhom f’posti-
Kitba ta’ STEPHANIE CACCIATTOLO
jiet imwarrba fejn kien jisparalhom, jifgahom jew jagħtihom daqqiet b’arma bil-ponta. Wara kien jieħu l-katavri tagħhom fejn kien joqgħod, kien jaqtgħalhom rashom u kien ikollu x’jaqsam magħhom. Fl-aħħar kien iqattagħhom biex jeħles minnhom. Fil-każ ta’ ommu, hu qatilha għax hi kienet il-persuna ewlenija li qanqlitlu stmerrija u rabja kbira ġo fih. Wara li qatel lil ommu, Kemper qatel ukoll lil seħbitha għax beża’ li din kienet se ssib lil ommu mejta f’darha. L-ewwel żewġ vittmi Fis-7 ta’ Mejju tal-1972, Kemper kien f’Berkeley u hemmhekk inzerta lil Mary Ann Pesce u lil Anita Mary Luchessa. Iż-żewġ studenti kellhom 18-il sena u riedu jmorru lejn Stanford University. Kemper rikkibhom, iżda minflok ħadhom fejn xtaqu, hu ħadhom f’post imwarrab. Hu mmanettja lil Pesce filwaqt li lil Luchessa qafilha fil-bagoll. Pesce qalgħet daqqiet ta’ arma bil-ponta u wara sfat fgata. Luchessa nqatlet wara Pesce bl-istess manjiera. Wara li qatilhom, Kemper poġġa lil Pesce wkoll fil-bagoll u saq bihom lejn l-appartament li kien joqgħod fih. Waqt li kien qed isuq, uffiċjal tal-pulizija waqqfu biex jiġbidlu l-attenzjoni li kellu l-bozza ta’ wara maqtugħa. Li ma kienx jaf il-pulizija kien li Kemper kellu l-katavri tażżewġ studenti li kien għadu kif joqtol fil-bagoll u ma fittixx għax ma ra xejn ħażin f’Kemper. Hekk kif tella’ l-katavri fl-appartament, hu ħadilhom għadd ta’ ritratti u wara kellu x’jaqsam magħhom. Kemper qattagħhom, poġġa l-partijiet f’boroż tal-plastik u tefagħhom qrib Loma Prieta Mountain. F’Awwissu tal-istess sena nstabet ras Pesce u ma nstabu l-ebda partijiet oħrajn tagħha, filwaqt li ma nstab xejn ta’ Luchessa. Fl-14 ta’ Settembru tal-1972, Kemper rikkeb lil Aiko Koo, studenta ta’ 15-il sena. Koo tilfet il-karozza tal-linja li kienet taqbad biex tmur għal-lezzjoni taż-żfin u b’hekk iddeċidiet li tittallab għal rikba biex ma titlifx il-lezzjoni. Kemper, minflok ħadha għal-lezzjoni, ħadha f’post imwarrab u heddida b’pistola. Jidher li Kemper ħalla l-pistola fil-karozza hekk kif ħareġ minnha u bi żball issakkar barra. Koo, ta’ tfajla innoċenti li kienet, fetħitlu l-karozza u Kemper daħal fiha.
Mary Ann Pesce L-ewwel vittma
Anita Mary Luchessa It-tieni vittma
Aiko Koo It-tielet vittma
Cindy Schall Ir-raba’ vittma
Waqt it-testijiet psikjatriċi, Kemper kien jitgħallem ċerti affarijiet li kellhom x’jaqsmu mal-qtil mill-pazjenti stess, bħal li m’għandux iħalli xhieda warajh u li mara jaqbillek toqtolha wara li tistupraha
TKOMPLI L-ĠIMGĦA D-DIEĦLA
26
31.07.2022
GĦAQQAD IL-KAXXI
Għaqqad skont kemm hu l-valur li hemm fil-kaxxi. Eżempju: Jekk f’waħda mill-kaxxi hemm valur ta’ 10, trid tgħaqqad 10 kaxxi żgħar li jridu jkunu jmissu ma’ xulxin u f’forma ta’ kaxxa jew rettanglu. Ilkaxxi kollha jridu jintużaw u kaxxa tista’ tintuża darba biss. In-numru huwa indikazzjoni tat-total ta’ kaxxi żgħar u mhux neċessarjament juri minn fejn għandha tibda l-kaxxa.
SIB IL-VALUR Kull ittra fiha valur, uħud mill-valuri huma diġà mpoġġija. Uża dawn il-ħjilijiet biex issib il-kumplament tal-valuri tal-ittri.
1
2
3
4
5
6
7
8
9
10
11
12
13
14
15
16
17
18
19
20
21
22
23
24
25
26
27
31.07.2022
SUDOKU SPONSORJATA MINN WELLA
Irbaħ shampoo u conditioner tad-ditta Wella. Aqta’ din il-logħba u ibgħatha lil:
KOMPETIZZJONI WELLA, KullĦadd, ONE Complex, A 28 B, Industrial Estate, Il-Marsa MRS 3000 Isem: Indirizz:
TISLIBA 445
T.DEBONO - MOSTA
MIMDUDIN: 9,23. 1. Kompli l-qawl: Għal melħa ma 10. jħallix il-borma (5)12. 4. Kuluri (4) 7,12W. Aġenzija 16. Amerikana 18. tal-ispazju (4) 19. Bi 3 NUMRI 113 369 529 550 556 572 593 599 632 817 852 951 B’4 NUMRI
0242 0587 1329 1490 2711 2867 3328 3360 4599 5203 5365 5437 5656 5667 6074
6615 7538 8740 8942 9414 9522 9681 B’5 NUMRI 16409 19564 21697 22808 36242 55699 56085
63679 65958 69032 72787 75788 93389 95345 B’6 NUMRI 117287 133237 174687 389556 556157 598862
673102 846094 863421 884071 913272 924497 B’7 NUMRI 0425686 0920116 1598124 1811215 6452713 7516657
Bi 8 NUMRI 01178281 08221105 10087343 22802312 23932200 45210199 61274364 70241632
WEQFIN: 1. Droga? (6) 2,3,11. Tingħad waqt ir-Rużarju (8) 3. Ara 2 5. Awstraljan? (3) 6. DNA mħawda (3)
Mhux daqstant konvint (7) Irrealizza 6) 20. Kitba hekk trid 21. tifhimha! (6) 23. Ħares (3) 24. Ir-Renju Unit (1,1) Fil-futbol kull
8. 11. 12. 13. 14.
Żgur mhux moderni (9) Ara 2 Ara 7 Kunjom (3) Plejer famuż tattennis antik (6)
15. 17. 21. 22.
plejer jipprova jagħmlu (3) Għasfur (5) Lemħek (3) Ara 9 Kontra jnaqqsu (5) Bejn Malta u Għawdex (6) Ronnie Agius Abela (1,1,1) Mod ta’ ċerimonja? (3) Isajjar (3)
SOLUZZJONI TAL-AĦĦAR TISLIBA MIMDUDIN: 1.Raħal, 4.Tard, 7,15.Abbandun, 9.Ħin, 10.Senduq, 12.Gareth, 16,21 wieqfa. Nirfes, 18.AD, 20.Krejn, 21.Far, 23.Skud, 24.Ukren
WEQFIN: 1.Raħlin, 2,6.Ħandaq, 3,11.Lasta, 5.And, 8.Benedettu, 13,17.Rarita, 14.Ħanżir, 22.RIU
28
31.07.2022
SE NIBQGĦU NGĦINU LIN-NIES Editorjal
Mill-2020 lil hawn kull deċiżjoni għaqlija mill-Gvern Laburista serviet u għadha sservi ta’ tarka soda għal pajjiżna u għaċ-ċittadini tagħna meta ġew iffaċċjati bl-agħar ostakli fid-dinja
Kulħadd, anke min m’għandu l-ebda esperjenza, jaf isuq fi triq dritta u għall-wita. Ilkapaċità tiġi ttestjata fil-liwjiet, fit-telgħat u fl-inżul, fost ostakli oħrajn. Metaforikament dan jgħodd f’kull livell fit-triq talħajja individwali u kollettiva. L-istess għal min jokkupa pożizzjoni amministrattiva li fuqha qed jiddependi l-ġid ta’ ħaddieħor. Għaldaqstant, ħadd mill-istess dipendenti ma jippretendi, jistenna jew jixtieq li min jiggwidah ikun xi dilettant jew ġifa li jabbanduna d-dmir tiegħu mal-ewwel intoppi. Jekk iż-żminijiet li qed tgħix id-dinja llum u l-aħħar sentejn għandhom iservu ta’ riga, żgur tkejjel ir-riżultati impressjo nanti li rnexxielu jikseb pajjiżna taħt it-tmexxija tal-Gvern immexxi minn Robert Abela. Dan minkejja d-diffikultajiet bla preċedent li kull pajjiż mal-erbat irjieħ tal-globu kellu jiffaċċja b’riżultat tal-agħar kriżi ta’ saħħa u ekonomika u issa bil-konsegwenzi diretti ulterjuri fuq il-ħajja bil-gwerra fl-Ukrajna. Kull deċiżjoni għaqlija millGvern Laburista serviet u għad-
ha sservi ta’ tarka soda għal pajjiżna mid-daqqiet kollha li nħolqu mill-2020 ’l hawn, tant li aħna minn tal-ewwel li qed nerġgħu nqumu sew fuq saqaj na u nilħqu l-istess livelli qabel bdiet din il-burraxka kollha. L-akbar tkabbir ekonomiku, l-inqas rata ta’ qgħad u inflazzjoni, mal-aħjar sostenn statali lill-faxex kollha tas-soċjetà waslu biss b’konsegwenza tal-aħjar għażliet li ttieħdu meta l-pajjiż ġie quddiem l-ostakli. Bl-istess twettiq ta’ pjan ċar, il-Gvern jista’ jkompli jferrex il-ġid fil-pajjiż fuq medda usa’ tas-soċjetà, waqt li jindokra l-iżjed lil dawk vulnerabbli, bħalma huma l-pensjonanti. Li ma kienx hekk, l-ebda ammi nistrazzjoni ma tista’ twiegħed is-serħan tal-moħħ b’aktar investimenti fil-kwalità tal-ħajja taċ-ċittadini, kif qed jagħmel il-Prim Ministru Abela. Ħarsa madwarna biżżejjed biex tifhem minn xiex qed ikoll hom jgħaddu popli oħrajn li diġà esperjenzaw restrizzjonijiet filmod kif jgħixu u fl-istess ħin qegħdin jintalbu jagħmlu iżjed sagrifiċċji.
Iż-żieda enormi fil-benefiċċ ji soċjali f’pajjiżna mħabbra din il-ġimgħa, inklużi ż-żidiet ta’ €17 fil-ġimgħa lil kull pensjonant minn sentejn ilu ’l hawn, sa €6.50 fil-ġimgħa fl-għajnuna supplimentari, €400 fil-bonus għal kull wild ġdid fil-familja, €1,560 fis-sena fl-allowance għal tfal b’diżabilità u €200 oħra fl-għotja għall-ġenituri li ma jistgħux jaħdmu biex jieħdu ħsieb lil uliedhom adulti, fost oħrajn, huma mera tal-ħidma sfiqa li qed taħseb f’kulħadd. Din hi injezzjoni ta’ investi ment f’uħud mill-faxex talpoplu, li tiswa €45 miljun iżjed fuq l-istess perjodu fl-2021, u dan fl-istess ħin li għadhom jinżammu prezzijiet stabbli talenerġija u l-fuels u qed jingħata sostenn qawwi fl-importazzjo ni tal-qmuħ. Il-Prim Ministru saħansitra mar oltre minn dak li rnexxie lu jwettaq s’issa u ddikjara flaħħar ġranet li jekk nibqgħu nieħdu l-aħjar deċiżjonijiet u l-pajjiż ikompli jikber ekonomi kament bil-pass li qabad, allu ra l-Gvern se jkun f’pożizzjoni li jibqa’ jsostni l-għajnuna linnies, għax din ma tvarjax skont
il-pressjonijiet li jkollna. U waqt li ninsabu mexjin f’din it-triq ta’ prosperità ġdida u akbar, ħaddieħor għadu lanqas biss irnexxielu jsewwi l-vettura antika tiegħu mgħobbija bil-problemi kollha li jeżistu. Flok jagħraf jibdel il-mezz, jippreferi jkompli jġannat b’dak li jiddobba. Wara għadd ta’ snin, jibqa’ ma jagħrafx li lanqas kapaċi jattira l-aħjar xufiera u, minflok, qed ikollu jitqanna biss bid-dilettanti u/jew b’oħrajn li kien diġà skartahom preċedentement. L-elezzjoni għal Viċi Kap Nazzjonalista, li waslet fi tmiemha lbieraħ, irriflettiet eżatt dan. B’Alex Perici Calascione jtellaq waħdu għal din il-pożizzjoni (kif għamel qablu l-Kap innifsu Bernard Grech) u wara li flaħħar żmien kien tneħħa minn kariga oħra għolja fil-Partit biex jagħmel spazju għal demm ġdid, jindika biss li xi ħadd xorta se jispiċċa biex jaqa’ lura fostna. Sadanittant, waħdu se jibqa’ jgħir u jinħaraq waqt li jara lil kulħadd fil-pajjiż igawdi rikba tajba u sigura.