
2 minute read
Attivitajiet tas-Sena 2019 – 2020
10 ta’ Awwissu: L-Isqof Malti Giovanni Cefai MSSP fil-Peru għamel żjara fis-Santwarju. Mill-4 sas-6 ta’ Ottubru: Fin-Notte Bianca ġiet orġanizzata wirja ta’statwetti, tradizzjonijiet Maltin u bejgħ ta’ kotba.
29 ta’ Settembru sal-4 ta’ Ottubru Il-kwadru pelleġrin tal-Madonna Ta’ Pinu kien fis
Advertisement


Santwarju.


13 ta’ Ottubru: Saret Quddiesa organizzata millFondazzjoni Papa Ġwanni Pawlu II mill- E.T. Mons George Bugeja Isqof ta’ Tripli fil-Libja.
Mill-4 sa d-19 ta’ Ottubru: L-Għaqda Festi Esterni talMadonna tal-Karmnu tieħu sehem f’Wirja ta Standarti ta’ Għaqdiet u Soċjetajiet Mużikali. 20 ta’ Ottubru Korteo bl-Istandardi tal-Għaqdiet u Soċjetajiet Mużikali malBanda tas-Soċjetà Filarmonika Nazzjonali La Valette bis-sehem ukoll tal-Istandard tal-Festi Esterni tal-Madonna tal-Karmnu. 17 ta’ Novembru: Quddiesa b’suffraġġju għallmembri mejtin tas-Soċjetà Filarmonika Nazzjonali La Valette.



7 sal-10 ta’ Novembru: Fil-Każin tal-Għaqda Mużikali Sant’Elena saret wirja Marjana flokkażjoni tal-75 Aniversarju min meta l-Istatwa tal-Kunċizzjoni marret lura Bormla. L- Għaqda Festi Esterni tal-Madonna talKarmnu ħadet sehem bl-Istatwa
tal-Madonna tal-Karmnu tal-Marċ.

23 ta’ Diċembru: Kunċert tal-Milied bis-sehem talKor Vox Dulcis Chorale u diversi solisti. Immexxi minn Mro John Anthony Fsadni.




18 ta’ Jannar: Il-Kanonku Dun David Cilia żar is-Santwarju qabel ħa il-pusses bħala Arċipriet tal-Kolleġjata ta San Pawl Nawfragu. Barra s-Santwarju kien hemm tistennieh il-Banda tas-Soċjetà Filarmonika Nazzjonali La Valette.
19 ta’ Jannar: Ftuħ tal-Festi fl-Okkażjoni tal-150 sena talProklamazzjoni ta San Ġużepp Patrun tal- Knisja Universali. Pontifikal immexxi min Mons. Arċisqof Charles J Scicluna u wara saret purċissjoni madwar il-Belt Valletta bl-istatwa ta’ San Ġużepp bis-sehem tal-Għaqdi Ġużeppini ta’ Malta u Għawdex.


Mill-1 sa 15 ta’ Frar : Wirja dwar l-istorja tal-Bażilika – Nisġa ta’ Storja u Devozzjoni.








