5 minute read
talKarmnu, Valletta
Sena Speċjali f’Ċirkostanzi Straordinarji! Għaqda Festa Madonna tal-Karmnu, Valletta
John Farrugia Segretarju Għaqda Festa Madonna tal-Karmnu
Advertisement
Għaddiet sena oħra u reġa’ wasal Lulju, ix-xahar tal-Madonna tal-Karmnu . Din is-sena f’ċirkostanzi differenti minn tas-soltu, sfortunatamnet m’aħniex se niċċelebraw il-festa bħas-soltu. Din is-sena kellha tkun sena speċjali li fiha konna se niċċelebraw 450 sena minn mindu l-Karmelitani daħlu fil-Belt Valletta, 125 sena minn mindu s-Santwarju tagħna ġie mgħolli għad-dinjità ta’ Bażilika u 5 snin mittwaqqif tas-Sezzjoni Żgħażagħ Karmelitani Beltin. Wara l-laqgħa Ġenerali li saret il-Ħadd 29 ta’ Settembri 2019 il-Kumitat flimkien mal-voluntiera tal-Għaqda xammar il-kmiem u beda jaħdem b’risq il-festa ta’ din is-sena . Din is-sena xi membri millKumitat kienu involuti f’kumitat li sar apposta biex niċċelebraw l-anniversarji speċjali, biex b’hekk l-għaqda wkoll ikollha shem f’dawn l-attivitajiet. F’dan il-Kumitat speċjali ġew ippjanati l-festi speċjali li kellhom isiru f’Mejju kif wkoll attivitajiet oħra tul din is-sena, u l-Festa f’Lulju. L-Attivitajiet għal fundraising komplew bħassnin ta’ qabel, Pasta Night f’Ottubru, Party talMilied f’Diċembru u ikla fiċ-Ċentru fi Frar. F’Marzu reġgħu ġew organizzati l-Eżerċizzi tar-Randan minn Patri Ramon Farrugia O.F.M. Attivitajiet oħra ġew organizzati mis-Sezzjoni Żgħażagħ. Sfortunament.minn nofs Marzu ’l quddiem kollox kellu jieqaf ħesrem hekk kif il-Pandemija tal
Covid-19 laqtet il-gżejjer Maltin, u ġew imposti restrizzjonijiet għar-raġunijiet ta’ saħħa u prekawzjoni . Infatti kellhom jingħalqu wkoll għal xi ġimgħat il-Maħżen u ċ-Ċentru. Grazzi għal qalb kbira tal-voluntiera tagħna xorta baqa’ għaddej saħansitra xi xogħol tal-maħżen fid-djar tagħhom . Għalkemm il-festa ma tistax tiġi organizzata bħassoltu xorta waħda f’Lulju xogħol fuq armar ġdid u tkomplija fuq armar li diġà għandna xorta tlesta biex ikun lest għal meta s-sitwazzjoni tiġi lura għan-normal u nerġgħu niċċelebraw il-festa tant għażiża għalina. Tul dan iż-żmien peress li ma stajniex norganizzaw attivitajiet ħriġna b’ideat oħrajn biex nagħmlu fundraising u fl-istess ħin nferrħu n-nies. F’Jum l-Omm għamilna bukketti tal-fjuri u min talbna morna bihom għand l-ommijiet. Kif tennejt qabel sar xogħol kbir fil-maħżen tul din is-sena, kemm xogħol ta’ manutenzjoni fuq il-bini kif ukoll xogħol fuq l-armar. Dan ix-xogħol beda f’Awwissu wara li l-armar tal-festa kien stivat u f’postu. Fost dan ix-xogħol kien hemm: • Roof compound tas-soqfa tal-Maħzen • Żewġ twieqi • Xkaffar ġdid għall-Palk tal-Banda • Xkaffar ġdid għall-Labardi • Inxtraw xi magni li bihom jista’ jinħadem xogħol fl-injam
• Sar manutenzjoni fuq il-Bieb tal-Maħżen • Saru Covers ġodda għall-istatwi u labardi • Inxtara trakk ġdid biex inġorru l-armar wara li t-trakk l-antik kien spiċċa biż-żmien
Fost ix-xogħol fuq armar ġdid jew restawr kien hemm: • Manutenzjoni ta’ xi arbli tal-bejt tal-Kunvent u l-blokkok rispettivi tagħhom • Saru diversi bnadar ġodda • Tkomplija ta’ sfumar ta’ bnadar ta’ Marsamxett • Saru kuruni ġodda tal-liedna għall-arbli ta’
Mattia Preti • Manutenzjoni fuq 3 Pavaljuni fi Triq il-Punent • Tkomplija ta’ sett bandalori ġodda għat-triq tal-Kunvent (tnejn ħjata u tnejn oħra lesti millisfumar) • Induratura tal-iskultura tal-pedistall tal-marċ • Tkomplija tal-isfumar tal-Pavaljuni fi Triq
Żekka • Skultura tal-Pedistall l-Kbir u Statwa ġdida kommemorattiva fl-okkażżjoni tal-125 sena
Bazilka • Tlestija tal-aħħar Pittura tal-bandalori ta’ quddiem il-Qorti • Tlestija tar-restawr tal-istatwi ta’ Pjazza
Reġina, bi tlestija tal-aħħar żewġ Papiet • Tlestija tal-aħħar żewġ kolonni tal-anġli ta’
Darmanin ta’ Strada Rjali • Emblemi tal-kuruni tal-Liedna fi Strada Rjali • Tlestija tal-ġmiemel tal-Pavaljuni ta’ Triq
Merkanti • Lieda u kuruni ġodda bl-emblemi fi triq
l-Arċisqof • Pedistall ġdid u irħamat għall-Anġlu ta’ Karlu
Darmanin • Restawr tad-disinji tad-dawl fi Triq it-Treatru • Restawr fuq Sett Pavaljuni antiki fi Triq San
Ġwann • Restawr fuq Sett Pavaljuni antiki fi Triq San
Mark • Induratura tal-iskultura tal-pedistalli fi Pjazza
San Ġorġ L-Għaqda tul din is-sena ħadet sehem wkoll f’diversi Wirjiet organizzati minn Għaqdiet oħrajn. F’Ottubru ħadna sehem f’Wirja ta’ Standardi ta’ każini u Għaqdiet organizzati mis-Soċjetà Filarmonika Nazzjonali La Vallette u wara f’Jum il-Fondazzjoni tal-istess Soċjetà u ħadna sehem filKorteo li sar. F’Novembru ħadna sehem f’Wirja li ttellgħet mill-Għaqda Mużikali Santa Liena f’Wirja Marjana fl-okażżjoni tal-75 sena mill-Pellegrinaġġ li sar minn Birkirkara sa Bormla bl-istatwa talImmakulata Kunċizzjoni. Fi Frar fil-Kunvent tal-Karmelitani fil-Belt itellgħet l-Wirja Nisġa ta’ Storja u Devozzjoni li tfakkar 125 sena minn meta s-Santwarju tal-Karmnu ġie mgħolli għad-dinjita ta’ Bażilika. L-Għaqda ħadet sehem bl-istatwa ta’ Papa Ljun XXIII li kienet saret għal dik l-okkażjoni, Żewġ Anġli mis-Sett ta’ Darmanin bl-emblema Bażilikali u l-istatwa tal-Madonna tal-Karmnu tal-Marċ li saret flokkażżjoni tal-100 sena Bażilika.
BDEJNA B’SAĦĦITNA……KELLNA NIEQFU……
Sezzjoni Żgħażagħ Karmelitani Beltin
Wara l-festa li għaddiet is-Sezzjoni Żgħażagħ Karmelitani Beltin bdejna mingħajr telf ta’ żmien. Din is-sena kienet ser tkun sena speċjali peress li din is-sezzjoni kienet ser tiċċelebra l-5 sena mit-twaqqif tagħha. Saret il-formazzjoni tassezzjoni peress li kien hemm xi tibdil fil-karigi b’approvazzjoni tal-kumitat ċentrali u mill-ewwel bdejna naħdmu biex niġbru fondi u nħarsu ’l quddiem. B’koperazzjoni kbira bejnietna u l-appoġġ talkumitat ċentrali u xi individwi oħra ppjanajna diversi attivitajiet. Wara li l-ewwel attività talkumitat ċentrali kien BBQ wara l-festa fejn ħadna ħsieb l-entertainment kollu waqt din l-attività. Bdejna wkoll b’wirja ta’ statwetti fil-kunvent u book fair fejn il-konkorenza kienet waħda sabiħa ħafna. Għat-tfal Karmelitani ta’ età żgħira wkoll organizzajna żewġ attivitajiet li kienu film show fil-Fgura u ħarġa fil-park tal-familja u party talMilied tat-tfal.
Hekk kif wara l-festa s-Sezzjoni bdiet taħdem fuq proġett ambizzjuż u bdejna niltaqgħu spiss naħdmu fuqu fejn kien għaddej b’ritmu mgħaġġel għax ridna li dan jitlesta sal-festa. Erġajna ppreparajna il-pageant tal-Milied u l-early breakfast fejn l-ikel kollhu kien preparat mis-sezzjoni u l-attendenza kienet waħda kbira.
Kellna ħafna attivitajiet preparati u inizjattivi ġodda imma kellna nieqfu…….. kulħadd jaf għaliex, għax Malta kollha kellha tieqaf minħabba din ilpandemija. L-aktar ħaġa li dejqitna kienet li ma nistgħux niltaqgħu għalkemm bdejna nużaw ilmezzi virtwali. Bdejna ukoll perezz tal-Facebook nagħmlu programm ta’ Marċi brijjużi kull nhar t’Erbgħa u l-Ħadd filgħodu biex inżommu kuntatt mal-membri u l-Karmelitani Beltin. Iċ-Chairman baqa’ jieħu ħsieb li l-proġett tagħna jibqa’ sejjer u jitlesta xorta u ta’ dan is-sezzjoni tirringrazzjah talimpenn tiegħu. Bgħatna messaġġi ta’ kuraġġ ukoll permezz tal-Facebook waqt dan il-mument diffiċili u nispera li dan jgħaddi ma jdumx biex nerġgħu nkomplu bil-ħidma b’risq il-festa u biex nerġgħu nagħtu qima lil dik li tant inhobbu, il-Madonna talKarmnu.
Konklużjoni
Din is-sena żgur se nibqgħu niftakruha, sena speċjali b’diversi anniversarji importanti imma li għexnihom f’ċikustanzi differenti mis-soltu. Għalkemm din is-sena mhux se naraw l-armar isebbaħ Beltna, mhux se nattendu għan-Novena u l-funzjonijiet oħra, mhux se nisimgħu d-daqq talBaned, Lulju xorta ħa jfakkarna fil-Patruna għażiża tagħna u s-16 ta’ Lulju xorta ħa jkun il-Jum tagħHa, li ħa niċċelebrawh kif nistgħu. Grazzi lill-Voluntiera kollha tal-ħidma li għamlu tul is-sena. Nittamaw li ma ndumux ma nerġgħu nintaqgħu u nkomplu naħdmu flimkien biex nagħtu ġieħ lill-Madonna tal-Karmnu, jalla s-sena d-dieħla niċċelebraw flimkien kif konna nagħmlu qabel. F’isem il-Kumitat u s-sezzjonijiet fi ħdan l-Għaqda nawġura l-Festa t-tajba lill-Membri, lill-Voluntiera u lid-devoti kollha!
Viva s-16 ta’ Lulju! Viva l-Madonna tal-Karmnu!