6 minute read

Ri-interpretazzjoni tat-titlu Bażilikali wara il-Konċilju Vatikan II

Ri-interpretazzjoni tat-titlu bażilikali wara l-Konċilju Vatikan II

Rev. Dr Nicholas Joseph Doublet

Advertisement

Arkivista Djoċesan “In supremo sacro Pricipatis culmine”- Kien permezz ta’ dan id-digriet, li nhar it-13 ta’ Mejju 1895, Il-Papa Ljun XIII laqa’ is-supplika talKomunità Karmelitana Maltija, sabiex is-Santwarju tal-Madonna tal-Karmnu tal-Belt Valletta, jiġi mgħolli ghad-dinjità ta’ Bazilika Minuri. Dan ġie imbagħad ikkonfermat permezz tal-Bolla Appostolika l-Bolla Appostolika tad-9 ta’ Lulju talistess sena. Imma x’għandu jfisser dan kollu illum għall-komunità li għadha titlob f’dan il-post? Għalkemm diskors fuq l-insinji bażilikali, speċifikament it-tintinabilum u l-umbrellun, x’aktarx illum jista’ jidher wieħed anakronistiku, fil-verità, bir-riforma mitluba mid-dokument talPapa Pawlu VI fuq l-għoti tat-titlu bażilikali, iddigriet Domus Dei tal-1968, f’liema riforma naraw passaġġ ċar minn diskors fuq privileġġ għal dak ta’ servizz, jagħmilha possibli, anke neċessarju li nikkunsidraw it-tradizzjonalment msejħa privileġġi bażilikali, taħt lenti ġdid, dak nettament liturġiku u pastorali. Jekk nagħtu ħarsa ħafifa lejn it-tradizzjoni f’dan ir-rigward, naraw li t-titlu nnifsu, bażilika. meħud mill-ambjent grieg pagan, jirreferi għall-binja rjali, riservata għall-amministrazzjoni ta’ atti pubbliċi, ta’ struttura stabbilita imponenti. Huwa f’dan issens ta’ stil arkitettoniku, li mhux biss jgħaddi fid-dinja rumana, użata għall-amministrazzjoni tal-ġustizzja, imma anke mgħammda għall-użu liturġiku kristjan. B’differenza mit-tempju talpagani, li kellu bżonn biss ċella żgħira bl-istatwa tad-divinità, il-komunità nisranija kellha bżonn swali kbar fejn il-komunità, l-ekklesja, setgħet tinġabar għal-kult kristjan. Għalhekk il-bażilika terġa’ tikseb il-funzjoni oriġinarja tagħha, jiġifieri il-post fejn ir-Re tar-Rejiet jilqa’ f’udjenza lillpoplu tiegħu, il-post fejn tiġi ċċelebrata l-liturġija, jiġifieri l-qima pubblika lil Alla. Tintuża wkoll sabiex jinbnew knejjes fuq l-oqbra tal-martri. Maż-żmien il-kelma bażilika, għal post tal-kult tat postha għal dak ta’ knisja, bħala l-post tal-kult tannisrani

Intant lilna jinteressana l-użu tat-titlu bażilika f’sens differenti, dak kanoniku. Sas-seklu tmintax, nibtet ċerta differenzazzjoni bejn il-knejjes ta’

It-Tribuna Bażilikali fis-Santwarju tal-Madonna tal-Karmnu Ruma. Il-Knejjes prinċipali, marbuta mal-Kappella Papali, bdew jissejħu bażiliċi maġġuri, mentri knejjes oħrajn, li kellhom ukoll kapitlu, magħrufa bħala knejjes insinji, bdew jissejħu bażiliċi minuri. Kienu meqjusa insinji minħabba numru ta’ privileġġi li kienu jgawdu. Dawn il-privileġġi jdaħħluna fis-suġġett, l-użu tat-tintinnabulum - qanpiena ċkejkna proċessjonali, u talumbrellun, imsejjaħ canopaum, papilio, magnum umbraculum, tabernaculum, jew bit-taljan, ombrellino jew ombrellone. It-Tintinnabulum; storikament din il-qanpiena kienet takkumpanja l-purċissjoni pontifiċja u tindika lill-fidili l-wasla ta’ tali purċissjoni. Minn naħa l-oħra, l-Umbrellun, jaf x’aktarx il-bidu tiegħu lil forma ta’ umbrellu li kienet tintuża biex tagħti lill-Papa fil-purċissjoni stazzjonali, u ġġib il-kuluri tradizzjonali ta’ Ruma. Hemm differenza bejn dik tal-Bażiliċi maġġuri u dawk minuri fir-rikezza tad-drapp użat. Dawn huma s-sinjali tradizzjonali tal-bażilika. Ilkleru tagħhom, peress li x’aktarx il-bażilika kien tinkorpora kolleġġjata, kellu d-dritt ukoll li jibes l-abiti korali. Kolleġġjata tfisser grupp ta’ saċerdoti marbuta ma’ dik il-knisja partikulari biex jaqsmu ħajja komuni u ta’ talb flimkien. Il-passaġġ tażżmien ħalla l-marka tiegħu anke fuq dan l-iskop oriġinali tal-kapitli kattedrali jew kolleġġjali. L-ewwel darba li jiġi dokumentat l-użu tal-insinji marbuta mal-bażiliċi, jmur lura għas-7 ta’ Ottubru 1391, u dan fl-okkażjoni tal-kanonizazzjoni ta’ Santa Briġida. It-titlu nnifsu baqa’ riżervat għall

L-Umbrellun Bażilikali armat fil-jiem tal-Festa knejjes fil-belt ta’ Ruma. Irridu nistennew salaħħar tas-seklu tmintax biex naraw it-titlu applikat għall-knisja ’il barra minn din il-Belt. L-ewwel bażilika minuri barra il-belt ta’ Ruma hija dik ta’ San Nikola ta’ Tolentino, kreata minn Piju VI fl1783 bid-digriet Supremus ille. Il-Papa ta’ warajh, Piju VII imbagħad waqqaf l-ewwel bażilika ’il fuq mill-Alpi, il-katidral ta’ Notre Dame f’Pariġi. It-twaqqif tal-bażilika ta’ San Ġakbu f’Kaltaġirone huwa ta’ interess partikulari, għax għall-ewwel darba jispjega liem huma l-insinji propji bażilikali. Il-privileġġi bażilikali jiġu ffissati permezz tadDigriet mill-Kongregazzjoni tar-Riti, Lucerina tal-1836, u dan iseħħ fuq talba tal-kanonċi talkatedral ta’ Luċera. Il-Bażilika kellha d-dritt iġġib l-istemma tal-Papa renjanti fuq il-faċċata, kif ukoll il-privileġġi ġa msemmija. Mar-riforma wara l-Konċilju Vatikan II, iseħħ passaġġ minn lingwaġġ ta’ privileġġi, għal dak ta’ qadi liturġiku u pastorali. Dan iseħħ permezz ta’ Domus Dei (1968) u Domus Ecclesiae (1989). IlBażilika hija issa meqjusa bħala knisja marbuta b’mod partikulari mal-Kattedra ta’ Pietru, sinjal ieħor viżibli tal-preżena ta’ Pietru fil-Knejjes lokali. Allura kif se naqraw l-użu ta’ dawn l-insinji fiddawl tas-sinifikat il-ġdid mogħti għat-titlu ta’ Bażilika. Fid-dawl tal-Lumen Gentium, id-digriet Domus Dei jispjega l-funzjoni tal-bażilika fi tliet punt, dik li fid-djoċesi knisja bażilikali tkun: Ċentru liturġiku fejn il-liturġija tiġi ċċelebrata b’ mod solenni u għalhekk issir ta’ mudell formattiv għall-knejjes l-oħra. B’mod figurattiv dan nistgħu norbtuh mal-użu tat-tintinabulum. Il-qanpiena hija l-istrument li jsejjaħ lin-nisrani għat-talb. Din il-qanpiena ċkejna li tiftaħ il-purċissjoni liturġika, u li timmarka l-wasla tas-Sultan il-Kbir, b’mod partikulari waqt il-Konsagrazzjoni, trid tfakkar lillpoplu miġbur x’inhu l-iskop tal-preżenza tiegħu fil-knisja. Hawn jinġabar f’merħla waħda f’dan ilpellegrinaġġ lejn id-dar tal-Missier. Il-ħoss ħlejju tal-qanpiena ċkejkna jrid ifakkru li hawn qiegħed biex jerfa’ qalbu lejn Alla. Ċentru ta’ qima Ewkaristika u ta’ tiġdid tal-qima lejn l-Ewkaristija. Hija responsabbiltà tal-kleru ta’ knisja bażilikali li jara li l-Liturġija, speċjalment il-Quddiesa, tiġi iċċelebrata bl-ikbar dinjità. Il-Kant liturġiku - Id-Digriet Domus Dei espressament jitlob li l-Bażilika jkollha kor tajjeb, peress li l-kant liturġiku hwa parti essenzjali miċċelebrazzjoni solenni tar-Rit Ruman. Nistaqsu lilna infusna, kemm qed nikkuraw il-kant liturġiku, b’mod partikulari il-Kant Gregorjan u polifoniku? Id-Digriet jitlob ukoll li l-quddiesa regolarment tiġi ċċelebrata bil-lingwa tar-Rit Rumana, li tibqa dik latina. Din hija ukoll mhux biss applikazzjoni tasSacrostantum Concilium, imma wkoll fil-każ talfunzjoni ġdida mogħtija lill-Bażiliċi, espressjoni oħra tal-universalità tal-Knisja Kattolika preżenti b’mod konkret fil-qalba tal-Knisja lokali. Ċelebrazzjoni ta› festi marbuta b›mod partikulari mas-Sede Petrina, il-Kattedra ta› San Pietru, San Pietru u Pawlu, u l-anniversarju tal-elezzjoni talPapa. Ċentru penitenzjali li fiha, bħal f’santwarju, jiġi assigurat servizz kostanti ta’ qrar. Piju V kien qal - Agħtina konfessuri tajbin u jseħħ fir-riforma talKnisja. Mat-titlu bażilikali, hemm marbuta numru ta’ indulġenzi. Tradizzjonalment il-Bażilika Minuri setgħet tgawdi mill-indulġenzi li tgawdi l-Bażilika Maġġuri li magħha tkun affiljata. L-akkwist talindulġenzi hu neċessarjament akkumpanjat missagrament tal-Qrar. Il-Bażilika għalhekk għandha issir fid-djoċesi post privileġġjat tal-ministeru talħniena ta’ Alla. Ma’ din il-funzjoni hemm marbut l-uffiċċju tal-Penitenzier, li jfakkar fl-oriġini kapitulari tal-knejjes bażilikali. Ċentru kateketiku - din il-funzjoni titwieled missinifikat ġdid li jiġi marbut mat-titlu bażilikali, sinifikat li jwelled funzjoni, dik li twassal il-vuċi talMaġisteru Petrin fid-djoċesi. Dan nistgħu norbtuh mal-użu tal-umbrellun li jġib il-kuluri ta’ Ruma. Ruma qegħda hawn, preżenti fil-qalba tal-Knisja lokali. Insinja ġdida bażilikali introdotta mirriforma hija li l-bażiliċi jġibu fl-istemmi tagħhom, jew fuq stendard, iċ-ċwievet tal-ministeru petrin.

Il-kleru tal-bażilika għadu għalhekk ifitex li jkun disponibbli għall-predikazzjoni u għandu jipprovdi programmi ta’ katekeżi li jiffurmaw il-merħla. IdDigriet Domus Dei jagħmel mill-bażiliċi ċentru privileġġjat għad-disseminazzjoni tal-Maġisteru Petrin. Għal darb’ oħra għadna rabta ma l-uffiċċju li kien jaqdi tradizzjonalment il-kanonku teologu fil-knejjes kolleġġjali. Id-Digriet Domus Ecclesiae, li nħareġ wara r-riforma kurjali permess tal-Pastor Bonus, ma jbiddel xejn sostanzjali mill-funzjoni riformata tal-bażilika. Fil-qasam liturġiku jinsisti li fil-bażiliċi il-liturġija kollha għandha tiġi ċċelebrata b’mod solenni, inkluż il-lawdi u l-għasar. Jagħti wkoll struzzjoni ta’ kif għandha tiġi milqugħa b’mod solenni ilkreazzjoni ta’ bażilika.

Konklużjoni

Għalhekk naraw li dak li forsi ħafna ħasbu li biss użu anakronistiku ta’ insinji meħuda mill-korti papali, jista, u fil-fatt ġie mill-Knisja ri-interpretata b’tali mod li bażilika tista’ verament tkun ċentru ta’ qadi liturġiku u pastorali fil-qalba tal-Knisja Lokali, espressjoni oħra viżibbli tal-Kattoliċità talKnisja u tas-servizz Petrin, ta’ dak li hu l-qaddej tal-qaddejja ta’ Alla, fil-qadi tal-aħwa kollha.

This article is from: