Programm tal-Festi Solenni
Madonna tal-Karmnu Valletta 2017
Pick a Flavour. Take a Minute.
Various exquisite flavours to suit your taste! Fruit Infusions
Black Tea
Oriental Spices Colada
Orange & Vanilla
Peach
Dream of Fruit
Almond Cream
Honey & Lemon
Herbal Infusions
English Breakfast
Earl Grey Camomile
Green Tea
Peach
Mint
Strawberry Yogurt & Cream
Green Tea
Lemon
Fennel
Il-Belt Kapitali - Valletta tilqagħkom għall-Festi Solenni f ’ġieħ, il-Verġni Marija, l-Omm u Ġmiel tal-Karmelu, bejn l-1 u s-16 ta’ Lulju 2017.
Werrej
Ritratt tal-Qoxra ta’ Quddiem: L-Ostensorju tal-Festa – Ir-Relikwija li fih dan l-ostensorju hija ġebla middar tal-Madonna. Fl-isfond, il-kwadru Inkurunat tal-Madonna tal-Karmnu
Ritratt tal-Qoxra ta’ Wara: L-Umbrellun bażilikali li żżanżan is-sena l-oħra (2016) u li sar mis-Sur Lawrence Caruana Dan il-Ktieb huwa maħruġ millKomunità Karmelitana u l-Għaqda Festa Madonna tal-Karmnu - Valletta Bord Editorjali: P. Alex Scerri O. Carm, Christian Pace, Ryan Catania, Julian Vassallo, Carmel Pace Reklami: Christian Pace, Ryan Catania, Carmel Pace, John Farrugia Qari tal-Provi: Carl Farrugia u Christian Pace Ritratti: Mark Micallef, George Farrugia, Christian Pace, Carl Farrugia u Fr. Victor Paul Farrugia O.Carm. Ħajr lil John Farrugia għax-xogħol li għamel għall-permessi tal-Festa Website: www.karmelitanivalletta.org Facebook: Festa Madonna tal-Karmnu - Valletta Carmelite Priory - Valletta Issettjat u stampat:
Best Print Co. Ltd.
Żurrieq Road, Qrendi Tel: 21 680 789
2
Messaġġ tal-Pirjol..............................................................................................3 Messaġġ mill-Provinċjal..................................................................................6 Messaġġ mis-Sindku.........................................................................................7 Il-Karmelitani ġewwa Aylesford fl-Ingilterra...................................... 10 Ir-Restawr tat-Tintinnablu.......................................................................... 12 Il-Ħajja Marjana tal-Qaddej ta’ Alla......................................................... 14 Birkirkara u l-Madonna tal-Karmnu fis-seklu XX (It-Tielet parti) ................................................................... 18 Ġan Anton Vassallo:200 sena mit-twelid tal-aqwa poeta Malti tas-seklu 19........................................................ 20 Il-Festa tal-Madonna tal-Karmnu 1957................................................. 29 Ri-interpretazzjoni tat-Titlu Bażilikali wara l-Konċilju Vatikan II......................................................................... 35 Il-Knisja l-Ġdida............................................................................................... 38 Il-Volto Sant ta’ Lucca.................................................................................... 41 Il-Festa tal-Madonna tal-Karmnu fil-Belt Valletta u l-Banda ‘La Valette’................................................. 42 Mis-Santwarju fl-istampa tul iż-żmien................................................... 45 Qaddisin Karmelitani fit-Toroq tal-Belt (1)......................................... 49 Il-Fided tal-Fratellanza tal-Madonna tal-Karmnu ........................... 54 Messaġġ mill-Għaqda Festa Madonna tal-Karmnu – Valletta ..... 64 Ir-restawr tal-Kampnar tas-Santwarju.................................................. 66 Il-Paviment tal-Irħam tal-Bażilka............................................................ 71 Programm tal-Festi Solenni Madonna tal-Karmnu 2017.............. 73 L-Għaqda Festa Madonna tal-Karmnu, Valletta................................. 81 Il-Proġett ta’ ċentru ġdid għall-Għaqda Festa Madonna tal-Karmnu – Valletta.................... 83 L-Iskudetti tal-Anġli ta’ Darmanin (2)................................................... 85 Għala Ommi Semmietni Hekk?............................................................... 100 Il-Poeżija Karmelitana tal-Prof. Anastasju Cuschieri.................... 102 L-Użu ta’ Metodu Waqt it-Talb fl-Ordni Karmelitan...................... 105 Gabriele u Andrea Belli midfunin fil-Knisja tal-Karmnu............. 114 L-Artal Maġġur u t-Tribuna tas-Santwarju tal-Madonna tal-Karmnu fil-Belt Valletta......... 125 Mitt Sena mid-Dehriet tal-Madonna ġewwa Fatima..................... 132 Il-Fwieħa tal-Karmelu................................................................................ 134 Il-ħames isqfijiet li jintramaw fi Pjazza Reġina............................... 135 Meta l-pirjol tal-Karmnu kien ser jegħreq........................................ 143 Ħajja fis-Santwarju mill-Festa 2016 sal-Festa 2017..................... 147 Il-Qima lejn San Ġużepp fl-Ordni Karmelitan.................................. 148 Devozzjoni lejn il-Passjoni ta’ Sidna Ġesù Kristu fl-Oratorju ta’ Ġesù Nazzarenu........................................................... 150 Attivitajiet tas-Sena 2016 – 2017.......................................................... 153 Min irreklama................................................................................................ 152
Festa Madonna tal-Karmnu
Valletta 2017
Messaġġ tal-Pirjol
… rajtha liebsa ta’ Karmelitana! Patri Alex M. Scerri O. Carm Pirjol u Rettur tas-Santwarju
dnubiet li joffendu l-biċċa l-kbira l-Qalb Imqaddsa ta’ Ġesù u l-Qalb Immakulata ta’ Marija;
Matul din is-sena 2017 qegħdin infakkru l-100 sena ta’ dehriet u tal-Messaġġ tal-Madonna ġewwa Fatima.
Fl-aħħar dehra ta’ Fatima nhar it-13 ta’ Ottubru 1917, il-Verġni Marija dehret iżżomm u liebsa bl-iskapular tal-Ordni tagħna, waqt li hi ppreżentat ruħha bħala l-Madonna tal-Karmnu. Meta waħda mill-viżjunarji li aktar tard hija stess saret Karmelitana, Sr Luċija, ġiet mistoqsija għaliex il-Madonna kienet qed iżżomm il-Labtu talKarmnu, Sr Luċija wieġbet ... “għaliex hi trid li kulħadd jilbsu l-iskapular ... minħabba li huwa sinjal tagħna ta’ konsagrazzjoni lejn il-Qalb Immakulata tagħha.”
Ħafna minn dak li l-Madonna qalet ġewwa Fatima jista’ jinġabar taħt dawn l-punti li ġejjin: 1 nirċievu s-Sagramenti tal-Knisja, l-aktar ilQrar u l-Ewkaristija Mqaddsa, 2 ngħidu t-talba tar-Rużarju kuljum;
3 nilbsu l-Labtu tal-Madonna tal-Karmnu; 4 nitolbu għall-konverżjoni tal-midinbin;
5 nagħmlu sagrifiċċji bħala riparazzjoni għad-
Il-messaġġ tal-Madonna ġo Fatima hija aħbar tajba biex tiġi mismugħa u mgħixa minna lkoll.
familja tagħna.
Hemm ħafna x’nistgħu nagħmlu fil-familji tagħna biex nippromwovu dak li qaltilna l-Madonna u l-kliem li hija wriet lit-tfal rgħajja. Aħna lkoll devoti vera tal-Madonna nistgħu ngħidu r-Rużarju fid-dar mal-
Inxerrdu aħna stess d-devozzjoni lejn il-Labtu biex kulħadd jilbsu.
Aħna u niċċelebraw din is-Sena l-Festa Patronali tal-Ordni Karmelitan lill-Madonna tal-Karmnu, ejjew nilqgħu l-messaġġ sabiħ li hija wasslitilna mitt sena ilu ġewwa Fatima biex tassew inkunu evanġelizzaturi tal-Bxara t-Tajba ta’ Binha Ġesù.
Minn qalbi f’ismi u f’isem il-komunità kollha Karmelitana nistedinkom biex tingħaqdu magħna bħala Familja Karmelitana madwar Ommna Marija l-Ġmiel tal-Karmelu, biex niċċelebraw kif jixraq din il-Festa lilha li aħna ta’ kull sena nagħmlu b’imħabba ħierġa minn qalbna lejha.
Madonna tal-Karmnu, Kun int l-hena tag˙na. Fid-dar ta’ kull Malti Kun l-Omm u s-Sultana.
Festa Madonna tal-Karmnu
Valletta 2017
3
MIEGHEK DEJJEM U KULLIMKIEN
Valletta
173, Triq l-Ifran
T: +356 2723 2666 | insurance@gasanmamo.com | gasanmamo.com GasanMamo Insurance Ltd. hi awtorizzata mill-MFSA.
A B I J N
A A T T I T L A E IN T M S T E L R F A BE IL -K L- A L L I L L LH I L U L O K
Messaġġ mill-Provinċjal Patri Alexander Vella O.Carm Pirjol Provinċjali
Din is-sena qegħdin niċċelebraw l-ewwel ċentenarju mid-dehriet tal-Madonna ġewwa Fatima. Kulħadd jaf bir-relazzjoni li teżisti bejn id-devozzjoni Marjana-Karmelitana u d-dehriet ta’ Fatima. Luċija, li aktar tard saret soru Karmelitana Tereżjana, kemmil darba stqarret li waqt l-aħħar dehra, fit-13 ta’ Ottubru 1917, wara li rat lill-Madonna kif kienet taraha s-soltu, ratha wkoll flimkien ma’ San Ġużepp u l-Bambin, u mbagħad bħala l-Addolorata u fl-aħħar bħala l-Madonna tal-Karmnu, liebsa ta’ Karmelitana u bil-Bambin u bil-labtu f’idejha. Kull darba li staqsew lil Luċija jekk taħsibx li l-labtu talKarmnu huwa parti mill-messaġġ ta’ Fatima dejjem wieġbet li iva. Fil-fatt, ġewwa Fatima l-Madonna kienet talbet il-konsagrazzjoni tad-dinja lill-Qalb bla Tebgħa tagħha u l-labtu tal-Karmnu huwa preċiżament mezz ta’ konsagrazzjoni lill-Madonna. Fl-ittra li kien kiteb lill-Familja Karmelitani fl1950 għall-okkażjoni tas-seba’ mitt sena talLabtu, il-Venerabbli Piju XII kien ħeġġeġ lillOrdni biex fil-labtu jara sinjal tal-konsagrazzjoni tiegħu lill-Qalb bla Tebgħa ta’ Marija. Il-Papa ma kienx qed jivvinta xi ħaġa ġdida. Sa millbidu tiegħu l-Ordni kien reħa l-konsagrazzjoni tiegħu lil Alla u d-dedikazzjoni tiegħu għallubbidjenza ta’ Ġesù f’idejn il-Verġni Omm Alla Marija. Dejjem intelaq f’idejha bħala omm u patruna li tieħu ħsiebu. Dejjem ħass li kienet preżenti fil-ħajja ta’ kull reliġjuż u reliġjuża biex takkumpanjahom tul it-telgħa iebsa tal-
6
Festa Madonna tal-Karmnu
qdusija u twassalhom għallgħaqda ma’ Alla. Għalhekk, meta l-Ordni beda jsieħeb illajċi fl-ispiritwalità tiegħu blgħoti l-ewwel tal-kappa l-bajda u iktar tard tal-labtu, dejjem ippreżenta r-rabta tagħhom miegħu bħala telqa f’idejn Marija u konsagrazzjoni lilha.
Bil-magħmudija Alla jikkonsagrana għalih, jagħmilha tiegħu u jagħtina l-mezzi biex nitqaddsu. Aħna nwieġbu għal din il-konsagrazzjoni billi ningħataw lilu u nikkoperaw miegħu għas-salvazzjoni tagħna. Marija ġiet ikkonsagrata minn Alla b’mod għal kollox uniku bit-tnissil tagħha bla tebgħa, għax kellha tkun Omm l-Iben t’Alla magħmul bniedem. Ħadd daqsha ma wieġeb għal din il-konsagrazzjoni b’qalbu kollha. Hija kienet kollha kemm hi kkonsagrata lil Alla, kollha kemm hi tiegħu. Meta aħna nintelqu f’idejha u nikkonsagraw ruħna lilha nkunu qegħdin nitolbuha tħaddem fina l-maternità spiritwali tagħha. Dan hija tagħmlu billi tiġbidna lejn Alla bil-ġmiel talvirtujiet tagħha, billi tikkollabora b’mod misterjuż mal-Ispirtu s-Santu li jsawwarna fuq ix-xbieha ta’ Kristu u jagħmilna qaddisin, u billi tidħol għalina quddiem Alla biex naslu fl-istess glorja li fiha tinsab hi ma’ Alla.
Jalla l-festa tal-Madonna tal-Karmnu f’din issena ċentenarja tad-dehriet ta’ Fatima tkun okkażjoni biex inġeddu l-konsagrazzjoni tagħna lil Marija u nidħlu dejjem iktar fil-fond tat-tifsira vera tagħha.
Valletta 2017
Messaġġ mis-Sindku Prof. Alexiei Dingli
Għeżież ħbieb,
Matul din is-sena, għadna kif ikkonkludejna ċ-ċelebrazzjonijiet tal-450 sena minn meta l-Gran Mastru Jean De Valette ddeċieda li jibni l-Belt il-ġdida fuq il-peniżola ta’ Xiberras. Hija wkoll is-sena meta Malta għandha l-Presidenza tal-Kunsill tal-Ewropa kif ukoll, is-sena li se twassalna sal-2018, meta l-Belt Valletta se tingħata t-titlu ta’ Belt Kapitali Ewropea talKultura. Bla dubju ta’ xejn hija sena importanti għall-għażiża belt tagħna. Dan huwa unur importanti għal kull wieħed u waħda minnha. Mhux biss għax se jkun iż-żmien meta għajnejn l-Ewropa se jkunu fuqna, iżda se tkun opportunità unika fejn aħna nistgħu nagħtu lill-għażiża belt tagħna dik l-imbuttatura li jixirqilha sabiex nerġgħu narawha ħajja s-sena kollha. Però dik is-sena se tkun ukoll is-sena fejn aħna nesponu l-wirt tagħna. Bla dubju ta’ xejn, irridu niftakru fl-importanza ta’ din il-Bażilika. Mhux biss bħala komunità iżda anka bħal arkitettura fil-kuntest tad-dehra tal-Belt Valletta. Għalhekk għandna dmir sabiex ngħinu fir-restawr ta’ din il-knisja. Knisja ikonika li hija parti essenzjali mill-iskyline tal-Belt. Ippermettuli nappella sabiex kulħadd jagħti min-naqra tiegħu sabiex nippreservaw dan it-tempju meraviljuż. Bħala kunsill qegħdin noffru s-servizzi tagħna u se nkunu qegħdin naraw kif nistgħu ngħinu permezz ta’ fondi Lokali jew Ewropej li jiftħu
minn żmien għal żmien. Apparti minn hekk, ma rridux ninsew il-wirt intanġibbli tal-Belt. U fost dan il-wirt bla dubju ta’ xejn insibu l-Festa talMadonna tal-Karmnu. Festa li minn sena għalloħra qed tissaħħaħ grazzi għall-inizjattivi li qegħdin jittieħdu.
Aħna bħala Kunsill Lokali qegħdin naħdmu bla heda sabiex inħejju l-Belt għall-2018. Se naraw ħafna xogħol għaddej matul din is-sena fosthom xogħol ta’ toroq u bankini. Hemm bżonn li l-Belt tkun lesta għas-sena d-dieħla meta aktar min 600 attività se jiġu organizzati madwar Malta u Għawdex. Għalhekk qegħdin nistennew eluf kbar ta’ nies li jiġu jżuruna matul is-sena li ġejja. Ilna għaxar snin naħdmu fuqha però lilhinn mill-attivitajiet, ma rridux ninsew li l-Belt mhux magħmula biss mill-ġebel tal-binjiet li għadna iżda fuq kollox, hija magħmula mill-komunità Beltija li hija l-qalb u r-ruħ tal-Kapitali tagħna. Għalhekk huwa importanti li l-Beltin u l-festi tagħhom ikollhom rwol ċentrali f’dawn l-attivitajiet. Fl-aħħar, f’isem il-Kunsill Lokali tal-Belt Valletta, nixtieq nirringrazzja lill-Pirjol Rev. Fr. Alex Scerri O.Carm ta’ kemm ħdimna flimkien matul dawn l-aħħar xhur. Nagħlaq billi nawgura festa mill-isbaħ lill-Beltin kollha speċjalment liddevoti tal-Madonna tal-Karmnu u nħeġġiġhom ikomplu jifirxu t-tagħlim tagħha mal-Beltin kollha sabiex nagħmlu mill-Belt tagħna post aħjar.
In˙e©©u lid-devoti Karmelitani biex fil-purçissjoni jΩommu d-devozzjoni b’im©iba u ilbies xieraq Festa Madonna tal-Karmnu
Valletta 2017
7
Our kitchen is open all day, every day from 11.30am until 10.00pm (Fridays and Saturdays to 11.00pm). D’Office is perfect for lunch in the city, convenient to offices, shops or when visiting the wonderful sights that Valletta has to offer. Come in for a cosy dinner or just to call by at any time to relax. You can have a full meal or platter at any time of the day accompanied by a glass or two of wine from our carefully selected wine selection from Maltese and foreign vineyards.
Rampila is a unique restaurant situated in the historic bastions of Valletta, Malta’s capital city. Rampila comprises a Restaurant, a Wine Bar, a Terrace and an Exhibition. The location has a fascinating history. Designed and built by the Knights of St. John in the sixteenth century as part of the defensive bastions guarding the newly constructed city of Valletta, Rampila is now a haven for good food and wine set against a spectacular Baroque backdrop.
EAT MEa sense I’MofFAMOUS !! taste Deliveries
99521462 www.facebook.com/eatmeimfamous www.eatmeimfamous.com Malta
RESTAURANT
PA RT Y A N D C E R E M O N Y
SICILIA BAR & RESTAURANT Prop. Anthony Vella
1a, St John Street, Valletta
Tel: 2124 0569 • Fax: 2168 9766
Il-Karmelitani ġewwa Aylesford fl-Ingilterra Patri Hermann Duncan O.Carm
Il-kunvent ta’ Aylesford jew kif inhu magħruf “IlPatrijiet” huwa kunvent tal-Karmelitani ħdejn Maidstone, ġewwa Kent fl-Ingilterra. Huwa twaqqaf mill-ewwel Karmelitani fis-sena 1242 li ġew mill-Art Mqaddsa taħt il-patronċinju talKruċjat Richard de Grey li tahom biċċa art li kienet propjetà tiegħu ġewwa Aylesford. Fl-1247 l-Arċisqof ta’ Rochester għaraf uffiċjalment il-Karmelitani ta’ Aylesford, u l-ewwel knisja ta’ Ordni ġdid ġiet iddedikata s-sena ta’ wara. L-ewwel Karmelitani kienu eremiti iżda wara saru mendikanti li jfisser li ma setgħux ikollhom propjetà tagħhom u kellhom jiddependu fuq donazzjonijiet u l-għoti tal-flus.
Aylesford huwa magħruf għad-dehra ta’ San Xmun Stock fis-seklu sittax, li saritlu millMadonna, fejn wegħditu l-ħarsien lil kull min jilbes il-libsa tal-Karmelu. L-ilbies tal-labtu wara sar devozzjoni Marjana importanti filknisja.
Waqt is-saltna tar-Re Enriku VIII fl-1538 ġew meħudha l-Kunventi u għalhekk il-kunvent ta’ Aylesford għadda f’idejn Thomas Wyatt li kellu Kastell f’Allington. Il-familja Wyatts tilfu l-artijiet tagħhom taħt ir-Reġina Marija u iktar tard fis-saltna tar-Reġina Elizabetta I, John Sedley ħa pussess tal-propjetà. Huwa għamel ħafna tibdiliet fil-bini fl-1590.
Fl-1633, Peter Rycaut, xtara l-Kunvent ta’ Aylesford, iżda matul il-gwerra l-kunvent ġie ssekwestrat mill-Forzi tal-Parlament u għall xi żmien serva bħala l-post għall-laqgħat talkumitat tal-Parlament ta’ Kent. Iktar tard fl1657, John Banks xtara l-kunvent u fl-1670 bidlu għall-Palazz. Il-Palazz intiret mit-tifla tiegħu, Elizabetta Banks u r-raġel tagħha li iktar tard sar l-ewwel Konti ta’ Aylesford. 10
Festa Madonna tal-Karmnu
Fis-seklu għoxrin, is-sinjura Woolsey u żewġ bintha ħadu l-post f’idejhom, u beda jintuża bħala ċentru importanti għall-attivitajiet taliscouts. Fl-1930 kien hemm nar kbir li ħoloq ħsarat kbar.
Fl-aħħar, jiġifieri fI-1949 il-Karmelitani kellhom iċ-ċans li jixtru lura l-kunvent ta’ Aylesford. P. Malachy Lynch kien l-ewwel pirjol f’dan ilkunvent u ħa l-kariga biex jirranġa l-bini li ftit żmien wara kellu jsir ċentru għall-pellegrinaġġi. Waqt ir-restawr ħafna mill-aspetti oriġinali medjevali, reġgħu dehru. P. Malachy ħareġ blidea ta’ Santwarju “fil-miftuħ” u flimkien ma’ xi benefatturi oħra għaqqad grupp ta’ nies tas-sengħa u artisti biex jgħinuh fil-proġett. P. Malachy fisser il-kunvent bħala “Talba fil-ġebla”.
Il-Kunvent ta’ Aylesford, Kent fl-Ingilterra
Fl-1965 fil-preżenza tal-Kardinal Heenan u l-Arċisqof Cyril Cowderoy, is-Santwarju reġa’ ġie ddedikat biex iservi bħala ċentru ta’ talb għall-insara ġewwa Kent.
L-iktar bini reċenti li sar fil-kunvent ta’ Aylesford huwa dak magħruf bħala l-ġnien tal-ħitan dojoq li jestendi mid-‘dar tal-bieb’ ta’ seklu sittax. Id-‘dar tal-bieb’ kienet kamra ħdejn il-bieb ta’ barra, mibnija bħala għassa fid-daħla tal-kunvent meta kien Palazz. Il-parti fejn tista’ timxi fil-ġnien huwa kollu ċċangat u fih hemm il-kitba ‘paċi’ f’iktar minn 300 lsien.
Valletta 2017
Il-kunvent fih ukoll passaġġ bil-weraq tul ixxmara Medway imsejjaħ il-Mixja tar-Rużarju li twassal għan-niċċa fejn hemm pittura talviżjoni tradizzjonali ta’ San Xmun Stock u l-labtu mqaddes. Tul is-sekli, eluf ta’ pellegrini mxew din il-mixja.
Hemm ukoll misraħ kbir bil-bankijiet twal li jinsab fiċ-ċentru tal-kunvent. Fil-misraħ hemm diversi kappelli żgħar li jinkludu l-kappella talkor, il-kappella tal-klawsura, il-kappella ta’ San Ġużepp, u l-kappella prinċipali li fiha skultura enormi tal-Verġni Marija. Il-kunvent fih ukoll kappella bir-relikwa ta’ ras San Xmun Stock.
Il-Kunvent medjevali fih ukoll ‘Guesthouse’ bi 80 kamra tas-sodda, imdawwar minn art sabiħa li jilqa’ ’l kull min qed ifittex il-paċi u l-kwiet. Ilpost huwa użat ukoll għall-irtiri u konferenzi. Kull min iżur il-post huwa mistieden jieħu sehem fl-orarju tal-Komunità Karmelitana li tagħmel kuljum. Br. Michael McMullen u P. Malachy waqt il-bini tas-santwarju u l-kappelli
Li kont warda kollni fwieħa, B’weraq sbieħ qatt ma jidbielu, Minn ħdejk qatt ma kont nitbiegħed, O Reġina tal-Karmelu.
Festa Madonna tal-Karmnu
Inħeġġu lil dawk kollha devoti tal-Madonna talKarmnu biex iżuru dan il-Kunvent imbierek. Li kont għanja qatt ma tiskot, Li kont leħen ta’ qanpiena, Ismek dejjem kont intenni, Omm u xbejba ta’ kull ħniena.
Profs. Anastasju Cuschieri O.Carm
Valletta 2017
11
Ir-Restawr tat-Tintinnablu Patri Alex M. Scerri O.Carm Pirjol u Rettur tas-Santwarju
Wieħed mis-simboli bażilikali li nsibu fisSantwarju Bażilika tagħna huwa t-Tintinnablu. Hawn il-Belt fil-Bażilika Karmelitana nsibu tliet (3) Tintinnabli. L-Ewwel wieħed li kien sar meta ġiet mogtija l-grad ta’ bażilka llum jinsab għallwiri u merfugħ fil-kurutur ta’ isfel tal kunvent u dan huwa magħmul mill-injam. Hemm imbagħad it-Tintinnablu kif inhu magħruf ta’ kuljum u sintendi ieħor ta’ żmien il-festa li huwa tal-fidda. U propju t-Tintinnablu dak ta’ kuljum kien ilu jinħass il-bżonn li jiġi restawrat u ibbanjat bid-deheb mill-ġdid biex jerġa’ jikseb il-glorja u sbuħija li kellu meta sar. Huwa ġie restawrat mid-Ditta Seca electro plating ta’ San Ġwann. Ser nagħtu xi tagħrif fuq it-tiswijiet u risturazzjonijiet li sarulu.
It-Tintinnablu kellu żewġ problemi. 1. Dgħajjef u Struttura instabbli
2. Il-kisi ta’ barra kompletament mikul.
It-Tintinnablu ġie żarmat mill-partijiet kollha. Għandu madwar 60 biċċa differenti.
L-istruttura ta’ ġewwa li qed iżżommu hija magħmula minn pjanċi rqaq tar-ram u kienu dgħajfa u instabbli. Kien imwebbes b’biċċiet angolati tal-aluminium biex iżid ir-riġidità talistruttura kollha. Dawn kienu maqtugħin u mibruma skont il-qjies biex jitwaħħlu ġewwa u ġew imrikkba fuq biċċiet differenti tar-ram fin-nofs li qed jissapportja biċċiet tal-istruttura. L-aluminium intuża biex ma jiżdidx il-piż u flistess ħin jagħti s-saħħa meħtieġa. Il-partijiet ta’ barra ġew imqaxxra mill-kisi oriġinali, saru xi tiswijiet, ġew illustrati u bbanjati bid-deheb ta’ 24 karat. Il-lasta ġiet żarmata ukoll u bbanjat bil-fidda 1000 grad.
Wara l-ibbanjar tal-partijiet rispettivi biddeheb u l-fidda, l-oġġetti kollha reġgħu twaħħlu.
Kitba li hemm fuq dan it-Tintinnablu tgħid hekk:
It-tintinnablu qabel ir-Restawr
12
Festa Madonna tal-Karmnu
L-iskrizzjoni li nsibu fuq wara tat-Tintinnablu
Valletta 2017
It-Tintinnablu ta’ kuljum wara r-restawr
Il Santo Padre Leone Xiii eress basilica il Santuario di N.S. Del Carmine ad instar delle Basiliche Minori di Roma, Nell’Udienza di Mercoledi, 15 Maggio 1895, Accordondo il Pediglione e questo “Tintinabolo”, come rilevasi Delle Bolla Appostolice con Provilegio di Portars Dei Carmelitani in Tutte le Solennità e Processioni Alle quali essi prendono parte
Bil-Malti: Fl-Udjenza tal-Erbgħa, 15 ta’ Mejju 1895, il-Missier Qaddis Iljun XIII għolla għall-grad ta’ Bażilika, bħall-Bażiliċi Minuri ta’ Ruma, is-Santwarju tal-Madonna tal-Karmnu filwaqt li ta l-Umbrellun u dan it-Tintinnablu, kif jidher fil-Bolla Appostolika, bil-privileġġ li jinġarru mill-Karmelitani fis-Solennitajiet u l-Purċissjonijiet kollha li fihom jieħdu sehem.
Il-Komunità Karmelitana tal-Belt Valletta tawgura festa qaddisa u devota lil kul˙add Festa Madonna tal-Karmnu
Valletta 2017
13
Il-Ħajja Marjana tal-Qaddej ta’ Alla P. Avertan Fenech, Karmelitan (1871-1943) Patri Charlo Camilleri O.Carm
Nhar it-2 ta’ Frar 2017, Mons Arċisqof Charles J. Scicluna laqa’ t-talba formali talOrdni Karmelitan sabiex jiftaħ l-Inkjesta Djoċesana għall-Proċess Kanoniku fil-Kawża tal-Beatifikazzjoni u Kanonizzazzjoni ta’ P. Avertan Fenech li għex u miet b’fama ta’ qdusija li għadha tippersisti wara mewtu minkejja li għaddew bosta snin. Irridu nsemmu tabilħaqq li sa minn mewtu l-Provinċja Karmelitana ħasbet biex tiġbor informazzjoni, xhieda u materjal marbut ma’ dan ilpatri li kulħadd kien u għadu jżommu b’qaddis miexi flart. Mit-2 ta’ Frar lil hawn P. Avertan ngħata mill-Knisja t-titlu ta’ Qaddej ta’ Alla.
Ħajja Marjana mhijiex Marija imma huwa Ġesù u r-relazzjoni tagħna miegħu. Mingħajr din ilħajja Marjana, d-devozzjoni u l-forom l-oħra kollha ta’ eżerċizzji reliġjużi b’timbru Marjan bħar-Rużarju, l-ilbies tal-Labtu u l-bqija, il-festi ma jiswew xejn ħlief biex inpaxxu lilna nfusna.
Dan huwa importanti għax meta niġu biex nevalwaw il-Marjanità tal-Qaddej ta’ Alla P. Avertan Fenech, ma aħna se nsibu xejn dirett dwar il-Verġni Marija għajr xi talba ’l hawn u ’l hinn. Filkitbiet tiegħu ma nsibu xejn dwar Marija jekk mhux meta jikkummenta l-misteri talħajja ta’ Ġesù. Għandna wkoll xi dettalji ċkejknin ħafna minn xi xhieda li għexu miegħu.
Bosta artikli u bijografiji tiegħu jagħtuna dettalji dwar il-ħajja virtuża ta’ nisrani eżemplari Li nistgħu ngħidu fiċ-ċert huwa u reliġjuż qaddis. Element li Luiġi Fenech mill-Mosta li forsi ma tantx jissemma nġibed lejn l-Ordni Karmelitan P. Avertan Fenech O.Carm huwa l-Marjanità tal-Qaddej mit-tqarrib indirett tiegħu ta’ Alla fil-ħajja spiritwali u Karmelitana lejn is-Santwarju tal-Madonna tal-Karmnu filtiegħu. B’Marjanità nifhmu l-karatteristika jew Belt Valletta. Meta saret l-inkurunazzjoni talit-timbru Marjan tal-ħajja spiritwali tiegħu. Kwadru tal-Madonna tal-Karmnu fil-15 ta’ Lulju L-ewwel nett bla tlaqliq ngħidu li ma jistax 1881, Luiġi Fenech kellu 10 snin. Ommu Marija wieħed ikun Karmelitan jekk ma jkunx Marjan. Attard, mara twajba u devota kienet seftura masAnzi, kif tenna l-Papa Franġsiku din is-sena sinjuri Levi-Grech Mifsud mill-Mosta. Dawn isfiż-żjara tiegħu ġewwa Fatima din is-sena, sinjuri kellhom dar il-Belt biswit is-Santwarju ma nistgħux inkunu nsara jekk ma nkunux tal-Karmnu u aktarx li mingħandhom wiret Marjani. B’dan ma aħniex nifhmu li jkollna l-imħabba lejn il-Madonna tal-Karmnu. Iktar devozzjoni lejn il-Madonna taħt xi titlu jew ma beda jikber, kompliet tikber miegħu s-sejħa ieħor jew li jkollna għal qalbna xi xbieha jew għall-ħajja reliġjuża Karmelitana. P. Lawrenz oħra tal-Verġni Marija, lanqas li nipprattikaw Sammut, l-ewwel bijografu ta’ P. Avertan u xi forma jew oħra ta’ devozzjoni esterjuri lejn novizz u penitent tiegħu, jirrakkuntalna mixMarija Santissima jew li nkunu akkaniti għall- xhieda li sab li waqt li meta wera lill-ġenituri festi li nagħmlulha. B’Marjanità nfissru Ħajja bis-sejħa tiegħu lil missieru tarraflu li huwa Marjana, jiġifieri li nkunu dixxipli awtentiċi u jixtieq jissieħeb mal-Karmelitani “għaliex dak radikali ta’ Ġesù kif kienet Marija. L-oġġett tal- huwa l-Ordni tal-Madonna; u billi jien inħoss 14
Festa Madonna tal-Karmnu
Valletta 2017
devozzjoni kbira lejha, għalhekk fl-Ordni tagħha fi ħsiebni nidħol.”
Meta lill-ġenituri wrihom din ix-xewqa huma bagħtuh jistudja l-Latin u t-Taljan għand qassis in-Naxxar. P. Lawrenz ikompli jgħidilna li meta fis-6 ta’ Frar 1888 il-Vigarju Provinċjali P. Lwiġi Malfatti laqgħu fin-novizzjat il-Belt, huwa niżel fil-Knisja ferħan se jtir jirringrazzja lillMadonna tal-Karmnu għall-grazzja kbira li qala’. Sena wara li ġie milqugħ fin-Novizzjat huwa pprofessa fl-oratorju tal-Madonna tal-Karmnu fil-Belt. Imbagħad nhar is-27 ta’ Frar 1892 ipprofessa solenni fl-oratorju tan-Novizzjat fil-Belt iddedikat lill-Immakulata Kunċizzjoni. Wara dan huwa kompla l-formazzjoni filkunvent il-ġdid ta’ San Ġiljan u kellu b’surmast lil P. Francesco Raiti li iktar tard ġie magħżul isqof ta’ Trapani. Fl-1896 ġie magħżul bħala prefett tal-kjeriċi minħabba l-ħajja virtuża u integra tiegħu u fil-5 ta’ Lulju 1896 ġie ordnat saċerdot mill-Isqof ta’ Għawdex Giovanni Camilleri OSA u ċċelebra l-Ewwel Quddiesa Solenni fis-Santwarju tal-Karmnu fil-Belt Valletta filĦadd tan-Novena tal-Madonna tal-Karmnu. Mal-ordinazzjoni ntefa’ għall-ministeru talqrar u d-direzzjoni spiritwali. Ukoll l-imġiba tiegħu kemm waqt it-talb u l-quddiesa kif ukoll fil-komportament tal-ħajja ta’ kuljum u fir-relazzjoni ma’ ħutu fil-komunità kienet ta’ edifikazzjoni u ammirazzjoni speċjalment għax kien jgħix tassew kontinwament fil-preżenza ta’ Alla. Il-modestja, l-umità, il-faqar u s-safa tiegħu kienu jqanqlu lin-nies jersqu għandu għall-qrar u d-direzzjoni spiritwali. P. Avertan kien magħruf għall-ħajja miġbura tiegħu minkejja l-bosta uffiċċji ta’ responsabbiltà li huwa kellu fi ħdan il-Provinċja fosthom l-uffiċċju ta’ Surmast tan-Novizzi għal 26 sena sħaħ. F’dawn l-uffiċċji huwa spikka fil-qalb ħelwa tiegħu imma wkoll f’rieda determinata li jagħmel dak li hu sewwa u jmexxi b’rettitudni. Nistgħu ngħidu bla tlaqliq li kienet il-ħajja interjuri tiegħu ta’ ġabra ’l bogħod minn ċirkustanzi u kwestjonijiet u attivitajiet li mhumiex essenzjali li żammitu sħiħ sal-aħħar. Il-ħajja ta’ ġabra u l-ħajja interjuri hija karatteristika Marjana filħajja spiritwali. Fil-kummentarju għar-Regola Karmelitana ta’ Ġwanni Baconthorpe nsibu li Festa Madonna tal-Karmnu
L-Oratorju tan-Novizzjat iddedikat lil Marija Immakulata u li fih P. Avertan ipprofessa solennament
l-Karmelitan jehda fil-meditazzjoni tal-Kelma ta’ Alla lejl u nhar fuq l-eżempju u l-imitazzjoni ta’ Marija li kif jirrakkuntalna l-Evanġelju kienet “tgħożż f’qalbha u taħseb bejna u bejn ruħha” fuq il-misteri tal-ħajja ta’ Ġesù. P. Avertan filħajja tiegħu spikka f’din il-virtù li ssaħħaħ ilħajja spiritwali. Fil-meditazzjonijiet tiegħu li ħalla miktuba f’pitazzi żgħar lil Marija narawha dejjem mal-misteri ta’ Ġesù bħala dik li tilqa’ u tieħu ħsieb lil Ġesù għax hi il- “Verġni purissima”.
Il-Qaddej ta’ Alla fil-fatt kellu devozzjoni kbira lejn is-safa tal-Verġni Marija. Fih innifsu spikkat il-virtù tas-safa tal-qalb u l-ġisem fiddispożizzjoni tiegħu ta’ għotja sħiħa lil Alla u lill-proxxmu u wkoll fl-imġieba, fil-kliem u flgħemil. Xi xhied jgħidu li proprju kienu jqerru għandu u jfittxu direzzjoni spiritwali għandu minħabba l-qalb safja tiegħu għax min hu qalbu safja jara lil Alla u allura jkun jista’ jmexxik dritt fit-triq u r-rieda ta’ Alla. L-imħabba kbira lejn issafa ta’ Marija kienet tidher fl-għożża li biha kien iżomm f’kamartu kwadru sabiħ ferm tal-Qalb
Valletta 2017
15
bla Tebgħa ta’ Marija li għadu sa llum fiċ-ċella fejn miet fil-kunvent. Tidher ukoll fil-pitazz tattalb li kien iżomm, miktub b’idejh u li fih bosta talba lill-Qalb bla Tebgħa ta’ Marija speċjalment b’invokazzjoni biex iżżommu sħiħ fil-virtù tassafa. Is-safa tal-qalb tiegħu kkonvinċiet lil min għex miegħu li l-Qaddej ta’ Alla qatt ma tilef l-innoċenza spiritwali li tidher f’qalb li ma fiha l-ebda ħjiena u dan minkejja li nafu li fluffiċċji li kellu fil-Provinċja għaddew minn taħt idejh bosta sitwazzjonijiet li ma kenux sbieħ. Proprju għax kien qalbu safja fis-sensi kollha tal-espressjoni huwa baqa’ magħqud ma’ Alla dejjem u f’kollox ukoll fit-tiġrib li kien iħabbtu.
F’dan l-element tal-ħajja Marjana spiritwali jfakkarna f’dak li l-Beatu Ġwanni Soreth kiteb fil-kummentarju tar-regula Karmelitana, li ċ-ċella ta’ ġewwa f’qalbek tiġi mħarsa miċ-ċella ta’ barra, il-kamra li fiha toqgħod u ċ-ċella ta’ barra tiġi mqaddsa b’dak li jseħħ fiċ-ċella ta’ qalbek. Din iċ-ċella hija l-blata li fuqha r-reliġjuż Karmelitan jitħaddet ma’ Alla lejl u nhar, jgħix fil-preżenza tiegħu u hekk iduq il-ġenna. Bla tlaqliq nistgħu ngħidu li ċ-ċella għal P. Avertan kienet il-Ġenna tiegħu għax fiha hu kien jishar, jitlob u jingħaqad ma’ Alla. U tassew kienet tieqa fuq il-Ġenna. Reliġjuż li għex ma’ P. Avertan stqarr li hu jaf li P. Avertan kellu wkoll żjarat tal-Verġni Marija. Reliġjuż ieħor li kien novizz ta’ P. Avertan, jistqarr li San Ġorġ Preca darba qalilhom biex jirrispettaw lis-Surmast tagħhom għax huma xxurtjati li għandhom b’surmast xi ħadd li hu ħafna għal qalb il-Madonna.
Taħt il-ħarsien tagħha kien jistkenn sabiex jibqa’ perseveranti fil-ħajja nisranija u reliġjuża tiegħu u jgħix il-fedeltà lejn Ġesù Kristu li lilu wiegħed li jimxi warajh “b’qalb safja u kuxjenza nadifa”. Fil-mard tiegħu ukoll, minħabba l-invalidità li fiha sab ruħu jiddependi għal kollox mill-oħrajn, infermiera, servjenti u sħabu l-patrijiet anke għall-bżonnijiet tiegħu l-iktar bażiċi u privati, huwa kien jitfa’ ħarstu lejn Ġesù Kurċifiss u lejn il-kwadru tal-Madonna tal-Karmnu li kellu biswit is-sodda. P. Avertan kien jixtieq ħafna li jfiq sabiex ikun jista’ jqaddes il-quddiesa ta’ kuljum u bħal donnha din ix-xewqa kienet tikbes fih meta toqrob xi festa tal-Madonna għax kien ikun jixtieq li jiċċelebra l-quddiesa fiha, kif ukoll meta toqrob xi festa kbira tal-Mulej. Minħabba l-biża’ tal-gwerra u s-sigurtà, lil P. Avertan kienu niżżluh minn kamartu fl-oratorju tal-Madonna tal-Karmnu sabiex ikun qrib il-bieb ta’ barra jekk jinqala xi ħaġa. Għalkemm kien nieqes mill-kumditajiet huwa kien iħossu mfarraġ li jinsab fil-preżenza ta’ Ġesù, f’daru biex ngħidu hekk, u ta’ Marija fl-oratorju ddedikat lilha. Ta’ faraġ għalih kienu jkunu ż-żjarat tar-reliġjużi li kienu joqgħodu jitolbu flimkien miegħu t-talba tal-Via Crucis. Minn dan kollu nistgħu ngħidu li P. Avertan għex il-ħajja nisranija fil-mixja tiegħu wara Ġesù fl-iskola ta’ Marija u bl-istess spirtu tagħha. Huwa laqa’ lil Kristu f’ħajtu u bħal Marija ħallih jitnissel f’qalbu hekk li sar mera ħajja tiegħu, ħġieġa tleqq trasparenti li minnha jgħaddi d-dawl ta’ Kristu hemm fejn kien jgħix.
HYPNOS-VITAFOAM MATTRESSES HYPNOS VITAFOAM AC Calleja 334, St Paul Street, Valletta Tel: 2123 8163 Vitafoam Factory Industrial Estate, San Ġwann Tel: 2148 4992/3 Marsa Stores Tel: 2123 9817 Mob: 7923 9817
Festa Madonna tal-Karmnu
Valletta 2017
17
Birkirkara u l-Madonna tal-Karmnu fis-seklu XX (It-Tielet parti) Winston L Zammit
B. AC (Hons). P.G.C.E M.A.
Dan l-artiklu jitratta biss il-Kolleġġjata Bażilika ta’ Sant’Elena u l-Għaqdiet marbuta direttament magħha.
Pellegrinaġġ (1902) Fis-26 t’ Ottubru 1902 sar pellegrinaġġ kbir mill-Kolleġġjata ta’ Sant’Elena għas-Santwarju tal-Madonna tal-Karmnu tal-Belt Valletta. Fih ħadu sehem il-Kanonku Prepostu Dun Alfons Borg S.ThD, ħuħ il-Kanonku Dekan Dun Giovanni Battista Borg, diversi kjeriċi u s-sitt Fratellanzi tal-Parroċċa, inkluża dik tal-Madonna talKarmnu, b’ħafna fratelli lebsin il-Konfratija u warajhom aktar minn elf ruħ, nisa u rġiel ilkoll jgħidu r-Rużarju. Fis-Santwarju tal-Belt Valletta qaddes il-Kan. Prepost Dun Alfons Borg u wara fervorin wisq kommoventi qarbinhom ukoll. Wara l-pellegrinaġġ reġa’ lura bl-istess ordni lejn B’kara fejn intemm fil-Kolleġġjata Elenjana bil-Barka Sagramentali.1 It-trasferimenti tal-Fratellanza talMadonna tal-Karmnu lejn il-Knisja ta’ S. Alfons fil-Wied ta’ B’Kara Fl-1896, il-knisja l-ġdida iddedikata lil San Alfons fil-wied ta’ B’kara ngħatat lill-Patrijiet Karmelitani Tereżjani (O.C.D.)2. Il-Patrijiet Tereżjani malajr ħasbu biex iġibu mill-Parroċċa l-Konfraternità tal-Madonna li kienet tagħti lillOrdni Tereżjan il-Liġi tal-knisja. It-trattativi blindħil ta’ Ruma damu sejrin sal-1904.3
Il-Fratellanza tal-Madonna tal-Karmnu ġiet ittrasferita fil-knisja ta’ San Alfons (1904), iżda minnufih fil-Kolleġġjata Elenjana twaqqfet ilFratellanza taħt it-titlu tal-Madonna tal-Erwieħ appoġġjata fuq il-privileġġ tal-Bolla Sabbatina.4 Minn tagħrif li deher f’gazzetta lokali nafu li “Nhar il-Ħadd 11 ta’ Novembru 1906 fil-Kolleġġjata ta’ Birkirkara se tiġi ssolenizzata l-kbira devozzjoni, il-festa tal-Madonna tal-Erwieħ.5” 18
Festa Madonna tal-Karmnu
L-istess gazzetta tkompli tgħidilna li għal din il-festa “sejrin jiżżanżnu tliet opri li huma verament ta’ min ifaħħarhom, ċioè statwa, pedestall u bradella tal-ġewż u ebbanu bilpjanċi tal-fidda. Dawn it-tliet opri saru a spejjeż tal-benefattur Signor Giovanni Maria Micallef.” 6 Il-Festa fil-fatt saret għall-ewwel darba l-Ħadd 11 ta’ Novembru u fiha żżanżnu t-tliet opri fuq imsemmija. L-Istatwa tal-Madonna tal-Erwieħ li fiha sitt personaġġi hija xogħol ta’ Karlu Darmanin u qamet £48.00.7
Il-Festa tal-Madonna tal-Erwieħ baqgħet issir fis-snin ta’ wara, u fl-atti tan-Nutar Kalċidon Gatt tad-19 t’Awwissu 1913, Antonia Muscat għamlet il-Fundazzjoni tat-Triduum ta’ din ilFesta.8 Fis-sena ta’ wara (1914), il-festa bdiet bi Triduum predikat minn Dun Pawl Zammit, Missjunarju. Il-paniġierku sar mill-Kan. Onor. Dun. Vinċenz Vella. Il-knisja kienet maħnuqa bin-nies. Il-purċissjoni bir-rużarju tmexxiet mill-Kanonku Onorarju Dun Vinċenz Cassar. IlProkuratur kien il-Kan. Gugliermu Grech Ellul (1868-1934).9 L-Erbgħat tal-Udjenza Fl-1914 insibu li fil-Kolleġġjata Elenjana kienu jsiru l-prietki tas-Seba’ Erbgħat tal-Udjenza.10 Dawn jerġgħu jissemmew fl-1945, meta nsibu li fil-Kolleġġjata Elenjana, l-Erbgħat tal-Udjenza kienu jsiru wara nofsinhar bir-reċta tar-Rużarju, Prietka, Antifona, Litanija u Benedizzjoni. 11 Avviż li deher fil-ħarġa ta’ Leħen is-Sewwa t’April 1953 jgħidilna li “Nhar l-Erbgħa 8 t’April fil-Bażilika ta’ Birkirkara, kwarta fuq l-Ave Maria u jkomplu l-Erbgħat ta’ wara li se jibdew il-prietki fuq il-Labtu tal-Madonna tal-Karmnu, bil-Predikatur ikun Dun Alwiġ Ellul Bezzina.”12
Valletta 2017
L-Artal tal-Madonna tal-Karmnu Il-Kanonku Dun Gugliermu Grech Ellul (19681934) kien Prokuratur ta’ dan l-artal fl-1914 u Prokuratur tal-Erwieħ13 u jidher li baqa’ f’din ilkariga sakem miet fl-1934. Bit-tħabrik tiegħu, fil-kariga tiegħu ta’ prokuratur ta’ dan l-artal, nhar il-Festa Titulari ta’ Sant’Elena tal-1932 iżżanżan il-Ventartal tal-fidda ta’ dan l-artal, xogħol artistiku tad-ditta “Angelo Ronchi” ta’ Milan.14 Wara Dun Gugliemu, insibu bħala prokuratur lill-Kanonku Dun Karm Bezzina, u warajh mill-1965, il-Kanonku Dun Ġużepp Micallef.15 Il-festa tal-Madonna tal-Erwieħ baqgħet tiġi ċċelebrata ta’ kull sena fil-Bażilika Elenjana sal-bidu tas-snin 70 tas-Seklu XX.16
L-Artal tal-Madonna tal-Karmnu fil-Bażilika ta’ Sant Elena f’Birkirkara
It-Terz’Ordni Karmelitan It-Terz’Ordni Karmelitan li kien diġà jeżisti f’Birkirkara fis-Seklu XVIII17, baqa’ jiffunzjona fis-Seklu XX. Mir-Rivista “Il-Karmelu” 1968, nafu li t-Terz’Ordni f’B’kara kien għadu attiv u li kienet issir laqgħa ta’ kull xahar minbarra x-xahar ta’ Awwissu, f’ġurnata tal-Erbgħa fil5.30pm.18 Fl-1971, il-laqgħat għat-Terzjarji Karmelitani f’Birkirkara kienu qegħdin isiru fl-Oratorju fit-Tieni Erbgħa ta’ kull xahar fil5.00pm.19 Fl-2001, il-laqgħat kienu qed isiru fisSantwarju tal-Madonna tal-Ħerba u d-Direttur u l-Assistent tal-Fergħa tat-Terzjarji Karmelitani ta’ B’kara kien Patri Guido Micallef O.C.20 Referenzi 1 Devot ta’ Marija Nov 1902, p.189 2 A. Gullaimier, Bliet u Rħula Maltin, (1972), p.28 3 Il-Messaġġier Tereżjan Vol XIX, Awwissu-Diċembru 1975 Nru 2 4 Il-Karmelu 1914 pg 65 5 Malta Tagħna 10-XI-1906 6 IBID 7 IBID 17-XI-1906 8 Atti Notarili Calcedonio Gatt 19-VIII-1913 9 Malta Tagħna 21-XI-1914 pg2 10 Il-Karmelu 1914 pg 65 11 Ibid, Mejju 1945 12 Leħen is-Sewwa 4-IV-1953 13 Malta Tagħna 21-XI-1914 pg2 Arkivju Kurja Arċiveskovili – Manuskritt Sacerdotuum Omium Qui Dei Majori Gluriae Animarumquf Saluti ed Mauro Caruana OSB in Dioceso Melitensi Dant Operam Ep Mauro Caruana OSB 14 Leħen is-Sewwa, 13-VIII-1932 15 Tagħrif fil-Pusses tal-awtur 16 IBID 17 Dan joħroġ mill-fat li filwaqt li kienet qed tinbena l-knisja kolleġġjata l-ġdida ddedikata lil Sant’Elena fis-seklu XVIII, it-Terzjarji Karmelitani għamlu talba biex jingħataw kappella fil-Knisja l-ġdida (Ara Arkivju Kurja Arċiveskovili, Suppliche 1741-1761 Vol1 f129 18 Il-Karmelu Jan 1968 p7, Diċembru 1968 p207 19 IBID Marzu 1971 p58 20 Direttorju Provinċja Sant’Elija Malta 2001 p11
Kull min għandu xi ritratti antiki li jixtieq li nippubblikawhom fil-programmi tal-festa tas-snin li ġejjin għandu jagħmel kuntatt magħna b’e-mail fuq
vtkmalta@gmail.com Festa Madonna tal-Karmnu
Valletta 2017
19
Ġan Anton Vassallo
200 sena mit-twelid tal-aqwa poeta Malti tas-seklu 19 Fabian Mangion B.A., S.Th. Lic. Illum li l-letteratura Maltija tinsab mibnija fuq is-sod, b’ħafna poeti u prożaturi jsebbħu l-ġnien tal-kitba Maltija, aktarx li ħadd ma jgħaddilu minn moħħu li jieqaf ftit u jmur lura bil-ħsieb għal dak iż-żmien, fuq mija u ħamsin sena ilu, meta f’Malta kien għad ma għandniex letteratura kif nifhmuha llum. Għaddew wisq snin minn meta għall-ewwel darba nstemgħet l-għanja tal-muża f’Malta, u l-ewwel għannejja tagħha ilhom li tmermru fit-trab ta’ qabarhom.
“Il-mejjet mal-mejtin,” jgħid il-Malti, u li ma kinux is-siltiet ta’ poeżija li dehru fl-antoloġiji tal-Malti fi żmien aktar qrib tagħna, illum ftit wisq kienu jkunu jafu b’Ġan Anton Vassallo, Professur tat-Taljan fl-Università tagħna u l-aqwa poeta liriku ta’ dak iż-żmien. Dan ilbniedem li fi żmienu kellu jduq minn tal-ewwel il-bewsa tal-Muża Maltija, għex wieħed u ħamsin sena li fihom ħadem u kiteb biżżejjed biex jibqa’ jissemma għall-ħidma letterarja tiegħu.1 Iben il-Belt Valletta Ġan Anton Vassallo twieled ilBelt fis-6 ta’ Ġunju 1817 minn Vincenzo u Maria Vassallo. Ta’ sitt snin beda jattendi skola mmexxija minn saċerdot Malti, Dun Ġwakkin Attard, li kien meqjus bħala teologu għaref. Ta’ erbatax-il sena, telaq minn din l-iskola imma kompla bilqari ta’ poeti klassiċi Taljani. Fost l-oħrajn insibu li attenda l-klassijiet ta’ Dun Pietru Pawl Psaila u Dun Ġużepp Zammit, Brighella, magħruf ħafna għall-kitba tiegħu bil-Latin. Dan wasslu biex ikun jaf tajjeb il-Malti, it-Taljan, il-Latin, il20
Franċiż,2 l-Għarbi3 u xi ftit l-Ingliż. Kien ukoll f’dan iż-żmien li beda jikteb diversi poeżiji li fil-biċċa l-kbira tagħhom baqgħu ma ġewx ippubblikati, waqt li oħrajn ixxandru mingħajr ismu.
Fit-8 ta’ Jannar 1839, Ġan Anton Vassallo beda l-kors tal-liġi fl-Università u ħa l-lawrja ta’ avukat fis-6 ta’ Lulju 1842.4 Huwa ċċelebra dan is-suċċess bil-kitba ta’ innu lil San Ivone, protettur tal-avukati. Dan l-innu jinsab filkollezzjoni ta’ poeżiji tiegħu fil-Biblijoteka Nazzjonali. Madankollu l-preferenza tiegħu ma kinitx għall-professjoni legali imma għalletteratura. Fl-1842, meta kellu 25 sena, Ġan Anton Vassallo ta’ sehmu fil-lingwa Maltija billi beda jikteb ilpoeżija bil-Malti. Huwa kiteb ukoll bit-Taljan.5
Għalliem u professur tat-Taljan Fis-sajf tal-1844 Vassallo mar Lixandra, l-Eġittu, imma, imxennaq għal art twelidu, fl-1 ta’ Settembru 1845, huwa ħalla l-Eġittu u reġa’ lura lejn Malta. Fl-1850 ġie mistieden u aċċetta li jibda jgħallem it-Taljan filLiċeo. Hemm, Vassallo baqa’ jaħdem għal qalbu tlettax-il sena sħaħ, sakemm fit-28 ta’ Diċembru 1863 ġie magħżul bħala Professur tal-letteratura Taljana fl-Università ta’ Malta. F’dan iż-żmien huwa ddistingwa ruħu bħala bniedem ta’ intelliġenza kbira u valuri morali sodi.
Ġan Anton Vassallo (minn Storia di Malta Raccontata in Compendio, 1890).
Festa Madonna tal-Karmnu
Valletta 2017
B’xorti ħażina ma setax idum wisq jagħti l-lezzjonijiet għaliex, wara ftit, waqgħet
fuqu bħal aljenazzjoni mentali li kien ilu li beda jħoss, u f’qasir żmien kellu jieqaf mit-tagħlim.6 Ħbiebu ppruvaw iderrulu u t-tabib Nikola Zammit irnexxielu jehdih billi ħajru jikteb filġurnal letterarju L’Arte (1862-1866). F’dan ilġurnal, Vassallo ħareġ bosta artikli fuq l-istorja ta’ Malta, bijografiji ta’ personalitajiet Maltin magħrufa, sunetti, poeżiji u għadd ta’ Scherzi Satirici.7 Bit-Taljan ħareġ La Storia di Malta raccontata in Compendio (1854).8 Bil-Malti kiteb Il-Ħajja tal-Appostlu Missierna San Pawl (1858),9 kif ukoll Ġesù Kristu fid-Dinja (1861) u żewġ kotba ta’ poeżija, wieħed bl-isem ta’ Ħrejjef bil-Malti (1861) u ieħor bl-isem ta’ Ħrejjef u Ċajt bil-Malti (1863).10 Huwa kiteb ukoll dwar temi reliġjużi.
Aktarx li l-aktar xogħol magħruf tiegħu huwa Il-Ġifen Tork, epika li kiteb fl-1842, meta kien għad kellu 25 sena u qraha hu stess quddiem l-Accademia Filologica, qabel ma stampaha għall-ewwel darba fl-1853, għaxar snin wara. Hija l-unika epika li għandna fil-letteratura Maltija. Din il-poeżija epika tuża l-ġrajja, li seħħet fl-1760, ta’ sebgħin ilsir Malti Nisrani li nħatfu mill-ġifen Tork Corona Ottomana (magħruf aktar tard bħala La Corona del Gran Signore) wara ġlieda mat-Torok huma u jsalpaw lejn Malta. Dawn jagħmlu pellegrinaġġ lejn il-Mellieħa biex jirringrazzjaw lill-Madonna. Vassallo jigglorifika lill-Maltin u jipprova jnissel fiduċja fil-Maltin ta’ żmienu u sens ta’ nazzjonaliżmu billi jinqeda bil-ħakkiema u jgħid li minħabba fina l-Maltin huma ġabu l-glorja tagħhom.
Tpinġija ta’ ex-voto fil-Mużew tas-Santwarju f’Ħaż-Żabbar li turi ġifen simili għall-Corona Ottomana li fuqu Vassallo jibni l-epika tal-Ġifen Tork, 1842.
Festa Madonna tal-Karmnu
Hawn Vassallo jgħaqqad il-preżent malimgħoddi u hekk iseddaq in-nazzjonalità talMaltin. Il-poeżija hija simbolu tal-ġrajja ta’ Malta tul iż-żminijiet. Il-ġifen huwa l-gżira ta’ Malta u l-ilsiera huma l-Insara Maltin. Ix-xewqa perpetwa tal-Maltin hi li jeħilsu mill-għadu mhux Nisrani. Importanti f’kull epika huwa l-intervent divin, f’dan il-każ bl-interċessjoni tal-Madonna. F’kull epika hemm eroj imma f’Il-Ġifen Tork mhuwiex bniedem wieħed iżda l-kotra, l-għaqda fost il-Maltin, li titqabad flimkien u titlob flimkien u tirbaħ flimkien kontra għadu qawwi.11
Ħafna poeżiji tiegħu bit-Taljan ingħataw minnu stess lill-Biblijoteka Nazzjonali bħala ġabra waħda. Xi żmien wara, Vassallo reġa’ rreveda l-bijografiji ta’ personaġġi li ħadmu favur ilMalti. Hu neħħa mill-ġabra dawk li huwa deherlu li ma kinux tal-livell mixtieq u ħalla biss l-aħjar fosthom. Jibqa’ magħruf ukoll għall-poeżiji liriċi bħal Iż-Żgħurija kif ukoll traduzzjonijiet mil-Latin, fosthom Dies Irae.
Eleva l-poeżija Maltija F’nofs is-seklu 19, Vassallo eleva l-poeżija Maltija għal livell għoli fi żmien meta l-ilsien Malti kien kważi injorat.12 Huwa refa’ l-vers popolari, ilvers tat-tmienja, għal livell letterarju.13
Il-produzzjoni poetika Maltija ta’ Vassallo tinxtered bejn is-snin 1842-1863.14 Fil-kuntest tal-kitba skarsa ta’ dik il-ħabta, l-aktar filqasam tal-versi, il-personalità tiegħu għandha importanza ġmielha, kemm għal dak li kiteb u wisq aktar għall-qagħda storika u lingwistika li għex fiha.15 L-interess ta’ Vassallo fil-poeżija popolari, imnissel minn ġibdiet letterarji, wasslu wkoll għal studju aktarx dettaljat dwar in-natura, ilbini u l-motivi li jispiraw il-għana tal-poplu. Dan nistgħu ngħiduh minn xi kitbiet li, għalkemm anonimi, ismu jinqara ċar fihom, għaliex bħal tħoss l-ispirtu tiegħu jdur miegħek inti u taqrahom. Fihom insibu l-fehmiet tiegħu, imfissrin ċari daqs il-kristall, il-frott ta’ studju twil u bis-sabar, u jingħaraf malajr l-istil tiegħu. Valletta 2017
21
Dawn huma dokumenti li juru bħal f’mera l-moħħ ta’ Vassallo kif ukoll l-interess li kellu f’din ix-xorta ta’ letteratura popolari, barra li jinħass fihom it-tqanqil ta’ kurrenti tarRomantiċiżmu ta’ żmienu, li minnhom huwa jislet il-qawwa tal-lirika tiegħu bil-Malti.16
Meta nqeda bil-Malti għall-poeżiji tiegħu, u mexa fuq l-għana tal-poplu, Vassallo wera li kien tassew Romantiku kif kienu jifhmu din il-kelma fl-Italja, fejn ir-Romantiċiżmu kien aktarx iqis bħala “poeżiji popolari” dawk miktubin għallpoplu, bi skopijiet ta’ tagħlim u ta’ formazzjoni, u fost l-obbligi ewlenin tal-letteratura kien qiegħed ukoll l-obbligu li jaqdi dawn ilbżonnijiet. Il-lingwa ta’ Vassallo kienet xi ħaġa ġdida għalkollox fil-lirika tagħna miktuba bissengħa. Meta fl-1853 il-poeżija tiegħu daħlet fil-kotba tal-qari fl-iskejjel tal-Gvern li dik il-ħabta,17 ġara li l-versi ta’ Vassallo xterdu iktar fost il-klassijiet iż-żgħar u mindaqqiet, ilpoeżija tegħu saret ukoll “popolari” fis-sens ta’ “tradizzjonali”, għax baqgħet ġejja bħala wirt tal-poplu sa żmienna. Bħala eżempju ta’ dan nistgħu nsemmu l-poeżija Tifħira lil Malta, miktuba minn Vassallo fl-1850, allura fi żmien meta kien għad ma għandniex Innu Malti u għalhekk kienet isservi bħala innu nazzjonali billi titkanta fl-iskejjel u waqt ħafna manifestazzjonijiet politiċi Maltin. Il-versi tagħha huma dawn: Int sabiħa, o Malta tagħna! B’kull tifħir, o Gżira mbierka Mhux għax Malti nfaħħrek jien; Il-għorrief semmewk, kitbuk; Issemmik id-dinja kollha, Għal insiġ idejn uliedek Magħruf ġmielek kullimkien. Elfejn sena ilu faħħruk.
Imgħottija bl-isbaħ sema, Liema ħaġa li fik tinbet L-ogħna dawl ix-xemx tagħtik, Tjieba u benna ma turix? Ma xxawtekx, bil-ħlewwa ssaħħnek, Il-larinġa, il-frawla tiegħek Ġid iġġiblek u tqawwik. Min fid-dinja ma jsemmix? 22
Festa Madonna tal-Karmnu
Fik il-bard lil ħadd ma jikser U xi ngħid mill-għasel tiegħek? Meta x-xemx tgħaddilek bgħid, Liema bniedem ma jfaħħrux? Ma jiġix inhar tul sena Jekk iduru d-dinja kollha Illi ma jsaħħnekx xi ftit. Oħla minnu ma jsibux. U l-art tiegħek kulma tagħmel Fik il-qronfla, fik il-warda Kollu tajjeb, kollu bnin; Biex tħawwilhom l-anġli ġiet, Ġewwa bliethom il-frott tiegħek Imkien ġmielhom, imkien bħalhom, Jixtiquh wisq barranin. Fihom riħa tas-smewwiet. Illi l-ġid bil-wisq tagħtina Ġewwa fik, o Gżira tagħna, Qaluh fl-ibgħad żminijiet; Ħlief il-ħlewwa ma tidhirx; Filli tagħti għad li żgħira U kif le, jekk ismek, ismek Tisboq ’il bosta artijiet. Ħlief il-għasel ma jfissirx? Tqanqil il-qalb u patrijottiżmu Huwa kiteb lirika mimlija tqanqil il-qalb u metri varjati. Vassallo jdaħħal ħafna l-personalità mnikkta tiegħu u l-kumpless ta’ persekuzzjoni li kien ibati bih, fil-versi tiegħu. Dan jinħass l-aktar f’poeżiji bħal Żgħożija, Tifkir tal-Biki, Lapsi, u Żgħorija li tibda bil-vers magħruf “O żmien ħelu kif għaddejtli”.18 Il-ħajja għalih kienet tfisser taħbit u inkwiet biss. Fl-1862 Ġan Anton Vassallo megħjun minn Salvu Agius ippubblika Storja ta’ Malta Miktuba Għall-Poplu, l-ewwel xogħol ta’ din ix-xorta f’pajjiżna.19
Erba’ aspetti li joħorġu mill-poeżija tiegħu huma:
• is-sens qawwi ta’ patrijottiżmu kif jidher f’Mannarinu, La Valette, Wignacourt, Malta u ġensha, Il-Port ta’ Malta, Tas-Sliema u l-famuża Tifħira lil Malta;20 Valletta 2017
• is-safar bħala ħtieġa soċjali u bħala turufnament bħal L-Imsiefer, Għarus imsiefer lill-Għarusa, L-Għarusa lill-Għarus Imsiefer, Is-Safar, u Itturfnat;
• id-didattiċiżmu b’elementi satiriċi fini bħal Il-Ħurrieqa u l-Warda, Ktieb Sabiħ, IlQanpiena tal-Fuħħar, Il-Musbieħ il-Lejl, u IxXiħ u x-Xitan; • il-ħila għan-narrattiva poetika kif jidher f’IlĠifen Tork. F’Il-Ballata għal Manzor u Maria, Vassallo juża l-vers tal-ħamsa, tal-għaxra u tas-sebgħa biex idaħħal id-drammatiċità skont il-burdati differenti. Vassallo esperimenta ħafna bil-metrika.
kien iseħħ għax għalih il-lingwa Maltija kienet sinjura biżżejjed biex tiġi mitkellma fl-ibliet u anki biex tintuża bħala lingwa regolari. Hu ried li tiġi mitkellma minn kull tip ta’ bniedem fqir u sinjur. Il-Malti kien jidhirlu li għandu jinkiteb kif inhu mitkellem fl-ibliet biex ikun Malti suffiċjenti, anzi għani u jkun jista’ jinqeda bih kull min irid ifisser il-kunċetti tal-ħajja ċivili.22
Mewt bikrija Wara marda qalila, Vassallo miet qasir il-għomor fl-età ta’ 51 sena mal-lejl tat-28 ta’ Marzu, 1868. L-għada ħaduh fil-knisja tal-Madonna talKarmnu, il-Belt Valletta, akkumpanjat minn nies ta’ kull klassi u merfugħ fuq spallejn l-istudenti tiegħu li niżżluh huma stess fil-qabar fost il-biki ta’ kulħadd. Fl-4 ta’ April, fil-knisja ta’ Santa Marija Ta’ Ġesù, fil-Belt stess, saret quddiesa De Requiem b’suffraġju tiegħu, bil-mużika ta’ ħabibu Mro. Dott. Paolo Nani.23
Il-kopertina ta’ Storja ta’ Malta miktuba għall-Poplu, 1862.
Il-ħsieb letterarju ta’ Vassallo jinqasam fi tnejn: fuq naħa hemm il-ġid morali, filwaqt li fuq in-naħa l-oħra hemm il-gost letterarju. Ried jgħallem daqskemm ried jagħti gost u pjaċir. Iżda bejn il-ġid u l-pjaċir, Vassallo kien jifhem li l-aqwa ħaġa għandha tkun l-effett li joħroġ mill-pjaċir, għax għalih jekk mil-letteratura ma jinstilet ebda ġid, mela l-letteratura tkun ingombru tal-moħħ.21
Ġan Anton Vassallo kien juża kemm il-Malti kif ukoll it-Taljan bħala għodda għat-tagħlim. Dan Festa Madonna tal-Karmnu
Il-kopertina ta’ Vita ed Opere del fu Professore Dr Gio – Antonio Vassallo miktuba fl-1868 minn Paolo Cesareo, wieħed mill-allievi tiegħu.
Jidher li dan il-poeta għadda ħajtu maħkum minn swied il-qalb kbir. Ħabibu, it-Tabib Nikola Zammit, jikteb hekk fuq il-marda li kellu: “Kienet melankonija, dwejjaq tal-ħajja, mewġa qasira li minnha kien donnu ħeles għalkollox … Imma dik ma kinitx ħlief waqfa qasira: fi ftit xhur ħakmitu mill-ġdid il-marda u b’qawwa ikbar minn qabel. Valletta 2017
23
Kiebi, ħiemed, beżżiegħi minnu nnifsu, waqa’ fi swied il-qalb kbir … beda jisħajjel li kulħadd madwaru konfoffa waħda biex jgħakksuh talli sejjer għall-agħar; dan il-bniedem, imdawwar b’tant għożża, ma kienx joħlom ħlief li qed jiġi ppersegwitat … U b’din it-telqa tal-moħħ, naqsitu t-tama li jerġa’ jirpilja. Għalxejn issabbru u tipprova ddawru, huwa ma baqax jifhem iktar il-kliem tal-ħbiberija, u mħarbat mir-rovina tiegħu nnifsu, ma bediex jara ħlief il-kruha talisfortuna mdendla fuq rasu…”24 Paolo Cesareo, li kiteb il-bijografija ta’ Ġan Anton Vassallo fl-1868 bit-titlu ta’ Vita ed Opere del fu Professore Dr Gio – Antonio Vassallo, jagħtina ritratt tiegħu b’dawn il-kelmiet:
“Vassallo kien ta’ statura komuni, xagħru iswed. Kien jidher ħosbien iżda kien jaf ikun ferrieħi mal-ħbieb, serju u dinjituż fl-imġiba. Kien sempliċi fid-drawwiet tiegħu, eżatt fi dmirijietu, ħerqan fil-ħbiberija. Kien twajjeb ma’ kulħadd u teneru. Kien konvint ħafna fit-twemmin Nisrani tiegħu waqt li l-imħabba lejn ir-reliġjon u l-imħabba lejn il-pajjiż kienu l-argumenti li kien iħobb l-aktar.”
Il-knisja l-antika tal-Madonna tal-Karmnu, fil-Belt Valletta, mibnija taħt it-tmexxija tal-inġinier tal-Ordni, Ġlormu Cassar, il-post fejn indifen Ġan Anton Vassallo.
24
Festa Madonna tal-Karmnu
Referenzi 1 Cassar Pullicino, Ġ., “Il-Poeżija ta’ Ġan Anton Vassallo,” f’Kitba u Kittieba tal-Malti, It-Tieni Ktieb, 1964, p. 73. 2 Vassallo nġibed ħafna mill-ħrejjef ta’ La Fontaine u La Motte. 3 Mill-Għarbi, Vassallo kien iħobb inissel il-kliem Malti. 4 Waqt dan il-kors universitarju, Vassallo spikka fost sħabu għall-għerf tiegħu għad li kien iżgħar minnhom fiż-żmien. Din il-ħaġa laqtet lil min kien jgħallmu, fosthom Dott. Sigismondo Dimech u Ferdinando Caruana. (Cassar Pullicino, Ġ., “Il-Poeżija ta’ Ġan Anton Vassallo,” f’Kitba u Kittieba tal-Malti, It-Tieni Ktieb, 1964, p. 74) 5 Fl-istorja tal-letteratura Maltija, Vassallo hu aktar magħruf bħala poeta li mexa kontra t-tradizzjoni tal-kittieba ta’ żmienu billi ħaddem il-lingwa Maltija f’xogħlijietu. Il-ħsibijiet tiegħu, li huma mnissla minn għajn ta’ edukazzjoni u kultura Taljana, jinsabu mxerrda f’korrispondenzi, f’daħliet ta’ antoloġiji poetiċi tiegħu stess u fid-daħla għall-kors tal-letteratura Taljana. (Attard, J., L-Estetika Maltija, 1997, p. 43) 6 Cassar Pullicino, Ġ., Il-Bennejja tal-Folklore Malti, 1964, p. 29. 7 Cassar Pullicino, Ġ., “Il-Poeżija ta’ Ġan Anton Vassallo,” f’Kitba u Kittieba tal-Malti, It-Tieni Ktieb, 1964, p. 74. 8 Dan il-volum oħxon, fi kliem il-Professur Vincenzo Laurenza “vuol essere un’ampia sintesi di tutti i lavori precedenti e, dopo la Malta Illustrata del Ciantar, per genialità d’intuizione, per ardore di passione, occupa senza dubbio il posto più eminente nella storiografia generale dell’isola.” (Cassar Pullicino, Ġ., Kitbiet Oħra tas-Seklu Dsatax, Malta, 2002, p. 44) 9 Il-Ħajja ta’ San Pawl inkitbet fl-okkażjoni taċ-ċentinarju Pawlin tas-seklu dsatax, fuq talba tal-kumitat maħtur mill-kapitlu ta’ San Pawl Nawfragu li deherlu li kienet tkun ħaġa xierqa li toħroġ ħajja tal-kbir Appostlu bil-Malti għall-ġid ta’ dawk li għalihom aħjar jaqraw bil-Malti. (Cassar Pullicino, Ġ., Kitbiet Oħra tas-Seklu Dsatax, Malta, 2002, p. 28) 10 Fid-daħla għal din il-kitba, Vassallo jagħti r-raġuni għaliex uża l-lingwa komuni Maltija kif mitħaddta flibliet, fil-kitba tal-poeżiji waqt li jwieġeb lil xi filoloġi ta’ żmienu li kienu favur il-lingwa safja. Hu jgħid li jekk mil-lingwa jitneħħew l-elementi barbari biex tibqa’ safja, tispiċċa fix-xejn għax dawn l-elementi jsawru l-karattru tagħha billi jitfgħu dawl fuq il-ħajja Maltija attwali. (Attard, J., L-Estetika Maltija, 1997, p. 43) Aktar minn hekk, Vassallo ried stil sempliċi u ħaj biex ma jgerrixx il-poplu li ried iressaq lejh. Din hi l-linja li kien għażel Manzoni fl-Italja, li ried jibdel il-lingwa letterarja minn lingwa mejta, magħluqa fil-kotba u aċċessibbli biss għal-letterati, għal lingwa ħajja, mudell għat-Taljani kollha. (Brincat, J., Il-Malti Elf Sena ta’ Storja, Malta, 2000, p. 152) 11 Permezz ta’ din il-poeżija, Vassallo juri wkoll ilkapaċità tal-ilsien Malti li jimmira għal livelli għoljin. Il-poeżija fiha 116-il sestina b’696 vers, miktuba bilvers tal-ħdax. Irrimata. Vassallo juża kliem arkajku. Hija mqassma fi tliet kanzunetti: l-ewwel - Il-Ftehim u l-Għaqda bi 38 sestina; it-tieni - It-Taqtigħa u l-Ħarba b’41 sestina u t-tielet - Il-Wegħda b’37 sestina.
Valletta 2017
(Vassallo, Ġ., Il-Ġifen Tork, Klabb Kotba Maltin, 1975) Sakemm kiber u ħa l-professjoni, l-interess tiegħu filMalti ġiegħlu bilfors isir jaf bit-tfixkil li kien hemm biex l-ilsien Malti jinkiteb kif imiss u biex jieħu sura letterarja. F’dik il-ħabta kienet taħkem ukoll ilkwistjoni tal-alfabett. 13 Fil-kelmtejn qabel ta’ Saggi di Favole Morali (1861) naqraw “... ħaġa tal-għaġeb kemm jadatta ruħu l-ilsien Malti għal dil-fergħa tal-letteratura: imma meta jiġi għall-versi u għar-rima, sew fil-ħrejjef kemm f’għamliet oħra ta’ poeżija, għandu jitħaddem fil-qies naturali tal-vers, ta’ tmien sillabi, u sewwasew kif jitħaddem il-vers ottonarju tat-Taljan.” (Cassar Pullicino, Ġ., IlBennejja tal-Folklore Malti, 1964, p. 30) Kien Vassallo wkoll li fetaħ it-triq għal metri oħra u bħalu mxew kittieba oħra fuq il-mudell tal-poeżija Taljana. (Cassar Pullicino, Ġ., Il-Kitba bil-Malti sal-1870, Malta, 2001, p. 87) 14 Jista’ jingħad li l-ħidma letterarja ta’ Vassallo tibda mat-twaqqif tal-Accademia Filologica fl-1843. 15 Friggieri, O., Kittieba ta’ Żmienna, 1976, p. 209. 16 Cassar Pullicino, Ġ., Il-Bennejja tal-Folklore Malti, 1964, p. 30. 17 Poesie Maltesi ad uso delle Scuole Primarie, Malta, 1853. 18 Xaqq dawl fuq il-bidu ta’ dan id-dwejjaq u swied ilqalb tagħtina poeżija stampata minn Ġużè Muscat Azzopardi minn manuskritt oriġinali li kien wasal f’idejh mingħand il-werrieta ta’ Vassallo. Wara diżappunt li kellu fl-imħabba, Ġan Anton qatagħha li poeżija aktar ma jiktibx, u fuq din l-aħħar poeżija, li kellu jkun jisimha Tifkir tal-Biki, ħalla miktub bitTaljan: È questa l’ultima poesia che scrissi in lingua maltese: nè scriverò mai più! (Is-Salib, 18 ta’ Ottubru 1901, p. 2) 19 Vassallo ried li l-kotra tal-poplu li ma tafx ħlief bilMalti, titgħallem ukoll dak li għaddiet minnu Malta tul iż-żmien u għalhekk ħaseb biex jagħti f’idejn il-Maltin ktejjeb li fih ikun hemm miġbura l-ġrajja ta’ pajjiżna. Il-ħsieb tiegħu jfissru fil-“Kelmtejn Qabel Nibdew” 12
Festa Madonna tal-Karmnu
fejn jgħid: “Qal wieħed għaref (u qal sewwa), li jekk ilbniedem fid-dinja ma jkunx jaf ħlief dak biss illi jiġri fi żmienu, jibqa’ dejjem bħal tifel. Ma ngħidux illi wieħed għandu jkun jaf kulma ġara u jiġri kullimkien, iżda għall-inqas dak li jkun ġara f’pajjiżu. Sabiex ikun jaf dana, jeħtieġ ikollu xi kotba li fihom jista’ jaqra miktuba fil-lsien tiegħu, jew f’ieħor illi jifhem; iżda wisq min-nies ma jifhmux sewwa ħlief tagħhom: jekk dawn immela ma jkollhomx il-ktieb li jeħtieġu, miktub fil-lsien li jafu, li tgħallmu sa mill-ħalib, dawna jibqgħu għal dejjem bla ma jafu l-istorja ta’ pajjiżhom. Għaldaqshekk immela dehrilna xieraq u sewwa illi niktbu bil-Malti hedek li ġara f’hedawna l-gżejjer fiż-żmenijiet imgħoddija; u dana għal hedawk kollha illi ma jistgħux jewwilla jkunu jafuh minn kotba oħra miktuba f’ilsien barrani …” 20 Dan is-sens ta’ patrijottiżmu ġiegħlu jishar min jaf kemm-il lejla fuq il-karti qodma biex idomm u jikteb il-ġrajjiet tal-istorja tagħna. Imma waqt li fil-kitba talistorja, kien marbut mill-fatti u mid-dokumenti, filkitba tal-versi ħass ruħu ħieles minn kull irbit, misjuq fil-għoli fuq il-ġwienaħ tal-poeżija. 21 Vassallo kien jisħaq fuq l-edukazzjoni tal-poplu blgħajnuna ta’ kitbiet letterarji bil-lingwa Maltija wkoll. Skont Vassallo, il-lingwa, barra milli ħija ta’ benefiċċju morali, issir utli meta tiftaħ beraħ il-bibien taledukazzjoni bl-għajnuna ta’ lingwi barranin li huma mera ta’ kull ċiviltà. Il-lingwa tiġi qabel l-intelligenza tal-poplu għax l-ilsien hu mezz ta’ tagħlim popolari li jiżviluppa l-intelliġenza bħalma qal Santu Wistin li jekk il-lingwa tintuża b’mod ħażin, ma tistax tgħallem lill-poplu. (Attard, J., L-Estetika Maltija, 1997, p. 44) 22 Fil-kitba tiegħu, Vassallo kien jagħżel kliem mexxej u li jinftiehem minn kulħadd. La kien safi żżejjed u lanqas barrani bla bżonn. Jidher li kellu idea sewwa ta’ kif il-lingwa għandha titqies bħala ħaġa ħajja u l-kliem tiegħu għadu jdoqq frisk u jgħodd ukoll għal-lum. 23 Cassar Pullicino, Ġ., “Il-Poeżija ta’ Ġan Anton Vassallo,” f’Kitba u Kittieba tal-Malti, It-Tieni Ktieb, 1964, p. 74. 24 Cassar Pullicino, Ġ., “Il-Poeżija ta’ Ġan Anton Vassallo,” f’Kitba u Kittieba tal-Malti, It-Tieni Ktieb, 1964, p. 75.
Valletta 2017
25
L’Angolo SOUVENIR SHOP
Ranieri
Restaurant - Cafeteria
Statwi Reliġjużi Souvenir ta’ Malta Xogħol fin tal-filugranu 62, Old Teatre Street, Valletta
Bl-aqwa Prezzijiet !!!
39, Republic Street, Valletta Tel: 2124 9063
MEN’S WEAR 68/69, South Street, Valletta Tel: 21236001 Mob: 7923 6001, 9942 6246 vigomenswear@gmail.com
Elegant Suits at Best Prices
SOAP BOX Detergents
2, Pjazza 7 ta’ Ìunju, Óamrun (Ódejn Radio Galaxy) Mob: 7977 7723 • Special Offers every Monday • Very Discounted Prices OPENING HOURS: Mon – Fri : 08.00 – 13.00, 16.00 – 19.00 Sat : 08.00 – 13.00
FOOD BOX
Self Service
11, Pjazza 7 ta’ Ìunju, Óamrun (Ódejn Radio Galaxy)
Mob: 7977 7723 OPENING HOURS: Mon – Fri : 06.00 – 13.00, 16.00 – 19.00 Sat : 06.00 – 13.00 28
Festa Madonna tal-Karmnu
Valletta 2017
Il-Festa tal-Madonna tal-Karmnu 1957 Martin Gravina
Dip.Educ. (Admin. & Mangt.)
Il-Festa tal-1957 kienet deskritta bħala waħda ta’ devozzjoni kbira, fejn il-Maltin u l-Għawdxin urew kemm hi għal qalbhom id-devozzjoni lejn il-Madonna tal-Karmnu. L-għadd kbir ta’ nies minn kull raħal ta’ Malta u Għawdex li kienu żaru s-Santwarju Bażilika, kien wieħed kbir kemm lejlet u f’jum il-festa kif ukoll anki matul in-novena. Imma din is-sena tibqa’ mfakkra għal meta d-devoti Karmelitani wrew l-imħabba tagħhom fl-opri li kienu inawgurati.
Il-qofol tal-festa kien lejlet u nhar is-16 ta’ Lulju. Fil-15 ta’ Lulju, wara l-quddiesa kantata tat-tmienja ta’ filgħodu kien hemm il-funzjoni tat-tifkira tal-inkurunazzjoni tal-Madonna talKarmnu. F’din il-funzjoni il-patrijiet kantaw ir-Regina Coeli, bl-Oremus taċ-ċirkostanza u fl-aħħar it-Te Deum. Fis-sitta ta’ filgħaxija, mill-Oratorju tal-Fratellanza tal-Madonna talKarmnu saret it-translazzjoni, u wara Għasar solenni, kumpieta kantata, Salve Regina, Litanija, Flos Carmeli u Barka Sagramentali. F’dak li għandu x’jaqsam mal-festi esterni, ittoroq kienu armati għall-okkażjoni, filgħaxija il-Banda Naz. La Vallette, tellgħet programm fi Pjazza Reġina, filwaqt li l-Banda tal-Marsa wara li għamlet marċ, għamlet preżentazzjoni ta’ programm ħdejn is-Santwarju.
Is-Santwarju tal-Madonna tal-Karmnu ippakkjat bin-nies nhar il-ġurnata għażiża tas-16 ta’ Lulju
Festa Madonna tal-Karmnu
Nhar is-16 ta’ Lulju jum il-festa tal-Madonna tal-Karmnu, l-ewwel quddiesa ġewwa l-Bażilika kienet fit-3.30 ta’ filgħodu, u minn dak il-ħin il-knisja dehret maħnuqa bin-nies sal-aħħar quddiesa li kienet f’nofsinhar.
Fil-ħamsa u nofs ta’ filgħodu kien hemm ilmatutin kantat bir-responsorji bil-mużika. Imma l-qofol ta’ din l-għodwa ntlaħaq meta wara l-kant tat-Terza li kien għall-ħabta tad-disgħa neqsin kwart, ġiet iċċelebrata l-quddiesa prelatizja skont ir-rit Karmelitan. Wara l-vanġelju, il-paniġierku tnissel millKanonku tal-Kolleġġjata ta’ San Pawl tal-Belt Valletta, Dun Vinċenz Azzopardi. Sa nofsinhar, il-quddies kien fuq l-altari kollha, imma l-aktar b’mod speċjali fit-tribuna quddiem ix-xbieha inkurunata u l-altar tal-vara li ma qata xejn. Kien hemm numru kbir ta’ saċerdoti sekulari u regulari biex iqaddsu. Straordinarju kien ittqarbin, fejn Beltin, raħħala u Għawdxin sa millewwel quddiesa ffullaw biex jitqarbnu. Kien ġie nnottat li sakemm beda l-paniġierku t-tqarbin ma qata xejn, fejn kien hemm tliet saċerdoti daqqa jservu ’l xulxin u daqqa jqarbnu tlieta flimkien. Wara l-paniġierku ssokta t-tqarbin sa wara l-quddiesa ta’ nofsinhar. Kien ġie rrapurtat li skont kalkulu li sar minn qarben, u minn min ħa ħsieb biex jippurifika l-pissijiet, l-għadd tattqarbin kien bejn disa’ u għaxart’elef. Minkejja li ġewwa l-Bażilika kien hemm sħana kbira, sew minħabba l-folol tan-nies, kif ukoll minħabba l-mixegħla ġewwa l-knisja, b’danakollu donnu ħadd ma xtaq li joħroġ minn hemm.
Fl-erbgħa ta’ waranofsinhar, kif kienet l-użanza, kien hemm ukoll paniġierku ieħor minn Patri S. Busuttil O.F.M. Kif intemm il-paniġierku kien hemm barka papali, għasar solenni minn Patri Anselmu Chircop u ħruġ tal-purċissjoni fost ħlejjaq ta’ nies. Fid-dħul tal-purċissjoni tkantat Valletta 2017
29
Ella’s Mini Market 58, St Patricks Street, Valletta Mob: 9944 7998, 7764 6540
Trafalgar
Giftware & Art Gallery
Untitled-2 1
22, City Gate, Valletta VLT 1010 Tel: 2123 6467 ‘Manor Complex’, Triq il-Maskli, Qawra SPB 1481 Tel: 2158 5599 Email: trafalga@maltanet.net
Micallef Joe Travel
Nispeċċjaliżżaw fuq ġiti lejn Sqallija tul is-sena kollha Vjaġġi ta’ ġurnata bil-katamaran u blajruplan Tour għal Polonja Tour lejn Reggio Calabria Weekend breaks kull ġimgħa Vjaġġi ndividwali lejn kwalunkwe destinazzjoni u aktar ma’...
Micallef Joe Travel
93, Triq San Tumas, Ħamrun Tel:27/21228586 Mob:99471167 www.micallefjoetravel.com info@micallefjoetravel.com
Tel: 2780 0812 Mob: 7711 1224 7796 5037 Email: radiocitymalta@yahoo.com Streaming: www.ustream.tv/channel/ radiocitymalta
is-Salve Regina u l-Litanija kif ukoll il-mistennija antifona Flos Carmeli. L-għeluq ta’ dawn il-festi sar bil-Barka Sagramentali. F’dan il-jum ma naqasx is-sehem ta’ diversi baned kif jixhed il-programm imħejji ta’ dik is-sena. Il-baned hawn imsemmija wara li għamlu marċ daqqew programm. Dawn kienu l-Queen Victoria tażŻurrieq fi Pjazza r-Reġina, il-Banda tan-Naxxar f’Misraħ l-Assedju l-Kbir u dik ta’ San Pawl ilBaħar ħdejn is-Santwarju. Jissemma li f’din ilġurnata fl-għaxra u kwart ta’ bil-lejl kien hemm ukoll il-logħob tan-nar.
Opri ġodda L-ewwel daqqa t’għajn hekk kif wieħed jidħol fis-Santwarju Bażilika hija x-xbieha inkurunata tal-Madonna tal-Karmnu mill-Kapitlu Vatikan fil-15 ta’ Lulju 1881. F’dik is-sena żżanżan gwarniċun ġdid tal-fidda (925/0000) li miegħu tiddendel il-purtiera rikka u kollha rakkmu. Iddisinn tal-gwarniċun kif ukoll kważi l-mudell kollu bl-iskultura kien xogħol tad-disinjatur Carmelo Tonna mir-Rabat ta’ Malta. L-irjus talanġli u l-mazzettuni kienu mudellati fuq il-ġibs mill-pittur u skultur Emmanuele Borg Gauci minn Ħal Qormi. Dan il-gwarniċun kien ġie espost fl-Oratorju tal-Arċikonfraternità ta’ San Ġużepp tal-kunvent tal-Karmnu tal-Belt xi jiem qabel. Kull min ra din l-opra faħħar id-disinn kif ukoll għall-eżekuzzjoni tiegħu. Ma’ din l-opra żżanżnu wkoll żewġ rużuni kbar tal-fidda, li huma bħal pumi biex tinżamm il-purtiera minnofs miftuħa kif ukoll żewġ rużuni oħra ikbar, bħal plakki tal-fidda li magħhom jitwaħħlu ż-żewġ brazzi tad-dawl, taħt il-kwadru. Dawn kif ukoll il-gwarniċun kienu nġiebu minn Milan mid-Ditta George Zammit tal-Belt Valletta. Il-ġbir għal dawn l-opri kien sar min Patri Lawrenz Sammut O. Carm mingħand id-devoti tal-Madonna tal-Karmnu li kienu kkontribwew bil-kbir. F’din il-festa kienu żżanżnu wkoll tmien lampieri ġodda tal-fidda, magħmula fuq l-istil tal-gwarniċun. F’dawn il-lampieri naraw tliet irjus ta’ anġlu minfejn jiddendel il-lampier u finnofs bil-mazzettuni marbutin b’kukkarda kollox tal-fidda, saħansitra anki l-ġummiema tagħhom hija tal-fidda, u l-katina li minnhom jiddendel hija speċjali. Dawn kienu saru għand Francis 32
Festa Madonna tal-Karmnu
Is-Sopraporta flimkien ma’ rużun kbir tal-fidda biex miegħu tintrabat il-purtiera tas-Santwarju li żżanżnu fil-festa tas-sena 1957
Cassar ta’ Bormla. Dawn il-lampieri kien ġabar għalihom Fra Rafel Mamo O. Carm. mingħand id-devoti li riedu jkollhom sehem anki f’din l-opra hekk mill-isbaħ.
Għalkemm l-aktar ħaġa li l-Karmelitani jqisu huwa s-Santwarju u devozzjoni li l-poplu għandu, wieħed setgħa wkoll jgħid li tiżjin fit-toroq kompla jkabbar il-festa u li ġibed l-attenzjoni ta’ kull min daħal il-Belt Valletta. F’kitba, kienu mfaħħra Patri Prokuratur P. Alessandro Busuttil O. Carm, Ġanni Barbara li kienu kollha xogħlu d-disinji tal-armar tat-
Valletta 2017
toroq, kif ukoll lill-kumitat kollu. Barra minn hekk ċertu Duminku Azzopardi li kien statwarju mill-Marsa għamel statwa ġdida xogħol filkartapesta u li tirrappreżenta l-ġrajja tad-dehra ta’ Fatima. Din l-istatwa kienet ġiet armata ġewwa l-pjazza. Bibljografija II-Karmelu, Awwissu 1957 Nru.8, p.150, 151 Il-Karmelu Lulju 1957 Nru. 7, fuq wara tal-qoxra ta’ quddiem Il-Berqa, 15 ta’ Lulju 1957 p.2 Il-Leħen is-Sewwa, 13 ta’ Lulju 1957 p.5
L-Istatwa tal-Madonna ta’ Fatima li wkoll iżżanżnet fis-sena 1957, xogħol Duminku Azzopardi mill-Marsa.
MICELI STORE
Household Goods, Ironmonger, Plumbing, Electrical, Drainage Suppliers and Tools for Hire Monocote - Finatura - GR 1000 - Cement - Kolla tal-Madum Ramel - Xaħx - Żrar - Ġir - Stucco - Vireg – Ġipsum Water & Plastic Paint - Oil Paint for Wood 90, Triq Santa Luċija, Valletta VLT 1181 Tel: 2123 9398 Mob: 9947 2077, 9940 6082 Festa Madonna tal-Karmnu
Valletta 2017
33
57/64, Old Bakery Street, Valletta Tel: 2123 0506, 2730 9247 Mob: 9926 3720
FRANCIS ELLUL
bedlinen
a household name for 50 years towels nightwear underwear babywear
170, Old Bakery Street, Valletta VLT 1454 Malta Tel: (+356) 21237099 Fax: (+356) 21246931 34
660 St. Joseph High Street, Óamrun HMR 1012, Malta Tel: (+356) 21242762/3 Fax: (+356) 21244857
Festa Madonna tal-Karmnu
Valletta 2017
Ri-interpretazzjoni tat-Titlu Bażilikali wara l-Konċilju Vatikan II Rev. Dr Nicholas Joseph Doublet Arkivista Djoċesan
“In supremo sacro Pricipatis culmine”- Kien permezz ta’ dan id-digriet, li nhar it-13 ta’ Mejju 1985, Il-Papa Ljun XIII laqgħha s-supplika tal-Komunità Karmelitana Maltija, sabiex isSantwarju tal-Madonna tal-Karmnu tal-Belt Valletta, jiġi mgħolli għad-dinjità ta’ Bażilika Minuri. Dan ġie mbagħad ikkonfermat permezz tal-Bolla Appostolika tad-9 ta’ Lulju tal-istess sena1. Imma x’għandu jfisser dan kollu llum għall-komunità li għadha titlob f’dan il-post illum?
għall-amministrazzjoni ta’ atti pubbliċi, ta’ struttura ta’ stabbilità imponenti. Huwa f’dan is-sens ta’ stil arkitettoniku, li mhux biss jgħaddi fid-dinja Rumana, użata għall-amministrazzjoni tal-ġustizzja, imma anke mgħammda għall-użu liturġiku Kristjan. B’differenza mit-tempju talpagani, li kellu bżonn biss ċella żgħira bl-istatwa tad-divinità, il-komunità Nisranija kellha bżonn swali kbar fejn il-komunità, l-ekklesia, setgħet tinġabar għall-kult Kristjan. Għalhekk il-bażilika terġa’ tikseb il-funzjoni oriġinarja tagħha, jiġifieri l-post fejn ir-Re tar-Rejiet jilqa’ f’udjenza lill-poplu tiegħu, il-post fejn tiġi ċċelebrata l-liturġija, jiġifieri l-qima pubblika lil Alla. Tintuża wkoll sabiex jinbnew knejjes fuq l-oqbra tal-martri. Maż-żmien il-kelma bażilika, għall-post tal-kult tat posta għal dak ta’ knisja, bħala l-post tal-kult tan-Nisrani. Intant lilna jinteressana l-użu tat-titlu bażilika f’sens differenti, dak kanoniku.
Il-Bolla Appostolika li fiha jgħolli lis-Santwarju tal-Madonna tal-Karmnu ghad-dinjità ta’ Bażilika Minuri
Fid-digriet Domus Dei2 tal-Papa Pawlu VI fuq l-għoti tat-titlu bażilikali, maħruġ fl-1968, u għalhekk fl-ispirtu ta’ riforma mitluba millKonċilju Vatikan II, naraw passaġġ ċar minn diskors fuq privileġġ għal dak ta’ servizz, u dan jagħmilha neċessarju li nikkunsidraw ittradizzjonalment msejħa privileġġi bażilikali, taħt lenti ġdid, dak nettament liturġiku u pastorali. Nibdew billi nagħtu ħarsa ħafifa lejn ittradizzjoni f’dan ir-rigward. It-titlu innifsu, bażilika, meħud mill-ambjent Grieg Pagan, jirreferi għall-binja rjali, riservata Festa Madonna tal-Karmnu
Sas-seklu tmintax, nibtet ċerta differenzazzjoni bejn il-knejjes ta’ Ruma. Il-Knejjes prinċipali, marbuta mal-Kappella Papali, bdew jissejħu bażiliċi maġġuri, mentri knejjes oħrajn, li kellhom ukoll kapitlu, magħrufa bħala knejjes insinji, bdew jissejħu bażiliċi minuri. Kienu meqjusa insinji minħabba numru ta’ privileġġi li kienu jgawdu. Dawn il-privileġġi jdaħħluna fissuġġett tal-lejla, l-użu tat-tintinnablu - qanpiena ċkejkna proċessjonali, u tal-umbrellun, imsejjaħ canopaum, papilio, magnum umbraculum, tabernaculum, jew bit-Taljan, ombrellino jew ombrellone. Dawn huma s-sinjali tradizzjonali tal-bażilika. Il-kleru tagħhom, peressli kien jappartjeni lil kolleġġjata, kellu d-dritt ukoll li jilbes l-abiti korali. L-ewwel darba li jiġi dokumentat l-użu talinsinji marbuta mal-bażiliċi, imur lura għas-7
Valletta 2017
35
ta’ Ottubru 1391, il-kanonizazzjoni ta’ Santa Briġida.
L-ewwel bażilika minuri barra l-belt ta’ Ruma hija dik ta’ San Nikola ta’ Tolentino, kreata minn Piju VI bid-digriet Supremus ille, tal-1783. Piju VII waqqaf l-ewwel bażilika ’il fuq mill-Alpi, il-katidral ta’ Notre Dame f’Pariġi.
It-twaqqif tal-bażilika ta’ San Ġakbu f’Caltagirone jispjega liem huma l-insinji bażilikali.
Il-privileġġi bażilikali jiġu ffissati permezz tadDigriet mill-Kongregazzjoni tar-Riti, Lucerina tal-1836, u dan iseħħ fuq talba tal-kanonċi talkatedral ta’ Luċera. Il-bażilika kellha d-dritt iġġib l-istemma tal-Papa renjanti fuq il-faċċata, kif ukoll il-privileġġi ġa msemmija.
Mar-riforma wara il-Konċilju Vatikan II, iseħħ passaġġ minn lingwaġġ ta’ privileġġi, għal dak ta’ qadi liturġiku u pastorali. Dan iseħħ permess ta’ Domus Dei (1968) u Domus Ecclesiae (1989)3.
Il-Bażilika hija issa meqjusa bħala knisja marbuta b’mod partikulari mal-Kattedra ta’ Pietru, sinjal ieħor viżibbli tal-preżenza ta’ Pietru fil-Knejjes lokali.
Allura kif se naqraw l-użu ta’ dawn l-insinji fiddwal tas-sinifikat il-ġdid tal-Bażilika. It-Tintinnablu Storikament din il-qanpiena kienet takkumpanja l-purċissjoni pontifiċja u tindika lill-fidili l-wasla ta’ tali purċissjoni.
L-Umbrellun Jaf x’aktarx il-bidu tiegħu lil forma ta’ umbrellu li kienet tintuża biex tgħatti lil Papa fil-purċissjoni stazzjonali, u ġġib il-kuluri tradizzjonali ta’ Ruma. Hemm differenza bejn dik tal-Bażiliċi maġġuri u dawk minuri fir-rikkezza tad-drapp użat. Fid-dawl tal-Lumen Gentium, id-digriet Domus Dei jispjega il-funzjoni tal-bażilika fi tliet punt4, dik li fid-djoċesi knisja bażilikali tkun: 36
Festa Madonna tal-Karmnu
It-Tintinnablu, l-Umbrellun u l-artal u it-Tribuna, simboli distintivi tal-Bażilika Minuri
Ċentru liturġiku fejn il-liturġija tiġi ċċelebrata b’mod solenni u għalhekk issir ta’ mudell formattiv għall-knejjes l-oħra. B’mod figurattiv dan nistgħu norbtuh mal-użu tat-tintinabulum. Il-qanpiena hija l-istrument li jsejjaħ lin-nisrani għat-talb.
Din il-qanpiena ċkejkna li tiftaħ il-purċissjoni liturġika, u li timmarka l-wasla tas-Sultan ilKbir, b’mod partikulari waqt il-Konsagrazzjoni, trid tfakkar il-poplu miġbur x’inhu l-iskop tal-preżenza tiegħu fil-knisja. Hawn jinġabar f’merħla waħda f’dan il-pellegrinaġġ lejn id-dar tal-Missier. Il-ħoss ħlejju tal-qanpiena ċkejkna jrid ifakkar li hawn qiegħed biex jerfa’ qalbu lejn Alla. Ċentru ta’ qima Ewkaristika u ta’ restawr tarriverenza lejn l-Ewkaristija. Hija responsabbiltà tal-kleru ta’ knisja bażilikali li jara li l-Liturġija, speċjalment il-Quddiesa, tiġi ċċelebrata bl-ikbar dinjità.
Valletta 2017
Il-Kant liturġiku - id-Digriet Domus Dei espressament jitlob li l-Bażilika jkollha kor tajjeb, peress li l-kant liturġiku huwa parti essenzjali miċ-ċelebrazzjoni solenni tar-Rit Ruman. Nistaqsu lilna infusna, kemm qed nikkuraw il-kant liturġiku, b’mod partikulari il-Kant Gregorjan u polifoniku?
Id-Digriet jitlob ukoll li l-quddiesa regolarment tiġi ċċelebrata bil-lingwa tar-Rit Rumana, li tibqa’ dik Latina. Din hija ukoll mhux biss applikazzjoni tas-Sacrostantum Concilium, imma wkoll fil-każ tal-funzjoni ġdida mogħtija lill-Bażiliċi, espressjoni oħra tal-universalità tal-Knisja Kattolika preżenti b’mod konkret filqalba tal-Knisja lokali. Ċelebrazzjoni ta’ festi marbuta b’mod partikulari mas-Sede Petrina, il-Kattedra ta’ San Pietru, San Pietru u Pawlu, u l-anniversarju tal-elezzjoni tal-Papa.
Ċentru penitenzjali li fiha, bħal f’santwarju, jiġi assigurat servizz kostanti ta’ qrar. Piju V kien qal - Agħtina konfessuri tajbin u sseħħ ir-riforma tal-Knisja. Mat-titlu bażilikali, hemm marbuta numru ta’ indulġenzi. Tradizzjonalment ilBażilika Minuri setgħet tgawdi mill-indulġenzi li tgawdi l-Bażilika Maġġuri li magħha tkun affiljata. L-akkwist tal-indulġenzi hu neċessarjament akkumpanjat mis-sagrament tal-Qrar. Il-Bażilika għalhekk għandha ssir fid-djoċesi post privileġġjat tal-ministeru talħniena ta’ Alla. Ma’ din il-funzjoni hemm marbut l-uffiċċju tal-Penitenzier, li jfakkar fl-oriġini kapitulari tal-knejjes bażilikali. Ċentru kateketiku - din il-funzjoni titwieled missinifikat ġdid li jiġi marbut mat-titlu bażilikali, sinifikat li jwelled funzjoni, dik li twassal il-vuċi tal-Maġisteru Petrin fid-djoċesi. Dan nistgħu norbtuh mal-użu tal-umbrellun li jġib il-kuluri
Festa Madonna tal-Karmnu
ta’ Ruma. Ruma qiegħda hawn, preżenti filqalba tal-Knisja lokali. Insinja ġdida bażilikali introdotta mir-riforma hija li l-bażiliċi jġibu flistemmi tagħhom, jew fuq stendard, iċ-ċwievet tal-ministeru petrin. Il-kleru tal-bażilika għadu għalhekk ifittex li jkun disponibbli għall-predikazzjoni u għandu jipprovdi programmi ta’ katekeżi li jiffurmaw il-merħla. Id-Digriet Domus Dei jagħmel mill-bażiliċi ċentru privileġġjat għaddisseminazzjoni tal-Maġisteru Petrin. Għal darb’oħra għadna rabta mal-uffiċċju li kien jaqdi tradizzjonalment il-kanonku teologu filknejjes kolleġġjali. Id-Digriet Domus Ecclesiae, li nħareġ wara r-riforma kurjali permess tal-Pastor Bonus, ma jbiddel xejn sostanzjali mill-funzjoni riformata tal-bażilika. Fil-qasam liturġiku jinsisti li filbażiliċi il-liturġija kollha għandha tiġi ċċelebrata b’mod solenni, inkluż il-lawdi u l-għasar. Jagħti wkoll istruzzjoni ta’ kif għandha tiġi milqugħa b’mod solenni l-kreazzjoni ta’ bażilika.
Konklużjoni Għalhekk naraw li dak li forsi ħafna ħasbu li biss użu anakronistiku ta’ insinji meħuda millkorti papali, jista’, u fil-fatt ġie mill-Knisja riinterprtetat b’tali mod li bażilika tista’ verament tkun ċentru ta’ qadi liturġiku u pastorali filqalba tal-Knisja Lokali, espressjoni oħra viżibbli tal-Kattoliċità tal-Knisja u tas-servizz Petrin, ta’ dak li hu l-qaddej tal-qaddejja ta’ Alla, fil-qadi tal-aħwa kollha.
Referenzi 1 Valentin Borg Gusman, Is-Santwarju tal-Madonna talKarmnu jogħla għad-Dinjità ta’ Bażilika Minuri – 13 ta’ Mejju 1985, Diskors. 2 AAS 60 (1968) 536-539. 3 AAS 82 (1990) 436-440. 4 Duane L.C.M. Galles, The basilica after Vatican II, in Homiletic and Pastoral Review 90 (October 1989) 54‑61.
Valletta 2017
37
Il-Knisja l-Ġdida Carl Farrugia
Dan l-aħħar ġew f’idejja ritratti li ttieħdu minn ħelikopter mid-Dipartiment tal-Informazzjoni matul is-snin 70 li juru l-bini tal-koppla talKnisja l-ġdida tas-Santwarju tal-Karmnu talBelt Valletta li nbniet bejn l-1960 u l-1981. Din il-koppla, li saret parti integrali mill-iskyline tal-Belt Valletta u meta wieħed jara ritratti talBelt minn Tas-Sliema kif ukoll min-naħa l-oħra jaraha kif ukoll minn diversi postijiet madwar Malta. Din il-koppla flimkien mal-kampnar tal-Katidral tal-Anglikan jintużaw bosta drabi f’riklami u logos.
It-tieni sett ta’ ritratti li ttieħdu juru kienet inbniet il-koppla sa qabel l-anterna.
Fl-ewwel żewġ ritratti naraw li l-knisja kien inbniet sal-ewwel twieqi tal-koppla.
38
Festa Madonna tal-Karmnu
Tagħrif Storiku Il-knisja l-antika tal-Madonna tal-Karmnu, li nbniet fuq pjanta ta’ Ġilormu Cassar, tlestiet fl-1586 u li matul is-snin ta’ wara kelli diversi interventi arkitettoniċi sofriet żewġ daqqiet kbar fit-Tieni Gwerra Dinjija. Għalhekk ilpatrijiet Karmelitani taħt it-tmexxija tal-Pirjol ta’ dak iż-żmien Patri Anselmo Chircop O. Carm
Valletta 2017
Festa Madonna tal-Karmnu
Valletta 2017
39
ddeċidew li jibnu knisja ġdida ikbar minn dik li kien hemm.
Tqabbad il-Perit Joseph D’Amato biex jagħmel il-pjanta tal-knisja li tlesliet minn Louis Naudi. L-ewwel ġebla tpoġġiet fit-30 ta’ April 1958 mill-Ġeneral tal-Karmelitani Parti Kilian Lynch. Parrini f’din l-okkażjoni kienu l-Perit Agius, Rettur tal-Fratellanza tal-Karmnu u s-Sur Edgar
Preca, benefattur kbir tas-Santwarju. Il-bini tal-knisja beda fl-1960 u tlesta fl-1981 meta l-knisja ġiet ikkonsagrata minn Patri Manwel Gatt. Wara li tlesta l-bini saret l-iskultura millKavallier Joseph D’Amato. Ta’ min jgħid ukoll li l-pitturi li kien hemm fil-knisja l-antika tpoġġew fil-knisja l-ġdida. Fid-9 ta’ Awwissu 1991 ttella’ s-salib tal-koppla f’postu.
FAWKNER STORE (KARINA)
9920 9460
Luxury living couldn’t get any better at CASA ELLUL - Valletta’s intimate Boutique Hotel. Situated a stone throw away from the Carmelitan Church in Old Theatre Street, CASA ELLUL gives Valletta’s magic a high end and echoes the grandeur of long gone times, when the City was full of life and charm. The stunning CASA ELLUL is a magnificent celebration of a marriage between the past and the future when it comes to style, architecture, design and decor. Every little item within this extraordinary quarter has been individually selected to promote perfection - prestigious local and global antiques individually selected from world renowned Parisian markets. Attention to detail and comfort at your finger tips - this magnificent palazzo has it all.
CASA ELLUL is the Ellul brothers’ new venture, an undertaking which has brought them a long way from their established niche in Wines and Spirits. Undoubtedly this is a gem not only for them, but for Valletta. This palazzo proudly hosts eight personalized suites, many of which adorn the magnificent court yard.The decor has been uniquely designed by architect Chris Briffa from thoughtful approaches that fluently integrate space and function into a haven of personal luxury, intended to provide its guests with all that they might require for their city escapade. For more information on CASA ELLUL Visit: www.casaellul.com or join us on facebook: CASA ELLUL or contact us on info@casaellul.com
40
Festa Madonna tal-Karmnu
Valletta 2017
Il-Volto Sant ta’ Lucca Lorenzo Zahra
Min iżur is-Santwarju tal-Madonna tal-Karmnu fil-Belt Valletta, kif jidħol mill-bieb tal-ġenb, jara kwadru mdaqqas b’Ġesù Kristu msallab imlibbes ta’ Sultan. Dan il-kwadru tant qadim aktarx inġieb hawn mill-Knisja tal-Karmnu tal-Birgu meta l-Karmelitani ħallew il-Birgu u l-Knisja li kellhom fix-Xatt il-Kbir. Ix-Xbieha ta’ Ġesù Msallab b’dan il-mod, li l-oriġinali jinsab f’Lucca, għandha ġrajja interessanti ferm marbuta magħha. Naturalment, fl-imgħoddi meta ftit kien hawn min jirreġistra l-fatti bil-kitba, il-ġrajjiet kienu jaslu minn ġenerazzjoni għall-oħra bħala leġġenda.
b’ilbies tal-bellus ta’ sultan u fuq rasu tqiegħdet kuruna tad-deheb u mżejjed b’tant rikkezzi. Il-kappella fejn jinsab ġiet iddekorata millartist Matteo Cividale, imma meta l-armata ta’ Napuljun daħlet f’din il-belt, ir-rikkezzi kollha ttieħdu mill-armata ta’ Napuljun u llum reġgħu tqiegħdu minn devoti oħra u tinsab f’qima kbira fil-Kappella ta’ San Martin li kienet inbniet millfamuż arkitett Bramante.
Dan l-Imsallab li jinsab f’Lucca jingħad li kien ġie mnaqqax minn Nikodemu, wieħed li ħa ħsieb id-difna ta’ Ġesù. Għall-iskultura ta’ rasu jingħad li din saret b’miraklu billi Nikodemu sabha lesta. Għall-bidu kien qiegħed fir-raħal imsemmi “Ramla” u jingħad li saħansitra l-Madonna kienet titlob quddiem din ix-xbieha. L-immaġini, Nikodemu kien ħallih lil Isasaar, ilħabib tiegħu. Baqa’ fdan il-post sas-sena 782, sa ma kienet tfaċċat persekuzzjoni kontra kull xbieha nstabet fuq bastiment mitluq fuq ilmewġ tal-baħar li twassal lejn il-Piemonte flItalja. Hemm l-Isqof tal-post Gwalfredo ġabru u ngħata lill-Isqof ta’ Lucca li ġabru flimkien ma’ bosta relikwji oħra tal-Passjoni ta’ Ġesù.
F’Lucca kibret ferm id-devozzjoni lejn din ixxbieha u bosta devoti mill-Italja u banda oħra kienu jżuru u jinvistaw din ix-xbieha għażiża. Maż-żmien din ix-xbieha ta’ Ġesù ġiet imlibbsa
Il-Pittura tal-Volto Sant li tinsab fis-Santwarju
Inħeġġu lil kulħadd biex iżur il-Website Uffiċjali tas-Santwarju fuq
www.karmelitanivalletta.org Festa Madonna tal-Karmnu
Valletta 2017
41
Il-Festa tal-Madonna tal-Karmnu fil-Belt Valletta u l-Banda ‘La Valette’ minn Joseph C Camilleri BA, DEAM, M.Ed (Pl & Mgt)
Kull lokalità f’Malta u Għawdex li għandha passat għandha banda jew tnejn. Ħaż-Żebbuġ hu l-aktar lokalità sinjura fejn jidħlu l-baned. Hawn insibu tlieta. Fil-Belt Valletta nsibu diversi festi – San Pawl Nawfragu, San Duminku, Santu Wistin, Il-Madonna tal-Karmnu, eċċ. Ħafna minn dawn il-festi huma marbuta ma’ waħda minn żewġ baned li jinsabu bejn is-swar storiċi ta’ din il-belt – ‘La Valette’ u l-‘King’s Own’. Ilfesta tal-Madonna tal-Karmnu ntrabtet malBanda Filarmonika Nazzjonali ‘La Valette’ millewwel snin tat-twelid ta’ din il-banda. L.Z. (aktarx Lorenzo Zahra) kiteb hekk: “IlBanda ‘La Valette’ mal-bidu tagħha l-ewwel li ħadet sehem kien fil-festa tal-Madonna
Paolo Darmanin: Fundatur tas-Soċjetà Filarmonika Nazzjonali “La Valette”
42
Festa Madonna tal-Karmnu
tal-Karmnu.” Dan jixhdu rapport li deher filgazzetta Corriere Mercantile Maltese. Din il-gazzetta ssejjaħ il-festa tal-Madonna talKarmnu tas-sena 1875: ‘grandissima gioia’ (ferħ kbir). Ir-rapport isemmi l-fatturi li ġabu magħhom dan is-suċċess f’dik il-festa talKarmnu – l-organizzazzjoni tajba, dawl, tiżjin, il-logħob tan-nar u d-daqq ta’ diversi baned. U jkompli jgħid li kien hemm sew baned militari u sew ċivili. L.Z. jikkommenta fuq il-Banda La Valette: “Il-Banda ‘La Valette’ nistgħu ngħidu li kienet għadha qed tikber għaliex ma kinitx ilha li ngħaqdet u dehret f’din il-festa bħala banda ġdida.” Dan jaqbel mar-rapport li deher fl-istess gazzetta fejn jingħad li kienet: “... di novella formazione e che molto si distinse, quantunque suonate per la prima volta in piena via”. L.Z. jikkummenta hekk fuq din il-kitba talgazzetta: “..il-banda ġdida ddistingwiet ruħha għax dehret fit-toroq għall-ewwel darba. Jidher li f’din id-dehra tagħha l-Banda tat sodisfazzjon għax kulħadd kien għajnejh fuqha bħala banda ġdida li qabdet it-triq tal-progress.” Il-Banda ‘La Valette’ sal-festa tal-Karmnu 1875 Il-Banda Filarmonika Nazzjonali La Valette twaqqfet minn Pawlu Darmanin. Huwa xtaq li l-banda ġġorr l-isem ta’ ‘Società Filarmica San Paolo’ iżda l-President tal-Każin tal-banda xtaq li jkun magħruf bl-isem tal-fundatur tal-belt Valletta – il-Gran Mastru Jean De Valette. San Pawl daħal fl-istorja u ġie maħtur bħala Patrun tas-Soċjetà. L-ewwel darba li l-banda dehret quddiem il-pubbliku kien f’28 ta’ Mejju 1875. Kienet serata ddedikata lill-baritonu Lorenzo del Ruccio. Iż-żewġ gazzetti ta’ dak iż-żmien – Portafoglio Maltese u Corriere Mercantile Maltese, faħħru lill-banda għal-livell li leħqet. Il-banda kienet immexxija mill-Professur Luigi Carabott. Dan ifisser li l-banda La Valette bdiet
Valletta 2017
tieħu sehem fil-festa tal-Madonna tal-Karmnu fl-istess sena li seħħet l-ewwel dehra tal-banda fil-pubbliku.
Festa bħal dik Hemm diversi raġunijiet li rabtu din il-banda mal-festa tal-Madonna tal-Karmnu. L-ewwel u qabel kollox din il-banda bdiet fl-inħawi ta’ Marsamxett, ftit passi ’l bogħod mis-Santwarju tal-Madonna tal-Karmnu. It-tieni ħaġa hi, din il-banda rabtet ruħha mal-festa tal-Karmnu u matul is-snin inħolqu diversi xogħlijiet mużikali biex jindaqqu fil-marċijiet tal-festa, fosthom xogħlijiet tas-surmastrijiet E. Bartoli, Vincenzo Carabott u Cardenio Botti. It-tielet raġuni kienet ir-rabta li kien hemm bejn iċ-‘Circolo Sant’Elia’ u l-banda. Iċ-Circolo, immexxi mill-patrijiet Karmelitani, kellu xi wħud mill-membri tiegħu membri wkoll tal-banda u l-każin ‘La Valette’, b’uħud minnhom li saru presidenti u surmastrijiet. Din ir-rabta tidher ukoll waqt il-festi li saru fis-Santwarju fl-okkażjoni tal-għotja tat-titlu ta’ Bażilika Minuri lill-knisja tal-Karmnu. P. Martin Schembri jgħid li l-President u l-Kumitat tal-Każin u l-banda ‘La Valette’ kienu kollha preżenti meta l-Arċisqof ta’ Malta, Monsinjur Pietru Pawl Pace, qara d-diġriet. Barra minn hekk, is-sehem tal-banda f’dik is-sena kien wieħed ikbar u itwal. Jekk wieħed iżur is-sede tal-Banda għandu jsib diversi oġġetti li ġew mogħtija mill-partitarji Karmelitani. Jingħad li hemm mas-26 biċċa tal-fidda u 4 standardi blarmi tal-Karmnu u ta’ San Elija. Il-banda ‘La Valette’ Fil-bidu l-banda ‘La Valette’ bdiet tissejjaħ ‘cittadina’ sabiex tintgħaraf mill-baned li kienu
Is-Soċjetà Filarmonija Nazzjonali “La Valette” – 1876
Festa Madonna tal-Karmnu
marbutin ma’ xi reġiment. Wara t-twaqqif ta’ xi baned Maltin, daħlet id-drawwa li l-baned jissejħu għal xi membru tal-familja rjali Ingliża. Wara din il-mewġa beda jinħass l-effett tal-politika lokali. Beda dieħel sens ta’ nazzjonaliżmu Malti. L-għajta bdiet iddur fuq id-drittijiet kostituzzjonali. Bħala parti minn din il-mewġa ta’ ħsibijiet il-Maltin bdew jużaw il-kelma nazzjonali. Alfred Zahra jikteb hekk: “Aktar ’il quddiem meta beda jinħass il-patrunaġġ politiku, beda dieħel is-sens ta’ Nazzjonaliżmu għal dak li għandu x’jaqsam mad-drittijiet Kostituzzjonali, u bdiet issir aktar enfasi fuq il-kelma Nazzjonali minn dawk ilbaned li riedu jiddistingwu ruħhom bejn dawk li kellhom sens ta’ lealità lejn il-Kuruna (Ingliża) u oħrajn li filwaqt li kellhom il-lealità lejn ilKuruna, kienu kburin li kienu baned Maltin. Ma’ din il-klassi ta’ baned kien hemm dik ta’ ‘La Valette’”.
Hemm diversi raġunijiet għaliex ‘La Valette’ hija banda nazzjonali. L-ewwel u qabel kollox filkażin ta’ ‘La Valette’ kien hemm nies imdaħlin filqasam politiku bħal Fortunato Mizzi. Ma’ Mizzi wieħed jista’ jsemmi lill-Kom. J. Howard, Dr Ugo Mifsud, Dr George Borg Olivier, Sir Filippo Sceberras, eċċ. Il-każin u l-banda ssemmew għall-Gran Mastru Jean de Valette bħala tislima għal dak il-bniedem li ħabrek biex jibni belt ġdida, il-Belt Valletta. Barra minn hekk, mażżmien il-banda baqgħet marbuta mal-kelma nazzjonali waqt li baned oħrajn bdew iħarsu lejn il-festa tal-lokal. Raġuni oħra għaliex ilbanda ‘La Valette’ hija banda nazzjonali għaliex hemm rabta bejn il-każin ta’ din il-banda u l-mixja lejn stat sovran. Alfred Zahra jikteb: “Wieħed irid ifakkar li ħafna mill-ħidma għallibertà kostituzzjonali kienet issir propju filKażin tas-Soċjetà.”
Meta l-parlament għadda liġi dwar l-użu talkelma nazzjonali, il-banda ma komplietx tissejjaħ b’din il-kelma. Iżda fl-1989 il-kumitat tal-banda talab biex terġa’ tiddaħħal il-kelma nazzjonali. Din ġiet approvata b’ittra tal-Gvern Malti li jġib id-data tal-31 ta’ Jannar 1990. B’hekk il-banda reġgħet bdiet tissejjaħ nazzjonali. Billi fi tfuliti kont ta’ sikwit nidħol il-Belt biex ngħin lil ziti li kellha ħanut tal-ħwejjeġ, ta’ sikwit kont
Valletta 2017
43
niltaqa’ ma’ xi partitarju tal-banda ‘La Valette’ li kien xi negozjant. Niftakar wieħed jgħidli li bħala partitarju ta’ ‘La Valette’ kien jgħid ma’ kulħadd li hu wieħed minn dawk Siam De La Valette (Aħna ta’ ‘La Valette’). Barra minn hekk, li l-partitarji ta’ din il-banda, għall-marċijiet kienu jilbsu s-sidrija u l-kappell tat-tibna. Jekk il-lobbja kienet tintuża għall-festa ta’ San Pawl Nawfragu jew għall-festa tal-Madonna talKarmnu ma niftakarx li kien qalli. Aktarx kien jintuża għall-festa tal-Karmnu billi din kienet tiġi fil-qilla tas-sajf Malti.
Bibljografija L.Z., “Il-Banda ‘La Valette’ fil-festa tal-Madonna talKarmnu”, La Valette, Soċjetà Filarmonika Nazzjonali, Lulju 1993, Nru 4. Schembri M., (patri) “Dwar il-Madonna tal-Karmnu, 100 sena Bażilika Minuri”, La Valette, Soċjetà Filamonika Nazzjonali, Lulju 1995, Nru 10. Zahra A., “Soċjetà Filarmonika Nazionale għaliex nazionale?”, La Valette Soċjetà Filarmonika Nazzjonali, Lulju 1995, Nru 10
Cafè Leone
72, Old Theatre Street, Valletta
Special Offers
Offering a wide selection of snacks including tuna rolls, baked rice, timpana, chicken burgers, fish & chips, sweets, minerals & spirits, etc. All items on the menu can be packaged for take-away
Vjal Sir Paul Boffa, Paola T: 21697916/27823247 M: 79472720/99446854 E: centrobagno@onvol.net W: www.centrobagnomalta.com
For small or large orders just dial
2122 1280
L-AQWA KWALITÀ, BL-ORĦOS PREZZIJIET
F. Zammit & Sons F L OR I ST
The Flower Kiosk Republic Street, Valletta Tel/Fax: 2123 8324 Web: www.fzammitgardencentre.com Email: info@fzammitgardencentre.com 44
Festa Madonna tal-Karmnu
Valletta 2017
Mis-Santwarju fl-istampa tul iż-żmien Robert Cassar
M.A. History of Art; B.Cons.(Hons.); B.A.(Hons.)
Is-Santwarju tal-Madonna tal-Karmnu fil-Belt Valletta għandu storja ta’ ’l fuq minn erba’ sekli, bl-akbar ġrajjiet li baqgħu jissemmew kienu dawk tal-Inkurunazzjoni tal-Kwadru tasSantwarju kif ukoll l-għoti tal-Bażilika lil din il-knisja. Dawn il-ġrajjiet baqgħu mniżżlin flistorja għall-memorja tagħna u ta’ dawk li ser jiġu warajna permezz ta’ mezzi diversi. Fost dawn insibu lapidi kommemorattivi, il-kwadru inkurunat innifsu, is-simboli tal-Bażilika li naraw fis-Santwarju, kif ukoll dawk il-ħafna publikazzjonijiet li ħarġu u li għadhom joħorġu sal-lum sabiex jinfurmaw kif ukoll jibqgħu mezz ta’ referenza għall-futur. Uħud minn dawn ilpubblikazjonijiet, forsi ma sarux bl-intenzjoni li jservu fil-futur, imma kellhom aktar skop didattiku u ta’ gwida għall-festi li kienu qed jfakkru lil qarrejja tagħhom għal dak il-mument. Dawn il-pubblikazjonijiet kienu jiġu stampati f’numri żgħar u għalhekk wara li tgħaddi dik ilġrajja kommemorattiva, dawn il-kotba ċkejkna kienu ħafna drabi jintremew jew jintilfu ma’ oġġetti oħrajn maż-żmien. Huwa għalhekk li dawn il-pubblikazjonijiet li joħorġu minn diversi knejjes, fosthom minn dan is-Santwarju Karmelitan, saru pjuttost rari u ħafna drabi wkoll, oġġett ta’ kollezzjoni, kemm minħabba n-natura ta’ dawn il-kotba, kif ukoll minħabba l-kontenut bil-kitbiet u xi drabi ritratti li jkun fihom.
F’dan l-artiklu ser nagħtu ħarsa lejn xi pubblikazzjonijiet li ħarġu minn ħdan isSantwarju tul l-aħħar seklu u nofs li għadda. Fost l-eqdem insibu ktejjeb li jittratta b’deskrizzjoni dettaljata, il-festi li saru fl-inkurunazjoni talkwadru. Għalkemm ma fihx illustrazzjonijiet, id-dettal li fih, kemm fuq is-santwarju, kif ukoll fuq il-kwadru u l-ikonografija tiegħu flimkien mal-festi solenni li saru, huma biżżejjed sabiex jeħduk lura fiż-żmien għal dik is-sena memorabli Festa Madonna tal-Karmnu
biex kważi ngħixuha aħna wkoll. Il-ktieb bitTaljan li nkiteb mill-Patri Lettur Anastasio M. Ronci O.Carm jġib l-isem ta’ Brevi Cenni sul Santuario e sull’Augusta Icone della Prodigiosa Vergine sotto il Titolo del Carmelo Venerata nella Città Valletta e Ricordi Storici Intorno alla Solenne Incoronazione di Lei Avvenuta il di’ 15 Luglio 1881. Dan kien stampat fit-Tipografia ta’ C. Busuttil, 133, Strada Forni fl-1883.
Fl-1951, Patri Lorenzo M. Sammut O.Carm kiteb ktieb storiku dwar is-Santwarju u l-mumenti glorjużi tiegħu fl-istorja flimkien ma’ devozzjonijiet oħra lejn il-Madonna talKarmnu f’Malta mħaddna mill-istess Patrijiet Karmelitani. Dan il-ktejjeb bit-Taljan, kien stampat fil-Lux Press u jġib it-titlu, Breve Storia della devozione di Maria S.S. del Carmine nell’Isola di Malta. Dan il-ktieb huwa riċerkat u
Valletta 2017
45
fih diversi ritratti tas-Santwarju l-antik minn ġewwa kif ukoll l-istatwi proċessjonali talMadonna tal-Karmnu li nsibu f’kunventi oħra Karmelitani.
Propju fis-sena ta’ wara, Patri Sammut ħareġ ktieb ieħor dwar is-Santwarju, din id-darba bil-Malti. Dan il-ktieb bit-titlu, Is-Santwarju tal-Karmnu, jiġbor fih riċerka ta’ snin miġbura mill-arkivji tal-Kunvent tal-Belt u jiġbor kull aspett artistiku u storiku tal-Kunvent bil-knisja tiegħu fil-Belt. Dan il-ktieb li għad għandu valur għar-riċerkatur sal-ġurnata tal-lum, fih diversi ritratti, għalkemm il-kwalità tal-istampa ma hiex daqstant tajba. Minbarra li juża ritratti tas-santwarju l-antik minn ġewwa, insibu wkoll ritratti oħra tal-kuruni ta’ inkurunazjoni kif ukoll il-mudell tat-taraġ li bih saret dik iċċerimonja. Għall-festi solenni li saru fiċ-ċentinarju talgħoti tal-Iskapular, kien pubblikat programm ta’ tifkira b’dan l-isem stampat fuq il-faċċata tiegħu; 1251 - 1951 Solemn Celebrations of the VII Centinary of the Scapular of Our Lady of Mount Carmel Valletta, 16th July. Dan sar l-Empire Press, u għalkemm il-qoxra ta’ barra hija miktuba bl-Ingliż, il-kontenut huwa kollu bil-Malti. Interessanti f’din il-pubblikazzjoni li minbarra l-programm tal-attivitajiet fil-paġni tan-nofs, insibu diversi artikli u poeżiji ta’ awturi diversi li jkomplu jżewqu dan il-ktejjeb ta’ tifkira. Għalkemm huwa bla kulur, wieħed jitpaxxa jifli ukoll il-ħafna reklami ta’ ħwienet u prodotti li kienu jinbiegħu l-Belt, wħud minnhom ilhom li għosfru, u oħrajn bidlu s-sura tagħhom għal kollox.
46
Festa Madonna tal-Karmnu
Valletta 2017
Pawl, kienu ospitati l-ewwel kappillani delegati mill-Katidral tal-Imdina. B’din l-istudju riċerkat, Grech jagħti ġieħ lill-Patrijiet Karmelitani li bittħabrik u l-entużjażmu tagħhom fetħu kunvent u knisja, f’belt prattikament għadha qed tinbena fl-1570.
Fl-1970, f’għeluq l-erba’ mitt sena minn mindu bdiet il-ħidma tal-Karmelitani fil-Belt, Patri Romeo Grech O.Carm, nieda pubblikazzjoni ċkejkna bl-isem, Il-Bażilika Santwarju talKarmnu fir-Raba’ Mitt Sena tat-Twaqqif Tagħha 1570-1970. Din saret għand Giov. Muscat & Co. Ltd il-Belt. Grech jitfa’ dawl ċar kif il-patrijiet Karmelitani kienu l-ewwel element reliġjuż filbelt il-ġdida, qabel il-ħafna komunitajiet li ġew wara. Kien fl-ewwel knisja tagħhom, dedikata lil Marija Annunzjata li bdew isiru l-magħmudijiet tal-ewwel abitanti u fejn għal diversi snin sakemm inbniet il-knisja parrokkjali ta’ San Festa Madonna tal-Karmnu
Fl-1981, f’għeluq l-ewwel ċentinarju millInkurunazjoni tal-kwadru, sar programm ta’ tifkira bit-titlu, L-Ewwel Ċentinarju talInkurunazzjoni tax-Xbieha Għażiża tal-Madonna tal-Karmnu Valletta, 15 ta’ Lulju 1881 – 1981. Il-qoxra, bi stampa bil-kulur tal-kwadru inkurunat ġiet mitbuqa minn Penprint. Għallfesta ta’ dik is-sena, kien stampat il-programm tal-festa li għadu jiġi pubblikat kull sena, kien stampat il-Veritas Press. Fil-qoxra nsibu ritratt tal-istatwa proċessjonali tal-Madonna bit-titlu li jgħid: Programm ta’ Għeluq il-Mitt Sena millInkurunazzjoni tal-Madonna tal-Karmnu talBelt Valletta 1 - 19 ta’ Lulju, 1981. Fuq wara nsibu ritratt tas-Santwarju l-ġdid minn ġewwa għeri mill-irħam u l-iskultura li naraw illum. Fuq ġewwa, minbarra l-programm, u xi artikoletti
Valletta 2017
47
oħrajn, insibu żewġ ritratti kommemorattivi, wieħed tat-tqiegħid tal-ewwel ġebla, fit-30 ta’ April 1958, u ieħor tat-tberik tas-Santwarju meta tlesta mill-bini fil-15 ta’ Ġunju 1981.
48
Festa Madonna tal-Karmnu
B’din it-titwila fuq dawn il-ftit publikazzjonijiet li ħarġu minn ħdan is-Santwarju devot u għażiż fil-Belt, resquna wkoll lejn xi mumenti talistorja glorjuża tiegħu kif ukoll tal-patrijiet li għamru bejn il-ħitan ta’ dawn il-kunvent u l-knisja tagħhom u minn fejn għal aktar minn erba’ mitt sena sħaħ qdew u għadhom jwettqu l-missjoni tagħhom mal-Beltin u dawk kollha li jiġu fil-Belt.
Valletta 2017
Qaddisin Karmelitani fit-Toroq tal-Belt (1) Patri Victor Paul Farrugia O.Carm
Meta wieħed jidħol fil-Belt Kapitali fix-xahar ta’ Lulju, fost il-ħafna armar li jżejnu t-toroq prinċipali, wieħed jilmaħ diversi statwi ta’ qaddisin Karmelitani armati, kemm quddiem ilKon-Katidral ta’ San Ġwann, kif ukoll quddiem il-Qorti. Imma forsi hemm min jistaqsi dawn min huma? Għalhekk iddeċidejt li nibda sensiela ta’ artikli u fihom nagħtu ħarsa qasira lejn il-ħajja ta’ dawn il-qaddisin biex wieħed isir aktar midħla tagħhom. Ħsibt li nibda bl-ewwel żewġ qaddisin tal-Ordni Karmelitan, Sant’Anġlu ta’ Sqallija, Martri u Sant’Albert ta’ Trapani, Saċerdot.
Sant’Anġlu ta’ Sqallija, Martri Irridu ngħidu mill-bidu li hija ftit l-informazzjoni ċara li għandna fuq dan il-qaddis, u din l-informazzjoni hija miġbura minn diversi sorsi fosthom il-Katalogu tal-Qaddisin, il-ħajja ta’ Sant’Anġlu minn ċertu Enok li jingħad li kien Karmelitan u Patrijarka ta’ Ġerusalemm u diversi Aġjografiji oħra.
San Brokard, fil-Kunvent fuq l-Għolja talKarmelu. Ġie ordnat saċerdot ta’ 25 sena u ftit wara fl-1218, ingħata l-missjoni li jmur Ruma u jġib l-approvazzjoni tar-Regula Karmelitana mill-Papa Onorju III. Din l-approvazzjoni però waslet fl-1226.
Meta kien Ruma huwa kien jipprietka wkoll innaħa tal-Bażilka ta’ San Ġwann fil-Lateran. Ittradizzjoni tgħid li hemmhekk huwa ltaqa’ ma’ San Franġisk u San Duminku. F’din l-okkażjoni huwa ħabbar il-pjagi lil San Franġisk, filwaqt li San Franġisk ħabbarlu l-martirju, waqt li San Duminku qagħad josserva u jitlob.
L-Istatwa ta’ Sant’Anġlu li tintrama quddiem il-Kon-Katidral ta’ San Ġwann fi żmien il-festa.
Anġlu twieled fil-Belt ta’ Ġerusalemm fis-sena 1185, minn ġenituri Lhud kkonvertiti għallKristjaneżmu. Meta mietu hu u ħuħ it-tewmi Ġwanni ddeċidew li jidħlu mal-Karmelitani, fejn għamlu l-professjoni f’idejn il-Pirjol Ġenerali Festa Madonna tal-Karmnu
Inċiżjoni antika li turi l-laqgħa bejn San Duminku, San Franġisk u Sant’Anġlu
Valletta 2017
49
Wara Ruma, Anġlu ntbagħat Sqallija biex jipprietka kontra l-Katari, li kienu qed ixerrdu t-tagħlim eretiku tagħhom. Din l-ereżija li wara s-sena 1000 imxiet mil-Lvant għall-Punent, dawn kienu jikkundannaw b’mod radikali dak kollu li hu tad-dinja u karnali, fosthom iżżwieġ, kienu jiċħdu l-qawmien tal-ġisem, u jikkundannaw ukoll il-propjetà privata.
Dan il-moviment kien jissejjaħ b’diversi ismijiet, skont il-post fejn jistabilixxi ruħu, fosthom l-Albiġiżi, il-Bulgari, il-Patrini, il-Pubblikani u fi żmien Sant’Anġlu kien fi żmien ta’ espansjoni fil-Punent Nisrani.
F’Licata kien hemm raġel jismu Berengario, li kien Kataru ferventi, li Anġlu kien ikkonverta lil oħtu minn din l-ereżija. Berengario tant irrabja għal din il-konverżjoni li fit-30 ta’ April 1220, meta Anġlu kien qed jipprietka fil-Knisja ta’ San Filippu u San Ġakbu, dan mar għalih u ferieh għall-mewt b’ħames daqqiet ta’ xabla. Huwa ttieħed f’dar viċin, fejn erbat ijiem wara jiġifieri fil-5 ta’ Mejju miet, filwaqt li kien qiegħed jitlob lin-nies ta’ Licata biex jaħfru lil dak li għamillu hekk.
Il-kult ta’ Sant’Anġlu nfirex mal-Ordni kollu u anke fost il-poplu. Hu u Sant’Albert ta’ Trapani huma kkunsidrati bħala l-Missirijiet tal-Ordni, minħabba li kienu l-ewwel żewġ qaddisin li kellhom il-kult fl-Ordni, u għalhekk li ħafna drabi speċjalment fl-ikonografija medjevali jiġu mpoġġija flimkien mal-Verġni Marija. Fi Sqallija nsibu diversi postijiet li għandhom lil Sant’Anġlu bħala Patrun, u l-poplu jdur lejh filbżonnijiet tiegħu b’affett u ħlewwa kbira. F’Malta nsibu kappella ddedikata għalih fiżŻejtun, kif ukoll il-Forti Sant’Anġlu fil-Birgu huwa msemmi għalih.
San Albert ta’ Trapani, Saċerdot Albert huwa waħda mill-figuri ewlenin li kull Ordni reliġjuż ikollu fil-bidu tal-istorja tiegħu. Huwa l-bniedem tal-mirakli. Il-bniedem kast li jġib fuq driegħu lil Ġesù Bambin, il-predikatur, u l-bniedem li jitma’ l-belt ta’ Messina waqt assedju u jbierek l-ilmijiet li jmarrdu lill-poplu bil-malarja u bid-deni.
Ġie midfun fil-Knisja fejn ħa l-martirju u l-qabar tiegħu mill-ewwel sar post ta’ pellegrinaġġi, u l-kult tiegħu infirex malajr.
L-Urna fejn hemm il-fdalijiet ta’ Sant’Anġlu Martri
Sa mill-1456 l-Ordni Karmelitan jivvenerah bħala Qaddis u l-Papa Piju II approva dan ilkult. Fl-1662 il-fdalijiet tiegħu ġew meħuda fil-Knisja l-ġdida li nbniet flok dik ta’ qabilha wara l-pesta tal-1625, li minnu nħelset il-belt ta’ Licata bl-interċessjoni tal-Qaddis. 50
Festa Madonna tal-Karmnu
L-Istatwa ta’ San Albert ta’ Trapani li tintrama quddiem il-Kon-Katidral ta’ San Ġwann fi żmien il-festa.
Valletta 2017
Minn familja nobbli, dik Fjorentina Degli Abati, twieled qrib l-1250 fi Trapani, Sqallija. Twieled wara sitta u għoxrin sena ta’ żwieġ lil Benedetto degli Abati u Giovanna Palizi, li wegħdu li jikkonsagrawh lill-Mulej. Iżda meta t-tfajjel kien qed jikber missieru beda jaħsiblu biex iżewġu lil tfajla xierqa, filwaqt li ommu fakkritu fil-wegħda li kienu għamlu. Minn età żgħira kibret fih l-esiġenza spiritwali barra min-normal. Daħal flOrdni Karmelitan, li kien għadu kemm twaqqaf fi Sqallija u wiegħed il-kastità filwaqt li ċaħad ilġid u l-għana kollu. Tant kien bniedem umli li ma riedx jaċċetta l-ordinazzjoni saċerdotali, iżda baxxa rasu quddiem l-insistenza tas-superjuri u ta’ ħutu l-patrijiet li rawh fih ħafna virtù, l-imħabba tiegħu lejn is-safa’ u t-talb, u l-mirakli u l-predikazzjoni. Ftit wara Albert intbagħat innaħa l-oħra ta’ Sqallija, fil-kunvent ta’ Messina fejn ħeles il-belt mill-ġuħ, belt assedjata midDuka tal-Kalabrija. Il-fama tiegħu xterdet anke ’l barra minn Messina, minħabba l-kelma u l-mirakli, il-karità u l-ħafna konverżjonijiet milLhud. Beda jiġi ppreżentat bħala eżempju ta’ Karmelitan, bniedem awster u ddedikat għallopri appostoliċi.
jikkonvertu għall-Kristjaneżmu, u jagħrfu flintervent ta’ Albert l-id ta’ Ġesù l-Messija.
F’Agrigento, il-qaddis għamel ħelu l-ilma tal-bir, li sal-lum għdha ħajja t-tifkira tiegħu, riferiment ċar għall-episodju tal-bir ta’ Ġeriko msoffi millProfeta Eliżew. Nistgħu ngħidu li Albert kellu kont miftuħ maxxitan, apparti li affrontah diversi drabi f’battalji personali, hu kien eżorċista. Darba f’Licata waħda mara ġiet tfittxu biex jeħles lil bintha li kienet vittma ta’ possessjoni djabolika. Hu ħelisha b’ġest ta’ umiltà meta wara li hija tatu daqqa ta’ ħarta huwa dawwar wiċċu. Lejn l-1287 ġie elett bħala Provinċjal għallProvinċja ta’ Sqallija.
Hu kellu devozzjoni kbira u partikulari lejn ilVerġni Marija. Wieħed mill-karatteristiċi ta’ din id-devozzjoni f’Albert hija l-Verġinità u s-safa tagħha, l-ewwel u qabel kollox bħala virtù interjuri u spiritwali qabel fiżika.
Kellu kapaċità straordinarja li jkellem lin-nies b’konvinzjoni. Ma nafux jekk kienx studja f’xi università jew jekk il-formazzjoni tiegħu kienet pjuttost tat-tip monastiku. Però fiż-żewġ każi tidher ċara ċ-ċentralità tal-Kelma ta’ Alla, il-qari bil-għaqal, kontinwu u appasjonat tal-Iskrittura Mqaddsa. Iffurmat madwar il-paġni Bibbliċi u Evanġeliċi huwa assimila l-ispirtu u kien kapaċi jittrasmettieh b’mod attraenti u effikaċi, biex ikun dawl u ispirazzjoni għal min kien qed jisimgħu.
Albert, kien tassew fratern ma’ diversi persuni li kienu jqisuh bħala ħuhom u li kienu jfittxuh għaliex fih kienu jaraw bniedem ta’ Alla, kapaċi juri l-kobor tal-imħabba ta’ Alla speċjalment lejn is-sitwazzjonijiet delikati u soluzzjonijiet diffiċli. Hu kien bniedem tal-karità konkreta u ġeneruża f’aktar minn okkażjoni waħda, attent għall-bżonnijiet tal-oħrajn, b’mod speċjali mal-foqra. Mhux kumbinazzjoni li fost il-ħafna mirakli li jiġu rrakkuntati nsibu diversi li saru ma’ nisa li kienu qed ibatu minn mard, anke ma’ Lhud, li wara li kienu jiġi mfejjqa kienu Festa Madonna tal-Karmnu
L-istatwa tal-Madonna ta’ Trapani
Valletta 2017
51
Tradizzjoni antika tgħaqqad lil Sant’Albert malistatwa tal-Madonna ta’ Trapani, jista’ jkun li saret u nġibet Trapani meta l-qaddis kien Provinċjal ta’ Sqallija. Huwa diffiċli ngħidu meta bdiet din it-tradizzjoni, iżda fis-sbuħija tixegħel tal-irħam, fil-pożizzjoni tagħha tħares lejn Binha, fit-tbissima ħelwa wieħed jista’ jara r-rifless tas-sensibiltà li biha Albert kien jikkontempla lil din l-omm u oħt il-Karmelitani. Fix-xeħta mimlija affett tat-tfajjel lejn ommu, setgħa jara r-rifless tad-devozzjoni tiegħu, talimħabba intimà u tenera, kważi impenjattiva ta’ min verament jaf iħobb u jivvenera lil Marija, devozzjoni li tfisser impenn.
Albert miet fis-7 ta’ Awissu probabbilmet tal1307. Ta’ min wieħed isemmi l-battibekk li nqala’ fil-mument tal-funeral bejn il-patrijiet u l-poplu. L-poplu li kellu affett u devozzjoni kbira lejn dan il-bniedem ried jiċċelebrah bħala qaddis, filwaqt li l-patrijiet kienu jippreferu quddiesa funebri normali. It-tradizzjoni tgħid li f’nofs dan kollu, dehru żewġ anġli li ntunaw l-Os justi, l-antifona tal-Introjtu tal-quddiesa tar-Rgħajja tal-Erwieħ, kważi biex jagħtu raġun lis-sentiment popolari u jikkonfermaw l-fama ta’ qdusija ta’ Albert. Fl-1309 saret it-translazzjoni tar-relikwiji. Irras kienet miġjuba Trapani minn Messina millprovinċjal Cataldo di Anselmo. Kważi fi Sqallija kollha hemm postijiet li jfakkru l-memorja tal-passaġġ tiegħu minn dawn il-postijie tu l-mirakli li hu wettaq: f’Agrigento hemm il-bir li l-ilmijiet tiegħu ġew imsoffija mill-qaddis; f’Corleone hemm ikkonservat ir-reċipjent talassenzju; f’Petralia Soprana ġebla li fuqha straħ; f’Piazza Armerina ġiet mibnija l-ewwel kappella ddedikata lilu. Kien l-ewwel qaddis Karmelitan u kellu wkoll it-titlu ta’ Protettur tal-Ordni. Kellu wkoll ittitlu ta’ Missier, flimkien ma’ Sant’Anġlu. Fl1346 fil-kunvent ta’ Palermo nsibu kappella ddedikata lilu u f’diversi Kapitli Ġenerali, ibda minn dak tal-1375, beda jiġi maħsub li tintalab il-Kanonizzazzjoni Papali; f’dak tal-1411 nsibu l-Uffiċċju Propju tiegħu lest. Fl-1457 il-Papa Kallistu III, ta permess għall-kult 52
Festa Madonna tal-Karmnu
Relikwija tar-ras ta’ Sant’Albert
tiegħu, li ġie kkonfermat mill-Papa Sistu IV bilBolla tal-31 ta’ Mejju 1476. Fl-1524 ġie ordnat li x-xbieha tiegħu tkun fis-siġill tal-Kapitlu Ġenerali. Il-Ġeneral Nicolò Audet, ried li f’kull Knisja tal-Ordni jkun hemm artal iddedikat lilu. Fl-1623 ġie iddedikat lilu l-Bieb tal-Belt.
Hu l-Patrun ta’ Trapani, Erice, Palermo, Messina, Cremolino (Alessandria) u Revere (Mantova). Santa Tereża ta’ Ġesù u Santa Maria Maddalena de’ Pazzi kellhom devozzjoni partikulari lejh u l-Beatu Battista Spagnoli ddedikalu poeżija. Ir-relikwiji tiegħu huma mxerrda madwar l-Ewropa, huma neċessarji biex jitbierek l-ilma ta’ Sant’Albert, użat ħafna kontra d-deni. Ilkranju tal-qaddis huwa meqjum b’devozzjoni kbira fil-Bażilka tal-Lunzjata ta’ Trapani fejn hemm meqjuma wkoll ix-xbieha tal-Madonna ta’ Trapani. Huwa jinsab fi statwa tal-fidda talqaddis. Ħajr lil Fr Victor Paul li għaddielna dawn irritratti li qed jidhru f’dan l-artiklu. Valletta 2017
Anthony Preca
EMOW Bakery 45, Triq l-Isqof Mauro Caruana Furjana
Jewellery Est. 1868
Mob: 9993 1826
Anthony Preca - Proprietor
Nagħmlu ukoll delivery
35, 157, St Lucia Street, Valletta Tel: 2122 1165 Fax: 2123 8535
Large assortment of Engagement Rings, Gold and Silver Giftware
Kulħadd illum iżejjen bil-fjuri Għal kull okkażjoni
FREDU DEGIORGIO Triq Teżorerija, Valletta (Fejn il-bieb il-falz tal-Palazz)
Tel: 2148 7234
Le 3 Sorelle (ITALIAN FOOD) Guarnaccia Carmelo
147, Old Bakery Street, Valletta
Mob: 9950 1264
Festa Madonna tal-Karmnu
Valletta 2017
53
Il-Fided tal-Fratellanza tal-Madonna tal-Karmnu It-Tielet Parti
Emmanuel Magro Conti
Sentejn ilu bdejna naraw parti mill-patrimonju għani li għandha l-Fratellanza tal-Madonna talKarmnu tal-Belt Valletta li taf il-bidu tagħha fl-1622 meta ġiet imwaqqfa ġewwa l-knisja tal-patrijiet Karmelitani ġewwa l-istess belt. Rajna l-ammont sostanzjali ta’ fided li għandha din il-fratellanza li jintrama’ fuq l-artal talKurċifiss magħruf bħala ta’ Sant’ Anjeże u fided oħra bħal Relikwarji, Sfera, Lava Dita, is-Sasla u l-Aspegis, il-Missal, Lampier kurjuż ferm, eċċ. Kull bidu għandu tmiem u din is-sena nagħlqu din it-titwila lejn l-opri magħmulin mill-fidda ta’ din il-fratellanza, li taħt il-ħarsien tal-Verġni Omm il-Karmelu għadha attiva taħt it-tmexxija tar-Rettur Dr Mark Agius. Din is-sena kif kont tgħarraft is-sena l-oħra, ser naraw l-opri filfidda li jintużaw fil-purċissjonijiet u biċċtejn fided oħra li huma storiċi.
Kif għamilna s’issa, se nibda mill-aktar oġġett antik tal-fidda. Kull fratellanza jkollha dak li jissejjaħ Standard li jkun bħal bandiera li bil-preżenza tiegħu juri liema fratellanza ser isegwih. Id-drapp ġeneralment ikun damask birrakkmu tad-deheb li juri l-arma tal-fratellanza u disinji dekorattivi oħrajn. Biex jinżamm, l-istandard irid ikollu l-bastun tal-injam li l-parti ta’ isfel tiegħu tkun miksija bil-fidda u l-parti ta’ fuq però tibqa’ injam biex tirċievi l-bokkin twil tad-damask meħjut fil-ġenb talistandard. Fil-każ tagħna, dan il-bastun hu twil 390cm li minnhom 212cm huma miksija bilfidda f’forma ta’ kannen li l-irjus tagħhom jidħlu ġo xulxin. L-unika marka li tidher fuq il-biċċiet kollha hija dik tas-salib bi tmien ponot tal-Ordni ta’ San Ġwann fuq l-ittri MA li hija l-marka talKonslu tal-arġentiera Maltin ta’ żmien il-Gran Mastru Raymundu Perellos Y Roccaful (16971720). Għandu bżonn ta’ restawr imma mhux 54
Festa Madonna tal-Karmnu
imminenti u meta jsir dan allura jkun żarmat forsi nkunu nistgħu naraw aktar marki, l-aktar dawk tal-arġentier.
Il-lasti tal-istandard u l-lanterni
Tal-istess għamla u fattura huma l-par lasti tal-par lanterni li jakkumpanjaw il-kurċifiss tal-Fratellanza. Huma maħduma l-istess bħallbastun tal-istandard b’tul ta’ 177cm, kollha miksija bil-fidda. Għandhom l-istess marki bħal tal-bastun tal-istandard u għalhekk huma talistess perjodu ta’ żmien il-Gran Mastru Perellos. Il-par lanterni huma biċċa xogħol meraviljuża. Jitpoġġew fuq il-lasti li għadna kif semmejna
Valletta 2017
biex fil-purċissjoni jakkumpanjaw il-kurċifiss tal-Fratellanza. Stajt nara marka waħda biss li bilkemm tidher fuq waħda mil-lanterni u li hija mħassra sew speċjalment fit-truf u forsi parti minnha mitlufa għal kollox u li issa tidher biss bħala salib bi tmien ponot fuq l-ittra M. Naħseb li ħdejn l-ittra M kien hemm ittra oħra, dik A, imma llum imħassra totalment bit-tindif jew meta ġiet ippunzjonata ma ħarġitx sew. Il-perjodi li fih kienet tintuża din il-marka kif salvat u deskritta hawn fuq, kien fi żmien il Gran Mastru Jean de Valette (1557-1568). Il-marka kif nissopponi li kienet, jiġifieri salib bi tmien ponot fuq l-ittri MA, kienet tintuża sa minn żmien il-Gran Mastru Pietro Del Monte (15681572) sal-Gran Mastru Emmanuel Pinto de Fonseca (1741-1773) b’diversi tipi/modi matul is-sekli. Stilistikament, wieħed jikkonkludi li dawn il-lanterni saru fis-seklu sbatax jew bidu tas-seklu tmintax forsi mal-lasti tagħhom. Ilforma barokka ristretta tagħhom, hija pjuttost akkademika imma mimlija dekorazzjoni żbalzata b’weraq, arzell eċċ.. Kien ikun fihom erba’ kristalli kull waħda, illum ħġieġ, biex ixxemgħa tidher tnemnem. Fuq nett, bħala finial, għandhom l-arma l-antika tal-Fratellanza u tal-Knisja, dik tal-ġilju fi skudett taħt kuruna
Festa Madonna tal-Karmnu
miftuħa. Għandhom bżonn ta’ restawr u forsi matulu, wara li jkunu żarmati, joħorġu aktar marki u nkunu infurmati aħjar.
Takkumpanja ċ-ċensier insibu n-navetta li fiha jkun hemm l-inċens. Meta l-inċens jitpoġġa ġewwa ċ-ċensier fuq il-faħma taqbad, dan l-inċens jinħaraq u b’hekk naraw id-duħħan u nxommu dik ir-riħa tfuħ li tippurifika l-arja u bil-ġesti taċ-ċensier nagħtu qima lillartal imqaddes, lis-salib, lill-konċelebranti u l-poplu ta’ Alla mistieden għas-sagrifiċċju tal-Ewkaristija. Għaliex ngħidulha navetta? Navetta hija bit-Taljan li tfisser bastiment żgħir, l-għamla tagħha żgħira għalhekk fid-diminuttiv. Il-bastiment huwa simbolu ta’ Kristjaneżmu bikri wkoll bħalma kienet ix-xbieha tal-ħuta. Kienet saret drawwa li merkanti, baħrin eċċ. li jmorru lejn il-Lvant u jiġu lura qawwijin u sħaħ f’darhom fl-Ewropa, bħala ringrazzjament kienu joffru l-inċens. L-inċens jinstab f`ħafna tipi, minn dak komuni għal dawk rari. Huwa prodott ta’ ċertu siġar, dik li ġeneralment insejħula gomma. Mhux kull gomma tas-siġar wara li tiġi mnixxfa u wara maħruqa tkun tfuħ, għalhekk ir-rarità tal-inċens proprju talLvant mbiegħed. Huwa simbolu tar-rejiet. Biżżejjed niftakru f`wieħed mir-rigali tas-Slaten Maġi lil Sidna Ġesù. Dejjem ridt għadd ġmielu ta’ flus biex tixtrih ġeneralment mingħand merkanti Għarab – Musulmani. Ma kienx hemm donazzjoni isbaħ ta’ ringrazzjament minn dawn tal-baħrin, merkanti, eċċ. lil xi knisja, isbaħ milli tagħtiha l-inċens. Imma ried jiġi ppreżentat f`xi ħaġa sabiħa għax kien prezzjuż. U hawn daħlet id-drawwa tan-navetta b’forma ta’ bastiment għax dawn il-baħrin, merkanti, eċċ fuq bastiment kienu marru u reġgħu lura f’darhom.
Valletta 2017
55
Irridu niftakru li dak iż-żmien, l-inċens kien ferm aktar għali min-navetta tal-fidda!
1806. Dan ir-Rettur kien ta b’donazzjoni, oġġett ieħor li qabel ma ngħidu min kien dan ir-Rettur ikun aħjar li naraw id-donazzjoni l-oħra tiegħu.
Dan hu Platt fond ovali mdaqqas, sabiħ immens u xejn anqas, l-arma mnaqqxa fuqu ta’ Kavallier tal-Ordni ta’ San Ġwann, kompluta bis-salib ta’ tmien ponot li għandu din l-iskrizzjoni mnaqqxa fuqu: DONO DEL RETTORE F. GIOV. ARTAU 1809
Din tfisser li dan il-platt ġie mogħti mir-Rettur tal-Fratellanza Fra Giovanni Artau fl-1809. Mhuwiex fidda Maltija għax it-tliet marki li għandu fuqu ma humiex tal-fidda Maltija u huma aktarx Franċizi. Dan it-tip ta’ platt ġieli jiġi msejjaħ Baċil u ġeneralment kien ikun akkumpanjat minn Buqar għall-ilma biex iċċelebrant jaħsel idejh permezz tal-ilma millbuqar li jinżel fil-baċil qabel ma jersaq għassagrifiċċju tal-Ewkaristija. In-Navetta tal-Fratellanza tal-Karmnu hija ta’ din it-tipoloġija. Ir-reċipjent mimli blinċens qisu bastiment bil-gverta tinfetaħ biex iċ-ċelebrant ikun jista’ jtella’ ftit inċens bilkuċċarina. Din tistrieħ fuq sieq elaborat xi ftit, imma id-disinn huwa pjuttost ristrett ħafif ħafif, inċiż b’forma ta’ arzell u disinji ħfief oħra u bi fjura bħal finiment fin-nofs magħmula bilforma. Dan l-element juri daqsxejn ta’ self millistil Barokk speċjalment fil-parti ta’ fuq imma xi ftit imżewwaq bl-istess neo klassiku imma xejn pur, speċjalment fis-sieq. Sfortunatament, il-marki huma mħassra sew bit-tindif imma tidher xogħol ta’ argentier Malti. Għandha din l-iskrizzjoni minquxa fuq l-għatu tagħha ġewwa arzella mnaqqxa: DONO DEL RETTORE F. GIOV. ARTAU 1806
Din tfisser li din in-navetta ġiet mogħtija mirRettur tal-Fratellanza Fra Giovanni Artau fl56
Festa Madonna tal-Karmnu
Dan Artau kien kavallier tal-Ordni ta’ San Ġwann li baqa’ Malta tul iż-żmien imqalleb talħakma Franċiża f’Malta, ir-rewwixta tal-Maltin, il-wasla u l-għajnuna tal-Ingliżi u l-ewwel żmien tal-Ingliżi f`Malta. L-Ordni kien għadu jrid jieħu lura Malta u kemm it-trattat ta’ Pariġi u xi Maltin riedu li jseħħ dan. Forsi l-Kavallier Artau ried ifakkar lill-Maltin fil-benefiċjenza tal-Ordni f’Malta jew kienu ġest ta’ fidi. Min jaf, hija ħaġa mistura fl-istorja. Għalhekk, possibilment, din in-navetta u dan il-platt li tkellimna fuqhom, mogħtija mir-Rettur tal-fratellanza l-Kavallier
Valletta 2017
Artau huma l-aħħar donazzjonijiet li saru minn Kavallier tal-Ordni ta’ San Ġwann lil xi knisja f’Malta jew Għawdex.
Iċ-ċensier tal-Fratellanza huwa ferm interessanti minħabba marka tal-fidda li għandu fuqu. Xejn barra min-normal bħala daqs u disinn li huma żbalzati b’għadd ta’ disinji arabeski. Għandu din l-iskrizzjoni fuqu li tgħid hekk: DONO DEL CONF.LO DOMENICO CAMILLERI ALLA CON.TA DELLA B.V.M. DEL CARMINE VALLETTA 1811
bl-ittra F. Interessanti l-fatt li din il-marka kienet ġiet introdotta mis-Civil Commissioner Lt. Gen. Sir. Hildebrand Oakes (1810-1813) fl-1 ta’ Ottubru 1810 fi żmien meta Malta kienet pjuttost għal rasha, bl-Ingliżi jipproteġuha filwaqt li l-Ewropa, speċjalment ir-Renju tażżewg Sqallijiet, l-Ingilterra, Franza u xi ftit l-Ordni ta’ San Ġwann, jillitikaw mhux ftit dwar x’se jiġri b’Malta. Din il-marka baqgħet tintuża fuq il-fidded Maltin sal-1 ta’ Frar 1820. Is-salib tal-Fratellanza li jintuża għallpurċissjonijiet, huwa sabiħ immens. Huwa xogħol tal-aħħar tas-seklu dsatax/bidu talgħoxrin. Is-salib proprju huwa tqil mhux ħażin għax huwa tal-injam tal-abbanu, injama sewda, ferm tqila li ma tiggalleġġjax f’wiċċ l-ilma bħal injam ieħor, imma tinżel taħt wiċċ l-ilma u saħansitra tegħreq. Ftit huma x-xogħlijiet flabbanu bħalma hu dan is-salib ġewwa Malta, minħabba l-fatt li dan l-injam huwa rari u ferm għali biex jinxtara. L-abbanu jippermetti li jiġi illustrat ferm imma jrid ikollok għodda u idejn tajbin biex taqtgħu u tiskulturah kif inhu l-każ ta’ dan is-salib.
Hemm tliet tipi ta’ abbanu li jikbru ġewwa l-Indja u fis-Sri Lanka, fl-Afrika u fl-Indoneżja. Dan is-salib huwa magħmul possibilment jew mit-tip Diospyros ebenum, li jikber fl-Indja u fis-Sri Lanka, jew mit-tip Diospyros crassiflora, magħruf bħala abbanu Afrikan (jew tal-Gabon, jew tal-Benin jew tal-Afrika tal-Punent). Jixxiebħu ferm, imma peress li l-Indja kienet taħt l-Ingliżi bħal Malta, wisq probabbli li dan sar minn abbanu li ġie mill-Indja.
Din tfisser li dan iċ-ċensier ġie mogħti millfratell Domenico Camilleri lill-Fratellanza talMadonna tal-Karmnu tal-Belt Valletta fl-1811. Marka waħda li tidher fuq dan iċ-ċensier hija dik li turi ċerv fuq l-ittra F. Din tfisser li l-fidda użata f’dan iċ-ċensier hija ta’ 950 millims minn 1000, f’kelma waħda, aħjar minn dik Ingliża Sterling li hija 925 minn 1000 millims u li kienet magħrufa bħala fidda Franciża, għalhekk Festa Madonna tal-Karmnu
Hawn għadd ta’ għamara, speċjalment Franċiża bħalma hu il Boulle, li ġiet hekk imlaqqma għal wara Charles Andre Boulle (1642-1732), li kien disinjatur u ebbanista tal-għamara għar-Re ta’ Franza, li tkun magħmula mill-abbanu. Dan Boulle vvinta tip ta’ għamara bl-abbanu intarzjat bir-ramm u bil-qoxra mogħtija kulur aħmar talfekruna tal-baħar b’disinnji tal-ormolu moghtija d-deheb permezz tal-merkurju. Ħafna millinjam ta’ din l-għamara ma jkunx abbanu imma mogħti l-kulur iswed. L-ewwel li tkun taf jekk hux veru abbanu jew le mit-toqol tal-għamara apparti spezzjonijiet oħra.
Valletta 2017
57
Cadena Restaurant 38, merchant Street, Valletta
Mob: 9989 7216
CARAMEL CRUNCH
TIRAMISU
BANOFFEE
Old Theatre Street, Valletta
Tel: 2122 8144
Mit-tul totali ta’ dan is-salib li huwa ta’ 250cm b’wiesgħa ta’ 108cm u mill piż tiegħu, ma jħalli l-ebda dubju li huwa abbanu veru. Il-vini densa tal-injam kważi ma jidhrux huma indikatur ieħor. Ma nsibu l-ebda marki fuq il-korp ta’ Ġesù mejjet, fuq il-finementi, l-INRI u fuq ir-ras ta’ mewt. L-awtur ta’ dawn mhux magħruf imma kemm id-disinn kif ukoll il-fattura jista’ jkun li huma lokali. Dawn għandhom ċertu toqol li jindikaw li huma ramm ibbanjat bil-fidda. Irridu ngħidu li bejn l-aħħar tas-seklu dsatax/bidu tal-għoxrin meta sar dan is-salib, it-teknika talelectroplating kienet novità interessanti ħafna 60
Festa Madonna tal-Karmnu
għall-pubbliku daqs kemm kienu l-magni ta’ kull ġeneru u jista’ jkun li saru b’din it-teknika apposta minħabba f`hekk mhux għax ma kienx hemm flus. Għad irridu neżaminaw dawn ilbiċċiet aktar fid-dettall. Ir-raġġi però huma fidda Maltija. Kull biċċa hija mmarkata bis-salib ta’ Malta li juri l-purezza tal-fidda bħala 11 ildenier minn skala ta’ tnax u bin-numru 36 li juri li saru fis-sena 1892. Marka oħra li tidher hija dik tal-arġentier CM jew GM (li sfortunatament f’kull biċċa ma humiex cari) li tista’ tkun ta’ dawn l-arġentiera: Carlo Mifsud (liċenzjat bħala arġentier fl-1857), Giovanni Manchè (1857),
Valletta 2017
Giuseppe Meli (1881) jew ta’ Giovanni Mamo (1888). Li hu żgur hu l-fatt li l-aktar ħaġa rikka f’dan is-salib huwa l-injam tal-abbanu, xejn komuni fil-kuntest Malti.
Il-Kruċetta tal-istandard hija ta’ provenjenza mħallta. Is-salib mhux tal-fidda, jidher li huwa xogħol Taljan ibbannjat bil-fidda. Ilkumplament huma fidda imma l-marki ma jidhrux. Flok is-solitu boċċa taħt is-salib insibu ornament ottagonali u fuq kull wiċċ insibu kerubin. Jidher li huma xogħol Malti tal-bidu tas-seklu għoxrin. X’sar mill-kruċetta l-antika ma nafux. Povri kruċetti, kemm-il darba jaħbtu jew jinqabdu ma’ ventijiet eċċ. fit-toroq waqt ilpurċissjonijiet u jista’ jkun li l-kruċetta l-antika ġarrbet xi ħsarat u ġiet mibdula.
Il-Medaljun tar-Rettur preżenti jidher li huwa xogħol fil-fidda tal-bidu tas-seklu għoxrin, imma l-ebda marka tal-fidda ma tidher. L-arma hija dik tal-Monte Carmeli, fonduta u ċiżillata, immuntata fuq Nome di Maria, fonduta wkoll
Festa Madonna tal-Karmnu
kollox ġo gwarniċ fondut tond, b’ornament ta’ żigarella żbalzat in-naħa ta’ fuq. Il-Medaljun l-antik tar-Rettur huwa fuq stil Barokk, kollox żbalzat li juri rendizzjoni tat-titular Santwarju tal-Madonna Tal-Karmnu tal-Belt Valletta bilMadonna u l-Bambin jagħtu l-labtu, imdawwrin b’girlanda ta’ weraq u fjuri. Jidher li xi darba kien ibbannjat bid-deheb. Sfortunatament ma jidhrux marki tal-fidda imma l-istil ta’ din iddomna huwa pjuttost Taljan.
Jekk Alla jrid, is-sena d-dieħla, naraw xi affarijiet oħra, veru mhux tal-fidda imma xorta waħda prezzjużi u interessanti li għandha din il-Fratellanza.
Valletta 2017
61
BOV MOBILE
servizzi bankarji faċli magħmula apposta għalik Mal-Bank of Valletta, tista’ tħaddem b’mod konvenjenti t-tranżazzjonijiet finanzjarji u l-ħtiġijiet bankarji tiegħek, kull meta int tixtieq.
Permezz tal-BOV Mobile, tista’ tħallas lil min trid mill-mobile tiegħek, tkun fejn tkun. NIŻŻEL L-APP B’XEJN
L-Android hu reġistrat ma’ Google Inc.
Termini u kundizzjonijiet japplikaw.
2131 2020 I bov.com Maħruġ mill-Bank of Valletta p.l.c., 58, Triq San Żakkarija, Il-Belt Valletta VLT 1130
Messaġġ mill-Għaqda Festa Madonna tal-Karmnu – Valletta
Inkomplu ninsġu flimkien l-isbaħ libsa għall-Belt Valletta, għall-festa tal-Patruna
Din is-sena bħas-snin imgħoddija komplejna nirsistu u naħdmu flimkien biex inkomplu nżidu mal-kollezzjoni ta’ armar rikk li għandna li bih inżejnu b’mod tant dinjituż u kif jixraq lill-Belt Kapitali tagħna għall-festa kbira tal-Madonna tal-Karmnu. Ix-xogħol kollu li sar matul is-sena kien iffukat biex kemm isir armar ġdid u għalhekk it-tkomplija ta’ bosta proġetti mibnija imma wkoll biex inkomplu bil-ħidma ta’ restawr ta’ armar antik fosthom il-famuż palk tal-Banda li tant qed jiġbed ammirazzjoni mid-dilettani tal-festi madwar Malta. Matul din il-festa bl-għajnuna tal-Madonna tal-Karmnu kif ukoll ta’ bosta Karmelitani b’qalb kbira, ser inkunu qed inżanżnu:
• 2 bnadar sfumati għal fuq is-Sur ta’ Marsamxett; • Pittura tal-artist Manuel Farrugia li turi Marija Bambina flimkien ma’ Sant’Anna u San Ġwakkin. Din il-pittura ser titwaħħal mal-Pavaljun fit-tarf ta’ Triq l-Arċisqof; • Tkomplija tal-induratura tal-iskultura talpedestall tal-Madonna tal-Karmnu li tintrama fi Pjazza Indipendenza (fuq il-Palma);
• 10 sopraporti ġodda għall-bandalori ta’ Pjazza Indipendenza;
• 10 sopraporti ġodda għal bejn il-pavaljuni ta’ Triq Zekka;
• Ħjata ta’ pavaljun ieħor u l-isfumar tiegħu fi Triq l-Ifran; • Bandalora oħra kbira għat-tarf ta’ Triq itTeatru. Din il-bandalora ser jkollha l-arma ta’ Marija Sultana mtellgħa s-sema. • Skultura u induratura taż-żewġ pedestalli taż-żewġ qaddisin (San Ġwann Bosco u San 64
Festa Madonna tal-Karmnu
Luiġi Maria de Montfort) li jintramaw fi Triq it-Teatru;
• Liedna ġdida għal Triq il-Punent u Pjazza Indipendenza; • Kolonna ġdida kolossali għall-istatwa ta’ Dun Ġorġ Preca;
• Restawr u skultura ġdida tal-partijiet nieqsa fil-palk tal-banda u żebgħa tiegħu; • Xogħol ta’ manutenzjoni fuq l-arbli ta’ fuq ilbejt; • Sfumar tal-aħħar 4 bandalori ta’ Triq San Ġwann; • Restawr ta’ anġlu antik xogħol Karlu Darmanin, għall-istat oriġinali tiegħu;
• Ammont ta’ liedna ġdida biex jiġu ffurmati 2 Nome di Maria, li ser jintramaw waħda fid-daħla ta’ Marsamxett u l-oħra ħdejn ilBaviera; • Kuruna tal-liedna u kukkardi għal Triq Santa Luċija;
• 11-il Bandiera ġdida għax-xahar qabel ilfesta;
Dan ix-xogħol kollu ma kienx ikun possibli li jsir mingħajr l-għajnuna ta’ Illario Degiovanni, James Wells, Dino Armeni, Massielle Zahra, John Farrugia, A. J. Caruana, Leli Sultana, Ryan Catania, Joseph Pace, Brenice Zammit, Isaac Mckay, Fr Charles Vella, Enya Curmi, Rennie Abela, Justin Piscopo u Joanne Camillieri. Grazzi dejjem lil kulħadd.
Viva l-Madonna tal-Karmnu – Patruna Ħelwa Tagħna
Valletta 2017
Ritratti waqt ħidma fl-armar matul is-sena
Festa Madonna tal-Karmnu
Valletta 2017
65
Ir-restawr tal-Kampnar tas-Santwarju Carmel Pace
Għal dawn l-aħħar għoxrin sena, l-Għaqda Festi Esterni tal-Madonna tal-Karmnu, għamlet użu bħala maħżen minn post ġo Triq id-Dejqa. F’dan il-post jintrefa’ l-armar tal-injam bħalma huma l-kolonni tal-istatwi, labardi eċċ, u kif ukoll l-istatwi kollha. Barra minn hekk fl-istess post isir il-manutenzjoni tal-armar u isir xogħol ġdid. Kif wieħed jista’ jinnota tajjeb, kull sena xi ftit jew wisq l-armar dejjem jiżdied u l-post verament ġie limitat fejn wieħed jista’ jaħżen u fl-istess waqt jintuża bħala workshop.
Jien, flimkien maċ-Chairperson Julian Vassallo, bdejna nikkunsidraw kull ħaġa possibbli biex intejbu din is-sitwazzjoni. Jekk nagħżlu li jkollna maħżen ieħor, ħa nidħlu f’aktar spejjeż rigward kera u fl-akkwati tas-Santwarju kważi huwa impossibbli li jinstab xi post kif mixtieq.
66
Festa Madonna tal-Karmnu
Valletta 2017
Għajnejna marru fuq il-kampnar tas-Santwarju. Minn binja ta’ kważi 6 sulari kienu qed jiġu utilizzati tnejn biss. Wieħed mis-sulari jintuża ovvjament minn fejn jindaqqu l-qniepen u ieħor fejn jintrefa’ xi armar tal-knisja.
Wara li tana l-kunsens il-Pirjol P. Alex Scerri, u ovvjament wara ħafna diskussjonijiet u pariri ma’ nies kompetenti fix-xogħol ta’ kostruzzjoni, bħalma huma periti, inġeniera u kuntratturi, ġie deċiż li nistgħu nutilizzaw il-kampnar b’mod aktar għaqli. Wara li ħareġ il-permess mill-MEPA, stajna niffukaw fuq dan il-proġett ambizzjuż, li jinvolvi ħafna xogħol u kif ukoll huwa ta’ piż finanzjarju mhux ftit. Aħna l-Karmelitani dejjem ngħidu “Il-Madonna tipprovdi”, u dan verament kollu minnhu, għax fi ftit xhur dan il-proġett qed jiġi ffinanzjat minn benefattur li ma jixtieqx juri ismu, iżda għall-informazzjoni ta’ kulħadd l-ispiża ħa tlaħħaq viċin €40,000. Barra minn hekk, ma nistax ma nirringrazzjax pubblikament lil Clyde Borg, tifel li trabba għad-dell tasSantwarju, li bil-pariri u l-ħidma tiegħu ġew frankati spejjeż kbar. X’sar Peress li l-kampnar huwa espost għallelementi kollha, l-ewwel ma ried isir kien li jiġi analizzat il-kwalità tal-konkrit
Festa Madonna tal-Karmnu
tas-soqfa, għax kien hemm xi wħud minnhom bix-xibka tidher sew. Iż-żewġ soqfa ta’ fuq nett kellhom jinbidlu u jsiru ġodda. Fortunatament, is-soqfa l-oħra lħaqnihom f’mument li b’restawr professjonali fil-konkos evitajna l-bdil totali tassoqfa. Barra minn hekk biex nerbħu aktar spazju nfetħu ħitan f’kull sular u ġew rinforzati bi travi tal-ħadid. Is-saqaf tas-sular ta’ taħt il-qniepen l-iktar wieħed li kien dgħajjef ġie msaħħaħ b’żewġ travi oħra. Peress dan l-imsemmi sular huwa għoli aktar minn żewġ sulari u nofs, ġie msaqqaf min-nofs biex ġie gwadanjat sular ieħor. Biex b’hekk il-kampnar ġie mqassam kif jidher hawn taħt. Il-Lift L-uġiegħ ta’ ras kienet kif inhu possibbli li l-armar kollu jittella’ fis-sitt sular. Is-soluzzjoni li ħareġ biha l-kuntrattur hi li jsir Goods Lift, li sar fil-ġenb tal-kampnar b’entratura f’kull sular.
Valletta 2017
67
K & Co
LIMITED
105, Mill Street, Qormi QRM 3100 Tel: 2144 2948 Mob: 9949 0481
www.kingshoeshop.com 42, Ordnance Street, Valletta
Ovvjament l-art ħa tingħata kimika biex titneħħa t-traba tas-simenta, u jsir il-finishing bit-tkaħħil ma’ kullimkien, u sar ukoll dawl ġdid biex kulħadd jista’ jaħdem bil-kumdità. Illum nistgħu ngħidu li l-Għaqda Madonna tal-Karmnu għandha maħżen attrezzat u bi spazju biżżejjed fejn jistgħu jitkomplew isiru proġetti ġodda biex jiżżejnu t-toroq tal-Belt għall-festa tal-patruna tagħna. Għalhekk kien xieraq li ġie deċiż li din il-binja għandha l-isem ta’ Maħżen 16 ta’ Lulju.
70
Festa Madonna tal-Karmnu
Filwaqt li nirringrazzja lil kull min kien involut f’dan il-proġett u nispera li l-ġenerazzjonijiet futuri jkomplu jfaħħru l-Madonna tal-Karmnu bil-ħidma tagħhom għall-festa tagħha.
Valletta 2017
Il-Paviment tal-Irħam tal-Bażilka Patri Alex Scerri O.Carm Pirjol u Rettur tas-Santwarju
Waqt il-Funzjoni tal-Aħħar Erbgħa tal-Udjenza li għaddiet, eżattament fil-31 ta’ Mejju 2017, kellna x-xorti nisimgħu l-aħbar, li konna ilna qed nittamaw li xi darba tasal, minn fomm ilProvinċjal: illi fil-ġimgħat ta’ wara il-Festa talKarmnu ta’ din is-sena, ser jibda x-xogħol talirħam fuq il-PAVIMENT tal-Bażilka tagħna.
is-Santwarju ta’ Ommna Marija l-Ġmiel talKarmelu.
Kif tistgħu tobsru dan il-proġett ser jinvolvi flejjes kbar. Għalhekk għal darb’oħra qed nafdaw dan il-proġett tant bżonnjuż filġenerożità tagħkom għeżież benefatturi, għax nafu bl-imħabba bla qies li għandkom lejn dan
Filwaqt li nirringrazzjakom bil-quddiem talġenerożità tagħkom, inwegħdukom it-talb tagħna. F’paġna 72 insibu d-disinn tal-paviment tal-irħam li x-xogħol fuqu ser jibda fil-ġimgħat ta’ wara l-festa.
Ilu snin tinħass il-ħtieġa li jsir il-Paviment tal-irħam li jixraq għas-Santwarju tagħna u li b’hekk ikompli jikkumplimenta l-opri tal-arti li jsawruha.
Jiena konvint, li intom li għandkom għal qalbkom dan is-Santwarju żgur se tgħinuna mill-aħjar li tistgħu. Għal kull offerta li ser tagħtu jiena żgur li l-Mulej se jagħtikom mitt darba iżjed. Kull għajnuna finanzjarja kemm żgħira kif ukoll kbira hija apprezzata biex b’hekk inkunu nistgħu nlestu u nwettqu din il-ħolma li tant ilna biex naraw iseħħ.
Johann Farrugia
15, St John Street, Valletta Tel: 2123 6553 Festa Madonna tal-Karmnu
Valletta 2017
71
Paviment tal-irħam – Santwarju Bażilika Madonna tal-Karmnu, Valletta (Disinn Chev. Joseph D’Amato)
72
Festa Madonna tal-Karmnu
Valletta 2017
Programm tal-Festi Solenni
Madonna tal-Karmnu Valletta 2017
Programm tal-Festi Solenni
li l-Provinċja Karmelitana Maltija tiċċelebra f’ġieħ il-Madonna tal-Karmnu bħala l-Festa Patronali tal-Ordni Karmelitan fis-Santwarju Bażilika Tagħha fil-Belt Valletta mill-1 sas-16 ta’ Lulju 2017 Is-Sibt 1 ta’ Lulju
Ħruġ tal-Istatwa min-Niċċa 6.00pm Rużarju Karmelitan 6.30pm Quddiesa mill-Pirjol Patri Alex Scerri O.Carm., Rettur tas-Santwarju, bis-sehem tal-għaqdiet kollha tas-Santwarju. Jingħata l-mandat lirReffiegħa u wara ssir il-ħruġ min-niċċa tal-Istatwa tal-Madonna tal-Karmnu
Il-Ħadd 2 ta’ Lulju
Jum tal-Familji Karmelitani 10.00am Quddiesa organizzata mill-Arċikonfraternità ta’ San Ġużepp, bis-sehem tal-Familji Karmelitani. Mistiedna dawk l-għarajjes li żżewġu fisSantwarju fl-aħħar sena u dawk li qed jiċċelebraw xi anniversarju importanti miż-żwieġ tagħhom. Janima l-kant is-Sur Vince Fabri
It-Tnejn 3 ta’ Lulju
Jum Ewkaristiku Inħejju ruħna spiritwalment għall-festa biex permezz tagħha l-Verġni Marija xxerred kotra ta’ grazzji fuqna 10.00am Quddiesa. Wara Ġesù Ewkaristija jiġi espost sa nofsinhar 12.00pm Talba ta’ Nofs il-Jum mill-Komunità tas-Santwarju 4.30pm Espożizzjoni u Addorazzjoni 6.00pm Rużarju quddiem Ġesù Ewkaristija 6.30pm Quddiesa bil-ħsieb fuq l-Verġni Marija fiċ-Ċenaklu
74
Festa Madonna tal-Karmnu
Valletta 2017
It-Tlieta 4 ta’ Lulju
Jum it-Terzjarji Karmelitani 6.00pm Rużarju 6.30pm Quddiesa bis-sehem tat-Terz’Ordni Karmelitan li fiha ssir il-vestizzjoni u l-professjoni tat-Terzjarji l-ġodda
L-Erbgħa 5 ta’ Lulju
Jum iż-Żgħażagħ u l-Vokazzjonijiet Karmelitani Ġurnata ta’ Talb għal aktar Vokazzjonijiet fl-Ordni Karmelitan matul il-ġurnata kollha. 6.00pm Rużarju 6.30pm Quddiesa għaż-żgħażagħ tal-Carmel Youth’s li fiha jsir talb għall-Vokazzjonijiet Karmelitani u tkun animata minnhom
Mill-Ħamis 6 ta’ Lulju sal-Ġimgħa 14 ta’ Lulju
Novena f’ġieħ il-Madonna tal-Karmnu Kuljum: 6.00pm Rużarju bil-Litanija Karmelitana 6.30pm Quddiesa bl-omelija u wara Ċelebrazzjoni Marjana bil-Kant tas-Salve Reġina u Flos Carmeli u Ċelebrazzjoni Ewkaristika. Jipprietkaw in-Novena: 6 u 7 ta’ Lulju: Rev. Djaknu P. Kurt Mizzi O. Carm 8 ta’ Lulju: Mons. Ewkaristiku Sultana 9, 10 u 11 ta’ Lulju: Rev. Patri Renald Lofreda O. Carm 12, 13 u 14 ta’ Lulju: Mons. Arċipriet Carmelo Refalo talKolleġġjata u Bażilika tax-Xagħra Għawdex
Is-Sibt, 8 ta’ Lulju
Jum l-Anzjani u l-Morda Il-Verġni Marija Saħħa tal-Morda 10.00am Quddiesa bis-sehem tal-anzjani u l-morda middiversi Djar u Residenzi, li fiha jiġi amministrat isSagrament tad-Dilka tal-Morda.
Festa Madonna tal-Karmnu
Valletta 2017
75
Il-Ħadd 9 ta’ Lulju: Jum it-Tfal
Il-Verġni Marija Sultana tal-Familja 9.00am Quddiesa bis-sehem tat-Tfal u t-Trabi li jiġu preżentati lill-Madonna tal-Karmnu u miktuba fil-Labtu tal-Karmnu; wara ssir manifestazzjoni ferriħija madwar ittoroq tas-Santwarju. Din il-quddiesa ser tkun imxandra dirett fuq TVM2
L-Erbgħa 12 ta’ Lulju
8.00pm Kunċert imtella’ mill-Valletta Ensemble u l-Kor Vokafest organizzat millFratellanza tal-Madonna tal-Karmnu, Il-Belt Valletta
Is-Sibt 15 ta’ Lulju: Lejlet il-Festa
Jum it-Tifkira tal-Inkurunazzjoni 10.00am Quddiesa Solenni f’għeluq il-136 sena tal-Ewwel Inkurunazzjoni f’dawn ilGżejjer, tax-xbieha mirakoluża tal-Madonna tal-Karmnu. Ċelebrant – L-Eċċ. Tiegħu Mons. Arċisqof Emeritus Paul Cremona OP. Jinseġ kuruna ta’ tifħir lillVerġni Marija Inkurunata r-Rev. Kan. Dun Nicholas Doublet 5.30pm Rużarju u Kurunella 6.00pm Quddiesa 7.00pm Transulazzjoni Solenni, Għasar Solenni u Barka Sagramentali. Ċelebrant – il-W.R. Patri Alexander Vella O.Carm., Provinċjal tal-Karmelitani
Il-Ħadd, 16 ta’ Lulju
Jum it-Tifkira Solenni tal-Imqaddsa Verġni Marija tal-Għolja tal-Karmelu Il-Quddies filgħodu jkun fis-6.00, 7.00, 8.00, 9.30, 11.30 (fl-oratorju) u f’nofsinhar 8.00am Konċelebrazzjoni mill-Provinċjali, Retturi u Kappillani tal-Knejjes tal-Belt. 9.30am Il-Provinċja Karmelitana Maltija tiċċelebra Quddiesa Solenni Prelatizja f’Jum il-Festa Patronali tal-Ordni mmexxija mill-W.R. Provinċjal Patri Alexander Vella O.Carm. Jinseġ il-paniġierku r-Rev. Dun Brendan M. Gatt 5.15pm Għasar Solenni mir-Rev. Pirjol Patri Alex Scerri O. Carm, Rettur tas-Santwarju 6.00pm Quddiesa kantata mill-Eċċ. Tiegħu Mons Arċisqof Charles J. Scicluna, Arċisqof Metropolita ta’ Malta 7.00pm Purċissjoni Solenni bl-Istatwa devota u mirakoluża tal-Madonna tal-Karmnu mmexxija mill-W.R. Provinċjal Patri Alexander Vella O.Carm. Waqt il-pellegrinaġġ tingħad it-talba tar-Rużarju 8.00pm Il-purċissjoni tasal fuq iz-zuntier tal-Kon-Katidral ta’ San Ġwann, fejn issir ilkonsagrazzjoni lill-Madonna tal-Karmnu 10.15pm Dħul tal-Purċissjoni fis-Santwarju Bażilika, kant tal-Flos Carmeli u Ċelebrazzjoni Ewkaristika
76
Festa Madonna tal-Karmnu
Valletta 2017
L-Erbgħa 26 ta’ Lulju
Ċelebrazzjoni ta’ Radd il-Ħajr 6.00pm Rużarju 6.30pm Quddiesa ta’ Radd il-Ħajr lil Alla tal-Festi li għaddew u wara jsir id-dħul tal-Vara talMadonna tal-Karmnu fin-niċċa Korijiet li se jieħdu sehem matul dawn il-jiem: Il-kant matul in-novena jkun immexxi minn Mro. Sebastian Camilleri Fil-ħruġ tal-istatwa u fil-quddiesa tal-Inkurunazzjoni mill-orkestra u l-Kor Tota Pulchra ta’ Bormla mis-Sur Walter Tonna u Mro. Michael Camilleri Fil-quddiesa tal-Morda mill-Kor Parrokkjali tal-Balluta mis-Sa Marie Therese Vassallo Filwaqt li Lejliet u Nhar il-Festa mill-Kor Colleguim Musicum taħt id-direzzjoni tal-Mro. Prof. Dion Buhagiar Mastro di Cappella tal-Bażilika li fiha tindaqq il-mużika tal-Familja Nani.
Festa Madonna tal-Karmnu
Valletta 2017
77
Festa Madonna tal-Karmnu 2017
Programm tal-Festi Esterni Il-Ħadd 9 ta’ Lulju
9.00am Quddiesa bis-sehem ta’ tfal u wara tingħata bidu għal manifestazzjoni tat-tfal blistatwa żgħira tal-Madonna tal-Karmnu. Jakkumpanjaw din il-manifestazzjoni t-‘Tikka Banda’ li tibda minn quddiem isSantwarju u tgħaddi minn dawn it-toroq: il-Punent, Arċisqof, Pjazza San Ġorġ, Teatru l-Antik fejn wara jsir id-dħul tal-istatwa lura fis-Santwarju f’atmosfera ferriħija tat-tfal.
Il-Ħamis 13 ta’ Lulju
8.00pm Marċ mill-Għaqda Mużikali San Ġużepp ta’ Ħal Għaxaq li jibda minn Pjazza l-Assedju l-Kbir u jkompli f’dawn it-toroq Repubblika, Teatru l-Antik, l-Ifran, l-Arċisqof, Punent, Teatru l-Antik, l-Ifran, Santa Luċija, San Patrizju, San Ġwann, Punent, Santa Luċija, Zekka, Teatru l-Antik fejn jintemm b’sorpriża fil-11.00pm quddiem is-Santwarju
Il-Ġimgħa 14 ta’ Lulju
8.30pm Marċ mis-Soċjetà Mużikali Madonna tal-Ġilju tal-Imqabba li jibda minn Pjazza l-Assedju l-Kbir, ikompli f’dawn it-toroq, Repubblika, Teatru l-Antik, L-Ifran, Arċisqof, Żekka sa ħdejn is-Santwarju fejn l-istess Banda tilqa’ l-istatwa tal-Madonna tal-Karmnu u l-marċ ikompli minn Triq il-Punent, San Ġwann, Żekka, Teatru l-Antik, Punent fejn fil-11.30pm nassisstu għat-tlugħ talMadonna fuq il-pedestall artistiku fi Pjazza Indipendenza. Wara ser jiġi mtella’ spettaklu ta’ Nar sinkronizzat mal-Mużika mill-Kamra tan-Nar 15 ta’ Awwissu tal-Mosta.
78
Festa Madonna tal-Karmnu
Valletta 2017
Is-Sibt 15 ta’ Lulju
Lejlet il-Festa Filgħodu 10.30am L-Għaqda Mużikali Madonna tal-Karmnu talBalluta tagħmel il-marċ tradizzjonali ta’ filgħodu li jibda minn Triq ir-Repubblika, Teatru l-Antik, Zekka, l-Arċisqof, Punent, Santa Luċija, Zekka, Teatru l-Antik u jintemm fis-2.00pm fost il-briju tal-partitarji quddiem is-Santwarju. Lejlet il-Festa Filgħaxija 8.00pm Il-Banda Dekana u Ċittadina L’Isle Adam tarRabat tal-Imdina tibda marċ minn Triq irRepubblika li jkompli fi Triq it-Teatru l-Antik. 9.15pm L-istess Banda tesegwixxi Programm Mużikali fuq il-Palk maġenb is-Santwarju. Kif jintemm jingħata bidu għall-feature bit-tema: Il-Ġmiel talKarmnu - Ġawhra tal-Belt Valletta. 10.45pm Fi Triq Marsamxett jingħata bidu għan-nar talart.
Il-Ħadd 16 ta’ Lulju
5.30pm Marċ mill-Banda Madonna tal-Karmnu tal-Fgura li jibda minn Triq ir-Repubblika, Teatru l-Antik fejn tilqa’ l-ħruġ tal-istatwa minn ġos-Santwarju. Wara tesegwixxi Programm Mużikali fuq il-Palk fejn is-Santwarju. 6.30pm Marċ mis-Soċjetà Filarmonika Nazzjonali La Vallette li jibda minn Triq ir-Repubblika (ħdejn il-Wembley Stores), Teatru sa ħdejn is-Santwarju. Wara l-banda tkompli b’marċ fi Triq l-Ifran (ħdejn l-Iskola St Albert). 7.15pm Marċ mill-Banda Madonna tal-Karmnu tal-Balluta li jibda minn Triq Merkanti (quddiem is-Suq) u tkompli bis-servizz tagħha fi Pjazza San Ġwann quddiem il-Kon-Katidral ta’ San Ġwann fejn din il-Banda takkumpanja l-istatwa tal-Madonna tal-Karmnu fil-purċissjoni fi Triq ir-Repubblika, Teatru l-Antik sad-dħul lura fis-Santwarju. Hekk kif l-istatwa tal-Madonna tal-Karmnu tasal fi Pjazza San Ġorġ se jibda spettaklu tan-nar u kaxxa infernali.
Festa Madonna tal-Karmnu
Valletta 2017
79
Programm tan-Nar Is-Sibt 15 ta’ Lulju 8.00am Ħruq ta’ Murtali u murtaletti 12.00pm Ħruq ta’ Murtali u murtaletti 7.00pm Salut tal-bomba, kaxxa infernali, ħruq ta’ murtali u murtaletti bil-logħob. 10.45pm Ħruq tan-nar tal-art fi Triq Marsamxett (quddiem il-Pilar)
Il-Ħadd 16 ta’ Lulju
8.00am Ħruq ta’ Murtali u murtaletti 12.00pm Ħruq ta’ Murtali u murtaletti 7.00pm Salut u kaxxa infermali. Diversi settijiet ta’ murtali u murtaletti bil-loghob jakkumpanjaw il-purċissjoni. 8.45pm Sett murtaletti bil-logħob u blalen bil-kulur.
In-nar tal-arju se jkun maħdum mill-Kamra tan-Nar San Ġużepp Ħal Kirkop, mill-Kamra tan-Nar Madonna ta’ Lourdes tal-Qrendi u Eddie Ellul Fireworks Factory. In-nar tal-art huwa xogħol il-Kamra tan-Nar 15 ta’ Awwissu tal-Mosta.
80
Festa Madonna tal-Karmnu
Valletta 2017
L-Għaqda Festa Madonna tal-Karmnu, Valletta
Is-Santwarju tal-Karmnu għalkemm mhux parroċċa dejjem kien imdawwar b’komunità ta’ nies li matul is-sena jagħtu sehemhom filfunzjonijiet u l-festi li jsiru permezz ta’ armar u kulma jkun hemm bżonn. Żgur li ż-żmien tal-Festa huwa l-iktar żmien impenjattiv għal kulmin hu involut kemm fil-funzjonijiet u l-armar li jsir ġewwa s-Santwarju u kif ukoll fl-attivitajiet ta’ barra. Tul iż-żmien il-festa ta’ barra kibret mhux ftit u l-armar fit-toroq żdied u għalhekk inħasset il-ħtieġa li l-ħidma b’risq ilfesta kellha tiġi organizzata aħjar. Il-grupp talarmar ta’ barra jew kif kien magħruf sas-sena li għaddiet l-Għaqda Festi Esterni dejjem stinka biex ikabbar id-devozzjoni u l-festi li jsiru lill-Madonna tal-Karmnu u anki jieħdu ħsieb l-attivitajiet soċjali li jsiru tul is-sena.
Is-sena l-oħra wara l-festa nħasset il-ħtieġa li l-grupp tal-Festi Esterni tingħata dehra ġdida lil din l-istess għaqda u jorganizzaha aħjar. B’hekk fix-xhur ta’ wara l-festa bdiet il-ħidma fuq statut li membri tal-għaqda għandhom jimxu fuqu filħidma tagħhom tul is-sena. Dan l-istatut huwa l-punt ta’ tluq ta’ din l-għaqda, dan l-istatut jista’ jiġi emendat tul iż-żmien sabiex l-għaqda dejjem taġġorna ruħha u tinżamm ħajja. Fis-27 ta’ Novembru 2016 saret Laqgħa Ġenerali li fiha bdiet uffiċjalment il-ħidma tal-Għaqda Festa Madonna tal-Karmnu, Valletta taħt ilkappa tal-Komunità tal-Patrijiet Karmelitani filBelt. Ġie mniedi l-istatut u nfetħet diskussjoni biex dawk preżenti setgħu jsemmgħu l-ideat tagħhom. Ġiet ippreżentata l-arma l-ġdida tal-Għaqda fuq disinn tal-Artist Għawdxi Joseph Cauchi. Fl-istess laqgħa ġew imħabbra l-membri tal-Kumitat u tal-Kummissjonijiet differenti li se jkunu qed jagħtu sehem fil-ħidma tal-għaqda. B’kollox il-kumitat fih 9 membri u 5 kummissjonijiet li jaqgħu taħt dan l-istess kumitat. Minn hemm bdiet ħidma ta’ għaqda li tistinka sena sħiħa u tilħaq il-qofol tagħha f’Lulju fil-festa tal-Madonna tal-Karmnu. Festa Madonna tal-Karmnu
Bdew jiġu organizzati ikliet darba fix-xahar, attivitajiet ta’ rikreazzjoni kull ġimgħa u afternoon teas fost affarijiet oħra. Il-kumitat ħa ħsieb ukoll jikkordina xi armar fit-toroq għal żmien il-Milied. Il-Kummissjoni Żgħażagħ ħadet ħsieb li fi żmienijiet ta’ festi differenti tbiegħ ħelu marbut ma’ dak iż-żmien partikolari. Ħidma li ma taqta xejn dejjem b’risq il-festa. Il-Kumitat kellu biċċa xogħol iebsa biex jikkordina l-festa li qegħdin niċċelebraw. Ta’ kull xahar il-kumitat jiltaqa’ biex jiddiskuti ideat li tressqulu u xogħol ieħor. Fost laqgħat oħra saru laqgħat mal-baned li jiġu mistiedna għal festa biex jiġi mfassal programm ta’ marċi tul din ilġimgħa. F’kull laqgħa kien jingħata rendikont tal-progress li kien qed isir fiż-żewġ proġetti kbar li għandha l-Għaqda, dak tal-maħżen u taċċentru. F’dawn il-laqgħat kien jiġi wkoll pjanat armar ġdid jew li qed jiġi restawrat.
Apparti x-xogħol fuq il-festa u l-laqgħat li jikkordinaw kollox flimkien, l-għaqda ħasbet biex fi żmien ir-Randan torganizza ġimgħa ta’ eżerċizzji, li saru fl-Oratorju tan-Nazzarenu bejn it-13 u s-17 ta’ Marzu minn Patri Ivan Scerri O.Carm. Għal dawn l-eżerċizzji kien hemm attendenza tajba mill-membri u jħeġġuna norganizzaw iktar attivitajiet ta’ dan it-tip. Din is-sena kienet sena differenti mis-snin ta’ qabel fl-Għaqda Festa Madonna tal-Karmnu, kellha t-tlugħ u l-inżul tagħha, nawguraw li s-snin li ġejjin ikunu snin ta’ ħidma biex flimkien inkomplu nkabbru din il-festa li għandna tant għall-qalbna u biha nkomplu nxerrdu d-devozzjoni lejn Ommna l-Ġmiel talKarmelu. Inħeġġeġ lil kull min jixtieq jgħin flgħaqda javviċina lil xi membru tal-kumitat biex inkomplu nkabbru l-familja Karmelitana Beltija. F’ismi u f’isem il-kumitat nawgura l-festa t-tajba lill-membri kollha tal-għaqda tagħna u kif ukoll lid-devoti Karmelitani kollha. Valletta 2017
81
Laqgħa Ġenerali 2016 Eżerċizzi tarRandan
Il-Proġett ta’ ċentru ġdid għall-Għaqda Festa Madonna tal-Karmnu – Valletta
Matul din is-sena, apparti x-xogħol normali fuq armar ġdid u restawr ta’ armar qadim il-Karmelitani Beltin kienu qed jaħdmu fuq
post maġenb il-knisja li ser jibda jintuża bħala ċentru għal din l-Għaqda. Fost ix-xogħol li sar kien hemm: • It-tbaxxija tal-art tal-bitħa;
• Instabet kamra kollha mimlija terrapien li ġiet imbattla; • Toilets ġodda li ġew trasferiti għal isfel;
• Infetħet wesgħa ġdida li ser tibda tintuża bħala bitħa; • Restawr tal-faċċata; • Gallarija ġdida;
• Dawl u ilma ġdid;
• Xogħol ġdid ta’ gypsum; • Tbaqqim fil-bitħa.
Dan ix-xogħol kollu ma kienx ikun possibbli mingħajr l-għajnuna ta’ bosta Karmelitani Beltin li b’xi mod jew ieħor qed jgħinu biex isir dan il-proġett. Ewlenin fosthom kien hemm: Joseph Grioli, Clyde Borg, Elton Borg, T.J. Forace, James Wells, Amadeo Vella u Joram Frendo. Ħajr speċjali lil Claudio Grech li tana sostenn finanzjarju għal dan il-proġett permezz talinizjattiva “Save a Life”.
Ritratti waqt ħidma diversa fiċ-Ċentru
Uptown Store All your daily needs under one roof
Delicatessen Counter • Groceries • Dairy Products Frozen Foods • Daily Fresh Bread • Detergents 12/13, Archbishop Street, Valletta
Tel: 2124 1098 Festa Madonna tal-Karmnu
Valletta 2017
83
A Snack in the Heart of the City
The open-air Restaurant in the centre of Valletta. We specialise in Maltese food, fresh local fish, pizza and steaks. We offer a large selection of snacks, coffee and ice-cream specialities. Seating is either open-air or inside in our fully air-conditioned restaurant. Opens at 8.00 - 22.00
Republic Square, Valletta  Tel: 2124 6454
84
Festa Madonna tal-Karmnu
Valletta 2017
L-Iskudetti tal-Anġli ta’ Darmanin (2) Andrew Borg
Introduzzjoni Sentejn ilu konna bdejna nagħtu titwila lejn sett anġli li jgħoddu ’l fuq minn mitt sena u li qegħdin fil-proċess ta’ restawr: ħdax minnhom fil-fatt huma u baqa’ wieħed biss li nittamaw li ma jdumx ma jkun lest ukoll. Dan is-sett anġli jintramaw għall-festa tal-Madonna tal-Karmnu li ssir fil-Bażilka Santwarju li jinsab fi Triq itTeatru u li għaliha t-toroq ewlenin tal-Belt u dik tal-imsemmi Tempju Marjan ikunu maħnuqa bin-nies nhar is-16 ta’ Lulju ta’ kull sena, jum iddedikat mill-Knisja lill-Madonna taħt dan ittitlu. Dawn it-toroq ikunu mżejna b’armar millisbaħ li jinkludi kemm armar antik, fosthom dawn l-anġli li jġibu l-firma ta’ Karlu Darmanin, statwarju Malti magħruf l-aktar għax-xogħol li ħallielna fil-kartapesta. Hemm sett simili għalih fil-parroċċa Slimiża ta’ Stella Maris. Kienet deċiżjoni għaqlija dik tal-grupp tal-armar li jirranġa u jirrestawra dawn l-istatwi anġeliċi li sal-1990 kienu għadhom jintramaw, fl-istat oriġinali tagħhom, fi Triq it-Teatru, it-triq talknisja. Għal xi snin ma baqgħux jintramaw billi xi wħud minnhom kellhom ħsarat kbar. Iżda malqalba tal-millenju dawn beda jsirilhom xogħol ta’ restawr u ftit ftit bdew jerġgħu jsebbħu t-toroq Beltin. L-imsemmija anġli jidhru qed iżommu skudett b’idhom il-leminija. Dawn l-iskudetti huma proprju s-suġġett tal-artiklu tagħna: flewwel artiklu li deher fl-20151 tkellimna fuq l-ewwel sitta u dis-sena se nitkellmu fuq is-sitta l-oħra. Simboli Marjani fuq l-Iskudetti ta’ Darmanin L-ewwel sitt skudetti li tkellimna dwarhom kienu jġibu fuqhom l-Għolja tal-Karmelu, l-Inizjali tal-Isem Imqaddes tal-Madonna (In Nome di Maria), il-kuruna u x-xettru, li jfakkruna li Marija hija Sultana tas-Sema u tal-Art, il-Kewkba tal-Baħar (Stella Maris), ilKewkba ta’ Filgħodu, titlu ieħor Marjan, il-Qalb Festa Madonna tal-Karmnu
bla Tebgħa ta’ Marija. Is-sitt skudetti l-oħra li se nitkellmu dwarhom hawnhekk iġibu fuqhom aktar simboli Marjani li jinkludu l-istilla ta’ David, il-qamar u s-serp, it-torri ta’ David; l-arma tal-Ordni Karmelitan u simbolu ieħor karmelitan relatat ma’ San Elija; kif ukoll żewġ simboli tal-bażilka, l-umbrellun u t-tintinabblu. Se nibdew l-ewwel biż-żewġ skudetti li jġibu simboli Marjani, sabiex inkomplu fejn ħallejna d-darba l-oħra, meta tkellimna proprju fuq issimboli Marjani, imbagħad ngħaddu għall-erba’ l-oħra li nikkonkludu bihom. Torri ta’ David Hemm żewġ titli msemmija fil-Litanija talMadonna li jġibu l-immaġini tat-torri: Torri tal-Avorju u Torri ta’ David. L-ewwel wieħed
Valletta 2017
85
5, Marina Street, Msida Tel: 2124 1965 Mob: 9924 1965
Email: mrsjones@melita.com
Tel: 2123 6065 Mob: 9949 6328 / 9929 1171 Email: cockney@maltanet.net www.cockneysrestaurant.com
jirraffigura l-verġinità ta’ Marija, u allura huwa torri għoli bla bieb li jevoka l-impenetrabilità u s-safa dejjiema tagħha. It-tieni wieħed, li huwa dak li għandna f’dan l-iskudett, rappreżentat bħala torri tal-ġebel, komplut bil-bieb u t-twieqi, li għandu r-raġġi neżlin fuqu millistilla ta’ David, għandu żewġ tifsiriet bibbliċi: dak tal-ġmiel evokat f’mara b’għonqha twil, u dak ta’ fortifikazzjoni soda u protettiva. It-tnejn insibuha fil-vers (4,4) tal-famuża Għanja talGħanjiet: Għonqok, torri ta’ David, li nbena ħalli fih jintrefgħu l-armi, Elf tarka hemm fih imdendla, tarkiet tal-qalbenin, ilkoll kemm huma. Nafu li l-awtur bibbliku qed jara fl-għonq tawwali l-ġmiel tal-mara għax il-vers li jiftaħ kapitlu erbgħa proprju jibda billi jistqarr: Kemm int sabiħa, maħbuba tiegħi, kemm int sabiħa! Fil-fatt huwa jissokkta billi jiddeskrivi l-għajnejn “qishom ħamiem”, xagħrek “merħla mogħoż”, snienek “qishom merħla nagħaġ imġiżża”, xufftejk “ħajta ħamra” ħaddejk “biċċtejn rummien” u wara li jsemmi l-għonq, jissokkta jsemmi lil sidrek “jixbah lil żewġt iħrief ta’ ċriev”. Hija għanja tabilħaqq sabiħa u mimlija kliem ta’ passjoni u mħabba żagħżugħa li l-Knisja tattribwixxi lil Marija Omm Alla u Omm il-Bnedmin.
Iżda rridu ninnutaw ukoll li meta l-awtur jirreferi għall-għonq u jiddefinih bħala “Torri ta’ David” iħoss il-ħtieġa li jfisser kif dan hu simbolu ta’ difiża u fortifikazzjoni. Kif tidħol Marija f’dan id-diskors ta’ armi ta’ ġlied u tarek ta’ protezzjoni? Marija hija raffigurata bħala dik li tħarisna mill-attakki tax-xitan u tas-segwaċi tiegħu, li jfittxu li jeqirdu l-Knisja ta’ Kristu. Bħala Reġina Omm hija tkenninna f’dan it-torri biex iżżommna fiż-żgur u ’l bogħod mill-attakki feroċi ta’ dak li ried ikun bħal Alla, irribella u mar jinsteħet għal dejjem fis-saltna taddlamijiet. It-Torri ta’ David, irridu nfakkru, kien wieqaf bi prominenza kbira fuq il-quċċata ta’ muntanja, madwar Ġerusalemm. Marija ukoll tinsab fil-għoli teċċella fuq kull membru tarrazza jumana, kollha dinjità u qdusija. It-torri ta’ David kien ukoll simbolu ta’ fortitudni ta’ difiża inbattibbli mill-għadu. L-istess naraw 88
Festa Madonna tal-Karmnu
f’Marija li ġiet mogħnija bi grazzja liema bħala li permezz tagħha hija baqgħet soda kontra l-qawwa tax-xitan sa mill-bidu nett tależistenza tagħha. Ma nistgħux ma niftakrux hawnhekk fis-simbolu l-ieħor li rajna fl-ewwel skudett fejn Marija tirfes ras is-serp. U allura Marija bħala Torri ta’ David tista’ tkun għalina sors kbir ta’ għajnuna sabiex meta nħossuna ttentati biex niddinbu, nduru lejha biex tagħtina l-qawwa meħtieġa biex nirreżistu, u meta ma jirnexxilniex, xorta waħda nistgħu mmorru għandha għax hi tagħtina l-qawwa biex nerġgħu nqumu. Fl-uffiċċju tal-festa tal-Madonna tar-Rużarju nsibu l-antifona: Virgo potens, sicut Turris David, mille clypei pendent ex ea, omnis armatura fortium, jiġifieri: Din hija l-Verġni Setgħana, bħat-Torri ta’ David; elf tarka imdendlin magħha, u l-armi kollha ta’ rġiel kuraġġużi. Hawnhekk Marija hija mqabbla ma’ fortizza b’saħħitha, mimlija armament, li lejha kull wieħed minnha jista’ jiġri biex isib kenn u biex jiddefendi ruħu, għax hemm insibu l-armi kollha li neħtieġu biex nissieltu mal-ħażen. Marija titpaxxa tħares lejna u tarana nissieltu bħal suldati tal-azzar. Għaliex it-torri mhuwiex invit biex aħna nkunu passivi, anzi huwa mbuttatura biex aħna ma nieqfux nissieltu. Il-qawwa tal-ħażen mhu se ċċedi qatt, allura aħna ma rridux nieqfu, l-anqas għall-mument wieħed biss. L-Immakulat Konċepiment ta’ Marija L-ewwel skudett li se nitkellmu fuqu jġib ilqamar b’serp imdawwar miegħu taħt l-istilla ta’ David bin-Nome di Maria fuqha. Dwar ir-rabta bejn l-istilla ta’ David u l-istilla li tissimboleġġa lil Marija diġà tkellimna fl-ewwel parti ta’ dan l-artiklu meta ddeskrivejna l-iskudetti li jġibu l-Kewkba tal-Baħar u l-Kewkba ta’ Filgħodu. Għaldaqstant, fir-rigward tal-ewwel skudett se niffukaw fuq is-simbolu li hu marbut madDomma tal-Immakulat Konċepiment ta’ Marija. Fil-fatt il-vari proċessjonali, l-istatwi li naraw fin-niċeċ mifruxa mat-toroq u d-djar tagħna kif ukoll ħafna pitturi li jirrafiguraw lil Marija li daħlet fid-dinja mingħajr tebgħa ta’ dnub, huma dejjem karatterizzati bil-qamar u s-serp taħt saqajn il-Madonna. Valletta 2017
Din l-ikonografija tfakkarna fit-test bibbliku mislut mill-ktieb tal-Apokalissi (12,1) U deher sinjal kbir fis-sema: Mara liebsa x-xemx, bilqamar taħt riġeljha u b’kuruna ta’ tnax-il kewkba fuq rasha. Dan il-kliem fil-fatt ispira lill-Papa Piju IX biex jordna statwa li kellha tittella’ biex tiddomina Piazza di Spagna f’Ruma fl-okkażjoni tal-proklamazzjoni tad-domma mill-istess Papa fl-1854. Il-materjal użat kellu jkun tal-bronż, bl-istatwa għolja 16-il pied u speċifikatament din l-istatwa kellha tinkludi “felli qamar u s-serp taħt riġlejn il-Madonna u kuruna ta’ kwiekeb madwar rasha.”2 Dan hija ikonografija importanti ferm marbuta ma’ domma tal-fidi u mhux sempliċiment devozzjoni. Kif jgħid Fulton Sheen “L-Immakulat Konċepiment ta’ Marija hija duttrina tal-Knisja Kattolika Rumana li tfisser li Marija, biex tkun pura biżżejjed sabiex tkun omm Kristu, kienet ikkonċeputa mingħajr it-toqol tad-dnub oriġinali u ruħha kienet kreata fi qdusija pura u innoċenti.”3
Iżda dan it-twemmin mhux xi ħaġa riċenti daqskemm hu l-awtur li kkwotajna hawnhekk. Intant sa mill-ewwel żminijiet tal-Knisja, il-Misteru tal-Inkarnazzjoni qajjem ukoll diskussjoni dwar il-qdusija essenzjali ta’ Marija.4 Magħżula mill-Missier Etern biex tkun Omm Ibnu, missjoni li hija stess aċċettat liberament bil-fiat tagħha meta ddeskrivit ukoll lilha nnifisha bħala “il-qaddejja tal-Mulej”, kif qatt setgħet Marija toħlom li twettaq xi att, żgħir kemm hu żgħir, kontra l-Ħallieq tagħha! Ilproklamazzjoni li dwiet mad-dinja Kristjana fisseklu V permezz tal-Konċilju ta’ Efesu (431wK) li mar jiddikjara Omm Alla – l-eqdem domma talfidi fir-rigward ta’ Marija – kompliet, jekk qatt kien hemm bżonn, issaħħaħ din il-perwazzjoni tal-fidili li Marija kienet eċċezzjonalment qaddisa. Il-Knisja, mela, sa mill-bidu tagħha, ħarset lejn Marija bħala dik il-mara li qatt ma ċaħdet mument wieħed ta’ mħabba fil-konfront tal-Ħallieq tagħha. Sa minn meta għażilha biex tkun Omm Ibnu – u dan ifisser li hi kellha tkun Omm Alla billi aħna nemmnu li Alla l-Missier, Alla l-Iben u Alla l-Ispirtu Qaddis huma tliet persuni f’Alla wieħed – il-Missier Etern ma telaqhiex minn taħt għajnejh, ħaseb biex hija tkun imħejjija Festa Madonna tal-Karmnu
kif jixraq għal dan l-irwol, li tkun imżejna bilvirtujiet kollha u dawn fl-aqwa tagħhom. Kien l-anġlu Gabriel li kkonfermalna kemm Alla ħabb lil Marija u kemm ried iżejjinha bl-aqwa u bloħla grazzji, għaliex meta sejħilha “mimlija bilgrazzja” ma setax isejħilha b’titlu ogħla minn dan. Din l-istqarrija anġelika fissret fi ftit kliem li f’Marija seħħet il-milja tal-grazzja. Is-Santi Padri, id-dutturi, it-teoloġi u studjużi kbar talKnisja, fosthom qaddisin u papiet ewlenin li kkaraterizzaw l-istorja tagħha, fehmu dan ittitlu sabiħ bħala konferma divina li la Marija kienet mimlija bil-grazzja, ma kien hemm fiha l-anqas l-iċken post għal xi forma ta’ dnub. Hija kienet bla dnub. Minn dejjem bla dnub. Sa minn qabel twieldet kienet bla dnub. Kienet ikkonċeputa mingħajr dnub. Din hija d-domma tal-Immakulata Kunċizzjoni li niċċelebraw ta’ kull sena fit-8 ta’ Diċembru.
L-imsemmija festa, fil-fatt, ilha tiġi ċċelebrata fil-Knisja tal-Lvant sa mis-seklu VII. Fil-Punent iddaħħlet xi seklu wara. San Tumas t’Aquinas pereżempju jsostni li fi żmienu diġà kienet iċċelebrata.5 Iżda minkejja li ċ-ċelebrazzjoni talfesta hija pjuttost bikrija, id-diskussjoni dwarha kemm din hija realtà li trid titwemmen, kienet ferm aktar twila u profonda. Għalkemm jidher li kien hemm qbil bikri dwar il-fatt li Marija ma wettqitx dnubiet matul ħajjitha, ma kienx hemm qbil dwar il-fatt li hija setgħet twieldet mingħajr dnub tan-nisel, billi l-fidi Nisranija dejjem sostniet li l-bnedmin kollha jitwieldu mċappsin bid-dnub hekk imsejjaħ oriġinali, id-dnub raffigurat mill-episodju simboliku ta’ Adam u Eva. Id-dibattitu baqa’ sejjer u l-mistoqsija ewlenija jekk Marija kinetx minn dejjem mingħajr dnub jew inkella jekk bħala bniedma umana kellhiex dan id-dnub oriġinali li Alla ħelisha minnu minnufih? Mhux possibbli li hawnhekk nidħlu fil-fond ta’ din id-diskussjoni ferm interessanti, iżda biżżejjed insemmu x’qalu qaddisin kbar dwar din il-mistoqsija:6
SANT’AMBROĠ (li miet fis-sena 397wK) ħares lejn Marija bħala dik li kienet “ħielsa minn kull tebgħa ta’ dnub”; Valletta 2017
89
Festa Madonna tal-Karmnu
Valletta 2017
91
SAN SEVERU, isqof ta’ Antjokja (li miet fis-sena 538wK) stqarr: “Hi… kienet tifforma parti mirrazza umana, u kienet magħmula mill-istess essenza tagħna, iżda kienet pura, ħielsa minn kull tebgħa u immakulata;” SAN SOFRONJU, Patrijarka ta’ Ġerusalem (li miet fis-sena 638 irrefera għall-purifikazzjoni bikrija ta’ Marija billi qal: “Int sibt grazzja li ħadd qablek ma sab… Ħadd ma kien ipprepurifikat bħalma kont int”;
SANT’ANDRIJA TA’ KRETA, (li miet fis-sena 740wK igħidilna li r-Redentur għażel “finnatura kollha, din il-Verġni pura u totalment immakulata”; TEONJOSTU TA’ KOSTANTINOPLI, (li miet madwar is-sena 885wK) jagħmel riferenza espliċita għall-qdusija ta’ Marija fil-mument tal-konċepiment: “Kien jixraq tabilħaqq li dik li sa mill-bidu kienet ikkonċeputa b’azzjoni ta’ santifikazzjoni…”
Irridu ninnutaw li dawn kollha tkellmu fl-ewwel millennju tal-Knisja Kattolika. Id-dibattitu baqa’ għaddej fil-millenju li segwa sakemm feġġet kewkba ta’ għerf bla tarf li tefgħet dawl ġdid fuq din il-kwistjoni.
Il-folja jidher li nqalbet darba għal dejjem meta feġġ fix-xena t-teologu Franġiskan Duns Scotus fl-aħħar kwart tas-seklu XIII. It-teologu ta’ żmienna X Le Bachelet jispjega fil-qosor ilħsieb ta’ Duns Scotus: There are two kinds of ransom: one is ransom paid for an individual already prisoner, redemption by liberation; the other is ranson paid even before the acquired right of servitude is exercised, redemption by preservation. In making to His Mother an anticipated application of His merits to preserve her from the taint of original sin, which as a daughter of Adam she had naturally to incur, Jesus Christ became more fully her Redeemer. Far from being diminished, the excellence of Redemption is enhanced by Mary’s privilege. Fi kliem ieħor Marija mhux talli ma tnaqqasx millkobor tar-Redentur tagħha, talli żżid, għax Hu għamel magħha dak li għamel magħna permezz tal-mewt tiegħu fuq is-salib, saħansitra qabel 92
Festa Madonna tal-Karmnu
ġie Hu fid-dinja. Salvaha biex jurina kif se nkunu salvati aħna bl-azzjoni ta’ mħabba infinita li huwa wettaq fuq din l-art.
Dak li qal Duns Scotus mess il-qlub u serraħ l-imħuħ ta’ studjużi kbar tal-Knisja u witta t-triq li waslet biex il-Papa Piju IX fit-8 ta’ Diċembru 1854 jipproklama d-domma tal-Immakulata Kunċizzjoni. U l-imsemmi Papa qal hekk: Aħna niddikjaraw, nipproklamaw u niddefinixxu li din id-domma hija rivelata minn Alla u għaldaqstant għandha tkun emnuta bilqawwa kollha u mingħajr eżitazzjoni millfidili kollha: jiġifieri li din id-domma ssostni li l-Verġni Mqaddsa Marija, sa mill-ewwel mument tal-konċepiment tagħha, bi grazzja u privileġġ singulari ġej minn Alla li Jista’ Kollox, u fid-dawl tal-merti ta’ Ġesù Kristu, kienet meħlusa minn kull tebgħa ta’ dnub oriġinali.7 Biex ma jkunx hemm dubju l-artist fuq il-qamar imdawwar bis-serp pitter il-kewkba bin-Nome di Maria fuqha biex jinsisti li din id-domma talfidi tikkaratterizza lil Marija bħala bniedma bħalna, iżda li kienet mimlija bil-grazzja u meħlusa minn kull dnub sa mill-mument talkonċepiment tagħha.
Il-Profeta Elija Skudett ieħor li jevoka l-Ordni Karmelitan u dak li jġib l-arma tal-Profeta Elija. Naraw fiha driegħ li f’idha qed iżżomm xabla tan-nar, simbolu talħeġġa li l-Profeta Elija kellu għal Alla l-Waħdieni u l-Assolut, li l-kelma tiegħu “taħraq bħattorċa”. Il-kliem bil-Latin: Zela zelatus sum pro Domino Deo exercituum, jfisser proprju din ilħeġġa “Għandi qalbi tħeġġeġ għall-aħħar għal Mulej, Alla tal-Eżerċti.” (I Slaten 19:10) GħallKarmelitani l-Profeta Elija huwa “l-profeta solitarju li kkultiva l-għatx tiegħu għal Alla Uniku u Waħdieni, u għex fil-preżenza tiegħu” (il-Kostituzzjoni Karmelitana nru. 26). Bħalu huma jġorru “ix-xabla tal-ispirtu, li hija l-Kelma ta’ Alla” (Regola tal-Karmelu nru.19).
Xieraq li nitkellmu naqra iktar fid-dettal fuq dan il-profeta kbir.16 Bejn is-sena 860qK u s-sena 850qK Elija żvolġa l-attività profettika tiegħu li primarjament kienet tikkonsisti fil-kontestazzjoni tiegħu għall-indifferenza
Valletta 2017
reliġjuża tas-Sultan Ahab u l-attiviżmu favur l-alla Baal min-naħa tar-Reġina Ġeżabel, bint Etbaal, Sultan ta’ Sidon. Ir-rakkonti ta’ ħidmet il-Profeta Elija f’dan is-sens insibuhom f’dak li jissejjaħ iċ-Ċiklu ta’ Elija fl-Ewwel Ktieb tasSlaten kapitli 17 sa 19 u kapitlu 21.
x’inhi r-rabta tal-Profeta Elija mal-Ordni talKarmelu. Fil-fatt l-Ordni Karmelitan jqim lil dan il-profeta mhux biss bħala l-missier spiritwali tiegħu, iżda wkoll bħala l-fundatur tradizzjonali tal-Ordni. Minbarra l-fatt li l-Karmelitani ħadu isimhom mill-Għolja tal-Karmelu fejn l-ewwel eremiti stablixxew irwieħhom u bdew jgħixu ħajja meditattiva, eventwalment kemm l-Ordni stabilit, kif ukoll dak reformat tal-Karmelitani Skalzi, ħadnu l-istil ta’ ħajja tal-imsemmi Profeta, maqtugħ mill-ħajja pubblika. Il-ktieb Book of the First Monks li jmur lura għaż-Żminijiet tan-Nofs jagħtina idea tal-qalb kontemplattiva tal-Ordni, u tal-qima li kellha lejn il-Profeta Elija.
L-arma tal-Ordni tal-Karmelu Ma setax jonqos li fis-sett skudetti ppjanati għal ma’ dawn l-anġli ikun hemm l-arma talOrdni Karmelitan. Din l-arma jingħad li dehret għall-ewwel darba lejn tmiem is-seklu XV, eżattament fl-1499, fuq il-qoxra ta’ ktieb dwar il-ħajja ta’ qaddis kbir Karmelitan, San Albert. Oriġinat fil-forma ta’ vexillum, jew stendart, bandiera, sakemm maż-żmien żviluppat filforma li għandha llum.8 Għalkemm ma teżisti l-ebda definizzjoni uffiċjali ta’ din l-arma middokumenti ewlenin tal-Ordni ċċitati fis-sit elettroniku msemmi (ara nota) wieħed jista’ jiddeduċi xi jfissru l-elementi li fiha din l-arma.
Isem Elija, bl-Ebrajk ‘Elijaħu’, jfisser “Alla tiegħu Hu Jaħweh”. Kien jgħix fis-Saltna ta’ Fuq ta’ Iżrael fi żmien ir-renju ta’ Ahab. Forsi l-istorja l-iktar magħrufa ta’ dan il-profeta hija dik li tirrakkonta kif iddefenda l-qima lejn Alla l-Waħdieni, skont it-tradizzjoni Lhudija, kontra l-idolu Kananita msejjaħ Baal. Permezz tiegħu Alla wettaq diversi mirakli spettakolari, li kienu jinkludu l-multiplikazzjoni tad-dqiq u taż-żejt fid-dar tal-armla li tagħtu l-kenn, il-qawmien mill-mewt ta’ iben l-istess armla, in-nar li niżżel mis-sema fuq l-offerta tiegħu lil Alla, u t-tlugħ spettakolari tiegħu fis-sema fuq karru tan-nar. Fil-fatt ir-rota tal-karru maħfuna fin-nar tidher ukoll fuq l-iskudett li qed nitkellmu dwaru. Mhux il-kompitu tagħna li nidħlu fid-dettall fuq il-ħajja tiegħu hawnhekk, iżda aktar jinteressani Festa Madonna tal-Karmnu
Tispikka l-muntanja, mpittra f’lewn kannella, bil-ġnub rotondjati u bil-ponta tmiss is-sema. Ir-riferenza hija waħda ovvja għall-Għolja tal-Karmel, il-post tradizzjonalment marbut mal-oriġini tal-Ordni Karmelitan. Il-Monte Carmeli tinsab f’Ħaifa ġewwa Israel. Tinsab eżattament għoxrin mil bogħod minn Nażżaret, fuq il-fruntiera bejn is-Samarija u l-Galilija.9 L-isem ‘Karmel” ġej mill-Ebrajk ‘Karem el’ jiġifieri ġnien (jew vinja) ta’ Alla. Dan il-post huwa magħruf għall-ġmiel naturali tiegħu u tal-abbundanza veġetattiva.10 Għall-Bibbja hija fuq kollox il-muntanja tat-tiġdid tal-Patt u talinterlokuzzjonijiet divini fil-konfront tal-Profeta Elija. Wara l-isfida tan-nar, l-Iżraeliti jirritornaw lejn Alla l-Waħdieni u jġeddu l-Patt li kien sar fi żmien Mosè.11 Fuq l-istess muntanja l-Profeta jitlob seba’ darbiet għax-xita li kienet ilha nieqsa żmien, u jħabbar is-smigħ tat-talb tiegħu meta jilmaħ sħaba ċkejkna fil-bogħod:12 sħaba li wkoll Valletta 2017
93
The Albion Stores For all that is needed in making and baking cakes, dishes and sweets
199, Merchant Street Valletta VLT 1172 Malta Tel/Fax: 2122 4694
J.L.S.
Stoneworks G˙al kull xorta ta’ xog˙ol ta’ lavur, fireplaces, qoxra tal-fil, kisi u tibjid Tel: 21 25 0138 • Mob: 9944 3998 Showroom: 73, Barth Street, Óamrun 96
Festa Madonna tal-Karmnu
Valletta 2017
maż-żmien ġiet użata bħala simbolu Marjan. Krisippu ta’ Ġerusalemm jsellem lil Marija hekk: Is-Sliem lilek, Sħaba tax-Xita li toffri x’jixorbu lillerwieħ tal-Qaddisin.13 Fis-seklu IX qabel Kristu kien jgħix fuqha l-Profeta Elija, li se nitkellmu dwaru fl-iskudett li jmiss. Fl-istess post lejn tmiem is-seklu XII xi eremiti, ispirati mill-imsemmi profeta, inġabru hemm biex jgħixu ħajja skont ir-rieda ta’ Ġesù Kristu, kif tgħid ir-regola numru 2 tal-istess Ordni. Il-kulur tal-muntanja huwa l-kulur talabitu tal-Karmelitani, filwaqt li l-ponta talmuntanja li tmiss is-sema tirraffigura l-għan li għalij jgħixu l-ħajja meditattiva l-membri talimsemmi ordni. L-arma Karmelitana hija karatterizzata wkoll minn tliet ikwiekeb, kull waħda b’sitt ponot. Kewkba minnhom, li suppost li tkun ta’ lewn fiddien hija mqiegħda f’nofs il-muntanja, u din tirraffigura lil dawk il-Karmelitani li għadhom telgħin fuq l-għolja bil-għan li jilħqu l-quċċata. Iż-żewġt ikwiekeb l-oħra, li huma ta’ lewn dehbi bl-abjad jinsabu fil-għoli fuq kull naħa tal-muntanja, u dawn jirrappreżentaw lillKarmelitani li temmew il-vjaġġ tagħhom “billi laħqu l-quċċata tal-Muntanja Qaddisa.”14
Il-Kuruna tad-deheb tirrappreżenta s-Saltna ta’ Alla. Huwa l-Mulej Sovran tal-Karmelu. IlKarmelitani, tabiħaqq, jitħabbtu biex jaqdu lil Alla fedelment b’qalb pura u b’kuxjenza soda (it-tieni regola tal-Karmelu). Huma jħarsu lejn il-vokazzjoni tagħhom bħala sejħa “biex jiżirgħu u jsaħħu s-Saltna ta’ Alla fl-erwieħ u biex jifirxuha mal-erba’ rjiħat tad-dinja” (ilħames regola tal-Karmelu). F’dan is-servizz lil Alla, il-Karmelitani jispiraw ruħhom minn Elija l-Profeta u mill-Verġni Marija (Il-Kostituzzjoni Karmelitana nru. 25). Ma nistgħux ma nsemmux hawnhekk kitbiet importanti li tawna qaddisin prominenti Karmelitani: kitbet dwar “It-Triq tal-Perfezzjoni” il-kbira qaddisa Santa Tereża ta’ Avila; kiteb dwar “It-Tlugħ fuq l-Għolja talKarmelu” l-qaddis daqstant kbir, San Ġwann tas-Salib; fissret b’mod mill-aktar ħelu “It-Triq iż-żgħira” l-qaddisa żagħżugħa Santa Tereża ta’ Lisieux. Festa Madonna tal-Karmnu
Kif jgħidilna l-kittieb Arnold Bostio, L-ebda jum, l-ebda lejl, l-ebda vjaġġ, l-ebda studju, l-ebda konverżazzjoni, l-ebda ferħ, l-ebda ħidma u l-ebda mistrieħ ma għandhom jitwettqu mingħajr ixxebh lejn Marija. Fil-kurituri ta’ moħħna ħalli tkun hi l-ewwel waħda… Kull ġurnata inti se tikber, se tidħol aktar fik innifsek, se titqawwa, se tiddawwal, se tissaffa – se ssir aħjar għaliex Hi (Marija) tgħallimna it-toroq ta’ Alla.15 Simboli tal-Bażilika L-aħħar żewġ skudetti li se nitkellmu dwarhom iġibu żewġ simboli importanti li jfakkruna fit-titlu ta’ Bażilika li għandha l-Knisja talKarmnu tal-Belt: l-umbrellun u t-tintinabblu. Xtaqt infisser x’inhu s-sinjifikat ta’ dan it-titlu. L-ewwel nett irridu ngħidu li fl-imgħoddi l-kelma ‘bażilika’ kienet tintuża f’sens arkitettoniku. Kienet stil ta’ bini l-Knisja sselfet mill-ambjent ċivili fi żmien meta l-poteri ċivili bdew iċedu posthom għal dawk ekkleżjastiċi. Iżda fis-seklu XVIII dan it-terminu ngħata sens kanoniku u baqax marbut ma’ stil partikulari ta’ arkitettura. It-titlu ‘bażilika’ beda jingħata lil ċerti knejjes importanti b’digriet appostoliku jew minn tradizzjoni li tmur lura ħafna fi żmien. Preżentement it-titlu ta’ bażilika jingħata biss mill-Papa permezz tal-Kongregazzjoni tal-Qima Divina u tad-Dixxiplina tas-Sagramenti. Hemm żewġ kategoriji ta’ ‘bażilika’: dawk maġġuri, u dawk minuri. Il-bażiliki maġġuri huma erba’ biss u kollha jinsabu f’Ruma. Dawn huma San Ġwann l-Lateran, San Pietru l-Vatikan, San Paolo Fuori Le Mura u Santa Marija Maggiore; l-erbgħa li huma jitqiesu wkoll bħala bażiliki papali. Fost il-bażiliki minuri hemm tlieta li huma meqjusa wkoll bħala papali. Dawn huma San Lorenzo Fuori le Mura f’Ruma, il-Bażilika ta’ San Franġisk t’Assisi u l-Bażilika ta’ Santa Marija tal-Anġli, it-tnejn li huma f’Assisi. Imbagħad hemm erba’ bażiliki minuri oħra meqjusa bħala pontifikali. Dawn huma l-Bażilika ta’ San Nikola ta’ Bari, dik tadDar Imqaddsa f’Loretu, dik ta’ Sant’Antnin ta’ Padova u s-Santwarju tal-Verġni tar-Rużarju f’Pompei. Imbagħad hemm 1,741 bażiliki minuri mxerrda mad-dinja kollha. Fosthom hemm xi wħud Valletta 2017
97
li jissejħu bażiliċi pontifikali mingħajr ma għandhom dan il-privileġġ, iżda sempliċiment għax xi Papa kien għamel xi żjara fihom. Fosthom hemm dik tas-Salib Imqaddes f’Torre del Greco li kien żarha l-Papa Piju IX fl-1849 u l-Papa San Ġwanni Pawlu II fl-1990. Bażilika oħra b’titlu rjali u pontifikali mhux konfermati hija dik hekk imsejħa Pontificia Reale Basilica di San Giacomo degli Spagnoli li tinsab f’Napli. Fi Spanja hemm ukoll dik ta’ San Mikiel f’Madrid, f’Bitonto dik ta’ San Kosma u San Damjan u f’Avigliano dik tal-Madonna tal-Karmnu, kollha bit-titlu ta’ bażilika minuri pontifikali mingħajr ġustifikazzjoni kanonika. Interessanti l-Katidral Bażilika ta’ San Mark f’Venezja hu meqjus bħala bażilika patrijarkali, iżda kanonikament jaqa’ fil-kategorija tal-bażiliki minuri. Il-bażiliki minuri l-oħra jinkludu katidrali, knejjes parrokkjali, santwarji, knejjes konventwali u anke oratorju. Fil-fatt f’Montreal il-Kanada l-Oratorju ta’ San Ġużepp huwa meqjus bħala bażilika minuri. Fl-Amerika ta’ Fuq l-eqdem bażilika hija dik tal-Madonna ta’ Guadalupe fil-Belt tal-Messiku u digriet tagħha iffirmah Papa Benedittu XIV fl-1754. Papa Piju IX eleva il-Katidral ta’ Notre Dame de Quebec bħala l-ewwel bażilika fil-Kanada fl-1874. L-ewwel bażilika fl-Istati Uniti mbagħad kienet dik ta’ Santa Marija f’Minneapolis elevata minn Papa Piju XI fl-1926 filwaqt li fil-Kolombja l-Katidral Las Lajas sar bażilika fl-1954. Jekk ninżlu fil-kontinent Afrikan insibu l-Bażilika ta’ Sinjura Tagħna tal-Paċi f’Yamoussoukro f’Cote d’Ivoire, li jingħad li hija ftit akbar millBażilika ta’ San Pietru fil-Vatikan. Mill-bażiliki li semmejna s’issa dik ta’ Guadalupe hija t-tieni wara l-Vatikan f’dak li għandu x’jaqsam ma żjarat minn pellegrinni. Fil-fatt bejn 12 u 20 miljun pellegrinn iżuruha kull sena. Il-bażiliki li hemm f’Lourdes iżuruhom bejn 5 u 6 miljun pellegrin kull sena. L-aħħar statistika ppubblikata fl-201617 turi li l-maġġoranza tal-bażiliki minuri jinsabu flEwropa, bl-Italja waħidha għandha 570, Franza 171, il-Polonja 144, Spanja 120, il-Ġermanja 76, l-Awstrija 32, il-Belġju 29, l-Olanda 26, l-Ungerija 16, ir-Repubblika Ċeka 15, is-Slovakja 13, l-Isvizzera u l-Portugal 12 kull wieħed, Malta 9, il98
Festa Madonna tal-Karmnu
Kroazja 8, is-Slovenja u l-Litwanja 7 kull wieħed, u l-oħrajn mxerrda fil-pajjiżi l-oħra. Fil-Kontinent Amerikan 82 jinsabu fl-Istati Uniti, 66 fil-Brażil, 47 fl-Arġentina, 35 fil-Kolombja, 30 fil-Messiku, u 25 fil-Kanada, 15 fil-Veneżwela, 13 il-Peru, 9 fiċ-Ċili, 8 fil-Bolivja, 5 fl-Urugwaj, 4 f’El Salvador u oħrajn f’partijiet oħra ta’ dan il-kontinent. FlAsja insibu 22 fl-Indja, 13 fil-Filippini, 9 fl-Art Imqaddsa, u oħrajn imxerrdin f’partijiet oħra. Fl-Afrika nsibu biss 21 fosthom 4 fil-Ghana. FlAwstralja hemm 5, fosthom 1 fi Guam.
Meta wieħed iqis iċ-ċokon tal-gżejjer tagħna, innumru ta’ bażiliki minuri, disgħa, mhuwiex żgħir. Fost dawn insibu s-Santwarju tal-Madonna talKarmnu fil-Belt Valletta. Kien il-Papa Leone XIII li fl-14 ta’ Mejju 1895 eleva l-Knisja talKarmnu għat-titlu ta’ Bażilika Minuri. Il-Beltin kollha għandhom għal qalbhom din il-Bażilika Marjana u l-fatt li mhijiex parroċċa jkompli jgħin biex kulħadd iħoss li jappartjeni lilha b’xi mod jew ieħor. Peress li l-parroċċi Beltin huma ddedikati lil tliet qaddisin kbar irġiel: San Pawl, San Duminku u Santu Wistin, joqgħod u jixraq ħafna t-titlu popolari miżmum minn bosta firrigward tal-Madonna tal-Karmnu bħala Omm il-Beltin. Lura għall-iskudetti tagħna. Iż-żewġ simboli bażiliċi għidna li huma l-umbrellun u t-tintinnabblu.
L-Umbrellun L-umbrellun (bil-Latin: umbraculum, jew conopaeum) huwa insinja jew regalia papali li kienet tintuża’ ta’ kuljum fl-imgħoddi biex tilqa’ x-xemx minn fuq il-Qdusija Tiegħu l-Papa. Illum huwa simbolu tal-awtorità tal-Papa fuq il-Knisja Kattolika Rumana. Huwa miżmum filbażiliki tad-dinja kollha, dejjem fuq in-naħa tal-lemin tal-altar maġġur. L-umbrellun jinfetaħ biss meta l-Papa jżur dik il-bażilika. L-ilwien li jikkaratterizzawh huma l-aħmar u l-isfar (li filkaż ta’ Bażilika Maġġuri jkun lewn id-deheb), dawn huma l-kuluri tradizzjonalment marbuta mal-Papa. Pereżempju narawhom ukoll fluniformi tal-Gwardji Svizzeri. L-umbrellun jifforma parti mill-arma uffiċjali tas-Sante Sede meta din tkun Sede Vacante,
Valletta 2017
jiġifieri fi żmien bejn meta jmut Papa u jkun elett ieħor. L-ewwel darba li ntuża f’dan ilperjodu bejn renju papali u ieħor kien fl1521 meta dan is-simbolu deher fuq munity maħruġa f’dik is-sena. L-arma tal-camerlengo, dak li jmexxi s-Santa Sede fi żmien meta jkun Sede Vacante ukoll għandu l-umbrellun fl-arma tiegħu, miegħu jidhru wkoll żewġt iċ-ċwievet, waħda tad-deheb u l-oħra tal-fidda.
Dan l-umbrellun huwa wieħed mill-oġġetti sagri li jinħarġu fil-purċissjonijiet li joħorġu millbażilika minuri. Fil-kas tagħna narawh fil-festa patrunali tal-Madonna tal-Karmnu, f’dik ta’ San Ġużepp u f’oħrajn sagramentali. Meta l-bażilika tkun mistiedna biex tipparteċipa f’festi oħra barra mill-belt, l-umbrellun, flimkien ma’ simboli oħra bażilikali jittieħdu wkoll.
It-Tintinnablu Il-kelma tintinnablu hija waħda onomatopejka u timplika l-ħoss ta’ qanpiena żgħira. Fil-fatt ittintinnablu huwa qanpiena ċkejkna mmuntata fuq lasta dekorattiva. Il-qanpiena, il-lasta u l-frame li jżomm il-qanpiena huma kollha tad-deheb jew indurati bid-deheb. Fuq nett jispikkaw it-tiara papali u ċ-ċwievet tas-sema. Meta l-Papa jqaddes f’xi waħda minn dawn il-bażiliki, it-tintinnablu jintuża’ biex imexxi l-purċissjoni li twasslu sal-altar maġġur. Illum iżda t-tintinnabblu jintuża’ wkoll flimkien malumbrellun fiċ-ċerimonji u purċissjoni tal-festi ewlenin li jsiru fil-bażilika.
Kemm hu sabiħ dak il-ħoss ħelu tat-tintinnablu li jinstema’ minn4 ħin għall-ieħor waqt li tkun għaddejja l-purċissjoni. Fil-każ tagħna ma jfissirx li jkun wasal il-Papa, iżda li tkun waslet dik l-Omm li tant inħobbu, u li tant tħobbna, dik l-Omm li għoġbu jagħtina l-Iben tagħha, l-istess Ġesù Kristu Sidna, il-Verb Inkarnat, is-Salvatur
Fjur tal-Karmelu, Dielja bil-frott mog˙nija; Dija tas-sema, Xebba li wa˙danija, B’©ie˙ Omm tifta˙ar. Festa Madonna tal-Karmnu
tagħna. Tiskanta kemm jispikka dak il-ħoss fin u rqiq, anke jekk fil-festa jkun hemm tant ħsejjes oħra kbar, fosthom tal-murtali, tal-banda u talgħagħa tan-nies li bi ħġarha tiġi toħnoq it-toroq ewlenin tal-Belt Valletta biex tagħti ġieh lil din l-Omm u Ġmiel tal-Karmelu.
Referenzi 1 BORG, Andrew (2015), “L-Iskudetti tal-Anġli ta’ Darmanin”, Festa 2015 – pubblikazzjoni maħruġa mis-Santwarju Bażilka Madonna tal-Karmnu tal-Belt Valletta. 2 Ara s-sit http://www3.nd.edu/~wcawley/corson/ serpent.htm (20.05.17) 3 Fulton Sheen (2010) The World’s First Love, Mary Mother of God (Second Edition), Ignatius Press 4 Dwar id-domma tal-Immakulat Konċepiment ta’ Marija użajt il-ktieb: DICTIONARY OF MARY, ippubblikat misSan Paolo Editrice(2010) 5 SAN TUMAS T’AQUINO, Summa Theologica, III, q. 27, art. 2, ad 3. 6 MIRAVALLE, Mark (2006, third edition), Introduction to Mary, The Heart of the Marian Doctrine and Devotion, Queenship Publication USA 7 INEFFABILIS DEUS, Kostituzzjoni Appostolika maħruġa minn Papa Piju IX fit-8 ta’ Diċembru 1854; test bl-Ingliż fis-sit http://www.papalencyclicals.net/ Pius09/p9ineff.htm 8 Dan it-tagħrif hu miġjub mis-sit http://ocarm.org/en/ content/ocarm/shield 9 Ara DICTIONARY OF MARY, ippubblikat mis-San Paolo Editrice(2010), p. 67 10 Aqra Isaija 35, 2 u Ġeremija 50, 19 11 Aqra I Slaten 18: 20-40. 12 Aqra I Slaten 18: 41-46. 13 Ara DICTIONARY OF MARY, op. cit. 14 Missal Karmelitan, (1980), talba tal-ftuħ fis-Solennità tal-Verġni Imbierka Marija tal-Għolja tal-Karmelu. 15 BOSTIO, Arnold, Patronage of the Blessed Virgin Mary, DICTIONARY OF MARY, op. cit. 16 Hawnhekk se nirreferu għad-dizzjunarju tal-qaddisin: LEONARDI C., RICCARDI, A., & ZARRI, G. (1998) Il Grande Libro dei Santi – Dizionario Enciclopedico, San Paolo. 17 Ara s-sit: https://en.wikipedia.org/wiki/Minor_ basilica
Omm l-aktar ˙elwa, Li ©mielek qatt ma ttabba’, Lill-Karmelitani Óniena uri u m˙abba, kewkba tal-Ba˙ar. Valletta 2017
99
Għala Ommi Semmietni Hekk? Dr Carmel Mallia
D.Litt, M. & Dr.(Bibl.Stud., Calif.), ND, BAHons(Lond), Lic.Esperanto, Dip.FH&HC(Paris), Dip.Glob.Eth.(Joensuu,Finl.), Membru tal-Akkademja tal-Esperanto
Id-dar kienu jsejħuli “Karmnu” imma meta bdejt nitfarfar deherli li dan l-isem jinħass ftit baxx. Għalhekk bdejt niktbu “Karmenu” jew, aktar tard, “Carmel” minħabba l-kundizzjonijiet ċiviċi u minħabba r-relazzjonijiet li kelli u għad għandi fi kwartieri letterarji Malta u barra.
niċċa jew idoqqu l-qniepen biex jaraw in-nies ġejjin jimlew il-knisja ddedikata lilha. Dan biex juri x’devozzjoni hawn għall-Madonna talKarmnu. U kellu raġun biex ibigħ.
Imma llum ir-raġuni tiegħi tgħidli li l-isem “Tal-Karmnu” li bih isejħu ’l-Madonna, ħadd ma jqisu baxx. Ilhom jużawh sekli sħaħ. Flaħħar mill-aħħar, għiduli intom, x’hemm bejn “Karmnu” u “Karmenu”? Mhux il-vokali e? Jew ukoll “Karmenu” maħtufa li ssir “Karmnu”?
Qed insemmi biss ’il ommi u mhux ’il missieri wkoll għax dan ismi għandu għeruq li bdew minn meta ommi kienet għadha xebba. Skont ma kienet tirrakkontali hi, ommi, għalkemm minn Ħal Qormi, qabel l-aħħar gwerra kienet toqgħod ma’ zijitha l-Mandraġġ, il-Belt Valletta, u għalhekk post qrib ħafna tad-devozzjoni lejn il-Madonna tal-Karmnu. Issa jien naħseb li din l-imbierka ‘Madonna’ tiġbed nies lejha aktar minn kull qaddis ieħor li hemm fil-kalendarju. U li m’hemmx ukoll. Min mhux Kattoliku jgħajjar ’il-Knisja Kattolika li għandha ħafna allat mhux Alla wieħed billi l-kattoliċi jitolbu lill-qaddisin. Min mhux kattoliku din ma jifhimhiex. Għax biex titlob mhux aħjar titlob ’l Alla mill-ewwel? Imma hekk imdorrijin. U nafu li kull drawwa l-kefen biss ineħħiha. Fuq did-devozzjoni darba qrajt li l-poeta tal-Madonna, il-Patri Karmelitan Anastasju Cuschieri, kien qal – bejn wieħed u ieħor għax il-kliem preċiż ma niftakrux – li biżżejjed joħorġu l-Madonna tal-Karmnu min100
Festa Madonna tal-Karmnu
Il-Vara għażiża tal-Madonna tal-Karmnu minn dejjem kienet tiġbed warajha bosta devoti Karmelitani f’kull pellegrinaġġ/purċissjoni li saru matul is-snin.
Issa barra minn dan, insemmi episodju ieħor li għandu x’jaqsam miegħi. Il-kunvent talKarmelitani tal-Belt żmien ilu kien hemm Patri Karmelitan kunjomu Mallia – ma nafx jekk kienx Patri Pawl – li kien jiġi minn ommi, xebba Muscat, u għalhekk ma kellu x’jaqsam xejn ma’ missieri li nzerta Mallia wkoll. Niftakar kienet is-sena 1948 meta ommi semmietli ’l dal-patri Karmelitan li kien jiġi minnha, għalkemm kif kien jiġi minnha ma nafx. Jien fettilli mort inżuru l-kunvent ilBelt. Kemm kelli dak iż-żmien? Dsatax-il sena? Ċella mdaqqsa. Hu bilkemm kien jiflaħ jimxi. Jekk feraħx bija jew le, ma niftakarx. Imma qatt ma ltqajt miegħu aktar, billi xi xhur wara dħalt malĠiżwiti n-Naxxar. Għalhekk biex ma ntawwalx ommi kellha diversi qfieli li jgħaqqduha ma’ TalKarmnu. F’kelma waħda semmietni “Karmnu”.
Valletta 2017
Sal-aħħar snin ta’ ħajjitha, fil-festa tal-Karmnu kienet tħalli ’l Ħal Qormi fejn konna noqogħdu u tasal sal-Belt maż-żewġ ħuti bniet. Ukoll sa qabel mietet kienet tikri taksi minħabba ’l bogħod minn Putirjal s’hemm ġew u lura.
Did-devozzjoni rnexxielha tnissilha fija indirettament. Jien iddakkart minnha. Għamilt żmien kull sena kont immur Tal-Karmnu l-Belt nisma’ biċċa mill-kantata tal-festa filgħodu, l-aktar biex nisma’ l-paniġierku, u nerġa’ mmur filgħaxija għall-purċissjoni. Kont għadni iżgħar milli jien illum. Imma kien hemm ħaġa oħra magħquda ma’ dilfesta. Għax dakinhar filgħodu kienu joħorġu r-riżultati tal-eżamijiet tas-Seminarju, ilFurjana, fejn kont immur. Għalhekk kont l-ewwel nitla’ s-Seminarju qalbi ttaqtaq. Sħabi tal-klassi u tal-klassijiet kollha kienu jmorru jarawhom esposti hemm, kif tidħol wara l-bieb ta’ barra. Minn hemm imbagħad għall-purċissjoni talfesta l-Belt Valletta. Konna nkunu mħallta, skont il-ħbiberija u l-klassi. Kont trid tarana deħlin ilBelt aktarx fi gruppi. Birds of the same feathers.
Inżid episodju ieħor. Biex tagħqad, meta kont bdejt il-pensjoni tiegħi, iddeċidejt nerġa’ nibda ngħallem il-Franċiż billi kien ġa kelli l-BA Hons (Lond) f’dil-lingwa. Issa wara sentejn fl-iskejjel tal-Gvern, qrajt fuq gazzetta li l-Kulleġġ Mt Carmel (illum St Elias) kellu bżonn għalliem talFranċiż. Applikajt u aċċettawni u mort hemm. Bħala rettur kien hemm Fr Charles Mallia, O C. Kont kuntent ferm.
Illum xjaħt u għadni meta nħossni tajjeb immur sal-Belt kemm nuri d-devozzjoni tiegħi lejn ilMadonna, li f’dal-każ iġġib it-titlu “Tal-Karmnu”, biex niftakar fil-għolja li skont ma jgħidu hi mill-isbaħ li hemm f’Iżrael, fejn kienet bdiet id-devozzjoni u fejn kienu jgħixu bħal aħwa l-ewwel Patrijiet Karmelitani.
U ommi, miskina? Miskin jien għax għadni hawn. M’iniex ngħid hekk għax xbajt ngħix. Ilħajja sabiħa, u tkun isbaħ jekk tagħmilha isbaħ int. Imma lanqas se nagħmel bħall-Gran Mastru Pinto, il-Prinċep ta’ Malta, li skont ma kiteb turist Ingliż li ltaqa’ miegħu, li dan Pinto ma kellux aptit imut u kien għadu ma ċediex l-armi, bħalma ngħidu. Lil ommi, Alla jaħfrilha, nirringrazzjaha taddevozzjoni li kabbret fija bla ma qagħdet ittanbar fuqha bla bżonn. Did-devozzjoni xorta baqgħet fuqi, l-aktar meta xi snin ilu, għalhekk fi xjuħiti, dħalt għad-dottorat fl-Istudji Bibliċi bid-distance learning u sirt naf aktar fil-fond fuq Iżrael u l-Għolja tal-Karmelu. Imma permezz ta’ did-devozzjoni, ommi tatni l-carte de visite biex biha nersaq lejn il-locum tenens (deputat, f’dalkaż: il-Madonna) tal-għamara ta’ Alla. Wara dan kollu kif nista’ nibqa’ lura u ma nsellimx bil-qalb u kif jixraq, irrid ngħid lillMadonna tal-Karmnu? Viva r-Regina.
Grazzi, ma.
13, St John’s Street, Valletta Tel: 2713 7491 Festa Madonna tal-Karmnu
Valletta 2017
101
Il-Poeżija Karmelitana tal-Prof. Anastasju Cuschieri Studju Analitiku Charles Coleiro
Dip.Cult H. (Krakow) MQR
Sirt naf lill-“Profs’’ kif konna nsibuh lill-Patri Anastasju, it-tfal u l-kbar fl-inħawi ta’ madwar il-Knisja tal-Karmnu, Il-Belt. U kellimtu għallewwel darba bis-saħħa ta’ Patri Franco Falzon li kien qed iħejjini biex ningħaqad jien ukoll malOrdni Karmelitan. Patri Franco kien jaf li kont nikteb xi versi, l-aktar dawk fuq sfond Marjan.
jagħtini l-barka tiegħu! U qalli frażi li ma nistax ninsa: “il-poeżija bħal borma minestra’’ li fissirli, trid toqgħod biex tagħti togħma tajba u għalhekk trid iż-żmien biex jien nerġa’ naraha u nifliha tajjeb. Fehmni wkoll li kelli nistudja l-prosodija, ir-reguli fejn jidħol l-aċċent u l-istil tal-vers, l-istess bħal mużika li għandha r-reguli biex wieħed jimxi fuqhom. Irrid ngħid li bejn twiddiba u korrezzjoni komplejt nikteb u ma setax jonqos li l-ewwel poeżiji tiegħi ħallew ix-xbiha tiegħu b’riflessjoni Karmelitana bħal meta ktibt omaġġ lill-Madonna tal-Karmnu fis-sena taċ-ċentinarju tal-Labtu fl-1951. U komplejt nikteb sa ma ħriġt l-ewwel ktieb talpoeżija “Mirja ta’ Qalbi” mżejjen bis-sunett li ħareġ tassew minn qalbi mal-aħbar tal-mewt talPoeta fl-1962 bl-għeluq “Ismek fuq l-art marbut b’kelma Maltija, fis-sema nktibt Poeta ta’ Marija”.
Ġurnata minnhom laqqagħni mal-Profs li kellu ċ-ċella tiegħu fl-istess kuritur iżda fuq in-naħa l-oħra b’tieqa li tagħti għal Triq il-Punent. Niftakru qisu lbieraħ, dħalt għandu ftit mistħi aktar u aktar meta Patri Franco introduċieni b’nofs tbissima meta qallu “hawn għandna poeta ieħor”. It-tweġiba bl-ewwel kliem ta’ għaref li kien, lissen “jien ma nistax nagħmlek poeta” għax kompla “poeta nascitur, orator fit”. Qalli “int taf bil-Latin?” U mingħajr ma stenna t-tweġiba tiegħi qalli “għax poeta jitwieled poeta iżda predikatur isir oratur Nistqarr li lill-Profs sirt nafu sew biż-żmien”. Wara li rabbejt ftit meta kont insibu f’burdati ta’ kuraġġ urejtu xi versi tiegħi stqarrijiet bijografiċi li joħorġu u mill-ħarsa t’għajnejh kienu l-filosofija li kien iħaddan u jidhru li għoġbuh. Iżda qalli biex jgħallem, il-kultura Mediterranja ma nintrabatx mar-rima u nibda kif ukoll it-twemmin politiku nqabbel il-kliem għax l-ewwel tiegħu. Kont inħoss il-ħeġġa fi Anastasju Cuschieri kien jeħtieġ li nfassal is-suġġett kliemu meta jitkellem dwar id– il-Poeta tal-Madonna u t-taqbila fil-kliem tiġi b’mod diskorsi li għamel, fosthom isnaturali għalkemm mhix tant importanti għax sehem li kellu bħala oratur ewlieni fil-Kungress hemm ukoll dak li jissejjaħ il-‘vers liberu’. Ewkaristiku Internazzjonali li sar f’Malta fl1913 meta fir-Rotunda tal-Mosta ippreżenta Bqajna li kelli nġiblu xi versi oħra rtukkjati t-teżi “La Messa Riparatrice”. Kien qalli li darba bl-osservazzjonijiet li għamilli u mħeġġeġ kif qabad polemika mal-kittieb filosofu Taljan kont ma għaddietx ġimgħa li ma rġajtx dħalt Benedetto Croce fil-pubblikazzjoni ta’ preġju għandu b’poeżija għal waħda tnejn! Kien “Rivista di Filosofia Neo-Scolastica” ta’ Milan. laqagħni b’ċanfira ħafifa meta rrimarkali biex U la ssemmiet ir-rivista Taljana, Cuschieri mhux nikteb u mmur niġri għandu u nistenna kien ukoll prolifiku fil-lingwa Taljana u meta 102
Festa Madonna tal-Karmnu
Valletta 2017
staqsejtu kif beda jikteb weġibni li l-ewwel poeżiji tiegħu kitibhom bit-Taljan u sabu l-post tagħhom fil-ġabra “Poeti Maltesi d’Oggi”, antoloġija stampata f’Ruma fl-1932. L-editur, Oreste Tencajoli, qalli li kien tah kredtu għallkitba tiegħu “scritte in un Italiano impeccabile”. Bl-istess tema tal-lingwa, Cuschieri qalli li kellu ġibda lejn il-kultura Taljana u ma ddejjaqx ifehmni li t-twemmin politiku tiegħu kien jersaq lejn dak li kien prevalenti fl-Italja ta’ żmienu. F’waħda miż-żjarat tiegħi f’kamartu stagħġibt meta stqarr li fl-aħħar gwerra dinjija kien jemmen li Mussolini kien se jitfa’ l-fjuri fuq Malta u mhux il-bombi. Iżda l-imħabba lejn Malta u l-Malti kienet tieħu l-ewwel post, xhieda ta’ dan kienu u jibqgħu l-poeżiji li ħallielna.
Ma rridx nidħol bir-reqqa fil-merti letterarji tiegħu għax sehmi hu li nagħti ħjiel talesperjenzi personali tiegħi u nitkellem millenti kif kont narah fl-umanità tiegħu. Semmejt il-poeżiji u meta mort narah wara l-marda li ħallietu fuq siġġu tar-roti, donnu nesa l-poeżiji Marjani u l-oħrajn li kiteb b’tant ħerqa b’omaġġ lill-Ilsien Malti u b’vuċi kollha ħlewwa beda jislet il-poeżiji li kiteb għat-tfal, kelma b’kelma bl-amment. U meta fakkartu fl-aktar poeżija li jien ngħożż, “Ilsien Pajjiżi” kien weġibni li l-poplu seta’ jaqraha u jerġa’ jaqraha f’dak iżżmien tas-snin ħamsin meta kienet għaddejja kampanja magħrufa bħala l-Integration biex Malta tingħaqad mar-Renju Unit. L-għajta ħadet li din il-bidla fil-politika kienet ser tħallina mingħajr identità u tisirqilna l-ilsien nazzjonali ta’ pajjiżna.
Darb’oħra waqt żjara li għamiltlu u qbadtha miegħu dwar il-bini tal-knisja l-ġdida li bdiet tinbeda wkoll fl-aħħar tas-snin ħamsin, ma ddejjaqx jgħidli li kien kontra l-pjanta għax fissirli li santwarju (bħal dak tal-Madonna tal-Karmnu) inbena maż-żmien bil-qima tal-insara u ma kellux jinħatt! Għadni niftakar il-kliem eżatt li qalhom bit-Taljan “demolire un santuario?” Ġrajja oħra li nħobb nirrakonta dwar il-Professur Cuschieri hi dik li kien jibża’ ħafna mill-maltemp. Waqt diskursata (li nsejt fuq liema suġġett qbadniha) kien qalli “se nħallik għax qed iberraq u ġej ilmaltemp” u pulit pulit urieni l-bieb tal-kamra. Wara, sirt naf li kien jitwerwer mis-sajjetti u forsi jekk kif qaluli hi stramba, kien ifittex kenn taħt Festa Madonna tal-Karmnu
is-sodda. Hekk li meta fix-xitwa, xi drabi qabel marad, kont inwasslu sal-Barrakka ta’ Fuq, li tant kien iħobb, qabel il-ħarġa kien jitlobni ngħidlu t-tbassir tat-temp.
Hemm ħafna iżjed tifkiriet tal-‘Profs’ iżda lejn l-għeluq ta’ din il-bjografija ma nistax ma nsemmix uħud mill-poeżiji Marjani u l-imħabba li kellu lejn il-Madonna tal-Karmnu. Il-poeżija “Fis-Santwarju tal-Karmnu” li kiteb fl-1917 teħodna fil-qalba ta’ dan is-Santwarju bl-ewwel kelmiet tiegħu b’tislima lill-Madonna: “Qabel norqod filgħaxija, lilek inkellem u nsellem, Marija” u jtemm il-versi bl-istess ħerqa u l-istennija ta’ meta xi darba jagħlaq għajnejh għal dejjem: “Ejja, ejja fuq is-sodda tal-mewt tiegħi, ejja fis agħlaq għajnejja, lilek ja sbejħa, l-aħħar sejħa, l-aħħar kelma ta’ xofftejja’’. Poeżija oħra li tagħha nislet l-aħħar versi turi l-għożża li kellu lejn il-Karmnu: “Sliem għalik, Omm talKarmelu! Int il-għaxqa tal-Maltin; minn tfulitna sal-mewt tagħna, b’qalbna miegħek marbutin”. U l-eku ta’ din l-imħabba jerġa’ jinstema’ filpoeżija “Taħt il-Ħarsien tal-Madonna” meta jistqarr: “Imxu mmorru fis-Santwarju, ħdejn dik l-Omm ta’ kull qdusija, ejjew ngħajtu għajta waħda: Viva l-labtu ta’ Marija”. Dawn is-siltiet mill-ħajja tal-Poeta Karmelitan imżewqa bil-versi li ħarġu minn qalb li għarfet l-imħabba bħal ta’ omm lil binha, nibqa’ ngħożżhom sakemm bħalu jasalli l-aħħar nifs ta’ ħajti. Kieku kelli nikteb iżjed fit-tul dwar il-poeżiji li ħallielna kont nimla paġni sħaħ ta’ ktieb. Ridt biss nagħti ħjiel fl-isfond tal-qima u l-imħabba li kellu għall-Madonna u l-’Fjur talKarmnu’ li ma jitbielx maż-żmien. Ħallejt barra poeżiji oħra li kiteb għat-tfal li tgħallimna fuq ilbankijiet tal-iskola u oħrajn b’omaġġ lill-Ilsien Malti u kitbiet oħra bit-Taljan.
It-tifkiriet li reġgħu ħadu l-ħajja nkitbu l-aktar għaż-żgħażagħ u l-ġenerazzjoni tal-lum li forsi meta tasal il-Festa tal-Madonna tal-Karmnu għandhom ukoll jgħaqqdu l-ħsieb tagħhom mal-patri Karmelitan li għolla ġieħ lill-istess Ordni u lil din il-gżira, art twelidna. Fuq kollox isem il-Professur, Patri Anastasi Cuschieri jibqa’ ħaj fostna kif tibqa’ l-għajta fil-qalb ta’ kulmin jgħożż il-poeżija Marjana għaliex “Il-Poeta jmut iżda l-għanja tibqa’!” Valletta 2017
103
RUBINO CONFECTIONERY 53, Old Bakery Street, Valletta Tel: 2122 4656 www.rubinomalta.com info@rubinomalta.com
104
Festa Madonna tal-Karmnu
Valletta 2017
L-Użu ta’ Metodu Waqt it-Talb fl-Ordni Karmelitan Patri Ivan Scicluna O.Carm
Daħla: metodu Karmelitan? Ftit żmien ilu kont ġejt mistieden nintroduċi u nippreżenta “l-metodu tat-talb Karmelitan” lil grupp ta’ qassisin djoċesani. Dawn is-saċerdoti kienu qegħdin jesploraw diversi metodi ta’ talb żviluppati minn tradizzjonijiet spiritwali differenti fi ħdan il-Knisja. Niftakar li kont ikkonfondejt ftit, speċjalment meta qaluli li parti mill-preżentazzjoni kellha tikkonsisti “fil-prattika tal-metodu”. Għaliex ikkonfondejt? Għax fir-realtà ma jeżistix metodu ta’ talb li nistgħu nqisuh esklussivament Karmelitan. Meta tqis li fil-Knisja l-Karmelu huwa sinonimu mat-talb, din l-istqarrija tista’ tidher stramba mal-ewwel daqqa t’għajn. M’hemmx dubju li l-Karmelu jdur kollu kemm hu mat-talb, imma t-talb fil-Karmelu mhuwiex l-ewwel u qabel kollox kwistjoni ta’ metodu, daqskemm ta’ attitudni. Fl-introduzzjoni tagħha għat-talb filKarmelu, il-website tal-Provinċja Karmelitana tal-Qalb l-Iżjed Safja ta’ Marija fl-Istati Uniti tfisser dan b’mod sempliċi imma preċiż ħafna:
Waqt il-kanonizzazzjoni ta’ San Nonju Alvares (April 2009) il-Papa Benedittu qal: “Il-Karmelu jgħallem lill-Knisja kif titlob.” Il-qofol talKarmelu kien dejjem dan: it-talb. U l-ħajja Karmelitana – sew jekk fil-każ ta’ patri, soru, jew lajk Karmelitan – tinġabar kollha f’dan: fit-talb. Mhux kwistjoni ta’ metodu, imma ta’ enfasi. Dan hu li jiddistingwi t-talb Karmelitan. Mhux it-talb fih innifsu; fil-fatt m’hemmx ‘metodu’ ta’ talb Karmelitan. Hi kollha kemm hi kwistjoni tal-ħin u l-enerġija li wieħed tassew jinvesti fit-talb1. Fir-Regola Karmelitana Jekk immorru lura għall-esperjenza oriġinarja tal-ewwel Karmelitani kif insibuha fir-Regola talOrdni propju dan li nsibu. Ma nsibux xi metodu ta’ talb ġdid, jew oriġinali, jew xi preskrizzjoni Festa Madonna tal-Karmnu
li tgħid li rridu nużaw xi metodu speċifiku, imma nsibu, iva, li fir-Regola t-talb għandu ħafna valur, għandu piż għalkollox partikulari. Fir-Regola t-talb jimla l-aspetti kollha tal-ħajja Karmelitana, jinfiltra d-dimensjonijiet kollha tal-ħajja Karmelitana, u jagħtihom ilkoll ittogħma u l-lewn partikulari tagħhom.
Il-Papa San Ġwanni Pawlu II laqat sewwa l-musmar fuq rasu meta qal li l-Karmelu huwa l-post “fejn it-talb isir ħajja, u l-ħajja twarrad bittalb”.2 Qablu, il-Beatu Karmelitan Titu Brandsma kien ġa stqarr li “t-talb huwa l-ħajja, mhux oażi fid-deżert tal-ħajja”,3 ħsieb li San Ġwanni Pawlu II nnifsu kkwotah fl-omelija tiegħu dakinhar li ddikjara beatu lill-istess Patri Titu.4
San Albert ta’ Ġerusalemm, il-patrijarka li ta “għamla ta’ ħajja” lill-ewwel Karmelitani madwar l-1209, li aktar ’il quddiem, fl-1247, wara li sarulha xi tibdiliet żgħar, ġiet magħrufa bħala regola vera u propja mill-Papa Innoċenzu IV.
Prattikament it-talb huwa x-xogħol, il-qadi u l-okkupazzjoni ewlenija tal-fraternità Karmelitana u ta’ kull Karmelitan. Fin-numru 10 fil-fatt ir-Regola tgħidilna:
Kull wieħed għandu joqgħod f’kamartu jew ħdejha, lejl u nhar jaħseb fuq il-Liġi tal-Mulej u jishar fit-talb, sakemm ma jkunx mehdi fi ħwejjeġ oħra ta’ siwi.5 Valletta 2017
105
Dahri l-kummentaturi u l-interpreti tar-Regola kienu jqisu dan in-numru bħala ċ-ċentru tarRegola. Illum m’għadniex infittxu li nidentifikaw xi numru partikulari bħala ċ-ċentru tar-Regola, imma qegħdin inħarsu lejn ir-Regola b’mod aktar unit u integrali bħala struttura armonjuża u bbilanċjata maħsuba biex toħloq spazju ħieles disponibbli għal Alla kemm fi ħdan il-fraternità kif ukoll f’kull individwu. F’dan id-dawl, bla ma titnaqqas xejn l-importanza tiegħu, it-talb jidher aħjar f’rabta ma’ valuri oħra fir-Regola bħala wieħed mill-elementi meħtieġa biex jinħoloq dan l-ispazju mistiku.6
Għalkemm ir-Regola ma tippreskrivix metodu speċifiku ta’ talb, fin-numru 10 li għadna kif kwotajna nsibu riferenza għal-lectio divina7 fejn ir-Regola tgħidilna biex naħsbu lejl u nhar fil-Liġi tal-Mulej. Aktar milli l-metodu, ir-Regola jinteressaha tipproponielna l-kontenut talmeditazzjoni tagħna: il-Kelma t’Alla. Il-Karmelu hawn jinserixxi ruħu u jniżżel għeruqu fi tradizzjoni b’saħħitha, dik eremitika-monastika antika, li tul l-ewwel millennju sħiħ talKristjaneżmu sal-medjuevu sostniet ruħha billi xtarret il-Kelma t’Alla fil-mergħat tal-Iskrittura Mqaddsa. F’dan il-preċett tar-Regola l-Karmelu dejjem ra eku tal-atteġġjament kontemplattiv tal-mudell ewlieni tiegħu, il-Verġni Marija, li, kif jgħidilna San Luqa, kienet “tgħożż f’qalbha dawn il-ħwejjeġ kollha u taħseb fuqhom bejnha u bejn ruħha” (2,19).
Iċ-ċentralità tal-Iskrittura fir-Regola tidher f’numri oħra wkoll: • nru 7: qari tal-Kotba Mqaddsa fir-refettorju;
• nru 19: l-aħħar fost il-lista tal-armi spiritwali jissemma’ “s-sejf tar-ruħ” li “hu l-Kelma t’Alla”, li għandha tgħammar bil-kotra filfomm u l-qalb tal-Karmelitani, hekk li kulma jagħmlu għandhom jagħmluh fil-Kelma talMulej;
• is-smigħ tal-Kelma huwa impliċitu wkoll finnumri 11 u 14, fejn ir-Regola tippreskrivi ċ-ċelebrazzjoni komunitarja tal-liturġija tassigħat u tal-Ewkaristija fl-oratorju li għandu jinbena f’nofs iċ-ċelel. 106
Festa Madonna tal-Karmnu
Barra minn hekk, ir-Regola nfisha mimlija kwotazzjonijiet diretti u indiretti millIskrittura, karatteristika intrinsika tar-Regola li minnha nfisha tirrakkomanda bil-qawwa s-smigħ attent tal-Kelma t’Alla u r-ruminazzjoni u l-assimilazzjoni tal-Kotba Mqaddsa. Għalkemm tirrakkomandalna nixtarru l-Kelma t’Alla però, ir-Regola ma toqgħodx tidħol filmetodu u fit-tappi ta’ kif dan għandu jsir. Filwaqt li tfassal il-linji ġenerali tal-istil ta’ ħajja tal-fraternità u tipprovdi l-elementi essenzjali, tħalli l-impostazzjoni tat-talb personali f’idejn l-individwu. F’kontinwità mat-tradizzjoni monastika antika, it-talb personali jnixxi miċċelebrazzjoni komunitarja tal-Misteru ta’ Kristu fil-liturġija u mis-smigħ attent u premuruż talKelma. F’dawn l-aħħar erbgħin-ħamsin sena, is-sejħa tal-Konċilju Vatikan II biex ir-reliġjużi mmorru lura għall-għejjun tal-kariżmi tagħna wassal biex l-Ordni Karmelitan jiskopri mill-ġdid iċċentralità tas-smigħ tal-Kelma fil-komunità u filħajja personali ta’ kull wieħed. Fil-fatt, fi żmien li fih kienet għadha sserrep ċerta averżjoni għall-metodu sistematiku fil-ħajja tat-talb bħala reazzjoni għar-riġidità ta’ qabel il-Konċilju Vatikan II, kien permezz tal-lectio divina li kienu jiġu inizjati għat-talb il-Karmelitani filformazzjoni inizjali tagħhom. Nistgħu ngħidu li l-flessibbiltà f’dak li jirrigwarda t-talb personali baqgħet dejjem fl-istorja talOrdni Karmelitan. F’kull epoka l-Ordni kien miftuħ għas-sensibbiltajiet kontemporanji u l-iżviluppi ġodda fil-ħajja tat-talb għamilhom tiegħu, u ħafna drabi kkontribwixxa wkoll għalliżvilupp ulterjuri tagħhom. Dan il-ftuħ u din il-flessibbiltà għadhom sal-lum karatteristika tal-atteġġjament tal-Ordni lejn it-talb. IlKostituzzjonijiet (nru 66) jgħidulna li
It-talb jista’ jieħu bosta għamliet, skont il-ħtiġijiet tal-komunità u tal-individwi. It-talb jissaħħaħ bi tfittxija bla waqfien ta’ Alla, megħjuna billectio divina, bl-istudju, bil-meditazzjoni u bissagramenti. Din it-tfittxija bla taqta’ ta’ Alla għandha tkun is-sisien u l-ogħla espressjoni talħajja komunitarja.8
Valletta 2017
L-istess id-dokument tal-Ordni dwar ilformazzjoni: Ratio Institutionis Vitae Carmelitanae. Carmelite Formation: a Journey of Transformation, għalkemm dan huwa aktarx ftit aktar speċifiku, għax jelenka metodi ta’ talb partikularment għeżież għattradizzjoni Karmelitana. Dan id-dokument juri apprezzament u interess ġdid fl-importanza talmetodu fit-talb, kif ukoll riskoperta ta’ metodi oħra barra l-lectio divina li kienu mxerrda flOrdni sal-Vatikan II. Jibqa’ l-fatt li jipproponi pluralità u diversità ta’ metodi li l-ebda wieħed minnhom ma ġie maħluq esklussivament mill-Karmelitani, għalkemm il-Karmelitani kkontribwew għall-iżvilupp tagħhom ilkoll. B’mod emfatiku, fin-numru 38, id-dokument jgħid:
kontribut oriġinali tagħhom. L-influwenza tar-Riforma Karmelitana ta’ Turena żviluppat fil-moviment ta’ “l-Osservanza Aktar Stretta” fi ħdan il-fergħa l-antika tal-Ordni, li l-influss tagħha xtered mal-Ordni kollu u baqa’ jiddominah sal-Vatikan II kemm filKostituzzjonijiet kif ukoll fil-formazzjoni tannovizzi.
S. Tereża ta’ Ġesù u S. Ġwann tas-Salib ma jipproponux metodu sistematiku ta’ talb fissens propju tal-kelma fil-kitbiet tagħhom. Kienu d-dixxipli tagħhom fiż-żewġ friegħi tal-Ordni11 li ttraduċew it-tagħlim u l-esperjenza ta’ dawn iż-żewġ Dutturi tal-Karmelu f’metodi sistematiċi.
We must cultivate the various forms of prayer, especially those that are dear to the Carmelite tradition, such as systematic meditation, lectio divina, the practice of the presence of God, the prayer of aspiration, and silent prayer.9 Ħalli ngħaddu issa biex ngħidu xi ħaġa fuq kull waħda minn dawn il-forom ta’ talb fil-Karmelu imsemmija f’din is-silta li għadna kif slitna middokument dwar il-formazzjoni.
Il-meditazzjoni sistematika fil-Karmelu Il-meditazzjoni sistematika daħlet fl-Ordni fis-seklu 16, bħala konsegwenza ta’ bidla paradigmatika fil-ħsieb li bdiet isseħħ filpassaġġ mill-medjuevu għall-epoka moderna, fir-Rinaxximent; bidla li aċċentwat u tat aktar prijorità lill-individwu fid-dimensjoni razzjonali, psikoloġika u introspettiva tiegħu. Il-meditazzjoni sistematika ġiet addattata għall-ispirtu tal-Ordni millkummentaturi ta’ S. Tereża ta’ Ġesù u S. Ġwann tas-Salib u mill-awturi tar-Riforma Karmelitana magħrufa bħala “ta’ Turena”10 li laqqmu u integraw fit-tradizzjoni tal-Ordni l-influwenza Tereżjana, Ġeżwitika u influwenzi oħra li kellhom suċċess kbir fil-kuntest ekkleżjali post-Tridentin ta’ tiġdid spiritwali li kien qiegħed jiffjorixxi dak iż-żmien. Filwaqt li integraw dawn l-influwenzi, ilKarmelitani ta’ Turena għanewhom ukoll bilFesta Madonna tal-Karmnu
Patri Karmelitan jitlob.
Ix-xejra Karmelitana fil-meditazzjoni sistematika tidher pereżempju fid-differenza bejn il-mod kif jifhem “il-preparazzjoni remota” għat-talb Sant’Injazju ta’ Loyola, il-fundatur talĠiżwiti, u l-mod kif jippreżentaha l-Metodu Ċar u Ħafif Biex Tagħmel Sewwa l-Orazzjoni Mentali, u Biex Titħarreġ bi Frott fil-Preżenza t’Alla tarRiforma ta’ Turena.12 Filwaqt li għal Sant’Injazju l-preparazzjoni remota tikkonsisti filli wieħed jagħżel u jaqra qabel jorqod it-tema jew test talmeditazzjoni tal-għada, fir-Riforma ta’ Turena l-preparazzjoni remota hija atteġġjament u stil permanenti ta’ dispożizzjoni għat-talb li jikkonsisti filli wieħed jobgħod id-dnub, ifittex is-solitudni, jevita xogħlijiet inutli, jiddistakka Valletta 2017
107
ruħu mill-ħwejjeġ temporali, u jaħrab iddivertimenti, il-ħsibijiet fiergħa u l-ħela ta’ ħin.
Fejn tidħol il-preparazzjoni aktar mill-qrib, il-Metodu Karmelitan jiddistingwi bejn “preparazzjoni mill-qrib” u “preparazzjoni immedjata”. Il-preparazzjoni mill-qrib Karmelitana hija ekwivalenti għallpreparazzjoni remota Injazjana, u allura tikkonsisti fl-għażla tat-tema jew test u t-tħejjija tiegħu minn qabel. Il-preparazzjoni immedjata, eżatt qabel id-dħul fil-meditazzjoni propja, tikkonsisti fl-att tal-preżenza t’Alla, eżami qasir tal-kuxjenza, u atti ta’ umiltà u virtujiet oħra, eżempju l-offerta tal-meditazzjoni għall-glorja t’Alla.
Aspett ieħor li jiddistingwi l-meditazzjoni sistematika fil-Karmelu minn dik Ġeżwitika huwa enfasi akbar fuq l-affetti. Għalkemm l-Eżerċizzi Spiritwali ta’ Sant’Injazju jagħtu l-akbar importanza lill-affetti13, bħal kull metodu ieħor ta’ talb, il-kummentaturi tal-Metodu Karmelitan jinnutaw li d-dimensjoni affettiva f’dan tal-aħħar hija aktar pronunċjata milli f’dak Ġeżwitiku. Il-Metodu pereżempju jisħaq li malli r-rieda titqanqal u tipproduċi l-affetti, ilmeditazzjoni għandha titwaqqaf. Jekk ir-rieda titqanqal mill-ewwel, kważi mingħajr ebda riflessjoni, wieħed għandu jitlaq għal kollox ilpunti li jkun ħejja u jsegwi l-ġibdiet tal-grazzja t’Alla. Il-Metodu jsejjaħ lir-rieda “s-sultana talfakultajiet”, jitkellem dwar “meditazzjoni affettiva”, u jsejjaħ l-imħabba “għajn ineżawribbli ta’ dwal u ħsibijiet qaddisa”. Għalkemm filKarmelu wkoll il-ħidma tal-intellett tiġi qabel dik tar-rieda, ladarba r-rieda tixgħel blimħabba, l-imħabba tkattar l-għarfien ta’ Alla u tal-ħwejjeġ tiegħu. Meta jitkellem minn dan, il-Metodu jirreferi għal awturi Karmelitani, bħal Duminku ta’ San Albert u oħrajn:
Knowledge and love are not to be given equal standing in prayer. And if you have love of God, it shall be an inexhaustible source of excellent enlightenment and holy thoughts, as Father Dominic mentions in his exercises.14
108
Festa Madonna tal-Karmnu
Dan juri li r-riforma ta’ Turena ma ġarrbitx biss l-influwenza qawwija ta’ Sant’Injazju ta’ Loyola, imma wkoll ta’ awturi oħra, fosthom ta’ kittieba tagħha stess.
L-emfasi aktar qawwija fuq l-affetti fil-Karmelu ġejja mill-għanijiet differenti tal-Eżerċizzi Spiritwali u tal-Metodu. Il-Metodu għandu l-iskop li jwassal għall-elezzjoni (għall-għażla) tal-ħajja Karmelitana, li, kif rajna meta tkellimna dwar irRegola, tikkonsisti filli wieħed isir spazju ħieles għal Alla (“vacare Deo”), u li jintroduċi lin-novizzi Karmelitani għat-taħdit kollu mħabba (affettiv) ma’ Alla. Jibqa’ klassiku dak il-qawl ta’ S. Tereża ta’ Ġesù fejn tgħid li “dak li jgħodd l-aktar huwa, mhux li taħsbu ħafna, iżda li tħobbu ħafna”.15 FilKarmelu t-talb, biex ngħidu hekk, huwa aktar għan milli biss mezz. Sant’Injazju, min-naħa l-oħra, kiteb l-Eżerċizzi Spiritwali għall-Insara kollha. Għalih it-talb huwa aktar mezz ta’ tħejjija għas-servizz appostoliku milli għan fih innifsu. Fil-formazzjoni tas-segwaċi tiegħu jqiegħed iċċaħda, imsarrfa prinċipalment fl-ubbidjenza perfetta, qabel it-talb. Il-metodi Injazjani wkoll jippreparaw għad-don tal-kontemplazzjoni mistika, imma għal Injazju, kull talb, anke dak mistiku, jibqa’ biss mezz għas-servizz appostoliku. Il-lectio divina Fuq il-lectio divina ġa tkellimna meta tħadditna fuq ir-Regola. Tul l-ewwel sekli tal-Ordni l-qari tal-Iskrittura fi spirtu ta’ talb kien isir skont l-itinerarju klassiku li kien jikkonsisti f’erba’ tappi kif deskritti minn Guigo ċ-Ċertożin. Dawn l-erba’ tappi huma: 1. il-qari attent tattest bibbliku; 2. il-meditazzjoni fuq it-test; 3. it-talb (taħdita ma’ Alla mnebbħa mit-test); 4. il-kontemplazzjoni (għarfien tal-preżenza t’Alla). Nixtieq inżid ukoll li meta l-Karmelitani emigraw mill-Art Imqaddsa lejn l-Ewropa u bdew deħlin fl-universitajiet, id-dixxiplina akkademika-ekkleżjastika li l-aktar spikkaw fiha kienet l-Iskrittura Mqaddsa, hekk li sfaw imlaqqmin bħala “l-majjistri tas-sacra pagina”. Il-prattika tal-preżenza t’Alla Il-Karmelu dejjem ippromwova u ħeġġeġ il-prattika kontinwa tal-preżenza t’Alla mnebbaħ mill-eżempju tal-mudell l-ieħor
Valletta 2017
tiegħu, il-Profeta Elija, li l-Ktieb tas-Slaten jiddeskrivihulna bħala dak li hu wieqaf, jew li jservi quddiem il-Mulej (ara 1 Slaten 17,1). L-esponent Karmelitan l-aktar popolari talprattika tal-preżenza t’Alla huwa Fra Lawrenz tar-Riżurrezzjoni li għex il-ħajja reliġjuża tiegħu fil-kunvent tal-Karmelitani Skalzi ta’ Pariġi fejn qeda bl-umiltà lil ħutu fir-rwoli ta’ kok u skarpan f’komunità numeruża. Wara mewtu, l-ittri u l-pariri spiritwali tiegħu ġew miġbura fi ktejjeb li għadu jiġi tradott u ppubblikat sal-lum anke fost l-Anglikani u l-Protestanti.16 Għal Fra Lawrenz tar-Riżurrezzjoni l-ħajja spiritwali kollha kemm hi tikkonsisti fil-prattika tal-preżenza t’Alla. Jekk wieħed jipprattikaha kif jixraq, isir spiritwali f’qasir żmien. Fidil lejn S. Tereża ta’ Ġesù, li tgħid lis-sorijiet tagħha li l-Mulej jistgħu isibuh ukoll qalb it-twaġen u l-kzazel tal-kċina17, jirrakkomandalna l-prattika tal-preżenza t’Alla fil-qalba tal-ħajja ta’ kuljum, waqt li wieħed iwettaq id-dmirijiet tal-istat tiegħu. Importanti li wieħed jippersevera fedelment f’din il-prattika. Darba stqarr li huwa kien jaqleb il-froġa għallimħabba t’Alla. Fra Lawrenz jirrakkomandalna nagħmlu minn qalbna kappella fejn nistgħu nirtiraw minn ħin għall-ieħor biex noqgħodu mal-Mulej u ngawduh umilment fl-imħabba.
It-talb aspirattiv, jew l-aspirazzjoni L-esponent ewlieni tat-talb aspirattiv filKarmelu huwa Fra Ġwann ta’ San Sansun, reliġjuż lajk, għama mit-tfulija bikrija tiegħu. Fil-komunità kien jaqdi d-dmirjiet ta’ organista u ta’ surmast bla titlu uffiċjali tan-novizzi. Qatta’ ħafna ħin minn ħajtu jisma’ l-qari ta’ kitbiet spiritwali u mistiċi, u (sa min qabel daħal flOrdni) jifforma lill-Karmelitani żgħażagħ fittalb u fil-ħajja spiritwali. Fuq ordni tas-superjuri ddetta hu stess madwar erbat elef paġna manuskritta fuq il-ħajja spiritwali u mistika. Kif jindika l-isem tiegħu – “aspirazzjoni” – dan il-metodu ta’ talb jikkonsisti kemm f’xenqa għal Alla kif ukoll filli wieħed jgħix f’Alla u jirrespira lil Alla (allużjoni għan-nifs). Fra Ġwann jiddeskrivi hekk it-talb aspirattiv:
L-aspirazzjoni mhijiex biss taħdita ta’ mħabba – li hija ġa eżerċizzju qaddis fiha nfisha – imma titwieled u tnixxi mill-prattika ta’ dawn ittaħditiet. Hija, mela, titjira ta’ mħabba u ħeġġa tal-qalb u tal-ispirtu kollha kemm huma, li permezz tagħha r-ruħ tintrefa’ ’l fuq minnha nfisha u minn kull ħaġa maħluqa biex tingħaqad direttament ma’ Alla fil-ħeffa tal-espressjoni tal-imħabba tagħha. Din l-espressjoni ta’ mħabba tmur lil hinn minn kull imħabba sensittiva, razzjonali, intellettwali u Il-prattika tal-preżenza komprensibbli, u bil-qawwa tal-Ispirtu t’Alla u tal-isforzi t’Alla nitgħallmuha billi tagħha stess tasal għallnduru spiss interjorment għaqda m’Alla, mhux għal xi lejn Alla. Biż-żmien din ilunjoni kwalsijasi, imma għal ħaġa tibda tiġina naturali trasformazzjoni immedjata u tibdilna f’nies spiritwali. fl-Ispirtu t’Alla. Intenni Għall-ewwel tkunilna diffiċli, imma biż-żmien, jekk li l-ispirtu (tal-bniedem) Fra Ġwann ta’ San Sansun jissupera kull imħabba nipperseveraw, tħalli effetti 1571-1636 komprensibbli u intelliġibbli meraviljużi moħbija firruħ. Fra Lawrenz iħeġġiġna biex ma nagħmlu, biex jasal għall-ħlewwa kotrana u ineffabbli ta’ ngħidu jew naħsbu xejn li jista’ jagħti dispjaċir Alla nnifsu, li fih jogħdos bl-imħabba18. lil Alla. Din il-prattika tixgħel fir-ruħ nar divin li ma jinħassx mis-sensi tagħna, imma jikkonsma Fra Ġwann jgħidilna li mhux il-ħin kollu r-ruħ fl-imħabba t’Alla. nistgħu nimmeditaw, imma l-ħin kollu nistgħu naspiraw għal Alla. Permezz tal-okkupazzjoni Festa Madonna tal-Karmnu
Valletta 2017
109
kollha mħabba tal-aspirazzjoni r-ruħ għanda kontinwament u fedelment tkun moħħha f’Alla. L-awtur tat-talb aspirattiv huwa l-Ispirtu s-Santu, għaliex huwa hu li jlissinha u jmexxiha. Il-Metodu, li rreferejna ħafna għalih aħna u nitkellmu fuq il-meditazzjoni sistematika filKarmelu, ifisser l-aspirazzjoni bħala Irfigħ imħeġġeġ tal-ħsieb lejn Alla magħmul minn ftit kliem imwaddab f’ħakka t’għajn lejn is-sema biex nuru lil Alla l-ġibdiet tajba u x-xewqat qaddisa ta’ qlubna19.
L-aspirazzjoni tiżbroffa minn qalb mimlija mħabba, bħal fjamma minn ħuġġieġa taqbad. Meta tiġi pprattikata fedelment, ir-reliġjuż jasal fi stat fejn dawn il-vleġeġ mixħuta lejn is-sema jiġu rreċiprokati mitt darba iżjed mill-vleġeġ t’Alla, hekk li sseħħ battalja bejn Alla u l-bniedem, gwerra ta’ mħabba. Alla jkun dejjem ir-rebbieħ, u l-bniedem, milqut minn dawn il-vleġeġ tal-imħabba t’Alla, ma jistax ħlief jaħseb f’Alla u jixtieq li jogħġbu l-ħin kollu. Din l-attenzjoni kontinwa għal Alla tiġi wara prattika tajba talmeditazzjoni. Hemm żewġ metodi kif dawn l-aspirazzjonijiet jissawru fir-ruħ:
Il-Metodu jgħid li f’dan it-taħdit kollu mħabba ma’ Alla nsibu b’mod speċjali l-ispirtu tal-Ordni Karmelitan.
It-talb tal-ġabra Fl-aħħar nett, nixtieq li nagħlqu billi nipproponu metodu, jekk irridu nsejħulu hekk, ta’ talb silenzjuż mislut mill-kitbiet ta’ S. Tereża ta’ Ġesù20. S. Tereża ta’ Ġesù tgħallimna li l-qofol tat-talb mhumiex il-ħsibijiet, iżda l-imħabba. Hija tgħid li t-talb mhuwiex ħaġ’oħra ħlief ħbiberija, li toqgħod ħafna drabi fil-kumpanija ta’ Dak li nafu li jħobbna21. Hija tissuġerixxi metodu ta’ talb li hi ssejjaħlu “talb tal-ġabra”. Din il-forma ta’ talb tikkonsisti filli tinġabar fik innifsek sabiex hemmhekk tiltaqa’ ma’ Ġesù.
Din il-forma ta’ talb għandha żewġ mumenti. L-ewwel mument huwa attiv: jikkonsisti filli tilmaħ lil Kristu ġewwa fik. Tinġabar fis-skiet u tinfetaħ għall-preżenza ta’ Kristu ġewwa fik. Tagħraf li Alla qiegħed hemm u li inti tinsab quddiemu. Taħseb fil-kumpanija ta’ min tinsab ħalli ġġib ruħek b’mod li jixraq lil dan il-Kumpann divin. Iġġib lil Ġesù preżenti quddiemek u titkellem miegħu, kif għamlet Marija, oħt Marta, f’riġlejn Ġesù. Biex inġibu quddiemna lil Ġesù jistgħu jgħinuna ħafna siltiet mill-evanġelji.
S. Tereża ta’ Ġesù
1. Mingħajr sforzi minIt-tieni mument fit-talb tal1515-1582 naħa tar-ruħ: ħsibijiet ġabra huwa passiv: tilmaħ qaddisa li jiġu fil-ħsieb u f’daqqa waħda lil Kristu jħares lejk. Tara li hu ma jixtieq xejn jħeġġu r-rieda biex tagħmel atti qosra imma minnek ħlief li inti twieġeb għall-ħarsa tiegħu qawwija ta’ mħabba. Din hija frott tal-ħidma bil-ħarsa tiegħek. Ġib ruħek miegħu bħalma tal-Ispirtu s-Santu. ġġib ruħek ma’ missier, ma’ ħuk, ma’ sidek, ma’ għarus. Tehda filli tħares lejh huwa u jħares 2. It-tieni mod jiddependi aktar mill-isforzi tal- lejk, filwaqt li żżommlu kumpanija, titkellem bniedem. Il-ħsieb jagħmel sforz biex jinġabar miegħu, titolbu, tumilja ruħek quddiemu u u jiddeċiedi li jerfa’ ruħu lejn Alla. Dan l-att tgawdi miegħu. ma jeħtieġx ħafna ħsieb, imma li ninqdew b’ċirkustanzi ordinarji biex infaħħru lil Alla, Din il-forma ta’ talb tista’ tiġi pprattikata jew niftakru f’xi verità divina li laqtitna fl- mhux biss fil-mumenti qawwija mogħtija imgħoddi biex inbierku lil Alla, u malajr ir- esklussivament għat-talb, imma anke waqt rieda tħossha mqanqla biex taspira għal Alla. ix-xogħol u l-okkupazzjonijiet. It-talb huwa 110
Festa Madonna tal-Karmnu
Valletta 2017
mħabba, u tista’ tħobb il-ħin kollu u kullimkien. Kontinwament tista’ tagħraf li Ġesù qiegħed iħares lejk b’ħarsa ta’ mħabba u tirreċiproka l-ħarsa tiegħu bil-ħarsa tiegħek. S. Tereża tgħid li, anke jekk tinsab fil-kċina, il-Mulej jgħaddi minn qalb it-twaġen22. Fil-ħajja tagħna hu meħtieġ li Marta u Marija jimxu flimkien, ħalli nilqgħu lill-Mulej u nżommuh magħna.
Referenzi 1 Ara: http://www.carmelites.net/about/prayerful/ introduction/ [2 ta’ Mejju 2017] 2 ĠWANNI PAWLU II, Messaġġ lill-Pirjol Ġenerali talOrdni Karmelitan P. Joseph Chalmers fl-okkażjoni tal550 anniversarju mit-twaqqif tas-sorijiet Karmelitani u t-Terz’Ordni Karmelitan. Ara http://w2.vatican.va/ content/john-paul-ii/en/speeches/2002/october/ documents/hf_jp-ii_spe_20021017_carmelitani.html 3 Ara Ratio Institutionis Vitae Carmelitanae. Carmelite Formation: A Journey of Transformation, Rome 2013, 32. Tista’ taċċessa dan id-dokument online fuq ilwebsite tal-Provinċja Karmelitana Maltija hawnhekk: http://www.karmelitani.org/ratio-institutionis-vitaecarmelitanae/ 4 Ara Messa per la beatificazione di Padre Tito Brandsma, omelia di Giovanni Paolo II, Domenica 3 Novembre 1985: http://w2.vatican.va/content/john-paul-ii/it/ homilies/1985/documents/hf_jp-ii_hom_19851103_ beato-tito-brandsma.html 5 Tista’ taċċessa r-Regola Karmelitana bil-Malti online fuq dan l-indirizz: http://www.karmelitani.org/regula-tasan-albert/ 6 Ara KEES WAAIJMAN, The Mystical Space of Carmel. A Commentary on the Carmelite Rule (= Fiery Arrow), Peeters, Leuven 1999. 7 Il-lectio divina (qari divin) hija l-qari meditattiv talKotba Mqaddsa fi spirtu ta’ talb u djalogu ma’ Alla. 8 Il-Kostituzzjonijiet huma dokument li jinkarna u jattwalizza l-ideal tar-Regola matul iż-żminijiet. FilKostituzzjonijiet insibu mfisser kif l-Ordni jifhem ilkariżma u l-missjoni li rċieva u kif ifittex li jgħixhom illum. Il-Kostituzzjonijiet huma wkoll test leġislattiv, u għaldaqstant fihom insibu wkoll liġijiet, b’mod speċjali fl-aħħar parti li titratta t-tmexxija tal-Ordni. Filwaqt li t-test tar-Regola ma jinbidilx u jibqa’ punt ta’ riferiment dejjem stabbli, il-Kostituzzjonijiet jiġu aġġornat minn żmien għal żmien skont il-ħtieġa. Tista’ taċċessa l-Kostituzzjonijiet tal-Ordni tal-Aħwa tal-Imqaddsa Verġni Marija tal-Karmelu hawnhekk: http://www. carmelites.ie/Constitutions.pdf 9 Ratio Institutionis Vitae Carmelitanae. Carmelite Formation: A Journey of Transformation, General Curia of the Carmelite Order, Rome 2013, 32. Tista’ tara dan id-dokument online f’dan l-indirizz: https:// s3.amazonaws.com/ocarm.org/ebooksweb/ratio13.pdf 10 Imsejħa ta’ Turena minħabba li bdiet fil-provinċja reliġjuża tal-Ordni Karmelitan li kienet iġġib dan l-isem fin-naħa tal-Majjistral ta’ Franza. Il-figura spiritwali li tispikka l-aktar fir-Riforma ta’ Turena hija dik tal-Fra għama u mistiku Ġwanni ta’ San Sansun.
Festa Madonna tal-Karmnu
Nitkellmu minn żewġ friegħi tal-Ordni Karmelitan minħabba li r-riforma mibdija minn S. Tereża ta’ Ġesù fi Spanja eventwalment inqatgħet f’ordni ġuridikament separat magħruf bħala l-Ordni tal-Karmelitani Skalzi (popolarment imsejjaħ ukoll l-Ordni KarmelitanTereżjan). Ir-riforma ta’ Turena, li żviluppat flOsservanza Aktar Stretta, baqgħet dejjem parti integrali mill-fergħa l-antika tal-Ordni. 12 It-titlu fl-oriġinal bil-Franċiż huwa Méthode claire et facile pour bien faire oraison mentale et pour s’exerceravec fruict en la presence de Dieu. Faisant le quatriesme traitté de la conduitte spirituelle des novices pour les convens reformez de l’Ordre de Nostre-Dame du Mont-Carmel. Minn issa ’l quddiem, din l-opra se nsejħulha fil-qosor bħala l-Metodu. Din l-opra hija biss parti minn opra akbar f’erba’ volumi li ġġib it-titlu ta’ Direttorji tan-Novizzi (Directoires des novices floriġinal bil-Franċiż). Ix-xogħol fuq dawn l-erba’ volumi inbeda minn P. Bernard tal-Maddalena, imma tkompla u ġie ppubblikat fl-1650 minn P. Mark tan-Natività. Madanakollu, id-Direttorji tan-Novizzi ma jirriflettux biss il-ħsieb personali ta’ P. Bernard tal-Maddalena u P. Mark tan-Natività daqskemm l-ispirtu ġenerali tarRiforma ta’ Turena. Il-Metodu jikkostitwixxi r-raba’ volum tal-opra, u huwa ddedikat kollu kemm hu lit-talb. Għal aktar informazzjoni wieħed jista’ jikkonsulta lil Kilian J. Healy O.Carm., Methods of Prayer in the Directory of the Carmelite Reform of Touraine (= Vacare Deo 1), Edizioni Carmelitane, Roma 22005. Fis-sustanza, din is-sezzjoni dwar il-meditazzjoni sistematika fil-Karmelu hija bbażata fuq il-ktieb ta’ P. Healy. 13 “mhux il-ħafna tagħrif li jimla u jaħji lir-ruħ, imma li l-affarijiet tħosshom u tiggustahom f’qalbek”: Sant’Injazju ta’ Loyola, L-Eżerċizzi Spiritwali, maqlub għall-Malti minn Pawlu Mallia S.J. u Arthur G. Vella S.J., Provinċja Maltija tal-Kumpanija ta’ Ġesù, Malta 22006, §2. 14 Metodu, kif ikkwotat minn Healy, 46. 15 Ara Tereża ta’ Ġesù, Kastell Ġewwieni IV,1,7 (= Il-Kitba ta’ Tereża ta’ Ġesù 2), maqlub għall-Malti minn P. Anġeliku M. Busuttil O.C.D., Pubblikazzjoni Karmelitana Tereżjana, Malta 1991, 234. 16 Brother Lawrence, Practice of the Presence of God, maqlub għall-Ingliż minn Donald Attwater, Better Yourself Books, 6th reprint Bandra, Mumbai, 1997. 17 Ara Tereża ta’ Ġesù, Ktieb tal-Fundazzjonijiet 5,8 (= IlKitba ta’ Tereża ta’ Ġesù 3), maqlub għall-Malti minn P. Anġeliku M. Busuttil O.C.D., Pubblikazzjoni Karmelitana Tereżjana, Malta 1992, 44. 18 Ġwanni ta’ San Sansun, kif ikkwotat minn Healy, 155-156. 19 Ara il-Metodu kif ikkwotat minn Healy, 60. 20 Din l-aħħar parti tal-artiklu qiegħed nibbażaha fuq Salvador Ros García, El modo de oración de Santa Teresa, Carmelitas Descalzas, Alba de Tormes 22004, 1924. 21 Ara Tereża ta’ Ġesù, Ktieb tal-Ħajja 8,5 (= Il-Kitba ta’ Tereża ta’ Ġesù 1), maqlub għall-Malti minn P. Anġeliku M. Busuttil O.C.D., Pubblikazzjoni Karmelitana Tereżjana, Malta 1990, 59. 22 Ara nota nru 17. 11
Valletta 2017
111
R.ZAMPA VESTIS Fashionwear
21/22 T Merchants Street Valletta
St John Square, Valletta VLT 1155 Malta Tel: 2123 6562
Telephone
zampavestis@gmail.com
2123 6212
Papannis Gianmarco Zalayeta (Managing Director) Address
55, Strait Street, Valletta VLT 1447 Telephone
2722 0031 (Restaurant) Mobile
7939 6593 E-mail
Papannis@live.com
112
Festa Madonna tal-Karmnu
Valletta 2017
Gabriele u Andrea Belli midfunin fil-Knisja tal-Karmnu Giovanni Bonello
Ex-Imħallef tal-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem
Meta, fl-1958, twaqqet il-knisja tal-Karmnu l-qadima biex tinbena dik tal-lum, ħafna milli kien fiha kellu jitkisser. Fost il-vittmi kien hemm numru ġmielu ta’ oqbra, bil-lapidi tagħhom tal-irħam u l-iskrizzjonijiet ta’ fuqhom. Ma nafx li nżamm reġistru ta’ dawn l-oqbra li ġew imġarrfa, jew tifkira fotografika tagħhom. Tnejn minnhom biss ġew salvati sħaħ u reġgħu tpoġġew fil-knisja l-ġdida – dawk ta’ Caterina Vitale u ta’ Caterina Scappi, li t-tnejn ktibt fuqhom. Sewwa li ġew konservati u mqedgħa f’post xieraq, għax it-tnejn kienu persuni xejn ordinarji u l-istorja ta’ ħajjithom hija mill-aktar interessanti. B’xorti tajba, il-fdalijiet ta’ lapida oħra, għalkemm tkissret aktarx meta ċċaqalqet minn postha, illum jinsabu wieqfa fil-kuritur tassagristija. Hija l-irħama li kienet tpoġġiet meta miet Gabriele Belli fl-1783. Belli llum kważi minsi għalkollox, imma fi żmienu kien l-aktar Malti importanti u setgħan fil-gżira. Kien, tista’ tgħid il-Prim Ministru ta’ Malta fi żmien il-Gran Mastri Pinto u Ximenez.
Meta Malta kienet taħt il-ħakma tal-kavallieri ta’ San Ġwann, il-Gran Mastru kien kap ta’ żewġ gvernijiet, distinti u separati. Kien il-kap suprem tal-Ordni ta’ San Ġwann, ordni internazzjonali li kellu l-liġijiet u l-propjetajiet tiegħu mxerrdin mal-Ewropa kollha. Imma, fl-istess ħin kien ukoll Prinċep ta’ Malta. Il-Maltin ftit li xejn kellhom x’jaqsmu mat-treġija tal-Ordni ta’ San Ġwann, imma l-Gran Mastru, bħala Prinċep ta’ Malta, kien jistrieħ fuq xi Maltin magħżula biex imexxi l-gvern tal-gżira ta’ Malta. Kienu Maltin il-kbarat kollha li jgħinu l-Gran Mastru jiggverna: l-imħallfin, il-pulizija, il-prosekuturi, il-fizzjali tad-dwana, tas-sanità u tat-taxxi, l-ispetturi, l-avukati, il-periti, it-tobba, innutara, il-bankiera, u l-għalliema tal-Università. 114
Festa Madonna tal-Karmnu
Il-lapida ta’ Gabriele Belli li nsibu f’wieħed mill-kurituri tal-kunvent
Dawn kienu kważi kollha mhux kavallieri imma nies tal-post.
Differenti minn dak li jaħseb min mhux infurmat, fi żmien il-kavallieri, il-gvern ta’ Malta (mhux tal-Ordni) kien fil-prattika mmexxi mill-Maltin. L-aħħar kelma kienet dejjem tal-Gran Mastru, imma l-amministrazzjoni tal-pajjiż kienet filbiċċa l-kbira, imħollija f’idejn il-Maltin. Kienu dawn li kienu sarrfu s-setgħa aħħarija tal-Gran Mastru f’atti ta’ gvern u ta’ amministrazzjoni. L-aktar Maltin li kellhom setgħa fil-gvern ta’ Malta kienu l-hekk imsejħa ‘Awdituri’. Dawn
Valletta 2017
kienu qishom il-Ministru tal-lum. Kienu l-kunsillieri fdati mill-Gran Mastru biex jieħdu ħsieb l-amministrazjoni. Kienu jagħtu pariri lill-Gran Mastru dwar bejgħ u xiri ta’ artijiet u kirjiet u ċnus, dwar liġijiet ġodda, dwar liċenzi tal-bini u tan-negozju, dwar petizzjonijiet, dwar monopolji, dwar promozzjonijiet u konflitti, dwar maħfra ta’ kundanni mill-qrati; il-Gran Mastru kien jistrieħ fuqhom dwar jekk jaċċettax is-sentenzi tal-Qrati, jew jaqlibhomx, u ma kienx jagħmel pass mingħajr il-parir tal-awdituri. Issoltu l-awdituri tal-Gran Mastru kienu jkunu tnejn, kważi dejjem Maltin. B’dawn is-setgħat bla qies, it-tentazzjonijiet għall-korruzzjoni kienu kbar. Il-kelma tagħhom kienet tbiddel id-destin ta’ bniedem, minn fqir tagħmlu sinjur, u l-kuntrarju ukoll. Kollox kien jiddependi mill-parir li huma kienu jagħtu lillGran Mastru. Bla dubju, kien hemm xi awdituri li kienu onesti. Imma ħafna baqgħu jissemmew għal kemm ħaxxmu buthom. L-isbaħ u l-ogħna palazzi u villel li nbnew mill-Maltin fi żmien ilKavallieri kienu… tal-awdituri. Il-Gran Mastru de Rohan kien bagħat għal Taljan, espert famuż tal-liġi, Giandonato Rogadeo, biex jirriforma l-liġijiet u l-Qrati ta’ Malta. Wara ftit, għażel li jitlaq minn gżiritna għax ma felaħx aktar u ppubblika ktieb twil u skandalizzat dwar dak li kien sab Malta: qatt f’ħajtu kollha ma kien ra daqshekk tixħim u inkompetenza daqs kemm ra Malta mill-awdituri, mill-Qrati u mill-klassi legali.1
Gabriele Belli, li ġie midfun il-knisja tal-Karmnu tal-Belt, kien l-awditur ewlieni tal-Gran Mastru Pinto u warajh, tal-Gran Mastru Ximenez. Kien qisu l-Prim Ministru tagħhom. Skont l-istoriku Frans Ciappara, Belli kien “the favourite auditor of the Grand Master”2 (l-awditur preferut tal-Gran Mastru). Billi xi wħud mill-awdituri kienu jinxtraw, ma jfissirx li Gabriele Belli kien korrott ukoll. Fil-fatt qatt ma ltqajt ma ebda suspett jew akkużi li hu ma kienx integru filqadi tad-dmirijiet pubbliċi tiegħu. Kultant kien jiskappa wieħed onest. Ma nafx li bena villel jew palazzi bħalma għamlu awdituri oħra. Jidher li ma kienx jiżżattat jew ifittex il-pubbliċità u kien iżomm lura – qatt ma jissemma fil-gossip ta’ Festa Madonna tal-Karmnu
żminijietu la fit-tajjeb u anqas fil-ħażin. Iż-żewġ djarji Maltin ta’ dak iż-żmien, dawk ta’ Gaetano Reboul u ta’ Claude François Boyer, it-tnejn mimlija għajdut u skandli, anqas biss darba ma jsemmu lil Gabriele Belli.
Imma hemm aspett tal-ħajja tal-Awditur Belli li ma jissemma minn ħadd: kien attiv ferm fis-self tal-flus bil-kambjalijiet. Sibt fuq il-mitt kuntratt ta’ kambju magħmulin minnu fil-perjodu bejn l-1747 u l-1760, u min jaf kemm hemm oħrajn. Kien qisu jgħix fl-entrata tal-uffiċċji tan-Nutar Agostino Marchese u tan-Nutar Leonardo Maria Callus. Dan ma jfissirx bilfors li Belli kien jieħu sehem f’negozju diżonest, bħasself bl-użura li, għalkemm kien ipprojbit milliġi, xorta baqa’ komuni għall-aħħar. Ma nafux. Imma wieħed xorta jgħaddulu ħsibijiet minn moħħu. Min isellef il-flus bil-kambjamenti issoltu dan jagħmlu biex inaqqas ir-riskju li ma jieħux flusu lura u biex jevita mistoqsijiet fuq issomma mislufa u fuq l-imgħaxijiet. F’kuntratti oħra, Belli jidher bħala arbitru (imħallef privat imqabbad minn żewġ partijiet li jixtiequ jevitaw jidħlu l-Qorti) dwar xi artijiet f’Malta, u dwar propjetajiet tal-Kavallieri ta’ Malta f’Pezzeria u Sant’Eufemia.3
Dettall ta’ żewġ anġli li nsibu f’din il-lapida
L-Awditur Belli kien iben Giuseppe Gio Batta Belli u ta’ Francesca Romano (jew Romana, minn Ruma?), mill-Belt Valletta, parroċċa ta’ San Duminku. M’inix żgur x’kienet is-sengħa ta’ missieru. F’dak iż-żmien kien hemm kirurgu talInkwiżitur li kien jismu Giuseppe Belli4 u allura aktarx li Gabriele kien ibnu. Imma f’notament manoskritt li urieni Dr William Zammit hemm miktub, ħdejn id-data ta’ Diċembru 1783 “ilbieraħ miet Gabriele Belli, iben orifice… Valletta 2017
115
Maltin ħuti, xejn la tibżgħu Li l-infern iqarraq bina, Jekk tal-Karmnu tieqaf magħna Ħadd ma jista’ żgur għalina. Kollox tista’: il-qawwa tagħha Hija qawwa ta’ Reġina. Int il-egħżeż ħaġa tagħna, Int id-dawl minn ta’ għajnejna, Il-muftieħ ta’ qalbna f’idejk, Qatt bogħod minna, dejjem ħdejna: Fommna jfaħħar dejjem lilek, Patt etern ta’ mħabba bejna! P. Anastasju Cuschieri
Din il-paġna hija miġjuba bix-xewqat tajba ta’ Fausto
indifen fil-Knisja tal-Karmnu li ħdejha kien joqgħod.”5 Orefice tfisser ħaddiem fid-deheb. Dan in-notament huwa naqra stramb, għax ġew ippubblikati ħafna listi ta’ arġentira u ħaddiema tad-deheb ta’ dawk iż-żminijiet, u l-kunjom Belli ma jidher imkien. Din in-nota tgħid ukoll li Gabriele Belli kien ħa l-ordnijiet minuri tassaċerdozju u li ma kienx miżżewweġ.
Gabriele kien jiġi ħu Andrea Belli (1703 – 1772) li f’ħajtu akkwista fama kbira bħala perit ewlieni. Leonard Mahoney, l-istoriku tal-arkitettura, jattribwixxi lil Belli l-Berġa ta’ Kastilja u jien sibt li l-knisja ta’ Liesse u Casa Bonici, ftit ’il fuq mill-Karmnu kantuniera ma’ Triq l-Ifran, ukoll huma xogħlu. Hemm indikazzjonijiet li t-taraġ monumentali tal-kunvent tal-Agostinjani tarRabat, is-Seminarju tal-Imdina, il-knisja talVitorja, il-Belt, il-knisja ta’ San Filippu tal-Birgu, il-Kurja tal-Furjana, u l-Admiralty House ta’ Triq Nofsinhar tal-Belt, jistgħu jkunu xogħlu ukoll.
Barra milli kien perit prim, Andrea Belli ħadem fin-negozju tal-qtugħ tal-ġebel għax kien sid ta’ mitħna tas-serrar, u bħala impresarju tat-Teatru Manoel tella’ ħafna xogħlijiet għall-palk. Meta miet fid-19 ta’ Ottubru 1772, il-perit Belli ġie ukoll midfun fil-knisja tal-Karmnu, imma mhux magħruf jekk fuq il-qabar tiegħu kienx hemm xi tifkira ta’ ismu.6 Bħal ħuh Gabriele, ismu llum huwa minsi, imma t-tnejn jixirqilhom jiġu mfakkra.
San Ġwann Battista u San Gregorju Papa, li kienet tieħu ħsieb il-knisja ta’ Nibbia ħdejn is-Sacra Infermeria (illum Mediterranean Conference Centre), li kienet ġarrbet xi ħsarat bil-gwerra, imma ġiet imwaqqa’ fis-sebgħinijiet. Meta Gabriele Belli miet f’Diċembru 1783, ilkotba tal-konfraternità semmewh bl-akbar prominenza u rriferew għalih bħala ċ-celebre dottor Gabriele Belli.9 Illum kulma fadal li jfakkarna f’Gabriele Belli hija l-irħama miksura li hemm fil-knisja tal-Karmnu, u l-iskrizzjoni twila bil-Latin imnaqqxa fuqha. Din tpoġġiet minn Maria Grillet Alborante, bint oħt Gabriele. Kif wieħed jistenna, din ilkitba mimlija tifħir għall-mejjet “ta’ ħila kbira… jibbrilla fil-għerf, pariri u integrità… fuq ta’ quddiem fil-virtù… devot fid-dmirijiet reliġjużi u onest fid-drawwiet tiegħu… kien ixerred żelu li ma bħalu fil-protezzjoni tad-drittijiet Divini u fid-difiżi tal-fqar.” Il-familja Grillet, ta’ nisel Franċiż, kienet tat għadd ta’ tobba, kirurġi u nutara tul l-istorja. Marija kienet kunjomha Grillet għax omma kienet miżżewġa ma’ Grillet.
Fuq Gabriele Belli għad ma sarx studju sew, imma nafu li kien attiv u magħruf ferm filqasam legali, bħala avukat, awditur u mħallef u fid-devozzjoni nisranija. Xogħlu kien li jagħti pariri lill-Gran Mastri – eżempju żgħir: meta kien approva li l-paga tat-tabib Antonio Creni tiġi miżjuda.7 Minn dawn il-pariri li kien jagħti bħala Awditur hemm numru kbir.
Nafu li kien ċensur ta’ dak li setgħa jiġi stampat u ippubblikat fil-gżejjer Maltin, bejn l-1756 u l-1772; fl-1760, il-Gran Mastru Pinto qabbdu biex jikteb u jippubblika l-istorja tat-teħid ta’ galera kbira tat-Torok Ottomani, mill-Iskjavi nsara wara rewwixta abbord u kif din inġiebet Malta.8 Huwa kien il-promotur ewlieni talKonfraternità tal-Imqaddsa Verġni tal-Pietà, 118
Festa Madonna tal-Karmnu
Dettall mill-irħama fejn tidher l-iskrizzjoni fuq il-ħajja ta’ Gabriele Belli
Valletta 2017
Gabriele ġie midfun fil-qabar jew kappella talkonfraternità tal-Karmnu għax kien ukoll fratell tagħhahbiex indifen hemm.
F’dokumenti oħra nsibu li Maria Grillet Alborante, li ordnat il-lapida tal-irħam fejn indifen Gabriele Belli, kienet bint Polixena Marija Olimpja, oħt Gabriele, wild Giuseppe Gio Batta Belli tal-Belt Valletta, li fl-1715 ġo Venezja, iżżewġet lil Francesco Gio Batta Alborante minn Malta.10
Traskrizzjoni ta’ din l-iskrizzjoni minn Christian Pace u traduzzjoni għall-Ingliż minn Victor Bonnici qed jiġu ippubblikati. Imħabba l-ħsarat li fiha l-irħam, il-qari tal-kitba mhux dejjem ċara u żgura, u hemm xi vers li ma jinqarax sew. Id-data tal-mewt ta’ Belli fuq l-iskrizzjoni tidher IV tal-Kalendi ta’ Jannar 1784, li fil-kalendarju tal-lum huma d-29 ta’ Diċembru 1783; skont irreġistru tal-Konfraternità tal-Pietà, Belli miet fid-29 ta’ Diċembru. Huwa kellu 83 sena meta miet u dan jindika li twieled fl-1700, tliet snin qabel ħuh il-perit Andrea. L-irħama tal-Karmnu turi arma sabiħa tal-familja Belli.
Grazzi mill-qalb lis-Sur Christian Pace, lillProfessur Stanley Fiorini, lil Victor Bonnici u lil Mons. Dun Ġwann Azzopardi għall-għajnuna li tawni fil-qari tal-lapida ta’ Gabriele Belli; lillDr Joan Abela u lil Paul C. Camilleri li għenuni fl-arkivji notarili u lil Dr William Zammit li semmieli n-notamenti tal-1783.
Dettall tal-arma tal-Familja Belli li nsibu fil-parti t’isfel ta’ din il-lapida
Referenzi 1 Giandonato Rogadeo, Ragionamenti, Lucca, 1780, Napli, 1783. 2 Frans Ciappara, The Roman Inquisition in Enlightened Malta, Malta, 2000, p. 183. 3 Nutar Leonardo Maria Callus, R 124, Atti 19 ta’ April 1752 (f. 235) u 17 ta’ April 1765 (f. 18). 4 Lino Bugeja et, Birgu, a Maltese Maritime City, Malta, 1993, Vol. 1, p. 337. 5 Komunikazzjoni personali ta’ Dr William Zammit lillawtur. 6 Giovanni Bonello, Art in Malta, Malta 1999, pp. 125 – 142. 7 AOM 653, f. 64. 8 William Zammit, Printing in Malta, 2008, p. 101, 142. 9 Giovanni Bonello, Histories of Malta, Vol. 5, Malta, 2004, p. 144. 10 Leonard Mahoney, A History of Maltese Architecture, Malta, 1988, p. 314.
© Giovanni Bonello, 2017
Carabott Ltd. Jewellers
MC
53/54 High Street, Ħamrun Tel: 2124 0511 Fax: 2124 0576
Festa Madonna tal-Karmnu
Valletta 2017
119
SAN PAOLO NAUFRAGO WINE BAR
11, Triq Santa Luċija, Valletta VLT 1188 Tel: 2701 3353 Mob: 9951 1854 Email: kcarabott78@gmail.com
77, St Paul Street Valletta VLT 1212 Tel: 2743 0086 Opening Hours Monday - Friday : 9.00am - 13.00pm Wednesday : 4.00pm - 7.00pm Saturday : 9.00am - 13.00pm
Transcription
5
10
15
20
Edited Transcription
5 8 10
15
20
GABRIEL BELLI CIVIS MELITENS. CUJUS EXUVIAE IN HOC SOD. CARM. SEPULCRO CONDUNTUR JURISCONSULTORUM PERITISSIMUS CUM IN CAUSIS AGENDIS RESPONSISQUE TRADENDIS DOCTRINA CONSILIO INTEGRITATE FLORUISSET VIRTUTE DUCE AD PUBLICA MUN. ET DOM. AUGUSTAE OFFICIA EVOCATUS CAUSAR. COM. AER. SAC. MIL. HIER. PROCURATOR ET ADVOC. IN VALLETTAE URBIS SENATU SYNDICUS IN SENESCAL. MAGISTRATU STLIT. JUDICAN. PRAEPOSITUS CELSISS. PRINCIPUM PINTO ET XIMENEZ AUDITO[R] SANCTIORIB. CONSIL. SUPPLICIBUSQ. LIB. PRAEFECTUS RELIGIONIS CULTU MORUM HONESTATE IN SACRORUM JURIB. TUENDIS EGENISQ. S[UB]VENIENDIS ZELO EFFULSIT SINGULARI PROBATIORIBUS OMNIBUS CARISSIMUS VERE JUSTITIAE SACERDOS MARIA GRILLET ALBORANTI SORORIS FILIA AVUNCULO BENEMERENTI [VIROQ.] AMANTISSIMO PONI CURAVIT VIX. AN. [...] [M.] [...] [D.] [...] OBIIT IV KAL. JANUARI MDCCLXXXIV COLLACRYMANTUR BONI.
GABRIEL BELLI CIVIS MELITENS(IS) CUJUS EXUVIAE IN HOC SOD(ALITATIS) CARM(ELITANORUM) SEPULCRO CONDUNTUR JURISCONSULTORUM PERITISSIMUS CUM IN CAUSIS AGENDIS RESPONSISQUE TRADENDIS DOCTRINA CONSILIO INTEGRITATE FLORUISSET VIRTUTE DUCE AD PUBLICA MUN(ERA) ET DOM(INATIONIS) AUGUSTAE OFFICIA EVOCATUS CAUSAR(UM) COM(MISSARUM) AER(ARII) SAC(RAE) MIL(ITIAE) HIER(OSOLYMITANORUM) PROCURATOR ET ADVOC(ATUS) IN VALLETTAE URBIS SENATU SYNDICUS IN SENESCAL(ORUM) MAGISTRATU STLIT(IBUS) JUDICAN(DIS) PRAEPOSITUS CELSISS(IMORUM) PRINCIPUM PINTO ET XIMENEZ AUDITO[R] SANCTIORIB(US) CONSIL(IIS) SUPPLICIBUSQ(UE) LIB(ERORUM) PRAEFECTUS RELIGIONIS CULTU MORUM HONESTATE IN SACRORUM JURIB(US) TUENDIS EGENISQ(UE) S[UB]VENIENDIS ZELO EFFULSIT SINGULARI PROBATIORIBUS OMNIBUS CARISSIMUS VERE JUSTITIAE SACERDOS MARIA GRILLET ALBORANTI SORORIS FILIA AVUNCULO BENEMERENTI [VIROQ](UE) AMANTISSIMO PONI CURAVIT VIX(IT) AN(NOS) [...] [M](ENSES) [...] [D](IES) [...] OBIIT IV KAL. JANUARI(I) MDCCLXXXIV COLLACRYMANTUR BONI
Additional notes Consonant to normal usuage, IJ in lines 9 (SIJNDICUS) & 21 (COLLACRIJMANTUR) have been transcribed as Y. The large space in line 20 between AN. and OBIIT suggests An. [..] M. [..] D. [..]. Festa Madonna tal-Karmnu
Valletta 2017
121
HAIRCUT • SHAVING • TRIM GROOMING • BEAR • NOSE WAXING 303, St Paul’s Street, Valletta Mob: 9999 9994 fb.com/BarberKingByNoel Open Mon • Tue • Thu • Fri 8:00 hrs - 18:30 hrs Sat 8:00 hrs - 17:00 hrs Wed CLOSED
Translation
Since Gabriel Belli, a Maltese citizen and an expert lawyer, whose remains are buried in this sepulchre of the Sodality of Carmelites, had, guided by excellence1, 2 distinguished himself on account of his learning, advice and integrity in prosecuting and defending judicial cases, he was summoned for Public Services and to Offices of State3, (namely): Procurator and Advocate for lawsuits of transgression to the Treasury of the Holy Militia of Jerusalem, a Syndic in the Council of the City of Valletta4, Dean in the magistracy of seneschals for the judging of lawsuits5, Auditor to their Excellences, the Grand Masters Pinto and Ximenes, Prefect for the Sacred Councils and for the Petitions of Freemen. By his exceptional zeal, his attention to Religion and by the honesty of his morals, he shone out in protecting the Divine Laws and in succouring the Poor. He was most dear to all those in high esteem6; indeed, a Priest of Rightousness. Maria Grillet Alboranti, the daughter of his sister, undertook to set up (this inscription) for a well-deserving uncle, and a most loved man. He lived for xx years, xx months and xx days. He died on the 29th day of December 1783. Good men weep (for him).
Referenzi: 1 Cf. Cic., Ep. ad Fam. 10.3.2: Omnia summa consecutus es virtute duce, comite fortuna eaque es adeptus adulescens multis invidentibus, quos ingenio industriaque fregisti. The commonplace virtute duce comite fortuna is also found inscribed in Villa Preziosi (now Villa Francia), Lija, dating to the same period as this inscription. 2 Lit. ‘had flourished’. 3 Lit. ‘to Offices of his August Lordship’, referring to the Grand Master. 4 Probably referring to being a jurat of the Universitas of Valletta et al. 5 Dean of the Bench of magistrates/judges, or should we say ‘Chief Justice’? 6 Probatioribus is comparative; i.e. the higher echelons of society.
FRANS - All Seasons For Fruit & Vegetables
116 Santa Lucia Street, Valletta Corner with Old Bakery Street Mobile Number 124
79065381 Festa Madonna tal-Karmnu
Opening Hours: Monday to Friday: 7.00am - 1.30pm 15.30pm - 19.00pm Saturday 7.00am - 13.00pm Valletta 2017
L-Artal Maġġur u t-Tribuna tas-Santwarju tal-Madonna tal-Karmnu fil-Belt Valletta Christian Pace
B.Com (Hons), M.A. (Econ)
Qabel ma s-Santwarju tal-Madonna tal-Karmnu ogħla għad-dinjità ta’ Bażilika Minuri fl-1895 f’nofs il-knisja kien hemm artal maġġur minflok it-Tribuna, li hija waħda mis-Simboli Bażilikali. Nafu li l-artal maġġur kien tqiegħed f’postu nhar it-8 ta’ Ġunju 16081, fejn dakinhar l-knisja ġiet iddedikata lill-Madonna tal-Karmnu, kif kien il-ħsieb tal-Patrijiet meta xtaqu li jibnu din ilknisja fil-Belt il-ġdida. Jidher li fil-bidu, l-ewwel knisja jew aħjar kappella kienet iddedikata lil Marija Annunzjata. Din kienet taqdi l-ħtiġijiet spiritwali lill-bosta ħaddiema u bennejja li kienu inkarigati mill-bini tal-Belt Valletta. Bħala tifkira
It-Tieni artal maġġur li kien hemm fis-Santwarju tal-Karmnu, xogħol li tlesta f’Jannar tal-1798.
Festa Madonna tal-Karmnu
ta’ din id-devozzjoni Marjana, l-ewwel artal talġenb, l-ewwel wieħed ħdejn dak ta’ Sant’Anjeże jew kif inhu magħruf iktar tal-Kurċifiss kien iddedikat lill-Lunzjata. Nafu li dan l-ewwel artal maġġur kien diġà tal-irħam. Madanakollu 189 sena wara l-Komunità Karmelitana xtaqet illi jkollha artal maġġur iktar prezzjuż u għalhekk il-Pirjol P. Bacc. Rossi Vinċenz ordna artal ieħor b’irħam ferm iktar fin minn Palermo2.
Dan l-artal jidher li kien lest f’Jannar 1798 u qam 600 skud, somma ferm ikbar minn kemm kienu qed jippjanaw li jonfqu l-Komunità Karmelitana. Sa dak iż-żmien kellhom miġbura biss nofs issomma globali, jiġifieri 300 skud. Għalhekk fit-28 ta’ Jannar, waqt laqgħa straordinarja li saret għall-Komunità Karmelitana, il-Pirjol issuġġerixxa li għalkemm is-somma għadha mhux miġbura kollha, m’għandhomx jitilfu din l-opra fl-irħam. Għalhekk bi qbil unanimu ġie deċiż illi għandhom jitħallsu it-300 skud li kienu miġbura mid-devoti Karmelitani u l-bilanċ jitħallas mill-kunvent 10 skudi fix-xahar. Wara ftit jiem l-artal wasal f’Malta u tqiegħed f’postu. Dan l-artal dam is-Santwarju sas-sena 1898 meta minfloku saret l-ewwel Tribuna. Illum dan l-artal maġġur għandna nistgħu ingawduh filParroċċa ta’ Marija Bambina ġewwa l-Mellieħa.
Nhar it-13 ta’ Mejju 1895, il-Papa Ljun XIII għoġbu jgħolli s-Santwarju tal-Madonna talKarmnu fil-Belt, għad-dinjità ta’ Bażilika Minuri. Dan it-titlu ngħata bħala riżultat tad-devozzjoni antika u straodinarja illi sa minn dak iż-żmien, insibu f’dan is-Santwarju. Din id-dinjità ngħatat mhux biss bħala titlu “Basilica nuncupari”, imma ukoll bħala status ta’ Bażilika: “atque uti talis haberi”, bil-privileġġi kollha, favuri, indulti u unuri li jgawdi l-Bażilika Minuri ta’ Ruma: “necnon omnibus et singulus privilegiis, gratis, indultis atque honoribus… ad instar Basilicarum
Valletta 2017
125
99, ST LUCIA STREET VALLETTA TEL: 2124 8608 MOB: 9982 9311
s
on i s a c c o l l a r o f We cater
il-libsa tar-reffiegħ tal-Umbrellun Bażilikali. Flaħħar jagħti dettalji fuq it-Tribuna u jgħid:
“Minflok l-artal maġġur li hemm bħalissa jista’ jitqiegħed ieħor ta’ għamla orjentali, jiġifieri jħares lejn in-nies. Jorqmuh erba’ kolonni li fihom jitwaqqaf il-baldakkon jew ċelu, jiġifieri t-Tribuna, l-istess bħall-erba’ Bażiliki minuri ta’ Ruma, għaliex bħalhom il-Magħruf Santwarju tal-Karmnu ġie ddikjarat Bażilika.4”
L-Artal Maġġur li kien fis-Santwarju tal-Karmnu armat fil-Knisja Parrokkjali ta’ Marija Bambina fil-Mellieħa
minorum de Urbe”. Għalhekk riżultat ta’ dan ittitlu, il-Karmelitani Beltin għandhom l-unur li jġibu l-insinji tal-Bażilika jiġifieri l-Umbrellun Bażilikali u t-Tintinnablu kif ukoll li l-artal maġġur tas-Santwarju jkun Artal Papali bitTribuna.
Id-dokument Pontifiċju, iffirmat mill-Prefett ilKardinal A. Bianchi3 u mibgħut lill-Provinċja talPatrijiet Karmelitana f’Malta jagħti dettalji ta’ kif għandu jkun l-Umbrellun Bażilikali u l-armi li għandu jġib miegħu, kif ukoll kif għandha tkun
Ftit żmien wara li wasal id-digriet tal-Bażilika l-Kamelitani bdew jaħsbu biex ibiddlu l-artal maġġur u minfloku ssir Tribuna kif jitlob ilprivileġġ tal-Bażilika. Fis-sena 1898, tliet snin wara li s-Santwarju sar Bażilika, ġiet ordnata t-Tribuna preżenti xogħol mill-isbaħ fl-irħam fin. Id-disinn ġie magħżul minn nies kompetenti wara diversi abbozzi li saru. Dan l-abbozz ġie ppreżentat mid-Ditta Lo Turco ta’ Messina. Nhar is-7 ta’ Marzu 18985 sar il-kuntratt bejn il-Komunità Karmelitana u d-Ditta Lo Turco quddiem in-Nutar Carlo Micalled de Carlo6. Il-missier Francesco u ż-żewġ uliedu, Isidoro u Mario Antonino, intrabtu li jwettqu huma x-xogħol tat-tribuna u tal-artal Papali: “l’obbligo di erigare….una tribuna col rispettivo Altare
Dettalji mill-artal maġġur
Festa Madonna tal-Karmnu
Valletta 2017
127
128
Festa Madonna tal-Karmnu
Valletta 2017
Il-Knisja l-antika u l-artal maġġur armat għall-Festa tal-Madonna tal-Karmnu. Dan ir-ritratt ittieħed qabel is-sena 1898 meta saret it-Tribuna bl-ewwel ċelu.
Id-digriet tal-bażilika
Ritratt tal-1901 juri li l-vażi tat-Tribuna Papali tal-irħam bl-iskudetti ta’ Lo Turco fuq disinn ta’ Pio Cellini. Il-kolonni tat-tribuna biċ-ċelu kollu għadhom tal-injam qabel ma saru tal-irħam u bronż li naraw illum.
Papale” u jekk ix-xogħol ma jkunx lest fiżżmien miftiehem, jibdew iħallsu xelin ieħor kuljum bħala piena7. Għal tmiem Settembru tas-sena 1899, ix-xogħol kollu kien lest tant li nhar is-6 t’Ottubru ta’ dik is-sena l-artal Papali ġie kkonsagrat minn Mons. Salvatore Gaffiero, Delegat tal-Isqof Mons Antonio Buhagiar, Amministratur Appostoliku tad-Djoċesi ta’ Malta u Isqof ta’ Ruspa8. Il-ħaddiema tad-Ditta Lo Turco tħallsu £2,0009, somma kbira ferm għal dak iż-żmien. F’dan ir-ritratt naraw il-knisja armata bid-damask iswed u it-tubru għall-mewt ta’ Papa Ljun XIII f’Lulju 1903. Fiha għadu jidher l-ewwel ċelu. Fil-fatt ftit xhur wara inbidel iċ-ċelu għal dak li naraw illum.
It-tribuna bl-ewwel ċelu fil-knisja l-antika. Dan l-ewwel ċelu kien talgħamla pjuttost robusta nieqes minn kull skultura u eleganza.
Festa Madonna tal-Karmnu
Jidher illi d-Ditta Lo Turco naqset f’xi affarijiet mill-kuntratt miftiehem tant illi l-Patrijiet iddeċiedew illi jinħallu mill-kuntratt10 u jsir kuntratt ġdid. Fil-fatt nhar id-9 ta’ Diċembru, il-Komunità Karmelitana ddelegaw lill-Pirjol, P. Bert Grech, biex jagħmel kuntratt ieħor masSur Federico Bonetti, ħalli jieħu hu x-xogħol tal-irħam tal-erba’ kolonni tat-Tribuna u talkaptelli tagħhom, għall-prezz ta’ £100 (mitt lira sterlina11). Nafu li sas-sena 1903 ċ-ċelu tat-Tribuna kien pjuttost robust u sempliċi kif jixhdu xi ritratti fejn tidher it-Tribuna flisfond meta kien intrama t-Tubru fl-okkażjoni tal-mewt tal-Papa Ljun XIII) f’Lulju 1903. Dan kien l-istess Papa li ta t-titlu ta’ Bażilika Minuti lis-Santwarju tal-Karmnu tal-Belt 8 snin qabel. Jidher illi qabel il-kolonni tal-irħam li naraw illum kien hemm erba’ kolonni oħra, din iddarba tal-injam. Valletta 2017
129
Lejn l-aħħar tas-sena 1903 beda x-xogħol biex jinbidel iċ-ċelu tat-Tribuna biex isir dak li għadna ngawdu sal-lum. Iċ-ċelu tat-Tribuna u l-ornamenti ta’ mal-kolonni ġew fdati f’idejn l-iskultur Cellini, Taljan li ħadem lejn l-aħħar tas-seklu dsatax f’Malta. Cellini ħadem ukoll fil-Parroċċa ta’ Marija Bambina fin-Naxxar fejn għamel il-bieb il-maġġur ta’ din il-Knisja. Dan iċ-ċelu tħallas mis-Sur Lawrence Gasan. Fil-fatt ismu għadna nistgħu narawh maċ-ċelu n-naħa ta’ wara, bħala tifkira dejjiema ta’ din l-għotja.
It-tribuna li għadna ngawdu sal-lum armata fil-knisja l-antika.
Jiddominaw dan iċ-ċelu nsibu 4 anġli millisbaħ tal-bronż bi skrizzjonijiet f’idejhom. L-iskrizzjonijiet ta’ dawn l-anġli, iġibu il-kliem: - Carmeli Decus (Ġieħ tal-Karmel) - Melitae Presidium (Ħarriesa ta’ Malta) - Ultores Protege (Mill-Għadu Ħarisna) - Serva Aedem Tuam (Hekk ukoll lill-Qaddejja Tiegħek)
L-istorja tal-Maġġur u t-Tribuna fiha nfisha tiġbor fiha parti important mill-istorja ta’ dan is-Santwarju, b’mod speċjali permezz tal-għoti tat-titlu tal-Bażilika. Dan jixhed li missirijietna 130
Festa Madonna tal-Karmnu
Dettalji tal-angli u ċ-ċelu tat-tribuna
Valletta 2017
sa min dejjem raw illi jżejnu dan is-Santwarju b’titli u dinjità u opri tal-arti mill-isbaħ li jixhdu l-imħabba tal-poplu Malti lejn dan is-Santwarju u l-Omm u Ġmiel tal-Karmelu.
Referenzi 1 P. Lawrenz Sammut O. Carm, Is-Santwarju tal-Karmnu, pg 68, (1952) 2 IBID. 3 AKV, Bullarium, p. 10: “ Quantunque nella Bolla Ap(osto)lica spedita nella Cancelleria di questo istess giorno…..9 Luglio 1895, Alla Signora Costra motlo Reverenda come Provinciale deu Padro Carmelitani in Malta…, mentre con distinta stima mi professo di V.S. Molto Reverenda – Dalla Dataria Ap(osto)lica, li 9 luglio 1895 – D(evotissi)mo Servitore A. Card. Bianchi pref. 4 Che all attuale Altare Maggiore, posse essere sostituito un altro di forma orientale, cioe rivolto al popolo, ornate di Quattro colonne sormontata da un Baldacchino, come lo hanno le Quattro Baziliche minori di Roma, a forma delle quale e state eretto in Bazilica il summernzionato insigne Santuario. 5 P. Lawrenz Sammut O. Carm, Is-Santwarju tal-Karmnu, pg 70, (1952) 6 AKV, Lib. Prop. IV, p. 139: “2 Marzo 1898: Avendo i Padri Vocali di questo Vndo Convento scelto, dietro parere di persone competent, l’Archetipo della Tribuna dei Signori Lo Turco” – Kopja awtentika tal-kuntratt
tinsab f’AKV, Miscellanea, taħt l-isem ta’ “Kuntratt talerezzjoni tat-Tribuna”, u fil-Gabrea B, pp. 284-286. Il-Kontraenti, min-naħa tal-Patrijiet, kienu l-Pirjol tal-Belt P. Bert Grech, u l-Majjistru P. Elizew Zarb. Ixxhieda kienu s-Sacerdot Dun Gius. Francalanza u s-Sur Ed. Gouder. 7 Miscel., ib., Gab. B, ib..”…per ogni giorni di ritardo nella consegna gli appaltatori incorreranno do pieno diritto nella penalita di uno scellino al giorno”. 8 Sammut, p. 141; Grech, p. 16. 9 AKV., Gab. B. p. 285. 10 AKV, Lib. Prop. IV, p. 163: “Il M.R.P. Mro. Provle Eliseo Zarb, convocata captiolarmente la Vnda Comunita, le feconoscere esser espediente rescindere il contratto hia fatto coi Signori Lo Turco per lavori della Tribuna. La Communita annui di buon grado, abilitando il Provle ed il Priore per rescindere ditto contratto”. 11 Ib., p. 165: “Radunatasi la Vnda Comunita capitolarmente, assieme al P. Priore Alberto Grech, delego a pieni voti il-surriferita P. Priore a stipulare il contratto con il Signor Federico Bonetti per fare le quarto colonne e rispettivi capitelli di marmot per la Tribuna al prezzo di Ls. 100 (cento)”. Żgur li kien għad baqa xi xogħol ieħor ta’ rħam xi jsir fit-Tribuna, għaliex fil-5 t’Ottubru 1904, il-Pirjol oppropona lill-Komunità “se volesse ordinare dal marmista Sig. Russo gli ultimo pezzi in marmot della Tribuna”. U l-Komunità “vedendone la necessita, a pieni coti annui” (Ib., p. 218).
It-Tribuna armata fis-Santwarju l-ġdid
Festa Madonna tal-Karmnu
Valletta 2017
131
Mitt Sena mid-Dehriet tal-Madonna ġewwa Fatima Fr Charles Buttigieg
Il-Madonna turina lil Ġesù Matul il-medda tas-snin kienu diversi d-dehriet tal-Madonna, fejn hija dejjem riedet twassal lill-poplu fid-dinja biex iħobb iktar lil Binha Ġesù. Kull dehra tal-Madonna hija opra ta’ Alla li jrid iwassal dejjem il-messaġġ tiegħu tal-imħabba: “Għax Alla hekk ħabb lid-dinja li ta lil Ibnu l-waħdieni, biex kull min jemmen fih ma jintilifx, iżda jkollu l-ħajja ta’ dejjem” (Ġwanni 3:16). Hekk ukoll ġara fid-dehriet talMadonna lil San Xmun Stock li sar il-Ġeneral tal-Ordni Karmelitan fl-Ingilterra fl-1251 u xerred id-devozzjoni lejn il-labtu tal-Madonna tal-Karmelu. Fil-Bażilka ta’ San Marku ġewwa Venezja nsibu mużajk ferm interessanti tas-seklu tnax tal-Annunzjazzjoni, fejn l-anġlu jidher lillMadonna waqt li kienet qed ittella’ l-ilma millbir. Il-ġarra tal-ilma hija simbolu tal-Madonna li bħala reċipjent tilqa’ lil Ġesù fil-ġuf tagħha sabiex tagħtih lid-dinja. B’din it-tħabbira li saret lil Marija mill-anġlu, immarkat il-bidu tal-milja taż-żminijiet permezz tal-misteru talInkarnazzjoni ta’ Sidna Ġesù Kristu. Marija hi għalhekk l-Omm dejjem Verġni li tat lil Sidna Ġesù Kristu lid-dinja u li tkompli turih lid-dinja ta’ kull żmien.
Mitt Sena ilu ġewwa Fatima Fil-messaġġi li tatna l-Madonna fis-sitt dehriet tagħha ġewwa Fatima, hija rrakkomandat dejjem it-talba tar-rużarju. Il-messaġġ kostanti ta’ dawn id-dehriet, meta nanalizzawhom b’mod tajjeb jibqgħu dejjem marbuta mal-misteru ta’ Kristu għaliex ir-rużarju, huwa talba ispirata mis-salmi tal-Kotba Mqaddsa, li permezz tiegħu aħna nikkontemplaw lil Kristu flimkien ma’ Marija għaliex nikkontemplaw il-misteri tassalvazzjoni tagħna. F’dawn id-dehriet tajjeb li ngħidu ukoll li dehret bħala l-Madonna tal132
Festa Madonna tal-Karmnu
Karmelu u sabiex isir talb għall-erwieħ talpurgatorju.
L-ewwel dehra ġewwa Fatima fir-rebbiegħa tal-1916 fuq l-Għolja, ‘o Cabeco’ fil-Cova da Iria qrib Aljustrel ġewwa Fatima fil-Portugall, tkun id-dehra tal-anġlu tal-Mulej lil tlitt ittfal rgħajja: Luċija, Franġisku u Ġjaġinta. Dan l-anġlu ta’ Fatima bħall-anġli fil-bibbja ukoll jipprepara t-triq tal-Mulej lil dawn it-tfal u ukoll isellmilhom billi ma jibżgħux. Fit-tieni dehra tas-sajf tal-1916 l-anġlu jerġa’ jidher lit-tfal u jħeġġiġhom sabiex joffru talb u sagrifiċċji. Dan l-istess anġlu, fit-tielet dehra tiegħu fil-ħarifa tal-1916, narawh jagħti l-Ewkaristija Mqaddsa lil dawn it-tlett itfal qabel ma bdiet tidher ilMadonna nnifisha mit-13 ta’ Mejju tal-1917 li hija proprjament l-ewwel dehra tagħha salaħħar dehra, dik il-kbira tat-13 ta’ Ottubru 1917, fejn seħħ il-miraklu tax-xemx li bdiet tikber u dehret is-Sagra Familja, San Ġużepp, ilMadonna u Ġesù quddiem folla ta’ sebgħin elf ruħ.
Luċija, Franġisku u Ġjaċinta
F’dawn id-dehriet tidher is-sbuħija tal-Madonna libsa x-xemx, imsejħa ‘Is-Sinjura l-Bajda’ mit-tfal, bħalma nsibu fl-Apokalissi 12:1: “U deher sinjal kbir fis-sema: Mara, liebsa x-xemx, bil-qamar taħt riġlejja, u b’kuruna ta’ tnax-il kewkba fuq
Valletta 2017
rasha.”. Din is-sbuħija tal-Madonna tfakkarna fid-dehra ta’ Kristu fit-Trasfigurazzjoni: “… Wiċċu sar jiddi bħax-xemx, u lbiesu sar abjad bħad-dawl” (Mattew 17:2). Kristu li hu x-xemx tal-ġustizzja bħalma naraw f’Apokalissi 1:16: “…wiċċu kien jiddi bħax-xemx fl-eqqel tagħha”. Għalhekk mela dan id-dawl madwar Marija fiddehriet ta’ Fatima kien id-dawl ta’ Alla, kif qalet Luċija stess. Anke t-tfajjel Franġisku jistqarr li l-ikbar ferħ fuq kollox kien li jara lil Alla f’dak id-dawl li l-Madonna kienet qiegħda ddawwal fil-qalb tagħhom. Infatti l-Madonna fit-tielet dehra tagħha, dik tat-13 ta’ Lulju (id-dehra tal-infern), titlob littfal sabiex jagħrfu l-imħabba ta’ Ġesù għalihom u sabiex jagħmlu sagrifiċċji għall-midinbin u kull meta jagħmluhom għandhom jirripetu: “O Ġesù, aħna nitolbu mill-imħabba tagħna lejk, għall-konverżjoni tal-midinbin u għat-tpattija tad-dnubiet kontra l-Qalb Immakulata talMadonna.”
Il-Labtu: Nilbsu lil Kristu Il-qaddisin Franġisku u Ġjaċinta kienu mietu ftit wara d-dehriet meta kienet faqqgħet l-influwenza Spanjola li kienet qatlet madwar 34 miljun ruħ fid-dinja, waqt li Suor Luċija mietet xi ftit snin ilu. Ġewwa Fatima llum Festa Madonna tal-Karmnu
wieħed jista’ jara l-kappella tal-Adorazzjoni, il-Kappella tad-Dehriet u l-Bażilika ta’ Fatima. Fl-okkażjoni tal-25 sena mid-dehriet ta’ Fatima, il-Papa Piju XII fl-1942 ikkonsagra lill-Knisja u lid-Dinja lill-Qalb bla Tebgħa ta’ Marija. Fit13 ta’ Mejju 1967 il-Beatu Pawlu VI ħareġ ilKostituzzjoni Appostolika ‘Signum Magnum’ flokkażjoni tal-ħamsin sena tad-dehriet. F’Marija għandna l-garanzija ta’ ferħ li niltaqgħu u naraw lil Kristu għax kienet hi stess li laqgħetu tassew ħaj fil-ġuf tagħha: “Ħenjin dawk li huma safja f’qalbhom, għax huma jaraw lil Alla” (Mattew 5:8). Ejjew aħna ukoll permezz tal-Madonna, induru lejn Ġesù li fdiena u salvana. Fil-fatt issinfikat tal-labtu huwa li tilbes lil Kristu. Il-labtu tal-Karmnu huwa ‘Signum Salutis’. Għalhekk mela d-dehriet tal-Madonna minn żmien għallieħor, f’postijiet differenti fid-dinja, huma mezz biex aħna naslu għal għand Kristu.
Biblijografija Bertetto, D., Maria la serva del Signore, Napoli 1988. O’Carroll, M., Theotokos. A Theological Encyclopedia of the Blessed Virgin Mary, Washington – Delaware 1982. Passarelli, G., L’icona della Madre di Dio, con inno Akathistos, Milano 1992. Sartor, D.M., Le Feste della Madonna, Bologna 1988. Stacpoole, A. (ed.), Mary’s Place in Christian Dialogue, Middlegreen (U.K.) 1982.
Valletta 2017
133
Il-Fwieħa tal-Karmelu
Ġieħ mistħoqq lil Sidtna Marija tal-Karmelu – Il-Madonna tal-Karmnu Victor Scerri
Stennejtek barra l-bieb tat-Tempju tiegħek, Madonna tal-Karmnu għażiża, Biex ħarsti nlaqqa’ ma’ tiegħek, Imkenni hekk, taħt driegħek, Inħossni mill-ġdid ħieles, Minn kull tal-ħajja x-xkiel. U ngħajjat mal-bqija “Evviva l-Madonna tal-Karmnu” - Sultana Ħarriesa ta’ Beltna. O Fwieħa tal-Karmelu, Ħares lejna miġbura, Minn kull mard, lilna kkura, Sabiex ngħixu henjin. O Fwieħa tal-Karmelu, Berikna u skansana, Mill-insib tal-għadu tagħna, Le jirbaħ il-ħażin. Għax inti l-Omm tas-Sema, Għalina tixref demgħa, Minn dawk għajnejh tant sbieħ. Jien dħalt fit-Tempju tiegħek, Smajt ismek kemm-il darba, U miegħu smajt il-karba, it-tnehida tal-uġiegħ. U int għax Omm ħanina, Bil-Labtu tal-Karmelu, Missejt l-uliedek b’żelu, Bil-ħleww’ tal-ommijiet. Il-Labtu tal-Karmelu, Isawwab il-mirakli, Jagħti s-saħħa lir-ruħ…
Quddiemek, Madonna tal-Karmnu, Nintasab għarkupptejja, U int, b’idejk f’idejja, Tnissilli tant kuraġġ. Tagħti ħarsa lil Ibnek, U Huwa jifhem ħarstek, U dlonk jaqta’ xewqatek, U lili jfarraġ dlonk. Xita ta’ grazzji fuqna, Int titfa, b’tant imħabba, Li hi ogħla mill-kliem.
Mill-bogħod, mill-viċin nista’ nilmaħ Il-libsa kompleta tal-festa, l-istatwa mżejna, Imlellxa, imżewwqa, bl-imħabba tan-nies. 134
Il-banda mistiedn’allegrija, It-toroq imlibbsa tal-festa, Il-bozoz li jsebbħu kull rokna, Għalik, f’dan il-jum - qalbna lesta. “Evviva l-Madonna tal-Karmnu” il-Patruna ta’ din il-Bażilika, “Evviva l-Madonna” - ntennulek.
Il-ġabra tal-wemmiena, Fosthom jiena, B’attenzjoni, b’devozzjoni, lejk inħarsu, Imsaħhrin minn sbuħitek, Imsaħħin bi tjubitek, Magħqudin mingħajr xejn differenzi, Ġens magħqud mingħajr xejn preferenzi, Għajr waħda. “Evviva l-Madonna tal-Karmnu” Il-Fwieħa tal-Karmelu, “Evviva l-Madonna” - ngħannulek. Fanali bix-xema’ ġo fihom, Il-pavaljuni sbieħ b’disinni sbejħa, Il-bandalori jperpru ma’ kull naqra Żiffa li tqum, fix-xahar ta’ Lulju mbierek. Is-saċerdoti li jakkumpanjawk, Dawk illi jġibu ismek ġew jarawk Fi xbieha artistika - li issa ilha żmien, Iżżejjed, issebbaħ, isseddaq, dan l-imkien. “Evviva l-Madonna”, ħerqana, Qed ngħajtu ferħana, “Evviva l-Madonna tal-Karmnu”
Din l-għajta ngħajtuha minn qalbna, U ilna ngħajtuha s-snin, Mit-toroq ta’ beltna, Valletta, Inxterdet fil-qlub tal-Maltin. Għaliex din l-imħabba ġenwina, Imħabba frott l-għerf tat-twemmin, Imħabba frott l-għaqal tal-ħajja. X’esperjenza mill-aqwa hi din?! “Evviva l-Madonna tal-Karmnu” Li tħobb lil Maltin u l-Għawdxin Mal-bqija ta’ ħutna bnedmin. Ħarisna Madonna tal-Karmnu, Mill-gwaj ta’ dawn iż-żminijiet, Ifdina mill-jasar tal-ħażen,
Festa Madonna tal-Karmnu
Valletta 2017
Dewwaqna minn tjieb is-smewwiet. Madonna tal-Karmnu, għażiża, Ibqa’ ħares b’dik ħarstek sabiħa, Lejn Valletta, li tħobbok, bħal dejjem, Ibqa’ magħna, tal-Karmelu, ilfwieħa. Għaliex aħna mingħajrek nitilfu Kull virtù u lkoll nisfgħu telliefa. “Evviva l-Madonna tal-Karmnu”
Il-Bażilika mimlija rikkezzi, imma l-ikbar rikkezza Marija, Hija inti, meqjuma b’tant għożża, F’da’ s-Santwarju Bażilika - w b’foħrija. Sliema għalik, Sidtna Marija talKarmelu, F’dan il-jum wiċċ Valletta, mixgħul, B’din is-sħana ta’ għożża u għaxqa, Għaliex inti l-idwal fost id-dawl. “Evviva l-Madonna tal-Karmnu” Bukkett ta’ fjuri mixħuta quddiemek, Buketti tal-fjuri oħrajn, għalik, f’qalbna. Nixtieq il-Festa t-Tajba, Bil-mezzi Nsara kollha, Erħilna qalbha tħollha, Għal din l-Omm sbejħa tant Lil din Valletta, ara, Timxi wara l-Madonna, Hemm għadna bħalma konna, Wara tal-Karmnu s-Sidt. Għax qatt żgur ma nħalluha, Għax aħna nħobbuha, Kif dehrt li ridt.
Għax int tilqa’ mħabbitna, Għax taf li hi sinċiera, Ma tħarsilniex biċ-ċiera, Għax lilna tħobbna wisq. Madonna tal-Karmnu, Sidtna, Mhux bħala lsiera żżommna, Għax int tas-smewwiet ommna, Isseddaqna bir-risq. Sidtna Marija, isma’, it-taħbit ta’ qalbn’għalik. Għax aħna ngħixu fik. Salvana
Il-ħames isqfijiet1 li jintramaw fi Pjazza Reġina Kan. Dr Jonathan Farrugia
Fil-pjazza ta’ quddiem il-Bibljoteka Nazzjonali jintramaw ta’ kull sena l-istatwi xogħol Karlu Darmanin ta’ ħames isqfijiet. Minnhom wieħed biss huwa Karmelitan, iżda t-tlieta l-oħra wkoll b’xi mod taw kontribut, min ftit min ħafna, fittixrid tad-devozzjoni Marjana u fuq it-tagħlim dwar il-Madonna. Telesforu, Isqof ta’ Ruma (+c.136) L-ewwel persunaġġ li għex minn dawn l-erba’ huwa Telesforu, isqof ta’ Ruma2, li mil-lista talpapiet nafu li kien it-tmien wieħed, is-seba’ suċċessur ta’ San Pietru. Fuqu ma tantx nafu, għajr dak li nsibu fil-Liber Pontificalis (li ħafna minnu hu mibni fuq leġġendi), u dak li jgħid San Irenew meta jitkellem fuq is-suċċessjoni talIsqfijiet.
Ewsebju ta’ Ċesarija jitkellem ukoll fuqu, iżda l-informazzjoni joħodha minn Irenew. Tajjeb ngħidu li Irenew għex madwar sittin sena wara Telesforu, għalhekk l-informazzjoni li jagħtina tista’ titqies bħala korretta.
Telesforu sar isqof ta’ Ruma lejn is-sena 126 u dam fis-siġġu ta’ Pietru għal madwar għaxar snin. Ewsebju jpoġġi l-bidu tal-pontifikat tiegħu fit-tnax-il sena tal-imperatur Adrijanu u jgħid li miet fl-ewwel sena tal-imperatur Antoninu Piju. Tul żmienu bħala isqof ta’ Ruma hu kien magħruf għall-predikazzjoni qawwija tiegħu. Tajjeb niftakru li Ruma tat-tieni seklu kienet ċentru ta’ tagħlim imħawwad u ta’ ereżiji, apparti n-nuqqas ta’ sigurtà għall-insara minħabba li l-imperu kien għadu jarhom bħala setta perikoluża. Jista’ jkun li l-kaġun tal-martirju ta’ Telesforu kien proprju minħabba li kliemu kien qed iwassal lil ħafna biex jitilqu l-paganiżmu u l-ereżiji u jsiru Nsara. Dwar il-martirju tiegħu nistgħu nitkellmu b’ċertezza minħabba li dan huwa mixhud minn Irenew, li kif għedna kiteb madwar sittin sena wara l-ġrajjiet. Festa Madonna tal-Karmnu
Mhux wisq huwa magħruf fuq ħajtu qabel mar Ruma. Mill-ħjiel li għandna mill-istoriċi ekkleżjastiċi nafu li twieled fir-reġjun talCalabria f’Terranova da Sibari u li għadda żmien jgħix waħdu bħala eremita qabel tela’ ’il fuq lejn il-belt tal-imperu. Huwa f’dan l-aspett li nistgħu nifhmu r-rabta li għandu mal-Ordni tal-aħwa tal-Karmel. Tajjeb niftakru li l-bidu talOrdni Karmelitan kien meta grupp ta’ eremiti li kienu jgħixu fuq il-Karmel skont l-ispirtu ta’ Elija ingħaqdu flimkien u bdew jgħixu ħajja komunitarja waqt li jirrispettaw il-mumenti ta’ silenzju u ta’ solitudni. Xi leġġendi Karmelitani jgħidu li Telesforu għadda xi żmien jgħix hemm ukoll, imma dwar dan m’għandniex provi storiċi ċari. Madanakollu ladarba kien jgħix ħajja ta’ eremita – anke jekk dan għamlu f’Terranova da Sibari – il-patrijiet xorta jaraw fih l-ispirtu ta’ Elija li kien il-mutur tal-Ordni, u għalhekk Telesforu ġie meqjus bħala l-ewwel Papa b’għeruq Karmelitani. Leġġendi oħra marbutin ma’ ħajtu huma li hu kien il-kittieb tal-Gloria in excelsis Deo, li beda l-quddiesa ta’ nofsillejl tal-Milied, li waqqaf irRandan bħala 40 jum ta’ tħejjija, imma dwar dawn hemm id-dubji wkoll. Ħaġa li nafu fiż-żgur, però, ġejja minn ittra tal-Papa Vittorju I li għex madwar sittin sena wara Telesforu: fiha Vittorju – li qajjem kontroversja għax skomunika lil min ma kienx jiċċelebra l-Għid nhar ta’ Ħadd – isemmi lil Telesforu u jgħid li dan l-isqof bikri ġa kien jiċċelebra l-Għid tal-Mulej fil-ġurnata talĦadd u mhux mal-Lhud fl-14 ta’ Nisan. Irenew ikompli jlaħħam din l-informazzjoni u jgħidilna li Telesforu, minkejja li kien jiċċelebrah il-Ħadd, xorta waħda żamm lill-oħrajn fil-komunjoni mal-Knisja, għad-differenza li għamel Vittorju, li skomunikhom.
Telesforu miet martri lejn is-sena 136, probabilment billi qatgħulu rasu. Irinew
Valletta 2017
135
jgħidilna li sofra martirju glorjuż, u dan iddettall jagħtina ċ-ċertezza mill-martirju tiegħu; hu fil-fatt l-ewwel isqof ta’ Ruma wara Pietru li nafu biċ-ċert li miet martri. Djonisju, Isqof ta’ Ruma (+268) Madwar mija u tletin sena wara Telesforu nsibu lil Djonisju bħala isqof ta’ Ruma. Il-Papa ta’ qablu kien Sistu II, li nqatel tul il-persekuzzjoni ta’ Valerjanu I. Wara l-mewt ta’ dan, l-imperatur il-ġdid, Galljenu, ħareġ editt ta’ tolleranza favur l-insara u għal kważi 40 sena l-Knisja għexet fil-paċi. Djonisju nħatar Papa fil-bidu ta’ dan ilperijodu u kellu l-biċċa xogħol xejn faċli li jerġa’ jorganizza l-Knisja bħala istituzzjoni wara l-ħerba li ħalliet il-persekuzzjoni. Ħabba f’hekk huwa meqjus bħala wieħed mill-Papiet l-aktar importanti tat-tielet seklu. Għal darb’oħra r-rabta ta’ dan il-persunaġġ mal-Ordni hu minħabba l-possibiltà li hu kien eremita qabel sar presbiteru f’Ruma.
Fi żmienu r-rwol ta’ Papa, bħala l-Isqof ta’ Ruma li kellu l-awtorità jestendi qawwietu anke fil-patrijarkati l-oħra, ġa kien definit. Filkaż ta’ Djonisju dan jidher ċar ħafna f’kuntesti differenti. L-ewwel nett hu spiss bagħat ilflus lill-knejjes tal-Kappadoċja – li kienu taħt il-patrijarkat ta’ Antjokja – biex jerġgħu jinbnew wara l-invażjonijiet tal-Goti. It-tieni din l-awtorità papali tidher ukoll f’diversi okkażjonijiet fejn hu ħa passi dixxiplinarji kontra isqfijiet u patrijarki oħra meta dawn xerrdu xi tagħlim żbaljat. L-aktar każ magħruf huwa meta l-patrijarka ta’ Lixandra, li wkoll kien jismu Djonisju, inqabad jikteb li l-Missier u l-Iben huma żewġ entitajiet kompletament distinti minn xulxin; dan kien għamlu għax żewġ monaċi Eġizzjani – Ammonju u Ewfranor – kienu qalu li huma l-istess entità li tidher b’modi differenti3. Il-problema bil-mod kif attakka dan it-tagħlim żbajat il-patrijarka ta’ Lixandra kienet għax hu pinġa l-Missier u l-Iben bħala żewġ allat! Djonisju ta’ Ruma, biex jiddefendi l-uniċità divina ndaħal fil-kwistjoni, sejjaħ sinodu f’Ruma lejn is-sena 260 u spjega kif minkejja li huma żewġ persuni distinti, xorta waħda kellhom l-istess natura4. 136
Festa Madonna tal-Karmnu
Apparti minn dan il-każ, kien hemm ieħor li seħħ f’Samosata, li wkoll kienet tagħmel parti mill-patrijarkat ta’ Antjokja. Presbiteru minn hemm, Pawlu, kien qiegħed ixerred it-tagħlim li l-iben ma kellux l-istess natura bħall-Missier għax kien bniedem bħall-oħrajn, imwieled millunjoni bejn raġel u mara, imma li ġie adottat mill-Missier u mgħolli għad-divinità fil-mument tal-magħmudija. Meta s-sinodu li sar f’Antjokja fis-sena 262 kkundanna lil Pawlu, il-Papa ta’ Ruma ġie infurmat kif kienet il-prassi.
Djonisju miet fis-sena 268 l-għada tal-Milied u ndifen fil-kripta tal-Papiet fil-katakombi ta’ San Kallistu.
Ċirillu, Patrijarka ta’ Lixandra (c376-444) Bla dubju l-persunaġġ minn dawn l-erbgħa blogħla profil fl-istorja tal-Kristjaneżmu huwa Ċirillu l-Patrijarka ta’ Lixandra. Tajjeb ngħidu fil-bidu illi l-patrijarkat ta’ Lixandra kien l-aktar wieħed sinjur u l-aktar wieħed qawwi fl-ewwel sitt sekli, b’qawwa u għana li kienu jiżbqu anke lil dak ta’ Ruma. L-unika vantaġġ li kellu l-isqof ta’ Ruma kien li hu biss kien jitqies bħala s-suċċessur ta’ Pietru, u għalhekk kellu awtorità morali fuq il-patrijarkati l-oħra.
Fis-sena 412 Ċirillu sar is-suċċessur ta’ zijuh Teofilu, li tant kien għolla l-istatus tal-patrijarkat li l-patrijarka ta’ Lixandra minn żmienu beda jissejjaħ il-Fargħun Nisrani. Dak iż-żmien irrivalità bejn il-patrijarkati ta’ Lixandra u ta’ Antjokja kienet fl-aqwa tagħha u ġara li bħala patrijarka ta’ Kostantinopli ntgħażel Ġwanni Kriżostmu, li kien minn Antjokja. Teofilu għamel minn kollox biex jeqirdu u kien ħtija tiegħu li Kriżostmu ġie depost u miet fl-eżilju. Ftit tassnin wara l-istorja kellha tirrepeti ruħha, u din id-darba l-protagonisti kellhom ikunu neputih Ċirillu u l-patrijarka ta’ Kostantinopli Nestorju, li kien ukoll minn Antjokja, imma dwar dan nitkellmu ftit ’il quddiem. L-istoriċi tal-Kristjaneżmu ma tantx ipinġu lil Ċirillu b’kuluri pożittivi: fil-bidu tat-tmexxija wera lilu nnifsu bħala persna b’temperament negattiv, ġellied, mgħaġġel u vjolenti. L-ewwel ma għamel kien li għalaq il-knejjes kollha tanNovazjani5; imbagħad qajjem diversi rewwixti
Valletta 2017
Andrea Corsin, Isqof ta’ Fiesole
Ċirillu, Patrijarka ta’ Lixandra
Djonijsu, Isqof ta’ Ruma
Telesforu, Isqof ta’ Ruma
Festa Madonna tal-Karmnu
Valletta 2017
137
kontra l-Lhud u l-pagani ta’ Lixandra, iġġieled mal-prefett imperjali Oreste u probabilment kien imdaħħal ukoll fil-qtil ta’ Ipazja, filosfa neo-Platonika rispettata u miġjuba ħafna minn kulħadd. Il-bidu tiegħu għalhekk kien kollox ħlief feliċi.
Ġara mbagħad li fis-sena 428 Nestorju ta’ Antjokja sar patrijarka ta’ Kostantinopli. Flomeliji u fil-kitbiet tiegħu Nestorju kien jagħmel distinzjoni ċara bejn Ġesù Kristu bħala bniedem u Kristu bħala l-Iben ta’ Alla, b’mod li ħafna nies bdew jifhmu u jemmnu li Ġesù u Kristu kienu żewġ persuni diversi6. Nestorju għalhekk kien tal-parir biex Marija ma tissejjaħx theotokos (omm Alla), imma christotokos (omm Kristu), dan wassal għal aktar taħwid fl-imħuħ għax dehret aktar ċara bejn id-distinzjoni bejn l-Iben ta’ Marija u l-Iben ta’ Alla. Ċirillu uża l-injuranza tan-nies bħala għodda biex lil Nestorju jwarrbu min-nofs. U kien grazzi għalhekk li tibda l-era tad-deheb ta’ Ċirillu: f’kitbietu u fil-predikazzjoni tiegħu mibdijin minn dan iddiżgwid joħroġ tagħlim mill-isbaħ u mill-aktar profond dwar it-tieni persuna tat-Trinità u dwar l-Omm imqaddsa ta’ Alla. Fis-sena 431 sejjaħ konċilju fil-belt ta’ Efesu li fih – għalkemm mhux b’mod għal kollox ‘leġittimu’ skont il-kriterji tal-konċilji – wassal għall-kundanna ta’ Nestorju bħala eretiku mill-agħar; sena wara l-Papa Sistu III aċċetta u kkonferma l-atti tal-konċilju u hu għalhekk li dan ġie aċċettat minkejja li kiser in-normi ta’ kif konċilju għandu jitmexxa. Dan kellu jkun il-konċilju li fih ġiet definita l-ewwel domma Marjana – dik tal-maternità divina tagħha.
L-għajta ta’ Ċirillu, li biha wasal fejn ried, kienet li Marija għandha tissejjaħ Omm Alla għax dak li tnissel fiha kien l-istess Alla, u mhux bniedem distint min-natura divina7. Din hija probabilment ir-raġuni għala Ċirillu huwa assoċjat mal-Ordni Karmelitan, proprju għallkontribut kbir li ta biex Marija tingħaraf bħala Omm Alla, kif tassew hi. Barra minn hekk kull student Karmelitan fl-imgħoddi kien ikollu altar jew ċenobju ddedikat lil San Ċirillu, proprju għax huwa grazzi għalih aktar minn kulħadd li lil Marija narawha bħala Omm. 138
Festa Madonna tal-Karmnu
Wara l-Konċilju ta’ Efesu Ċirillu għex għal madwar 13-il sena oħra, li fihom ilkontroversji ma naqsux. L-agħar waħda li kien imdaħħal fiha kienet kontinwazzjoni talargumenti li ppreżenta favur il-maternità divina ta’ Marija: biex jiddefendi l-uniċità tal-persuna ta’ Kristu kontra d-duwalità li ppropona Nestorju, Ċirillu wasal biex prattikament ċaħad in-natura umana tal-Iben u ħoloq l-ereżija magħrufa bħala tal-monofiżiti, li ġiet iċċarata mill-Papa Ljun il-Kbir fis-sena 449, imma li mbagħad reġgħet feġġet taħt forom ġodda mitejn sena wara. Andrea Corsini, Isqof ta’ Fiesole (1302-1374) L-aħħar wieħed li għex, u li nistgħu ngħidu hu l-uniku minn dawn l-erbgħa li għandu rabta proprjament Karmelitana huwa San Andrea Corsini, li għex fl-erbatax-il seklu.
Andrea twieled fi ħdan familja għanja u magħrufa ġewwa Firenze, l-aktar belt importanti fl-Italja f’dak li għandu x’jaqsam ma’ arti u kultura. Iż-żmien li fih għex kien iż-żmien tad-deheb ta’ din il-belt, meta għexu kittieba kbar bħal Dante Alighieri u Francesco Petrarca u artisti bħal Giotto. Ma tantx huwa magħruf dwar żgħożitu ħlief li kien ġuvni fuq tiegħu u xxellerat.
Fl-1318 għadda minn xi esperjenza – mhux magħrufa – li bidlitlu ħajtu u għażel li jsir reliġjuż Karmelitan u daħal fil-kunvent ta’ dawn l-aħwa f’Firenze. L-ewwel ħjiel kontemporanju għalih li għandna dwar ħajtu ġej mis-sena 1338, meta kellu kariga importanti fil-kunvent. Wara għadda xi żmien f’Pisa imbagħad fl-1344 ġie maħtur konsultur tal-kunvent f’Firenze. Fl1348 mar f’Metz fi Franza għall-kapitlu ġenerali tal-Ordni u hemm intgħażel bħala Provinċjal tal-kunventi tat-Toscana. Din il-kariga ma kellux igawdiha wisq għax tard fis-sena 1349 il-Papa Klement VI għażlu bħala isqof ta’ Fiesole. Iż-żmien kemm dam Provinċjal kien wieħed diffiċli minħabba l-imxija tal-pesta bubonika li ħakmet ħafna mill-Ewropa. Mill-provinċja tiegħu mietu aktar minn mitt patri, imma xorta waħda rnexxielu jkompli l-proġett li kien
Valletta 2017
inbeda ftit qabel: il-knisja tal-Karmnu ġewwa Firenze. Sa żmienu, l-isqfijiet ta’ Fiesole kienu jgħixu f’Firenze minħabba l-prestiġju li kellha din il-belt u n-nuqqas ta’ importanza li kellha l-oħra... imma Andrea mill-ewwel kiser din ittradizzjoni u, minkejja li l-Katidral ta’ Fiesole u l-Palazz Episkopali ta’ miegħu kienu qed jheddu li jaqgħu minħabba l-ħsarat li kellhom, xorta waħda għażel li jgħix mal-poplu li Alla fdalu f’idejh.
Bih għalhekk beda żmien sabiħ ta’ amministrazzjoni u pastorali mill-aqwa għal Fiesole. Naqqas kemm felaħ mill-ispejjeż li jikkonċernaw lilu bħala isqof, u daħħal miegħu żewġ Karmelitani biex ikun jista’ jibqa’ jgħix ħajja monastika. Barra minn hekk kien jidher barra man-nies liebes ta’ Karmelitan mhux ta’ isqof. Ħadem ħafna biex iġedded lill-kleru li kellu taħtu: spiss kien jagħmel il-viżti filparroċċi, u kien jimxi b’id tal-ħadid massaċerdoti li kienu jgħixu ħajja li ma tixraqx lillordni sagri li rċevew, kif ukoll ma’ dawk li kienu jiskaraw il-parroċċi fdati f’idejhom.
L-imħabba tiegħu lejn il-poplu, speċjalment il-fqar, jidher sa mill-ewwel dokment li ħareġ hu bħala isqof: fih talab li d-dħul ta’ diversi fondazzjonijiet imur għall-bżonnijiet ta’ dawn, speċjalment dawk li spiċċaw tilfu kollox minħabba l-imxija tal-pesta. Barra minn hekk ħa ħsieb ukoll jirrestawra ħafna bini ekkleżjastiku li kien irvinat, waqqaf xi komunitajiet reliġjużi sew ta’ rġiel kif ukoll ta’ nisa u ħadem kemm felaħ biex il-katidral ta’ Fiesole jsir ċentru sabiħ u għani li jilqa’ fih lil kulħadd. Kien magħruf għall-imħabba li kellu lejn il-paċi u għallġudizzju rett li kellu, tant li ħafna kienu jfittxu l-parir tiegħu, anke nobbli minn bliet oħra bħal Firenze, Prato u Pistoia.
L-isqof Corsini miet fis-6 ta’ Jannar 1374 u ndifen ġewwa Fiesole, minkejja li kien ħalla fittestment li xtaq jindifen fil-Karmnu ta’ Firenze. L-Isqof ta’ warajh kien ħuh Neri Corsini, li ta permess lir-reliġjużi ta’ Firenze jmorru Fiesole fit-2 ta’ Frar u jisirqu l-katavru tiegħu mill-qabar. Wara ostensjoni ta’ tlett ijiem ġewwa Firenze, indifen fejn xtaq hu. Grazzi għall-ħafna mirakli li għamel, speċjalmet ir-rebħa tal-battalja bejn Festa Madonna tal-Karmnu
Anghiari u Piccinino fl-1440 wasslu għallbeatifikazzjoni tiegħu. Imbagħad ġie kanonizzat mill-Papa Urbanu VIII fl-1629.
Ljun XIII, Isqof ta’ Ruma (1810-1903) Il-figura ċentrali hija dik tal-Papa Ljun XIII li mexxa l-Knisja mis-sena 1878 sa mewtu fl-1903. Kien żmien ta’ ħafna riformi u ideat ġodda, li bil-għerf ta’ dan il-Papa il-Knisja għarfet timxi magħhom bl-aħjar mod li setgħet.
Ljun XIII, Isqof ta’ Ruma
Ljun twieled bl-isem ta’ Vincenzo Gioacchino Raffaele Luigi Pecci ġewwa Carpineto Romano f’familja nobbli. Ommu rabbiet lilu u lil ħuh Giuseppe fil-fidi b’dedikazzjoni kbira. Fl1828 daħal fl-Kumpanija tal-Ġiswiti. Ftit snin wara l-Provinċjal ħatru bħala amministratur f’Benevento fejn kellu jaħdem bis-sħiħ kontra l-Mafia u l-Camorra li ġa kienu jeżistu. Wara ntbagħat ukoll fi Spoleto u f’Perugia, dejjem fuq xogħol kontra l-korruzzjoni8 fejn baqa’ magħruf għar-rettezza tiegħu.
Fl-1843 sar Nunzju tal-Belġju u tliet snin wara sar l-Arċisqof ta’ Perugia. Il-ħidma soċjali u karitattiva li kien jagħmel ma’ diversi oqsma baqgħet imsemmija. Meta fi żmien ir-
Valletta 2017
139
231D, Republic Street, Valletta Mob: 9945 5807
164, Old Bakery Street, Valletta
Maltese dishes like mama used to at
MALTESE MAMA RESTAURANT 19-21, Paceville Avenue, St Julians Tel: 2737 7024 Mob: 7780 5312 www.maltesemama.com Open: 6.30pm onwards (Mon-Sun) Booking is advisable
Silver Issue Commemorating 450th Anniversary of the City of Valletta 1566 - 2016
Lombard Bank Malta p.l.c. is issuing a limited edition silver ingot to commemorate the 450th Anniversary of the City of Valletta. The ingot is struck in 999.0 Fine Silver being practically the purest possible level of silver content. Each ingot is individually numbered and the issue is limited to a maximum of 2,000 pieces. As per images below 100 grams 999.0 Fine Silver 35mm x 60mm x 4.53mm Brilliant Uncirculated (Proof-like) 2,000 individually numbered Boxed + Certificate of Authenticity €110.00
NDIAL •
Reverse United Nations Educational, Scientific and Cultural Organization
MO
E
AG
I
N
IT
R
(actual size)
E WORLD H
Obverse
NIO MUN D
•
MO RI
L IA
PA T
Technical details: Design: Weight: Composition: Dimensions: Condition: Issue limit: Packing: Price (VAT included):
E
•
PATRIM
O
City of Valletta inscribed on the World Heritage List in 1980
For online ordering: www.maltacoins.com
Lombard Bank Malta p.l.c.
Head Office: 67 Republic Street Valletta Malta • PO Box 584 Valletta VLT 1000 Malta Tel: +356 25581117 • Fax: +356 25581151 • e-mail: mail@lombardmalta.com • www.lombardmalta.com • SWIFT Code: LBMAMTMT
Licensed to conduct Investment Services Business by the Malta Financial Services Authority • Regulated by the Malta Financial Services Authority & listed on the Malta Stock Exchange
I enclose cheque (payable to Lombard Bank Malta p.l.c.) for the amount of €_________ covering my order as follows: Name & Surname:
ID. No:
Mobile/Tel No:
Address:
Postcode:
E-mail:
Delivered to my address - please add €7.00 per order.
I will collect from the following Lombard branch: Balzan
Sliema (Tower Road)
St. Julians
Qormi (San Bastjan)
Valletta
Victoria Gozo.
Risorgimento nqala’ l-inkwiet bejn it-truppi ta’ Garibaldi u l-Papa Piju IX minħabba li riedu – u rnexxielhom – jisirqu l-Istati Pontifiċji biex tingħaqad l-Italja, Vincenzo żamm mal-Papa, għalkemm kien kollu għalxejn. Grazzi għallkwalitajiet amministrattivi li kellu, hu kien wieħed mill-équipe li qabbad il-Papa biex jorganizzaw il-Konċilju Vatikan I, li baqa’ qatt ma ntemm uffiċjalment minħabba l-invażjoni tal-Garibaldini f’Ruma.
Mal-mewt tal-Papa fl-1878, Vincenzo nħatar bħala suċċessur u ħa l-isem ta’ Leo. Kellu jkun l-ewwel Papa li tkellem fuq ir-radju u li tiegħu għandna reġistrazzjoni tal-vuċi, l-ewwel papa li deher fuq film. Fi żmienu rnexxielu jġib ħafna ordni u serenità fil-Knisja bħala istituzzjoni wara t-taqlib li nqala fi żmien il-Papa Piju IX. Aspett mhux tant magħruf fuq il-Papa Ljun XII hu li kellu Marjoloġija żviluppatissima. Bħala devot kbir tal-Madonna ma setax jonqos li jsemmiha spiss fil-kitbiet tiegħu; kiteb biss biss ħdax-il enċiklika fuq ir-rużarju u beda d-drawwa li jingħad ir-Rużarju kuljum fix-xahar ta’ Ottubru u kien hu li waqqaf il-festa tal-Madonna Sultana tar-Rużarju Mqaddes fil-Knisja kollha. Sena wara li beda l-Pontifikat ħabat il-15-il anniversarju mill-proklamazzjoni tad-domma tal-Immakulata, u fl-enċiklika li ħareġ jitkellem fuq ir-rwol tagħha fis-salvazzjoni tal-bnedmin u jirreferi għall-Madonna – għall-ewwel darba bla tlaqliq – bħala ko-redendriċi u medjatriċi.
Apparti dan kollu, il-Papa Ljun XIII għandu wkoll rabta mal-Karmelu. Kien bil-permess tiegħu li fl-1881 seta’ jiġi inkurunat il-kwadru tal-Madonna tal-Karmnu, l-ewwel wieħed inkurunat f’pajjiżna, u kien ukoll grazzi għalih li fl-1895 il-Karmu tal-Belt sar bażilika minuri
142
Festa Madonna tal-Karmnu
b’digriet li ħareġ fl-14 ta’ Mejju. B’hekk nistgħu ngħidu li dan il-Papa rabat ismu għal dejjem mhux biss mal-knisja tal-Karmelitani filKapitali, imma wkoll mad-devoti kollha talMadonna tal-Karmnu f’Malta.
Referenzi 1 Dawn huma magħrufin bħala l-‘papiet’, imma fir-realtà tnejn minnhom biss huma papiet; it-tnejn l-oħra huma kittieba li taw kontribut kbir fil-Marjoloġija. 2 It-titlu ta’ ‘Papa’ fl-ewwel sekli kien jingħata lill-isqfijiet kollha, u ntuża għall-ewwel darba b’referenza għallPatrijarka Eraklas ta’ Lixandra f’nofs it-tielet seklu. Kien aktar tard li dan beda jintuża esklussivament għall-isqof ta’ Ruma. Sa tmiem it-tieni seklu diffiċli ħafna nitkellemu fuq ‘Papa’ meta nirreferu għallmexxejja spiritwali tal-Belt Eterna minħabba li l-isqof ta’ Ruma kellu awtorità biss fuq il-patrijarkat ta’ Ruma li kien jinkorpora l-Ewropa u l-Afrika ta’ Fuq, u ma kellux privileġġi ogħla mill-patrijarki l-oħrajn, dawk ta’ Lixandra u ta’ Antijokja, u li fihom ma kellux awtorità jindaħal. L-ewwel każ ta’ isqof ta’ Ruma li estenda l-awtorità tiegħu ’il barra mill-Ewropa kien dak ta’ Vittorju I li fis-sena 195 skomunika lill-insara li kienu jiċċelebraw il-Għid fl-istess ġurnata mal-Lhud. 3 F’kuntesti oħra din it-teorija kienet magħrufa bħala l-ereżija ta’ Sabellju li kien jgħid li d-divinità hija waħda li tidher daqqa bħala l-Missier, daqqa bħala l-Iben u daqqa bħala l-Ispirtu. 4 Dan imbagħad kellu jiġi definit aktar ċar fil-konċilju ta’ Niċea fis-sena 325. 5 Dawn kienu insara bħall-oħrajn, imma kienu d-dixxendenti ta’ dawk l-insara li tul il-persekuzzjoni ta’ 260 sena qabel kienu żammew sħiħ u baqgħu jħarsu bl-ikrah lejn id-dixxendenti ta’ dawk li kienu ċaħdu l-fidi biex isalvaw ħajjithom. 6 Dan ma kienx il-ħsieb ta’ Nestorju; ħsiebu kien li joħroġ distinzjoni bejn iż-żewġ naturi mhux li joħloq distinzjoni fil-persuna! Imma n-nies fehmu ħażin u Ċirillu approfitta minn dan biex jakkużah li qed iwassal tagħlim eretiku. 7 Ironikament fl-istatwa ta’ Darmanin li tintrama fi Pjazza Reġina Ċirillu għandu f’idejh ktieb miftuħ li fih miktub “MARIJA HIJA OMM ĠESÙ” li hija eżattament l-oppost ta’ dak li uża l-istess Ċirillu biex spjega l-maternità divina ta’ Marija! 8 Niftakru li dawk kollha kienu stati papali.
Valletta 2017
Meta l-pirjol tal-Karmnu kien ser jegħreq Prof. Stanley Fiorini
Lejn il-bidu tas-seklu sbatax, daqs seklu u nofs minn wara li kienu tefgħu saqajhom f’Malta l-Karmelitani, riedu jduru dawra sew madwarhom biex iniżżlu f’dokument pubbliku l-propjetà kollha li kienu kisbu f’dawk il150 sena. Li kien ħajjarhom jagħmlu dan kien l-eżempju ta’ żewġ ordinijiet oħra – idDumnikani u l-Agostinjani – li kienu għadhom kemm indaħlu għall-istess biċċa xogħol. Ilkomunità tal-Kunvent tal-Lunzjata, miġbura għad-daqq tal-qanpiena fil-bidu tas-sena 1612, jiġifieri, il-Pirjol, f’dik is-sena, Patri Sebastjan Tonna, is-Sottopirjol P. Pietru Agius, P. Tumas Mifsud, P. Ġakbu Farrugia u P. Stiefnu Burlò, saċerdoti, u l-lajk profess Indrì Mangion, li għal dik l-okkażjoni, minħabba l-gravità taddeċiżjoni li riedet tittieħed, ingħaqad magħhom ukoll il-Pirjol tal-Belt P. Wistin Sapian, qatgħuha li jqabbdu lin-Nutar Andrea Allegritto biex jagħmlilhom deskrizzjoni sħiħa tal-proprjetà kollha li kellhom, sabiex dan id-dokument ikun jista’ jibqa’ għall-posterità bħala memorja. Din l-intrapriża ma kinitx xi ħaġa li setgħet issir kif ġieb u laħaq għax, fl-assenza ta’ dokumentazzjoni iswed fuq l-abjad għal ħafna mill-elementi fl-inventarju li kellu jsir, in-Nutar kien jeħtieġlu jdur dawra ġmielha mal-gżira ta’ Malta, kif ukoll f’Għawdex, iżur l-għelieqi u l-artijiet li kellhom il-Karmlitani u li kienu mqabbla għand diversi bdiewa, jistma l-kobor tal-firxa ta’ kull waħda, jiskopri t-tul taċċnus, x’kienet tirrendi lill-Kunvent kull sena, u dettalji oħra dwar ċnut li kienu jdawruhom, jagħti l-konfini ta’ kull waħda bl-irjiħat tagħha, u l-bqija. Għal dan il-għan, qatgħuha li l-Pirjol u s-Sottopirjol jakkumpanjaw lin-Nutar biex jgħinuh f’din il-viżta li bdiet fl-14 ta’ Frar tal1612 fil-Kunvent stess tal-Lunzjata fil-limiti Festa Madonna tal-Karmnu
tar-Rabat, u l-artijiet tal-inħawi. Dawn kienet ħallithomlhom Donna Margarita d’Aragona de Pellegrino, dik il-benefattriċi kbira tal-Ordni f’Malta li lejha jafu l-bidu tagħhom il-Karmlitani. Din kienet għamlet it-testment tagħha fil5 ta’ Ġunju 1418 quddiem in-Nutar Antonio Azzopardo u, fost il-ħafna legati li kienet ħalliet, it-testatriċi kienet tat il-qasam art kollu madwar il-Knisja tal-Lunzjata fl-inħawi ta’ San Anard u Wied Liemu, fil-Punent tar-Rabat, lil dak l-ordni reliġjuż li kien lest iwaqqaf monasteru madwar dik il-knisja li hi stess kienet reġgħet bniet millġdid matul ħajjitha.1
Il-Kappella tal-Lunzjata (limiti tar-Rabat), l-ewwel knisja u kunvent Karmelitan
Dawn l-artijiet, magħrufa bħala Ta’ San Anard, kienu mifruxa sew fuq medda ta’ 288 tomna u kienu jirrendu xejn anqas minn 93 uqija fis-sena fl-1613. Kienu jinkorporaw ġnien mal-Kunvent ta’ sitt itmien u l-għalqa msejħa Tal-Ħamrija ta’ 26 tomna, qrib il-Kunvent. Barra minn dan itterritorju, fl-inħawi, kien hemm ukoll l-għalqa Tas-Swatar ta’ 208 itmien. Kellhom hemm ukoll ġardina b’żewġ egħjun fiha, miżrugħa b’siġar tal-larinġ u tal-bajtar, biswit il-Knisja ta’ San Anard, li kien fiha tmint itmien. Din flimkien ma’ ġardina oħra qribha ta’ sitt itmien kienu Valletta 2017
143
12, St Helen Square Birkirkara Tel: 2144 9514  Mob: 7748 0377
mqabbla għal ħdax-il uqija oħra fis-sena. F’dawk l-istess inħawi, fil-kuntrata Ta’ Ħofret Lampa, kien hemm ukoll ġardina oħra msejħa TalĦarruba ta’ tmint itmien oħra, ukoll miżrugħa bis-siġar. Din kienet imqabbla għal dsatax-il rbiegħi fis-sena. F’dik l-istess kuntrata kien hemm għalqa ta’ erbgħat itmien imsejħa TalLunzjata jew Ta’ Ħofret Lampa u, eqreb lejn irRabat, fl-inħawi tan-Nigred, oħra ta’ tlett itmien u nofs u fl-Għeriexem, għalqa oħra jgħidulha IlĦbejjel, ta’ tomna. Fir-Rabat stess, imbagħad, kellhom dar lejn il-Knisja ta’ San Ġwann, u flImdina, ħanut maġenb l-Isptar. Dawn l-għelieqi kollha li semmejna kienu mdawra b’ħitan tassejjieħ li, f’dik is-sena, kienu għadhom kemm saru. L-artijiet ta’ qrib il-Lunzjata kienu ġew mit-testment imsemmi ta’ Margarita d’Aragona, filwaqt li dawk ta’ ħada r-Rabat kienu ġew għand il-Karmlitani minn testment ieħor, dak ta’ Katerinella Cassar li kien sar fl-1562. Fit-8 ta’ Marzu ssuktat il-viżta tal-artijiet flinħawi tan-naħa t’isfel. Ħdejn Ħ’Attard, ħarġa raba’ mingħajr ħitan, imsejħa Ta’ Bert jew Ta’ Wied Inċita, kienet mifruxa fuq medda ta’ 18il tomna. Din l-art, li wkoll ġiet mit-testment ta’ Cassar, kienet tirrendi ħames uqijat u sitt irbajja’ fis-sena. Ġewwa r-raħal ta’ Ħ’Attard, imbagħad, kien hemm għalqa msejħa Il-Ħofra li, b’disgħat itmien, kienet iġġib l-istess dħul.
Kbira San Ġiljan għadha ġġib l-isem Ġiblin u fuq l-arkata fi Triq Sant Anġlu għad hemm plakka ta’ rħam bl-iskrizzjoni EX BONIS COENOBII CARM[ELITARUM] CIV[ITATIS] NOT[ABILIS]. Naturalment, l-ismijiet tat-toroq ta’ hemm – Sant’Anġlu, Tal-Karmnu, San Elija – għadhom ifakkru r-rabta ta’ dik l-art mal-Karmlitani.
Id-dawra ma’ Malta, imbagħad, ħadet lillviżitaturi tagħna lejn l-inħawi tan-Naxxar fejn, qrib Ħal Dejf, sabu l-għalqa Ta’ Giordimaina li, b’sitt itmien, kienet iġġib tlett uqijat u tmintax-il rbiegħi qbiela fis-sena. Fl-inħawi t’Alla u Ommu, jew Għar Xerri jew, magħrufa ukoll bħala Ta’ San Pietru, kien hemm għalqa oħra magħrufa bħala Tal-Mislem li, b’sitt itmien, kienet tirrendi uqija u 12-il irbiegħi fis-sena. Minn hemm, ’l isfel lejn Benwarrad (illum, Burmarrad) fejn, qrib il-Knisja ta’ San Pawl ta’ Wied Ansaldin, setgħu jaraw l-għalqa Ta Ġlata, b’firxa ta’ ħamest itmien, li kienet imqabbla għal uqija oħra fis-sena. Minn taħt il-Bidnija, il-viżitaturi reġgħu telgħu għan-naħa ta’ fuq tat-Tarġa u, qrib San Żakkarija (illum Iż-Żokrija), fejn sabu l-għalqa ta’ tlett itmien u nofs imsejħa Tal-Għerien u, fl-istess kuntrata Tal-Bisbisija, għalqa oħra jgħidulha Ta’ Dors, b’ġiebja ġo fiha, tal-istess daqs, imqabbla għal uqija u 24 irbiegħi. Għalqa oħra f’Wied il-Qlejgħa, jisimha Il-Ġnejna, ta’ ħamest itmien, kienet imqabbla uqitejn u 12il irbiegħi fis-sena.
Fil-Parroċċa estiża ta’ Bikirkara, kien hemm sebgħat għelieqi jmissu ma’ xulxin Erbat’ijiem wara, fit-12 fl-inħawi Tal-Għargħar, jew ta’ Marzu, il-passiġġata filL-Imsieraħ, magħrufa wkoll kampanja ħadet lill-viżitaturi bħala Ta’ Santa Liena. Dawn lejn in-nofsinhar ta’ Malta, kienu jġibu l-ismijiet Ta’ Prima, lejn Ħal Tmin, qrib Iż-Żejtun, It-Taqsisa tal-Għar, Il-Ħofra, Ta’ fejn għalqa ta’ ħamest itmien, Siġra, Tal-Knisja, Ta’ taħt l-Andar, jgħidulha Ħabel Ħawli, kienet iġġib u Tal-Andar; 34 tomna b’kollox. Mhux uqija u sitt irbajja’ qbiela lill-Kunvent Margarita d’Aragona bogħod wisq, f’San Ġiljan, dik fis-sena. F’Ħal Safi, imbagħad, (Pittura li tinsab fil-Kunvent tal-Imdina) l-art kollha minn wara l-Knisja l-għalqa Ta’ Ċennu kellha firxa ta’ Lapsi sa xatt il-baħar, magħrufa bħala Ta’ ta’ sitt itmien u f’Bir Għisa, ħada Ħal Millieri, Ġiblin – medda ta’ għoxrin tomna – flimkien oħra ta’ tmint itmien kienet imqabbla għal ma’ Tal-Għargħar, kienet imqabbla għal 13- ħames uqijat fis-sena. Lejn Il-Qrendi, l-għalqa il uqija u 15-il irbiegħi, u kienet ngħatat ukoll Tal-Ħofra kellha firxa ta’ għaxart itmien u dik mill-istess Katerinella Cassar. Dar fi Triq il- Ta’ Sciriha fl-inħawi Ta’ Toċja, b’erba’ tmien Festa Madonna tal-Karmnu
Valletta 2017
145
oħra, kienu jirrendu 4 uqijat u 24 irbiegħi. Din id-dawra twila intemmet dakinhar fil-Wied ta’ Tabrija fejn kien hemm l-għalqa Ta’ Alban, b’żewġt itmien u żewġ sigħan, flimkien ma’ parti minn dar li kienu jirrendu uqitejn u tnax-il irbiegħi fis-sena.
Il-vjaġġ f’Malta ssokta daqs xahar wara meta fl-14 ta’ April ta’ dik is-sena l-viżitaturi żaru l-inħawi ta’ Ħaż-Żebbuġ. Hemmhekk, f’Ħal Mula kien hemm l-għalqa Ta’ Luisa ta’ tlett itmien u, daqs mil ’il bogħod mir-raħal lejn Ħal Qormi, fil-kuntrata ta’ Għarram, żewġ għelieqi oħra, waħda ta’ sebgħat itmien jafuha bħala Ta’ Libjar u oħra iżgħar ta’ tomnejn u nofs isibuha bħala Tal-Andar. Imqabbla flimkien ma’ dawn kien hemm tnejn oħra, waħda magħrufa bħala Ħabel Għarib, ta’ tmint itmien, u oħra fil-kuntrata talLatmija Miksura, jew Ta’ Ramel, jafuha bħala Ta’ Mula. Dawn kollha kienu jirrendu lill-Kunvent disgħat uqijat u sitt irbiegħi fis-sena. L-inkwiet għall-Pirjol u sħabu beda meta kellhom ukoll iżuru Għawdex. Huma salpaw lejn il-gżira l-oħra fit-18 ta’ April. Bdew iduru qrib l-Imġarr fl-inħawi ta’ Mġarr ix-Xini jew Ta’ San Tawdar fejn kien hemm medda sabiħa ta’ ħdax-il salma (salma jew modd ta’ sittaxil tomna), jew mija u sitta u sebgħin tomna, tmiss max-xtajta tal-baħar. Din l-art, kif ukoll il-bqija tal-proprjetà li kellhom f’Għawdex, kienet ġiet mil-legat ta’ Margarita d’Aragona. Fost dawn, insibu għalqa ta’ żewġ salmi f’Ta’ Ċilja, tmiss mal-benefiċċju tas-Sebbieħ, medda art kbira fix-Xlendi ta’ 15-il salma oħra jisimha Tal-Lunzjata, tlettax il-tomna oħra jgħidulhom Il-Ħbula tal-Lunzjata f’Għar Ilma li, ilkoll flimkien, kienu jfissru 55 uqija fis-sena għallKunvent tal-Lunzjata. Dawn barra xi ftit ċekċik ta’ djar u ħwienet fir-Rabat. Jumejn wara din il-battikata ġew biex jerġgħu lura Malta biddgħajsa tal-pass. Dak iż-żmien, bħal-lum, fuq dik id-daqsxejn ta’ qoxra kienu jgħabbu mhux biss passiġġieri li riedu jaqsmu bejn iż-żewġ gżejjer, imma wkoll kull xorta ta’ merkanzija. Dakinhar, inzerta li fost il-merkanzija kien hemm barri li riedu jġibuh Malta. Dan rabtuh fil-pruwa, imma f’nofs ta’ baħar fettillu jibda jagħti bir-ras biex jeħles mill-irbit u saħansitra beda jkisser l-injam tal-mirkeb bi qrunu. Kull 146
Festa Madonna tal-Karmnu
min kien abbord libet u beda jaqleb għajnejh lejn is-sema għax kienu ser jispiċċaw jegħrqu, li ma kienx għall-baħrin qalbiena tal-bastiment li seħħilhom iliġġmu l-bhima u jorbtulu saqajh u qrunu sew u jkaxkruh fiċ-ċan tad-dgħajsa. Il-Pirjol u sħabu setgħu jgħodduha b’waħda dakinhar.
Qawwijin u sħaħ lura Malta kien għad baqagħlhom xi xogħol x’jagħmlu. Imma kellha tgħaddi aktar minn sena meta, wara dik iddehxa reġgħu rabbew il-qalb fit-23 ta’ Mejju 1613 u bdew iterrqu għal darb’oħra lejn Qalgħet il-Għabid, fuq Burmarrad, fejn żiedu mal-lista l-għalqa Tal-Fas ta’ salma u nofs. Eqreb lejn ittriq tal-Imġarr, fl-inħawi tat-Torri ta’ Falka, jew Ta’ Legano, kien hemm tomnejn oħra magħrufa bħala t-Tafal ta’ Legano li lkoll kienu ġew mittestment ta’ Katerinella Cassar. It-tlieta li kienu, reġgħu telgħu ’l fuq lejn l-għoljiet tar-Rabat u, qrib Ħal Dingli, fil-kuntrata Ta’ Daħla ħdejn il-fewdu Ta’ Dejr il-Bniet, sabu disgħat itmien oħra magħrufa bħala Fuq ta’ Stunica. U fl-aħħar nett, għalqa oħra n-naħa l-oħra ta’ Ħad-Dingli, jisimha Ħabel Xiħ ħdejn il-Knisja tal-Madliena tal-Irdum, li kellha firxa ta’ żewġ salmi. Minn dan il-katalgu jidher li l-Karmlitani, fissena 1613, kienu jippossedu firxa art ta’ ’l fuq minn 1,200 tomna li fi qbiela kienu jirrendulhom xejn anqas minn 255 uqija fis-sena. Għal komunità ta’ sitta, dan kien ifisser, minn ras għal ras, aktar minn 40 uqija fis-sena, li għal dak iżżmien kienu jfissru flus. Dan, naturalment, ma kienx xi dħul personali, għax kif hu magħruf, ftit wara daż-żmien, il-patrijiet kienu daħlu għal biċċa xogħol kbira meta bdew jibnu l-Kunvent tal-Imdina biex ikunu jistgħu jaqdu aħjar iddmirijiet pastorali tagħhom. Dal-ġid kollu kien dovut, prinċipalment għat-testment tal-1418 ta’ Margarita d’Aragona, li l-artijiet li ħallitilhom kienu jirrendu xejn anqas minn 184 uqija fissena, jew 72% tad-dħul kollu. Il-bqija ġew l-aktar mit-testment tal-1562 ta’ Katerinella Cassar, li ħallitilhom 107 tmien art, jew 9% talproprjetà kollha, u xi laxxiti oħra żgħar li sassena 1613 kiena diġà ntesew.
Referenza 1 Arkivju tal-Katidral, l-Imdina, ACM Misc. 28, ff. 1 et seq.
Valletta 2017
Ħajja fis-Santwarju mill-Festa 2016 sal-Festa 2017 Irċevew is-Sagrament tal-Magħmudija nhar Sibt il-Għid
Levi Alexander Baldacchino, Haylie Cassar Aquilina, Hunter Lily Agius, Zaya Micallef Bonnici.
Ġew Ippreżentati lill-Madonna tal-Karmnu u miktuba fil-Labtu Jahel Cowles, Matthias Stapley, Shaydon Camilleri, Monique Grech, Charlon Grech, Chriena Zammit, Guilia Diprima, Valentina Agius, Rita Caruana, Catherine Mercieca
Ingħaqdu fis-Sagrament taż-Żwieġ Simon Mizzi ma’ Rita Galea Matthew Ellul ma’ Maxeline Pace Kurt Agius ma’ Laura Aquilina Anthony Vella ma’ Vincienne Pace
Għaddew għall-Ħajja ta’ Dejjem Giovanna (Gannora) Attard, Emanuel Pace, Arthur Cassar, Anthony Camenzuli, Anthony Camilleri, Violet Spiteri, Mary Cilia, Emanuel Buhagiar, Carmela (Nena) Bonnici, Joseph Attard, Carmel Zammit, Carmel Mackay, Mary Agius Gilibert, Johann (Hans) Tish, Georgina Zammit, Maria Concetta Aquilina, Dolores Seracino, Joseph Stafrace, Rose Mary D’Alfonso, Joseph Fenech, Maria Mamo, Salvina Pace.
Festa Madonna tal-Karmnu
Valletta 2017
147
Il-Qima lejn San Ġużepp fl-Ordni Karmelitan Patri Hermann Duncan O.Carm
Fost l-ordnijiet u kongregazzjonijiet reliġjuzi li jqimu lil San Ġużepp bl-ogħla għożża nsibu lill-Ordni Karmelitan li jqimu bħala l-prottetur ewlieni tal-ordni.
Fil-Karmelu mal-qima lejn Marija Verġni, baqgħet ħajja d-devozzjoni lejn San Ġużepp, ir-raġel ġust li f’idejh “afda l-misteru tassalvazzjoni sakemm kien għadu fil-bidu tiegħu”. L-Ordni Karmelitan jqim lil San Ġużepp bħala dak ir-raġel ġust li ddedika ħajtu għaż-żewġ mħabbiet kbar ta’ qalbu, Ġesù u Marija. Jekk iddur dawra ma’ Malta, fil-knejjes Karmelitani u dawk tal-Karmelitani Skalzi tinduna li dawn għandhom xi xbieha jew pittura ta’ San Ġużepp. Eżempju sabiħ insibuh
fis-Santwarju Bażilka tal-Karmnu l-Belt fejn malli tidħol tilmaħ statwa sabiħa ta’ San Ġużepp li kienet saret minn Mastru Nazju Portelli maħduma fl-injam, fl-1694, li turi l-qima qawwija li l-Karmelitani dejjem kellhom lejn San Ġużepp. Tajjeb li ngħidu li l-Beatu Nazju Falzon kien imur jitlob quddiem din l-istatwa. Papa Benedittu XIV (1675-1758) kien talfehma li kienu l-Karmelitani l-ewwel li ġabu magħhom mil-Lvant lejn il-Punent, id-drawwa ta’ min ifaħħarha, tal-kult sħiħ lejn San Ġużepp. Madankollu l-istorja turi li l-ġurnata ta’ San Ġużepp kienet diġà qed tiġi ċċelebrata fil-Punent fis-seklu 10, u ġiet biss aċċettata uffiċjalment mill-Papa Sistu IV fl-1479.
Fis-sena 1480, il-Karmelitani kellhom liturġija proprja għall-festa ta’ San Ġużepp, meqjusa bħala l-ewwel ġieħ li tat il-knisja latina lil San Ġużepp. Il-qari tat-testi liturġiċi kienu meħudin mill-kitba tal-Kardinal Pietru ta’ Ailly li għex bejn l-1350 u l-1420, waqt li l-innijiet kienu meħudha mill-kitbiet tal-Beatu Karmelitan Battista Spagnoli ta’ Mantova li kien poeta rinnaximentali li għex bejn l-1447 u l-1516. Patri Ġwanni Brenninger O.Carm, f’waħda millkitbiet tiegħu jgħid li l-Ordni tagħna kien fost l-ewwel li beda jiċċelebra f’ġieħ San Ġużepp ilLiturgija tas-Sigħat u ħafna kienu l-Karemlitani li bdew ixerrdu d-devozzjoni lejh.
L-istatwa ta’ San Ġużepp li tinsab fis-Santwarju tal-Madonna tal-Karmnu fil-Belt Valletta
148
Festa Madonna tal-Karmnu
Kien il-Papa Sistu IV li ried li d-19 ta’ Marzu, filknisja kollha ikun meqjum bħalha jum it-tifkira ta’ San Ġużepp. Flimkien mal-Karmelitani ordnijiet oħra bħall-Franġiskani, id-Dumnikani, u s-Servi ta’ Marija, xerrdu wkoll il-qima lejn San Ġużepp.
Il-Karmelu, baqa’ jkabbar il-qima lejn San Ġużepp tant li fil-Kapitlu Ġenerali tal-1680, San Ġużepp
Valletta 2017
ġie uffiċjalment magħżul bħala l-Protettur Ewlieni tal-Ordni. Il-Karmelitani Skalzi fl-istess żmien daħħlu fil-Kalendarju tagħhom il-festa talPatroċinju ta’ San Ġużepp fit-tielet Ħadd tal-Għid. Il-Papa Piju IX fl-1847 ordna li din il-liturġija tiġi ċċelebrata fil-Knisja kollha.
Meta saret ir-Riforma tal-Konċilju Vatikan II, spiċċat il-festa tal-Patroċinju ta’ San Ġużepp mill-Kalendarju Liturġiku Ruman iżda l-Karmelitani kellhom il-permess biex fid-19 ta’ Marzu jiċċelebraw lil San Ġużepp b’dan it-titlu: San Ġużepp, Għarus tal-Verġni Marija u Protettur tal-Ordni Tagħna. Fil-Karmelu l-qima lejn San Ġużepp insibuha ukoll f’xi devozzjonijiet partikolari. Hawnhekk ħa nsemmu x’kienu dawn. Ġeneralment malli tidħol f’xi kunvent Karmelitan ħdejn il-bieb kellek issib ix-xbieha ta’ San Ġużepp iħares iddar u l-familja reliġjuża ta’ Marija. Ir-Ritwal Karmelitan li kien użat qabel il-Konċilju Vatikan II kien fih r-rit tat-tberik tal-kuruna tar-rużarju ta’ San Ġużepp. Dan ir-Rużarju magħmul minn disa’ misteri, maqsumin fi tliet partijiet li jfakkru: 1. it-Tnissil ta’ Ġesù, 2. id-Dehra tal-Anġlu lil Ġużeppi, 3. it-Twelid ta’ Ġesù, 4. il-Preżentazzjoni fit-Tempju, 5. il-Ħarba lejn l-Eġittu, 6. is-Sejba ta’ Ġesù fit-Tempju
7. il-Ħajja Moħbija f’Nażaret 8. il-Mewt ta’ Ġużeppi 9. id-Daħla ta’ Ġużeppi fis-sema
Kien hemm ukoll ir-rit tat-tberik taċ-ċurkett f’ġieħ San Ġużepp, li kien jintlibes mhux biss b’turija ta’ devozzjoni lejn San Ġużepp, imma wkoll bħala sinjal tar-rabta ta’ min jilbsu ma’ Ġesù u Marija, kif ukoll tal-qadi lilhom fuq l-eżempju ta’ San Ġużepp.
Festa Madonna tal-Karmnu
Bosta kienu l-qaddisin u l-Beati Karmelitani li xerdu d-devozzjoni lejn San Ġużepp fosthom Santa Tereża ta’ Ġesù li għażlet lil San Ġużepp biex ikun l-avukat u l-patrun tagħha. Tant hu hekk li minn 17-il monasteru li waqqfet, 12 minnhom iddedikathom lil San Ġużepp. Insibu li Santa Tereża tal-Bambin Ġesù kellha d-drawwa li titlob lil San Ġużepp bħala l-protettur talverġni, sabiex jgħasses fuqha u jħarisha millperikli tar-ruħ. Dan nafuh mill-ktieb tagħha Storja ta’ Ruħ. Ta’ min jgħid ukoll li meta fetaħ il-Konċilju Vatikan II, il-Papa San Ġwanni XXIII, ħalla ċ-Ċurkett tas-Sajjied f’idejn ix-xbieha ta’ San Ġużepp li kienet meqjuma fil-Katidral ta’ Kalisz ġewwa l-Polonja. Wara iktar minn erbgħin sena, Papa San Ġwanni Pawlu II, li kien Terzjarju Karmelitan, fuq l-eżempju talpredeċesur tiegħu, nhar id-19 ta’ Marzu 2004, ħalla ċ-Ċurkett tas-Sajjied f’idejn ix-xbieha ta’ San Ġużepp meqjum fil-Knisja Karmelitana ta’ Wadowice fil-Polonja. Dan għamlu biex juri u jħeġġeġ lill-Karmelitani biex jikkontemplaw lil San Ġużepp bħala l-mudell perfett tal-ħajja intima ma’ Ġesù u Marija kif ukoll biex iżommuh bħala l-Patrun tal-ħajja tat-talb ġewwieni u talħajja ta’ qadi bla heda lejn l-aħwa.
Hekk ukoll insibu li matul is-sekli kienu bosta l-Karmelitani li studjaw u għamlu studju teoloġiku profond dwar San Ġużepp fosthom Rafel il-Bavariż u t-Teologu Andrea Horuken. Fi żminijietna, sa mill-1947, il-Karmelitani Skalzi fi Spanja wkoll ippublikaw rivista xjentifika Estudos Josefinos li ħeġġet ir-riċerka teoloġika u pastorali marbuta ma’ San Ġużepp. Nitolbu lil San Ġużepp għall-persuni kkonsagrati biex dejjem iħarsu lejh bħalha dak li jgħinhom fil-vokazzjoni tagħhom, kif ukoll għall-familji kollha tagħna biex jieqaf magħhom fil-problemi li huma jkollhom.
Valletta 2017
149
Devozzjoni lejn il-Passjoni ta’ Sidna Ġesù Kristu fl-Oratorju ta’ Ġesù Nazzarenu Dr Mark Aguis
L-Oratorju tal-Fratellanza tal-Madonna talKarmnu jew kif inhu magħruf aħjar ta’ Ġesù Nazzarenu, apparti bosta opri tal-arti għandu żewġ busti mill-isbaħ ta’ Marija Addolorata u Ġesù Nazzarenu, liebes it-tunika ħamra, billabtu b’salib aħmar u blu, b’idejh marbutin, imlibbes il-kuruna tax-xewk u b’ħarsa mill-iktar devota. Din l-ikonografija hija pjuttost komuni għall-gżejjer Maltin, bħalma nsibu fil-Knisja Dumnikana ġewwa Tas-Sliema. Fi Spanja din l-ikonografija hija magħrufa bħala “Jesu Cautivo” u hemm Konfraternità importanti ħafna ta’ Ġesù Nazzarenu ġewwa Sevilja fi Spanja li torganizza l-purċissjoni tal-Ġimgħa l-Kbira ta’
kull sena. Il-Labtu li nsibu f’din l-ikonografija huwa dak tal-ordni Trinitarja, li hija ordni reliġjuża li l-iskop oriġinali kien li tifdi u teħles lill-priġunieri li jkunu ġew maqbuda. Għalhekk din l-ikonografija tal-Labtu tal-Ordni Trinitarja għandha rabta u devozzjoni speċjali lejn Ġesù maqbud “priġunier” waqt il-Passjoni. Dan il-bust ta’ Ġesù Nazzarenu, kellu venerazzjoni qawwija f’dan l-Oratorju fil-passat. Ħafna drabi huwa armat fuq l-artal prinċipali eżatt taħt l-istatwa tal-Madonna tal-Karmnu. Din is-sena erġajna bdejna niċċelebraw il-festa ta’ Ġesù Nazzarenu nhar it-tielet ġimgħa tar-Randan kif kien isir fl-imgħoddi. F’dan l-oratorju nsibu
Iż-żewġ bustijiet ta’ Marija Addolorata u Ġesù Nazzarenu li nsibu fl-Oratorju. Xogħol fil-Kartapesta ta’ Karlu Darmanin.
150
Festa Madonna tal-Karmnu
Valletta 2017
Pitturi tal-Passjoni ta’ Sidna Ġesù Kristu mogħtija fi żmien il-Kavallieri. Dawn il-pitturi llum jinsabu fil-Kunvent.
ukoll pittura ex-voto li turi lil Ġesù Nazzarenu qed isalva mara li kienet waqgħet diversi sulari fl-1905. Aktarx kien hemm bosta iktar exvoti tal-fidda f’dan l-Oratorju li ġew meqruda waqt il-pesta tal-1814. Aktarx dawn l-ex-voti kienu ġew mogħtija lill-Oratorju wara grazzji maqlugħa bl-interċessjoni ta’ Ġesù Nazzarenu u Marija Santissima.
L-Indulġenza li ngħatat lil kull min jitlob quddiem din ix-xbieha ta’ Ġesù Nazzarenu mogħtija minn Carmelo Conte Scicluna Isqof ta’ Malta f’Marzu 1876 hija xhieda oħra taddevozzjoni qawwija li kien igawdi dan il-bust.
Il-Bust ta’ Marija Addolorata li hija pariġġ dik ta’ Ġesù Nazzarenu ukoll tgawdi devozzjoni kbira b’mod speċjali fil-ġimgħa qabel il-Ġimgħa Mqaddsa. Aktarx dawn iż-żewġ busti huma xogħol tal-artist bravu Karlu Darmanin u huma xogħol fil-Kartapesta. Karlu Darmanin kien imwieled fl-Isla fl-1825 u miet fl-età ta’ 84 sena fl-1909. Jidher li d-devozzjoni f’dan l-Oratorju lejn ilPassjoni ta’ Sidna Ġesù Kristu tmur lura anke lejn żmien il-Kavallieri f’Malta, ferm qabel Festa Madonna tal-Karmnu
ma sar dawn iż-żewġ busti. Skont Giovanni Bonello, Fra Enrico Savona offra pittura li turi lil Ġesù jitlob fl-Ort tal-Ġetsemani u oħra talBewsa ta’ Ġuda, filwaqt li Saverio Barolo ta’ tliet pitturi li juru Kristu marbut mal-Kolonna, ilKurċifissjoni, u id-Duluri.
Gabriele Henin kien offra l-pittura ta’ Ġesù qed jiġi inkurunat bix-xewk, xogħol il-pittur famuż Gian-Nikola Buhagiar. Il-pittura ta’ Ġesù mgħobbi bis-salib kienet donazzjoni ta’ Fra Alfonso Pace. Din id-devozzjoni lejn il-Passjoni kulma tmur kompliet tikber sakemm saru dawn iż-żewġ busti li semmejna iktar ’il fuq. Valletta 2017
151
Min irreklama
Alsons...............................................................................96 Anglo Maltese League...............................................25 Anthony Preca..............................................................53 Barber King by Noel................................................123 Best Print Co. Ltd.....................................................122 Borg & Aquilina Limited.......................inside front BOV...................................................................................62 C. Camilleri & Sons Ltd..........................................123 Cadena Restaurant.....................................................58 Café Leone......................................................................44 Casa Ellul........................................................................40 Centro Bagno................................................................44 City Lounge Steakhouse...........................................59 Cockney’s Bar & Restaurant...................................87 Costa Coffee...................................................................58 Croce Bonaci .............................................................140 D’Office bistro................................................................. 8 De Robertis....................................................................31 Dolceria Barigozzi...................................................144 Dolceria Clyde............................................................126 E. Theuma & Company Ltd..................................104 Eat me I’m famous........................................................ 9 Eddie’s Café Regina....................................................84 Ella’s Mini Market.......................................................30 Emow Bakery................................................................53 F. Zammit & Sons.........................................................44 Fawkner Store..............................................................40 Floreal..............................................................................87 Food Box.........................................................................28 Francis Ellul...................................................................34 Frans – All Seasons..................................................124 Fredu Degiorgio...........................................................53 Gasan Mamo Insurance Ltd...................................... 4 George Zammit & Sons.............................................26 Ħamrun Kiosk............................................................123 HSBC.................................................................................94 Hypnos Vitafoam.........................................................17 Il-Kapitali........................................................................95 J.L.S. Stoneworks.........................................................96 K&Co Limited................................................................68 Kantina............................................................................11 152
Festa Madonna tal-Karmnu
King Shoe Shops..........................................................69 L’Angolo Souvenir Shop............................................26 Lancet Salon..................................................................28 Le 3 Sorelle....................................................................53 Little Paws Pet Shop...............................................120 Lombard Bank Malta p.l.c.....................................141 Lourdes Opticians.....................................inside back Luciano.........................................................................112 Maltese Mama Restaurant....................................140 Mandraggio...................................................................... 9 Mario Carabott Ltd..................................................119 Micallef Joe Travel.......................................................31 Miceli Store....................................................................33 Mrs. Jones.......................................................................86 Neriku Catering.........................................................126 Palazzo Preca Restaurant........................................16 Papannis......................................................................112 Petrolea........................................................................117 Photocity.........................................................................71 Pizza Pritt.......................................................................16 R. Zampa......................................................................112 Radio City.......................................................................31 Rampila............................................................................. 8 Ranieri.............................................................................26 Rubino Confectionery............................................104 San Giovanni..................................................................30 San Paolo Naufrago.................................................120 Scoglitti............................................................................86 Sicilia Bar & Restaurant............................................. 9 Soap Box.........................................................................28 Sphinx Pastizzeria...................................................140 Str.Eat Café.....................................................................90 Tal-Ħwawar...................................................................71 Tango................................................................................34 The Albion Stores........................................................96 Trafalgar..........................................................................30 Uptown Store................................................................83 Valletta 2018................................................................... 5 Vigo...................................................................................28 Wembley’s...................................................................104
Valletta 2017
Attivitajiet tas-Sena 2016 – 2017 1 ta’ Lulju: Jiżżanżan Umbrellun ġdid maħdum minn Lawrence Caruana
9 ta’ Lulju: Kunċert imtella’ mill-Valletta Ensemble u l-Kor Vocem organizzat mill-Fratellanza tal-Madonna tal-Karmnu
Festa Madonna tal-Karmnu
Valletta 2017
153
7 ta’ Awwissu: Il-Komunità tal-Karmelitani tal-Belt flimkien mat-Tintinnablu u l-Umbrellun ħadu sehem fil-Purċissjoni ta’ San Duminku fl-okkażjoni tal-200 sena minn meta l-Parroċċa tal-Porto Salvo saret Bażilika
154
Festa Madonna tal-Karmnu
Valletta 2017
23 ta’ Settembru: Healing Service mmexxi minn Dr John Bonnici Mallia
14 ta’ Novembru: Pellegrinaġġ fis-Sena tal-Ħniena fil-Parroċċa tal-Isla
Festa Madonna tal-Karmnu
Valletta 2017
155
Attivitajiet fil-Ġranet tal-Milied
7 ta’ Jannar: Funeral ta’ Hans Tisch Rettur tal-Arċikonfraternità ta’ San Ġuzepp
156
Festa Madonna tal-Karmnu
Valletta 2017
5 ta’ April: Patri Feliċjan Bezzina – 60 Sena Saċerdot
Festa Madonna tal-Karmnu
Valletta 2017
157
Attivitajiet fil-Għid
158
Festa Madonna tal-Karmnu
Valletta 2017
29 ta’ April: Ħatra ta’ Rettur Ġdid għall-Arċikonfraternità ta’ San Ġużepp is-Sur Joe Cioffi
25 ta’ Mejju: Għeluq tas-Sena Ċentinarja tal-450 sena mit-twelid ta’ Santa Marija Maddalena de Pazzi O.Carm
Festa Madonna tal-Karmnu
Valletta 2017
159
14 ta’ Ġunju: Pellegrinaġġ bir-relikwa Insinji tal-Martirju ta’ San Pawl mill-Kon-Katidral ta’ San Ġwann għas-Santwarju
160
Festa Madonna tal-Karmnu
Valletta 2017