5 minute read
Sena Speċjali li fakkret il-150 anniversarju mill-proklamazzjoni ta’ San Ġużepp bħala Patrun tal-Knisja Universali
Joe Cioffi
Rettur tal-Arcikonfraternità ta’ San Ġużepp Wara li l-Arcikonfraternità ta‘ San Ġużepp fetħet is-sena anniversarja tal-150 sena millProklamazzjoni tal-Patroċinju ta’ San Ġużepp, filfesta tad-19 ta‘ Marzu 2019, il-fratellanza kompliet matul is-sena kollha tfakkar lil San Ġużepp billi kull 19 tax-xahar saret quddiesa minn diversi saċerdoti b’katekeżi fuq il-qaddis.
Advertisement
Barra minn dan f’Ottubru sar ukoll irtir fid-dar talirtiri l-Lunzjata tar-Rabat, li l-kelliem prinċipali kien is-Sur Andrew Borg, kittieb ta‘ diversi kotba fuq San Ġuzepp u fratell tal-Arcikonfraternità tarRabat tal-Imdina. Dan irnexxa ħafna u kulħadd kien tal-fehma li għandu jibqa’ jsir kull sena. Bqajna niltaqgħu u norganizzaw l-ewwel festa, dik
Imma kien propju f’Ottubru tas-sena li għaddiet li beda jinħema programm Nazzjonali bilkollaborazzjoni tal-Arċikonfraternità ta’ San Ġużepp tar-Rabat tal-Imdina u l-fratellanzi u l-għaqdiet kollha Ġużeppini. Minħabba s-sitwazzjoni nċerta li kien għaddej
Fl-ewwel laqgħa ntwera l-ħsieb li ssir Festa Nazzjonali u urejt ix-xewqa li jsiru żewġ affarijiet. L-ewwel nett, li f’isem il-frattellanzi kollha ta’ Malta nitolbu lill-Arċisqof biex jiddikjara s-sena 2020 bħala Sena Gużeppina u t-tieni li din il-festa Nazzjonali ma kellha ssir imkien jekk mhux il-Belt, tagħna u l-Knisja ġiet ippreparata biex kull
fis-Santwarju tagħna. Kulħadd qabel u l-ftehim kien li r-Rettur tar-Rabat u jiena bħala rettur tal-Belt kellna mmorru għand l-Arċisqof b’petizzjoni ppreparata ms-Sur Andrew Borg u ffirmata mir-retturi ta‘ Malta kollha, xi ħaġa li għamilna fl-aħħar ta’ Ottubru fil-kurja tall-purtiera tas-Santwarju l-ħamra tal-bellus, fjuri
Arċisqof. Id-deċizjoni l-oħra kienet li jsiru żewġ festi Nazzjonali. Il-ftuħ tas-sena Ġużeppina kellu jsir fisSantwarju tal-Karmnu l-Belt li fiha jsir pontifikal solenni mill-Arċisqof u wara purċissjoni li fiha jieħdu sehem il-fratellanzi kollha ta’ Malta bll-festi rispettivi ta’ kull fratellanza, isir l-għeluq b’festa oħra nazzjonali f’Settembu b’San Ġużepp inkurunat fir-Rabat u l-Imdina. tad-19 ta’ Jannar bħala ftuħ tas-sena Ġużeppina Nazzjonali. Stedinna lill fratellanzi kollha ta’ Malta u Ghawdex u magħhom l-għaqdiet tal-baned u tannar.
minnha l-pajjiz, il-ġurnata kienet posposta indefinittivament mill-Arċisqof, imma wara l-Milied is-sitwazzjoni kkalmat u l-Arċisqof reġa’ tagħna l-permess biex nagħmlu kollox kif ippjanat fid-19 ta’ Jannar filgħodu. Inħarġet l-istatwa ta‘ San Ġużepp tas-Santwarju fratellanza jkollha post riservat għall-membri tagħha. Kienu se jiġu ‘il fuq minn 20 fratellanza u għaqdiet oħra kollha bl-istandart tagħhom, li nġiebu l-knisja il-ġurnata ta’ qabel. Is-Santwarju tagħna kien fih għaxqa bil-linef u istatwa ta‘ San Ġużepp tagħna, u wara li jgħaddu
sbieħ, bl-altari kollha armati u fuq kollox blistendarti tal-fratellanzi kollha ta‘ Malta u Għawdex. Peress li l-knisja kollha kienet riservata, kel;na wkoll nikru 300 siġġu ieħor biex nakkomodaw ilfolla kbira li konna qed nistennew u li fil-fatt ġiet. Fl-aħħar sebaħ il-jum tal-Ħadd 19 ta’ Jannar. Il-qniepen tas-Santwarju minn kmieni bdew isemmgħu leħinhom. It-toroq tal-Belt kienu mżejna b’armar miġjub minn diversi fratellanzi u
għqdiet tal-armr Ġużeppini. L-arja ta‘ festa kienet tinħass sew fil-Belt.
Bdew jaslu l-fratelli min kull rokna ta’ Malta u Għawdex u grazzji għall-organizzazzjoni tan-nies tagħna, kulhadd kien jaf x’se jaghmel u fejn se joqgħod u meta kulħadd ħa postu, is-Santwarju kellu dehra li qatt ma ra bħalha, dawk il-muzzetti koħol li mlew kull rokna tiegħu. Wasal Mons. Arċisqof, Chares Jude Scicluna u ġie milqugħ minni u mir-Rettur tar-Rabat u l-Pirjol tas-Santwarju Patri Alex Scerri O.Carm, li għal din l-okkażjoni libes ir-rukkett u l-muzzetta kaħla anke għax hu wkoll fratell ta’ San Ġużepp. Mal-wasla tiegħu l-Arċisqof deher li kien ferħan bl-attendenza stupenda li kien hemm u waqaf għal ħin jammira l-istatwa artistika ta’ San Ġużepp, xogħol fl-injam ta’ Mastru Nazju Portelli fl-1690. Fil-pontifikal ikkonċelebraw diversi saċerdoti, diretturi tal-fratellanzi u kappillani. Fil-bidu jiena għamilt kelmtejn ta‘ merħba lill-Arċisqof u fl-aħħar ir-Rettur tar-Rabat is-Sur Anthony Casha għamillu preżentazzjoni ta’ somma flus miġbura millfratellanzi biex tingħata lil xi għaqda filantropika. Xi haga li giet improvizzata mill-Arċisqof kien li flaħħar tal-pontifikal qabel il-barka, niżel quddiem l-istatwa ta’ San Guzepp u għarkopptejh għamel talb tas-sena Ġużeppina f’isem Malta u l-fratellanzi kollha.
Wara bdiet ħierġa l-purcissjoni spettakolari fejn kull fratellanza mxiet wara l-istendart tagħha. Ilfratellanzi tal-Belt u tar-Rabat, bħala organizzaturi mxew flimkien fl-aħħar tal-purcissjoni. L-għaqdiet tal-baned ingħaqdu f’mass band u ferrħet il-purċissjoni bl-innijiet Ġużeppini. Follol kbar ta’ nies ħonqu t-toroq tal-purċissjoni li kienu, Triq it-Teatru, Triq Merkanti sa fejn il-Knisja talVitorja, Triq Nofsinhar, Triq ir-Repubblika u lura min Triq it-Teatru. Kienet xi ħaġa li l-Belt qatt ma rat bħalha. Matul it-triq reffiegħa minn diversi fratellanzi kellhom iċ-ċans li jerfgħu fil-vara tagħna u malli San Ġużepp wasal fi Triq ir-Repubblika nħarqet kaxxa min fuq il-Każin tas-Soċ. Fil. Naz. La Valetta. Il-President u l-kumitat ta’ La Vallette, il-President u l-Kumitat tal-Banda King’s Own, flimkien masSindku tal-Belt Valletta, ippreżentaw ukoll bukketti ta’ fjuri lil San Ġużepp. Malli l-purċissjoni daħlet fis-Santwarju indaqq l-innu ta’ San Ġużepp u ngħatat il-Barka birRelikwa ta’ San Ġużepp. Kulħadd kellu kliem ta’ tifħir għal mod kif kollox kien organizzat u kulħadd kien kuntent li kollox mar sew.
L-Arċikonfraternità kompliet bil-preparamenti għal-festa tad-19 ta‘ Marzu u għal din is-sena speċjali tħejja programm sabiħ ħafna. San Ġużepp din is-sena ntrama taħt il-Mant tal-Madonna talKarmnu li kulħadd qal kemm xeraqlu u fis-17 ta‘ Marzu bdiet il-festa bil-ħruġ min-niċċa. Flok is-soltu Tridu, din is-sena kellna Novena li saret minn P. Victor Paul Farrugia O.Carm u li għaliha kienu mistiedna l-Kappillani tal-parroċċi ta’ San Ġużepp u oħrajn. Kellha ssir tranżulazzjoni Solenni lejlet il-festa u pontifikal mill-Isqof Pawlu Darmanin, Isqof Emeritu ta’ Garissa fil-Kenja, bil-Paniġierku minn Patri Joe Buttigieg O.F.M. Cap. Il-purċissjoni kellha tkun akkumpanjata millFratellanza tagħna, dik Ġużeppina ta’ Ħal Qormi u anke dik ta’ San Vinċens Ferreri tal-Belt. Il-banda Madonna ta’ Pompei ta’ Marsaxlokk ukoll kellha takkumpnaja l-purċissjoni. Imma l-bniedem jipproponi u Alla jiddisponi. Ilfesta waslet biss sat-tielet jum tan-novena għaliex faqqet l-imxija tal-Covid-19 u fuq direttivi talawtorità tas-saħħa u dawk ekkeżjastiċi, kollox kellu jieqaf bħala prekawzjoni. Ħasra imma almenu saret il-Festa Nazzjonali ta‘ Jannar u għandna r-ritratti storiċi ta‘ San Ġużepp taħt il-mant li se jibqgħu għall-ġenerazzjonijiet li ġejjin. Nitolbu lil San Ġużepp, Patrun tal-Knisja Universali u protettur tal-Ordni Karmelitan, biex iħarisna minn dan il-virus qerried. San Ġużepp ta’ Qalb safja. Itlob Għalina.