Ri-interpretazzjoni tat-titlu bażilikali wara l-Konċilju Vatikan II Rev. Dr Nicholas Joseph Doublet Arkivista Djoċesan
“In supremo sacro Pricipatis culmine”- Kien permezz ta’ dan id-digriet, li nhar it-13 ta’ Mejju 1895, Il-Papa Ljun XIII laqa’ is-supplika talKomunità Karmelitana Maltija, sabiex is-Santwarju tal-Madonna tal-Karmnu tal-Belt Valletta, jiġi mgħolli ghad-dinjità ta’ Bazilika Minuri. Dan ġie imbagħad ikkonfermat permezz tal-Bolla Appostolika l-Bolla Appostolika tad-9 ta’ Lulju talistess sena. Imma x’għandu jfisser dan kollu illum għall-komunità li għadha titlob f’dan il-post?
Għalkemm diskors fuq l-insinji bażilikali, speċifikament it-tintinabilum u l-umbrellun, x’aktarx illum jista’ jidher wieħed anakronistiku, fil-verità, bir-riforma mitluba mid-dokument talPapa Pawlu VI fuq l-għoti tat-titlu bażilikali, iddigriet Domus Dei tal-1968, f’liema riforma naraw passaġġ ċar minn diskors fuq privileġġ għal dak ta’ servizz, jagħmilha possibli, anke neċessarju li nikkunsidraw it-tradizzjonalment msejħa privileġġi bażilikali, taħt lenti ġdid, dak nettament liturġiku u pastorali.
Jekk nagħtu ħarsa ħafifa lejn it-tradizzjoni f’dan ir-rigward, naraw li t-titlu nnifsu, bażilika. meħud mill-ambjent grieg pagan, jirreferi għall-binja rjali, riservata għall-amministrazzjoni ta’ atti pubbliċi, ta’ struttura stabbilita imponenti. Huwa f’dan issens ta’ stil arkitettoniku, li mhux biss jgħaddi fid-dinja rumana, użata għall-amministrazzjoni tal-ġustizzja, imma anke mgħammda għall-użu liturġiku kristjan. B’differenza mit-tempju talpagani, li kellu bżonn biss ċella żgħira bl-istatwa tad-divinità, il-komunità nisranija kellha bżonn swali kbar fejn il-komunità, l-ekklesja, setgħet tinġabar għal-kult kristjan. Għalhekk il-bażilika terġa’ tikseb il-funzjoni oriġinarja tagħha, jiġifieri il-post fejn ir-Re tar-Rejiet jilqa’ f’udjenza lillpoplu tiegħu, il-post fejn tiġi ċċelebrata l-liturġija, jiġifieri l-qima pubblika lil Alla. Tintuża wkoll sabiex jinbnew knejjes fuq l-oqbra tal-martri. Maż-żmien il-kelma bażilika, għal post tal-kult tat postha għal dak ta’ knisja, bħala l-post tal-kult tannisrani Intant lilna jinteressana l-użu tat-titlu bażilika f’sens differenti, dak kanoniku. Sas-seklu tmintax, nibtet ċerta differenzazzjoni bejn il-knejjes ta’
34
It-Tribuna Bażilikali fis-Santwarju tal-Madonna tal-Karmnu
Ruma. Il-Knejjes prinċipali, marbuta mal-Kappella Papali, bdew jissejħu bażiliċi maġġuri, mentri knejjes oħrajn, li kellhom ukoll kapitlu, magħrufa bħala knejjes insinji, bdew jissejħu bażiliċi minuri. Kienu meqjusa insinji minħabba numru ta’ privileġġi li kienu jgawdu. Dawn il-privileġġi jdaħħluna fis-suġġett, l-użu tat-tintinnabulum - qanpiena ċkejkna proċessjonali, u talumbrellun, imsejjaħ canopaum, papilio, magnum umbraculum, tabernaculum, jew bit-taljan, ombrellino jew ombrellone. It-Tintinnabulum; storikament din il-qanpiena kienet takkumpanja l-purċissjoni pontifiċja u tindika lill-fidili l-wasla ta’ tali purċissjoni. Minn naħa l-oħra, l-Umbrellun, jaf x’aktarx il-bidu tiegħu lil forma ta’ umbrellu li kienet tintuża biex tagħti lill-Papa fil-purċissjoni stazzjonali, u ġġib il-kuluri tradizzjonali ta’ Ruma. Hemm differenza bejn dik tal-Bażiliċi maġġuri u dawk minuri fir-rikezza tad-drapp użat. Dawn huma s-sinjali tradizzjonali tal-bażilika. Ilkleru tagħhom, peress li x’aktarx il-bażilika kien tinkorpora kolleġġjata, kellu d-dritt ukoll li jibes l-abiti korali. Kolleġġjata tfisser grupp ta’ saċerdoti marbuta ma’ dik il-knisja partikulari biex jaqsmu ħajja komuni u ta’ talb flimkien. Il-passaġġ tażżmien ħalla l-marka tiegħu anke fuq dan l-iskop oriġinali tal-kapitli kattedrali jew kolleġġjali. L-ewwel darba li jiġi dokumentat l-użu tal-insinji marbuta mal-bażiliċi, jmur lura għas-7 ta’ Ottubru 1391, u dan fl-okkażjoni tal-kanonizazzjoni ta’ Santa Briġida. It-titlu nnifsu baqa’ riżervat għall-
Festa Madonna tal-Karmnu