1 minute read
Quddiem Lejn Futur Aħjar Minkejja li dis-sena l-festa mhux tas-soltu Nimxu Warajk Kull
Napprezzaw Dak Li Għadda, Ngħixu l-Preżent, u Nħarsu ’l Quddiem Lejn Futur Aħjar
Patri Joseph Saliba O. Carm Pirjol Provinċjali
Advertisement
L-okkażjoni li qed niċċelebraw toffrilna waqfa biex napprezzaw dak li kien il-bidu tal-preżenza tagħna fil-Belt, Valletta. Kien żmien meta l-Ordni tal-Kavallieri ta’ S. Ġwann, wara r-rebħa tal-Assedju l-Kbir tal-1565, sekli li għaddew, kebbset
twebblu biex jibnu belt ġdida fuq l-Għolja Xiberras.
Il-ħabrieki Pirjol talkunvent tal-Lunzjata, irRabat, P. Ġwann Vella, li dak iż-żmien kien ukoll Vigarju tal-Provinċjal talProvinċja ta’ Sqallija, kien ilu jħammem fejn ser jibni kunvent qalb in-nies biex iwassal aktar mill-qrib il-kariżma Karmelitana u d-devozzjoni lejn Ommna Marija tal-Karmnu. L-okkażjoni tal-bini tal-Belt kienet opportunità li ma tilifhiex. Huwa kien minn tal-ewwel li talab biċċa art ħalli jibni kunvent fil-Belt u ngħata biċċa art fuq ix-xaqliba tal-punent. Dan sar b’kuntratt fl-1570 u fl-istess sena, P. Ġwann beda x-xogħol tal-bini tal-knisja taħt it-tmexxija tal-perit famuż, Ġlormu Cassar. Fil-bidu nbniet kappella żgħira ddedikata lil-Lunzjata u wara li nbniet il-knisja, li devozzjoni kbira lejn il-Madonna li għexu u nisslu
ġiet iddedikata lill-Madonna tal-Karmnu.
Il-mixja minn ambjent ta’ kważi eremitaġġ għal bini ta’ kunvent fil-qalba tan-nies żgur kienet qabża fl-istil tal-ħajja mendikanti li kienu qed jgħixu man-nies għaġnet fihom l-imħabba għall-ħidma fl-għalqa tal-Mulej, mhux biss lil dawk li kienu jgħixu qribhom, imma wkoll madwar Malta kollha. Il-ħerqa li jwasslu l-ħajja tagħhom ta’ talb, ta’ fraternità u ta’ servizz kienu jagħmluha b’ħeġġa kbira bit-tixrid tad-devozzjoni lejn il-Madonna tal-Karmnu, bid-devozzjoni tal-Labtu Mqaddes u bit-tagħlim li kienu jwasslu dwarhom.
L-imħabba, il-ħeġġa u l-ħerqa tal-Karmelitani matul israbta kbira bejnhom u l-membri tal-Poplu ta’ Alla. Il-preżenza tagħhom fil-Belt Valletta ħalliet impatt qawwi li kompla jinfirex mhux biss mal-kumplament tal-gżira Maltija, imma wkoll f’dik Għawdxija u barra minn xtutna.
Il-ġrajja tal-inkurunazzjoni tal-kwadru titulari tal-Madonna tal-Karmnu tal-Belt, kienet ġrajja li ħalliet impatt kbir mhux biss fil-Karmelitani, imma wkoll fost tant nies li żaruh, talbu fih u taw ħajjithom għas-servizz tal-Poplu ta’ Alla fih. U l-esperjenza ta’ Santwarju – Bażilika kompla saħħaħ din l-esperjenza kollha.
Illum dan is-Santwarju huwa tempju ħaj tadl-patrijiet tagħna dak iż-żmien. Din il-viċinanza
fi ħdan uliedhom missirijietna. Imma huwa wkoll tempju ħaj tad-devozzjoni ħajja li għadha tidwi filqlub ta’ ħafna.
Nawgura li t-tifkira tal-preżenza Karmelitana llum ġġib ‘l quddiem il-valur tat-talb u tal-għaqda ma’ Alla fix-xebħ u fil-mixja ta’ Oħtna u Ommna Marija tal-Karmelu.