3 minute read

Iċ-Ċelebrazzjonijiet tal-100 sena mill-għoti tat-titlu ta’ Bażilika

Iċ-Ċelebrazzjonijiet tal-100 sena mill-għoti tat-titlu ta’ Bażilika

Carl Farrugia

Advertisement

Is-sena 1995 kienet is-sena li fis-Santwarju Bażilika tal-Madonna tal-Karmnu saru diversi ċelebrazzjonijiet sabiex jiċċelebraw il-100 sena mill-għoti tat-titlu ta’ Bażilika Minuri propju permezz ta’ digriet mill-Papa Ljun XIII fit-13 ta’ Mejju 1985.

Il-Komunità Karmelitana ħassitha fid-dmir li tiċċelebra dan l-anniversarju importanti ħafna għaliha u għalhekk ħejjiet diversi ċelebrazzjoni kemm fil-ġurnata tad-digriet kif ukoll matul iljiem tal-Festa f’ġieħ il-Madonna tal-Karmnu kif se naraw f’dan l-artiklu.

13 ta’ Mejju 1995

Fit-13 ta’ Mejju 1995 ħareġ timbru postali kommemorattiv ta’ Malta li kien jinkludi l-Bażilika.

Wara nofsinhar kien organizzat carcade millpartitarji Karmelitani fejn daru diversi bliet u rħula f’Malta, b’mod partikolari Birkirkara u l-Isla fejn dawn ukoll Bażiliċi.

Fis-6.30pm ta’ filgħaxija saret quddiesa solenni Carm preżenti kien hemm il-Prim Ministru Dr Eddie Fenech Adami flimkien mal-mara tiegħu, is-Sur Jimmy Magro f’isem il-Partit Laburista u s-Sindku tal-Belt Valletta, s-Sur Hector Bruno. Wara l-quddies sar marċ mill-Banda San Ġorġ ta’ Bormla.

Il-marċ li sar fit-13 ta’ Mejju 1995 Is-Santwarju ppakkjat waqt il-quddiesa fit-13 ta’ Mejju 1995

Ċelebrazzjonijiet waqt il-Festa tal-Madonna tal-Karmnu

Fis-27 ta’ Ġunju 1995 ttellgħet Akkademju MużikoLetterarja bis-sehem tal-kor u orkestra fejn sar diskors dwar il-ġrajja tal-għoti tal-Bażilika minn P. Valentin Borg Gusman O. Carm. Preżenti għal din is-serata kien hemm il-President ta’ Malta Dr. Ugo Mifsud Bonnici li wara l-Akkademja flimkien malProvinċjal Patri Robert Farrugia O.Carm. kixef u inawgura x-xogħol ta’ skultura li sar fil-kor li kien mmexxi mill-Provinċjal P. Robert Farrugia O.

ilu għaddej tliet snin milll-iskultur Joe D’Amato. Fit-30 ta’ Ġunju fid-6.30pm saret Quddiesa kkonċelebrata fil-Kolleġġjata ta’ San Pawl Nawfragu u l-komunità Karmelitana tal-Belt Valletta u ppreseduta mill-Arċipriet tal-Kolleġġjata Kan. Alfred Camilleri. Hekk kif spiċċat il-quddiesa sar pellegrinaġġ bl-istatwa devota tal-Madonna talKarmnu mill-Kolleġġjata għall-Bażilika bis-sehem tal-banda San Ġorġ ta’ Bormla bil-kor Tota Pulchra li beda mill-knisja ta’ San Pawl baqa’ nieżel sa Triq San Duminku, wara dar għal Triq il-Merkani u għal San Kristofru. Wara telgħa Triq ir-Repubblika għal Pjazza San Ġorġ u lura lejn il-Bażilika fejn sar il-kanta tas-Salve Regina, Flos Carmeli u barka Sagramentali.

Fit-3 ta’ Lulju li kienet l-ewwel ġurnata tanNovena kien f’idejn iż-Żgħażagħ Karmelitani taħt it-tmexxija ta’ Patri Victor Schembri O. Carm. Wara rużarju meditat miż-żgħażagħ saret quddiesa animata mill-istess żgħażagħ u wara ttelgħet

L-Akkademju Mużiko-Letterarja feature play miż-żgħażagħ Karmelitani dwar l-għoti tal-bażilika.

L-għada kien Jum it-Terzjarji fejn saret il-Vestizzjoni u l-Professjoni Solenni tat-Terzarji Karmelitani mmexxija minn Patri Valentin Borg Gusman O.Carm, Direttur lokali tat-Terzarji Karmelitani.

Il-ġranet tan-novena bejn il-5 ta’ Lulju u d-9 ta’ Lulju saru mill-komunitajiet Karmelitani talParroċċi ta’ Santa Venera, Fleur-de-Lys, Balluta, l-Imdina kif ukoll tal-kunvent ta’ Santa Venera.

It-Tnejn l-10 ta’ Lulju saret quddiesa Solenni mill-Ġeneral tal-Ordni Karmelitan P. John Malley flimkien mal-Provinċja Karmelitana Tereżjana u dwar Karmelitani tal-Belt, Lunzjata tar-Rabat u d-Dar tal-Formazzjoni fejn kienu mistednin irreliġjużi nisa.

It-Tlieta 11 ta’ Lulju l-quddiesa kienet millkomunità Karmelitana tal-Fgura.

L-Erbgħa 12 ta’ Lulju saret it-translazzjoni solenni bir-relikwija tal-Madonna tal-Karmnu millOratorju sas-Santwarju mmexxija mill-Provinċjal P. Robert Farrugia O.Carm. Filgħaxija wara l-quddies sar marċ fejn iżżanżnet statwa tal-Madonna tal-Karmnu għall-barra maħduma minn Aaron Camilleri Cauchi imħallsa mill-familja Vassallo li kienet ntramat Triq it-Teatru kantuniera ma’ Triq il-Punent.

Il-Ħamis 13 ta’ Lulju l-ewwel jum tat-tridu saret quddiesa mill-Kapitlu tal-Kolleġġjata Bażilika ta’ Sant’Elena ta’ Birkirkara filwaqt li l-għada kien imiss lill-Kapitlu tal-Kolleġġjata Bażilika ta’ Marija Bambina tal-Isla. Lejliet il-Festa fit-8.30 a.m. saret il-quddiesa tat-tifkira tal-inkurunazzjoni tal-inkwatru talMadonna tal-Karmnu. Filwaqt li fid-9.30 a.m. sar għall-ewwel darba l-marċ ta’ filgħodu bis-sehem tal-Banda Spinola ta’ San Ġiljan li beda minn Triq ir-Repubblika ħdejn il-Wembley Store niżel Triq it-Teatru għal Triq Zekka spiċċa ħdejn is-Sur ta’ Marsamxett. Filgħaxija saret quddiesa mmexxija mill-Pirjol P. Martin Schembri u wara l-Għasar Solenni ċċelebrat mill-Provinċjali P. Robert Farrugia.

F’Jum is-Sittax ta’ Lulju s-Santwarju beda bilquddies fil-ħamsa ta’ filgħodu bil-quddiesa tassebgħa ġie ikkonċelebrata minn Mons. Arċisqof Paul Giglio, Terzjarju Karmelitan, Nunzju Appostoliku għall-Eġittu flimkien mal-Provinċjali, Retturi u Kappillani tal-Knejjes tal-Belt Valletta. Wara tat-8.00a.m. sar il-Pontifikal Solenni mmexxi minn Mons. Arċisqof Ġużeppi Mercica, Arċisqof ta’ Malta bil-panġierku minsuġ minn Patri Feliċjan Bezzina O.Carm. Saru wkoll il-quddies tal-10 flOratorju u tal-11.30a.m.

Fil-5.00 p.m. sar l-Għasar Solenni mmexxi millPirjol tas-Santwarju P. Martin Schembri O.Carmu fis-6.00 p.m. quddiesa mill-Provinċjal P. Robert Farrugia O.Carm. Għall-ħabta tas-7.00 p.m. ħarġet il-Purċissjoni bl-istatwa artistika tal-Madonna tal-Karmnu mmexxija minn Mons. Arċisqof Paul Giglio, Terzjarju Karmelitan, Nunzju Appostoliku għall-Eġittu.

Saret lapida kommemorattiva fis-Santwarju bi kliem ta’ Patri Valentin Guzman O. Carm maħduma milll-marmist Ronnie Pisani.

Il-Pellegrinaġġ mill-Kolleġġjata ta’ San Pawl

This article is from: