i
Programm tal Festi Solenni
Programm tal-Festi Solenni Madonna tal-Karmnu Valletta 2018
VALLETTA
Madonna tal-Karmnu 2018
Pic ck a Flavour. Take a Minute.
Various exquisit te flavour rs to suit t yo our tas ste! Fr Fr ru uit t Inf In In nf fusi us o us on ns
Bl la ack Te Tea T ea
Oriental Spices O Colada
Almond Cream
Honey & Lemon
He Her H e er rba bal bal al Inf n usions o s on
English Breakfast
Earl Grey Camomile
Orange & Vanilla
Gre reen Tea ree
Peach
Dream of Fruit
Peach
Mint
Strawberry Yogurt & Cream
Green Tea
Lemon
Fennel
Il-Belt Kapitali tal-Kultura Ewropea – Valletta 2018 tilqagħkom għall-Festi Solenni f’ġieħ
il-Verġni Marija, l-Omm u Ġmiel tal-Karmelu, f’għeluq is-600 sena ta’ preżenza Karmelitana fil-Gżejjer Maltin, bejn l-1 u s-16 ta’ Lulju 2018
Werrej
Ritratt tal-Qoxra ta’ Quddiem: Il-Paviment tas-Santwarju, xogħol mill-isbaħ fl-irħam li sar matul din is-sena
Ritratt tal-Qoxra ta’ Wara: Wieħed mis-slaleb tal-konsagrazzjoni li qegħdin fuq il-kolonni tal-irħam madwar is-Santwarju Dan il-Ktieb huwa maħruġ millKomunità Karmelitana u l-Għaqda Festa Madonna tal-Karmnu - Valletta Bord Editorjali: P. Alex Scerri O. Carm, Christian Pace, Ryan Catania, Julian Vassallo, Carmel Pace Reklami: Christian Pace, Ryan Catania, Carmel Pace Qari tal-Provi: Carl Farrugia u Christian Pace Ritratti: Mark Micallef Perconte, George Farrugia, Christian Pace, Carl Farrugia, Mario Calleja, Melvin Bugeja u Fr. Victor Paul Farrugia O.Carm. Ħajr lil John Farrugia għax-xogħol li għamel għall-permessi tal-Festa Website: www.karmelitanivalletta.org Facebook: Festa Madonna tal-Karmnu - Valletta Carmelite Priory - Valletta Issettjat u stampat:
Best Print Co. Ltd.
Żurrieq Road, Qrendi Tel: 21 680 789
2
Messaġġ mill-Provinċjal.................................................................................................. 3 Messaġġ mill-Pirjol............................................................................................................ 7 Festi Speċjali......................................................................................................................... 9 Messaġġ mis-Sindku.......................................................................................................16 Apprezzament lil Winston Zammit..........................................................................21 Il-Madonna tal-Karmnu fil-festa Vallettana tagħha...........................................24 Il-Papa San Ġwanni Pawlu II.......................................................................................27 600 sena ta’ preżenza Karmelitana f’Malta (1418 – 2018)...........................30 Karmelitan magħruf Malti............................................................................................32 Kif ikkontribwiet Malta matul iż-żmien biex issalva s-siti ewlenin tal-Karmelu madwar id-Dinja?...............................................................................33 Mera tal-Qdusija u titli oħra mogħtija lill-Verġni Mqaddsa Marija fil-Litanija..........................................................................................................40 Il-Papa Ljun XIII u r-rabta singulari mal-Bażilika Karmelitana...................47 Qaddisin fit-Toroq tal-Belt – 2....................................................................................56 Il-Fided tal-Knisja tal-Madonna tal-Karmnu tal-Belt Valletta.......................61 Il-Vara tal-Madonna tal-Karmnu tal-Belt Valletta u dik tal-Madonna tar-Rużarju f’Ħal Balzan xi elementi komuni.......................73 Paviment Ġdid fil-Bażilika tal-Madonna tal-Karmnu.......................................84 Programm tal-Festi Solenni 2018.............................................................................89 Concert Programme........................................................................................................97 Il-Kult lejn l-Anġlu Kustodju fil-Bażilika tal-Madonna tal-Karmnu fil-Belt Valletta............................................................................................................100 L-Għaqda Festa Madonna tal-Karmnu,Valletta – Ħidma ta’ Sena.............104 Sena Ħidma bla waqfien............................................................................................108 Il-Kolonni tal-irħam tas-Santwarju.......................................................................112 Is-Sorijiet Karmelitani f’Għawdex.........................................................................114 Devozzjoni lejn La Madonna del Carmelo mill-Kursari Maltin f’nofs is-seklu tmintax............................................................................................116 Min kien Cesare Passalaqua?...................................................................................119 L-Istorja tal-Erbgħat tal-Udjenza...........................................................................127 San Ġużepp fl-Ispiritwalità Karmelitana............................................................137 Sittin sena mit-tqegħid tal-ewwel ġebla tas-Santwarju...............................144 Relikwi midfuna taħt it-Tribuna: Bijografija tal-Qaddisin Spanjoli.........153 Id-Dedikazzjoni Solenni tas-Santwarju-Bażilika tal-Madonna tal-Karmnu tal-Belt Valletta.................................................................................162 Il-Festa l-Kbira................................................................................................................178 Diskors tal-Konsagrazzjoni.......................................................................................182 Attivitajiet tas-Sena 2017-2018..............................................................................184 L-omelija tal-Arċisqof Charles J. Scicluna...........................................................185 Il-Ħajja fis-Santwarju...................................................................................................187 Santwarju Bażilika Madonna tal-Karmnu..........................................................189 Il-Karmelitan...................................................................................................................190 Flos Carmeli.....................................................................................................................191 Il-Koppla Karmelitana.................................................................................................192 Lill-Madonna tal-Karmnu..........................................................................................193 Għanjet it-Tempju Ħaj.................................................................................................194 Min irreklama f’din il-pubblikazzjoni..................................................................196
Festa Madonna tal-Karmnu
VALLETTA 2018
Messaġġ mill-Provinċjal Patri Alexander Vella O. Carm Pirjol Provinċjali
Il-festa tal-Madonna tal-Karmnu bdiet tiġi ċċelebrata fl-Ingilterra fis-seklu 14 bħala ringrazzjament tal-Ordni lill-Patruna tiegħu għal dak kollu li għamlet miegħu fl-ewwel żminijiet sa ma ġie aċċettat definittivament fil-Knisja bl-identità partikulari tiegħu li tinkludi l-karattru Marjan tiegħu. Fit-talba ewlenija tal-festa għadna sal-lum nindirizzaw lil Alla bħala Dak li żejjen lill-Ordni tal-Karmelu bit-titlu waħdieni tal-Imqaddsa Verġni Marija Omm Alla, titlu li fl-ewwel żminijiet tal-Ordni kien jagħti fastidju lil ħafna nies, imma li l-Papiet dejjem approvaw.
Għalina l-Karmelitani Maltin il-festa tal-Madonna tal-Karmnu din is-sena għandha karattru speċjali ta’ ringrazzjament. Qegħdin niċċelebraw sitt mitt sena ta’ preżenza kontinwa f’Malta. Hawn ukoll, bħal fuq l-għolja tal-Karmel, l-Ordni twieled madwar knisja ddedikata lill-Madonna, il-knisja tal-Lunzjata fixXagħra ta’ San Anard fir-Rabat. Kienet il-Verġni Marija, li bħala Omm u Patruna, wellditna u mxiet magħna pass pass mill-1418 sal-lum. Kulma aħna, kulma għandna, kulma nagħmlu nafuh lilha. Minnaħa tagħna żgur li matul dawn is-sitt mitt sena ddistingwejna ruħna fil-gżejjer Maltin bħala Ordni Marjan. Mill-ewwel kunvent tal-Lunzjata għall-Belt Valletta u minn hemm għal kull rokna ta’ Malta u Għawdex id-devozzjoni Marjana-Karmelitana xxettlet u xterrdet. Hi devozzjoni li tesprimi ruħha
bl-ilbies tal-labtu, il-libsa tal-Ordni, il-libsa ta’ Marija. Hi devozzjoni sempliċi u popolari, imma b’għeruq profondi.
Il-labtu tal-Madonna tal-Karmnu jfakkarna fil-libsa tal-grazzja li rċevejna fil-magħmudija, meta nżajna l-bniedem il-qadim u lbisna l-bniedem il-ġdid imsawwar fuq Kristu. Marija, l-Immakulata, kienet l-ewwel waħda li libset din il-libsa u żammitha bla mittiefsa sa ma libset il-libsa tal-glorja filĠenna. Hi, bħala Omm il-Knisja, Omm id-dixxipli ta’ Binha, ġiet imsieħba b’mod uniku fil-ħidma tal-Ispirtu s-Santu li jlibbisna lil Kristu, li jsawwarna fuqu. Il-libsa tagħha hi għalina sinjal ta’ dak li hi tagħmel fina. Min-naħa tagħna, aħna u nilbsuha, nimpenjaw ruħna li nintelqu f’idejha, nafdaw lilna nfusna lilha, biex tmexxina aħna u nixxabtu mattelgħa li twassalna għand Alla. Marija timxi magħna bħala Oħtna u tmexxina bħala Omm u Għalliema tagħna. Bit-talb tagħha tidħol għalina quddiem Alla biex inkomplu nissaffew ħalli ningħaqdu miegħu. Dan tagħmlu mhux biss sakemm qegħdin f’din ilħajja, imma wara mewtna wkoll. Aħna u nirringrazzjawha ta’ dak kollu li għamlet u għadha tagħmel ma’ din il-familja kkonsagrata lilha, f’din is-sena speċjali rridu nġeddu l-impenn tagħna li nkunu tassew Marjani, ikkonsagrati lilha, biex nimxu wara Kristu f’ħajja tixbah lil tagħha.
Festa Madonna tal-Karmnu
VALLETTA 2018
3
Il-bank tiegħek fil-qalb tal-komunità L-HSBC huwa l-bank li jinsab fil-qalba tal-komunità tiegħek. B’għarfien internazzjonali u esperjenza lokali, aħna nistgħu ngħinuk tieħu ħsieb aħjar il-finanzi tiegħek. Il-fergħat tagħna huma miftuħin kuljum f’diversi lokalitajiet madwar Malta u Għawdex, b’xi wħud mill-fergħat joffru wkoll servizz ta’ filgħaxija. Għalhekk ejja żurna u flimkien niddiskutu l-bżonnijiet bankarji tiegħek. L-impjegati tagħna, kollha mħarrġa fil-customer service u mmexxija minn branch manager b’esperjenza kbira fil-qasam bankarju jinsabu ħerqana biex ikunu ta’ servizz għalik.
ĊEMPEL 2380 2380 ŻUR hsbc.com.mt MUR fl-eqreb fergħa
Together we thrive Approvat u maħruġ mill-HSBC Bank Malta p.l.c. 116, Triq l-Arċisqof, Valletta VLT1444. 100552 – 02/2018
SICILIA BAR & RESTAURANT Prop. Anthony Vella
1a, St John Street, Valletta
Tel: 2124 0569 • Fax: 2168 9766
21/22 T Merchants Street Valletta Telephone
2123 6212
Luxury living couldn’t get any better at CASA ELLUL - Valletta’s intimate Boutique Hotel. Situated a stone throw away from the Carmelitan Church in Old Theatre Street, CASA ELLUL gives Valletta’s magic a high end and echoes the grandeur of long gone times, when the City was full of life and charm. The stunning CASA ELLUL is a magnificent celebration of a marriage between the past and the future when it comes to style, architecture, design and decor. Every little item within this extraordinary quarter has been individually selected to promote perfection - prestigious local and global antiques individually selected from world renowned Parisian markets. Attention to detail and comfort at your finger tips - this magnificent palazzo has it all. CASA ELLUL is the Ellul brothers’ new venture, an undertaking which has brought them a long way from their established niche in Wines and Spirits. Undoubtedly this is a gem not only for them, but for Valletta. This palazzo proudly hosts eight personalized suites, many of which adorn the magnificent court yard.The decor has been uniquely designed by architect Chris Briffa from thoughtful approaches that fluently integrate space and function into a haven of personal luxury, intended to provide its guests with all that they might require for their city escapade. For more information on CASA ELLUL Visit: www.casaellul.com or join us on facebook: CASA ELLUL or contact us on info@casaellul.com
6
Festa Madonna tal-Karmnu
VALLETTA 2018
Messaġġ mill-Pirjol Patri Alex M. Scerri O. Carm
Pirjol u Rettur tas-Santwarju Bażilika
Għeżież Karmelitani,
Is-sena 2018 żgur u persważ li se tibqa’ mnaqqxa fl-istorja tasSantwarju Bażilika tagħna. Kienu diversi l-ġrajjiet u s-snin li sawru l-istorja tal-Karmelitani fil-Belt Valletta, biżżejjed insemmu s-sena 1570 meta rifsu għall-ewwel darba fuq din l-Għolja ta’ Xiberras, l-Aħwa tal-Verġni Marija talKarmnu, biżżejjed insemmu wkoll l-1881 meta għall-ewwel darba fl-istorja ta’ gżiritna missirijietna raw ix-xbiha għażiża tal-Madonna tal-Karmnu tiġi inkurunata solennement, biżżejjed insemmu wkoll l-1895 meta l-knisja ġiet mogħnija bid-dinjità ta’ Bażilika Minuri.
Is-sena 2018 però żgur se tibqa’ mnaqqxa mhux biss fl-istorja ta’ dan is-Santwarju imma wkoll ta’ din il-Belt Valletta li fiha qed niċċelebrawha bħala l-Kapitali Ewropea tal-Kultura. Imma żgur li l-4 ta’ April 2018 se jkun jum li kull Karmelitan se jibqa’ jġorr f’qalbu l-memorja ta’ dik il-ġrajja unika u storika meta dan it-tempju maestuż ġie KKONSAGRAT kollu kemm hu lil Alla l-Imbierek għal qima tal-Verġni Marija. Jum il-konsagrazzjoni ta’ dan it-Tempju kien verament jum storiku u memorabbli, iżda fil-qalb tagħna jrid dejjem ifakkarna f’dak li l-fidi tagħna
tgħallimna fuqna l-insara, li aħna t-Tempju Ħaj ta’ Alla! Aħna l-Ġisem mistiku ta’ Kristu, aħna t-Tempju tal-Ispirtu s-Santu.
Is-Santwarju Bażilika tagħna armajnieh bl-isbaħ u bl-aqwa opri tal-arti: pitturi, fidded, deheb, skultura, irħam eċċ. … imma l-importanti li t-tempju tagħna, li hu ġismina jkun armat ukoll blaqwa opra tal-Ispirtu s-Santu: ilQdusija!
Aħna u nżommu dan f’moħħna filwaqt li niċċelebraw kif nagħmlu kull sena l-Festa għażiża u devota tal-Madonna tal-Karmnu, ejjew f’qalbna u f’moħħna nżommu dan li aħna rridu nkunu tassew dawk li nogħġbu lil Alla bil-ħajja tagħna, fi kliemna, fl-azzjonijiet tagħna u f’dak kollu li Hu jrid minna.
Jien minn qalbi, f’ismi u f’isem il-komunità Karmelitana ta’ dan is-Santwarju, nawgura li l-festi li se nkomplu niċċelebraw din is-sena, sena li fiha qed infakkru wkoll is-600 sena ta’ preżenza Karmelitana f’pajjiżna, ikun mument li fih ninġabru madwar Ommna l-Verġni Marija, il-Fjur talKarmelu biex inħalluha tkompli tibnina f’tempju ħaj fejn verament jgħammar Alla. Nawgura lil kulħadd il-Festa t-Tajba. Viva l-Madonna tal-Karmnu.
Festa Madonna tal-Karmnu
VALLETTA 2018
7
Ranieri
Restaurant - Cafeteria
39, Republic Street, Valletta Tel: 2124 9063
L’Angolo SOUVENIR SHOP Statwi Reliġjużi Souvenir ta’ Malta Xogħol fin tal-filugranu 62, Old Teatre Street, Valletta
Bl-aqwa Prezzijiet !!!
Festi Speċjali
Patri Alex M. Scerri O. Carm Pirjol u Rettur tas-Santwarju Bażilika
Ħolma li kienet ilha ’l fuq minn 6o sena, dik li l-Bażilika tal-Karmnu fil-Belt Kapitali tagħna tkun lesta minn kull proġett, kienet ilha tberren fil-moħħ ta’ kull min hu tassew devot lejn ilMadonna tal-Karmnu. Dan għaliex, is-Santwarju li jinsab fil-qalba tal-Kapitali tagħna għadu sal-lum il-ġurnata jiġbed lejh tant u tant nies minn kull rokna tal-gżejjer tagħna biex fih isibu
l-mistrieħ ta’ ruħhom waqt li jitolbu l-għajnuna materna tal-Verġni Marija.
Kienet ukoll xewqa tagħna l-patrijiet Karmelitani li jmexxu dan is-Santwarju, li għal din is-sena speċjali għalina, dan seta’ jsir realtà minn kull att. Speċjali għaliex bħalma kulħadd jaf din is-sena l-Belt Valletta ngħatat it-titlu
Is-Santwarju bil-paviment il-ġdid imżejjen għall-festi tal-Konsagrazzjoni.
Festa Madonna tal-Karmnu
VALLETTA 2018
9
FRANS - All Seasons FOR FRUIT & VEGETABLES 116, Santa Lucia Street, Valletta (corner with Old Bakery Street)
Mob: 79065381 OPENING HOURS: Monday to Friday: 7.00am - 1.30pm / 15.30pm - 19.00pm Saturday: 7.00am - 13.00pm
231D, Republic Street, Valletta Mob: 9945 5807
164, Old Bakery Street, Valletta
Our kitchen is open all day, every day from 11.30am until 10.00pm (Fridays and Saturdays to 11.00pm). D’Office is perfect for lunch in the city, convenient to offices, shops or when visiting the wonderful sights that Valletta has to offer. Come in for a cosy dinner or just to call by at any time to relax. You can have a full meal or platter at any time of the day accompanied by a glass or two of wine from our carefully selected wine selection from Maltese and foreign vineyards.
Rampila is a unique restaurant situated in the historic bastions of Valletta, Malta’s capital city. Rampila comprises a Restaurant, a Wine Bar, a Terrace and an Exhibition. The location has a fascinating history. Designed and built by the Knights of St. John in the sixteenth century as part of the defensive bastions guarding the newly constructed city of Valletta, Rampila is now a haven for good food and wine set against a spectacular Baroque backdrop.
tal-Belt Kapitali tal-Kultura Ewropea 2018, imma speċjali għalina wkoll bħala Karmelitani għax f’din is-sena qed niċċelebraw is-600 sena ta’ preżenza Karmelitana f’Malta. Bla dubju ta’ xejn, allura, dan il-maqdes ewlieni għalina l-Karmelitani, huwa l-post minn fejn nibtet u kibret id-devozzjoni kollha lejn il-Madonna talKarmnu fi gżiritna. Għalhekk, kien ikun xieraq li jitlesta kif ukoll jiġi kkonsagrat kollu kemm hu lil Alla għall-qima tal-Verġni Marija tal-Karmnu. L-aħħar proġett li permezz tiegħu din il-binja ġiet kompluta kien propju dak tal-paviment talirħam ta’ din il-Bażilika. Dan il-paviment huwa kbir 650 metru kwadru u allura jinvolvi ħafna spejjeż kif ukoll studju profond ta’ kif seta’ jiġi varat dan il-proġett. Kollox beda meta daqs 5 snin ilu ġejt avviċinat mid-Ditta ta’ Franceso Fenech tal-Mosta biex naraw dan huwiex possibbli. Għall-ewwel, inkun sinċier kont inħossni naqta’ qalbi u mhux l-ewwel darba kont ngħid li dan jispiċċa ma jsir qatt! Imma kif ngħidu where there is a will there is a way! U din it-triq illum waslitna biex naraw din il-ħolma titlesta u ssir realtà!
Ix-xogħol fuq il-paviment beda fl-aħħar ta’ Awwissu 2017 meta ngħalqet il-knisja biex ikunu jistgħu jsiru xi xogħlijiet preliminarji bħalma huma l-qtugħ tat-trinek għall-pipijiet tad-dawl kif ukoll biex issir sistema ġdida ta’ sound. Wara dan beda jingħata il-membrain minħabba l-umdità kif ukoll ingħatat kisja ta’ siment u ramel imħallat bil-kolla li kienet se servi bħala sodda għall-irħam. Għal nofs Ottubru mbagħad bdew jaslu l-kaxxi bl-irħam maqtugħ lest u ppakkjat mill-Koperattiva Lagomarsini di Carrara fl-Italja li f’idejha ġie afdat dan ilproġett ambizzjuż. Tajjeb insemmu li din l-istess Koperattiva kienet ħadet ħsieb ukoll il-paviment tal-presbiterju li kien sar fl-2007. Wara dan imbagħad nhar il-Ħadd 26 ta’ Novembru 2017, Festa Liturġika ta’ Kristu Sultan tal-Ħolqien kollu tpoġġiet u tbierket l-ewwel biċċa rħama ta’ dan il-proġett, dik li hija il-parti ċentrali, blarma bażilikali u eżatt taħt, l-arma tal-Ordni Karmelitan, taħt il-muntanja indifnet skrizzjoni biex tfakkar din il-ġrajja. Ir-ritmu tax-xogħol li bih kienu jaħdmu ilħaddiema Taljani flimkien mal-ħaddiema ta’
12
Festa Madonna tal-Karmnu
VALLETTA 2018
Francesco Fenech kien wieħed eċċezzjonali tant li f’qasir żmien stajna naraw biċċa sewwa tal-paviment impoġġi. Il-proġett twaħħal kollu lejn l-aħħar ta’ Jannar bidu ta’ Frar 2018 meta mbagħad beda l-għorik tiegħu. Huwa tlesta eżattament nhar il-5 ta’ Marzu 2018. Wara dan, inbeda x-xogħol tat-tindif kemm tal-iskultura kif ukoll tal-knisja kollha biex din tkun tista’ terġa’ tiġi użata. Sadanittant, kienu qed isiru wkoll tentattivi biex naraw x’possibbiltà hemm biex ladarba dan il-proġett jitlesta nkunu nistgħu nagħmlu l-festa tal-Konsagrazzjoni Solenni ta’ dan it-Tempju. Għamilna t-talba uffiċjali lis-superjuri tagħna u tlabna lil Mons. Arċisqof li min-naħa tiegħu laqa’ bil-ferħ it-talba tagħna. Kollox kien ippjanant li l-knisja tiġi kkonsagrata nhar l-Ewwel Erbgħa tal-Udjenza tal-Madonna tal-Karmnu li kien nhar l-4 ta’ April 2018. Għalhekk, kulħadd, kemm aħna l-komunità kif ukoll il-voluntiera tagħna konna qed nagħmlu mill-aħjar li nistgħu biex naraw li nkunu lesti għal din il-ġrajja.
Il-ġrajja tal-konsagrazzjoni ġiet iċċelebrata kif ippjanat nhar l-4 ta’ April 2018. It-Tnejn ta’ qabel jiġifieri t-2 ta’ April ġie inawgurat il-paviment ilġdid mill-Wisq Rev.du Provinċjal Patri Alexander Vella O. Carm. Dakinhar il-ħolma kienet saret verament realtà għax infetħu mill-ġdid il-bibien tal-Bażilika biex fiha jiġu ċċelebrati l-misteri qaddisa, issa mhux aktar fuq l-art tal-konkos imma fuq paviment sabiħ tal-irħam kif jixraq lid-Dar ta’ Alla u t-Tron tal-Verġni Marija talKarmnu. L-għada tal-inawgurazzjoni tal-paviment saret Ċelebrazzjoni sinifikattiva ħafna li bdiet millParroċċa ta’ San Duminku bil-quddiesa ċelebrata mill-Kappillan flimkien mal-komunitajiet Dumnikani u Karmelitani. Tajjeb ngħidu li s-Santwarju tal-Karmnu jaqa’ taħt it-territorju ta’ din il-Parroċċa Ewlenija fil-Belt Kapitali, dik tal-Portu Salvu u San Duminku, allura kien bixxieraq li l-Funzjoni tat-Transulazzjoni Solenni tar-Relikwi tal-Martri Karmelitani Spanjoli tas-seklu 20 tibda propju minn din il-Bażilika Dumnikana.
Kienet funzjoni tassew sabiħa li fiha mxejna u wassalna dawn ir-relikwi ta’ ħutna Karmelitani
Il-Pirjol Patri Alex Scerri O.Carm waqt id-dlik biż-żejt ta’ wieħed mit-tnax-il salib tal-konsagrazzjoni
martri li l-għada kienu se jindifnu taħt l-artal papali waqt ir-Riti tal-Konsagrazzjoni.
Il-ġurnata tal-4 ta’ April waslet! Minn filgħodu kmieni bdew ġejjin nies biex iżuru s-Santwarju Bażilika minħabba li dakinhar kienet ukoll l-Ewwel Erbgħa tal-Udjenza. Il-komunità Karmelitana talbet l-Uffiċċju Divin kollu b’mod solenni fil-Bażilika bit-Talb Liturġiku tas-Sigħat fit-8.30am, f’nofsinhar u talba tal-Għasar fil5.30pm. Dakinhar is-Santwarju baqa’ miftuħ ilġurnata kollha imbagħad filgħaxija bdew jaslu kemm il-mistednin distinti kif ukoll il-poplu devot li mela kull rokna tas-Santwarju, kollha jistennew biex tibda l-funzjoni Solenni talKonsagrazzjoni.
F’din il-funzjoni ħadu sehem 5 isqfijiet li huma Mons. Arċisqof ta’ Malta Charles J. Scicluna, inNunzju Appostoliku ta’ Malta Mons. Alessandro D’Errico, l-Isqof ta’ Għawdex Mons. Mario Grech, l-Arċisqof Emeritu Mons. Pawl Cremona OP, u l-Isqof Mons. Pawlu Darmanin OFM Cap. Il-Pirjol Ġenerali tal-Ordni tagħna kien rappreżentat mill-Wisq Rev. Patri Michael Farrugia O. Carm li huwa l-Prokuratur Ġenerali tal-Ordni. Il-
Provinċjal, il-Wisq Rev. Patri Alexander Vella u l-Kunsill tiegħu, flimkien mal-Pirjol Patri Alex Scerri O. Carm u l-Komunità Karmelitana, ilKappillan tal-Parroċċa ta’ San Duminku, madwar 40 konċelebrant kemm reliġjużi Karmelitani tal-Provinċja tagħna kif ukoll reliġjużi oħra u saċerdoti oħra minn madwar Malta u Għawdex.
Kienet verament xena mill-isbaħ tara dawn il-konċelebranti kollha jieħdu sehem f’din il-funzjoni unika u storika. Il-mument kien wasal, il-ħolma kienet qed issir realtà! L-Art u s-Sema ngħaqdu f’talba waħda u għat-talba Konsagratorja u d-Dlik tal-Artal u s-Slaleb talkolonni, dan it-Tempju li missirijietna bdew madwar 60 sena ilu, ġie kollu kemm hu ddedikat lil Alla għal qima tiegħu biss. Kien mument ta’ ferħ li ġie espress kull darba li ġew midluka s-slaleb tal-kolonni mill-poplu għax kien jinfexx f’ċapċipa ħierġa mill-qalb devota u minn qalb karmelitana li fl-aħħar rat dan is-Santwarju ddedikat lil Ommna Marija taħt it-titlu għażiż tal-Karmnu jiġi Konsagrat. Il-Kelma ta’ Mons. Arċisqof fl-omelija tiegħu kienet ukoll xhieda ta’ dan kif ukoll impenn biex aħna l-poplu ta’ Alla ninbnew f’Tempju ħaj fejn jgħammar Hu.
Festa Madonna tal-Karmnu
VALLETTA 2018
13
Micallef Joe Travel 93, Triq San Tumas, Ħamrun 2122 8586 / 2722 8586 • 9947 1167 - 79236754 info@micallefjoetravel.com www.micallefjoetravel.com Micallef Joe Travel
Ġiti Sajf 2018 Ġiti ta’ ġurnata lejn Sqallija fosthom xiri mis-suq ta’ Catania / Taormina / Etna Ragusa Ibla / Gole d’Alcantara u aktar
Erbat’ijiem lejn Taormina u Messina Ħamest’ijiem lejn Palermo Gruppi lejn Reggio Calabria u Polonja Tmint’ijiem għal festa ta’ Santa Marija
Dawn u aktar issibuhom fil-browxer Sajf 2018
Republic Street, Valletta
Kopja tal-browxer tinġabar mill-aġenzija ĦADD MA’ JISTA’ JURIK SQALLIJA AĦJAR!
A: T: E: W:
18, St Ursola Street, Valletta, VLT 1230, Malta +356 2123 9506 M: +356 7959 4784 info@casaastimalta.com www.casaastimalta.com
A: T: E: W:
18, St Ursola Street, Valletta, VLT 1230, Malta +356 2123 9506 M: +356 7959 4784 info@casaastimalta.com www.casaastimalta.com
DESIGN PRINTING CREATIVITY
5 9, Ż U R R I E Q R O A D 2168 0789 · 2164 9012
I
·
QRENDI
9949 9084 · 9925 9084
I
·
QRD 1814
bestprintqrendi@gmail.com
Messaġġ mis-Sindku Profs. Alexei Dingli
Għeżież ħbieb,
Huwa ta’ pjaċir tiegħi li għal darba oħra ġejt mistieden mill-Bord Editorjali sabiex nikteb kelmtejn għall-festa tal-Madonna tal-Karmnu. Festa importanti bi tradizzjoni qawwija ħafna fejn madwar is-seklu tlieta, dawk kollha li kienu ddedikaw ħajjithom lejn Kristu kienu jilbsu ilbies li jiddistingwixxihom mill-bqija tan-nies. Dan l-ilbies kien għalihom sinjal li huma mhumiex aktar tad-dinja imma ta’ Kristu. Illabtu kien parti minn dan l-ilbies użat minn ħafna Ordnijiet reliġjużi. U għalhekk, nistqarr li nħossha xi ħaġa sabiħa ħafna li fil-belt tagħna għandna grupp ta’ nies li jilbsu l-labtu sabiex jixhdu l-identità u l-valuri tagħhom.
Il-Kunsill Lokali apprezza ferm ix-xogħol li għamel il-Pirjol u sħabu sabiex ikomplu jsebbħu din il-Bażilika tant għal qalb il-Beltin. Kien għalhekk li ppruvajna ngħinu kemm nistgħu. Dan permezz tat-tindif tal-Bażilika bħala parti mill-proġett ta’ pavimentar ġdid. Kif ukoll permezz ta’ Kunċert li l-Kunsill organizza f’din il-Bażilika propju sabiex flimkien niċċelebraw dan l-avveniment tant importanti għall-Beltin. Nistgħu ngħidu li dan il-pavimentar kompla jsebbaħ il-Belt Kapitali tagħna u għalhekk ninsabu midjunin lejn il-Karmelitani.
16
Festa Madonna tal-Karmnu
VALLETTA 2018
Qegħdin ukoll nitkellmu mal-għaqdiet sabiex naraw kif nistgħu naħdmu aktar flimkien u fittul. Dan bil-għan li nkomplu insaħħu l-għaqdiet Beltin.
Kif tafu, il-Kunsill Lokali tal-Belt Valletta rnexxielu wkoll iġib it-titlu ta’ Belt Kapitali Ewropea tal-Kultura fl-2018. Dan huwa unur importanti għal kull wieħed u waħda minnha. Mhux biss għax għajnejn l-Ewropa qegħdin fuqna, iżda għax hija opportunità unika fejn aħna nistgħu nagħtu lill-għażiża belt tagħna dik l-imbuttatura li jixirqilha sabiex nerġgħu narawha ħajja is-sena kollha. Dan għandu jwassal sabiex l-għaqdiet tal-festi jagħmlu aktar xogħol kulturali wkoll. Però nemmen li għandna nkunu aktar ambizzjużi u naħseb wasal iż-żmien li nelevaw aktar lill-festi grandjużi tagħna u nesponu dawn il-ġojjelli mal-Ewropa kollha. Din hija l-opportunità li se tagħtina l-Valletta 2018.
Però x-xogħol tal-Kunsill ma jiqafx hawn. Aħna kommessi li nkomplu nippromwovu l-festi tagħna u nirrappreżentaw l-interessi tagħhom f’diversi kumitati. Kien għalhekk li ftit ta’ snin ilu waqqafna l-għaqda Festi Beltin li tgħaqqad il-festi kollha tal-Belt sabiex ngħinuhom u nsaħħuwhom kemm mil-lat organizzativ kif ukoll min dak finanzjarju. Ikolli nistqar li sabiex ħloqna din l-għaqda, ħadt ħafna xogħol. Iżda llum il-ġurnata li qed nara l-frott tax-xogħol kollu
Għoti ta’ tifkira waqt il-kunċert organizzat mill-Kunsill Lokali fis-Santwarju tagħna
li għamilt f’dawn l-aħħar snin. Ninsab kburi u fiduċjuż li l-festi Beltin se jkompli jissaħħu fissnin li ġejjin. Aħna kommessi li nkomplu ngħinu kif nistgħu lill-gruppi tal-armar sabiex il-Belt tagħna tkompli tisbiħ u nesponu l-kburija talfesti glorjużi tagħna. Għalhekk fix-xhur li ġejjin se jkunu qegħdin inħabbru inizjattiva ġdida sabiex inkomplu ngħinu lil dawn il-festi u lillvoluntiera tagħhom. Għalkemm din il-festa tiġi darba fis-sena, nemmen li m’għandniex niċċelebrawha darba
fis-sena biss. Għandna nitgħallmu u nipprattikaw it-tagħlim tal-Madonna f’ħajjitna s-sena kollha. U għaliex le, fi żmien il-festa niċċelebraw lillMadonna tal-Karmnu.
Fl-aħħar, f’isem il-Kunsill Lokali tal-Belt Valletta, nixtieq nirringrazzja lill-Pirjol Rev. Fr. Alex Scerri O.Carm ta’ kemm ħdimna flimkien matul dawn l-aħħar xhur. Nagħlaq billi nawgura festa mill-isbaħ lill-Beltin kollha u nirringrazzja b’mod speċjali l-Karmelitani tax-xogħol siewi li dejjem għamlu għall-ġid tal-Belt.
Festa Madonna tal-Karmnu
VALLETTA 2018
17
Café
-
Event Venue
-
Historical Site
A Unique Experience Let us introduce you to a taste of Britain in a unique location in the heart of Malta’s Capital
truly unique venue located in the heart of Malta’s Capital – Valletta. The Undercroft Café offers a range of home-made cakes & pastries, lunch, traditional afternoon tea, speciality coffees and drinks. The delightful setting in the Undercroft of St.Paul’s Pro Cathedral a historical Grade 1 building in the heart of Valletta which was built in 1839 funded by the Dowager Queen Adelaide. We look forward to welcoming you!
OPEN MONDAY TO SATURDAY 11.00AM till 4.00PM St. Paul’s Anglican Pro-Cathedral, Old Theatre Street, Valletta, Malta +356 99065616
info@theundercroft.com
/theundercroftcafe
www.theundercroftcafe.com
Trafalgar
Giftware & Art Gallery
22, City Gate, Valletta VLT 1010 Tel: 2123 6467 ‘Manor Complex’, Triq il-Maskli, Qawra SPB 1481 Tel: 2158 5599 Email: trafalga@maltanet.net
Tottenham Hotspur Supporters Club (under new management)
Live Football Free Apetizers 22, St Frederick Street, Valletta Tel: 27 231 192
Tel: 2123 6065 Mob: 9949 6328 / 9929 1171 Email: cockney@maltanet.net www.cockneysrestaurant.com
HYPNOS-VITAFOAM MATTRESSES HYPNOS VITAFOAM AC Calleja 334, St Paul Street, Valletta Tel: 2123 8163 Vitafoam Factory Industrial Estate, San Ä wann Tel: 2148 4992/3 Marsa Stores Tel: 2123 9817 Mob: 7923 9817
20
Festa Madonna tal-Karmnu
VALLETTA 2018
Apprezzament lil Winston Zammit Christian Pace
Matul din is-sena, proprju fit-18 ta’ Novembru 2017 għadda għal ħajja ta’ dejjem l-istoriku Winston Zammit li kellu devozzjoni speċjali lejn il-Madonna tal-Karmnu. Winston għal dawn l-aħħar snin kien ikkontribwixxa f’dan il-Programm tal-Festa permezz ta’ diversi artikli li kiteb fuq id-Devozzjoni Karmelitana madwar Malta. Dawn il-Kontribuzzjonijiet kienu:
2013 – Tas-Sliema u l-Madonna talKarmnu – L-ewwel Parti 2014 – Tas-Sliema u l-Madonna talKarmnu – It-Tieni Parti
2015 – Birkirkara u d-Devozzjoni lejn il-Madonna tal-Karmnu (16001800) - L-Ewwel Parti
2016 – Birkirkara u l-Madonna tal-Karmnu (18001899) – It-Tieni Parti
2017 – Birkirkara u l-Madonna tal-Karmnu fisseklu XX (It-Tielet parti)
Winston kien jgħallem l-Istorja u l-Istudju Soċjali f’diversi skejjel statali l-aktar fil-Boys Junior Lyceum tal-Ħamrun
Zammit iddedika parti kbira tal-ħin tiegħu għarriċerka fl-Arkivji. Bħala riżultat ta’ din ir-riċerka Zammit irnexxielu jippubblika numru ta’ kotba li xi wħud minnhom kitibhom ma’ xi kittieba oħra.
Fost dawn il-kotba nsibu tlieta minnhom li huma fuq l-istorja ta’ Tas-Sliema. Dawn huma kif ġej: TasSliema fl-Imgħoddi (1981) Tas-Sliema fis-Seklu XIX (1800) u Tas-Sliema (1901 - 1950).
Kiteb ukoll żewġ kotba dwar Birkirkara: Birkirkara fis-Seklu XIX u Birkirkara 1900-1945, u tliet kotba b’rabta mal-perjodu tal-Imblokk (1798-1800), firRabat ta’ Malta (1798-1800), flImdina (1798-1800) u l-Mexxejja Maltin fil-Kungress Malti (17991800).
Ippubblika wkoll numru ta’ papers b’rabta mal-Istorja talGvern Lokali f’Malta mill-aħħar snin tal-Kavallieri sal-lum. Kiteb ukoll mijiet ta’ artikli li dehru f’gazzetti u pubblikazzjonijiet lokali. Ħa sehem ukoll f’programmi b’rabta mal-istorja ta’ Malta, fuq stazzjonijiet lokali tat-televiżjoni u tar-radju.
Winston Zammit għamel ukoll bosta xogħol volontarju; fil-fatt mill-1983 ta l-għajnuna tiegħu lill-Uffiċċju tal-Missjoni fil-Kunvent tal-Kapuċċini l-Furjana. B’rabta ma’ dan ix-xogħol kien jikkordina l-proġett tal-Missjoni fil-Boys Junior Lyceum, ilĦamrun.
Bejn l-1993 u l-2002, kien is-Segretarju talKummissjoni Festi tal-Parroċċa tal-Madonna tasSacro Cuor, Tas-Sliema.
Festa Madonna tal-Karmnu
VALLETTA 2018
21
Silver Issue Commemorating 450th Anniversary of the City of Valletta 1566 - 2016
Lombard Bank Malta p.l.c. is issuing a limited edition silver ingot to commemorate the 450th Anniversary of the City of Valletta. The ingot is struck in 999.0 Fine Silver being practically the purest possible level of silver content. Each ingot is individually numbered and the issue is limited to a maximum of 2,000 pieces. As per images below 100 grams 999.0 Fine Silver 35mm x 60mm x 4.53mm Brilliant Uncirculated (Proof-like) 2,000 individually numbered Boxed + Certificate of Authenticity €110.00
NDIAL •
Reverse United Nations Educational, Scientific and Cultural Organization
MO
E
AG
I
N
IT
R
(actual size)
E WORLD H
Obverse
NIO MUN D
•
MO RI
L IA
PA T
Technical details: Design: Weight: Composition: Dimensions: Condition: Issue limit: Packing: Price (VAT included):
E
•
PATRIM
O
City of Valletta inscribed on the World Heritage List in 1980
For online ordering: www.maltacoins.com
Lombard Bank Malta p.l.c.
Head Office: 67 Republic Street Valletta Malta • PO Box 584 Valletta VLT 1000 Malta Tel: +356 25581117 • Fax: +356 25581151 • e-mail: mail@lombardmalta.com • www.lombardmalta.com • SWIFT Code: LBMAMTMT
Licensed to conduct Investment Services Business by the Malta Financial Services Authority • Regulated by the Malta Financial Services Authority & listed on the Malta Stock Exchange
I enclose cheque (payable to Lombard Bank Malta p.l.c.) for the amount of €_________ covering my order as follows: Name & Surname:
ID. No:
Mobile/Tel No:
Address:
Postcode:
E-mail:
Delivered to my address - please add €7.00 per order.
I will collect from the following Lombard branch: Balzan
Sliema (Tower Road)
St. Julians
Qormi (San Bastjan)
Valletta
Victoria Gozo.
Untitled-2 1
Cadena Restaurant 38, merchant Street, Valletta
Mob: 9989 7216
Il-Madonna tal-Karmnu fil-festa Vallettana tagħha Victor Scerri
Valletta, u n-nies tagħha, huma kburin b’ħafna affarijiet li jikkomponu l-istorja rikka ta’ din il-belt, denja ta’ Kapitali u tal-motto tagħha: Mill-ġentlomi għall-ġentlomi, kif inhuma kburin, ukoll bir-raġun kollu, bil-wirt reliġjuż, li l-antenati tagħna ħallew, sabiex jitgawda mis-suċċessuri tagħhom, wirt li essenzjalment u tanġibbilment għadu jitgawda kif mistħoqq. Dis-sena niċċelebraw il-VI8. X’inhi din il-V18? Xi jfissru din l-ittra kapitali ‘V’ u dawn in-numri, innumri wieħed u n-numru tmienja miegħu? It-tifsira hija sempliċi. V tfisser Valletta u n-numri wieħed u tmienja huma għan-numru tmintax, għaliex din issena, Valletta hija l-Belt Kulturali Ewropea. Mela, Valletta tmintax, ifissru dan il-ġieħ, li għandu jibqa’ mfakkar.
Inzertajna f’din is-sena ta’ dan il-ġieħ, imsawwab fuq il-kapitali ta’ pajjiżna, Valletta, fejn għal darb’oħra, il-qlub devoti Karmelitani ta’ Valletta, jinġabru qaqoċċa flimkien, ponn wieħed ta’ għaqda u mħabba, viċin is-Santwarju Bażilika ta’ Sidtna Marija tal-Karmelu, biex jiċċelebraw il-festa għażiża tal-Madonna tal-Karmnu, ħafna minnhom bil-labtu Karmelitan. Dil-festa kbira, hi ġawhra oħra fil-kuruna - Valletta. Ġawhra li taf is-snin. Valletta Tmintax se tiddawwal ukoll, b’din il-festa Marjana. U għaliex le? Toroq imżejnin. Illum aktar mit-toroq, il-qlub. Pavaljuni, bandalori, bozoz. Knisja mixgħula sabiħ. Statwa artistika tal-Madonna, bil-Bambin Ġesù f’idejha. U
24
Festa Madonna tal-Karmnu
VALLETTA 2018
bil-labtu mbierek tal-Karmelu, jperper f’id Ġesù u ommu Marija. Valletta llum imżejna, Bil-libsa tal-qdusija, Għax tal-Karmelu l-festa, Ġieħ tagħti lil Marija. Iperper il-labtu mbierek, Ma’ kull fewġa tar-riħ, Biex lil Ommna Marija, Ikompli jagħti ġieħ. Fil-belt il-kapitali T’Ewropa Nisranija, F’Valletta ‘kkonoxxuta, Infaħħru lil Marija. F’di’ l-belt kollha kultura, Għelm Ewropa mimlija, Kultura, storja, arti, Ngħajtu: ‘Viva Marija.’
Il-qima lejn il-Madonna tal-Karmnu tmur lura s-snin. F’Aylesford Sidtna Marija kienet tat il-labtu lil San Xmun Stokk. Ma tagħtulux biex tkun tagħtu xi ħaġa. Lanqas biex iħaddnu huwa biss. Tagħtulu biex ixerrdu. Biex jintlibes mill-wemmiena. Biex ikun fuq kull min jgħid illi jemmen tassew u jħobb tabilħaqq lil Marija. Dan il-labtu jagħti xita ta’ grazzji. U tajjeb illi jingħad hawnhekk, illi, l-grazzji li
qalgħet u għadha taqla’, u tkompli taqla’ u toffri u tagħti, Sidtna Marija tal-Karmelu, huma riflessi fil-bosta tiżjin, li matul is-snin, persuni minn kull klassi soċjali f’Valletta u fil-kumplament tal-ibliet u l-villaġġi madwar Malta u Għawdex, ippreżentaw u libbsu lill-istatwa devotissima tal-Madonna talKarmnu.
Valletta hija mixgħula għax hekk jixraq lil din ilbelt kapitali ta’ Malta u aktar u aktar jixraq hekk, għaliex appuntu din hija s-sena 2018, tat-tgawdija ta’ ġieħ lil din l-istess Valletta, bħala l-Belt Kulturali tal-Ewropa, u appuntu waqt li din is-sena, Valletta illuminata b’dan l-unur, mit-toroq tagħha, għaddejja l-puriċissjoni tal-festa tal-Madonna tal-Karmnu.
U l-Madonna semgħethom. Ixxuttatilhom id-dmugħ minn għajnejhom. Refgħetilhom qalbhom ’il fuq. Tat kashom. Xeħtitilhom tbissima ta’ omm. Ħarsitha sammret fuqhom. Għalhekk, waqt l-avvenimenti kbar tal-V18, Valletta tkompli tisbieħ b’din il-festa. L-istatwa tal-Madonna tal-Karmnu timxi fit-toroq tal-Belt Kapitali u Kulturali tal-Ewropa, Valletta.
Valletta ma tiftaħarx b’rix ħaddieħor. Valletta għandha biżżejjed biex tiftaħar b’rixha. Għandha ġawhriet ileqqu f’iljieli mill-isbaħ. Monumenti kbar li ma jintesewx. Fost dawn, il-Knisja Bażilika tal-Madonna tal-Karmnu. Minn din il-knisja, toħroġ aktar Marjan milli tkun dħalt. Toħroġ nisrani isħeħ. Komunità magħquda. Patrijiet ħawtiela u ta’ eżempju mill-aqwa.
Dawn id-dekorazzjonijiet ġew ippreżentati lil din l-istatwa maħbuba u devota, wara grazzji, li blinterċessjoni tal-Madonna tal-Karmnu, qalgħu diversi persuni, minn kull strata fis-soċjetà, li ntelqu f’riġlejn Marija, bid-dmugħ f’għajnejhom, b’qalbhom maqsuma, imma b’fidi li xejn u ħadd ma jbattiha, u anzjużi talbu fuq li talbu, lil din l-Omm sabiħa u ħanina.
Timxi fit-toroq dritta, Merfugħa mir-reffiegħa, l-istatwa tal-Madonna, bil-bews kulħadd jiksiha. Miexja fit-toroq għonja, Bl-istorja, bil-kultura, Bl-arti, fil-purċissjoni, Li b’xejn ma tħares lura.
Għax sriebet ta’ devoti, Sriebet ma jaqtgħu xejn, ‘Viva tal-Karmnu’ jgħajtu, U jitgħollew l-idejn F’ċapċip mill-qalb, li jtarrax, Li bħalu ma tismax, Għaddejja l-Madonna, Ġawhret il-V Tmintax. Dan hu l-ferħ ġenwin tal-Insara. Saħansitra flewwel żminijiet tal-Knisja, l-Insara hekk kienu. Jaqsmu ħajjithom flimkien. Jifirħu flimkien. Jimxu flimkien. Jitkellmu ma’ xulxin. Iħossu għal xulxin. Kienu ma’ Ġesù u ma’ Ommu Marija. Kif illum, din Valletta onorata, tista’ tixhed. Insara mexjin fi ħdanha. Wara l-Madonna tal-Karmnu. Wara l-ġojja tagħhom.
Wara l-istatwa devotissima tal-Madonna talKarmnu, għaddejjin il-Karmelitani, ikantaw, jimxu, jieħdu pawsa, innijiet sbieħ Marjani, antiki u ġodda, lirika mill-isbaħ, mużika anġelika. Dawn huma Karmelitani minn Valletta u minn bliet u rħula oħrajn, illi ġew Valletta biex ikunu parteċipi f’din il-festa grandjuża u jkunu parti minn ċelebrazzjoni eċċezzjonali.
Illum biex ngħixuh tajjeb, Għada biex ma ninsewx, Ilbieraħ biex niftakru, Ħlief t’tajjeb, ma nehdewx. Valletta tħaddan ġieħha, Li tawha l-Ewropej, Tiftakar sew l-imgħoddi, Kburija b’kulma ġej.
F’Valletta hemm santwarju Bażil’ka ta’ sbuħija, Dil-knisja hija mħarsa, Mill-ħlewwa t’għajn Marija. It-tempju tal-Madonna, B’Tal-Karmnu nsibuha, Li sseddaq lil Valletta, U lilna, li nħobbuha. Jalla Alla l-Imbierek jibqa’ magħna, sabiex ikompli jbierek lil Valletta, din beltna maħbuba u onorata, u l-Madonna tal-Karmnu, tħares lilna, lill-familji tagħna, lil sħabna, lil ħbiebna u lill-bqija talproxxmu tagħna, minn kull ħażen u għajb. Il-Festa t-tajba lil kulħadd.
Festa Madonna tal-Karmnu
VALLETTA 2018
25
8 Merchants Street, Valletta 27042247 7, St Johns Square Valletta 27220113
8 Merchants street Valletta 27042247
7 St Johns Square Valletta 27220113
Special Offers
Johann Farrugia
Vjal Sir Paul Boffa, Paola T: 21697916/27823247 M: 79472720/99446854 E: centrobagno@onvol.net W: www.centrobagnomalta.com L-AQWA KWALITÀ, BL-ORĦOS PREZZIJIET
26
Festa Madonna tal-Karmnu
VALLETTA 2018
15, St John Street, Valletta Tel: 2123 6553
Il-Papa San Ġwanni Pawlu II Il-Papa Tal-Madonna Tal-Karmelu Fr Charles Buttigieg
Bid-Digriet tal-Kongregazzjoni tal-Kult Divin tat-2 ta’ April 2011 il-festa liturġika tal-Papa qaddis Ġwanni Pawlu II bdiet tibda ssir ta’ kull sena fit-22 ta’ Ottubru, liema ġurnata hija marbuta ma’ meta kienet saret iċ-ċerimonja tiegħu ta’ inawgurazzjoni bħala Papa fl-1978, fejn wera biċ-ċar bid-devozzjoni kbira li kellu lejn il-Madonna. Dan il-Papa kellu devozzjoni kbira fuq kollox lejn din il-Madonna tal-Karmelu u kien jilbes il-labtu tagħha kif kiteb nhar il-25 ta’ Marzu 2001.
Karol Jozef Wojtyla twieled f’Wadowice filPolonja fit-18 ta’ Mejju tal-1920 u miet fis-sena 2005 wara li sofra għal diversi snin il-marda tal-Parkinson’s. Bħala tifel kien tawh il-laqam ‘Lolus’ jew ‘Lolek. Jingħad li qabel ma twieled Karol, ommu Emilia Kaczorowska (1884-1929) ta’ dixxindenza Litwana u Lhudija, kienet dgħajfa ħafna f’saħħitha u l-ġinekologu ta’ Wadowice Jan Moskala kien ordnalha biex tagħmel l-abort. Dan kien se jkun mela l-ewwel attentat fuq ilħajjet ta’ dan il-qaddis. Missieru kien jismu Karol (1879-1941) u serva fl-Armata Pollakka bħala Logutenent. Karol irċieva l-Ewwel Tqarbina fl-1929, fl-istess sena wara li ftit qabel kienet mietet omma fl-età ta’ 45 sena, hija u twelled irraba’ tarbija li mietet magħha ukoll. Il-Papa kellu oħtu wkoll jisimha Olga li kienet sitt snin ikbar minnu u li kienet mietet ta’ tarbija. Fl-1932 kien tilef lil ħuħ uniku Edmund li kien tlettax-il sena
ikbar minnu u li kien tabib u marad bit-tifu.
Karol bħala tifel kien iħobb jilgħab il-futbol bħala gowlkiper u bħala żagħżugħ kellu mħabba lejn id-drama u t-teatru. Kellu ħafna ħbieb Lhud billi f’Wadowice kienu jgħixu mat-3,000 Lhudi. Huwa rċieva s-sagrament tal-Konfirmazzjoni fit-3 ta’ Mejju 1938. Fl-1938 beda l-istudji universitarji fl-Università Jagiellonia fi Krakovja. Wara li kien miet missieru fl-1941 u b’hekk safa waħdu fil-familja fl-età ta’ 21 sena, ra l-mewt ma’ wiċċu meta ġie imtajjar minn tramm u sofra ksur f’rasu u fl-1944 wara reġa’ ra l-mewt meta intlaqat minn trakk Ġermaniż u sofra grieħi fi spalltu. Wara li ħadem fil-barrieri tal-Fabbrika ‘Salvoy’, fl-1942 daħal fis-Seminarju ‘klandestin’ ta’ Krakovja wara li l-Ġermaniżi kienu invadew lill-Polonja fl-1 ta’ Settembru 1939. Għal darba oħra ra l-mewt fis-6 ta’ Awwissu 1944 (data magħrufa bħala ‘Black Sunday’) fejn huwa ħarab mill-qilla tal-Gestapo li kienu qatlu dakinnhar lil sħabu kollha fosthom sieħbu li kien se jilħaq saċerdot miegħu. Sar djaknu fit-13 ta’ Ottubru 1946.
Laħaq saċerdot fl-1 ta’ Novembru tal-1946, ordnat mill-Kardinal Adam Stefan Sapieha filkappella tas-Seminarju. Bejn l-1946 u 1948 kien Ruma għall-istudji filosofiċi u teologiċi fejn kiseb id-dottorat. Bħala saċerdot, iż-żgħażagħ kienu jsejħulu ‘wujek’ li tfisser ‘ziju’. Sar isqof
Festa Madonna tal-Karmnu
VALLETTA 2018
27
awżiljari ta’ Krakovja fit-28 ta’ Settembru tal1958 meta kellu 38 biss, taħt ir-reġim komunista mill-Arċisqof Eugeniusz Baziak. Dakinhar meta kien irċieva n-nomina għall-isqof kien qal lill-Kardinal Stefan Wyszynski: “jiena għadni żagħżugħ ħafna”. Sar Arċisqof ta’ Krakovja fit-30 ta’ Diċembru 1963. Sar Kardinal ta’ Krakovja fis26 ta’ Ġunju tal-1967 mill-Beatu Pawlu VI. San Padre Piju fl-1947 kien ħabbarlu dan kollu. Sa mill-1971 huwa kien taħt il-lenti tas-servizzi sigrieti russi tal-KGB, u dawk Polakki tal-SB.
Il-Papa liebes il-Labtu tal-Madonna tal-Karmnu waqt ħin ta’ mistrieħ
Bħala Papa, l-ewwel attentat fuq ħajtu kien se jseħħ fil-Polonja fil-Knisja ta’ Jasno Gora fejn kien se jqaddes il-Papa, liema pjan b’xorti tajba falla għalkollox. Fit-13 ta’ Mejju 1981 seħħ l-attentat fuq ħajtu meta spara fuqu l-militant Tork Mehmet Ali Ağca fejn kien tilef ħafna demm wara li ntlaqat minn żewġ tiri minn erba’ sparati mill-attentatur.
Sena wara fit-12 ta’ Mejju tal-1982 meta kien f’Fatima Juan María Fernández y Krohn Spanjol tas-soċjetà xizmatika ta’ Levebre tah daqqa ta’ sikkina fejn għamel ferita mhux daqstant serja fuq il-Papa. Attentat ieħor kien se jseħħ fuq ilPapa fil-Filippini fl-1995 u fl-1998 fil-Kroazja. Huwa żar 129 pajjiż fejn żar il-Polonja 8 darbiet, l-Istati Uniti u Franza 7 darbiet u ġie Malta 3 darbiet, żar 715-il belt differenti, ibbeatifika 1,340 pesuna u kkanonizza 483 qaddis. Huwa kiteb 14-il enċiklika fosthom Ecclesia de Eucharstia, Redemptoris Mater, Fides et Ratio, Veritatis Splendor, u Evangelium Vitae. Huwa miet fit-2 ta’ April 2005 fl-età ta’ 84 sena u sar qaddis wara disa’ snin biss. Il-labtu tal-Karmnu dejjem żammu fuqu fejn il-Madonna ħelsitu
Il-Papa San Ġwanni Pawlu II ġie elett il-264 Papa fis-16 ta’ Ottubru 1978 fl-età ta’ 58 sena biss, wara 8 votazzjonijiet fit-tielet jum talKonklavi. L-ewwel Papa mhux mill-Italja wara 455 sena. Jingħad li ġab 99 vot minn 111 vot flaħħar votazzjoni wara li l-Kardinali kienu bidlu l-fehmiet tagħhom dwar il-‘papali’, il-Kardinal Siri ta’ Genova u l-Kardinal Benelli ta’ Firenze. Jingħad li Wojtyla kien ġab biss ħames voti flewwel votazzjoni. Fil-ħames votazzjoni huwa ġab 20 u fis-sitt votazzjoni ġab 40. Fuq l-apoġġ tal-Kardinal Willebrands tal-Olanda u ta’ Suenens tal-Belġju fis-seba’ votazzjoni kien biss żewġ voti ’il bogħod milli jiġi elett fejn ġie elett fl-aħħar fit-tmien votazzjoni. Jingħad li kellu xewqa li jieħu l-isem ta’ Stanislaw bħala Papa. Il-motto tiegħu jkun ‘Totus Tuus’ b’rabta mad-devozzjoni kbira li kellu lejn il-Madonna. Huwa dam Papa 26 sena u 5 xhur, it-tielet wieħed l-iktar li dam wara San Pietru u l-Papa Piju IX.
28
Festa Madonna tal-Karmnu
VALLETTA 2018
Labtu li kien jilbes il-Papa Gwanni Pawlu II miżmum b’għożża f’mużew fil-Polonja
minn tant perikli f’ħajtu. Sar venerabbli fid-19 ta’ Diċembru 2009, beatu fl-1 ta’ Mejju 2011 u kkanonizzat qaddis fis-27 ta’ April fl-2014. Huwa wkoll imsejjaħ bħala San Ġwanni Pawlu l-Kbir. Huwa patrun tal-Arċidjoċesi ta’ Krakovja, talJum Dinji taż-Żgħażagħ u tal-Laqgħa Mondjali tal-Familji. Il-festa tiegħu hija ċċelebrata fit-22 ta’ Ottubru. Kienet bl-interċessjoni tiegħu nhar l-1 ta’ Mejju 2011 li Floribeth Mora Diaz millKosta Rika kisbet il-fejqan minn tumur f’rasha, liema miraklu permezz tiegħu huwa sar qaddis. F’intervista li tah il-Kardinal Stanislao Dziwisz li kien segretarju tal-Papa Ġwanni Pawlu II għal 40 sena sħaħ, lill-ġurnalist Taljan Gian Franco Svidercoshi stqarr li “kont ngħix ma’ qaddis”. Nagħlaq b’silta mid-diskors tal-aħħar tat-tluq li għamel il-Papa San Ġwanni Pawlu II fl-ajruport ta’ Ħal Luqa nhar is-27 ta’ Mejju 1990: “L-aħħar xewqa tiegħi qabel nitlaq hi li l-għaqda, is-
solidarjetà u r-rispett reċiproku jkunu dejjem li jmexxukom fil-ħidma tagħkom għall-progress kontinwu ta’ pajjiżkom. … Jalla l-imħabba u s-sliem ikunu dejjem fi qlubkom u fi djarkom”. Ejjew inkomplu llum inkomplu nilqgħu dan ilmessaġġ li tana dan il-Papa Qaddis lill-Maltin u l-Għawdxin kollha. Biblijografija
Broda, M., “Building from the heart in Nowy Sacz… a story about the commemoration of John Paul II”, in The Person and the challenges 2 (2012) 279-284. Gula, J., “Catholic poles in the USSR during the Seċond World War”, in Religion, State and Society 22 (1994) 9-19. Hebblethwaite, Peter, (1995), Pope John Paul II and the church, London. Meissen, Randall, (2011), Living Miracles: The Spiritual Sons of John Paul the Great, Alpharetta, (GA). O’Connor, Garry, (2006), Universal Father: A Life of Pope John Paul II, London. Szulc, Tadeusz, Pope John Paul II: The Biography, London 2007. Wojtyła, Karol, (1981), Love and Responsibility, London.
SALE NOW ON!
ST. LUCY STREET, VALLETTA T. 2122 4809
Festa Madonna tal-Karmnu
VALLETTA 2018
29
600 sena ta’ preżenza Karmelitana f’Malta (1418 – 2018) Patri Hermann Duncan O.Carm
Ħafna jaħsbu li l-Karmelitani setgħu ġew Malta qabel is-sena 1418 iżda dan ma nsibu ebda dokument dwaru. Fil-ktieb li kien kiteb Patri Serafin Abela Karmelitan fl-1993, bl-isem ta’ ‘L-ewwel Karmelitani f’Malta l-Lunzjata l-Qadima (1418 – 1659)’ jgħid li “l-ewwel dokument li niltaqgħu miegħu u li jipprova indirettament ilmiġja tal-Karmelitani f’Malta huwa t-testment tas-Sinjura Margarita d’Aragona di Pellegrino. Is-sinjura Margarita d’Aragona, mara twajba, ġeneruża u nobbli, ġejja mid-demm irjali u millfamilja d’Aragona, armla, mart il-mejjet nobbli Giacomo di Pellegrino, fil-5 ta’ Ġunju 1418, billi kienet marida u riedet tiddisponi mill-ġid kollu li kellha, għamlet it-testment tagħha quddiem in-nutar Antonio Azzopardo. Fih ħalliet eredi universali liż-żewġ uliedha bniet Francia u Cesarea. L-ewwel waħda kienet iżżewġet lil Ludovico di Plozasco u l-oħra lil wieħed nobbli mill-familja de la Habica. Ħalliet bħala eżekuturi tat-testment tagħha lill-imsemmi Plozasco u ’l Giacomo de la Habica, neputi tagħha, flimkien ma’ Dun Cataldo Cusburella li dak iż-żmien kien kappillan tal-Katidral.” Wara li ħalliet ħafna legati piji, is-sinjura Margarita żiedet: “Inħalli wkoll il-knisja ta’ Santa Marija Annunzjata li erġajt bnejt millġdid fil-post hekk imsejjaħ u magħruf “Santo Leonardo”. Għall-manutenzjoni tal-istess knisja, u, biex jinxtraw il-paramenti u l-ornamenti,
30
Festa Madonna tal-Karmnu
VALLETTA 2018
jiġifieri kotba, kalċijiet, ilbies sagru, kwadri, slaleb, irħam tal-altar u ħwejjeġ oħra meħtieġa għall-istess knisja, kif ukoll għall-għixien u bħala għajnuna lill-Patrijiet jew ta’ dawk li jaċċettaw li jgħidu kuljum l-Uffiċċju Divin (ilBrevjar) fl-istess knisja, inħalli l-artijiet kollha li nippossiedi fil-post ta’ San Leonardo, flimkien mal-ġnien li għandi hemm u l-artijiet li jinsabu miegħu u l-artijiet l-oħra kollha, kultivabbli jew mogħxa, li jinsabu fl-istess post. Inħalli wkoll blistess mod il-beni stabbli li għandi fil-Gżira ta’ Għawdex.” Hija mietet ftit jiem wara fix-xahar ta’ Ġunju tal-1418. Ma għandna l-ebda dokument ta’ meta l-eżekuturi għamlu l-għotja tal-knisja lill-Karmelitani. Nafu żgur li fl-1441 ġa kien hemm komunità Karmelitana formata fil-Lunzjata u li l-pirjol kien Malti. Jidher għalhekk li l-patrijiet kienu ilhom ftit tas-snin sew li ġew Malta. Hu x’inhu, aħna nżommu l-1418 bħala d-data simbolika tal-wasla tal-Ordni tagħna f’Malta. Il-ħidmiet li wettqu l-Patrijiet Karmelitani f’Malta kemm ilhom li ġew Fost il-ħafna patrijiet u reliġjużi Karmelitani nsibu bosta li baqgħu jissemmew għal tliet ħwejjeġ li għamlu: Il-qdusija ta’ ħajjithom, l-għerf li żejjinhom Alla bih u l-ħidma appostolika li huma wettqu.
reliġjużi Karmelitani xerrdu wkoll id-devozzjoni lejn il-labtu tal-Karmnu u bosta nies inkitbu fih.
Tajjeb li ngħidu li l-Karmelitani f’dawn is600 sena wettqu ħafna appostolat fi gżiritna u barra x-xtut tagħna. Ħafna kienu l-patrijiet li kienu magħrufa u għadhom magħrufa għallpredikazzjoni. Kien hemm uħud li marru jipprietkaw meta ġew mitlubin barra min Malta. Fuq kollox insibu diversi patrijiet li għaddew ħin twil iqarru u jgħinu lill-poplu tagħna fiddirezzjoni spiritwali. Barra min hekk il-patrijiet tagħna bnew skola illum imsejħa St Elias College biex jgħinu lit-tfal u ż-żgħażagħ tagħna fl-edukazzjoni tagħhom kemm Nisranija kif ukoll f’dik ċivili. Illum il-patrijiet Karmelitani jmexxu 4 parroċċi li huma Santa Venera, ilFgura, il-Balluta u Fleur-de-Lys, id-dar tal-irtiri l-Lunzjata, fil-limiti tar-Rabat, il-kunvent talImdina u dak ta’ Santa Venera l-qadima kif ukoll insibuhom fil-missjoni tal-Bolivja fejn ilhom diversi snin. Il-knisja tal-Lunzjata fir-Rabat Malta
Ħa nibdew billi nsemmu l-qdusija ta’ ħajjithom. Kienu diversi patrijiet u reliġjużi li n-nies jafuwhom għall-qdusija tagħhom. Kienu jarawhom jitolbu u dejjem moħħhom fil-preżenza ta’ Alla. Fost dawn insibu lillPatri Avertan Fenech li l-kawża tiegħu għallBeatifikazzjoni miexja ’l quddiem.
Insibu wkoll bosta patrijiet li kienu għorrief li kienu jgħallmu fl-Universita ta’ Malta kif ukoll f’universitajiet barranin. Fost dawn insemmu lill-poeta tal-Madonna Patri Anastasju Cuschieri. Illum insibu wkoll patrijiet li qegħdin jgħallmu fl-Universitajiet kif ukoll min jaħdem fil-Biblijoteka Vatikana. Barra min hekk insibu patrijiet li kitbu kotba fosthom Patri Lawrenz Sammut u li kienu ta’ għajnuna għall-poplu tagħna fit-tagħlim. Il-Karmelitani wkoll ħasbu biex jippubblikaw rivista bl-isem ‘Il-Karmelu’ ħalli jxerrdu l-kariżma Karmelitana fil-gżejjer tagħna. Fuq kollox bnew Santwarju dedikat lill-Madonna tal-Karmnu li fih bosta nies minn pajjiżna jmorru jżuruh ta’ spiss u li fih jippreżentaw lill-uliedhom lill-Verġni Marija. Ir-
Bħala parti miċ-ċelebrazzjonijiet ta’ dan l-Anniversarju sejrin nfakkru xi avvenimenti li saru u li ħa jsiru.
Il-Konsagrazzjoni tas-Santwarju Bażilika talMadonna tal-Karmnu tal-Belt Valletta mill-E.T. Mons. Charles J. Scicluna, Arċisqof ta’ Malta, li ġiet ċċelebrata fl-Erbgħa tal-Ottava tal-Għid ilKbir u l-ewwel Erbgħa tal-Udjenza tal-Madonna tal-Karmnu, fl-4 ta’ April ta’ din is-sena. Il-ftuħ mill-ġdid tad-Dar tat-Talb ‘Lunzjata’ fillimiti tar-Rabat li saret nhar it-Tnejn 9 ta’ April, 2018, Solennità trasferita tat-Tħabbira tal-Mulej.
U fis-16 ta’ Lulju, 2018 sejrin niċċelebraw itTifkira Solenni tal-Imqaddsa Verġni Marija talKarmelu li tkun mmexxija mill-Pirjol Ġenerali P. Fernando Millán Romeral fil-Belt Valletta. Nixtieq nagħlaq din il-kitba b’radd il-ħajr lillAlla li minnu tiġi kull ħaġa tajba. It-tieni tmur lejn il-Verġni Marija, l-Omm u Patruna tagħna, li mxiet magħna u mexxietna tul dawn issekli. Fuq kollox ir-radd il-ħajr imur lill-aħwa li ġew qabilna u ħallewlna wirt kbir spiritwali, appostoliku u kulturali.
Festa Madonna tal-Karmnu
VALLETTA 2018
31
Karmelitan magħruf Malti Lorenzo A. Zahra
Bosta kienu l-patrijiet Karmelitani Maltin li blgħerf u l-qdusija ta’ ħajjithom għollew ġieħ ilkommunità Karmelitana Maltija fl-imgħoddi. Però naħseb li ftit minnkom qatt ma kienu semgħu b’wieħed mill-patrijiet Maltin li kien wasal biex jokkupa l-post ta’ prokuratur ġenerali tal-Ordni. Kien Patri Lorenzo Elija Ferron li twieled fil-Birgu fit-23 ta’ Jannar 1770 u li kellu ħuh li kien professur tat-teoloġija fl-Università. Ta’ min jgħid ukoll li l-familja ta’ missieru, kien hemm ukoll zijuh li kien il-Kardinal Ferron u l-familja kellha wkoll diversi isqfijiet.
Meta kien żagħżugħ Patri Lorenzo Elija daħal mal-ordni fl-1786 u wara sena novizzjat għamel il-professjoni fis-7 ta’ Awwissu tal-1787. Huwa qaddes l-ewwel quddiesa fis-sena 1793 u mbagħad studja f’Ruma fejn kien ħa l-lawrja fit-Teoloġija. Meta kien Ruma, il-Papa Piju VI kien ħatru penitenzjier tal-Vatikan u dan il-patri qalbieni baqa’ jaħdem u jaqdi l-missjoni tiegħu fl-agħar żmien li minnu għaddiet Ruma taħt ilFranċiżi.
Ġie lura f’Malta fl-1801 u malajr kien magħżul bħala Pirjol, fejn dam 18-il sena sa ma wara kien magħżul bħala Kummissarju Ġenerali talKunventi Maltin. Dak iż-żmien kien wieħed millaħjar konfessuri u kien il-konfessur ta’ Luigi Filippu ta’ Franza, is-sultan li kien hawn Malta. Fil-kolera tal-1813 kien ħadem wisq qalb ilmorda b’sogru għall-ħajtu waqt li baqa’ jirsisti għall-Knisja tal-Madonna tal-Karmnu tal-Belt fejn ħalla diversi oġġetti tal-fidda kif ukoll sett qniepen sbieħ fil-kampnar li saru bil-ġbir u l-ħidma tiegħu. Meta fl-1838 mar Ruma millġdid, ġie maħtur Viċi tal-Ġeneral u Prokuratur Ġenerali tal-Ordni Karmelitan u kien huwa li ma laqax stedina li jsir Isqof minħabba saħħtu. Dam marid għal xi 4 snin, u miet f’Marzu 1845 f’età ta’ 75 sena. Fil-knisja tal-Karmnu l-Belt sarlu funeral solenni bil-mużika ta’ Mro. Paolo Nani u l-quddiesa kienet immexxija mill-Pirjol Patri Majjistru Carmelo Carta. Għamilli diskorsi ta’ tifħir funebri Dun Salv Cumbo u wara ġie midfun fl-istess knisja.
Madonna tal-Karmnu, Kun int l-hena tag˙na. Fid-dar ta’ kull Malti Kun l-Omm u s-Sultana.
32
Festa Madonna tal-Karmnu
VALLETTA 2018
Kif ikkontribwiet Malta matul iż-żmien biex issalva s-siti ewlenin tal-Karmelu madwar id-Dinja? Dr Mark Agius
Rettur, Fratellanza Madonna tal-Karmnu l-Belt Valletta
Il-Karmelitani waslu Malta fl-1418, anniversarju li qed niċċelebraw din is-sena. Is-Sinjura, Margareta d’Aragona, offriet kappella u l-art talmadwar tal-Lunzjata (Rabat) lil Ordni reliġjuża li twettaq id-dmirijiet reliġjużi stabbiliti, u l-Karmelitani aċċettaw din l-offerta bl-obbligi tiegħu1.
Permezz tal-providenza, matul is-Sekli, ilKarmelitani ta’ Malta, li qatt ma telqu minn din il-gżira, u li matul is-snin kabbru d-devozzjoni lejn il-Madonna tal-Karmnu, waħda mill-iktar devozzjonijiet b’għeruq fondi f’din il-gżira, biex issa nistgħu nirreferu għal “Malta Karmelitana” kienet providenzjali biex terġa’ ġġib lura fi ħdan il-Karmelu ħafna postijiet importanti fl-Istorja tal-Karmelu li kieku kienu jintilfu mill-Ordni.
Il-Karmelitani bdew bħala Ordni ta’ ermiti fl-Art Imqaddsa, fuq l-Għolja tal-Karmel2, wara l-Ewwel Kruċjata. Huwa magħruf li huma bnew l-ewwel monasteru tagħhom fuq l-għolja Karmel, ħdejn il-grotta tal-Profeta Elija, wara l-ewwel Kruċjata, u li ddedikaw l-ewwel Knisja lill-Madonna taħt it-titlu Stella Maris. Il-Karmelitani tkeċċew mill-Għarab Mislem u aktar tard mit-Torok mill-Monasteru. Madanakollu l-Monasteru ġie mibni mill-ġdid u l-Maltin li jżuru l-Monasteru ta’ Stella Maris illum għandhom sorpriża; il-
Koppla tal-Knisja huwa reminixxenti ta’ Knisja Maltija, u meta tidħol fil-Knisja, il-Koppla hija mżejna b’pitturi simili ħafna għal pitturi talKnisja Maltija. Dan għaliex il-knisja nbniet u kienet imżejna minn Fratelli Karmelitani Maltin, li għenu ħafna biex iġibu dan il-Post Imqaddes jieħu lura l-użu Kristjan.
Il-Koppla fil-Monasteru ta’ Stella Maris
Issa ejjew immorru lejn l-Ingilterra, lejn Aylesford, Casa Madre tal-Ordni peress li San Xmun Stock għex hemm fil-Medju Evu.2 Dan ilmonasteru venerabbli tal-Ordni ġie meħud millKarmelitani minn Henry VIII, waqt ix-xoljiment tal-Monasteri. Madankollu ġie rritornat lill-
Festa Madonna tal-Karmnu
VALLETTA 2018
33
Old Theatre Street, Valletta
Tel: 2122 8144
KG STORE
Where you will find religious statues from Spain, assorted nativity groups in resin, artisist’s materials, reproduction art prints religious and assorted subjects 56A Santa Lucia Street, Valletta Tel: 21318643  Mob: 79448264 Email: pam.sunrock@gmail.com Opening Hours Mornings only Monday to Saturday
RESTAURANT
PA RT Y A N D C E R E M O N Y
Aylesford; Id-Dehra tal-Labtu Ċeramika
Matul il-perjodu tar-Riforma Protestanti, tal”Enlightenment”, tar-Rivoluzzjoni Franċiża u tar-Risorgimento Taljan, il-Karmelitani flEwropa tilfu ħafna aktar kunventi minħabba l-liġijiet ta’ dak iż-żmien, li żbaljatament ma kinux jemmnu li l-ħajja Monastika kienet forma ta’ ħajja li wieħed seta’ jaspira għaliha. Hekk kif Patri Valentin Borg Gusman jiddeskrivi s-sitwazzjoni;
“Lejn tmiem is-seklu tmintax, il-Karmelu seta’ jiftaħar b’54 provinċja mifruxa mad-dinja kollha. Madanakollu, dalwaqt kellu jkun hemm żmien ta’ skarsezza, li fih kważi miet għal kollox. Inqas minn seklu wara, tmienja minn dawn il-provinċji biss baqgħu ħajjin. Kienet irRivoluzzjoni Franċiża li kienet il-kawża tal-bidu ta’ din il-qerda, segwita mill-Imperu ta’ Napuljun u l-gvernijiet liberali li rnexxielhom.
Aylesford; Ritorn tal-Patrijiet; inklużi Patrijiet Maltin
L-Ordni Karmelitana sofriet kullimkien. Ġie distrutt kompletament fi Franza mil-Liġijiet għat-Trażżin tal-Kunventi (1790) - bit-telf ta’ tmien provinċji inklużi 130 kunvent u 900 reliġjuż. L-istess seħħ fil-Belġju u l-Olanda. FlOlanda, kien baqa’ biss il-kunvent ta’ Boxmeer fid-dukat Kattoliku ta’ Van der Bergh, iżda sal1840 kien fih biss żewġ reliġjużi. Il-Karmelu fil-Ġermanja ma kienx aħjar. Fl1802 ġew konfiskati 20 kunvent tal-provinċja tan-Nofsinhar tal-Ġermanja u dawk kollha tal-Ġermanja tat-Tramuntana. Fil-Bavarja, ilkunvent ta’ Straubing biss baqa’ ħaj, iżda biss bil-kundizzjoni li ma jammettix membri ġodda.
Aylesford - Bini Medjevali
Karmelitani fl-1950, u Malta kienet provinċja li kkontribwiet għar-rijabilitazzjoni tagħha. Niftakar lil ommi u z-zijiet, Terzjarji tal-Ordni fil-Belt Valletta fis-snin ħamsin, jiġbru flus għal Aylesford, u l-Provinċja kkontribwiet patrijiet, hekk li wieħed mill-Karmelitani Maltin miet u kien midfun f’Aylesford.
36
Festa Madonna tal-Karmnu
VALLETTA 2018
Ukoll meqruda kienu ż-żewġ provinċji talPolonja, il-Provinċja Russa ta’ San Ġużepp, u dawk tal-Litwanja u Boemja. Minħabba l-liġijiet simili ta’ soppressjoni tal-Kunventi, f’Iberia, ilKarmelu tilef il-Provinċja Portugiża bil-missjoni tagħha fil-Brażil u 78 kunvent Spanjol.
Finalment, fl-Italja, minħabba l-liġijiet 1810, 1866, 1887 u 1890, kollha relatati massoppressjoni tal-kunventi u/jew konfiska ta’ proprjetà ekkleżjastiċi, il-Karmelu Taljan kien kważi totalment meqrud, bit-telf ta’ 18il provinċja u żewġ famużi kongregazzjonijiet dawk ta’ Mantua u tal-Iskalzi ta’ San Elija -
b’kollox madwar 350 kunvent. Anki l-Ġeneral u l-Uffiċjali tal-Ordni kellhom iħallu l-Kurja Ġeneralizja.
Is-sitwazzjoni kienet tant serja u ta’ biża’ li ħafna stennew li dan kien it-tmiem tal-ħajja tal-Ordni tal-Imqaddes Verġni Marija ta’ Monte Carmeli”.3 Madanakollu, matul dan il-perjodu kollu, id-Djar Karmelitani Maltin baqgħu providenzjalment ħajjin, sħaħ, u jiffunzjonaw.
Il-Bambin ta’ Praga Fl-aħħar nett, Knisja Karmelitana importanti ħafna hija dik tal-Karmelitani Skalzi ta’ Praga, il-Madonna tal-Vittorja, li fiha hemm l-immaġni famusa tat-Tfajjel ta’ Praga.
Il-Maltin li jżuru din il-knisja Barokka sabiħa se jaraw Salib Malti li jżejjen kull artal ta’ din il-Knisja, u l-globu miżmum mit-Tfajjel għandu wkoll salib Malti fuqu. Dan minħabba li, provvidenzjalment, meta l-Kunvent ġie soppress mill-Imperatur tal-Enlightenment, Joseph itTieni, il-Kavallieri ta’ Malta li għexu mill-qrib ħadu r-responsabbiltà biex jieħdu ħsieb il-Knisja u t-Tfajjel, minn dak iż-żmien, matul il-Perjodu Komunista kollu, sakemm, fid-disgħinijiet, setgħu jirritornawhom lill-Karmelitani4.
Il-Bambin ta’ Praga
Għalhekk, għal darb’oħra, Malta u l-Kavallieri ta’ Malta ipproteġew post important għall-Istorja tal-Ordni tal-Karmnu kontra il-vissitudnijiet talIstorja, u Malta, fejn il-Karmelitani ilhom mill1418, dejjem baqgħet post sigur u fortezza li tipproteġi l-Madonna tal-Karmnu. Kif taħdem tajjeb il-Providenza! Referenzi
www.ocarm.org/en/content/ocarm/province-malta https://en.wikipedia.org/wiki/Carmelites 3. Borg Guzman V. O. Carm - L-Erbgħat tal-Udjenza 1979. 4. www.prague.eu/…/church-of-our-lady-victoriousinfant-jesus-of-prague-kostel-panny. 1. 2.
In˙e©©u lid-devoti Karmelitani biex fil-purçissjoni jΩommu d-devozzjoni b’im©iba u ilbies xieraq Li kont warda kollni fwieħa, B’weraq sbieħ qatt ma jidbielu, Minn ħdejk qatt ma kont nitbiegħed, O Reġina tal-Karmelu.
Li kont għanja qatt ma tiskot, Li kont leħen ta’ qanpiena, Ismek dejjem kont intenni, Omm u xbejba ta’ kull ħniena.
Profs. Anastasju Cuschieri O.Carm
Festa Madonna tal-Karmnu
VALLETTA 2018
37
MIEGHEK DEJJEM U KULLIMKIEN
Valletta
173, Triq l-Ifran
T: +356 2723 2666 | insurance@gasanmamo.com | gasanmamo.com GasanMamo Insurance Ltd. hi awtorizzata mill-MFSA.
Mera tal-Qdusija u titli oħra mogħtija lill-Verġni Mqaddsa Marija fil-Litanija Fabian Mangion B.A., S.Th.Lic.
It-titlu l-aktar antik mogħti lill-Imqaddsa Verġni Marija huwa sempliċiment dak ta’ ‘omm’. Huwa t-titlu li Ġesù stess uża u huwa l-isem li l-Insara użaw sa mill-bidu. L-isem ‘omm’ jiddeskrivi r-rwol ta’ Marija f’ħajjitna bħala omm spiritwali li tindukrana u tieħu ħsiebna fil-ħtiġijiet tagħna. Madanakollu, matul is-sekli, il-qaddisin, l-isqfijiet u l-Papiet tawha litanija sħiħa ta’ ismijiet. Il-kelma litanija ġejja mill-kelma Latina litania, li tfisser talba ta’ invokazzjoni jew interċessjoni. Fost il-Litaniji li l-Knisja Kattolika approvat għall-użu uffiċjali nsibu l-Litanija talQaddisin, li probabbilment hija l-aktar antika, il-Litanja tal-Isem Imqaddes ta’ Ġesù (1886), il-Litanja tal-Qalb ta’ Ġesù (1899), il-Litanija ta’ San Ġużepp (1909), il-Litanja tad-Demm Prezzjuż (1960) u l-Litanja tal-Imqaddsa Verġni Marija, aktar magħrufa bħala l-Litanja ta’ Loretu. Il-Litanja tal-Imqaddsa Verġni Marija kienet oriġinarjament approvata fl-1587 mill-Papa Sistu V. Hija magħrufa bħala l-Litanija ta’ Loretu minħabba l-użu tagħha f’dan is-santwarju magħruf fl-Italja sa mis-sena 1558. Iżda ftit hemm dubju li l-eżistenza tagħha tmur iżjed ’il bogħod minn hekk. Bi probabbiltà kbira, din illitanija hija ta’ oriġini Pariġina u tmur lura għal bejn l-1150 u l-1200.
40
Festa Madonna tal-Karmnu
VALLETTA 2018
Il-verżjoni tal-1587 tal-Litanija tal-Madonna ġiet sussegwentement mogħnija b’invokazzjonijiet ġodda. Fl-1675, ġie miżjud it-titlu ‘Sultana tarRużarju Mqaddes’. Fl-1883, il-Papa Ljun XIII żied ‘Sultana Mnissla mingħajr l-ewwel Tebgħa’. Fl-1950, il-Papa Piju XII żied ‘Sultana mtellgħa s-Sema’. Fl-1980, il-Kongregazzjoni għasSagramenti u l-Kult Divin ordnat li tiddaħħal l-invokazzjoni ‘Omm il-Knisja’, filwaqt li l-Papa Ġwanni Pawlu II żied ‘Sultana tal-Familja’ fl1995. Għalkemm mhux diffiċli li wieħed jifhem il-ħsieb wara dawn it-titli għaliex huma awto-spjegattivi, hemm numru ta’ titli oħra li huwa ftit strambi kif dawn jiġu mogħtija lill-Madonna. Għaliex Marija hija mqabbla ma’ torri, għamara, bieb, mera? F’din il-kitba se nippruvaw niksbu spjegazzjoni għat-tifsira moħbija fi tlettax-il titlu mogħtija lill-Madonna fil-litanija. Dan bit-tama li jintefa’ ftit dawl fuq dawn l-ismijiet ftit magħrufa talVerġni Marija.
Kif spjegat fil-ktieb Our Lady in Catholic Life, ta’ Lawrence G. Lovasik, fil-lingwaġġ bibbliku, il-qdusija tikkonsisti mill-osservanza perfetta tal-kmandamenti ta’ Alla. Marija perfettament wieġbet għar-rieda ta’ Alla u għalhekk, hija r-riflessjoni (mera) tal-qdusija ta’ Alla stess. Hija l-‘mera tal-qdusija’.
Mera tal-Qdusija
Tron tal-Għerf
Aktar minn hekk, il-kelma ta’ Alla ssejjaħ l-Għerf Divin bħala “mera bla tebgħa.” (Għerf 7, 26) għaliex il-Verb hu xbieha perfetta talMissier. Bħalma l-Verb jiddefinixxi lill-Missier, hekk l-imġiba esterna tat-tfajjel ta’ Betlehem kienet tixbah lil dik tal-Omm. Aħna nsellmu lill-Madonna bħala Mera ta’ kull virtù għaliex “ħafna nisa wrew ħila kbira imma inti lkoll għaddejthom.” (Prov. 31, 29) Ħafna huma l-qaddisin tal-Knisja, imma l-qdusija tal-Omm ta’ Alla għaddiethom ilkoll. Marija tissejjaħ ‘Tron tal-Għerf’ għaliex l-għerf ġie inkarnat f’Binha Ġesù li hija ġarrbet filġuf tagħha. Barra minn hekk, hi wkoll kellha u pprattikat għerf veru fl-ogħla grad.
Marija għandha dan it-titlu fil-Litanija għax l-Iben ta’ Alla, imsejjaħ fl-Iskrittura bħala l-Kelma u l-Għerf ta’ Alla, darba għex fih u, wara t-Twelid tiegħu, ġarritu fuq dirgħajha u qagħad bilqiegħda f’ħoġorha fl-ewwel snin ta’ tfulitu. Għalhekk, hi li serviet bħal tron uman għal dak li jsaltan fis-smewwiet, tiġi msejħa ‘Tron talGħerf’. Imma anke wara l-ewwel snin tat-tfulija, Marija kompliet tkun ‘Tron tal-Għerf’ għaliex, kif jixhed San Luqa “baqgħet tgħożż f’qalbha dawn ilħwejjeġ kollha u taħseb fuqhom bejnha u bejn
Bidu tal-Ferħ tagħna
ruħha.” (Lq. 2, 19) Fi kliem San Ġakbu: “Jekk xi ħadd minnkom jonqsu l-għerf, għandu jitlob lil Alla.” (Ġak. 1, 5) Ma nonqsux iżda li nitolbu wkoll l-interċessjoni ta’ dik li minnha ġew ispirati l-Missirijiet il-kbar tal-Knisja.
Hekk kif Eva kkoperat ma’ Adam fil-ħsara universali u fir-rovina tagħna, għajn ta’ ferħ kbir hija l-aċċettazzjoni tal-Verġni u l-koperazzjoni tagħha fl-opra tal-fidwa. Għal dik l-‘iva’ ta’ Marija, imwassla fis-sema minn Gabrijel, qabżu bil-ferħ l-Arkanġli, dwiet l-għoġba tal-Patrijarki u l-Profeti tal-imgħoddi li applawdew lirRedentriċi tagħhom. L-infern biss twerwer għax il-jum tat-telfa tiegħu deher daqstant qrib. Il-mument li fih l-‘iva’ u t-tislima ta’ Marija waslet f’widnejn Eliżabetta, it-tarbija qabżet bil-ferħ fil-ġuf (Luqa 1, 44). Għal Ġwanni u għal Ġesù, Marija wkoll kienet il-bidu tal-ferħ. Għaliex, allura, m’għandiex tkun ukoll il-bidu tal-ferħ tagħna? Marija hija l-bidu tal-ferħ tagħna għaliex tagħtina lil Ġesù, l-għajn ta’ kull ferħ. Marija hija wkoll kawża tal-ferħ tagħna li dejjem joktor, għaliex hija dejjem torbotna malQalb ta’ Binha Ġesù.
In-nom ‘għamara’ kif użat f’dan it-titlu jesprimi b’mod imperfett t-tifsira moħbija f’din l-invokazzjoni. Bil-Latin, dan it-titlu jiġi
Festa Madonna tal-Karmnu
VALLETTA 2018
41
Vas Spirituale. Hawn, il-kelma vas tintuża biex tittraduċi t-terminu Grieg skeuos li ma jfissirx biss ‘għamara’ iżda wkoll strument jew għodda. Għalhekk, l-espressjoni ‘għamara tal-Ispirtu s-Santu’ għandha titqies bħala ‘strument talIspirtu s-Santu’. Hija xierqa l-assigurazzjoni tal-Arkanġlu Gabrijel: “L-Ispirtu s-Santu jiġi fuqek, u l-qawwa tal-Għoli tixħet id-dell tagħha fuqek.” (Lq. 1, 35) Marija hija kemm il-post tal-abitazzjoni talIspirtu s-Santu, kif ukoll il-post tal-abitazzjoni ta’ Ġesù Kristu fl-inkarnazzjoni. Marija rċeviet dan it-titlu minħabba li hija l-għamara perfetta tal-Ispirtu s-Santu, li għammar fiha bil-milja talgrazzja tiegħu.
Jgħallem l-appostlu li “f’dar kbira m’hemmx biss tagħmir tad-deheb u l-fidda, imma wkoll talgħuda u tal-fuħħar; u xi wħud minnhom ninqdew bihom għal għan ta’ ġieħ, oħrajn għal għan bla ġieħ.” (2 Tim. 2, 20). F’dik id-dar, tagħmir millaktar prezzjuż hija l-Verġni Mqaddsa li l-ġisem u r-ruħ tagħha ġew imħejjija mill-Ispirtu s-Santu biex iżommu fihom lill-Verb Inkarnat. Dan it-titlu ngħata lil Marija għax hi, aktar minn kull persuna umana oħra, jistħoqqilha li tiġi onorata bħala dik li kkonċepiet u welldet lill-Iben ta’ Alla. It-tifsira ta’ dan it-titlu tista’
Għamara tal-Ispirtu s-Santu
42
tinftiehem aħjar mis-silta li ġejja mit-tifħir lil Marija tal-Kardinal John Henry Newman:
“Marija, aħna nfaħħruk bħala l-Għamara ta’ kull grazzja għaliex inti l-Omm ta’ Alla. Jekk dak kollu li hu b’xi mod konness ma’ Kristu, isSalvatur tagħna, huwa venerabbli, x’oġġett ta’ grazzja għandek tkun int għalina! Bħala Omm ta’ Kristu, int tinsab f’relazzjoni aktar mill-qrib miegħu minn kwalunkwe kreatura oħra fissema jew fid-dinja. Inti t-tabernaklu ħaj ta’ Alla, li fih l-Iben waħdieni tiegħu għammar għal disa’ xhur. Huwa straħ f’dirgħajk u rċieva nutriment minn idejk. “Imma Ġesù, mhux biss għammar fik; huwa saħansitra ħa l-ġisem fik, inti Ommu. Lilek jistħoqq kull unur aktar minn kull ħliqa oħra għaliex inti l-Omm ta’ dak li ħalaq u jirregola d-dinja u li hu l-Ħallieq tiegħek.
“L-anġli u l-qaddisin tas-sema jagħtuk ġieħ minħabba d-dinjità għolja tiegħek. L-insara kollha jqiegħdu t-tama tagħhom fik; u l-erwieħ fil-purgatorju jħarsu lejk għall-għajnuna. Inti l-oħla tiżjin tas-Saltna tas-Smewwiet, il-ferħ tal-fidili, l-unur tal-umanità. Il-profezija ġiet verament imwettqa: “Minn issa ’l quddiem, il-ġenerazzjonijiet kollha għandhom isejħuli hienja.”” (Luqa 1:48)
Għamara ta’ kull grazzja
Festa Madonna tal-Karmnu
VALLETTA 2018
Għamara ta’ kull tjieba
Warda mistika
Torri ta’ David
Il-kelma ‘tjieba’ kif użata f’dan it-titlu tisboq ittifsira dejqa tal-prattika devozzjonali u tirreferi għad-dedikazzjoni sħiħa u l-fedeltà totali fisservizz ta’ Alla, jiġifieri konsagrazzjoni assoluta għad-Divinità. Il-professjoni ta’ fidi ta’ Marija, “Ara, jiena l-qaddejja tal-Mulej …,” (Lq. 1, 38) tesprimi b’mod mill-aktar adatt it-tifsira ta’ din l-invokazzjoni. Hija kienet totalment iddedikata għall-Iben tagħha. Dedikazzjoni intiera li mhux biss tfisser servizz, imma sejħa ewlenija għallftuħ u l-aċċettazzjoni tar-rieda u l-grazzja ta’ Alla. It-tjieba fis-sens veru tagħha tfisser ħeġġa u ħeffa ferrieħa f’dak kollu li għandu x’jaqsam mal-qadi ta’ Alla, fid-dmirijiet kollha tar-reliġjon, u fid-dmirijiet kollha tal-ħajja, meqjusa bħala l-espressjoni tar-Rieda ta’ Alla għalina. F’Marija, aħna naraw it-tjieba fid-dawl veru tagħha. Alla, l-Iben Divin tagħha, kien il-punt uniku u l-għan tal-ħajja tagħha. Hija għexet b’mod sħiħ u għalkollox għas-servizz tiegħu. Il-qalb tagħha kienet ċensier jaqbad li minnu dejjem telgħu, bħala inċens ta’ fwieħa ħelwa, xewqat qaddisa msieħba ma’ atti ta’ mħabba, tifħir u radd il-ħajr. L-Iskrittura Mqaddsa spiss tfaħħar il-ward ta’ Ġeriko u xxebbah lil Xmun, il-qassis il-kbir, ma’ “ward fil-jiem tar-rebbiegħa … ġilji ħdejn nixxiegħa ilma.” (Sir. 50, 8) Anke l-Verġni Mqaddsa, waqt li f’Lourdes dehret lil Bernardetta Soubirous, rasha kienet mgħottija b’velu abjad,
Torri tal-Avorju
jinżel sal-art u fuq kull riġel kienet tiddi warda mdiehba. B’dan hi wriet li hija l-warda mistika, jiġifieri misterjuża, għaliex l-inkarnazzjoni talVerb Divin twettqet taħt il-velu tas-silenzju. Il-warda hija meqjusa bħala r-reġina tal-fjuri. Hija l-fjura tat-tjubija u l-qdusija fil-qaddisin. Marija, ir-reġina tal-qaddisin, tista’ allura tissejjaħ l-‘Warda Mistika’. Kif deskritta millkittieba sagri, hi ‘l-warda mistika mingħajr xewka,’ u ‘l-warda tal-ġenna,’ u ‘l-warda li ġġib salvazzjoni lil dawk kollha li jsejħulha.’
Din il-Warda Mistika mhux biss tferraħ is-sema bil-virtujiet u l-privileġġi tagħha, imma timla lillKnisja bir-riħa tfuħ tagħha kif jingħad fl-Għanja tal-Għanjiet: “fwiħatek fihom għaxqa għar-riħa tagħhom.” (1, 3) “Għonqok, torri ta’ David, li nbena ħalli fih jintrefgħu l-armi. Elf tarka hemm fih imdendla, tarkiet tal-qalbiena, ilkoll kemm huma.” (Għan. 4, 4)
Din hija li titkellem dwar l-imħabba tar-re lejn mara li hija analoġija tal-imħabba ta’ Alla lejn ruħ il-bniedem. Il-vers mhux biss qiegħed ifaħħar ilħlewwa fiżika tal-mara, iżda wkoll is-sbuħija li tinsab fuq ġewwa, fil-qalb tagħha. Hija titqabbel ma’ torri ta’ David li fih jintrefgħu l-armi talgwerra u t-tarki tas-suldati u tal-ġenerali.
Festa Madonna tal-Karmnu
VALLETTA 2018
43
It-torri huwa l-manifestazzjoni tal-virtujiet u l-glorji tal-Mulej misjuba fost il-qaddisin li huma s-suldati ta’ Kristu. Marija hija t-Torri ta’ David għax mimlija bil-grazzja u miġjuba ħafna minn Alla. Bħala l-maħbuba ta’ Alla [ara Luqa 1, 28], hi wkoll mseddqa b’bosta virtujiet.
Is-Sultan David bena torri fil-belt ta’ Ġerusalemm biex jipproteġi lin-nies mill-attakki tal-għadu. Marija hija omm protettiva u hi tagħmel kulma hu meħtieġ biex tiddefendi lill-ulied spiritwali tagħha. Hija fortifikazzjoni qawwija, post ta’ kenn matul il-gwerra għar-ruħ tagħna. It-titlu jħeġġiġna nersqu viċin biex ikollna l-protezzjoni tagħha.
Dan huwa simbolu ta’ safa. Dan ifisser li Marija hija pura fil-ġisem u fir-ruħ; u minħabba f’hekk, hija l-aktar maħbuba minn Alla: “Dak għonqok qisu torri tal-avorju.” (Għan. 7, 5). L-Avorju huwa magħruf għall-preġju u għall-bjuda tiegħu. Dan ifisser l-imħabba ta’ Alla għal Marija bħala l-aktar mogħġuba u l-grazzja li hija immakulata għaliex imħarsa, minn Alla l-Missier, mill-velenu ta’ Satana [ara Ġen 3, 15]. Marija tissejjaħ it-Torri tal-Avorju, biex bid-dija u bis-safa tagħha, tnebbaħna fuq kemm hija ogħla l-ħlewwa u l-ġenitilezza tal-Omm ta’ Alla. Dak li s-Salmista jgħid għall-Mulej: “Għax int sirt kenn għalija, torri qawwi quddiem l-għadu,” (61, 4) il-
Dar tad-deheb
44
Knisja tapplikah għall-Madonna li, f’kull żmien offriet għajnuna u difiża għall-poplu Nisrani.
Dan hu simbolu bibbliku antik relatat mattempju ta’ Alla f’Ġerusalemm, li Alla nnifsu ordna biex ikun miksi bid-deheb biex ikun ilpost li jimmeritah bħala l-abitazzjoni tiegħu fiddinja.
Kapitli 6 u 7 tal-Ewwel Ktieb tas-Slaten jiddeskrivu t-tempju li bena Salamun. L-awtur jikteb li t-tempju kollu kien miksi bid-deheb! (6, 22) Għalhekk, ukoll, l-artal u bosta millgħamara kienu tad-deheb (7, 48-50). Imma, kif jgħid Ġesù fil-Vanġelu, “Araw, hawn min hu aqwa minn Salamun hawnhekk.” (Matt. 12, 42) Kemm aktar, għalhekk, kellu jkun spiritwalment prezzjuż dak it-‘tabernaklu tad-deheb’ li fih Ġesù għammar għal disa’ xhur! Marija kienet it-tempju ta’ Alla; fil-ġuf tagħha tnissel il-Mulej. Hija d-‘Dar tad-Deheb’. It-titlu jindika l-perfezzjoni personali ta’ Marija u l-privileġġ tagħha ta’ maternità divina. Kienet id-dar fejn Alla għammar. Għalih hija kienet dar tad-deheb, imsebbħa mill-Ħallieq bil-virtujiet l-aktar prezzjużi.
Fil-Kapitli 25 u 40 tal-Ktieb tal-Eżodu hemm deskrizzjoni tal-Arka tal-Patt. Kienet, għal Iżrael, simbolu tal-preżenza t’Alla. It-twavel tal-
Arka tar-Rabta l-Ġdida
Festa Madonna tal-Karmnu
VALLETTA 2018
Bieb tas-sema
ġebel li kellhom imnaqqxin fuqhom l-Għaxar Kmandamenti kienu l-ewwel oġġetti li tpoġġew fl-Arka. (Eż. 40, 20) F’din l-arka, mitlufa waqt l-okkupazzjoni ta’ Ġerusalemm mill-Babiloniżi, kien hemm miżmuma wkoll il-bieqja tad-deheb bil-manna u “l-bastun t’Aron li warrad” (Eż. 16, 33 u Num. 17, 10), it-tnejn simboli tal-Knisja futura, tal-awtorità tagħha u tal-Ewkaristija li hija tikkonsagra u tamministra. L-Arka tal-Patt il-Ġdid u għal Dejjem kienet il-Verġni Mqaddsa li nisslet fid-dinja l-Verb inkarnat. Marija kienet l-‘Arka tal-Patt’ fis-sens li l-ġuf tagħha żamm fih lil dak li għamel il-Liġi; hi għamlet lil Alla preżenti għallumanità fl-inkarnazzjoni talIben. L-interpretazzjoni Marjana talArka tal-Patt kienet magħrufa sa mill-Konċilju ta’ Efesu. Diversi analoġiji jistgħu jiġu stabbiliti bejn Marija u l-Arka tal-Patt: l-Arka kienet it-tron ta’ Alla; bħalma l-Arka kien fih it-twavel tal-liġi, il-ġuf ta’ Marija żamm fih lil dak li hu l-liġi tal-patt ilġdid; l-Ark kienet prezzjuża u sabiħa, magħmula mid-deheb, ir-ruħ ta’ Marija hija mżejna bis-sbuħija tal-virtujiet tagħha; l-Arka sabet postha fis-sancta sanctorum tat-Tempju, Marija ġiet imtellgħa fis-sema.
is-Saltna jekk mhux permezz ta’ dan il-bieb, allura permezz ta’ Marija, il-medjatriċi ta’ kull grazzja minn Binha Divin u Redentur tal-ġeneru uman.
Għalhekk, Marija hija bħal Bieb tal-Ġenna li tagħtina l-Messija u r-Re ta’ kulħadd. Kien permezz tagħha li l-Mulej tagħna għadda missema lejn id-dinja. Il-Profeta Eżekjel, filwaqt li jħabbar fuq Marija, jgħid, “Dan il-bieb jibqa’ magħluq: m’għandux jinfetaħ, u ħadd m’għandu jgħaddi minnu għax il-Mulej, Alla ta’ Iżrael, għadda minnu, għalhekk għandu jibqa’ magħluq. Il-Prinċep, għax hu prinċep, jista’ joqgħod bilqiegħda fih …” (Eżek. 44, 2-3).
Kewkba ta’ filgħodu
Mhux ta’ b’xejn, għalhekk li, huma u jitħaddtu fuq it-tlugħ tagħha fis-sema, Missirijiet il-Knisja, japplikaw għal Marija l-kelmiet tas-Salmista: “Qum u ejja, Mulej, lejn il-mistrieħ tiegħek, int u l-arka tal-qawwa tiegħek.” (132, 8)
L-Innu Ave Maris Stella, li jaslilna mis-seklu 8 u li l-liturġija tkantah fil-festi tal-Madonna, isejjaħ lil Marija felix coeli porta. Tabilħaqq hieni huwa dan il-bieb li minnu għadda għad-dinja l-Verb inkarnat u li minnu jgħaddu l-mifdija fid-dħul tagħhom fis-sema. Bid-dnub tagħha, Eva għalqet id-dħul għallEden. Fortunatament, Marija, bl-‘iva’ tagħha, fetħitu mill-ġdid. Ħadd, għalhekk, ma jidħol lejn
“Bħall-kewkba ta’ filgħodu qalb is-sħab,” (Sir. 50, 6) tkanta l-Iskrittura b’ġieħ lejn Xmun, ilqassis il-kbir. Bir-raġun kollu, il-liturġija tapplika dak l-eloġju għall-Omm ta’ Alla li, qalb issħab oskur tal-Patt il-qadim, bil-konċepiment immakulat tagħha, iddiet fid-dinja bħal kewkba ta’ filgħodu, ħabbara għalhekk, ta’ jum il-fidwa. Permezz tad-dħul tagħha, iddinja kollha ġiet imdawla. Marija kienet tabilħaqq ilkewkba ta’ filgħodu ta’ dak iljum mill-isbaħ meta d-dinja rat tielgħa x-xemx divina tal-fidwa tagħha.
Il-kewkba ta’ filgħodu hija magħrufa bħala l-aħħar stilla fis-sema qabel ma titla’ x-xemx. Il-Kardinal John Henry Newman jispjega, “huwa l-privileġġ ta’ Marija li tkun il-Kewkba ta’ Filgħodu, li tħabbar ix-xemx. Hija ma tiddix għaliha nfisha, jew minnha nfisha, iżda hija r-riflessjoni tar-Redentur tagħha u tagħna, u hi tigglorifika lilu. Meta tidher fid-dlam, nafu li hu jinsab fil-qrib. Hu l-Alfa u l-Omega, l-Ewwel u l-Aħħar, il-Bidu u t-Tmiem. Huwa jasal malajr, il-premju tiegħu hu miegħu, u jagħti lil kulħadd skont il-ħidmiet tiegħu. “Iva, jien dalwaqt ġej! Hekk ikun. Ejja, Mulej Ġesù!” Dan jgħallimna li aħna wkoll imsejħa biex nidħlu fid-dawl ta’ Kristu u dejjem nagħrfu x-Xemx li qatt ma tgħib.
Festa Madonna tal-Karmnu
VALLETTA 2018
45
Kollox ma’ kollox, nistgħu naraw li t-titli mogħtija lill-Madonna fil-Litanija tagħha mhumiex sempliċement qima konvenzjonali, iżda spiss ikollhom tifsira profonda kemm bibblika kif ukoll simbolika. Permezz ta’ meditazzjoni fuqhom nistgħu napprofondixxu l-għarfien u l-imħabba tagħna lejn il-Verġni Mqaddsa.
Biblijografija
Cantalamessa, R., Maria uno Specchio per la Chiesa, Milano, 1990. Cauchi, N., Omm Il-Feddej, Għawdex, 1983. Cauchi, N., Il-Madonna fit-Tagħlim tas-Santi Padri, Għawdex, 1990. De Fiores, S. u Meo, S., Nuovo Dizionario di Mariologia, Edizione Paoline, Torino, 1988. De la Potterie, I., Mary in the Mystery of the Covenant, Alba House, 1992. Gatt, Raymond O.P., “Marija fil-Liturġija u d-devozzjonijiet”, fi Knisja 2000, Ottubru-Diċembru 2010, Nru. 94, pġ. 37. Ravasi, G., Videro il Bambino e sua Madre, Milano, 1989. Schuster, I., Pensieri Mariani su le Litanie Lauretane, Milano, 1953 Sciberras, L., Il-Festi Liturġiċi tal-Madonna, Għawdex, 2003. Xuereb, A., Hawn hi Ommok: Il-Madonna fil-Ħajja Tagħna, Gozo Press, 1998.
L-Għaqda Festa Madonna tal-Karmnu - Valletta tirringrazzja lis-Sur Ġorġ Curmi Puse, Dr Karmenu Mallia, Mro Andrew Coleiro, Mauro Farrugia u Brian Bugeja għall-innijiet u marċi li għoġobhom jirregalaw
MEN’S WEAR 68/69, South Street, Valletta Tel: 21236001 Mob: 7923 6001, 9942 6246 vigomenswear@gmail.com
Elegant Suits at Best Prices
46
Festa Madonna tal-Karmnu
VALLETTA 2018
Il-Papa Ljun XIII u r-rabta singulari mal-Bażilika Karmelitana Angelo Schembri
Meta wieħed jaqra u janalizza l-istorja talKomunità Karmelitana Beltija, isib li l-akbar żewġ ġrajjiet storiċi li hija għaddiet minnhom, kienu mingħajr ebda dubju l-inkurunazzjoni tal-Kwadru prinċipali tal-Madonna talKarmnu fis-sena 1881 u l-għoti tad-digriet li bih is-Santwarju ġie mgħolli għad-dinjità ta’ Bażilika Minuri fl-1895. Dawn iż-żewġ episodji eċċezzjonali seħħew fi spazju ta’ erbatax-il sena u ġew uffiċjalment approvati mill-Papa Ljun XIII li dam jippontifika fuq il-Knisja ta’ Kristu mill1878 sal-1903, u għalhekk żgur li sa miż-żmien li seħħew, isem dan il-Papa ntrabat b’rabta dejjiema mal-istorja tal-Bażilika Karmelitana tal-Belt Valletta.
Vincenzo Gioacchino Raffaele Luigi Pecci twieled fit-2 ta’ Marzu 1810, miż-żwieġ talKonti Ludovico Pecci u martu Anna Prosperi Buzzi. Għall-familja nobbli Pecci, ir-reliġjon kienet essenzjali f’ħajjithom. Studja f’kulleġġ tal-Ġiżwiti u ta’ 18-il sena ħass il-vokazzjoni saċerdotali u ġie ordnat qassis fl-aħħar ġurnata tas-sena 1837. Il-Papa Gregorju XVI ħatru prelat personali tiegħu u kien jara fih id-doni ta’ mexxej tajjeb fil-futur. Fl-1843 Gioacchino Pecci nħatar bħala Nunzju Appostoliku għallBelġju, kariga li awtomatikament fi tmiemha kienet tiggarantixxi d-dinjità ta’ Kardinal. Tliet snin wara nħatar Arċisqof ta’ Perugia, belt Taljana li fiha għen bosta fqar mingħajr saqaf
fuq rashom. F’Awwissu 1877, il-Beatu Papa Piju IX ħatru bħala Carmelengo. Ftit xhur wara, miet l-imsemmi Papa Piju IX u ssejħu l-konklavi biex jintgħażel Papa ġdid minn fost il-Kardinali. Mattielet votazzjoni intgħażel Gioacchino Pecci, għażel l-isem ta’ Leone XIII u fit-3 ta’ Marzu 1878 kien inkurunat bħala Papa u Re ta’ Ruma. Ftit
L-Arma tal-Papa Ljun XIII fit-Tribuna, xhieda tar-rabta bejn dan il-Papa u s-Santwarju tal-Karmnu fil-Belt Valletta
Festa Madonna tal-Karmnu
VALLETTA 2018
47
taż-żmien wara li beda l-Pontifikat tiegħu, huwa fetaħ l-Arkivji tal-Vatikan għad-disponibbiltà ta’ riċerkaturi u studjużi serji, filwaqt li nkoraġġixxa iżjed ftehim bejn il-Knisja u d-dinja moderna. Tajjeb ta’ min jirrimarka li Ljun XIII kien l-ewwel Papa li qatt ġie rrekordjat kemm vokalment fuq diska kompatta, kif ukoll viżwalment fuq kamera tal-filming. Fis-Solennità tal-Assunta tas-sena 1889, ippubblika l-Enċiklika tiegħu Quamquam Pluries fejn ħeġġeġ għal iżjed devozzjoni lejn San Ġużepp u ordna biex matul ix-xahar ta’ Ottubru l-insara kollha jgħidu t-talba O Mqaddes Ġużeppi, li kiteb hu nnifsu. Il-Papa Ljun XIII jibqa’ mfakkar wisq għall-Enċiklika tiegħu Rerum Novarum li ppubblika fl-1891 u li fiha saħaq fuq id-drittijiet tal-ħaddiema, fosthom li jitħallsu indaqs. Fil-11 ta’ Ġunju 1899 huwa kkonsagra d-dinja kollha lill-Qalb Imqaddsa ta’ Ġesù. Ljun XIII jibqa’ magħruf ukoll bħala l-Papa tar-rużarju, għax ippubblika xejn anqas minn ħdax-il enċiklika li fihom iħeġġeġ lill-insara biex jitolbu r-Rużarju, isejjaħ għal iżjed devozzjoni lejn il-Madonna u jsejħilha bħala Medjatriċi u Ko-Redentriċi. Tul il-Pontifikat tiegħu huwa kkanonizza diversi qaddisin ġodda fosthom San Lawrenz ta’ Brindisi, San Benedittu Ġużeppi Labrè, San Ġwann Battista de la Salle u Santa Rita ta’ Cascia. Il-Papa Ljun XIII radd ruħu lill-Missier nhar l-20 ta’ Lulju 1903 fl-età ta’ 93 sena. Kien l-ewwel Papa li twieled f’seklu (dsatax) u miet f’ieħor (għoxrin). Il-Pontifikat tiegħu mifrux fuq 25 sena huwa meqjus fost l-itwal li qatt kellha l-Knisja Kattolika, u miegħu jissemmew dak talpredeċessur tiegħu, il-Beatu Piju IX u l-qaddis ta’ żmienna Ġwanni Pawlu II. Il-Kwadru nkurunat tal-Madonna tal-Karmnu, meqjum mid-devoti fis-Santwarju tagħha, imur lura għall-1570 u jingħad li nġieb minn Sqallija minn Patri Ġwann Vella. Sa minn żmien bikri, kemm ras il-Madonna kif ukoll il-Bambin kienu mżejna b’kuruni tal-fidda. Iżjed ’il quddiem dawn inbidlu għal oħrajn tad-deheb mimlija ħaġar. Kienet użanza pjuttost normali li diversi kwadri mxerrda fil-knejjes Maltin jiżżejnu b’kuruni tal-metall, anke jekk ma kinux inkurunati solennement. Dan il-kwadru tal-Madonna talKarmnu sa minn dejjem gawda minn devozzjoni kbira fost il-Maltin u kien jingħata diversi għotjiet ta’ deheb u fidda b’ringrazzjament għallwegħdi li jkunu ġew maqlugħa bl-interċessjoni
48
Festa Madonna tal-Karmnu
VALLETTA 2018
tal-Madonna. Din id-devozzjoni wasslet lillPatrijiet Karmelitani biex jikkunsidraw bisserjetà li l-figuri tal-Madonna u l-Bambin jiġu nkurunati solennement b’digriet tal-Vatikan. Għalhekk ressqu d-dokumentazzjoni meħtieġa bl-approvazzjoni tal-Isqof Carmelo Scicluna quddiem is-Santa Sede u fid-19 ta’ Ġunju 1880, wasal id-digriet tal-Inkurunazzjoni. L-inkurunazzjoni saret fil-fatt lejliet il-festa tal-Madonna tal-Karmnu, 15 ta’ Lulju 1881. Din kienet l-ewwel xbieha li ġiet inkurunata solennement fil-gżejjer Maltin u seħħet fi żmien il-Pontifikat tal-Papa Ljun XIII.1
Il-Kuruni tas-Santwarju
L-irħama li hemm taħt is-Santwarju li tfakkar din il-ġrajja tant importanti
Wara l-festi kbar li saru għall-inkurunazzjoni, l-Patrijiet mill-ewwel ħasbu biex la darba issa l-Knisja tal-Karmnu kienet saret Santwarju, il-pass li jmiss kellu jkun li togħla għad-dinjità ta’ Bażilika Minuri. Għalhekk saret it-talba mill-awtoritajiet Maltin tal-Ordni lill-Ġeneral tal-Ordni, li min-naħa tiegħu ressaq it-talba
lill-Papa Ljun XIII f’Diċembru tal-1889 u wrieh ix-xewqa li l-Knisja tal-Karmnu fil-Belt Kapitali Maltija, tiġi mgħollija għad-dinjità ta’ Bażilika Minuri bid-drittijiet u l-privileġġi li jġib tali unur. L-Isqof ta’ Malta, li mbagħad kien Pietru Pace, mhux biss approva din it-talba, iżda wkoll ta r-raġunijiet għala din it-talba għandha tiġi approvata mis-Santa Sede. Kien hemm ħjiel li l-Papa jilqa’ t-talba tal-Maltin għax hu nnifsu kien devot kbir tal-Madonna tal-Karmnu, tant li kien isejjaħ din id-devozzjoni Marjana bħala “… del tutto singolare, universale e costante devozione da tutto l’orbe Cattolico.” Id-digriet “In Supremo Sacro Principatis Culmine” ġie ffirmat fil-Vatikan fit-13 ta’ Mejju 1895. Din id-dinjità rrekjediet fost l-oħrajn li l-Bażilika l-ġdida tibda tuża l-Umbrellun, it-Tintinnablu u ttellgħet ittribuna fuq l-artal maġġur. F’kull wieħed minn dawn ġiet inkluża l-istemma pontifiċja ta’ Ljun XIII kif xieraq. L-inawgurazzjoni tal-Bażilika saret nhar il-Ħadd 14 ta’ Lulju 1895.2
Mid-deskrizzjoni tal-festi tal-Bażilika li jagħti l-ġurnal Il Portafoglio fit-18 ta’ Lulju 1895, jiġifieri jumejn wara, nislet dan li ġej “In Strada Zecca poi se ammirava una bella statua in plastica, lavoro del Signor Darmanin, raffigurante il Sommo Pontefice nell’atto di porgere ai Carmelitani la Bolla Appostolica della Basilica.” Fi kliem ieħor, għall-istess okkażjoni żżanżnet statwa maħduma mill-artist Karlu Darmanin li tirrafigura lill-Papa Ljun XIII jippreżenta d-digriet tal-Bażilika, u ntramat fi Strada Zecca. U minn hawn nasal għall-għan proprju ta’ din il-kitba, jiġifieri mhux tant tagħrif bijografiku dwar il-Papa Leone XIII jew iż-żewġ ġrajjiet straordinarji għall-Karmelitani Beltin li hu approva u ta l-kunsens tiegħu biex eventwalment ikunu jistgħu iseħħu, iżda naraw eżempji ta’ qima popolari u rispett lejn dan ilKbir Papa mxerrdin ma’ diversi rħula u bliet Maltin.
L-Istatwa ta’ Papa Ljun XIII li tintrama fi Pjazza Reġina fil-ġranet tal-Festa tal-Madonna tal-Karmnu fil-Belt Valletta
It-Tribuna u l-Umbrellun isfar u aħmar, simboli tat‑titlu tal-Bażilika mogħti minn Papa Ljun XIII
Din l-istatwa llum tintrama fuq pedestall sabiħ u għoli fi Pjazza Reġina bejn erba’ pedestalli oħra bi statwi tal-Isqof Andrea Corsini, il-Patrijarka Ċirillu ta’ Lixandra, l-Isqof Dijonisju ta’ Ruma, u l-Isqof Telesforu ta’ Ruma, maħdumin minn
Festa Madonna tal-Karmnu
VALLETTA 2018
49
Karlu Darmanin.3 Tal-istess bixra fl-għamla u fil-pożizzjoni, u speċjalment fix-xebh tal-fattizzi tal-wiċċ karatteristiku xi ftit mgħaddam talimsemmi Papa Ljun XIII, insibu żewġ statwi oħra maħduma mill-istess Darmanin. Waħda tintrama f’Ħal Kirkop għall-festa ta’ San Ġużepp u l-oħra fil-Birgu għall-festa ta’ San Lawrenz. L-istatwa ta’ Ħal Kirkop aktarx saret lejn is-sena 18914 u turi lil Leone XIII jżomm parċmina bittalba O Mqaddes Ġużeppi li kiteb hu fl-1889 u tinsab f’par ma’ statwa oħra li turi lill-Papa Piju IX li pproklama lil San Ġużepp Patrun tal-Knisja Universali fl-1870.5 Dan il-par Papiet għamlu sas-sena 2008 jintramaw faċċata ta’ xulxin fuq iz-zuntier tal-Knisja Parrokkjali, biex sa missena ta’ wara bdew jintramaw tefgħa ta’ ġebla ’l bogħod fi Triq Monsinjur Barbara.
mexxej tagħha.7 Qed insemmu żmien il-pontifikat tal-Papa Ljun XIII (1878‑1903) meta f’Malta kull belt u raħal bdew jaħsbu bis-serjetà biex jarmaw mhux biss il-knejjes, iżda wkoll it-toroq, b’opri artistiċi ta’ armar estern, li fortunatament ħafna minnu għadu jeżisti sal-lum il-ġurnata. Il-Pontifikat inzerta bl-eżatt maż-żmien li żewġ artisti Maltin Karlu Darmanin (1825‑1909) u Vincenzo M. Cremona (1851‑1912) kienu qed jibbrillaw b’xogħlijiet u jżejnu bosta toroq tul il-gżejjer Maltin. Għalhekk dan ir-rispett, kważi qima lejn il-Papa Ljun XIII, sab art fertili biex ix-xbieha tiegħu tiġi mmortalizzata permezz ta’ għadd ta’ statwi tal-kartapesta li għadhom sal-lum iżejnu t-toroq fil-festi tagħna. Semmejt lil Karlu Darmanin u t-tliet statwi li huwa ħadem tal-Papa Ljun XIII, iżda min-naħa l-oħra Vincenzo M. Cremona kellu għadd akbar ta’ L-istatwa tal-Birgu hija identika għal ta’ Ħal ordnijiet li juru lill-istess Papa għax fil-fatt Kirkop iżda l-Papa qed iżomm skroll f’idu ħadem seba’ oħra. Kuntrarju għall-istatwi ta’ u tintrama fi Triq San Lawrenz biswit il- Darmanin li huma maħduma b’ċertu stil purista, Kolleġġjata.6 Peress li l-Papa Ljun XIII miet fl- kważi devozzjonali, l-istatwi ta’ Cremona huma 20 ta’ Lulju 1903 u l-Festa ta’ San Lawrenz tiġi mimlija ħajja u drammatiżmu. Eżempju ċar ta’ ċċelebrata ta’ kull sena fl-10 ta’ Awwissu, dik kif jaħdem Vincenzo M. Cremona narawh flis-sena kellhom jitħassru l-festi esterni kollha istatwa tal-Papa Ljun XIII li huwa ħadem għallperess li l-Knisja Universali kienet vistuża għall- festa tal-Lunzjata f’Ħal Balzan. Din inħadmet lejn is-sena 1900 meta d-dinja fakkret iddsatax-il ċentinarju mill-inkarnazzjoni tal-Iben t’Alla permezz ta’ Marija Verġni. L-istatwa saret bl-inizjattiva ta’ Edoardo Borg li kien President taċCircolo Maria Annunziata u turi lillPapa jqum minn fuq is-sedja Pontifiċja waqt li jbierek.8 Il-pedestall oriġinali kien kumpless għall-aħħar, miżgħud b’anġli kbar u żgħar li juru t-trijonf talKnisja Nisranija. Karmnu Mallia l-Lhudi fis-snin għoxrin. L-istatwa msemmija għamlet żmien twil ma tintramax, iżda erba’ snin ilu ġiet restawrata u bdiet tintrama mill-ġdid fuq pedestall ferm iżgħar minn dak oriġinali. Statwa oħra tal-Papa Ljun XIII maħduma minn Vincenzo Cremona kompluta bil-figuri tal-pedestall kienet dik li tintrama għall-festa ta’ San Pawl Nawfragu filBelt Valletta wkoll. Din kienet turi lill-Papa jżomm is-salib Trirenju waqt L-istatwi ta’ Papa Ljun XIII, xogħol ta’ Karlu Darmanin, li li jbierek u madwar il-pedestall kien jintramaw għall-festa ta’ San Ġużepp, f’Ħal Kirkop u San hemm diversi erba’ anġli kbar iżommu Lawrenz il-Birgu, rispettivament baklu, standard ta’ Malta u salib fost
50
Festa Madonna tal-Karmnu
VALLETTA 2018
l-oħrajn, waqt li puttini bejniethom iżommu skudetti ornamentali. L-anġlu tal-faċċata kellu parċmina bil-proklama tal-Papa Ljun XIII, illi l-10 ta’ Frar kellha ssir Festa Kmandata għad-Djoċesi kollha ta’ Malta u Għawdex, kif mogħtija minnu fl-1888. Kien għalhekk li sar dan il-pedestall f’għamla ta’ monument f’ġieħ l-imsemmi Papa. Bil-festa ssir fi Frar, din l-istatwa, u oħrajn bħalha, kienet suġġett għall-maltemp u maż-żmien spiċċat intilfet ħlief għal ras il-Papa. Madwar għaxar snin ilu l-Għaqda tal-Pawlini ħasbet biex tinkorpora din ir-ras fi statwa ġdida msawra minn Ramon Camilleri McKay, kopja tal-figura oriġinali.9 Dan il-pedestall rinovat qed jintrama faċċata tal-Kon-Katidral ta’ San Ġwann.
il sena, permezz tal-fotografu Kevin Casha li ġentilment għaddieli kopja. F’dar-ritratt li qed jiġi ppubblikat b’mod esklussiv ma’ dan l-artiklu, tidher l-istatwa tal-Papa Ljun XIII fil-glorja kollha tagħha kif imsawra mill-istatwarju Cremona. Ir-ritratt iġib il-kitba “Decorazione per l’Ultima Festa di S.S. Leone XIII, Avanti la Chiesa di San Pubblio 24.5.03.” F’dan ir-ritratt li żgur qatt ma deher qabel, l-istatwa tal-Papa tinsab armata finnofs tal-portiku tal-Knisja Furjaniża taħt mant u mdawra b’erba’ anġli mill-isbaħ li ma tantx iħallu dubju li huma xogħol Karlu Darmanin. Quddiem il-Papa Ljun XIII jidhru tliet puttini; tnejn bilpilandri bit-tazzi taż-żejt u ieħor b’parċmina jipponta subgħajh ’il fuq. Dan l-aħħar puttin għandu storja interessanti ferm, għax kien jifforma parti minn grupp statwarju li juri liċĊenturjun Ġulju jlaqqa’ lil San Pawl ma’ San Publiju, b’San Luqa u San Trofimu jassistu għal din il-laqgħa, u kompluta b’dan il-puttin iżomm parċmina bil-ġrajja tal-Atti tal-Appostli miktuba fuqha10. Dan il-grupp statwarju, maħdum ukoll minn Cremona, qatt ma deher ritratt tiegħu u sfortunatament mhux magħruf x’sar minnu. L-istatwa tal-Papa Ljun XIII hi pjuttost simili għal dik ta’ Ħal Balzan, iżda mingħajr is-sedja Pontifiċja, waqt li jżomm skroll.
L-istatwa tal-Papa Ljun XIII li kienet tintrama għall‑festa ta’ San Pawl Nawfragu fil-Belt Valletta u li sfortunatament m’għadhiex teżisti. (Bil-kortesija tas-Sur Mario Cassar)
Statwa oħra tal-Papa Ljun XIII li ħadem Vincenzo M. Cremona tinsab il-Furjana u kienet tintrama ma’ statwa ta’ Papa ieħor għall-Festa ta’ San Publiju sa ftit tas-snin ilu. Biex ngħid id-dritt din l-istatwa tal-Furjana mank baqgħet tintgħaraf li tirrafigura lil Ljun XIII bir-restawri orrendi li saru fuqha maż-żminijiet u fil-fatt fl-aħħar snin m’għadhiex tintrama. Iżda ftit tax-xhur ilu ġie f’idejja ritratt antik li jmur lura mija u ħmistax-
Ritratt tal-istatwa tal-Papa Ljun XIII, armata fil‑Misraħ ta’ Ħal Balzan wara xi modifiki li kienu sarulha fil-parti t’isfel tal-pedestall. Ta’ min jinnota wkoll il-fanali bil-lampa tal-pitrolju li kien itaffi xi ftit mid-dlam tal-lejl. (Bil-kortesija tas-Sur Carmel Bezzina)
Festa Madonna tal-Karmnu
VALLETTA 2018
51
L-istatwa ta’ Papa Ljun XIII armata fil-Misraħ għall-Festa tal-Lunzjata fil-bidu tas-Seklu XX. L-ilbies tan-nies jirrifletti l-livell ta’ għixien tan-nies tal-irħula dak iż-żmien. Ta’ min jinnota wkoll il-bini li kien hemm fil-Misraħ u l-isem fuq il-bieb tal-ħanut tal-inbid miktub bit-Taljan “Caffè Annunziatio - Vino e Spiriti.’’ Aktarx l-istatwa tmur lura għas-sena 1900 (circa) billi dik is-sena tfakkar il-Ġublew tas-Sena tal-Inkarnazzjoni tal-Iben t’Alla imnedija mill-Papa Ljun XIII. Għall-parroċċa ta’ Ħal Balzan iddedikata lit-tħabbira tal-Ark lil Marija u allura l-Inkarnazzjoni tal-Iben t’Alla, dan il-Ġublew kien ifisser ħafna. (Bil-kortesija tas-Sur Carmel Bezzina).
52
Festa Madonna tal-Karmnu
VALLETTA 2018
Festa Madonna tal-Karmnu
VALLETTA 2018
53
L-istatwa ta’ Papa Ljun XIII xogħol Vincenzo Cremona armata quddiem il-Knisja ta’ San Publiju fil-Furjana nhar l-24 ta’ Mejju 1903 aktarx fl-okkażjoni tal-Ġublew tal-Fidda tal-Pontifikat tal-Papa Ljun XIII. (Bil-kortesija tas-Sur Kevin Casha Picture Archive)
Mid-data li jġib ir-ritratt, jixhed li l-Festa ta’ San Publiju li dak iż-żmien kienet diġà tiġi ċċelebrata żewġt Iħdud fuq l-Għid il-Kbir, kienet diġà għaddiet u għalhekk nasal għall-konklużjoni li l-istatwa ġiet armata b’mod tant solenni minħabba li dik is-sena l-Knisja Universali kkommemmorat bil-kbir il-Ġublew tal-Fidda tal-Pontifikat tal-Papa Ljun XIII. Fil-fatt, xahrejn wara d-data tar-ritratt, il-Papa miet wara 25 sena jmexxi l-Knisja ta’ Kristu. Il-Papa Ljun XIII rabat ismu mal-Festa Furjaniża għax hu kien hu li fl-1890 approva li l-Festa ta’ San Publiju ssir Solennità għal Malta kollha.11
Għall-Festa ta’ San Filep f’Ħaż-Żebbuġ, Vincenzo M. Cremona ħadem par ieħor ta’ Papiet biex jintramaw qabel tirfes iz-zuntier tal-Knisja Parrokkjali. Dawn jirrafiguraw lill-Beatu Piju IX u appuntu lil Ljun XIII. Iżżanżnu għall-festa tal-1895.12 Sfortunatament ftit tas-snin ilu dawn inbidlu ma’ par ieħor ġdid maħdum minn Ramon Camilleri McKay u l-antiki jinsabu merfugħin f’maħżen tal-armar tal-Każin 12th May.
Bugeja.13 Hija l-aktar statwa antika li tintrama għall-festa ta’ San Pawl il-Baħar. Statwa oħra tal-Papa Ljun XIII maħduma minn Cremona, din id-darba qasmet il-fliegu u kienet destinata biex tintrama għall-Festa ta’ Santa Marija tarRabat Għawdex. Fl-1897 iżżanżnet l-istatwa talAssunta li llum toħroġ proċessjonalment millKatidral. Oriġinarjament din kienet tintrama fuq pedestall quddiem il-Knisja ta’ San Ġakbu, it-Tokk. Ritratt antik ukoll ġentilment mgħoddi mis-Sur Kevin Casha qed jidher ukoll b’mod esklussiv ma’ dan l-artiklu u jixhed kif kienet tintrama din l-istatwa fit-Tokk. Faċċata tagħha kienet tintrama l-istatwa tal-Papa Ljun XIII, qrib tal-Banca Giuratale. Aktar ’il quddiem żdied ukoll il-Papa Piju IX li għolla l-Knisja Matriċi għaddinjità ta’ Katidral, u dawn iż-żewġ Papiet bdew jintramaw fuq it-turġien imponenti tal-Katidral. Fuq il-pedestall oriġinali tat-Tokk, sabet ruħha statwa ta’ San Ġużepp tiela’ s-sema, xogħol sabiħ tal-Kav. Wistin Camilleri. Tajjeb ngħid ukoll li l-Banda Leone fl-1881 ħadet isimha appuntu minn isem il-Papa Ljun XIII u mhux mis-simbolu tal-iljun li ġġib illum il-ġurnata.14
L-istatwa ta’ Papa Ljun XIII li kienet tintrama għall-festa ta’ San Filep f’Ħaż-Żebbuġ
F’San Pawl il-Baħar, għall-Festa tad-Duluri wkoll tintrama statwa tal-Papa Ljun XIII u jingħad li din hi xogħol l-istatwarju Cremona. Din aktarx li kienet ikkummissjonata minħabba li l-Papa msemmi approva l-bini ta’ Knisja f’San Pawl ilBaħar fuq xewqa tal-benefattriċi l-Markiża Anna
54
Festa Madonna tal-Karmnu
VALLETTA 2018
L-istatwi ta’ Papa Ljun XIII li tintrama għall-festa ta’ Santa Marija fir-Rabat Għawdex. (Bil-kortesija tas-Sur Kevin Casha, Picture Archive).
Cremona kien ħadem statwa oħra tal-Papa Ljun XIII għall-festa ta’ San Ġiljan. Din kienet tintrama biswit il-Knisja ta’ Lapsi li serviet bħala knisja parrokkjali qabel ma nbniet dik preżenti. Spiċċat tkissret maż-żmien iżda minnha fadal ras ilPapa. Din l-istatwa kienet ġiet ikkummissjonata mill-Ġiljaniżi b’tifkira talli kien proprju Ljun XIII li waqqaf lil San Ġiljan bħala Parroċċa fl-1891.
opri tal-armar isiru mhux biss sbieħ mil-lat artistiku, iżda li jkun fihom sens għalxiex qed isiru. Il-festa Karmelitana Beltija hija miżgħuda bi statwi sbieħ li jintramaw fit-toroq prinċipali. Din il-kitba semmiet statwa minnhom biss, li għall-fini tal-istorja ta’ din il-komunità, għandha merti kbar!
Ħajr speċjali lis-Sur Carmel Bezzina awtur talKtieb Ħal Balzan u l-Lunzjata li ġentilment qasam magħna ż-żewġ ritratti antiki tal-istatwa ta’ Papa Ljun XIII ta’ Ħal Balzan, kif ukoll lis-Sur Kevin Casha, is-Sur Mario Cassar u s-Sur Niki Papagiocoplou. Riferenzi u Noti
Il-Kwadru Inkurunat tal-Madonna tal-Karmnu Christian Pace fil-Ktieb tal-Festa Madonna tal-Karmnu Valletta 2014 paġni 67-81. 2. Is-Santwarju tal-Madonna tal-Karmnu jogħla għadDinjità ta’ Bażilika Minuri - 13 ta’ Mejju 1995 - Patri Valentin Borg Gusman O. Carm fil-Ktieb tal-Festa Madonna tal-Karmnu Valletta 2015 paġni 41 - 54. 3. L-Erba’ Isqfijiet li jintramaw fi Pjazza Reġina - Kan. Dr. Jonathan Farrugia fil-Ktieb tal-Festa Madonna talKarmnu Valletta 2017 paġni 135 - 142. 4. Semmejt is-sena 1891 għaliex sena qabel iżżanżnu erba’ statwi taċ-ċaqquf impurtati minn Franza, li kienu jintramaw fi Triq il-Parroċċa u għalhekk kienet ħaġa ċara li kien għaddej pjan ta’ armar. 5. Minn tal-anqas ġew restawrati erba’ darbiet minn Lorenzo Gatt, Dennis Bennett, Jesmond Bonello u Omar Camilleri. 6. Irrestawrat minn Andrew Bugeja fl-2017. 7. Enfasizzajt il-festi li tħassru fil-Birgu bil-viżtu għallmewt ta’ Ljun XIII, għax proprju dik is-sena żżanżnu l-pedestall tal-fidda u l-bradella nterzjata għall-istatwi titulari ta’ San Lawrenz, żewġ opri mill-isbaħ, u wieħed jista’ jobsor x’festi esterni kien hemm imħejjija biex jikkumpimentaw. 8. Ħal Balzan u l-Lunzjata u kitbiet oħra - Carmel Bezzina Paġni 58 - 60 9. Ħajr lis-Sur Mario Cassar tal-informazzjoni u r-ritratt antik li ġentilment għaddieli. 10. Malta Tagħna 22 t’April 1899 Paġna 3. Ħajr lis-Sur Victor Caruana. 11. Ħajr lis-Sur Stephen Camilleri għall-informazzjoni. 12. Malta Tagħna 18 ta’ Mejju 1895. 13. Il-Knejjes Parrokkjali ta’ Malta u l-Festi Tagħhom - Pin Publications - Patri Alessandru Bonnici OFM Conv Paġna 55. 14. Il-Knejjes Parrokkjali ta’ Malta u l-Festi Tagħhom - Pin Publications - Patri Alessandru Bonnici OFM Conv Paġna 148. 1.
X’fadal mill-istatwa ta’ Papa Ljun XIII, xogħol Cremona, għall‑festa ta’ San Ġiljan Ospitalier
Fi żminijiet iżjed riċenti saret statwa oħra li turi lill-Papa Ljun XIII minn Joseph Azzopardi għallKażin Sagra Familja tal-Kalkara biex tintrama għall-festa ta’ San Ġużepp. Kien dan l-istess Papa li fl-1897 waqqaf lill-Kalkara bħala Parroċċa taħt il-ħarsien ta’ San Ġużepp. Kif rajna minn din il-kitba, il-Papa Ljun XIII kellu sehem qawwi fix-xena reliġjuża Maltija ta’ tmiem is-seklu dsatax. Digrieti, proklami, parroċċi, unuri li mhux ta’ b’xejn ħallew marka kbira fil-qalb tal-Poplu Malti. Il-poplu raddlu lura b’turija ta’ rispett popolari billi xerred ixxbieha tiegħu mat-toroq, fil-festi li tant huma għal qalb il-Maltin. Kien u jibqa’ essenzjali li
Festa Madonna tal-Karmnu
VALLETTA 2018
55
Qaddisin fit-Toroq tal-Belt – 2 Patri Victor Paul Farrugia O.Carm
Inkomplu din is-sensiela li bdejna s-sena l-oħra fejn nagħtu ħarsa lejn il-ħajja ta’ dawn il-qaddisin li l-istatwi tagħhom jintramaw fittoroq tal-Belt Valletta fil-ġranet tal-Festa talMadonna tal-Karmnu. Il-Beata Franġiska d’Amboise Franġiska twieldet fit-28 ta’ Settembru 1427, bint Luiġi, l-Viskonti ta’ Thouars u Maria ta’ Rieux tal-Baruni d’Encenis. Fl-età tenera ta’ kważi erba’ snin ġiet imwegħda bħala għarusa lil Pietru II, it-tieni wild tad-Duka tal-Brettanja u marret toqgħod mal-kunjata futura tagħha Giovanna, oħt ir-Re ta’ Franza Karlu VII. Din il-mara li kienet reliġjuża ħafna, kellha x-xorti li tiltaqa’ ma’ San Vinċenz Ferrer, u għaddiet liċ-ċkejkna Franġiska spirtu nisrani profond. Minkejja li kienet tgħix qalb il-pompa u l-lussu, xorta kienet tħoss f’qalbha x-xewqa li tfittex permezz tat-talb l-għaqda sħiħa ma’ Alla. Kif kien previst iżżewġet fl-età ta’ ħmistax-il sena, żewġha kien ġa tilef lil missieru u lil ħuh ilkbir. Fl-1450 fil-Katidral ta’ Rhemis saret iċċelebrazzjoni tal-Inkurunazzjoni. Iż-żewġ miżżewġin, f’sintonija ammirabbli, dejjem kienu mbuttati lejn il-bżonnijiet dejjem aktar gravi tal-poplu u kienet ukoll kbira l-attenzjoni lejn ilknejjes u l-monasteri. Fl-ewwel sena taż-żwieġ, anke biex jirribattu ċerti problemi, għamlu pellegrinaġġ biex jitolbu l-protezzjoni talVerġni Marija. Franġiska kellha influss pożittiv
56
Festa Madonna tal-Karmnu
VALLETTA 2018
L-istatwa tal-Beata Franġiska D’Amboise li tintrama quddiem il-qorti għall-festa tal-Madonna tal-Karmnu fil-Belt
fuq żewġha u dawn il-bidliet pożittivi kellhom effett ukoll fuq il-ħajja tal-qorti u tal-Istat. Isseba’ snin tat-tmexxija tiegħu baqgħu magħrufa mill-poplu bħala ż-żminijiet tad-dukessa beata. Fit-22 ta’ Settembru 1457, fl-età ta’ tletin sena miet Pietru II, hu ħalla warajh armla li mingħajr telf ta’ żmien kienet oġġett ta’ ġlied għall-poter. Ipproponewlha t-tieni żwieġ, imma issa kienet miġbuda aktar lejn Alla, u għalhekk hi opponiet bis-saħħa. F’waħda mit-talbiet imqanqlin tagħha stqarret: Alla tiegħi! Nitolbok tilqa’ filmistrieħ ta’ dejjem, ir-ruħ mixgħula tas-sinjur tiegħi u żewġi. Għalija, jiena naf tajjeb li Int tixtieq qalbi kollha u l-imħabba tiegħi kollha. Int dejjem kellek l-ikbar u l-aqwa sehem, imma, kien hemm sehem għal dak li miegħu ġejt magħquda bir-rabta taż-żwieġ. Sejjaħtlu għal għandek, jiena ma rrid lil ħadd aktar u rrid inwiegħed minn issa, li ma niżżewweġ qatt aktar, ma rrid lil ħadd aktar ħlief lilek u imħabbtek. Fl-1459 Franġiska ltaqgħet mal-Beatu Ġwann Soreth, Pirjol Ġenerali tal-Karmelitani u kienet imsaħħra millkariżma tal-Ordni. Poġġiet l-għana tagħha għaddispożizzjoni tat-twaqqif tal-ewwel monasteru femminili Karmelitan fi Franza. Ġie mibni f’Bondon, ħdejn Vannes, fl-1463, u għal dan l-iskop P. Soreth sejjaħ lil xi sorijiet minn Liegi, dan il-monasteru ġie ddedikat lit-Tliet Mariji. Fil-25 ta’ Marzu 1468 anke l-istess Franġiska pprofessat f’idejn il-Beatu u daħlet fil-klawsura. Ġiet eletta bħala prijura, imma kienet tirrepeti: Aħsbu dejjem li aħna aħwa bl-istess libsa u blistess professjoni. Kellha karattru qawwi, imma fl-istess ħin għall-ħutha s-sorijiet kellha mħabba materna. Fl-1477 waqqfet f’Nantes it-tieni monasteru. F’dan iż-żewġ monasteri stabbiliet ir-regolamenti, b’insistenza fuq il-klawsura stretta. Kienet tikkoreġi b’imħabba u għerf, kif jixhdu l-Eżortazzjonijiet li ġabru s-sorijiet. Kienet tgħid: Imisskom tagħmlu tellieqa bejnietkom u taraw min hu l-aktar umli, l-aktar ħelwa (li turi ħlewwa), l-aktar li tagħmel karità, l-aktar waħda kuntenta b’dak li trid l-oħra. U wkoll: Nirrikkmanda li tieħdu ħsieb kemm ir-ruħ kif ukoll il-ġisem, b’diskrezzjoni biex tkun tistgħu taqdu aħjar lil Alla u r-reliġjon. Tistgħu taqdu aħjar b’saħħitkom milli morda. Ngħidilkom li ż-żminijiet qaddisa ma jagħmlux persuni qaddisa, imma l-persuni qaddisa u twajba, jagħmlu ż-żmien qaddis. M’għandux jinteressakom dak li jingħad fuqkom kemm tajjeb kif ukoll ħażin, imma
li tkunu nodfa u safja fil-ġewwieni tagħkom. Jekk Alla hu magħna, min jista’ jkun kontra tagħna? It-triq id-dritta biex wieħed imur il-ġenna hija is-salib, u l-ewwel bieb. Jalla jkollkom mħabba kbira lejn xulxin. Qatt ma tumiljaw ruħkom biżżejjed daqs dak li twieled għalikom f’umiltà u faqar kbir. Lilha nafu l-introduzzjoni tat-Tqarbin frekwenti, u lis-sorijiet morda anke kuljum. Kienet profetika fil-ħsibijiet u fid-deċiżjonijiet, billi eżortat, mill-pożizzjoni privileġġjata tagħha, għall-paċi bejn il-prinċpijiet. Hija talbet ukoll li tħalli l-uffiċċju ta’ Prijura, imma ma tħallietx. Mietet f’Nantes fl-4 ta’ Novembru 1485, waqt li kienet qed tassisti soru li kienet marida bilpesta. Waqt ir-Rivoluzzjoni Franċiża s-sorijiet kellhom jabbandunaw il-monasteru, u t-tifkiriet tal-Beata kienu mxerrda u ġisimha pprofanat, imma minkejja dan kemm fil-Gwerer Huguenot (1562-1598), kif ukoll fir-Rivoluzzjoni Franċiża partijiet minnu ġew salvati u llum jinsabu filKatidral ta’ Nantes. Intilfet ukoll parti mittest ta’ uħud mill-istruzzjonijiet klawtrali, imma fortunatament parti minnhom kienu ġa ppubblikati. Hija meqjusa bħala l-Fundatriċi tal-Karmelitani Nisa fi Franza, il-kult liturġiku tagħha kien rikonoxxut mill-Beatu Piju IX fis-16 ta’ Lulju 1863 bħala premju lin-nies tal-Brettanja għall-għaqda tagħhom mal-Knisja Kattolika u mad-Dukessa tagħhom. Ġiet ibbeatifikata fl1866. Il-Beata Franġiska tidher fl-ikonografija, bil-Kurċifiss f’idejha u mlibbsa bil-kappa talermellin, minflok tas-suf, b’tifkira tat-titlu tagħha ta’ dukessa. Tibqa’ magħrufa għallħlewwa materna tagħha, għall-fedeltà u l-umiltà li kellha. Sar Rivoluzzjoni Franċiża kien hemm erba’ Monasteri fi Franza li jafu l-bidu tagħhom lill-Madre Franġiska: Les Couëts f’Nantes; ittieni Fundazzjoni ta’ Vannes, imsejħa Nażaret,
Il-Fdalijiet tal-Beata Franġiska d’Amboise
Festa Madonna tal-Karmnu
VALLETTA 2018
57
stabbilita f’Vannes fl-1530; Santu Sepulkru f’Rennes (1622) u Bethlem f’Ploërmel (1627).
Il-Beata Ġwanna Scopelli Twieldet f’Reggio Emilia probabbilment fl-1428, ftit li xejn nafu fuq l-ewwel snin ta’ ħajjitha. Ilvokazzjoni reliġjuża mill-ewwel uriet ruħha f’qalbha, u l-ġenituri tagħha Simone u Caterina ħallewha ssir mantellata Karmelitana. Baqgħet tgħix id-dar u ddedikat ruħha għaż-żewġ ħutha bniet u ħuha. Wara l-mewt tal-ġenituri tagħha, ġiet milqugħa minn mara ta’ kundizzjoni umli, imma sinjura fil-pjetà. Ġwanna baqgħet tfittex post biex tadattah f’monasteru. Waħda armla offriet lilha nnifisha, liż-żewġ uliedha u d-dar tagħha għal dan l-iskop. Għexu flimkien f’dak il-post bejn l-1480 u l-1484, filwaqt li kompliet tfittex post adattat għall-monasteru. Fl-1845 bl-għajnuna tal-Isqof Filippo Zoboli, akkwistat il-Knisja ta’ San Bernard li kienet tal-Patrijiet Umiliati, li talbitha lill-Ġeneral tagħhom, waqt li kien għaddej minn Reggio. Il-monasteru l-ġdid ingħata l-isem ta’ Santa Maria del Popolo
L-istatwa tal-Beata Ġwanna Scopelli li tintrama għal festa tal-Madonna tal-Karmnu fil-Belt
58
Festa Madonna tal-Karmnu
VALLETTA 2018
(imsejjaħ ukoll delle Bianche). L-iskop prinċipali tagħhom kien li jitolbu għall-Knisja universali. Id-diffikulatjiet finanzjarji tal-bidu ġew solvuti bis-saħħa ta’ ċertu Cristoforo Zoboli. Il-Beata, ġiet eletta Prijura mit-tnejn u għoxrin soru żagħżugħa li ngħaqdu magħha, u rċeviet l-aggregazzjoni u l-gwida spiritwali talKarmelitani ta’ Mantova, minn fejn fl-1487 hija rċeviet konfessur. Fl-Italja ma kienx hemm tradizzjoni ta’ Monasteri femminili Karmelitani, imma Ġwanna addattat il-Kariżma Karmelitana lill-komunità l-ġdida. L-istess esperjenzi ġraw fi Franza, il-Belġju u Sapnja.
Madre Ġwanna kienet tivvenera lill-Verġni Marija b’devozzjoni partikulari, din iddevozzjoni kienet imsejħa l-qmis tal-Madonna, magħmula minn 15,000 Ave Maria, b’Salve Regina wara kull 100. Fl-aħħar kienet tingħad għas-seba’ darbiet jew l-Ave Maris Stella, jew O gloriosa Domina. Il-Karmelitani ta’ Reggio kienu jirreċitaw din it-talba sal-1773. Kienet tipprova żżomm konverżazzjoni ma’ Marija fil-mod kif kienet iġġib ruħha u fil-mumenti ta’ tbatija, filmumenti ta’ ferħ u f’dawk ta’ niket, b’tali mod li ruħha kienet tgħix mgħarrqa fl-imħabba lejn din il-maħbuba Omm, b’sentimenti filjali. Kienet persuna għanja fil-pjetà u fil-ħlewwa lejn Marija u fiha kienet tikkontempla lil Binha Ġesù. Kienet Ta’ Ġwanna għandna biss ftit kitbiet, tidher l-aktar id-devozzjoni profonda lit-Tfulija ta’ Ġesù. Il-Mulej daħal f’ruħha b’mod qawwi billi mexxieha lejn esperjenza profonda talpreżenza tiegħu bi grazzji mistiċi straordinarji, u fetħilha triq magħmulha minn dwal u ljieli. Hija esperjenzat il-lejl tal-ispirtu bħala triq obligatorja għat-twelied ta’ ħlejqa ġdida f’mixja fejn is-salib u l-imħabba jidentifikaw flimkien, dan kien perjodu twil ta’ purifikazzjoni interjuri, fejn hija intelqet f’idejn il-Mulej bħal Marija. Ħalliet il-Mulej jaħraq dak kollu li hu uman u ħalliet li hija tkun konformi mar-rieda tiegħu, biex hekk tinkarna l-imħabba ta’ Alla u ssir don mingħajr riserva u tasal għall-imħabba vera. Hija kellha wkoll spirtu qawwi ta’ penitenza.
Mietet fid-9 ta’ Lulju 1491, imdawra b’fama kbira ta’ qdusija. Skont tradizzjoni antika, il-ġisem ġie midfun fil-ġnien tal-monasteru, ħdejn il-bir li ġie msejjaħ il-Bir tal-Beata, ġie eżumat is-sena
Il-Ġisem talBeata Ġwanna Scopelli
ta’ wara, u nstab inkorrott. Fl-1500 inġabret ixxhieda fuq ħajjitha, fuq il-virtujiet u l-mirakli; bejn is-snin 1767 u 1770 inżamm il-proċess djoċesan għall-għarfien tal-kult li ġie approvat mill-Papa Klement XIV fl-24 ta’ Awwissu 1771. Fl-1773 isimha ddaħħal fil-“Kanone tal-Beati”. Il-Festa tagħha kienet tiġi ċċelebrata b’mod solenni bit-tberik tal-morda. Meta fl-1797 ilMonasteru ġie soppress, ġisimha ġie trasferit
fil-Katidral fl-1803, fil-Kappella Rangoni. F’Ittra lill-Ordni Karmelitan datata 7 ta’ Ottubru 2002 San Ġwanni Pawlu II fakkarha bħala waħda mill-esponenti li spikkaw fl-Italja, fl-ewwel esperjenza monastika Karmelitana, waħda millfiguri prinċipali tat-Tieni Ordni. Ħajr lil Fr Victor Paul ta’ wħud mir-ritratti li qed jidhru f’dan l-artiklu.
The Albion Stores For all that is needed in making and baking cakes, dishes and sweets
199, Merchant Street Valletta VLT 1172 Malta Tel/Fax: 2122 4694
by Malcolm Fenech
Monday to Friday from 7.00am to 3.00pm Closed on Saturdays
Tel: 21249076 Mob: 79444057 123, St John Street, Valletta VLT 1169 malcolm.lancet@gmail.com Visit us on Facebook
est 1921
Festa Madonna tal-Karmnu
VALLETTA 2018
59
SANDRO SPITERI
RUBINO CONFECTIONERY 53, Old Bakery Street, Valletta Tel: 2122 4656 www.rubinomalta.com info@rubinomalta.com
24, Melita Street, Valletta Tel: 21242833
J.L.S.
Stoneworks G˙al kull xorta ta’ xog˙ol ta’ lavur, fireplaces, qoxra tal-fil, kisi u tibjid Tel: 21 25 0138 • Mob: 9944 3998 Showroom: 73, Barth Street, Óamrun 60
Festa Madonna tal-Karmnu
VALLETTA 2018
Il-Fided tal-Knisja tal-Madonna tal-Karmnu tal-Belt Valletta Emmanuel Magro Conti
Wara li fl-aħħar tliet snin (programm tal-festa 2015, 2016 u 2017) rajna numru ta’ affarijiet tal-fidda ferm interessanti u wħud storiċi wkoll li jappartjenu lill-Fratellanza tal-Madonna talKarmnu mwaqqfa fis-Santwarju tal-Belt Valletta, din is-sena ġejt mitlub biex nibda nagħti ħarsa lejn numru ta’ biċċiet tal-fidda li jappartjenu lis-Santwarju stess. L-ammont u l-kwalità ta’ affarijiet liturġiċi tal-fidda li għandha din ilknisja, li kif rajna eventwalment saret Santwarju u Bażilika fis-seklu dsatax, juru kemm il-Maltin u anke l-barranin riedu li bl-offerti tagħhom juru d-devozzjoni lejn il-Verġni Mbierka talKarmelu, kult u devozzjoni li ma qatgħu xejn f’dawn l-aħħar 450 sena. Il-patrijiet Karmelitani responsabbli minn din il-knisja, speċjalment il-Pirjol, wieħed wara l-ieħor, illum immexxija mill-Pirjol Patri Alex Scerri, ħadmu bis-sħiħ matul dawn is-snin kollha biex dak li kien hemm bżonn għas-servizz liturġiku, ikun mill-aqwa u kif suppost. Din issena se nagħtu ħarsa lejn affarijiet tal-fidda liturġiċi li għandhom x’jaqsmu mas-Santissimu Sagrament, esklużi impulluzzi u kalċijiet.
Din is-sena se nibdew il-ħarsa tagħna missagristija. Is-sagristija hija għanja bl-armarji ta’ injam, xogħol tas-seklu tmintax li b’xi modifiki xejn kumplimentużi, ġiet irranġata kif inhi llum fis-snin sebgħin tas-seklu l-ieħor, wara li
parti minnha ttieħdet biex tkabbret il-knisja. Tal-inqas ġiet salvata u forsi xi darba jinqala’ xi benefattur biex tkun restawrata kif suppost. Filġranet tal-festa tkun armata b’għadd ta’ pjaneti rrakkmati u lbies liturġiku ieħor antiki u ferm sbieħ. Kaxxa sempliċi tal-fidda, tonda u bl-għatu, għolja 14 cm, tkun fuq wieħed mill-bankuni, pjuttost mitlufa ħdejn il-paramenti sagri. L-unika dekorazzjoni li nsibu fuqha hija inċisa li turi l-arma tal-Monti Carmeli inkurunata. Issoltu dawn il-kaxxi tondi jkunu żgħar li fihom jitqiegħdu l-Ostji mhux ikkonsagrati biex ilpatri jew qassis u ġieli l-Fra jew sagristan, jieħdu l-Ostja kbira u jqegħduha fil-Patena ta’ xi Kalċi qabel dawn jinħarġu għall-quddiesa. Din li nsibu fil-knisja tal-Karmnu mhi normali xejn. Fejn is-soltu dawn il-kaxex ikollhom post għal xi tnax-il Ostja mhux ikkonsagrata, din tesa’ ferm aktar mid-doppju. X’juri dan - devozzjoni kbira u quddies bla heda fil-jiem tal-festa meta flantik fuq kull artal tal-knisja kien isir il-quddies waħda wara l-oħra. Għandha xi tibdil u tiswijiet ta’ matul iż-żmien, pereżempju s-salib żgħir ta’ fuq l-għatu li jservi ta’ pum biex jinfetaħ l-għatu huwa mibdul. Għandha marka fil-qiegħ tagħha li turi li hija ta’ żmien il-Gran Mastru Ramon Perellos Y Roccaful (1697-1720). Possibilment, din il-kaxxa (wafer box) hija fost l-aktar antiki li nsibu fil-gżejjer Maltin. Insibu tlett iċwievet tal-bieba tat-Tabernaklu li
Festa Madonna tal-Karmnu
VALLETTA 2018
61
speċi ta’ ġummiena b’xi inizjali fuqha, mogħtija forsi b’wegħda u għandha wkoll mill-bidu tasseklu għoxrin. Infatti fuq il-kaxxa nsibu din l-iskrizzjoni: Marka taħt il-marka li turi li hija ta’ żmien il-Gran Mastru Ramon Perellos Y Roccaful (16971720)
nsibuh fuq l-artal ta’ Sant’Anjeże (ara l-artiklu fil-programm tal-2015). L-ewwel waħda hija pjuttost sempliċi. Hija tal-fidda bla marki imma tidher li hija xogħol Malti tal-bidu tasseklu għoxrin twila b’kollox 19 cm. Figura talMadonna tal-Karmnu bil-Bambin torqom din iċ-ċavetta u bħala key chain insibu katina u qalb tal-fidda. Ċavetta oħra tat-tabernaklu merfugħa ġo kaxxa apposta mhijiex tal-fidda imma tad-deheb, twila b’kollox 18 cm. Tixbah ferm l-ewwel ċavetta. Il-key chain hija katina żgħira li tispiċċa fi
62
Festa Madonna tal-Karmnu
VALLETTA 2018
DONO FATTO DAL FAM. POLIDANO 15-3-1930
Dan ifisser li l-familja Polidano għamlet din l-għotja fil-15 ta’ Marzu 1930. Dawn iż-żewġt iċwievet jistgħu jitqiesu bħala par, waħda għal ċertu festi u l-oħra tad-deheb għall-festa tal-
Karmnu u forsi l-Milied u l-Għid il-Kbir. Ċavetta oħra tal-fidda tat-Tabernaklu hija xi ftit aktar antika ta’ lejn l-aħħar tas-seklu dsatax twila 29 cm. Żewġ anġli jżommu kuruna li minnha żżomm katina tal-gran spinat li tispiċċa f’ġummiena tal-filugranu. Għal darb’oħra ma jidhrux marki imma x-xogħol jidher li hu Malti.
Insibu erba’ Pissidijiet interessanti. L-aktar antik huwa fuq stil Barokk il-ġmiel tiegħu. Fuq il-pedestall tiegħu naraw l-arma tal-Isqof ta’ Malta Fra Davide Cocco Palmieri (1681/41711) ma’ dik tal-Gran Mastru Gregorio Caraffa (1680-1690) li kien minn Napli. Cocco Palmieri, Kalabriż, kien Kappillan Konventwali tal-Ordni u kien sinjur minnu u joqgħod Malta u kien l-elemonisiniere ta’ dan l-istess Gran Mastru Caraffa. Kien irrinunzja l-kariga meta ġie magħżul fl-1681 minħabba r-renti kbar li kien se jkollu, imma fl-aħħar aċċetta u ġie kkonsagrat fl-1684. Forsi dan il-Pissidi juri mhux biss kemm kien iħobb lill-Madonna talKarmnu imma wkoll il-benevolenza tiegħu bilġid tal-pensjonijiet li kellu. Dan il-Pissidi, b’tul ta’ 31 cm, ġie maħdum bejn l-1681/4 u l-1690 minħabba l-kombinazzjoni tal-armi li tkellimna fuqhom. Huwa ferm dekorat b’disinji arabeski u puttini, fost elementi dekorattivi oħrajn. Oriġinarjament kien maħsul bid-deheb b’xi traċċi għadhom jidhru. L-għatu huwa merqum b’salib li f’xi żmien ġew imqiegħda miegħu ħames djamanti tip rosa. Pissidi ieħor antik huwa fuq stil Barokk pjuttost ristrett b’tul totali ta’ 34 cm. Huwa xogħol Malti, infatti għandu l-marka tal-fidda ta’ Malta M talbidu tal-perjodu Ingliż li turi li huwa ta’ finezza ta’ 10.5 deniers. Iġib id-data sħiħa 1818 kif ukoll
il-marka tal-arġentier PX li hija tal-arġentier Paolo Xicluna (Scicluna) li ħa l-liċenzja ta’ arġentier fl-1810. Fuq il-Pissidi nsibu d-data inċiża: MDCCCXVIII
li hija 1818. Iċ-Ċiborju propju huwa maħsul biddeheb. Fih xogħol ta’ sbalzar fin u elementi bħal ma huma puttini u weraq imwaħħlin mas-sieq li huma fonduti. Possibilment dan il-Pissidi sar mill-kunvent. Ċertu affarijiet tal-fidda bl-użu jiġrilhom ħafna ħsara. Pissidi antik li nsibu f’din il-knisja għadda minn xi trawma sew. Aktarx li kien jintuża ta’ kuljum u b’hekk il-ħsarat, wara mijiet ta’ snin ta’ użu. Partijiet minnu, is-sieq, iċ-Ċiborju, u l-korolla, baqgħu sew u jidhru li huma tal-bidu
Festa Madonna tal-Karmnu
VALLETTA 2018
63
Pissidi pjuttost modern huwa ta’ manifattura Ingliża. Huwa żgħir fid-daqs, b’tul totali ta’ 15il cm. Il-marki kemm fuq il-Pissidi kif ukoll fuq l-għatu, juru li sar Londra minn E&E fl-1946. Kurżità kif spiċċa f’din il-knisja!
tas-seklu tmintax. Minħabba l-ħsarat, jidher li l-patrijiet kienu ddeċidew f’żewġ okkażjonijiet separati li jibdlu l-pedestall u l-għatu, bejn wieħed u ieħor lejn l-aħħar tas-seklu dsatax u l-bidu tas-seklu għoxrin rispettivament. L-istil ta’ dawn il-bidliet mhuwiex l-istess u lanqas kumplimentari għall-oriġinal. It-tul preżenti huwa ta’ 26 cm.
64
Festa Madonna tal-Karmnu
VALLETTA 2018
Waqt it-tqarbin imqaddes mill-patri jew saċerdot, kont tara abbati attent ferm iżomm plattina tal-fidda ħdejhom biex jekk taqa’ l-pellicola jew xi fraka, ma jispiċċawx fl-art. Insibu tliet plattini tal-fidda fil-Bażilika talKarmnu. L-aktar antika hija tal-bidu tas-seklu dsatax. Din fiha tul ta’ 20 cm u 16 cm wisa’. Għandha Pellikan jitma’ minn ġismu liż-żgħar tiegħu, simbolu tal-Ewkaristija minqux fuqha
l-ġmiel tiegħu. Sfortunatament, xi darba sar xi xogħol ta’ restawr li ma kienx irnexxa jew kienet suġġetta għal xi ħruq. Hija xogħol Malti, infatti għandu l-marka tal-fidda ta’ Malta M tal-bidu tal-perjodu Ingliż li turi li huwa ta’ finezza ta’ 10.5 deniers. Insibu parti mid-data 18??. Iddata sħiħa fuq il-fidda Maltija baqgħet tintuża sal-1856 u mis-sena ta’ wara, bdiet sistema binnumri konsekuttivi, bin-numru 1 għall-1857. Insibu wkoll il-marka tal-arġentier FB li hija tal-arġentier Francesco Bugeja li ħa l-liċenzja ta’ arġentier fl-1805. B’hekk naraw li din il-plattina ġiet maħduma bejn l-1805 u l-1856.
Plattina tat-tqarbin tal-fidda, maħsula bid-deheb hija ta’ ċertu klassi. Hija fidda ta’ Malta b’tul ta’ 20 cm b’16 cm wisa’ u għandha diversi marki. Minquxa b’sengħa liema bħala, f’nofs il-plattina insibu l-arma tal-Monte Carmeli u titolu: FLOS CARMELI
Din il-frażi tfisser ‘Fjur tal-Karmnu’, frażi u bidu ta’ innu, li jemozzjonaw mhux ftit lillKarmelitani. Iġġib in-numru 31 f’ċirku li jfisser li saret fl-1887. Hemm ukoll is-salib ta’ Malta f’ċirku li juri l-finezza tal-fidda li huwa ta’ 11il denier, S f’maqrut li hija l-marka tal-Konslu tal-fidda ta’ Malta u l-marka tal-arġentier AVC li huwa Alfredo Vassallo Cremona li ħa l-liċenzja ta’ arġentier fl-1863. Fuq taħt il-plattina, insibu minquxa d-data 1887 u l-inizjali G.L.A., forsi ta’ min ta b’donazzjoni. Wieħed irid josserva li dan l-arġentier, Alfredo Vassallo Cremona, kien l-aktar infittex għall-pużati tal-ikel tal-fidda u xogħol barra minn kull daqs ta’ frieket, imgħaref, kuċċarini u pużati biex jiġi servut l-ikel bihom, qajla ssib u dejjem f’ambjent domestiku bhal xi sotto coppa. Xogħlu fil-knejjes bħal din ilplattina huwa rari immens.
L-aħħar plattina tat-tqarbin tal-fidda li se nikkummenta fuqha, ġiet mogħtija fl-1968. Fiha tul ta’ 24 cm b’16 cm wisa’. Fiha nsibu mnaqqxa pjuttost b’mod rozz, id-data 1968 u l-arma talMonte Carmeli bit-titolu: Zelo Zelatvs Svm Pro Domino Deo Exercituum
Dan ifisser: “Għandi qalbi tħeġġeġ għall-aħħar għall-Mulej, Alla tal-eżerċti…” meħuda dirett minn fomm il-Profeta Elija mill-ewwel ktieb tasSlaten 19:10. Plattina pjuttost sempliċi li millmarki li fiha nafu li saret Malta fis-snin 60 tasseklu l-ieħor mill-arġentier PJ li huwa Joseph
Festa Madonna tal-Karmnu
VALLETTA 2018
65
12, St Helen Square Birkirkara Tel: 2144 9514  Mob: 7748 0377
Pirotta li ħa l-liċenzja ta’ arġentier fl-1929, il-finezza tal-fidda bil-marka 917 minn 1000 millims tal-fidda pura li huwa l-kalibru ta’ Malta u s-salib ta’ Malta li jerġa’ juri dan.
Il-kult Ewkaristiku jimmanifesta ruħu wkoll bl-espożizzjoni tas-Santissimu Sagrament f’għadd ta’ okkażjonijiet matul is-sena. Biżżejjed insemmu l-adorazzjoni ta’ nhar il-Ħamis, ilKwaranturi, il-purċissjonijiet ta’ Corpus u l-Qalb ta’ Ġesù u l-barki wara l-purċissjonijiet. Biex jiġi espost is-Santissimu Sagrament, il-knisja Kattolika ħarġet bl-idea tal-isfera jew kif kienu magħrufa bil-latin ‘Monstrans’ li tfisser “biex turi”, fil-każ tagħna l-isferi jintużaw biex tara lisSantissimu Sagrament. Fis-Santwarju u Bażilika tal-Madonna tal-Karmnu, insibu xejn inqas minn ħamest isferi.
L-aktar sfera antika kienet ġiet mogħtija millIsqof ta’ Malta Fra Davide Cocco Palmieri (1681/4-1711). Dan għaliex fuq il-bażi ta’ din l-isfera, insibu l-arma ta’ dan l-Isqof flimkien ma’ dik tal-Gran Mastru Gregorio Caraffa (16801690), eżatt bħal ma sibna fuq il-Pissidi li rajna aktar ’il fuq. Żewġ oġġetti sagri ġew mogħtija mill-istess Isqof, li kif rajna ma kienx nieqes mill-flus imma żgur ukoll ma kienx nieqes millġenorożità u mid-devozzjoni lejn il-Madonna
68
Festa Madonna tal-Karmnu
VALLETTA 2018
tal-Karmnu u lejn is-Santissimu Sagrament. Din l-isfera hija twila 73 cm u ġiet maħduma bħall-Pissidi bejn l-1681/4 u l-1690, minħabba l-kombinazzjoni tal-armi li tkellimna fuqhom meta rajna l-Pissidi. L-isfera hija ferm dekorata fuq stil Barokk, b’disinji arabeski u puttini fost elementi dekorattivi oħrajn, kollox sbalzat. Irraġġiera hija ferm interessanti fis-sempliċità tagħha. Sfortunatament f’xi żmien, żdieditilha kuruna maħsula bid-deheb. Ma kinitx fil-ħsieb oriġinali tad-disinn, li fil-perjodu tagħha l-isferi ma kellhomx kuruni. Żdiedu wkoll żewġt iċrieket b’ħaġar prezzjuż mal-manku u għadd ta’ ħaġar prezzjuż fuq ir-raġġiera li xi darba setgħu kienu brazzuletti, mogħtija mill-ex Pirjol ta’ dan il-kunvent, Patri Martin Schembri b’kommemorazzjoni t’ommu li tagħha kienu jappartjenu.
Sfera oħra interessanti ferm teħodna lura għasseklu tmintax. Inħadmet Palermo, fi Sqallija fuq stil Barokk tal-perjodu. Ftit li xejn hawn xogħol Taljan jew Sqalli f’Malta bħalha. Ir-raġġiera hija magħmula minn tliet raġġieri waħda fuq l-oħra. Sfortunatament f’xi żmien, żdiedet kuruna talfidda maħsula bid-deheb fuq din ir-raġġiera li għal darb’oħra, irrid ngħid li m’għandhiex postha hemm għax mhux oriġinali u fil-perjodu li saret din l-isfera, kuruni ma kinux jitqiesu flistil. Almenu hija kuruna pjuttost sabiħa mimlija ħaġar prezzjuż. Għadd ta’ labar, ġojji, ċrieket u msielet twaħħlu fuq ir-raġġiera u mal-manku, dawn forsi kollha b’wegħdi. Bejn ir-raġġiera u l-manku, insibu żewġ anġli żgħar iżommu emblemi Ewkaristiċi. Il-manku u s-sieq huma kollha ornati b’elementi Barokki ta’ weraq u simboli Ewkaristiċi. Fuq il-bażi nsibu tliet armi kollha inkurunati li sa issa ma ġewx identifikati. Kull parti tar-raġġiera hija mmarkata, kif ukoll
mir-ramm maħsul bid-deheb dekorat bil-qroll aħmar, li minnhom f’Malta għandna tlieta, kollha ġewwa l-belt Valletta (San Ġwann, Santa Katarina u l-Ġizwiti). Eluf ta’ biċċiet tal-fidda irqaq jiffurmaw din l-isfera. Fuq il-bażi nsibu biċċa fidda fonduta forma ta’ skudett doppju. L-iskudett ta’ taħt fih imnaqqax arma tixbah ħafna lil dik tal-familja Depiro u f’dak ta’ fuqha, dik tal-Karmnu, l-emblema l-ġdida tas-seklu dsatax.
għadd ta’ biċċiet oħra li jiffurmaw din l-isfera. Il-marki li naraw huma GLC49 li tirreferi għallkonslu tal-fidda ta’ Palermo (Console dell’Arte) tas-sena 1749, is-sena meta nħadmet, Ajkla fuq l-ittri RVP li hija l-Bulla di garanzia jew il-marka tal-fidda ta’ Palermo (bħal ta’ Malta huwa s-salib tal-Ordni) bl-ittri jfissru Regia Urbs Panormi (Is-Sedia u l-Belt ta’ Palermo). Fis-seklu dsatax, l-Italja u Sqallija għaddew minn diversi taqbil u l-gvernijiet għal aktar minn darba, irrekwiżizzjonaw kunventi u knejjes sħaħ u l-affarijiet tagħhom ġew mibjugħa. Forsi din l-isfera hija waħda minn dawn l-oġġetti li ġew mibjugħa u spiċċat Malta.
Xogħol Malti xejn komuni fil-knejjes tagħna hija Sfera tal-filugranu twila 68 cm. Xogħol bil-filugranu fil-knejjes Maltin issib ftit li xejn, xi Sfera simili oħra, xi ftit relikwarji u sett impulluzzi jew tnejn, xejn aktar. Mhux faċli li tagħtiha data. Relikwarju simili ħafna, almenu l-bażi tiegħu, huwa ta’ żmien il-Gran Mastru Antonio Manoel de Vilhena (1722-1736). Ilparti tar-raġġiera tixbah ħafna lil Sferi li ġejjin minn Trapani fi Sqallija li huma magħmulin
Xogħol Franċiż, preċiżament minn Pariġi, hija l-fattura ta’ sfera oħra li għandha l-marki li juru l-finezza tal-fidda bħala 1st Tetier ta’ nofs is-seklu dsatax b’tul ta’ 63 cm, maħsula kollha kemm hi
Festa Madonna tal-Karmnu
VALLETTA 2018
69
BOV CARDS
pay with your BOV Contactless Cards Simple | Swift | Secure
A BOV contactless card gives you all the convenience of a regular credit or debit card, but also enables swift processing for low value transactions. Simply tap your contactless card and the transaction will be processed in seconds.
Terms and Conditions are available from www.bov.com or contact 2131 2020 Issued by Bank of Valletta p.l.c., 58, Triq San Ĺťakkarija, Il-Belt Valletta VLT 1130 Bank of Valletta p.l.c. is a public limited company regulated by the MFSA and is licensed to carry out the business of banking and investment services in terms of the Banking Act (Cap. 371 of the Laws of Malta) and the Investment Services Act (Cap.370. of the Laws of Malta).
bid-deheb, dak li l-Franċiżi jsejħulu Vermail hija maħduma fuq stil Barokk. Raġġiera imponenti toħroġ min-nofs tal-isfera li hija ffurmata minn sħab, putti u emblemi Ewkaristiċi. Il-manku twil huwa dekorat b’emblemi Ewkaristiċi, kollox merfugħ fuq pedestall fuq erba’ saqajn li filfaċċata tiegħu nsibu l-Agnus Dei rieqed fuq salib u l-Bibbja. Matul iż-żmien ġew miżjuda xi ħaġar prezzjuż u labra tad-deheb bi plakka tal-porċellana mpittra, li turi l-Madonna bilBambin. Insibu wkoll brazzuletta ta’ tifla żgħira mqiegħda f’nofs il-manku. Dawn tal-aħħar huma possibilment ex-voto.
Sfera oħra ta’ manifattura Franċiża, simili ħafna għal dik ta’ qabilha fil-fattura u data, għandha tul ta’ 60 cm. Tidher li hi kollha tal-fidda, biss marki ma jidhrux. Hija mogħnija fuq ir-raġġiera b’għadd ta’ labar u msielet tas-seklu dsatax bi djamanti stil rosa. Sbieħ tassew huma l-puttini madwar iċ-ċirku tad-deheb li jdawwar kristilla li minnha jkun jidher is-Santissimu Sagrament.
Jekk Alla jrid, is-sena d-dieħla, naraw xi affarijiet oħra tal-fidda li bihom huma mgħammra dan isSantwarju Bażilika tal-Madonna tal-Karmnu talBelt Valletta.
Fjur tal-Karmelu, Dielja bil-frott mog˙nija; Dija tas-sema, Xebba li wa˙danija, B’©ie˙ Omm tifta˙ar.
72
Festa Madonna tal-Karmnu
VALLETTA 2018
Omm l-aktar ˙elwa, Li ©mielek qatt ma ttabba’, Lill-Karmelitani Óniena uri u m˙abba, kewkba tal-Ba˙ar.
Il-Vara tal-Madonna tal-Karmnu tal-Belt Valletta u dik tal-Madonna tar-Rużarju f’Ħal Balzan: xi elementi komuni Carmel Bezzina
BA, MA (Melit), MEd (Bristol)
Il-vara tal-Madonna tal-Karmnu, meqjuma filBażilika Santwarju tagħha fil-Belt Valletta, hija waħda mix-xogħlijiet sbieħ li ħarġu minn idejn l-iskultur Vincenzo Dimech (1744–1803). Hija statwa tal-injam, maħduma b’reqqa u b’sens ta’ moviment eleganti karatteristiku tal-arti Barokka. Din l-istatwa, flimkien ma’ erbgħa oħra, xogħol l-istess skultur, hija ispirata mill-istatwa tal-Madonna tar-Rużarju li nsibu fil-knisja talpatrijiet Dumnikani fir-Rabat (Malta), xogħol bikri tal-iskultur magħruf Melchiorre Cafà (1636–1667). Din l-istatwa Cafà ħadimha Ruma fil-bottega ta’ Ercole Ferrata, u waslet Malta f’Mejju 1661, u maż-żmien saret il-prototip għal statwi oħra tal-Madonna tar-Rużarju li saru warajha.1 L-Iskultur Vincenzo Dimech Nibdew bl-iskultur li ħadem il-vara tal-Madonna tal-Karmnu tal-Belt Valletta. L-isem Vincenzo Dimech nassoċjawh x’aktarx mal-iskultur ta’ ħila li fl-1811 naqax fl-injam il-vara titulari ta’ San Publju tal-Furjana, flimkien ma’ statwi oħra.2 Huwa twieled fis-sena 1768 u miet fl-1831, u jinsab midfun fil-knisja ta’ Santa Tereża, Bormla. Iżda Vincenzo Dimech li qed nirreferu għalih f’din il-kitba mhuwiex Vincenzo Dimech ta’ San Publju. Vincenzo Dimech tal-kitba tagħna kien ikbar minnu 24 sena, u fil-fatt kien jiġi zijuh, ħu
missieru. Twieled fis-sena 1744 u miet fl-1803, u jinsab midfun fil-knisja ta’ San Franġisk, il-Belt Valletta. Dan Vincenzo Dimech kien skultur ieħor bravu, imma, b’xorti ħażina, ftit baqa’ magħruf. Kif ikkonkluda tajjeb ir-riċerkatur Dr John Debono: “Awturi li kitbu fuq skulturi Maltin magħrufa ma rrealizzawx li kien hemm żewġ skulturi bl-istess isem ta’ Vincenzo [Dimech] bil-konsegwenza li l-iskultur Vincenzo l-anzjan intesa għalkollox u għalhekk ħawdu wieħed mal-ieħor.”3 Xogħlijiet ta’ Vincenzo Dimech Vincenzo Dimech, l-awtur tal-vara tal-Madonna tal-Karmnu tal-Belt, ħalla xogħlijiet oħra ta’ livell għoli, għalkemm forsi inqas magħrufin. Fost dawn, insemmu l-istatwa tal-Madonna tar-Rużarju li nsibu fil-knisja parrokkjali ta’ Ħal Balzan, waħda mill-erba’ statwi li diġà semmejna, skolpiti minn Vincenzo Dimech, li jirrappreżentaw il-Madonna taħt dan it-titlu. Minbarra l-istatwa ta’ Ħal Balzan, insibu oħra għall-fratellanza tar-Rużarju fil-parroċċa tażŻejtun,4 oħra għall-parroċċa ta’ Ta’ Sannat, Għawdex,5 u oħra għall-klijent privat Giovanni Causi mill-Belt Valletta.6 Minn dawn l-erba’ statwi msemmija, dik ta’ Ħal Balzan kienet l-ewwel waħda li saret.
Festa Madonna tal-Karmnu
VALLETTA 2018
73
SAN PAOLO NAUFRAGO WINE BAR
77, St Paul Street Valletta VLT 1212 Tel: 2743 0086 Opening Hours Monday - Friday : 9.00am - 13.00pm Wednesday : 4.00pm - 7.00pm Saturday : 9.00am - 13.00pm
11, Triq Santa Luċija, Valletta VLT 1188 Tel: 2701 3353 Mob: 9951 1854 Email: kcarabott78@gmail.com
Il-Vara tal-Madonna tar-Rużarju ta’ Ħal Balzan
L-istatwa tal-Madonna tar-Rużarju ta’ Ħal Balzan Il-kuntratt tal-istatwa tal-Madonna tar-Rużarju ta’ Ħal Balzan sar nhar id-9 ta’ Diċembru 1773 fil-Belt Valletta. Quddiem in-Nutar Andrea Zerafa dehru l-iskultur Vincenzo Dimech u Michele Vassallo, bin Salvatore, minn Ħal Balzan bħala l-prokuratur tal-fratellanza tal-Madonna tar-Rużarju tal-istess parroċċa. Dimech aċċetta li jiskolpixxi din l-istatwa, mingħajr pedestall u żebgħa, għall-fratellanza tar-Rużarju ta’ din il-parroċċa. L-istatwa kellha titlesta sal-festa tal-Għid tas-sena ta’ wara, u kellha tinħadem mill-injam tal-ulmu bil-prezz ta’ 60 skud. L-istatwa kellha ssir fuq dik meqjuma fil-knisja tal-patrijiet Dumnikani fir-Rabat.7 Il-prokuratur Michele Vassallo ntrabat li jħallas lil Dimech malli l-istatwa tkun lesta. Huwa żamm id-dritt ukoll li jaħdem l-istatwa għand xi skultur ieħor li jogħġob lilu kemm-il darba Dimech jonqos millkelma tiegħu, jew jekk l-istatwa ma tkunx bħal dik tad-Dumnikani tar-Rabat. Vassallo ntrabat ukoll li joħroġ l-ispejjeż tat-trasport tal-istatwa mill-Belt sa Ħal Balzan.8
Kollox juri li l-istatwa tal-Madonna tar-Rużarju ntgħoġbot. Fil-fatt, nhar id-9 ta’ Diċembru 1774, sewwasew għeluq is-sena mill-kuntratt talkummissjoni, Dimech iddikjara li rċieva s-somma ta’ 60 skud.9 Dan ifisser li fl-1774 l-istatwa kif ħarġet minn idejn Vincenzo Dimech kienet lesta. Issa kien jonqos l-intaljar u l-iżgraffjar tagħha, u wkoll iż-żebgħa u l-induratura. Mill-Arkivju Parrokkjali tal-parroċċa ta’ Ħal Balzan, fejn insibu d-dħul u l-ħruġ tal-altar u tal-fratellanza tar-Rużarju, minbarra li jissemma l-ħlas ta’ 60 skud lil Mastru Vincenzo Dimech “per la fabrica della statua del Ssmo Rosario”, skont l-atti tanNutar Andrea Zerafa, jissemma wkoll il-ħlas lill-istess Vincenzo Dimech “per intagliatura e sgrafiatura”, skont l-atti tan-Nutar Saverio Buttigieg. Dan il-ħlas jammonta għal 94 skud, 3 tarì u 10 grani, li jidher li tħallsu f’aktar minn pagament wieħed. Minn dan jidher ċar li Vincenzo Dimech mhux biss naqax l-istatwa tal-Madonna tar-Rużarju imma wkoll għamel l-intaljar u l-iżgraffjar tagħha. L-istatwa tal-Madonna tal-Karmnu tal-Belt Valletta Ngħaddu issa għall-istatwa tal-Madonna tal-
76
Festa Madonna tal-Karmnu
VALLETTA 2018
Karmnu tal-Belt Valletta li, bħalma diġà ssemma, ħarġet ukoll minn id l-iskultur Vincenzo Dimech. Kienu għaddew kważi seba’ snin mit-temmija talistatwa tal-Madonna tar-Rużarju ta’ Ħal Balzan meta l-patrijiet Karmelitani tal-Belt Valletta tħajru huma wkoll għal statwa fuq l-istess mudell. Tul dawn is-snin l-iskultur Vincenzo Dimech ħadem żewġ statwi oħra tal-Madonna tar-Rużarju, it-tnejn immudellati fuq dik tadDumnikani tar-Rabat: waħda għall-parroċċa taż-Żejtun, ikkummissjonata nhar l-24 ta’ Mejju 1776,10 u oħra għal Ta’ Sannat f’Għawdex.11 M’għandix dubju li l-patrijiet Karmelitani talBelt għamlu l-istħarriġ tagħhom sewwa u raw ix-xogħol li kien diġà esegwixxa dan l-iskultur qabel ordnaw l-istatwa tagħhom.12
Il-kuntratt bejn il-komunità tal-patrijiet talKarmnu tal-Belt Valletta u l-iskultur Vincenzo Dimech, biex jiskolpixxi statwa li tirrappreżenta l-Madonna tal-Karmnu, sar nhar il-31 ta’ Lulju 1781.13 Għal dan il-kuntratt li, bħal dak talMadonna tar-Rużarju ta’ Ħal Balzan, sar ukoll quddiem in-Nutar Andrea Zerafa, dehru l-iskultur Vincenzo Dimech u l-patrijiet tal-komunità tal-Belt, immexxija mill-Pirjol Fra Benedetto Grech.14 L-iskultur Dimech kellu jiskolpixxi flinjam statwa li tirrappreżenta lill-Madonna talKarmnu b’Ġesù Bambin fuq driegħha u bis-sħab imdawwar taħt riġlejha u fuq il-pedestall. Din l-istatwa wkoll, bħal dik ta’ Ħal Balzan, kellha tkun “simile a quella statua della Beata Vergine del Sacratissimo Rosario della Città Notabile.” Skont il-kuntratt, Dimech kellu jiskolpixxi wkoll is-sħab ta’ taħt riġlejn il-figura tal-Madonna kif ukoll il-gwarniċjuni tal-pedestall. L-iskultura fil-pedestall kellha tkun skont disinn iffirmat u approvat mill-Pirjol. Ix-xogħol kollu skont kif titlob l-arti, kemm fl-istatwa kif ukoll f’dawk il-partijiet l-oħra li kienu se jiġu skolpiti, riedu jkunu magħmula mill-istess kwalità ta’ njam ipprovdut minn Dimech stess. Ix-xogħol kollu kellu jitlesta f’ħames xhur għall-prezz ta’ 90 skud, li minnhom Dimech kien tħallas 25 skud bil-quddiem. Il-65 skud li jibqa’ kellhom jitħallsu hekk kif l-iskultur jikkonsenja l-istatwa lill-patrijiet. Il-partijiet ftiehmu wkoll li kemmil darba l-injam meħtieġ fit-tinqix tal-istatwa jiġi pprovdut mill-kunvent kellhom jitnaqqsu 15-il skud mis-somma miftiehma ta’ 90 skud.
Fl-aħħar nett il-partijiet qablu wkoll li l-istatwa tal-Bambin Ġesù riedet titpoġġa b’ċertu gost u ħarsa fuq driegħ il-Madonna.15
Ir-riċerkatur Dr John Debono jesprimi l-fehma tiegħu li “l-istatwa tlestiet kif kien miftiehem sabiex is-sena ta’ wara [li ġiet ordnata], 1782, ħarġet proċessjonalment għall-ewwel darba.”16 Huwa jikkwota lil Patri Lawrenz Sammut, li jgħid li l-istatwa ħallas għaliha l-Patri Majjistru Karmelitan Michel Angelo Chircop mill-flus jew elemożina li kien jirċievi għall-prietki li kien jagħmel.17 Xebh u elementi komuni bejn iż-żewġ statwi Meta niflu tajjeb u nqabblu ż-żewġ statwi – dik tal-Madonna tar-Rużarju ta’ Ħal Balzan (1773/1774) u l-oħra tal-Madonna tal-Karmnu tal-Belt Valletta (1781) – ma nistgħux ma nosservawx kemm l-iskultur Vincenzo Dimech irnexxielu jipproduċi żewġ xogħlijiet tajbin fuq il-mudell tal-istatwa tal-Madonna tar-Rużarju ta’ Melchiorre Cafà li nsibu fil-knisja tad-Dumnikani fir-Rabat, u hekk jissodisfa x-xewqa tal-klijenti tiegħu. Fiż-żewġ statwi, bħal f’dik tal-Cafà, ilfigura tal-Madonna bit-tfajjel Ġesù fuq driegħha tax-xellug tidher f’pożizzjoni ta’ mixi ’l quddiem, donnha riesqa biex tiltaqa’ mad-devoti tagħha. F’idha l-leminija għandha l-Labtu Mqaddes flistatwa tal-Belt u l-kuruna tar-Rużarju fl-istatwa ta’ Ħal Balzan, ir-rigali li se toffri lil dawn iddevoti. Dan is-sens ta’ moviment huwa ġej mitteknika tal-contrapposto, teknika li, bħal Cafà, Dimech jużaha tajjeb ħafna fiż-żewġ statwi: ilfigura tal-Madonna minn qaddha ’l isfel tħares lejn il-faċċata, bil-piż tal-figura jistrieħ fuq irriġel tax-xellug, filwaqt li r-riġel tal-lemin huwa aktar merħi u rilassat, miksur kemxejn millirkoppa, biex jinħoloq il-moviment mixtieq u jagħti liż-żewġ statwi ċertu ekwilibriju. L-effett huwa wieħed dinamiku u mhux statiku. Dan is-sens ta’ moviment huwa ppareġġjat malqagħda mill-qadd ’il fuq fil-figura tal-Madonna. Il-ħarsa tagħha, miksura kemxejn lejn il-lemin, tibbilanċja l-ħarsa tat-tfajjel Ġesù, li wiċċu mbissem iħares lejn in-naħa l-oħra. Bħal Ommu Marija, Ġesù wkoll qed joffri l-labtu jew ilkuruna tar-Rużarju lid-devoti. Dan il-moviment ħaj u dinamiku li jinħass fiż-żewġ statwi huwa kkumplimentat mill-panneġġ tal-mant tal-
Madonna, miġmugħ taħt ix-xbieha tal-Bambin Ġesù, flimkien mal-velu fuq rasha, imtajjar mirriħ in-naħa ta’ wara tar-ras, u tarf ieħor tal-velu nieżel ħelu ħelu minn fuq l-ispalla għal fuq issider.
Fost il-kummenti li għamel l-istudjuż Sandro Debono meta qabbel l-istatwi tal-Madonna tarRużarju ta’ Ħal Balzan u taż-Żejtun mal-istatwa fil-knisja tad-Dumnikani tar-Rabat, filwaqt li juri x-xebh kbir ta’ bejniethom, josserva li “l-għajn kurjuża tista’ ssib dettalji li jixhdu l-istil u d-daqqa tal-iskultur Dimech fiż-żewġ statwi … L-idejn dojoq u tawwalija, il-mudellatura taxxagħar, speċjalment dik tal-Bambin, kif ukoll issaqajn, jixhdu ħidmet l-istess id kemm fix-xogħol ta’ Ħal Balzan kif ukoll f’dak taż-Żejtun.”18 Dan ilkumment nistgħu napplikawh ukoll għall-istatwa tal-Madonna tal-Karmnu tal-Belt Valletta. F’din l-istatwa, li nħadmet wara t-tlieta ta’ qabilha – dawk ta’ Ħal Balzan, taż-Żejtun, u ta’ Ta’ Sannat – fil-fehma tiegħi, jidher sforz akbar min-naħa ta’ Vincenzo Dimech biex jipproduċi xogħol talogħla kwalità. Dan jissokta joħroġ b’mod aktar pronunzjat permezz tal-polikromija, l-iżgraffjar u l-induratura fl-interventi ta’ restawr li saru fuq l-istatwa mal-medda tas-snin. Iż-żewġ statwi li tkellimna dwarhom f’din ilkitba – dik tal-Madonna tar-Rużarju ta’ Ħal Balzan u l-oħra tal-Madonna tal-Karmnu talBelt Valletta – għandhom l-istorja mżewqa tagħhom, però t-tnejn li huma jixhdu xogħol raffinat u eleganti, u fl-istess ħin jispiraw sens ta’ devozzjoni u qima fid-devoti tagħhom. Referenzi
Ara Keith Sciberras (ed.), Melchiorre Cafà: Maltese Genius of the Roman Baroque, Malta: Midsea Books, 2006, 4. Ara wkoll Id., Roman Baroque Sculpture for the Knights of Malta, Malta: Fondazzjoni Patrimonju Malti, 2004, 15. 2 Vincenzo Dimech ħadem ukoll il-vara titulari ta’ Santa Marija tal-Gudja (c.1807), u l-istatwi ta’ San Ġużepp fiż-Żurrieq (1824) u f’Birkirkara (1826). Ara Guido Lanfranco, L-Istatwi Titulari u l-Istatwarji tagħhom, Malta: Klabb Kotba Maltin, 1999, 83. 3 Ara John Debono, ‘L-Istatwi tal-Madonna tal-Karmnu tal-1781 u tal-Anġlu Kustodju u l-Iskulturi tagħhom’, Programm tal-Madonna tal-Karmnu, Valletta 2006, 39. 4 Ara Sandro Debono, ‘Il-Vara u l-Artal tal-Madonna tarRużarju’, Għaqda Mużikali Beland – Żejtun, 2006, 89– 97. 5 Għal studju dettaljat dwar l-istatwa tal-Madonna 1
Festa Madonna tal-Karmnu
VALLETTA 2018
77
SOAP BOX Detergents
2, Pjazza 7 ta’ Ìunju, Óamrun (Ódejn Radio Galaxy) Mob: 7977 7723 • Special Offers every Monday • Very Discounted Prices OPENING HOURS: Mon – Fri : 08.00 – 13.00, 16.00 – 19.00 Sat : 08.00 – 13.00
FOOD BOX
Self Service
11, Pjazza 7 ta’ Ìunju, Óamrun (Ódejn Radio Galaxy)
Mob: 7977 7723 OPENING HOURS: Mon – Fri : 06.00 – 13.00, 16.00 – 19.00 Sat : 06.00 – 13.00
99, ST LUCIA STREET VALLETTA TEL: 2124 8608 MOB: 9982 9311
ons
i s a c c o l l a r o f r We cate
Il-Vara għażiża tal-Madonna tal-Karmnu tal-Belt
Ella’s Mini Market 58, St Patricks Street, Valletta Mob: 9944 7998, 7764 6540
RITCHIE
Antique Furniture Restorers
138, Old Bakery Street, Valletta Tel: 21232555 Email: ritchieantiquerestorers@gmail.com Ritchie-Antique-Furniture-Restorers
MICELI STORE
Household Goods, Ironmonger, Plumbing, Electrical, Drainage Suppliers and Tools for Hire Monocote - Finatura - GR 1000 - Cement - Kolla tal-Madum Ramel - Xaħx - Żrar - Ġir - Stucco - Vireg – Ġipsum Water & Plastic Paint - Oil Paint for Wood 90, Triq Santa Luċija, Valletta VLT 1181 Tel: 2123 9398 Mob: 9947 2077, 9940 6082 80
Festa Madonna tal-Karmnu
VALLETTA 2018
tar-Rużarju għall-parroċċa ta’ Ta’ Sannat, u min kien l-iskultur li ħadimha, ara John Debono, ‘L-istatwa talMadonna tar-Rużarju fis-Sannat u l-iskultur tagħha’, IlMument, 24 ta’ Lulju 2005, 26. 6 Il-ftehim bejn Vincenzo Dimech u Giovanni Causi għal din l-istatwa sar fl-1 ta’ Ottubru 1781. Ara John Debono, ‘L-Istatwi tal-Madonna tal-Karmnu tal-1781 u tal-Anġlu Kustodju u l-Iskulturi tagħhom’, op.cit., 33. 7 Fil-kuntratt Vincenzo Dimech intrabat “di dovere scolpire una figura di legname d’olmo, d’altezza e larghezza simile a quella figura in onore della Beata Vergine sotto l’istesso titolo del Rosario della Venerabile Confraternità del medesimo nome eretta nella Venerabile Chiesa di Reverendi Padri Domenicani del Rabato della Città Notabile, senza però piedestallo e senza colori …” A(rkivju) N(otarili) V(alletta), Nutar A. Zerafa, R 509/43, f. 529. 8 Għal studju dettaljat dwar din l-istatwa, ara Carmel Bezzina, ‘L-Istatwa tal-Madonna tar-Rużarju u l-Iskultur Tagħha’, fil-ktieb tal-istess awtur Ħal Balzan u l-Lunzjata u kitbiet oħra, Malta: 2011, 245-256. 9 ANV, Nutar A. Zerafa, op.cit., f. 529, kuntratt marġinali. 10 Ara Sandro Debono, op.cit., 93. 11 Ara nota 5. 12 Fi tfuliti niftakar tajjeb lil wieħed mill-anzjani Balzanin, midħla sew tal-knisja tar-raħal, li qalli li kien jismagħhom jgħidu li l-Karmelitani tal-Belt kienu
tħajru jixtru l-istatwa tal-Madonna tar-Rużarju li nsibu fil-knisja ta’ Ħal Balzan. Jekk dan huwiex minnu ma nafux, però nistħajjel li l-patrijiet ma naqsux li jiġu Ħal Balzan biex jaraw din l-istatwa ta’ Vincenzo Dimech. 13 Qabel ġiet skolpita din l-istatwa, il-konfraternità talKarmnu tal-Belt diġà kienet xtrat żewġ statwi oħra tal-Madonna tal-Karmnu: waħda fl-1657, li llum tinsab fl-oratorju tal-istess konfraternità, u l-oħra fissena 1780. Din tal-aħħar kienet ingħatat lill-kunvent tal-Karmelitani tal-Balluta, San Ġiljan, fis-sena 1890, u għadha sal-lum toħroġ proċessjonalment fil-festa tagħha. Ara John Debono, ‘L-Istatwi tal-Madonna talKarmnu tal-1781 u tal-Anġlu Kustodju u l-Iskulturi tagħhom’, op.cit., 31. Ara wkoll Guido Lanfranco, op.cit., 2-3. 14 ANV, Nutar A. Zerafa, R 509/50, ff. 1105-1107. 15 “… far mettere il Bambino Gesù su le braccia di detta Beata Vergine, che riguarda la parte di fuori, e con qualche gestile verso al detta Beata Vergine, e non altrimenti etc.” ANV, Nutar A. Zerafa, op.cit., f. 1106, ikkwotat minn John Debono, ‘L-Istatwi tal-Madonna tal-Karmnu tal-1781 u tal-Anġlu Kustodju u l-Iskulturi tagħhom’, op.cit., 33, 39. 16 Ibid., 33. 17 Patri Lawrenz M. Sammut, Is-Santwarju tal-Karmnu, Malta: 1952, 78. 18 Sandro Debono, op.cit., 93.
Opening Hours Monday to Saturday : 11.30am - 9.30pm Sunday : 11.30am - 2.30pm
24, West Street, Valletta
Mob: 99443357 Festa Madonna tal-Karmnu
VALLETTA 2018
81
L-għaxqa u Patruna Ħelwa Tagħna
Ix-xogħol fuq il-Paviment matul is-sena
Paviment Ġdid fil-Bażilika tal-Madonna tal-Karmnu
Opra li kompliet żejnet il-Belt Valletta Lino Bartolo
Meta sar u tlesta l-paviment ta’ fuq il-presbiterju fil-Knisja Santwarju u Bażilika tal-Madonna talKarmnu l-Belt madwar għaxar snin ilu kulħadd kien faħħar ix-xogħol sabiħ li kien sar u millewwel ix-xewqa tad-devoti li jiffrenkwentaw dan is-Santwarju kienet li fil-futur qarib jsir il-paviment kollu tal-knisja li kien għadu talkonkos u li kien ikerrah l-ambjent ta’ dan il-post qaddis.
Il-Kavallier Joe Damato taż-Żurrieq diġà kien ħejja xi disinji biex isir dan ix-xogħol, u konna wkoll bdejna naraw biex inħejju l-ewwel stimi li kienu jidhru xi ftit eżorbitanti u diffiċli biex jintlaħqu finanzjarjament. Minħabba f’tibdil fil-Komunità tal-Patrijiet, kien hemm prijoritajiet oħra qabel ma kellu jinbeda dan ix-xogħol.
Meta jiena kont kellimt lill-Pirjol il-ġdid, Fr Alex, dwar meta se nibdew naħsbu fuq il-paviment kien qalli ċar u tond li għalissa kien impossibbli li jaħseb biss dwar dan. Bqajna f’kuntatt u kultant żmien konna nitkellmu dwar x’jista jsir biex il-ħolma tal-paviment titwettaq.
Konna rajna li qabel ma jsir dan ix-xogħol ridna nieħdu deċiżjoni dwar it-tibdil tas-siġġijiet li ħafna minnhom kienu tal-ħadid u jekk jsir ilpaviment kienu se joborxuh kollu. Bil-mod u
84
Festa Madonna tal-Karmnu
VALLETTA 2018
bi ħsieb kbir dawn is-siġġijiet inbidlu u tħallsu wkoll.
Xi sentejn ilu kien bagħat għalija l-Pirjol u qalli biex nibdew naħsbu għall-paviment. Erġajna avviċinajna lid-Ditta Francesco Fenech talMosta li kienu responsabbli mix-xogħol li sar fuq il-presbiterju biex flimkien wara diskussjonijiet twal inkellmu lill-Koperattiva Lago Marsini ta’ Avenza, Carrara, biex iwettqu dan il-proġett.
Fi Frar tas-sena 2017, jiena u Tony Fenech morna Carrara biex flimkien mal-Koperattiva Lago Marsini nibdew it-trattattivi biex noħorġu prezz ġust u tajjeb għal dan ix-xogħol kbir. Kien jidher ċar li d-disinn oriġinali ppreżentat diġà fil-knisja kien se jwassal għall-prezz li ma stajniex nilħquh. Barra minn hekk dan ix-xogħol kollu ħafna minnu kien se jintilef minħabba li fuq il-parti kbira tal-paviment riedu jitpoġġew is-siġġijiet. Konna għamilna tlett ijiem sħaħ ta’ diskussjonijiet f’Carrara, żorna diversi aġenti li jipprovdu rħam ta’ diversi kuluri fosthom Nero Marquina, Giallo Di Siena, Rosso Francia, Bardilio Imperjale, Rosso Alicante, Bianco Carrara, Bianco Gioia, u Verde Indiano u Azul Bahia. Għażilna ħafna minn dak li xtaqna. Imma d-deċiżjoni finali kienet li d-disinn jeħtieġ jinbidel u jkun iktar ħafif. Dan il-paviment kien ta’ 650 metru kwadru.
Iddiskutejna din il-problema mal-Patrijiet u mad-disinjatur u rajna li jekk tassew irridu li dan il-paviment isir, irridu noħolqu xi ħaġa sabiħa u iktar sempliċi. F’Ġunju tal-2017 jiena u Tony Fenech erġajna morna Carrara biex inwasslu fit-tmiem iddiskussjonijiet. Il-ħin kollu konna nċemplu Malta u nitkellmu mal-Pirjol biex ninfurmawh fiex wasalna. Lit-Taljani, li kienu jsejħulna l-cane e il lupo, ridna nuruhom li waqt li aħna ridna nagħmlu x-xogħol huma riedu wkoll iraħħsu l-prezzijiet. Ma kienx faċli, u ġieli ħriġna millfabbrika ddiżappuntati, għax donnu ħadd ma ried jiċċaqlaq dwar il-prezz. Meta konna kuntenti, ikkonfermajna dan mal-Provinċja u tajna l-kelma li x-xogħol kien se jsir. Sadanittant, Tony Fenech talabni biex jien inkun nista’ mmexxi l-proġett f’isem id-Ditta Francesco Fenech li kellha tipprovdi lill-Patrijiet Karmelitani tal-Belt dan il-paviment imwassal u mwaħħal fuq il-post, kollox responsabbiltà talkumpanija.
Il-kuntratt ta’ dan ix-xogħol sar fil-Kunvent tal-Patrijiet il-Belt fl-4 ta’ Awwissu 2018 u kienu preżenti l-Pirjol, Fr Alex, għall-Provinċja Karmelitana, Tony Fenech u jiena għad-ditta Francesco Fenech u Paolo Steri, President talKoperattiva Lagomarsini, u Fabio Giorgi, ilĠeometra tal-Koperattiva flimkien mas-Sur Louis Farrugia, l-Accountant tal-Provinċja.
Il-ftehim kien jgħid li Lagomarsini jridu jipprovdu dan il-paviment ta’ rħam skont l-aħħar disinji approvati u miftehma, imqiegħed u ppolixxjat, skont l-arti, sal-15 ta’ Marzu 2018, u f’każ ta’ nuqqas jeħlu multa ta’ tlett elef ewro kuljum. Wara dan il-ftehim, flimkien mal-Pirjol ħejjejna programm ta’ kif kellu jsir ix-xogħol kollu. IlKnisja kellha tagħlaq għall-aħħar ta’ Settembru u tibda tintuża l-Knisja tal-Pilar li ġiet mislufa mill-Gvern biex fiha jsiru s-servizzi reliġjużi. Il-Bażilika ġiet żarmata minn kollox, tgħattew il-kwadri, tneħħew l-istatwi u ttieħed ukoll ilkwadru Santwarju prezzjuż tal-Madonna għarrestawr.
Fil-bidu ta’ Ottubru bdejna nħaffru t-trinek malknisja kollha biex nkunu nistgħu nipprovdu iktar plakkek għad-dawl u għal servizz ta’ kameras tas-sigurtà. Wara sar it-tqegħid tal-pajpijiet neċessarji minn Simon Pulis u reġgħu ngħalqu t-trinek bil-konkos. Tneħħew ukoll it-tarġiet ilqodma madwar it-tmien artali tal-ġnub biex ’il quddiem ikunu jistgħu jinksew bl-irħam il-ġdid.
Issa kien jmiss li jsir il-membrane fuq il-wiċċ kollu tal-art tal-knisja biex b’hekk tinqata’ xi umdità li tista’ titla’ maż-żmien. Għall-aħħar ta’ Ottubru erġajna morna Carrara biex naraw ix-xogħol fiex kien wasal. Magħna ħadna lill-Pirjol u meta wasalna fil-fabbrika ħadna l-ewwel sorpiża għaliex rajna mal-art il-parti prinċipali tan-nofs mifruxa lesta għallapprovazzjoni tagħna. Konna sodisfatti għax ixxogħol kien ġej sabiħ u kif mixtieq. Ħadna diversi ritratti u bagħtnihom Malta biex ninfurmaw lil kulħadd b’dak li kien qed isir.
Fil-bidu ta’ Novembru waslu Malta l-ewwel żewġ kontejners b’eluf ta’ boroż mimlijin massetto u kolla li kellha tintuża biex jitqiegħed l-irħam. Billi l-pożizzjoni tal-knisja fil-Belt kienet toħloq diffikultà għat-trasport, ridna nġibu l-materjal kollu l-Baviera bit-trakkijiet u wara ntellgħuhom bil-lifter it-triq kollha minn hemm isfel salknisja. Dan ġara wkoll għall-ħamsin kaxxa kbar li fihom inġarr l-irħam.
Fl-20 ta’ Novembru waslu erba’ Taljani li kellhom jagħmlu x-xogħol tat-tqegħid. Dawn kienu jaħdmu mis-7 ta’ filgħodu sas-7 ta’ filgħaxija b’waqfa żgħira għall-ikel f’nofsinhar. Huma kienu jieklu u jorqdu kuljum fil-kunvent tal-Patrijiet sakemm sar dan ix-xogħol kollu. Wara li ttieħdu l-livelli neċessarji, beda jitpoġġa l-massetto li jikkonsisti f’taħlita ta’ ramel taxxmajjar, reżina, siment u kolla li kien jitħallat permezz ta’ magna li ġabu magħhom apposta bi ftit ilma u mqiegħed għall-qlib f’għoli ta’ għaxar ċentimetri mal-knisja kollha. Meta dan nixef, ilknisja kollha ġiet miksija b’tila ta’ kulur aħdar biex jekk jkun hemm xi ċaqliq fil-bini tal-knisja ma jaffetwax ix-xogħol tal-paviment.
Festa Madonna tal-Karmnu
VALLETTA 2018
85
Il-Paviment tas-Santwarju
Kien il-Ħadd 26 ta’ Novembru, Festa ta’ Kristu Re, meta għall-ħabta tal-10.30am ltqajna filknisja biex inpoġġu l-ewwel disa’ biċċiet li jiffurmaw l-arma prinċipali fin-nofs tal-knisja. Il-Pirjol, Fr Alex, wara li bierek ix-xogħol u għedna talba flimkien biex il-Madonna tbierek dan il-proġett u ġġibu fit-tmiem, poġġa skrizzjoni kommemorattiva taħt il-paviment kif ukoll Labtu u xbieha tal-Madonna talKarmnu. Dakinhar stedinna ukoll lil Fr Martin Schembri, l-eks Pirjol, li fi żmienu sar ix-xogħol tal-presbiterju u li kien fil-viċin biex jidħol u jara l-paviment. Ix-xogħol kompla bla waqfien u fi ftit ġimgħat ilknisja bdiet tieħu dehra differenti. Inbeda wkoll ix-xogħol fuq it-tarġiet tal-artali li riedu jinbnew mill-ġdid minħabba f’livelli differenti li issa se jkollha l-knisja.
Waqafna ftit għall-vaganzi tal-Milied u x-xogħol reġa’ beda fid-9 ta’ Jannar 2018. Sadanittant, ikkonfermajna d-disinn u l-iskrizzjoni li kellha titpoġġa quddiem il-bieb prinċipali. Din waslet Malta fil-bidu ta’ Frar 2018 u wara li għalaqna l-paviment kollu, beda x-xogħol tal-istukkjar b’kuluri differenti u wara l-għorik tal-paviment kollu fejn fi ftit żmien bdejna naraw is-sbuħija eċċezzjonali ta’ dan ix-xogħol. Ix-xogħol kollu ntemm nhar 10 ta’ Marzu 2018, ġranet qabel ma stipula l-kuntratt. Minħabba f’livelli ġodda kellna nagħmlu tarġiet ġodda iktar baxxi quddiem il-bibien tal-knisja li issa jistgħu jinfetħu kollha. Wara bdejna x-xogħol tad-tindif u tfarfir talknisja li sar minn Louis Spiteri li meta tlesta wera u kixef is-sbuħija tal-ġebla Maltija. Il-ħolma ta’ din l-opra saret realtà. Jien li kont involut fiha mill-bidu nett, għadni ma
nistax nemmen sal-lum li dan ix-xogħol tlesta b’sodisfazzjon u d-diffikultajiet kbar li kellna negħlbu kollha. Żgur li wara dan il-proġett kien hemm l-id moħbija ta’ xi ħadd bi qdusija speċjali.
Hawn xtaqt inwassal xi ringrazzjamenti li għall-istorja importanti li jsiru. L-ewwel nett lill-Provinċjal u d-Definituri kollha li emmnu fil-proġett u riedu li jsir bis-serjetà, lill-Pirjol u l-Komunità tal-Belt tal-fiduċja li kellhom fija u tal-għajnuna kbira li sibt fihom meta kont f’diffikultà. Irrid insemmi b’mod speċjali lil Fra Ċens li matul iż-żmien ta’ dan ix-xogħol kien ta’ ispirazzjoni għalija għall-mod kif mingħajr waqfien ġurnata wara l-oħra kien jieħu ħsieb lill-ħaddiema Taljani biex iżommhom kuntenti u jaħdmu iktar bil-qalb billi jipprovdilhom l-ikel u jaħsel ħwejjiġhom. Din il-ħaġa kienet importanti ħafna għax iż-żmien kien twil u ma jistax ikollok xogħol tajjeb jekk ma jkollokx ħaddiema kuntenti. Lil Marisa Caruana tadDitta Francesco Fenech li fis-skiet ħadet ħsieb l-arranġamenti kollha loġistiċi għat-trasport tal-materjal kemm barra u f’Malta, l-Insurances, permessi mal-Kunsill Lokali li wkoll kien ta’ għajnuna kbira u kull ħaġa oħra li kien hemm bżonn. Lill-ħaddiema Maltin Ġorġ u Leli li kultant riedu jlaħħqu mat-talbiet ħafna drabi esiġenti tal-ħaddiema Taljani biex ix-xogħol ma jieqafx. Fl-aħħar u mhux l-inqas lil dawk kollha li ta’ kuljum kienu jidħlu l-knisja u jinkoraġġixxu u japprezzaw dan ix-xogħol. Il-Bażilika tal-Karmnu minn dejjem armata blisbaħ opri artistiċi frott tad-devozzjoni kbira li l-Beltin u l-Maltin dejjem kellhom lejn ilMadonna tal-Karmnu llum jistgħu jiftaħru li permezz ta’ dan il-paviment li għamilna qegħdin inħallu legat lill-Belt Kapitali tagħna fis-sena meta qed niċċelebrawha bħala l-Belt Kapitali tal-Kultura Ewropea b’opra artistika oħra ta’ valur kbir.
Inħeġġu lil kulħadd biex iżur il-Website Uffiċjali tas-Santwarju fuq
88
www.karmelitanivalletta.org Festa Madonna tal-Karmnu
VALLETTA 2018
Programm tal-Festi Solenni
Madonna tal-Karmnu Valletta 2018
Programm tal-Festi Solenni
li l-Provinċja Karmelitana Maltija se tiċċelebra f’ġieħ il-Madonna tal-Karmnu fis-Santwarju Bażilika Tagħha fil-Belt Valletta mill-1 sas-16 ta’ Lulju 2018 f’għeluq is-600 sena ta’ preżenza Karmelitana f’Malta. Il-Ħadd, l-1 ta’ Lulju
Ħruġ tal-Istatwa min-Niċċa 11.00am Quddiesa mill-Pirjol Patri Alex Scerri O.Carm., Rettur tas-Santwarju, bis-sehem tal-għaqdiet kollha tas-Santwarju. Jingħata l-mandat lirReffiegħa u wara ssir il-ħruġ min-niċċa tal-Istatwa tal-Madonna tal-Karmnu.
It-Tnejn, 2 ta’ Lulju
Jum il-Familji Karmelitani 6.30pm Quddiesa organizzata mill-Fratellanza ta’ San Ġużepp, bis-sehem tal-Familji Karmelitani. Mistiedna l-koppji li żżewġu fis-Santwarju fl-aħħar snin u dawk li qed jiċċelebraw xi anniversarju importanti miż-żwieġ tagħhom.
Il-Tlieta, 3 ta’ Lulju
Jum iż-Żgħażagħ u l-Vokazzjonijiet Karmelitani Ġurnata ta’ Talb għal aktar Vokazzjonijiet fl-Ordni Karmelitan matul il-ġurnata kollha. 6.00pm Rużarju 6.30pm Quddiesa għaż-żgħażagħ tal-Carmel Youths li fiha jsir talb għall-Vokazzjonijiet Karmelitani u tkun animata minnhom.
L-Erbgħa, 4 ta’ Lulju
Jum it-Terzjarji Karmelitani 6.00pm Rużarju 6.30pm Quddiesa bis-sehem tat-Terz’Ordni Karmelitan li
90
Festa Madonna tal-Karmnu
VALLETTA 2018
fiha ssir il-vestizzjoni u l-professjoni tat-Terzjarji l-ġodda.
Il-Ħamis, 5 ta’ Lulju
Jum Ewkaristiku Inħejju ruħna spiritwalment għall-festa biex permezz tagħha l-Verġni Marija xxerred kotra ta’ grazzji fuqna 10.00am Quddiesa. Wara Ġesù Ewkaristija jiġi espost sa nofsinhar. 6.00pm Rużarju quddiem Ġesù Ewkaristija. 6.30pm Quddiesa bil-ħsieb fuq il-Verġni Marija fiċĊenaklu.
Is-Sibt, 7 ta’ Lulju
Jum l-Anzjani u l-Morda 10.00am Quddiesa bis-sehem tal-anzjani u l-morda middiversi Djar u Residenzi, li fiha jiġi amministrat isSagrament tad-Dilka tal-Morda.
Il-Ħadd, 8 ta’ Lulju
9.00am Quddiesa mxandra fuq TVM2.
Mill-Ġimgħa 6 ta’ Lulju sas-Sibt 14 ta’ Lulju
Novena f’ġieħ il-Madonna tal-Karmnu Fl-okkażjoni ta’ dan iċ-Ċentinarju mistednin għanNovena r-Reliġjużi kollha ta’ Malta Kuljum: 6.00pm Rużarju bil-Litanija Karmelitana. 6.30pm Quddiesa bl-omelija u wara
Ċelebrazzjoni Marjana bil-Kant tas-Salve Regina u Flos Carmeli u Ċelebrazzjoni Ewkaristika.
Il-Ġimgħa, 6 ta’ Lulju
Il-Patrijiet Ġiżwiti (S.J.) bis-sehem tas-Sorijiet
tas-Sacred Heart, tas-Sorijiet ta’ St. Joseph of the Apparition u s-Sorijiet Dorotej.
Festa Madonna tal-Karmnu
VALLETTA 2018
91
Is-Sibt, 7 ta’ Lulju
Is-Soċjetà Salesjana ta’ Don Bosco (SDB) bis-sehem tas-Sorijiet Salesjani Ulied
Marija Għajnuna tal-Insara, is-Sorijiet tal-Little Sisters of the Poor u s-Sorijiet Missjunarji tal-Karità ta’ Mother Theresa.
Il-Ħadd, 8 ta’ Lulju
Is-Soċjetà Missjunarji ta’ San Pawl (MSSP) bis-sehem tas-Sorijiet Missjunarji ta’
Ġesù Nazzarenu u tas-Sorijiet Ulied tal-Qalb ta’ Ġesù.
It-Tnejn, 9 ta’ Lulju
Il-Patrijiet Franġiskani Minuri (OFM) bis-sehem tas-Sorijiet Franġiskani tal-Qalb
ta’ Ġesù u s-Sorijiet Franġiskani Missjunarji tal-Qalb bla Tebgħa ta’ Marija (talEġittu).
It-Tlieta, 10 ta’ Lulju
Il-Patrijiet Franġiskani Konventwali (OFM Conv.) bis-sehem tas-Sorijiet
Franġiskani Missjunarji ta’ Marija u s-Sorijiet tal-Bon Pastur u tas-Sorijiet Orsolini ta’ Sant’Anġela Merici.
L-Erbgħa, 11 ta’ Lulju
Il-Patrijiet Franġiskani Kapucċini (OFM Cap.) bis-sehem tal-Brothers ta’ De La
Salle u tas-Sorijiet tal-Karità ta’ S. Giovanna Antida Thouret.
Il-Ħamis, 12 ta’ Lulju
Il-Patrijiet Agostinjani (OSA) bis-sehem tas-Sorijiet Agostinjani Servi ta’ Ġesù u
Marija.
Il-Ġimgħa, 13 ta’ Lulju
Il-Patrijiet Dumnikani (OP) bis-sehem tas-Sorijiet Dumnikani.
Is-Sibt, 14 ta’ Lulju
L-Aħħar Ġurnata tan-Novena 6.30pm Quddiesa Solenni tal-Aħħar tan-Novena mis-Saċerdot Novell ir-Rev. Patri Kurt Mizzi O.Carm.
Il-Ħadd, 15 ta’ Lulju
Lejlet il-Festa – Jum it-Tifkira tal-Inkurunazzjoni 10.00am Quddiesa Solenni f’għeluq il-137 sena tal-Ewwel Inkurunazzjoni f’dawn ilGżejjer, tax-xbieha mirakoluża tal-Madonna tal-Karmnu. Ċelebrant – L-Eċċ. Tiegħu Mons. Alessandro D’Errico Nunzju Appostoliku għal Malta. 5.30pm Rużarju u Kurunella
92
Festa Madonna tal-Karmnu
VALLETTA 2018
6.00pm Quddiesa mill-Eċċ. Tiegħu Mons. Paul Cremona OP Arċisqof
Emeritu ta’ Malta. 7.00pm Tranżlazzjoni Solenni, Għasar Solenni u Barka Sagramentali. Ċelebrant – ir-Rev.mu Patri Fernando Millán Romeral Pirjol Ġenerali tal-Karmelitani.
It-Tnejn, 16 ta’ Lulju
Jum it-Tifkira Solenni tal-Imqaddsa Verġni Marija tal-Għolja talKarmelu Il-Quddies filgħodu jkun fil-5.30, 6.00, 6.30, 7.00, 9.00, 11.30 (fl-oratorju) u f’nofsinhar 7.30am Ċelebrazzjoni Solenni ta’ Tifħir ta’ Sbiħ il-Jum mill-Wisq Rev. Patri Alexander Vella O. Carm Provinċjal tal-Karmelitani. 8.00am Quddiesa mill-Eċċ. Tiegħu Mons Mario Grech Isqof ta’ Għawdex flimkien mar-Retturi u Kappillani tal-Knejjes talBelt. 10.00am Quddiesa Solenni ta’ Radd il-Ħajr f’għeluq is-600 Sena ta’ preżenza Karmelitana f’Malta, immexxija mir-Rev.mu Patri Fernando Millán Romeral Pirjol Ġenerali tal-Karmelitani, bis-sehem tar-Reliġjużi Karmelitani, Karmelitani Tereżjani, Sorijiet Karmelitani Missjunarji ta’ Santa Tereża tal-Bambin Ġesù, Terzjarji, Fratellanzi u membri oħra talFamilja Karmelitana. 5.15pm Għasar Solenni mir-Rev. Pirjol Patri Alex Scerri O. Carm, Rettur tas-Santwarju 6.00pm Quddiesa kantata mill-Eċċ. Tiegħu Mons Arċisqof Charles J. Scicluna, Arċisqof Metropolita ta’ Malta. 7.00pm Purċissjoni Solenni bl-Istatwa devota u mirakoluża tal-Madonna tal-Karmnu mmexxija mir-Rev.mu Patri Fernando Millán Romeral Pirjol Ġenerali tal-Karmelitani. Waqt il-pellegrinaġġ tingħad it-talba tar-Rużarju u jsir kant mill-Kor Clare College, Cambridge l-Ingilterra. 8.00pm Il-purċissjoni tasal fuq iz-zuntier tal-Kon-Katidral ta’ San Ġwann, fejn issir il-konsagrazzjoni lill-Madonna tal-Karmnu. 10.15pm Dħul tal-Purċissjoni fis-Santwarju Bażilika, kant tal-Flos Carmeli u Ċelebrazzjoni Ewkaristika.
L-Erbgħa 25 ta’ Lulju
Ċelebrazzjoni ta’ Radd il-Ħajr 6.00pm Rużarju. 6.30pm Quddiesa ta’ Radd il-Ħajr lil Alla tal-Festi li għaddew u wara jsir id-dħul tal-Vara tal-Madonna tal-Karmnu fin-niċċa. Korijiet li se jieħdu sehem matul dawn il-jiem:
• Il-kant matul in-novena jkun immexxi minn Mro Sebastian Camilleri minbarra fid-9 ta’ Lulju minn Clare College, Cambridge l-Ingilterra • Filħruġ tal-istatwa u fil-quddiesa tal-Inkurunazzjoni mill-orkestra u l-Kor Tota Pulchra ta’ Bormla mis-Sur Walter Tonna u Mro. Michael Camilleri • Filquddiesa tal-Morda mill-Kor Parrokkjali tal-Balluta mis-Sinjura Marie Therese Vassallo • Filwaqt li Lejliet u Nhar il-Festa mill-Kor Collegium Musicum taħt id-direzzjoni tal-Mro. Profs Dion Buhagiar Maestro di Cappella tal-Bażilka li fiha tindaqq il-mużika tal-Familja Nani.
Festa Madonna tal-Karmnu
VALLETTA 2018
93
Festa Madonna tal-Karmnu 2018
Programm tal-Festi Esterni L-Erbgħa 11 ta’ Lulju 2018
6.30pm Quddiesa tan-Novena bis-sehem tat-tfal u wara
tingħata bidu għall-manifestazzjoni bl-istatwa żgħira tal-Madonna tal-Karmnu. Jakkumpanjaw din ilManifestazzjoni t-‘Tikka Banda’ li tibda minn quddiem is-Santwarju u tgħaddi minn Triq il-Punent, l-Arċisqof, Pjazza San Ġorġ, it-Teatru l-Antik fejn imbagħad isir id-dħul tal-istatwa lura fis-Santwarju f’atmosfera ferrieħa ta’ tfal.
Il-Ġimgħa 13 ta’ Lulju 2018
8.30pm Marċ mis-Soċjetà Mużikali San Ġużepp ta’ Ħal Għaxaq
li jibda minn Pjazza l-Assedju l-Kbir, ikompli f’dawn ittoroq, Repubblika, Teatru l-Antik, l-Ifran, l-Arċisqof, izZekka sa ħdejn is-Santwarju fejn l-istess Banda tilqa’ l-istatwa tal-Madonna tal-Karmnu u l-marċ ikompli minn Triq il-Punent, San Ġwann, iz-Zekka, it-Teatru l-Antik u l-Punent fejn fil-11.30 p.m. nassistu għattlugħ tal-Madonna fuq pedestall artistiku fi Pjazza Indipendenza. Fit-tlugħ tal-Istatwa tal-Madonna talKarmnu, jinħarqu kaxxi sinkronizzati.
Is-Sibt 14 ta’ Lulju 2018
L-Aħħar Jum ta’ Novena Filgħodu 10.30am L-Għaqda Mużikali Madonna tal-Karmnu tal-Balluta tagħmel il-marċ tradizzjonali ta’ filgħodu li jibda minn Triq ir-Repubblika, it-Teatru l-Antik, iz-Zekka, l-Arċisqof, il-Punent, Santa Luċija, iz-Zekka, it-Teatru l-Antik u jintemm fis-2.00 p.m fost il-briju tal-partitarji quddiem is-Santwarju.
Is-Sibt 14 ta’ Lulju 2018
L-Aħħar Jum ta’ Novena Filgħaxija 8.30pm Marċ mis-Soċjetà Mużikali Madonna tal-Ġilju talImqabba li jibda minn Pjazza l-Assedju l-Kbir u jkompli f’dawn it-toroq Repubblika, it-Teatru l-Antik, l-Ifran, l-Arċisqof, il-Punent, it-Teatru l-Antik, l-Ifran, Santa Luċija, San Patrizju, San Ġwann, il-Punent, Santa Luċija, iz-Zekka, it-Teatru l-Antik u jintemm
94
Festa Madonna tal-Karmnu
VALLETTA 2018
fil-11.30 p.m quddiem is-Santwarju fejn nassistu għall-inawgurazzjoni tal-Palk wara li ġie restawrat u rinnovat u wara l-Għaqda Festa Madonna tal-Karmnu tagħti spettaklu tal-karti sikronizzat mal-mużika.
Il-Ħadd 15 ta’ Lulju 2018
Lejliet il-Festa 12.00pm Il-Komunità Karmelitana flimkien mal-Għaqda Festa Madonna tal-Karmnu fl-okkażjoni tas-600 sena mittwaqqif tal-Ordni Karmelitan f’Malta u fit-Tifkira talinkurunazzjoni tilqa’ lill-Ġeneral tal-Ordni li se jkun fostna fil-jiem tal-festa, b’riċeviment li se jsir għallokkażjoni fi Triq it-Teatru quddiem is-Santwarju.
Il-Ħadd 15 ta’ Lulju 2018
Lejliet il-Festa filgħaxija 9.00pm L-Għaqda Madonna tal-Grazzja Banda San Mikiel ta’ Ħaż-Żabbar se tesegwixxi Programm strumentali fuq il-Palk fi Triq iz-Zekka maġenb is-Santwarju. Kif jintemm għall-ħabta tal-10.45 p.m. nagħtu bidu għannar tal-art fi Triq Marsamxett.
It-Tnejn 16 ta’ Lulju 2018
5.30pm Marċ mill-Banda Queen Victoria taż-Żurrieq li jibda
minn Triq ir-Repubblika, it-Teatru, fejn tassisti għallħruġ tal-purċissjoni bl-Innu Fior Del Carmel ta’ Mro Cardenio Botti. Il-marċ jintemm fejn is-Santwarju wara li toħroġ il-Purċissjoni. 6.30pm Marċ mis-Soċjetà Filarmonika Nazzjonali La Valette li jibda minn Triq ir-Repubblika ħdejn il-Wembley Stores, it-Teatru sa ħdejn is-Santwarju. Wara l-banda tkompli b’marċ fi Triq l-Ifran ħdejn l-Iskola ta’ St Albert. 7.15pm Marċ mill-Banda Madonna tal-Karmnu tal-Fgura li jibda minn Triq Merkanti (quddiem is-Suq) u tkompli bis-servizz tagħha fi Pjazza San Ġwann quddiem ilKon-Katidral fejn din l-Banda takkumpanja l-istatwa tal-Madonna tal-Karmnu fil-purċissjoni fi Triq irRepubblika, it-Teatru sad-dħul lura fis-Santwarju. Hekk kif l-istatwa tal-Madonna tal-Karmnu tasal fi Pjazza San Ġorġ jibda spettaklu tan-nar u kaxxa infernali. 7.30pm L-Għaqda Mużikali Madonna tal-Karmnu tal-Balluta tesegwixxi Programm strumentali fuq il-Palk fi Triq izZekka maġenb is-Santwarju.
Festa Madonna tal-Karmnu
VALLETTA 2018
95
Programm tan-Nar Il-Ħadd 15 ta’ Lulju 8.00am Ħruq ta’ Murtali u Murtaletti. 12.00pm Ħruq ta’ Murtali u Murtaletti. 7.00pm Salut tal-bomba, kaxxa infernali, ħruq ta’ murtali u murtaletti bil-logħob. 10.45pm Ħruq tan-nar tal-art fi Triq Marsamxett (quddiem il-Pilar).
It-Tnejn 16 ta’ Lulju 8.00am Ħruq ta’ Murtali u Murtaletti. 12.00pm Ħruq ta’ Murtali u Murtaletti. 7.00pm Salut u kaxxa infernali. Diversi settijiet ta’ murtali u murtalletti billogħob jakkumpanjaw il-purċissjoni. 8.45pm Sett ta’ Murtaletti bil-logħob u blalen bil-kulur. In-nar tal-ajru se jkun maħdum mill-Kamra tan-Nar San Ġużepp ta’ Ħal Kirkop, mill-Kamra tan-nar Madonna ta’ Lourdes tal-Qrendi u Eddie Ellul Fireworks Factory. In-nar tal-art huwa xogħol il-Kamra tan-Nar 15 ta’ Awwissu tal-Mosta.
96
Festa Madonna tal-Karmnu
VALLETTA 2018
Concert Programme
Thursday 12th July 2018 St. Paul’s Anglican Pro-Cathedral, Valletta, Malta The Choir of Clare College, Cambridge The Choir of St John’s Co-Cathedral, Valletta, Malta (Hamish Dustagheer, director) Instrumentalists from Cambridge University Elin Manahan Thomas, soprano Graham Ross, conductor Maltese Hymn of Our Lady of Mount Carmel
Montfort S
Ave verum corpus* Laudate Dominum
Wolfgang Amadeus Mozart (1756–1791)
Flos Carmeli Toby Hession (b. 1997) (winner of 2018 Malta Flos Carmeli Composition Competition: First performance) Eternal source of light divine Let the bright seraphim Mass in G i. ii. iii. iv. v. vi.
Georg Friederic Handel (1685–1759) Franz Schubert (1797–1828)
Kyrie Gloria Credo Sanctus Benedictus Agnus Dei
INTERVAL
Hear my prayer *Felix Mendelssohn (1809–1847) GeistlichesLied Gloria
i. ii. iii. iv. v. vi. vii. viii. ix. x. xi. xii.
Gloria in excelsis Deo Et in terra pax Laudamus te Gratia sagimus tibi Propter magnam gloriam Domine Deus Domine, Fili unigenite Domine Deus, Agnus Dei Qui tollis peccata mundi Qui sedes ad dexteram Patris Quoniam tu solus sanctus Cum Sancto Spiritu
Johannes Brahms (1833–1897) Antonio Vivaldi (1678–1741)
*Performed with the Choir of St John’s Co-Cathedral
Festa Madonna tal-Karmnu
VALLETTA 2018
97
56, Strait Street, Valletta, Malta info@carcass.com.mt carcass.com.mt 00356 21242014
5, Marina Street, Msida Tel: 2124 1965 Mob: 9924 1965
Email: mrsjones@melita.com
Il-Kult lejn l-Anġlu Kustodju fil-Bażilika tal-Madonna tal-Karmnu fil-Belt Valletta Mario Fenech
Devozzjoni li ma tantx issibha fi knejjes oħra talgżejjer Maltin hija dik tal-Anġlu Kustodju. Mhux hemm jista’ jingħad dwar din id-devozzjoni li hija waħda antika fil-Bażilika Santwarju talMadonna tal-Karmnu fil-Belt Valletta. Meta nbniet il-Knisja l-qadima tal-Madonna talKarmnu tal-arkitett Ġilormu Cassar, din inbniet fuq art li kien offra lill-Patrijiet Karmelitani l-Gran Mastru ta’ dak iż-żmien Pietro del Monte. Il-kutratt tal-għoti tal-art kien sar għand inNutar Placido Habel nhar is-27 ta’ Lulju 1570. Tlestiet fis-sena 1608. Wieħed mill-għaxar artali li kien fiha ġie ddedikat lill-Madonna tas-Saħħa. Dan kien talFamilja Santa Maura. Ftit taż-żmien wara dan l-artal ġie ddedikat mill-ġdid, din id-darba lillAnġlu Kustodju. Tpoġġa fuq l-artal, kwadru li kien għamel l-artist Francesco Zahra. Dan huwa kopja ta’ kwadru li kien għamel l-artist Mattia Preti li llum jinsab fil-Knisja tal-Madonna talGrazzja f’Tas-Sliema.
Fil-kwadru jidher l-anġlu kustodju qiegħed ibiegħed tifel ċkejken ’il bogħod mill-ħażen taddinja. Fil-parti ta’ fuq tielgħa x-xbieha ta’ San Blas qiegħed jiġi milqugħ mill-Madonna bil-Bambin f’idejha. Dan il-qaddis kien ġie inkluż fil-kwadru biex tiġi mfakkra kappella li kien hemm qabel li kienet iddedikata lil dan il-qaddis.
100
Festa Madonna tal-Karmnu
VALLETTA 2018
L-artal tal-Anġlu Kustodju
Fuq dan l-artal twaqqfet il-Fratellanza tal-Anġlu Kustodju fis-sena 1760. Din kienet it-tielet fratellanza ta’ din il-knisja wara dik tal-Madonna tal-Karmnu mwaqqfa fit-23 ta’ Frar 1622 u dik ta’ San Ġużepp imwaqqfa fil-5 ta’ April 1634.
Il-membri ta’ din il-fratellanza ħadmu mhux ftit biex titkattar id-devozzjoni lejn l-Anġlu Kustodju. Ħadu ħsieb jarmaw sew l-artal tagħhom b’dak kollu li kien jinħtieġ u bdew jagħmlu festa xierqa.
Maż-żmien inħasset il-ħtieġa li ssir l-istatwa tal-Anġlu Kustodju. Għal din il-biċċa xogħol ġie mqabbad Vincenzo Dimech wieħed mill-aqwa skulturi li kien hawn f’Malta dak iż-żmien. L-istatwa kienet tlestiet fis-sena 1793 u din għandha xebh kbir ma’ dak li hemm fil-kwadru ta’ fuq l-artal, xogħol il-pittur Francesco Zahra. Il-festa tal-Anġlu Kustodju kompliet tikber aktar wara li saret din l-istatwa. Għal żmien twil kienet l-unika waħda li kienet issir fil-gżejjer Maltin.
Maż-żmien il-fratellanza naqqset ħafna millmembri u l-ħidma tagħha tant li l-festa naqqset mill-popolarità tagħha.
Meta nbniet il-knisja l-ġdida kif kien xieraq dan l-artal tal-Anġlu Kustodju kif ukoll l-istatwa ta’ Vincenzo Dimech sabu l-post il-ġdid tagħhom fil-knisja.
L-istatwa tal-Anġlu Kustodju skolpita fl-injam minn Vincenzo Dimech
Il-kwadru u l-istatwa tal-Anġlu Kustodju, huma żewġ opri sagri sbieħ mill-bosa li hemm fil-Bażilika tal-Madonna tal-Karmnu fil-Belt Valletta.
Festa Madonna tal-Karmnu
VALLETTA 2018
101
K & Co
LIMITED
105, Mill Street, Qormi QRM 3100 Tel: 2144 2948 Mob: 9949 0481
Attivitajiet diversi li ħadet sehem fihom l-Għaqda Festa Madonna tal-Karmnu Valletta
L-Għaqda Festa Madonna tal-Karmnu, Valletta – Ħidma ta’ Sena John Farrugia Segretarju
Għaddiet sena oħra, sena mimlija ħidma, sena speċjali kemm għalina bħala Beltin imma b’mod speċjali għalina bħala Karmelitani Beltin. Ħidma li tibda ftit sigħat wara d-dħul tal-purċissjoni lura fis-Santwarju permezz taż-żarmar biex b’hekk nibżgħu għall-armar. B’dan l-armar jidħol ġol-maħżen il-ġdid fi Triq Zekka għallewwel darba. Ħidma li kienet tirrekjedi aktar attenzjoni mis-soltu biex kollox jiġi stivat kif suppost u mingħajr ħsara, dan seta’ jsir grazzi għall-voluntiera tal-Għaqda. Tul is-sena l-ħidma fuq l-armar kompliet f’dan il-maħżen.
Din is-sena l-Belt Valletta hija l-Belt Kapitali Ewropea tal-Kultura u għal dan il-għan ilFondazzjoni Valletta 2018 nediet festi speċjali tul is-sena. L-Għaqda tagħna bħall-Għaqdiet l-oħra fil-Belt Valletta ngħatajna l-inkarigu biex nieħdu sehem f’dawn l-okkażjonijiet permezz tal-armar tal-festa tagħna. F’Jannar għall-ftuħ tal-Valletta armajna flimkien mal-għaqdiet Beltin l-oħra dar il-Mediterran li fiha saret iċ-ċerimonja uffiċjali tal-ftuħ ta’ Valletta 2018. Għal din il-ġurnata speċjali l-Fondazzjoni 2018 xtaqet li t-toroq prinċipali tal-Belt ikunu armati bl-aqwa tiżjin u b’hekk aħna ħadna sehem billi armajna xi toroq bil-Pavaljuni tal-Festa. Din kienet okkażjoni sabiħa oħra li fiha l-erba’ festi filBeltin ingħaqdu biex jagħtu dehra isbaħ lill-Belt Valletta permezz tal-armar tagħhom.
104
Festa Madonna tal-Karmnu
VALLETTA 2018
Bħas-sena ta’ qabel tul is-sena kollha l-Għaqda ħadet ħsieb li torganizza attivitajiet li fihom tgħaqqad lill-Membri u nies oħra mill-komunità Karmelitana fil-Belt Valletta permezz ta’ ikliet u bejgħ ta’ ħelu tradizzjonali. Fir-Randan għattieni sena l-Għaqda organizzat tlett ijiem ta’ eżerċizzji fl-Oratorju tan-Nazzarenu. Din issena saru minn Mons. Paul Vella, Prepostu tal-Kolleġġjata Elenjana ta’ Birkirkara. Dawn kienu mument ta’ waqfa mill-ħidma ta’ kuljum u riflessjoni bi preparazzjoni għall-festa l-kbira talGħid. Din is-sena wkoll l-Għaqda tagħna kienet mistiedna tieħu sehem f’diversi wirjiet. Ħadna sehem f’wirja mtella’ mis-Soċjetà Filarmonika Pinto ta’ Ħal Qormi bl-istatwa ta’ San Luigi Maria De Monfort, ħadna sehem ukoll bl-istatwa talMadonna tal-Karmnu tal-marċ fil-wirja mtella’ mill-Kumissjoni Festa Esterna 16 ta’ Lulju talFgura u f’Ħaż-Żabbar f’wirja oħra mtella’ millGrupp Armar Żabbar AD 1988 u l-istatwa ta’ San Ġorġ Preca li tintrema fil-festa ġiet esebita f’wirja fil-Ħamrun imtella’ mill-Għaqda Armar fil-Parroċċa San Gejtanu l-Ħamrun. L-Għaqda fi żmien il-Milied tellgħet wirja ta’ Bambini fl-Oratorju tan-Nazzarenu, għal din ilwirja l-għaqda għamlet sejħa lil membri biex jesebixxu l-Bambini u kienu bosta li pparteċipaw bi ħġarhom.Din is-sena wkoll l-għaqda tagħna ħadet sehem fil-wirja tal-Ġimgħa l-Kbira li ġiet organizzata mis-Soċjetà Filarmonika Nazzjonali
La Valette. Wara xi snin ma tintrama reġgħet ġiet armata ċ-ċena lifesize li qabel kienet tintrama fil-maħżen l-antik. Din kienet opportunità oħra ta’ għaqda ma’ għaqdiet beltin oħra.
Din is-sena l-Għaqda tagħna ġiet mistiedna tieħu sehem f’festa fi Sqallija permezz ta’ armar tradizzjonali tal-Festi Maltin, Bandalori u Pavaljuni, fil-festa ta’ San Ġużepp li tiġi ċċelebrata fir-raħal żgħir ta’ Ciancana fid-19 ta’ Marzu. Għal din il-festa ttellgħu 3 settijiet ta’ Pavaljuni u sett Bandalori u ntramaw fit-toroq ewlenin ta’ dan ir-Raħal. Fil-ġranet tal-festa xi membri mill-Kumitat telgħu fi Sqallija u ġie ffirmat Ġemellaġġ ta’ fidi bejn iż-żewġ festi. Għal din l-okkażjoni ngħaqad mal-Għaqda wkoll isSindku tal-Belt Prof. Alexei Dingli. Il-ġimgħa tal-Għid kienet waħda impenjattiva u speċjali għall-Karmelitani Beltin hekk kif l-għada tal-Għid ġie inawgurat il-paviment ilġdid tas-Santwarju wara xhur ta’ xogħol. B’hekk il-ħolma ta’ kull Karmelitan li jara s-Santwarju lest u mżejjen minn kollox saret realtà. Nhar l-Erbgħa 4 ta’ April dan it-Tempju ġie kkonsagrat waqt funzjoni sabiħa. Kienu diversi l-membri tal-Għaqda li taw sehemhom tul din il-Funzjoni. Barra minn hekk l-Għaqda ħadet ħsieb li tarma it-toroq ta’ madwar is-Santwarju. Din il-Ġimgħa speċjali ġiet fi tmiemha s-Sibt 7 ta’ April permezz tal-Festa l-Kbira li saret filBelt Valletta bħala parti miċ-ċelebrazzjonijiet tal-Belt Kapitali Ewropea tal-Kultura. Din il-Festa għaqqdet flimkien l-erba’ festi talBeltin flimkien, kollha kemm huma ħarġu proċessjonalment bil-vara titulari tagħhom fejn iltaqgħu fi Pjazza San Ġorġ u saret ċelebrazzjoni Reliġjuża. Wara komplew jimxu wara xulxin tul Triq ir-Repubblika fost il-ferħ tal-Baned u l-Partitarji. Il-Banda Queen Victoria taż-Żurrieq akkumpanjat il-vara tal-Madonna tal-Karmnu b’servizz tul il-purċissjoni kollha.
Wara li l-Vari reġgħu ltaqgħu fi Pjazza Ħelsien quddiem il-Parlament, wara kull vara bdiet it-triq lura lejn il-knisja rispettiva tagħha. Din kienet verament okkażjoni unika u speċjali li uriet l-għaqda u l-imħabba li għandhom il-Beltin lejn il-Patruni tagħhom. Apparti minn hekk il-Belt kienet imżejna bl-isbaħ armar hekk kif kull festa ħadet ħsieb li tarma t-triq tal-purċissjoni tagħha, kif ukoll Triq ir-Repubblika, it-Triq Prinċipali talBelt Valletta ntramat bil-Pavaljuni tal-erba’ Festi. Din il-festa kienet tinvolvi preparamenti kbar minn naħa tal-Fondazzjoni 2018 biex tikkordina l-Programm kollu u tieħu ħsieb ix-xogħol kollu. Membri mill-Kumitat tal-Għaqda tagħna flimkien ma’ membri tal-kumitat tal-Għaqdiet l-oħra filBelt ħadu sehem f’numru ta’ laqgħat li bdew f’Settembru li għadda u komplew tul ix-xhur sa ma waslet il-Festa l-Kbira f’April.
Flimkien anki mal-Pirjol u kappillani ġie deċiż il-programm ta’ din il-festa. Kien ukoll ta’ pjaċir għalina li f’Mejju t-tmexxija tal-Fondazzjoni 2018 ġew iżuru l-Kumitat tal-Festa biex nitkellmu fuq il-komunità madwar is-Santwarju. Fl-istess ħin huma wkoll wegħduna li l-Fondazzjoni se tibqa’ hemm anki wara din is-sena speċjali biex tgħin u ssostni lill-Għaqdiet Beltin li qed jagħmlu ġid kbir fil-Belt.
Din is-sena kienet sena oħra impenjattiva u flistess ħin sena speċjali. Għal sena oħra din ilħidma tissarraf f’suċċess fil-festa li għandna tant għal qalbna. F’ismi u f’isem il-membri l-oħra tal-Kumitat tal-Għaqda Festa nixtieq nieħu din l-okkażjoni biex nirringrazzja lill-membri u l-voluntiera tax-xogħol u l-parteċipazzjoni tagħhom tul is-sena. Mingħajr l-għajnuna tagħhom żgur li l-festa ma tistax tkun suċċess. Jalla nibqgħu naħdmu għal dan l-għan biex ilfesta tkompli tikber. Nawgura l-Festa t-tajba u qaddisa lill-Karmelitani kollha b’mod speċjali lill-Beltin. Viva l-Madonna tal-Karmnu!
Festa Madonna tal-Karmnu
VALLETTA 2018
105
Il Teatro Trattoria e Pizzeria 56, Old Theatre Street, Valletta Tel: 21242020 Email: info@ilteatropizzeria.com Opening Hours: 12pm to 11:30pm
Čidma diversa matul is-sena mill-Għaqda Festa Madonna tal-Karmnu, Valletta
Sena Ħidma bla waqfien Julian Vassallo
Kull festa ġġib magħha ħafna xogħol u l-Festa tal-Madonna tal-Karmu mhux b’inqas, sabiex f’Lulju l-Belt Valletta tilbes l-isbaħ libsa li tixraq lill-Madonna. Xogħol ma jaqta’ xejn li jibda eżatt kif tgħaddi l-festa u jkompli jiżdied sakemm jerġa’ jasal Lulju.
Il-ħidma fil-maħżen hija parti importanti missuċċess tal-festa u għalhekk huwa importanti li jkun hemm struttura li fiha jintrefa’ l-armar mingħajr ħsara. Din is-sena wara xhur ta’ ħidma beda jintuża l-maħżen il-ġdid fi Triq Zekka. Wara l-festa l-armar kollu ġie stivat fih, peress li kienet ukoll l-ewwel darba li beda jiġi stivat l-armar hemm tul l-ewwel xhur wara l-festa l-konċentrazzjoni tal-voluntiera kien propju fuq dan ix-xogħol. L-istatwi kollha tpoġġew fuq palates apposta biex ikunu jistgħu jiċċaqalqu mingħajr diffikultà. Saħansitra l-pedistalli wkoll ġew stivati b’dan il-mod biex b’hekk inkunu żguri li ma ssirx ħsara u anki jkunu jistgħu jinħarġu mill-maħżen bl-inqas diffikultà possibbli. F’kull sular ġie mpoġġi dawl ġdid u anki sar xi xkaffar ġdid mill-voluntiera tal-Għaqda biex jiġu stivati l-labardi tal-arbli. Dan ma kienx kollox, tul issena sar xogħol jiżdied mal-ħafna armar sabiħ li jintrama f’Lulju fit-Toroq tal-Belt, fosthom hemm: • Se jiġi mżanżan arblu kbir fi Triq Marsamxett u miegħu bandiera bl-arma tal-Għaqda.
108
Festa Madonna tal-Karmnu
VALLETTA 2018
• Tkomplija tal-isfumar tal-bnadar ta’ Triq Marsamxett.
• Fi Pjazza Indipendenza sar l-isfumar ta’ 10 sopraporti tal-bandalori. • Fi Triq Zekka sar sfumar ta’ għaxar sopraporti ta’ bejn id-dwal. • Fi Triq l-Ifran sar l-indurar ta’ tmien pumi talbandalori li se jintramaw kantuniera ma’ Triq it-Teatru l-Antik. • Saret tiswija estensiva fuq il-pedistall talAnġlu li jintrama fi Triq it-Teatru wara li dan kien saritlu xi ħsara wara li ntlaqat minn karozza wara l-festa tas-sena li għaddiet.
• Inħadmu settijiet ta’ kuruni ġodda biex jinbidlu dawk li kien hemm qabel. Dawn se jintramaw fi Triq it-Teatru l-Antik u fi Triq irRepubblika, dawn tal-aħħar se jkunu mżejna bi drapp ġdid.
• Inħadmu żewġ brazzi għal fuq il-pedistall ilkbir ta’ San Xmun Stock quddiem il-Qorti. • Tkompla x-xogħol fuq il-pedistall ta’ San Ġorġ Preca li jintrama quddiem il-Kon-Katidral San Ġwann.
• Saret ukoll manutenzjoni fuq il-brazzi ta’ quddiem il-Kon-Katidral ta’ San Ġwann.
• Ġew irranġati u miżjuda l-brazzi ta’ quddiem is-Santwarju. • Tul is-sena wkoll sar manutenzjoni u tiswija ta’ Drapp u Bnadar.
Dan ix-xogħol seta’ jsir bl-għajnuna ta’ Clyde Borg, Illario Degiovanni, Joseph Pace, Christian Pace, Sean Borg, George Spiteri, Justin Piscopo, Kurt Lee Formosa, Enya Curmi, Dino Armeni, Liam, Kevin Curmi, John Farrugia, Ajay Caruana, Joram Frendo, Aymen Farrugia u Savier Bellizzi. Matul din is-sena kompliet il-ħidma fuq ilPalk tal-Banda fejn tkompla r-restawr u din is-sena se jkun inawgurat u komplut minn kollox. Il-proċess beda billi l-palk ġie xkatlat mill-ġdid minn John Farrugia u ġew imsewwija xi partijiet, fejn kien hemm partijiet żgħar neqsin dawn inħadmu mill-ġdid u twaħħlu filpost. Kif dan ix-xogħol ġie komplut seta’ jibda x-xogħol taż-żebgħa. Il-Palk b’hekk ġie sprejjat b’undercoat apposta minn James Wells. Wara dan il-proċess il-palk ġie xkatlat mill-ġdid u
wara beda jinżebagħ fuq stil Venezjan kif kien flantik u nżammew kuluri naturali. Dan ix-xogħol sar minn Julian Vassallo u Cleavon Formosa taħt il-gwida tal-artist Kurt Friggieri, li min-naħa tiegħu ħa ħsieb jisfuma l-iskultura tal-Palk. Sar ukoll xi xogħol ta’ indurar minn Ryan Catania u Julian Vassallo. Dan il-palk issa se jiġi inawgurat fl-14 ta’ Lulju wara l-marċ ta’ filgħaxija.
Din is-sena l-armar intwera għal diversi okkażjonijiet oħra fost ftuħ tal-Valletta 2018, fil-Konsagrazzjoni tal-Knisja u l-Festa l-Kbira. L-Għaqda ħadet ħsieb li bl-armar issebbaħ ittoroq ta’ madwar is-Santwarju u toroq oħra prinċipali. Fl-okkażjoni tal-Konsagrazzjoni tal-Knisja l-Għaqda flimkien mal-komunità Karmelitana ħadet ħsieb li jinħaraq xi nar bħala turija tal-importanza ta’ din il-festa speċjali, kif wara kollox tagħmel fil-festa wkoll. Grazzi lill-voluntiera li minn qalbhom jgħinu biex dan ix-xogħol kollu jkun jista’ jsir. Viva l-Madonna tal-Karmnu – Patruna Ħelwa Tagħna.
Il-palk tal-Banda li kien jintrama fil-Pjazza tal-Main Guard. Dan il-palk għadu jeżisti filwaqt li l-anġli għadhom jintramaw għall-festa
Festa Madonna tal-Karmnu
VALLETTA 2018
109
Opening Hours: Monday to Saturday from 10:00 - 22:00 7, South Street, Valletta
99330144 / 99225212
helensvalletta@hotmail.com
Ritratti li juru x-xogħol waqt il-kisi tal-kolonni bl-irħam
Il-Kolonni tal-irħam tas-Santwarju Ronald Pisani Marmista
Kienet is-sena 1982, meta l-Pirjol Victor Schembri O.C. kien ikkuntattjani biex nibda naħdem fil-knisja l-ġdida tal-Karmnu tal-Belt Valletta. Ix-xogħol kien jikkonsisti li jerġgħu jintramaw l-artali tal-irħam li kienu fil-knisja l-qadima. Ix-xogħol beda immedjatament f’dik is-sena u l-ewwel artal li ġie rrestawrat kien dak tasSagrament; li jikkonsisti f’materjal ta’ preġju l-aktar kbir għax partijiet minnu maħduma minn ħaġar prezzjuż; bl-isem ta’ ‘Malakita’. Dan il-materjal hu ta’ lewn ħadrani. Wara li kienu tlestew l-artali, b’kollox tmienja, kien tħejja pjan biex terġa’ tinbena t-tribuna.
It-tribuna tal-Bażilika tal-Karmnu kienet inħadmet fl-1906 fuq disinn ta’ Pio Cellini u kienet l-ewwel Tribuna li kien hawn f’Malta. Fuq din l-opra tal-arti kien hemm ħafna x’jingħad minħabba l-materjal li kien intuża; bħal irħam fin u xogħol tal-bronż.
Sadanittant kien laħaq Pirjol Patri Ġiljan Calleja O.C. u fis-sena 1984 kien beda l-ħsieb biex jinksew il-kolonni tal-knisja bl-irħam. Dawn jikkonsistu fi tnax-il kolonna b’tul ta’ ħamsin pied il-waħda.
112
Festa Madonna tal-Karmnu
VALLETTA 2018
Ta’ min wieħed jgħid li dawn il-kolonni kienu ppjanati biex wara li jitlestew mill-istruttura tal-konkrit jinksew bl-irħam. Il-benefattur ta’ dan il-proġett kien is-Sur Pio li kien iservi bħala sagristan ta’ din il-knisja tal-Karmnu. Kien Patri Franco Falzon li kien ħajjarni biex nidħol għal din il-biċċa xogħol kbira u kkumplikata, tant li fil-bidu kważi kont qtajt qalbi minħabba l-impenn kbir biex dan iseħħ kif kien ippjanat; jiġifieri li jinksew bl-irħam.
Niftakar li meta qalli biex naħdem dan il-proġett, jien għedtlu li kieku kienu tnejn biss, kont lest li naħdem dan ix-xogħol, iżda naħdem tnax-il waħda ma kont se nasal qatt!
Patri Franco qagħad jismagħni b’dik il-kalma karatteristika tiegħu u wara kien irrispondieni billi qalli, ‘mela int kif tlesti żewġ kolonni bi ħsiebek tieqaf mix-xogħol?’ u jien irrispondejtu ‘dażgur li le!’ u fil-pront hu tbissem u qalli, ‘mela għax flok żewġ kolonni taħdem tnax-il kolonna, mhux xorta waħda hu xogħol?!’ F’kelma waħda jiena aċċettajt li nidħol għal dan il-proġett kbir. Ta’ min jgħid li Patri Franco Falzon kien saċerdot tal-affari tiegħu, eżemplari u bniedem ta’ kultura kbira.
Meta kien sar il-ftehim ta’ dan il-proġett, kien ġie deċiż li l-materjal jinġieb mill-Italja u mmur nagħżlu jiena stess, flimkien ma’ Patri Ġiljan Calleja. Kienet is-sena 1984 meta mora l-ewwel darba Sqallija biex naraw xi materjal, iżda ma konna ftehmna xejn.
Wara konna erġajna morna, din id-darba l-Italja biex minn Ruma mmorru Siena għall-irħam isfar u wara morna Carrara biex inġibu l-kumplament tal-irħam li kien jikkonsisti f’irħam ħamrani ‘Rosso Magnabaschi’, irħam iswed ‘Negro Portoro’ u irħam aħdar ‘Verde Antico’. Dan talaħħar kien parti mil-lott li kien sejjer l-Arabja Sawdija, biex isir xogħol tal-irħam f’Moskea, f’dak il-pajjiż.
Ix-xogħol kien inbeda f’dik is-sena, 1984, u l-ewwel kolonna li kienet inħadmet, kienet dik ta’ maġenb tas-Sagrament fuq in-naħa taxxellug. Ta’ min jgħid li ma’ kull kolonna ġew użati 189 faxxa, ‘Rosso Magnabaschi’ sabiex jiksu l-konkos.
Għaz-zokklatura ta’ kull kolonna, ġie użat irħam ‘Nero Portoro’ u irħam ‘Verde Antico’; filwaqt li għall-gwarniċi tal-kolonni ntuża l-irħam ‘Giallo di Siena’. Kull kolonna kienet tieħu madwar xahrejn biex titlesta u l-proġett kollu dam erba’ snin. Ma ninsiex insemmi wkoll, lill-Patri Martin Schembri O.C. li ħadem ħafna sabiex dan ilproġett ambizzjuż jitlesta u titwettaq il-ħolma ta’ ħafna ammiraturi tal-Knisja tal-Madonna talKarmnu, fil-Belt Valletta.
L-Abbatini quddiem il-vara waqt il-purċissjoni fis-snin ta’ wara l-gwerra
Festa Madonna tal-Karmnu
VALLETTA 2018
113
Is-Sorijiet Karmelitani f’Għawdex Patri Hermann Duncan O.Carm
Is-sorijiet Karmelitani ta’ Santa Tereża talBambin Ġesù jinsabu Għawdex f’żewġ komunitajiet waħda f’Kerċem u l-oħra fir-Rabat ta’ Għawdex.
Tajjeb li wieħed jgħid li s-sorijiet Karmelitani bdew il-ħidma tagħhom f’Għawdex fi Frar tal-1957. Dan sar bis-saħħa u l-ħidma talProvinċjal tal-Karmelitani ta’ dak iż-żmien Patri Bernard Farrugia. Kien fis-sena 1951 meta f’Ruma Patri Bernard ltaqa’ ma’ Karmelitan ieħor Patri Lorenzo Van den Eerenbeemt li kien Olandiz li flimkien mal-fundatriċi, illum il-Beata Maria Crocifissa Curcio, taw bidu għal din ilkongregazzjoni. Patri Lorenzo kien talab lil Patri Bernard biex isib mezzi ħalli jħajjar xebbiet Maltin għall-missjoni. Maż-żmien in-numru ta’ sorijiet kiber u l-istess Patri Bernard ħass ix-xewqa u ra li kien ilmument biex tinfetaħ dar għal dawn is-sorijiet Karmelitani Għawdex. F’dak iż-żmien f’diversi parroċċi Għawdxin kienu nfetħu Kunventi tassorijiet li kienu qed jkunu tas-servizz kbir filparroċċi li kienu jilqgħuhom. Il-kappillan Grima ta’ Kerċem ukoll xtaq dan u malajr laqa’ t-talba ta’ Patri Bernard u beda jħabrek u jistinka biex isib dar għas-sorijiet Karmelitani. F’dan ilkappillan is-sorijiet raw missier u benefattur kbir tagħhom.
114
Festa Madonna tal-Karmnu
VALLETTA 2018
Malli l-ewwel sorijiet waslu Kerċem fi Frar tal-1957 f’qasir żmien fetħu l-bibien tad-dar tagħhom li dak iż-żmien kienet fi Triq San Pietru u San Pawl biex jilqgħu t-tfal fl-iskola tagħhom. Għall-bidu s-sorijiet kienu jilqgħu t-tfal ġo kamra taħt it-taraġ. Ftit kienu t-tfal li kien jattendu din l-iskola, kienu biss ftit tfal talKinder, madwar xi 25. Iktar ma għadda żmien ittfal bdew jiżdiedu u s-sorijiet ħassew il-ħtieġa li jkollhom dar ikbar. Bil-ħidma siewja ta’ Patri Bernard u l-ġenerożità tan-nies u tal-kappillan ta’ Kerċem ġie inawgurat il-Kunvent preżenti li hemm illum. Wieħed jista’ jgħid li l-iskola ta’ Santa Tereża bdiet kulma tmur tikber fin-numru u titjieb fittagħlim tat-tfal. Illum l-iskola tgħodd madwar 190 student li jiġu minn kull post f’Għawdex. L-għalliema huma madwar 20. L-għan ta’ din
L-ewwel tfal li attendew l-Iskola Santa Tereża flimkien mal-ewwel kap tal-Iskola Sr Domitilla Cassar (1957)
saħħa fiżika u mentali tat-tfal. Regolarment isiru lezzjonijiet tal-aerobics matul is-sena u Sports Day, ġurnata importanti fil-kalendarju taliskola. F’dawn l-aħħar snin bdiet tieħu sehem ukoll fi Sports Day organizzata bejn l-iskejjel talknisja ta’ Għawdex.
Il-Kappillan Mons. Mikiel Anġ Grima flimkien mal-ewwel sorijiet li għallmu fl-Iskola Santa Tereża
l-iskola huwa li jrawmu lit-tfal f’karattru sod mibni fuq it-tagħlim morali u spiritwali.
Apparti s-suġġetti akademiċi, biex tikber fittfal kuxjenza favur l-ambjent, f’din l-iskola saru mhux biss taħdidiet dwar dan is-suġġett imma minn ftit snin ’l hawn bdiet tiġi organizzata l-Pets Day, bil-għan li tikber fit-tfal l-imħabba lejn l-annimali u l-apprezzament tal-ħolqien. It-tfal ukoll jieħdu sehem fl-attivitajiet ta’ Dinja Waħda fejn l-għaqda Bird Life tintroduċihom għalledukazzjoni ambjentali. Fl-aħħar snin l-iskola wkoll ħadet sehem fl-attività Foster the Forest fejn l-istudenti jagħtu sehemhom fiż-żamma ta’ żona ċkejkna Foresta 2000. Ta’ dan l-iskola kisbet ċertifikat ta’ rikonnoxximent. Barra dan fl-iskola jiġu organizzati kompetizzjonijiet tat-tpinġija u anke wirjiet bl-istess xogħlijiet tat-tfal. Id-direzzjoni tal-iskola temmen ukoll ħafna fl-isports bħala ingredjent importanti fledukazzjoni tal-istudenti u fuq kollox għas-
Il-kunvent tas-sorijiet Karmelitani u l-kumpless tal-Iskola Santa Tereża f’Ta’ Kerċem, Għawdex
F’Kerċem il-komunità ta’ sorijiet hija ta’ madwar sitt sorijiet li fil-maġġoranza tagħhom huma kollha anzjani iżda kollha jippruvaw jagħtu s-sehem tagħhom. Il-ġurnata hija maqsuma f’mument ta’ talb xogħol u fraternità. L-impenn partikolari ta’ dawn is-sorijiet hija l-iskola imma s-sorijiet ukoll jagħtu għajnuna lill-parroċċa billi jgħallmu d-duttrina.
Is-sorijiet Karmelitani jinsabu wkoll f’numru 3, fit-telgħa tal-Belt fir-Rabat Għawdex li hija dar fejn jieħdu ħsieb l-anzjani. Huma għandhom ukoll grupp ta’ Terzjarji Karmelitani li jiltaqa’ kull xahar fil-knisja tagħhom li għal din illaqgħa jmur Patri Alex Scerri Pirjol tal-Belt biex imexxiha. Ftit xhur ilu fetħu dar f’Malta filParroċċa ta’ Fleur-de-Lys fi Triq Patri Anastasju Cuschieri fejn jagħtu sehemhom fil-parroċċa. Hija ħasra kbira li llum il-ġurnata, waħda millikbar problemi li qed jaffaċċjaw ruħhom magħha s-sorijiet hija n-nuqqas ta’ vokazzjonijiet.
Għalhekk nitolbu ’l-Mulej biex jibgħat iktar vokazzjonijiet ħalli dawn is-sorijiet ikunu jistgħu jkomplu l-missjoni edukattiva tagħhom.
Id-Dar tal-anzjani fir-Rabat Għawdex
Festa Madonna tal-Karmnu
VALLETTA 2018
115
Devozzjoni lejn La Madonna del Carmelo mill-Kursari Maltin f’nofs is-seklu tmintax Liam Gauci
Il-Kursari kienu rġiel li kienu jakkwistaw illiċenzja mill-mexxej tal-pajjiż rispettiv tagħhom, kemm jekk kien l-Imperatur, Re jew Prinċep. Fil-każ tagħna, il-Kursari Maltin il-liċenzja kienet tingħata mill-Gran Mastru, li biha kienu jistgħu jarmaw għal għan waħdieni li jattakka u jisraq bċejjeċ tal-baħar tal-għadu. Iżda dawn ma kinux pirati li prattikament kienu jiksru kull liġi u regola tal-art u l-baħar u ma kinux jaċċettaw l-ebda tip ta’ awtorità u ħafna drabi kienu jiġġieldu mal-kaptan tagħhom stess li kien ifisser kontra s-sovran tagħhom u kienu jaħtfu xini/galljun li kienu qed iservu fuqu. Kif hemm ippruvat f’manuskritti li l-Kursari Maltin ġa kienu jeżistu minn qabel il-miġja tal-Ordni ta’ San Ġwann f’Malta fl-1530, u kienu magħrufa
Galliotta Maltija tal-1790 (Ħajr lil Daniel Cilia)
116
Festa Madonna tal-Karmnu
VALLETTA 2018
li kienu mill-aktar kapaċi u l-aktar Kursari Kristjani li kienu ħorox fil-Mediterran.
Għalhekk il-Kursari Maltin kienu mmexxija minn regoli u obbigi lejn is-Sovran u lejn azzjonisti u benestanti li kienu jagħmlu tajjeb għal din l-intrapriża, jew lejn is-servizzi, ilmaterjal u provvisti li kienu joffru. Fost dawn li kienu joffru dawn is-servizzi f’dawn l-intrapriżi kienu s-Sorijiet tal-Klawsura ta’ Sant’Ursola tal-Belt Valletta, li kienu joffru t-talb devot tagħhom lejn il-ħarsien ta’ din l-intrapriża. Madanakollu kien hemm Kursari Maltin oħra li kellhom fiduċja biss fit-talb devot u suppliki tagħhom lejn il-Madonna del Carmelo, li kellha l-maqdes iddedikat lilha fil-Belt Valletta. Dak iż-żmien ma kienx għadu sar Santwarju iżda kellu devozzjoni kbira mill-baħħara, u dawk kollha li kienu jaħdmu fis-settur marittimu. Wieħed m’għandux jinsa wkoll li l-Madonna tal-Karmmnu kienet ukoll il-protettur uffiċjali tal-biċċa l-kbira tal-flotot Insara fil-Mediterran bħalma kienu ta’ Spanja u Malta. Id-devozzjoni lejn La Madonna del Carmelo, fuq bċejjeċ tal-baħar tal-Kursari Maltin kienet popolari ħafna. Fl-1775, il-Kaptan Domenico Nostro li kien joqgħod l-Isla, li dik il-lokalità ġa kien hemm devozzjoni kbira lejn il-kult Karmelitan, iddeċieda li juri d-devozzjoni li għandu lejn il-Madonna del Carmelo billi għamel
kuntratt għalih u għall-ekwipaġġ tiegħu li millbċejjeċ tal-baħar maqbuda fil-Mediterran jagħti donazzjoni ta’ flus.
Din il-prattika ġa kienet teżisti lil diversi knejjes, artali, u statwi madwar il-gżejjer, l-aktar imsemmija kienu l-Knisja tal-Karmnu tal-Belt u l-Kurċifiss mirakuluż magħruf bħala ta’ Kandja li jinsab f’Bormla. Għalhekk il-Madonna del Carmelo kellha post speċjali f’qalb il-Kursari Maltin, u dan ġie innutat fl-aħħar tas-seklu 18 meta fl-1790 il-Kursar Gaetano Cumbi (Cumbo) mill-Belt Valletta semma lill-galliotta tiegħu ta’ 32 ruħ Madonna del Carmine.
Biċċa tal-baħar oħra li kien jisimha bl-istess isem (Madonna del Carmelo) kienet ta’ Benedetto Valentini. Sfortunatament innawfragat b’maltempata fl-Afrika ta’ Fuq fl-1792. Wieħed mill-ekwipaġġ kien il-kursar Pietro Stellini li sab ruħu f’din il-maltempata, mill-ewwel dar lejn il-fidi li kellu lejn il-Madonna del Carmine. Nawfragat u lsir, hu kiteb minn Tripli lil ommu: “Il-mewġ għelbu lill-galliota, l-irġiel kollha bdew jitolbu bil-ħniena meta kienu fil-baħar. Jien ippruvajt ngħinhom, ladarba jien ridt inżomm
mal-galliota maqluba. Kien irnexxieli imma l-mewġ reġa’ laqatni. Issa l-galliota għebet taħt il-mewġ, u stat nisma’ l-ilħna u l-għajjat tassħabi l-baħħara. Ma stajt nagħmel xejn. Ippruvajt ngħum sax-xatt. Domt ħames sigħat fil-baħar, u tlift it-tama erba’ darbiet, għalkemm għamilt ilkuraġġ u ttamajt fil-Madonna del Carmelo”.
Skoperta riċenti li għamilt waqt li kont qed infittex fl-Arkivji Notarili, fi Triq San Kristofru fil-Belt Valletta, jagħti xiehda aktar wiesgħa ta’ din id-devozzjoni li kellhom il-Kursari Maltin lejn il-Madonna del Carmelo. Il-Kursari Maltin kienu obbligati li jippreżentaw b’mod uffiċjali diversi dokumenti tal-bastiment li xi nutar sabiex l-intrapriża tkun dokumentata b’mod legali u b’hekk ikun ta’ prova li kellu l-permessi meħtieġa tas-sovran. F’nofs il-paġni taddokumenti tal-kursar il-Kaptan Felice Micallef mill-Belt, li jmorru lura għall-1796 kien hemm il-famuża Bolla Sabbatina. Apparti d-disinn sabiħ li hemm fuq nett ta’ dan id-dokument, hemm deskrizzjoni qasira x’tinvolvi din ilBolla Sabbatina taħt ix-xbieha. It-test japprova b’digriet papali u jagħti l-opportunità lill-fidili Maltin kollha biex jieħdu vantaġġ permezz taddevozzjoni lejn il-Madonna del Carmelo. Il-Bolla
Dokument tal-1796 li jagħti xhieda tad-devozzjoni lejn il-Madonna tal-Karmnu mill-Kursara Maltin
Festa Madonna tal-Karmnu
VALLETTA 2018
117
tiddeskrivi kif Ommna Mqaddsa taħt it-titlu talKarmelu jmorru l-purgatorju u fl-ewwel Sibt wara mewtu jgawdi l-eternità. Ma għandniex xi ngħidu hemm ukoll id-devot li kellu lista ta’ obbligazzjonijiet li jrid iħares matul ħajtu.
Għaliex dan id-dokument li kien tant għall-qalb id-devoti tal-Madonna tal-Karmnu, kien mixħut f’nofs dokumenti oħra tal-kursar? Kien xi sinjal ta’ devozzjoni, sinjal biex jitlob l-għajnuna tal-Madonna del Carmelo fl-intrapriża tiegħu biex ikunu mħarsa kemm il-bastiment kif ukoll l-ekwipaġġ minn kull għawġ li fl-istess
dokument jissemmew wieħed, wieħed, sena b’sena, u l-avvenimenti kollha. Sfortunatament ma nafux għaliex il-Bolla Sabbatina kienet maddokumenti u karti oħra uffiċjali. Jidher li l-Kursar Kaptan kien devot kbir u jidher li ħafna kursari oħra kienu devoti tal Madonna del Carmelo b’mod speċjali dik meqjuma fil-Belt Valletta. Bħal dawn il-kursari Maltin, ħafna aktar Maltin li kienu jaħdmu fuq il-baħar kienu jsibu l-faraġ, il-kuraġġ u t-tama fil-La Madonna del Carmelo, li kienet fiċ-ċentru ta’ wieħed mill-aktar maqdes antik iddedikat lilha fil-Belt Valletta.
Il-Komunità Karmelitana tal-Belt Valletta tawgura festa qaddisa u devota lil kul˙add
57/64, Old Bakery Street, Valletta Tel: 2123 0506, 2730 9247 Mob: 9926 3720 118
Festa Madonna tal-Karmnu
VALLETTA 2018
Min kien Cesare Passalaqua? Giovanni Bonello
Ex-Imħallef tal-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem
Kienet aħbar sabiħa dik li, waqt ix-xogħlijiet tal-pavimentar ġdid tas-santwarju tal-Karmnu l-Belt, instabet il-lapida antika li tpoġġiet fuq il-qabar ta’ Cesare Passalaqua aktar minn 350 sena ilu. Illum Passalaqua huwa kważi minsi għalkollox, imma fi żmienu kien bniedem millaktar magħruf. Ħasra li s’issa ftit, ħlief għal
Carmel Cassar, Francesca Balzan u Michale Galea, ħasbu li jitkixxfu dwar ħajtu. Din issejba ħajritni nagħmel ftit riċerka biex l-isem Passalaqua jerġa’ jiġi mfakkar.
Passalaqua jidher bniedem kumpless u kontradittorju. Kien ‘skrivan’ mill-aktar stmat u mfaħħar tal-Ordni tal-Kavallieri ta’ San Ġwann, imma huwa fatt li, b’xi mod li mhu xejn ċar, irnexxielu jsir sinjur kbir. Kien devot ħerqan ta’ diversi knejjes, fosthom il-Karmnu, imma ħabbat difru bl-ikrah mal-inkwiżizzjoni meta ġie misjub ħati li talab l-għajnuna tax-xitan biex javvanza fil-karriera tiegħu. Kien raġel eżemplari tal-familja, imma fl-istess ħin kellu tfal barra miż-żwieġ. Dawn il-kontradizzjonijiet iżidu mas-seħer tal-istudju ta’ ħajtu. Ma nafux wisq fuq iż-żgħożija ta’ Cesare Passalaqua (anke Passalacqua). Mhux ċar kif tfaċċa l-kunjom Passalaqua - ma jidhirx li qablu kien hemm xi ħadd b’dan l-kunjom fost il-ġenituri jew nanniet tiegħu. Il-Konti Ciantar, imnieħru naqra mxammar, qagħad attent li la jsemmi l-familja Passalaqua fost dawk antiki u magħrufin f’Malta u wisq inqas niżżel lil Cesare fost in-nies ċelebri ta’ pajjiżna.1
Portrait ta’ Cesare Passalaqua li jinsab fis-Sagristija tal-Knisja ta’ San Pawl Nawfragu fil-Belt Valletta
Cesare twieled c. 1595 u trabba ma’ nanntu Violante Vergotti, għax ommu, Giacomina, mietet żgħira u żewġha kien miġġieled ma’
Festa Madonna tal-Karmnu
VALLETTA 2018
119
omm il-mara. In-nanna Vergotti, ta’ nisel Grieg, qatt ma żżewġet u għal xi żmien hi kienet ilkonkubina tal-kavallier Ġermaniż Fra Hermann von Andlau, u kellha fama ta’ saħħara u ta’ prostituta. Giacomina, omm Cesare, qattgħet żmien bħala l-konkubina tal-kavallier Fra Jacob Fiott, għalkemm kienet miżżewġa ma’ Francesco (Passalaqua?) minn Rodi. Mhux żgur, għalhekk, missier Cesare, min kien eżatt, jekk hux żewġha jew ħabibha. Barra minn Cesare, Giacomina welldet lil Vincenzo, ukoll ta’ missier dubjuż, li jidher li miet żgħir. Dawn iż-żewġ aħwa reddgħathom il-qabla Catherina Guidala.2 Cesare kien jgħix man-nanna Vergotti (imma Vergotis) u hemm xhieda li spiss kienet tilgħablu xi xebgħa. Ta’ erba’ u ħames snin kienet toħorġu liebes iċ-ċoqqa tal-patrijiet flok ħwejjeġ normali. Hu kellu fama ta’ ġuvnott bil-għaqal. Kien spiss jiltaqa’ ma’ sħabu fil-pjazza San Ġorġ, quddiem il-Palazz qabel ma jidlam. Imma kien l-ewwel wieħed li jlebbet lura lejn id-dar għax inkella n-nanna kienet tagħtih ħasla. Tgħidx ħbiebu kemm għaddew iż-żmien bih talli kien daqshekk imwerwer minn nanntu! Hu kien jistqarr ma’ sħabu x-xewqa li nanntu tmut biex hu jgħix fil-libertà u jiddeverti ma’ ħbiebu. In-nanna rat il-faqar, u biex tgħix, wara li refgħet mill-kummerċ tas-sess, bdiet taħdem bħala ħassiela mal-kavallieri, fosthom Fra Aldobrandini (aktarx Carlo) li kien wieħed millkonkubini ta’ Sperantia de Lango. Violante u Cesare kienu joqogħdu qrib il-Knisja tal-Karmnu. In-nanna għamlet ħbieb sew ma’ żewġ prostituti magħrufa, Sulpitia de Lango u bintha Sperantia li kienet ġa bdiet fin-negozju tas-sess meta kellha sittax-il sena. Sinjuri imlaħħqin u kavallieri tal-Ordni ta’ San Ġwann jissemmew fost il-klijenti tagħhom.
Fl-1617 faqqa’ skandlu kbir meta l-inkwiżitur sar jaf bi stejjer li skonthom Violante Vergotti, in-neputi tagħha Cesare, u ż-żewġ nisa de Lango nqabdu jieħdu sehem fi sħarijiet biex, bi sħab max-xitan, joħorġu mistura maġika mix-xitla pervinka. In-nisa riduha biex jiġbdu l-irġiel lejhom u Cesare biex javvanza fil-karriera. Dan iż-żmien kellu 22 sena u kien jaħdem ta’ skrivan fil-qorti tal-Kastellanija.
120
Festa Madonna tal-Karmnu
VALLETTA 2018
Fuq din l-istorja affaxxinanti kiteb fit-tul Carmel Cassar.3 Cesare Passalaqua wkoll ħa parti prominenti f’dan l-iskandlu u l-inkwiżitur sabu ħati ta’ kompliċità f’maġiji pprojbiti u kkundannah sena eżilju minn Malta, wara li kien ġarrab ukoll l-uġigħ tat-tortura. Huwa talab maħfra u minflok l-eżilju, ħallas ammenda ta’ 30 skud. Wara diversi sessjonijiet ta’ tortura, nanntu ġiet ikkundannata għall-flaġellazzjoni pubblika fit-toroq tal-Birgu.
Dak iż-żmien Cesare kien għarus ma’ Maria Farrugia, bint Mastro Ferrante, u żżewwiġha fil-parroċċa ta’ San Pawl fit-28 ta’ Jannar 1618.4 Kurjuż ferm il-fatt li bħala xhud taż-żwieġ tiegħu, Cesare għażel lil Fra Jacob Fiott, dak il-kavallier li kien jgħix m’ommu Giacomina qabel mietet. Wara din l-avventura kerha, isem Cesare jibda jissemma ħafna, aktar fis-sewwa milli fiddnewwa. Qabel ma wasal biex imut fl-1622, il-Gran Mastru Alof de Wignacourt beda jmur minn moħħu u spiċċa jħawwad. Fit-testment tiegħu ħalla ħafna ġid, l-aktar lill-Ordni, imma t-testment kien fih xi biċċiet li żgur kienu riżultat tat-taħwid mentali. Għalhekk il-Kunsill tal-Ordni ried jara x’seta’ jsir, u qabbad lil Cesare Passalaqua scrivano praticissimo del Tesoro, biex jagħmel sens millaħħar volontà ta’ Wignacourt. Dan lesta xogħlu b’tifħir ta’ kulħadd.5
Min kif Cesare jissemma fir-reġistri tal-Ordni, jidher li kien stmat u fdat. Ta’ 33 sena ġie magħżul mill-Kunsill tal-Istat tal-Ordni, flimkien ma’ Dr. Deidier, għal xi xogħol f’tilwima bejn l-Ordni u l-Lingwa ta’ Auvergne.6 Hemm rapport bla data fuq il-ħidma tiegħu bħala Prokuratur tat-Teżor fi tliet kawżi, l-aħħar waħda maqtugħa fit-12 ta’ Ottubru 1634.7 F’żewġ okkażjonijiet oħra t-Teżor kien fdalu f’idejh somom kbar ta’ flus 55,000 elf skud biex iz-zekka tagħmel muniti tar-ram u ftit wara, 39, 000 skud għal xogħlijiet pubbliċi. Huwa lesta rendikont dettaljat ta’ kif nefaqhom, l-ewwel wieħed fit-30 ta’ Mejju 1637 u t-tieni wieħed fl-20 ta’ Ġunju 1637.8 Għal erba’ snin wara l-1640 Cesare ġie magħżul bħala ġurat għall-Università tal-Belt. Din kienet kariga politika, aktar ta’ unur milli ta’ poter,
imma l-Maltin kienu jfittxuha għax li tkun ġurat kienet tfisser li kont ilħaqt u kont stmat.9
Passalaqua ma kienx nieqes mill-ambizzjoni, u fl-1646 ikkonvinċa lill-Gran Mastru Lascaris ilaħħqu Baruni ta’ Budaq “bħala sinjal ta’ gratitudni għas-servizzi li kien irrenda lillOrdni.” Id-dokument ma jsemmix x’kienu dawn is-servizzi. L-investitura saret fit-22 ta’ Diċembru, u bħala omaġġ il-baruni l-ġdid intrabat li jagħti sitt xkubetti lill-Gran Mastru fil-festa ta’ Santa Barbara, il-patruna talbumbardiera. Cesare ċeda t-titolu ta’ baruni lil Silvestro Fiteni miżżewweġ ma’ bintu Giovanna, imma t-tnejn mietu qablu (fil-kotba, din bintu tidher bħala Generosa, Giovanna jew Genoveffa, imma Maria Genoveffa kienet martu).10 Silvestro u Giovanna kellhom tifla waħda, li mietet żgħira. Giovanna, bint Cesare mietet fl-4 ta’ Lulju 1656, waqt li martu Maria, mietet anqas minn sena wara, fl-24 ta’ Frar 1657.11 Il-ġurnata qabel mietet, Maria Passalaqua bagħtet għan-Nutar Giuliano Felici biex għamlet testment. Fih hija ħalliet ġidha kollu lil żewġha, ħlief għal xi legati mhux kbar. Kitbet mitt skud u xi ġojjelli lil kull waħda mit-tliet eks-skjavi, issa meħlusin, Theresa, Diana u Speranzia, bilkundizzjoni li jgħixu ħajja onesta, mitt skud ieħor biex isir lampier tal-fidda fil-kappella talMadonna tal-Grazzja fil-Knisja ta’ Ġieżu l-Belt, u ġiżirana tad-deheb lill-armel ta’ bintha l-baruni Silvestro Fiteni ‘li jaf kemm it-testatriċi kienet tħobbu, u li m’għandux bżonn tal-faqar tattestatriċi’. Hija ordnat li tindifen fil-Knisja talKarmnu, ħdejn l-unika bintha.12 Cesare lesta l-qabar u l-iskrizzjoni tal-irħam għall-familja kollha malli mietet martu - imma 26 sena qabel miet hu.
Fis-26 ta’ Ġunju 1656 il-flotot tal-Ordni u ta’ Venezja għamlu rebħa kbira fuq il-bastimenti Torok Ottomani, u ġew imnedija ċelebrazzjonijiet memorabbli f’Malta. Waħda minn dawn il-festi saret fil-Knisja ta’ San Pawl, il-Belt, fil-kappella ta’ San Gejtanu ta’ Thiene. Passalaqua, imsejjaħ ‘inkarigat mill-affarijiet ewlenija tal-Ordni’ ġie mqabbad jikteb deskrizzjoni ta’ dawn il-festi, liema relazzjoni spiċċat stampata ftit snin wara fi ktieb fuq il-ħajja ta’ San Gejtanu.13 Cesare
wera ruħu devot ferm ta’ San Gejtanu, l-aktar tal-kappella ta’ dan il-qaddis fil-Knisja ta’ San Pawl. Meta l-iskjav tiegħu tgħammed, semmieh Gejtanu.
Cesare kellu rabta ma’ diversi knejjes Beltin, imma l-aktar li kienu għal qalbu kienu dawk tal-Karmnu u ta’ San Pawl. F’din ra li tinbena koppla meta kien prokuratur tal-knisja, u wara, ħallas minn butu għall-bini tas-sagristija. Huwa ħa ukoll ħsieb tal-bini tal-kappella tassagrament.14 Jingħad li fl-1683 akkwista d-dar maġenb San Pawl mingħand ir-Rev. Mattia Caruana minn Bormla biex tkun tista’ tinbena sagristija kbira.15 L-awtur Michael Galea jsemmi xi għotjiet oħra favur San Pawl, imma hemm żball fir-riferenza kif stampata.16 Ħdejn issagristija hemm imdendel ritratt biż-żejt ta’ Passalaqua meta laħaq kiber. Dix-xbieha, tassew mill-isbaħ, naħseb li tista’ tkun xogħol tal-pittur Stefano Erardi.
Huwa kien ukoll membru ta’ diversi konfraternitajiet devoti: fosthom dik ta’ Maria Assunta, fil-Knisja tal-Ġiżwiti, u kien il-fundatur u l-ewwel rettur tal-Konfraternità tal-Imqaddsa Verġni tal-Karmnu, li huwa stess waqqaf fit-22 ta’ Frar 1622, meta kellu biss 27 sena.17 Kif se naraw, kien ukoll benefattur kbir tagħha.
Passalaqua reġa’ ssemma’ fl-1660 u fl-1682 meta ħalla proprjetajiet kbar lill-Ordni ta’ San Ġwann, stmati 20,000 skud, li kienu jirrendu 600 skud renti fis-sena, biex bihom jinxtraw ix-xemgħat u l-inċens għall-użu tal-Knisja Konventwali ta’ San Ġwann. Meta miet, din l-għotja ġiet aċċettata u din saret magħrufa bħala l-Fondazzjoni Passalaqua.18 Fost dawn ilbinjiet tiegħu nsibu wkoll il-filliera djar, 248 sa 254, Strada Sant’Ursola, il-Belt.19 Man-nanna, Cesare kien joqgħod ħdejn il-Karmnu, imma wara mar jgħix numru 249, Strada Sant’Ursola, li fuq il-faċċata għandha skrizzjoni sabiħa bilLatin li tfakkar dan il-benefattur, li dik id-dar kienet il-fundazzjoni Passalaqua u li reġgħet inbniet fl-1760. Fil-kult Karmelitan, Passalaqua baqa’ msemmi għal ħafna benefiċenzi, imma l-aktar għaċ-ċintill meraviljuż li rregala lix-xbieha tal-Madonna. Dan jibqa’ wieħed mill-eqdem, mill-isbaħ u
Festa Madonna tal-Karmnu
VALLETTA 2018
121
Id-dar numru 249 fi Triq Sant’Ursola fil-Belt Valletta, fejn kien joqgħol Passalaqua
twil u dettaljat ferm, u jixraqlu studju għal rasu għax fih informazzjoni mill-aktar interessanti. Hawn nagħtu ħarsa qasira lejh, tassew fuq fuq. In-nutar stqarr li Cesare kien fis-sodda, marid fil-ġisem iżda sħiħ fil-moħħ.22 mill-ġojjelli l-aktar prezzjużi li għandna Malta, aktarx miġjub minn Sqallija. Francesca Balzan, l-esperta tal-ġojjelli antiki, kitbet dwaru fit-tul20 u poġġietu fuq il-qoxra tal-ktieb tagħha Jewellery in Malta.21 Meta Cesare ta dan il-kapolavur, kien ta wkoll lill-Konfraternità tal-Karmnu żewġ brazzuletti tad-deheb u l-ġawhar, imma dawn ma jidhirx li għadhom jeżistu. Cesare ħass il-mewt qed toqrob, u bagħat għanNutar Pietru Attard fid-9 ta’ Lulju 1683. Huwa ma kien fadallu ħadd jiġi minnu fil-qrib lil min iħalli ġidu, għax kemm martu, bintu u żewġha, u n-neputija tiegħu kienu kollha mietu qablu sew. Għalhekk ħalla kollox lill-barranin, kif se naraw. It-testment, bit-Taljan u bil-Latin, huwa
122
Festa Madonna tal-Karmnu
VALLETTA 2018
Wara li rrakkomanda ’l ruħu lil diversi qaddisin, l-ewwel fosthom il-Madonna tal-Karmnu, ordna l-fdalijiet tiegħu jindifnu fl-oratorju talKonfraternità tagħha, ‘li tagħha kellu l-fortuna li jkun il-fundatur, u Rettur, u li għaliha ħareġ l-ispejjeż kollha biex tinbena u tiġi mżejna, minn butu’ u ħalla renti għal elf quddies u talb għal ruħu fil-knejjes kollha ta’ Malta. Ħalla skud taddeheb lill-Gran Mastru u skud tal-fidda lill-Isqof u sitta lill-Venerabbli Kunsill.
Lill-Gran Mastru Gregorio Caraffa Cesare kitiblu wkoll il-ganga (darsa ta’ wara), relikwa ta’ Santa Rosalia li l-belt ta’ Palermo kienet irregalat lillGran Mastru De Redin meta dan kien Viċirè ta’ Sqallija u li De Redin imbagħad kien ta lillIsqof Luca Bueno. L-isqof, waqt li kien qiegħed
imut (7 ta’ Settembru, 1668) neżagħha minn madwar għonqu u ta din ir-relikwa, flimkien ma’ brazzuletta, lil Passalaqua fil-preżenza ta’ diversi xhieda li jsemmi isimhom. Cesare, imbagħad ordna relikwarju forma ta’ bust talfidda, u ppreżenta dan il-bust bid-darsa ta’ Santa Rosalia fih, lill-Gran Mastru Caraffa. Dan il-bust relikwarju jissemma fl-inventarji ta’ San Ġwann bħala rigal ta’ Gregorio Caraffa imma ma nafux x’sar minnu. Jista’ jkun wieħed mill-ħafna li dewweb Napuljun meta ħa Malta fl-1798. Lil Francesco Ralli, neputi tal-mara mejta, għallgħajnuna li kien jagħtih f’kollox, ħalla l-għalqa bil-bini li fiha, imsejħa Ġonna ta’ Arnau (flinħawi ta’ Ħal Luqa). Ħallielu pittura ‘Griega’ i.e. fuq sfond indurat, tal-Madonna, mgħottija bi pjanċa tal-fidda, li kienet tal-Kommendatur Gio Battista Macedonia, b’talba lill-Gran Mastru u lill-Prijur ta’ San Ġwann li titpoġġa fil-kappella fejn kien midfun Macedonia (minn Napli, kaptan tax-xwieni tal-Ordni, li laħaq kavallier fis-6 ta’ Lulju 1618).
Passalaqua ħalla lil Dr. Alessio Ralli l-gwantiera tal-fidda perforata li fiha l-arma tal-Kommendatur Macedonia, u lil Madalena, oħt Ralli, il-mera tal-gwarniċ indurat dekorat bil-qroll li kienet tuża bint Cesare, biex huma jkomplu jiftakru fih u f’bintu. Lil Fra Gio Battista Brancaccio, Bali ta’ Santo Stefano, ħalla tliet iskieken, tnejn b’xogħol fin tal-fidda u oħra b’xogħol tad-deheb magħruf bħala ‘Algharus’ (?) li hu kien xtara minn dak li kien inbigħ wara l-priża tal-galjun il-kbir (Il-galjun tas-Sultani) magħmula fit-28 ta’ Settembru 1644 ħdejn Rodi mill-flotta tal-Ordni. Lill-Kavallier Fra Scipione Firrau minn Cosenza ħalla mezzaspada (stallett twil?) bil-manku tal-fidda u bil-kustodja wkoll imżejna bil-fidda, b’rikordju ‘ta’ dak is-serv li dejjem stmaħ u ħabbu, l-istess bħalma għamel it-testatur.” Lill-Kavallier Fra Domenico Firrau ħallielu s-sodda tal-ħadid bil-fornimenti kollha tagħha li kien juża l-istess Cesare u tinstab id-dar tiegħu. Lil Isabella u Pietra, aħwa mhux miżżewġin, ulied Paolo Fenech, kiteb legat ta’ mitt skud millkera li kien iħallas il-gabillott ta’ Wied Gerżuma (ħdejn Ħad-Dingli) biex tinħall kwistjoni li dawn kellhom fuq xi dota, mal-prokuraturi tal-
Kappella tal-Madonna ta’ Filermo. Kitbilhom ukoll l-għalqa li missierhom kien xtara f’Wied Gerżuma.
Lis-sefturi tiegħu Valenzia … u Agata … ħalla xi flus talli qdewh u daru bih. Kunjomhom baqa’ vojt għax ma setax jiftakru. Lil Gejtanu, skjav tiegħu, tah il-ħelsien. Il-Ġiżwita Padre Pietru Sabucco (?) irċieva 25 skud għad-devozzjoni ta’ Sant’Anna u Padre Cirillo Patmos, Karmeltitan, kappa u tonka, u għaxar skudi biex jiġu meħjutin. Lil Anna mart Gio Battista Schriha ħalla 40 skud għal-libsa li kien wegħedha. Bħala suffraġju għal ruħu ħalla lill-Kunvent ta’ San Franġisk tal-Belt 200 skud u 60 skud li kellu jagħtih il-Kavallier Fra Michele Verdelin, biex bihom issir il-qanpiena. Lill-Oratorjru talMadonna tar-Rużarju rregala l-kuruna tiegħu, tal-qroll u deheb mastizz. Skudi tletin marru biex tispiċċa l-induratura tan-niċċa fuq il-qabar tiegħu fl-oratorju tal-Karmnu. Passalaqua hawn għamel riferenza għal dak li hemm miktub filbrogliardetti di memoria (note books) tiegħu u ried li dak li fihom jiġi sodisfatt. Fuq l-altar ta’ San Nikola ta’ Tolentino fil-knisja tal-Agostinjani l-Belt kellhom jiġu ċċelebrati b’sittin skud quddisiet għal ruħ it-testatur u kellu jieħu ħsiebhom l-Agostinjan Padre Tumas Garega. U lill-monasteru ta’ Santa Skolastika talBirgu tahom għaxar skudi. Cesare Passalaqua mbagħad ħalla ċ-ċintill ingastat bid-djamanti, rubini u ġawhar, u żewġ brazzuletti tad-deheb u bil-perli lillKonfraternità tal-Karmnu. Dawn il-ġojji ma setgħu jinbiegħu qatt, imma setgħu jiġu mislufa lill-vara ta’ San Gejtanu li hemm fil-knisja ta’ San Pawl fil-festa tiegħu. L-eżekuturi testamentarji kellhom jikkonfermaw dan il-legat b’kuntratt pubbliku. Lill-Konfraternità ħallielha wkoll tappizzerija ta’ damask aħmar u aħdar b’tifkira tal-Padri Majjistru Antonio Hagius.
Lill-knisja ta’ Ġieżu kitbilha mitt skud biex jinxtraw pjaneta, tuniċelli u ventartal. Il-flus dovuti lilu mingħand Antonio Fiterni kellhom iservu biex jitħallas id-dejn li kien fadal fuq id-dar li t-testatur kien xtara bħala dota lil Giovanna, bint Baldassere Farrugia, li ħallilha
Festa Madonna tal-Karmnu
VALLETTA 2018
123
wkoll mitejn skud. Fil-jum tal-funeral tiegħu Cesare ried li jitqassmu fost il-fqar tletin skud, tari wieħed kull fqir jew fqira, b’kollox 360 ruħ. Lil Dun Domenico Cauchi, saċerdot min-Naxxar, ħalla 25 skud. Wara li jitnaqqsu l-legati, il-kumplament tal-ġid tiegħu, mobbli jew immobbli, kellu jmur kollu lill-Knisja Konventwali ta’ San Ġwann, skont ma kien ordna fl-iskrittura tat-13 ta’ Ottubru 1682. Huwa talab il-Prijur ta’ San Ġwann li jaċċetta dan il-wirt u li jkun wieħed mill-eżekuturi testamentarji tiegħu. Għal dan il-fini, l-ħwejjeġ mobbli kollha tiegħu kellhom jinbiegħu u l-flus li jinġabru jidħlu fil-fondazzjoni biex jintużaw għat-tiswija, benefikati u xogħlijiet ġodda flistess knisja. Bħala eżekuturi tat-testment tiegħu sejjaħ lill-Prijur tal-Ordni ta’ San Ġwann (Fra Pietru Viani), lil Fra. Francesco Ralli, Fra. Carlo Camilleri, Dr. Alessio Ralli u l-aħwa Giovanni Antonio u Giovanni Francesco Bonuccini.
Mat-testment Passalaqua żied lista ta’ dawk li kellhom jagħtuh u li kellhom jieħdu min għandu, li wkoll fiha tagħrif interessanti, fosthom li Cesare kellu żewġ kwadri tal-aħwa Fra. Giacomo u Fra. Nicola Zumbo, kavallieri minn Sirakuża, li kienu bdew ħajjithom bħala l-agħar delinkwenti u mietu bil-fama tal-akbar qaddisin.23 Hu ried li dawn iż-żewġ pitturi jitpoġġew fil-knisja ta’ Santa Luċija, il-Belt, billi hija l-patruna ta’ Sirakuża. Il-lapida ta’ rħamijiet ikkuluriti li reġgħet instabet dan l-aħħar għandha bixra barokka. Cesare indifen fil-qabar li diġà kien fih il-fdal ta’ martu, ta’ bintu u ta’ bint bintu. L-aktar li jolqtok fiha hija l-iskrizzjoni Latina li huwa lesta sitta u għoxrin sena qabel miet u li tgħid: HIC PATER, HIC MATER, HIC UNICA PROLES JACENT NON TRES TAMEN SED UNA CINIS, ET UNA PULVIS ET SICUT UNUM VIVERUNT CORDE SIC UNO IN SAXO, UNO ANIMIS NEXU UNA IN QUEM FRUENTUR PACE --CAESAR PASSALAQUA, VIVENS PRO SE, ET MARIA CONJUGE, AC GIOVANNA FIGLIA,
124
Festa Madonna tal-Karmnu
VALLETTA 2018
DEFUNCTIS PRO ORANS POSUIT ANNO DNI MDCLVII. H.M.H.N.S
Bil-Malti:
Hawn jistrieħu l-missier, hawn l-omm, hawn ittifla waħdanija - mhux tliet persuni, iżda rmied wieħed u trab wieħed. U kif fil-ħajja kienu qalb waħda, issa taħt ġebla waħda, marbutin f’ruħ waħda, igawdu paċi waħda. Cesare Passalaqua, tul ħajtu lesta (dal-qabar) għalih innifsu, u għal martu Maria, kif ukoll għal bintu Giovanna, biex in-nies titlob għalihom mejtin. A.D. 1657 H.M.H.N.S.
Manuskritt antik ifisser l-inizjali H.M.H.N.S f’din l-iskrizzjoni bħala Huic Monumento Heredes Non Succedunt24 - il-werrieta ma jirtux dan il-qabar i.e. ħadd aktar ma jista’ jindifen fih.25 Dawn l-inizjali ssibhom spiss fl-oqbra Rumani antiki, imma Malta ma kontx iltqajt magħhom. Il-lapida, ħaġa stramba għal persuna nobbli, ma fiha ebda arma tal-familja. Minflok hemm xbieha ta’ skeletru qed jifrex faxx twil bil-kitba fuqu: “Jiena l-arma ta’ Cesare u Maria Genoveffa.”
Din hija, bla tlaqliq, fost l-isbaħ skrizzjonijiet li qatt rajt fuq qabar. Imma titlef ħafna milleffett meta tiskopri li Cesare Passalaqua kellu għallinqas tlitt itfal mhux minn martu, iżda min-nisa differenti. Kellu lil Domenico li fl1669 iżżewweġ fil-Birgu lil Grazja, skjava li kienet ġiet meħlusa; kellu lil Diana Speranza li fl-1654 iżżewġet lil GioBatta Fenech, u lil Zulla (Graziulla) li fl-1674 iżżewġet ma’ Giacomo Simonet Saltalegno; dawn l-aħħar tnejn tejġu fil-Belt Valletta.26
Hemm dellijiet oħra fuq Cesare. Huwa twieled orfni fqir, imrobbi min-nanna mejta bil-ġuħ li biex tgħix tbigħ l-unur tagħha u wara bdiet taħdem ta’ ħassiela fid-djar. Kif miet daqshekk sinjur, b’ħafna djar, artijiet, flus, inkwadri, deheb u ġojjelli kemm irid? Minn fejn ġie dan il-ġid kollu? Il-kuntratti tiegħu juru li kien jagħmel xi negozju27, imma huwa jidher li kien jikkontrolla t-Teżor tal-Ordni. Ħsieb ħażin bla ma trid jgħaddilek minn rasek. Ftit wara li għamel it-testment tiegħu, Cesare
Passalaqua miet ta’ 88 sena, fid-19 ta’ Lulju 1683 fid-dar tiegħu Strada Sant’Ursola28, u l-fdalijiet tiegħu ndifnu, skont ix-xewqa tiegħu, fl-oratorju tal-Karmnu. Radd ta’ ħajr Nirringrazzja lil Joan Abela, Arkivji Notarili, Francesca Balzan, Maroma Camilleri, Bibljoteka Nazzjonali, Petra Caruana Dingli, Christian Pace u Fr. Edgar Vella tal-għajnuna tagħhom. Riferenzi
Giovannantonio Ciantar, Malta Illustrata, Vol. 2, Malta, 1780, Notizia 3 u 4. 2. Carmel Cassar, Daughters of Eve, Malta, 2002, p. 84 3. Carmel Cassar, Sex, Magic and the Periwinkle, Malta, 2000 4. Arkivji Parrokkjali, San Pawl, Matrimoni, Vol. 1, f.80v. Fit-testment ta’ Maria, il-mara ta’ Cesare (ara isfel), missierha huwa msemmi bħala Ferdinando Farrugia. 5. Bartolomeo dal Pozzo, Historia della Sacra Religione, Vol. 1, Verona, 17xx, p. 700 6. AOM 256, f.68 7. AOM 1121, f.262 8. AOM 1111, f.290, 304 9. NLB, Univ. 351, ff. 60-61 10. John Montalto, The Nobles of Malta, Malta, 1980 pp. 32, 38, 53, 129, 159, 247, 319. 11. AVC Reġistru 22, f. 14 12. Arkivji Notarili, Testment ta’ Maria Passalaqua għand 1.
in-Nutar Giuliano Felici, 23 ta’ Frar 1657, ff. 383-385 Bernardino Benzi, Vita di San Gaetano Thiene, Ruma, 1686 p.300 14. Achille Ferres, Descrizione Storica delle Chiesa di Malta e Gozo, Malta, 1866 p.158 15. John Debono, L-iskultur Giovanni Battista Menville, fil-Ħarġa Speċjali, Festa San Pawl, 2010. Id-data 12 ta’ Ġunju 1683, tista’ ma tkunx eżatta għax Passalaqua kien qed imut. 16. Michael Galea, Cesare Passalaqua, fil-ktieb tal-Festa ta’ San Pawl 2002, p. 16, 17. 17. NAV, R30/24, f.362v, u Serafin Abela, Il-Karmelitani filBalluta, Malta, 2006, p.27, 28. 18. Bartolomeo dal Pozzo, Historia della Sacra Religione, Vol. II, Venezia, 1715, p.507 19. Victor F. Denaro, Malta, 1967, pp93-94. 20. Francesca Balzan The Passalaqua Chain, f’Maroma Camilleri, Theresa Vella, Celebratio Amicitiae, Malta, 2006, pp,237-242. 21. Malta, 2009 22. Arkivji Notarili, Nutar Pietro Attard, R 30 Vol. 24, ff. 361v-371. 23. Giovann Bonello, Histories of Malta, Vol. III, Malta, 2002, pp. 82, 83. 24. Imma l-verżjoni korretta hija: Hoc Monumentum Heredem Non Sequetur. 25. AVC Reg. 22, f.14 26. www.maltagenealogy.com Passalaqua 27. E.g. Nutar Aloiseo dello Re, 1666, f.13r, 1667, f.161r 162v 28. Arkivju Parrokkjali, San Pawl, Libri Mortuorum, 1673 1868, f.100 13.
Le 3 Sorelle (ITALIAN FOOD) Guarnaccia Carmelo
147, Old Bakery Street, Valletta
Mob: 9950 1264
Festa Madonna tal-Karmnu
VALLETTA 2018
125
A Snack in the Heart of the City
The open-air Restaurant in the centre of Valletta. We specialise in Maltese food, fresh local fish, pizza and steaks. We offer a large selection of snacks, coffee and ice-cream specialities. Seating is either open-air or inside in our fully air-conditioned restaurant. Opens at 8.00 - 22.00 Republic Square, Valletta  Tel: 2124 6454
126
Festa Madonna tal-Karmnu
VALLETTA 2018
L-Istorja tal-Erbgħat tal-Udjenza Mark Agius
Rettur, Fratellanza Madonna tal-Karmnu, Il-Belt Valletta
Id-Devozzjoni tal-Erbgħat tal-Udjenza hija devozzjoni importanti għall-Karmelitani Maltin. Hawnhekk nipprovaw infissru għaliex din iddevozzjoni żviluppat. Għaliex Seba’ Erbgħat? Fil-bidu tal-Ordni tal-Karmnu, jingħad li San Brocard kien jagħmel inkin għal seba’ darbiet kuljum lejn il-baħar Mediterran bħala tifkira li Elija kien bagħat lill-qaddej tiegħu jara seba’ darbiet, jekk kinitx ġejja x-xita, u l-qaddej kien ra sħaba, simbolu tal-Madonna mas-seba’ darba. Hekk, fil-bidu, in-numru sebgħa ġie assoċjat mal-Madonna.
Wara, meta l-Karmelitani marru Aylsford, li hija ġurnata ’l bogħod minn Canterbury, ilKarmelitani kienu jgħidu lill-pellegrini li kienu jgħaddu minn hemm kif San Tumas Becket kien kellu dehra tal-Madonna fejn qaltlu bisseba’ ferħat tagħha. Id-devozzjoni lill-Ferħat tal-Madonna kienet kbira fil-Medju Evu, u kien hemm diversi verżjonijiet tal-Ferħat. Il-Ferħat iddaħħlu f’ħafna kurunelli, li jingħadu sal-lum - b’mod partikolari fl-Italja, fejn huma magħqudin mad-devozzjoni lill-Madonna talKarmnu.
Wara, kif se nispjegaw, matul is-seba’ erbgħat, kienu jsiru seba’ meditazzjonijiet, jew prietki,
skont il-ferħa li jmiss.
Għaliex l-Erbgħa hija ġurnata speċjali għadDevozzjoni lill-Madonna tal-Karmnu? Ta’ min nistaqsu lilna nfusna għaliex l-Erbgħa għandha tintgħażel bħala ġurnata speċjali ta’ devozzjoni lejn il-Madonna tal-Karmnu.
Hemm drawwa antika li l-Kristjani jsumu u ma jiklux laħam l-Erbgħa u l-Ġimgħa. Dan huwa komuni fil-pajjiżi li jsegwu l-verżjoni Ortodossa tal-Kristjaneżmu, bħall-Greċja. Il-Kristjani Ortodossi jsumu nhar l-Erbgħa bħala tifkira tat-tradiment ta’ Kristu u nhar ta’ Ġimgħa bħala tifkira tat-tislib u l-mewt tiegħu. Fi kliem ieħor, huma jemmnu mit-tradizzjoni li l-laqgħa bejn Ġuda u l-anzjani Lhudija (Sanħedrin) seħħet nhar l-Erbgħa.(1) Ta’ min jiftakar li matul iżżmien li l-Italja tan-Nofsinhar u Sqallija kienu taħt il-kontroll tal-Għarab u mbagħad matul iż-żmien tan-Normanni u l-Kruċjati ħafna nies fin-Nofsinhar tal-Italja u Sqallija segwew ir-rit Biżantina, anke jekk kienu f’unjoni ma’ Ruma. Dawn iż-żminijiet kienu l-ewwel sekli tal-ordni tal-Karmnu. Aktar tard, wara li xxandret il-Bolla Sabbatina, sar komuni li l-Patrijiet Karmelitani jbiddlu l-obbligi tal-Privileġġ Sabbatin f’obbligu illi jilbsu l-labtu tal-Karmnu, josservaw il-kastità skont l-istat tal-ħajja tagħhom, u josservaw is-
Festa Madonna tal-Karmnu
VALLETTA 2018
127
sawm tal-Knisja filwaqt li wkoll jastjenu milllaħam nhar ta’ Erbgħa u s-Sibtijiet. Għalhekk ħafna Terzjari u Devoti tal-Karmelitani kienu jsumu nhar ta’ Erbgħa. (Għall-bidu, l-obbligi talPrivileġġ Sabbatin kienu: 1. Li jilbsu l-iskapular b’mod leali wara reġistrazzjoni valida; 2. Li josservaw il-kastità skont l-istat tal-ħajja tagħhom; 3. Li jgħidu kuljum l-Uffiċċju ż-żgħir tal-Madonna. Kienet ukoll prattika komuni, sal-ġurnata tagħna, li din it-tielet kundizzjoni tiġi kommutata għar-reċitazzjoni ta’ kuljum ta’ ħames posti tar-Rużarju Mqaddes(2). Peress li ħafna devoti tal-Madonna tal-Karmnu f’Malta jew l-Italja xtaqu jibbenefikaw mill-wegħdiet tal-Privileġġ Sabbatin, sawm jew għallinqas astinenza mil-laħam nhar ta’ Erbgħa kienet komuni f’Malta u fl-Italja saż-żminijiet reċenti fost id-devoti tal-Madonna tal-Karmnu. Madanakollu, l-oriġini tal-Erbgħa bħala ġurnata speċjali ta’ Devozzjoni lill-Madonna tal-Karmnu mhijiex relatata mal-Madonna tal-Karmnu bħala tali - jiġifieri lill-Madonna tal-Labtu - iżda għal devozzjoni aktar antika tal-Ordni Karmelitan lill-Omm ta’ Alla bħala l-Omm u l-Patruna talKarmelitani.
Ta’ min niftakru li l-Eremiti li taw bidu lill-Ordni fuq l-Għolja tal-Karmelu stabbilixxew ruħhom fost l-Irħieb Griegi, viċin l-Abbazija ta’ Santa Margerita ta’ dawn l-Irħieb. Għalhekk wieħed jistenna li t-tradizzjonijiet taż-żewġ gruppi kienu jinfluwenzaw lil xulxin. Il-Karmelitani ddedikaw l-ewwel kappella tagħhom fuq il-Muntanja talKarmelu lill-Madonna. Bla dubju kellhom Ikona tal-Madonna f’din il-kappella. Fit-Teoloġija Griega tal-Ikoni, ikona tirrappreżenta l-persuna impittra fiha nfisha, (u barra minn hekk, jekk kopja talikona tintmiss mal-oriġinal, hija tirrappreżenta wkoll lill-persuna impittra) - hekk il-kappella, li fiha kien hemm l-ikona kienet tappartjeni lill-Marija. Hija kienet ‘is-Sinjura tal-Post’, ilMadonna tal-Karmnu b’mod speċjali. Għalhekk il-Karmelitani raw lilha bħala l-Patruna tagħhom. Aktar tard, John Baconthorpe, Arnold Bostius u kittieba Karmelitani oħra kellhom ikomplu jirreferu għal Madonna bħala ‘Domina Loci’, is-Sinjura tal-Post(2). Il-Karmelitani għalhekk bdew jaraw il-Madonna bħala l-Patruna Speċjali tagħhom, ir-Reġina, l-Omm u l-Oħt tagħhom, u raw lilhom infushom bħala ‘L-Aħwa tal-Madonna
128
Festa Madonna tal-Karmnu
VALLETTA 2018
tal-Karmelu’ per eċċellenza. Il-Karmelitani ħadmu ferm biex ixandru l-idea li kienu ‘L-Aħwa tal-Madonna tal-Karmelu’. Din l-idea tagħhom l-identità speċjali tagħhom bħala ‘l-Ordni talMadonna’, bħala distinzjoni minn Ordnijiet mendikanti oħra. Fl-1374 il-Karmelitan John Hornby iddefenda dan it-Titolu Marjan tal-Ordni kontra d-Duminkan John Stokes fl-Università ta’ Cambridge. Din kienet waħda mill-okkażjonijiet ewlenin li wasslu għall-approvazzjoni finali talordni mill-Papa.(3)
Storja, li mhijiex marbuta mal-viżjoni tal-Labtu innifisha, iżda li tenfasizza d-devozzjoni speċjali tal-ordni lil Marija li kienet hemm fil-bidu, hija importanti ħafna għall-Ordni. Storja bħal din hija dik tal-Madonna Bruna tal-Carmine Maggiore f’Napli. L-istorja tibda fil-Carmine Maggiore f’Napli li fiha ikona antika tal-Madonna li kellha l-fama li kienet impittra minn San Luqa u li nġiebet għal din il-knisja u monasteru mill-Karmelitani direttament mill-Għolja tal-Karmelu. Din l-ikona hija magħrufa bħala ‘il-Madonna Bruna’. (jista’ jkun l-ikona oriġinali mill-Għolja tal-Karmelu jew kopja tal-oriġinal li ntmisset mal-oriġinal).
Madonna Bruna (Madonna tal-Karmnu) Carmine Maggiore, Napli
Fis-Sena Mqaddsa tal-1500, il-fratellanza tal-ħaddiema tal-ġilda, li kienet ibbażata fi knisja ħdejn il-Carmine Maggiore, għamlet pellegrinaġġ għal Ruma biex tikseb l-indulġenzi tal-ġublew ipproklamati mill-Papa Alexander VI. Ingħaqdu magħhom ħafna fidili oħra.(4)(5)(6) Il-pellegrinaġġ ħalla Napli fis-7 ta’ April. Ilpellegrini ġabu magħhom l-ikona tal-Madonna Bruna, imsellfa mill-Karmelitani. In-nies kollha kienu bil-mixi, u r-rotta għaddiet minn Traietto u Sermoneta. Matul il-vjaġġ, permezz talinterċessjoni ta’ Marija, saru “ħafna mirakli lil bosta irġiel f’diversi artijiet.” B’mod partikolari, insemmu tallab li kien jismu Tommaso Saccone li kellu diżabbiltà u ma setax jimxi, li meta ra l-purċissjoni u xtaq imur magħhom lejn Ruma, fieq minnufih. Meta waslu f’Ruma fit-13 ta’ April, l-immaġni tal-Madonna Bruna kienet esposta għall-venerazzjoni fil-Bażilika tal-Vatikan, fejn irċeviet it-tribut tal-Papa Alessandru VI nnifsu. Il-konkorrenza tan-nies ta’ Ruma u l-pellegrini li kienu preżenti fil-Belt Eterna biex jivveneraw l-Ikona kienet tant straordinarja li ftit jiem wara, il-Papa, ta ordni lill-pellegrini mill-belt ta’ Napli biex jitilqu, sabiex ma jħallix l-ikona milli ssir post ta’ maħfra aktar importanti minn dak ta’ San Pietru jew postijiet oħra ta’ Ruma.
Allura l-pellegrini bdew il-vjaġġ tar-ritorn tagħhom fit-18 ta’ April, u laħqu Napli fil-ħamsa u għoxrin tal-istess xahar. Fil-vjaġġ tar-ritorn ingħaqdu magħhom pellegrini oħra tul ittriq, u kien hemm mirakli ripetuti tul ir-rotta permezz tal-interċessjoni tal-Madonna, b’tali mod li ħafna nies riedu jroddulha ħajr.
Għal din ir-raġuni l-ikona ta’ Marja ma ġietx imqiegħda fis-sit oriġinali tagħha, iżda ġiet imqiegħda fl-għoli, fuq l-altar maġġur, minflok il-pittura li turi l-Assunta, li mbagħad ġiet imqiegħda fil-kamra tal-kapitlu tal-kunvent. Permezz ta’ ordni ta’ Frederiku II ta’ Aragona fl24 ta’ Ġunju ta’ dik is-sena, l-1500, inġiebu ħafna morda fil-knisja tal-Karmnu biex jitolbu missema l-kura mixtieqa, permezz tal-interċessjoni materna ta’ Marija. Ir-Re mbagħad ordna li jiġi rreġistrat l-fejqan kollu li sar. L-24 ta’ Ġunju kien l-Erbgħa. Dan il-fatt iddetermina l-għażla li jkun hemm devozzjoni lill-Madonna Bruna speċjalment nhar l-Erbgħa. Għalhekk twieldu l-“Erbgħat talKarmnu”, devozzjoni qawwija li malajr infirxet minn Napli mhux biss fir-Renju antik ta’ Napli, iżda wkoll barra minnha speċjalment fil-knejjes kollha tal-ordni tal-Karmelitani u tkompla llum, fil-pjetà li għandhom illum in-Naplitani għall”Vergine Bruna”. L-Erbgħat ta’ Marija ġew introdotti fil-Knisja Rumana ta’ Traspontina fl-1724 u ngħataw indulgenzi mill-Papa Benedittu XIII fil-bolla ‘Alias pro parte’. F’Transpontina, l-Erbgħat bejn l-Għid u l-Pentekoste kellhom karattru speċjali. Ikun hemm prietka fuq is-seba’ ferħat talMadonna. Fil-knejjes oħra u f’dawk tal-fratellanzi, id-disa’ Erbgħat qabel il-festa ta’ San Ġużepp kienu ċċelebrati solennement. Din il-prattika ngħatat indulgenzi millPapa Klement XIII fl-1765.
Il-merħba tal-belt ta’ Napli lejn ir-ritorn talimmaġni venerata kienet trijonfanti. Wara, il-pittur famuż Luca Giordano mmortalizza l-avveniment f’pittura, li tinsab fil-knisja ta’ Donnaregina f’Napli. Permezz talinterċessjoni ta’ Madonna Bruna baqgħu jsiru ħafna fejqan mirakuluż tat-torox, għomja u paralizzati, kif ukoll ħafna grazzji spiritwali u temporali. “Kważi r-renju kollu ta’ Napli kienu jiġu b’purċissjonijiet biex Ikona tal-Madonna iżuru dik il-figura ta’ Santa Maria della tal-Karmnu fil-Knisja Bruna, kollha skalzi, xi wħud b’torċi u xi Karmelitana tal-Madonna wħud b’kalċijiet tal-fidda.” ta’ Traspontina, Ruma
Għal din ir-raġuni, huwa dovut għall-istorja talMadonna Bruna talCarmine Maggiore ta’ Napli li l-Erbgħa saret assoċjata mal-Madonna tal-Karmnu, tradizzjoni li għadha tippersisti fil-Knejjes Karmelitani Maltin tagħna sal-lum, u li hija marbuta, permezz tal-istorja bikrija tal-Ikona, għat-tradizzjoni
Festa Madonna tal-Karmnu
VALLETTA 2018
129
Il-Madonna tagħna hija magħrufa bħala r-Reġina tal-Karmnu.
Reġina toqgħod fl-istat fuq it-tron tagħha sabiex tisma’ t-talbiet tas-sudditi tagħha u mbagħad biex tagħtihom dawn it-talbiet. Għaldaqstant, matul l-Erbgħat tal-Udjenza, ilpittura inkurunata tal-Madonna fil-Bażilika tal-Belt hija skoperta, u tabilħaqq ir-Reġina talKarmnu hija disponibbli biex tagħti t-talbiet tad-Devoti tagħha. Essenzjalment dan huwa dak li jiġri f’dawn il-Erbgħat.
Statwa tal-Madonna tal-Karmnu fil-Knisja Karmelitana tal-Madonna ta’ Traspontina, Ruma
antika li l-Karmelu huwa l-Ordni tal-Madonna tagħna stess, għaliex Marija hija ‘is-Sinjura talPost’ tal-Għolja tal-Karmnu stess.
Għaliex is-Seba’ Erbgħat wara l-Għid huma msejħa l-Erbgħat tal-Udjenza? Matul is-Seba’ Erbgħat wara l-Għid, il-Karmelitani jiċċelebraw il-Madonna b’mod speċjali. B’mod partikolari, huma jikkontemplaw il-Ferħat talMadonna, u f’xi knejjes, bħal S. Martin Major f’Bologna, Traspontina f’Ruma, il-Bażilika talMadonna tal-Karmnu fil-Belt Valletta u l-Imdina, Malta, huma wkoll jorganizzaw prietka dwar ilFerħa li kienet qed tiġi ċċelebrata dak l-Erbgħa. F’Malta dawn l-Erbgħat għandhom isem speċjali, isejħulhom ‘Tal-Udjenza’.
Ġie ssuġġerit minn xi wħud, inkluż Professur P. Anastasju Cuschieri O.Carm. li “ma nistgħux ngħidu dak li jfisser dan it-terminu”. Madankollu hu stess jgħidilna li “xi wħud jgħidu li dawn l-Erbgħat huma msejħa ‘Tal-Udjenza’ għax matulhom, it-talb huwa iktar probabbli li jiġi mismugħ”.
132
Festa Madonna tal-Karmnu
VALLETTA 2018
Ix-xbieha Inkurunata tal-Madonna tal-Karmnu fil-Bażilika tal-Belt
Iżda kif dawn l-Erbgħat ħadu dan l-isem talUdjenza? Patri Valentin Borg Gusman O.Carm. kien għamel riċerka fuq hekk; dan huwa ir-rakkont tiegħu (7): “Jidher li l-isem mogħti lil dawn l-Erbgħat huwa marbut ma’ statwa mirakuluża talMadonna, li hija venerata fil-knisja talMadonna tal-Karmnu f’Sambuca, Sqallija. Flimgħoddi din il-knisja kienet tal-Karmelitani,
iżda issa hija f’idejn il-kleru sekulari. Bħalissa din il-knisja sservi bħala l-Knisja Arċipretali ta’ ‘Sambuca.’” “Skont it-tradizzjoni, din l-istatwa nġiebet Sambuca minn Cellaro waqt l-epidemija talpesta tal-1575-6. Madankollu, qabel dan kienet ġiet Cellaro minn Mazzara del Vallo. Kienet il-proprjetà tal-familja Xarrino, li kellha fergħa fi Cellaro, li ngħatatilhom fuq kirja perpetwa mill-Kmandant tal-Ordni talKavallieri ta’ Malta. Din il-familja stess kellha t-titlu tal-Kavallieri ta’ Malta.”
Din l-istatwa tal-irħam tissejjaħ Madonna dell’Udienza, u hemm żewġ opinjonijiet dwar l-oriġini ta’ dan l-isem. Xi wħud jgħidu li l-Karmelitani ta’ Sambuca taw dan l-isem għax huwa normali li l-Karmelitani jonoraw ilpitturi tal-Madonna b’dak it-titolu fil-knejjes tagħhom, hekk kif l-Agostinjani ħafna drabi jippreferu t-titlu ‘del Soccorso’. Din l-opinjoni hija kkritikata kif xieraq u mwarrba minn De Ruberto, għax hemm biss ftit postijiet fejn il-Madonna hija onorata taħt dan it-titolu, u tabilħaqq dan it-titolu huwa prattikament mhux magħruf f’Knejjes Karmelitani oħra. “L-opinjoni l-oħra hija li dan l-isem ingħata lill-istatwa mill-poplu ta’ Sambuca. In-nies taw l-istatwa dan l-isem bħala sinjal ta’ gratitudni, ringrazzjament u ferħ għax meta l-immaġni daħlet fil-belt għall-ewwel darba, Marija semgħet l-ilfiq u t-tnehid ta’ dawk li kienu morda bil-pesta u reġgħet tathom saħħithom u spiċċat l-epidemija. Di Ruberto jaċċetta din l-opinjoni għax huwa aktar probabbli mill-ieħor, huwa aktar naturali u spontanju, u huwa konformi mat-tradizzjoni lokali.”
Madonna dell’Udienza Sambuca, Sqallija
Rigward id-devozzjoni, Rocco Pirro kien kiteb li “fil-Knisja tal-Karmeliti (ta’ Sambuca) kien hemm immaġini ta’ Santa Maria dell’Udienza, li, f’kull ħin meħtieġ, kienet tinġarr fi proċessjoni minn nies b’devozzjoni kbira.” Maż-żmien, din id-devozzjoni kibret, kif jista’ jixhed il-festa u l-purċissjoni li hija ċċelebrata kull sena fit-tielet Ħadd ta’ Mejju”.
Biex nagħtu idea ta’ kemm hi kbira d-devozzjoni għall-Madonna dell’Udienza, nistgħu nsemmu tliet fatti jew ġrajjiet. L-ewwel nett, insemmi l-Fratellanza tal-istess isem. Filknisja Karmelitana ta’ Sambuca hija mwaqqfa l-Fratellanza tal-Madonna dell’Udienza. Ilmembri għandhom jilbsu blu ċar, bi skapula b’immaġini tal-Madonna dell’Udienza rrakkmata fuqha. Minħabba li l-membri tal-Fratellanza jmorru ħafjin, din il-fratellanza kienet tissejjaħ dik tan-“nudi”. Fit-tieni lok, għandna nsemmu d-digriet li bih il-Kongregazzjoni Sagra tal-Riti, fis-17 ta’ Settembru 1847 iddikjara l-Madonna dell’Udienza patruna ta’ Sambuca fi Sqallija.
Biex finalment tgħaqqad din id-devozzjoni, il-Kapitlu tal-Vatikan solennement inkurunat l-istatwa tal-Madonna dell’Udienza fis-17 ta’ Mejju 1903. Sambuca hija belt fil-provinċja u d-Djoċesi ta’ Agrigento, Sqallija. Il-Karmelitani Sqallin talprovinċja ta’ San Angelus, jiġifieri dawk talprovinċja ta’ Mazzara del Vallo, fetħu kunvent f’din il-belt u semmewha għal San Elija. Il-parti tal-belt madwar dak il-kunvent bdiet tissejjaħ ‘il-kwartier ta’ Sant Elija’.
Għall-ewwel, il-Karmelitani ma bnewx knisja f’din il-belt. Huma kienu joffiċjaw fil-knisja ta’ San Leonardu, li kienet viċin il-kunvent tagħhom. Aktar tard il-knisja bdiet tissejjaħ dik ta’ Santa Luċija. Għalkemm aħna ma nafux definittivament meta l-ewwel reliġjużi Karmelitani fetħu l-kunvent ta’ San Elija, kien definittivament qabel 1530. Tabilħaqq, fl-1530, Salvatore Bardi Mastrantonio, barun ta’ Sambuca u prinċep ta’ Iaci, bena kunvent ħdejn
Festa Madonna tal-Karmnu
VALLETTA 2018
133
“Hemm fuq mnejn Inti, dejjem ħanina, Lejn Malta tħares qiegħda dal-ħin, Tħares u ttenni bil-Labtu f’idek: Jien, tal-Karmelu, Omm il-Maltin” Silta mill-poeżija ‘Lill-Madonna tal-Karmnu’ ta’ P. Anastasju Cushieri Din il-paġna hija miġjuba bix-xewqat tajba ta’ Fausto
55, Strait Street, Valletta Restaurant: 27220031 Mobile: 79396593 Email: papannis@live.com
51, Strait Street, Valletta T: 27509406 E: infothecage@gmail.com
il-knisja ta’ Sant Antnin Abbati. Huma bdew joffiċjaw f’din il-knisja u biddlu isimha għal dik tal-kunvent: ‘Santa Marija Annunzjata’. Matul il-pesta tal-1575/76 din il-knisja kienet iddedikata lill-Madonna u kienet uffiċjata minn Reliġjużi tal-Ordni tal-Karmnu, li hija magħrufa wkoll bħala l-Ordni tal-Madonna. Peress li l-familja Xarrino, li kienu s-sidien tal-istatwa tal-Madonna dell’Udienza kienu devoti kbar ħafna tal-Madonna tal-Karmnu, din tqiegħdet fil-knisja tal-Karmelitani.’
Għalhekk, Patri Borg Gusman jargumenta li l-Knisja Karmelitana ta’ Sambuca u l-Monasteri Karmelitani Maltin kienu f’dak iż-żmien jappartjenu lill-istess Provinċja tal-Karmnu, dik ta’ Sant’Anġlu, u l-patrijiet Maltin spiss servew fil-Kunventi Sqallin tal-Provinċja. Kienu jafu li l-Madonna ta’ Sambuca kienet ikkawżat li l-pesta tieqaf f’Sambuca meta ittieħdet f’Sambuca u semgħet l-ilmenti tal-poplu. Tabilħaqq kien għalhekk li din il-Madonna kienet irċeviet din id-denominazzjoni mingħand il-poplu tal-belt … “Hi li tisma’”. Patri Borg Gusman jargumenta li meta l-pesta aktar tard laqtet il-Gżejjer Maltin, il-Karmelitani fakkru lill-Madonna dell’Udienza ta’ Sambuca,
u talbu lilha li l-pesta tieqaf. Minħabba dan ilKarmelitani Maltin iddedikaw is-seba’ Erbgħat wara l-Għid lill-Madonna li tisma’ lis-suġġetti tagħha –“Tal-Udjenza”.
Wieħed ma jistax ikun żgur jekk din it-teorija hix tajba jew ħażina. Huwa ċert li aħna, fil-Bażilika tagħna, nikkunsidraw li l-Erbgħat wara l-Għid huma żmien meta aħna nagħmlu devozzjoni lill-immaġini Inkurunata tagħna, u Marija tisma’ t-talbiet tal-fidili b’mod partikulari. Referenzi
https://oca.org › The Orthodox Faith › Questions & Answers › Daily Life 2 Emanuele Boaga ‘The Lady of The Place’2001 Roma Edizioni Carmelitane 3 Dr. Valerie Edden The Mantle of Elijah:Carmelite Spirituality in England in the Fourteenth Century. http://www.carmelite.org/chronology/ mantleofelijah.htm 4 Breve Racconto della Miracolosa Immagine della Santissima Vergine detta La Bruna che si venera nella regal chiesa del Carmine Maggiore di Napoli MDCCXCVI Stamperia Del Paci. 5 La ‘Bruna’e il Carmine di Napoli Napoli Fede-StoriaArte Napoli 2001 6 Dott. Gabriele Monaco S.Maria Del Carmine detta ‘La Bruna’ Storia .Culto. Folclor Laurenziana. Napoli 1975. 7 Borg Guzman V. Tonna E. L-Erbgħat tal-Udjenza Malta 1979 1
Kulħadd illum iżejjen bil-fjuri Għal kull okkażjoni
FREDU DEGIORGIO Triq Teżorerija, Valletta (Fejn il-bieb il-falz tal-Palazz)
Tel: 2148 7234 136
Festa Madonna tal-Karmnu
VALLETTA 2018
San Ġużepp fl-Ispiritwalità Karmelitana Andrew Borg
Ħames snin ilu kont ktibt f’din l-istess pubblikazzjoni, artiklu dwar id-devozzjoni ta’ San Ġużepp kif imxandra mill-Ordni talKarmelu.1 Konna għidna li saħansitra hemm kitbiet medjevali li jirrakkonta kif Marija u Ġużeppi kienu jżuru xi eremiti fuq il-muntanja magħrufa bħala “tal-Karmelu”. Lil hinn milleġġendi sibna li Healy Thompson (1980)2 jistqarr li l-Ordni Karmelitan “impurtaw għall-ewwel darba mil-Lvant għall-Punent il-prattika lodevoli li tagħti l-ogħla kult lil San Ġużepp”. Nafu li kienu huma l-ewwel fl-Ewropa li onoraw lil San Ġużepp b’uffiċċju speċjali tat-Talb. Fl-imsemmi artiklu għidna wkoll li l-Kapitlu Ġenerali tal-Ordni Karmelitan, approva unanimament l-għażla ta’ San Ġużepp bħala l-Protettur Primarju tal-Ordni. Ir-rabta bejn l-Ordni Karmelitan u San Ġużepp kompliet tissaħħaħ permezz talqaddisa kbira tiegħu Santa Tereża ta’ Avila. Chorpenning, J. F. (1993) juri li: huwa fatt li ma tistax tmerih li l-Karmelitani, partikolarment filpersuna ta’ Santa Tereża ta’ Avila, taw kontribut maġġuri għat-tixrid tal-venerazzjoni ta’ San Ġużepp fl-Ewropa Moderna tal-Bidu.3 Jerònimo Graciàn de la Madre de Dios (1564-1614) patri Spanjol li ta kontibut importanti għall-istudji Josefoloġiċi permezz tal-ktieb tiegħu Summary of the Excellencies of St Joseph, ippubblikat fl-1597, kiteb dwar dan fl-imsemmi ktieb, fejn iddedika kważi kapitlu sħiħ.4 Hawnhekk
L-Istatwa ta’ San Ġużepp meqjuma b’għożża fisSantwarju tal-Madonna tal-Karmnu fil-Belt Valletta
Festa Madonna tal-Karmnu
VALLETTA 2018
137
m’aħniex se nirrepetu l-istorja ta’ din ir-rabta qawwija li San Ġużepp għandu mal-Ordni talKarmelu. Iżda se nħarsu lejn l-evidenza ta’ din ir-rabta kif insibuha żviluppata fl-Ispiritwalità tal-Ordni Karmelitan matul is-snin, u fil-mod kif esprimewha diversi qaddisin kbar u oħrajn inqas magħrufa fi ħdanu.
San Ġużepp u l-essenza tal‑ispiritwalità Karmelitana Irrid nistqarr fil-bidu ta’ dan id-diskors li jien ma studjajtx l-Ispiritwalità Karmelitana iżda f’wieħed mis-siti ewlenin tal-Ordni5 laqtitni din l-istqarrija sabiħa dwar dak li jagħmel Karmelitan jew f’hiex tikkonsisti l-ħajja spiritwali fi ħdan dan l-Ordni. “Bħala Karmelitani aħna ngħixu ħaġa waħda ma’ Ġesù Kristu u nservuh fedelment b’qalb pura u b’kuxjenza safja, billi nikkommettu ruħna li nfittxu Wiċċ Alla Ħaj (u din hija d-dimensjoni kontemplattiva tal-ħajja tagħna), permezz tat-talb, permezz tal-ħajja fraterna u permezz tad-djakonija (jiġifieri bil-qadi tal-oħrajn). Dawn it-tliet elementi fundamentali tal-kariżma tagħna mhumiex valuri distinti u separati minn xulxin, iżda huma minsuġa ħaġa waħda, f’ħajja waħda. Dan kollu ngħixuh taħt ilprotezzjoni, bl-ispirazzjoni u mmexxija minn Marija, Is-Sinjura Tagħna tal-Għolja tal-Karmelu, li aħna nonoraw bħala Ommna u Oħtna.” Mhux ta’ b’xejn l-aħwa tal-Ordni raw f’Ġużeppi il-mudell per eċċellenza tal-ħajja li għażlu biex jgħixu fil-kunventi u l-monasteri tagħhom. It-tliet elementi fundamentali tal-kariżma Karmelitana huwa tliet valuri li jixegħlu, anzi jiddu, fil-ħajja ta’ Ġużeppi ta’ Nażaret. It-talb kien jikkaratterizza u sa ċertu punt għadu jikkaratterizza l-ħajja tal-poplu Lhudi, li l-ġurnata tiegħu hija mżejna b’għadd ta’ talbiet li jingħadu fuq bażi individwali, flimkien bħala familja u anke fil-komunità. Ġużeppi ta’ Nażaret kien jagħti importanza kbira lit-talb ta’ kuljum, u qatt ma kien iħalli x-xogħol tiegħu ta’ mastrudaxxa jew l-impenn tiegħu li jmantni u jsostni l-Familja Mqaddsa, itellfuh milli jżomm l-appuntamenti fissi mat-talb f’ħinu u f’waqtu. L-istess kien jagħmel fir-rigward tal-laqgħat li kienu jsiru fis-sinagoga u tal-festi staġjonali li kien jirrikjedi lil-Lhud li jinżlu jew jitilgħu
138
Festa Madonna tal-Karmnu
VALLETTA 2018
lejn it-Tempju ta’ Ġerusalemm. Kif kien dmiru bħala missier Lhudi, it-tagħlim tat-talb kollu u l-abbitudnijiet reliġjużi kollha, huwa għaddihom lit-tfajjel Ġesù, li bħala bniedem, nafu li kellu jiżviluppa, jikber u jitgħallem kif niżviluppaw, nikbru u nitgħallmu aħna. Jiġifieri f’dan is-sens Ġesù ma kienx pprivileġġat u ġie matur u bravu bil-lest. Kien Ġużeppi, sintendi bl-għajnuna ta’ martu Marija, li wasslu għal din il-maturazzjoni fil-għerf u fl-ispiritwalità.
Japprofondixxi dwar dan l-istudjuż Leonard Boff: 6 “Ġużeppi introduċa lil Ġesù għat-talb. Ilmissier u l-iben, kmieni mas-sebħ, kienu jgħidu t-talb ta’ filgħodu, iħarsu lejn id-direzzjoni ta’ Ġerusalemm, fejn kienet id-dar ta’ Alla fitTempju. Kienu jagħmlu tliet passi’l quddiem, biex simbolikament iħossuhom qegħdin taħt it-Tinda Sagra (Shekinah), fejn kienet ikkonċentrata l-Preżenza Divina. Kienu jirreċtaw b’vuċi għolja u b’ħarsithom lejn Ġerusalemm: Ikun imbierek il-Mulej Alla Sid tal-Univers… Wara kienet issir il-famuża professjoni tal-fidi, li kienet tibda bil-kliem Shema Israel, jiġifieri ‘Isma’ O Israel’, il-Kredu li kull Lhudi għandu fuq xofftejh. … Wara kienu jirreċtaw is-sitt barkiet (xi wħud minnhom jagħmlu saħansitra it-tmintax), u dawn kienu jirrepetuhom tliet darbiet kuljum. … Nhar ta’ Sibt il-familja kollha kienet tmur għallkult fis-sinagoga: Ġużeppi u Ġesù fuq quddiem, u Marija warajhom, kif kien isir dak iż-żmien.”7 Boff (2006) ikompli jfissrilna kif “Ġużeppi introduċa lil Ġesù għat-tradizzjonijiet kollha talfidi Ebrajka… (fosthom) …l-Għid fit-tempju (fejn waqt li jivvjaġġaw lejn Ġerusalemm fi gruppi) kienu ikantaw il-famużi salmi tat-telgħat (Salmi 120-134).”8
Kittieba oħra, Louise Bourassa Perrotta (2000)9 tgħidilna li “it-tradizzjoni Evanġelika tippreżentaH (lil Ġesù) jipprietka u jgħallem fis-sinagogi” u li “it-tagħlim tiegħu kien mimli bil-viżjoni u l-lingwa tat-testi sagri ta’ Israel, allura wieħed jista’ jirraġuna li l-formazzjoni reliġjuża ta’ Ġesù fi ħdan il-familja tiegħu kienet immensa u profonda, u kienet tinkludi taħriġ dwar il-qari tal-Bibbja Ebrajka – u fil-kultura Ebrajka din il-formazzjoni kienet primarjament ir-responsabbiltà tal-missier.”10 Il-maħbub Papa Emeritu Benedittu XVI f’waħda
mill-prietki tiegħu f’jum id-19 ta’ Marzu tkellem dwar il-ħajja tat-talb li Ġesù għex fil-familja ta’ Nażaret immexxija minn San Ġużepp: “Ġużeppi, skont it-tradizzjoni Ebrajka, kien imexxi t-talb domestiku, kemm dak ta’ kuljum – filgħodu, filgħaxija u fl-ikliet – kif ukoll dawk tal-festi prinċipali reliġjużi,” u jgħidilna wkoll li “Ġużeppi wettaq bis-sħiħ ir-rwol tiegħu patern taħt kull aspett. Ċertament li eduka lil Ġesù fit-talb. …Hu, partikularment, żgur li ħadu miegħu s-sinagoga, għar-riti ta’ nhar ta’ Sibt, kif ukoll Ġerusalemm, għall-festi l-kbar tal-poplu ta’ Israel.”11 Żgur li l-aħwa Karmelitani sa mill-bidu tagħhom fuq il-Għolja tal-Karmel ispiraw ruħhom mill-ħajja ta’ talb li għexet is-Sagra Familja u ċertament li influwenzathom il-ħajja interjuri tal-patrijarka San Ġużepp, u influwenzathom, għax l-istess bħal fil-kariżma tagħhom, din ilħajja tat-talb ma kinitx maqtugħa mill-valuri l-oħra tal-ħajja fraterna, li Ġużeppi għexha mażżewġ membri l-oħra tal-Familja Mqaddsa, u mill-predispożizzjoni għall-qadi li Ġużeppi kellu lejn il-ġirien tiegħu u lejn il-proxxmu in ġenerali, inklużi dawk li hu ma kellux konoxxenza tagħhom. Il-ħajja ta’ talb kienet ħaġa waħda mal-ħajja tal-familja u t-tnejn kienu ħaġa waħda mal-ħajja tax-xogħol. It-talba ta’ Ġużeppi kienet tibda fi ħdan ir-rit Lhudi, tissokkta fuq il-lant tax-xogħol u tisseddaq fil-ħajja tal-familja, l-istess kif il-patrijiet Karmelitani jgħixu l-ħajja kontemplattiva tagħhom, li ma taqtagħhomx minn xulxin bħala aħwa taħt saqaf wieħed, u wisq inqas mill-bnedmin l-oħra tad-dinja, li huma jservu u jaqdu spiritwalment.
Il-Papa Qaddis ta’ żmienna, San Ġwanni Pawlu II,12 jara f’Ġużeppi ż-żwieġ ta’ żewġ ħajjiet, dik kontemplattiva u dik attiva. Fih jara l-imħabba għall-verità (caritas veritatis) magħquda ma’ dak li titlob minnha l-istess imħabba (necessitas caritatis). Il-ħajja tax-xogħol ta’ Ġużeppi ta’ Nażaret “hija espressjoni ta’ mħabba li sseħħ kuljum fil-Familja ta’ Nażaret” (RC22). Hu, bħal predeċċesur tiegħu Papa Pawlu VI jistqarr li “San Ġużepp huwa l-mudell ta’ dawk l-Insara umli li jilħqu qċaċet għoljin fil-ħajja tagħhom… (għax) huwa jagħtina prova li biex inkunu dixxipli tajbin u ġenwini ta’ Kristu, m’għandniex bżonn inwettqu ħwejjeġ kbar – biżżejjed li jkollna l-virtujiet komuni, sempliċi u umani,
iżda dawn iridu jkunu veri u awtentiċi.”(RC24) L-eżortazzjoni appostolika Redemptoris Custos (li hawn qed tidher bħala RC) tiffoka fuq il-ħajja interjuri ta’ San Ġużepp: “Ta’ kuljum Ġużeppi kien jgħix spalla ma’ spalla mal-misteru moħbi li kien qed jgħammar taħt is-saqaf tiegħu.” (RC 25) Din l-intimità fi ħdan id-dar ta’ Nażaret għenet lil San Ġużepp jiżviluppa l-ħajja interjuri kif fissirnieha hawnhekk, u li kif għidna aktar kmieni ħakkmet il-qlub tal-aħwa fl-Ordni talKarmelu, li raw fih il-mudell per eċċellenza talħajja tagħhom meditattiva u attiva fl-istess ħin.
San Ġużepp u l-Ispirtwalità fil‑Qaddisin Karmelitani Kien hemm bosta qaddisin li bihom huwa mżejjen l-Ordni tal-Karmelu, il-kbira fosthom Santa Tereża ta’ Avila, li esprimew l-ispiritwalità Karmelitana tagħhom fid-dawl ta’ dan il-qaddis twajjeb u kwiet, li qatt ma fittex il-glorja u l-attenzjoni, iżda li dejjem mexxa fuq prinċipju wieħed fondamentali, dak li jwettaq bl-aktar mod sħiħ u komplet ir-rieda tal-Missier Etern. Warrab il-pjani tiegħu, ta’ żagħżugħ mimli ħeġġa għall-futur mal-mara tiegħu Marija li magħha min jaf kemm ħolom li se jibni familja li tagħti glorja ’l Alla fl-imħabba reċiproka u fl-imħabba prokreattiva li ġġib it-tfal fid-dinja, u minflok wettaq il-pjan li kellu Alla għalih u għas-sieħba tiegħu. Fis-silenzju li kien jikkaratterizza lil ħajtu huwa seta’ jisma’ bl-aktar mod ċar il-vuċi ta’ Alla. L-għarfien kbir tiegħu tal-Iskrittura Mqaddsa għenitu biex jiddistingwi bejn ħolm u ħolm (għax għandna nifhmu li Ġużeppi kien ikollu ħolm normali bħal tagħna, iżda kien kapaċi jiddixxerni u jagħżel minn dan, dak il-ħolm li huwa għodda divina ta’ komunikazzjoni, użata ħafna fl-Antik Testment) u allura kien kapaċi jifhem meta kien ikun qed ikellmu l-messaġġier tal-Mulej. Ma jgergirx. Ma jissupervjax. Ma jiddubitax. Ma jiddetubax. Iżda jqum u jagħmel kif qallu l-anġlu tal-Mulej. Ġużeppi kien ir-raġel tas-silenzju, iva; iżda kien ukoll ir-raġel tad-deċiżjoni f’waqtha, ir-raġel tal-azzjoni immedjata, ir-raġel li jagħraf iwettaq dak li kien imfassal sa mill-bidu tażżmenijiet mill-Għerf Divin. Kien dan il-kobor li tgħaxxqu bih il-qaddisin Karmelitani fil-qaddis li għal tant sekli l-Knisja nnifisha ħalliet fid-dell tal-istorja, fid-dlam tal-injoranza, fis-skiet tanneċessitajiet tal-ewwel sekli meta l-istess Knisja kienet imkasbra minn ereżiji li ppruvaw ixejjnu
Festa Madonna tal-Karmnu
VALLETTA 2018
139
t-tagħlim tagħha dwar iż-żewġ naturi – dik umana u dik divina – fil-persuna ta’ Sidna Ġesù Kristu.
Santa Tereża ta’ Avila Ma nistgħux ma niftħux din it-taqsima taddiskors tagħna b’dik li tista’ titqies bħala waħda mill-akbar jekk mhux l-akbar qaddisa Karmelitana, Santa Tereża ta’ Avila, li f’Ġużeppi sabet il-fejqan tagħha, kemm materjali u kemm spiritwali u li lilu hija għażlet bħala Patrun talOrdni Riformat li hija stabilit. Nikkwotaw lilha stess minn kapitlu 6 tal-Ħajja tagħha13: “Billi rajt lili nnifsi f’sitwazzjoni tant prekarja meta kont għadni tant żgħira fl-età u billi rajt ukoll kemm ittobba tad-dinja ma setgħu jagħmlu xejn miegħi, iddeċidejt li nfittex l-għajnuna għand it-tobba tas-sema bit-tama li dawn ifejquni… Għażilt bħala avukat tiegħi u sid tiegħi lill-glorjuż San Ġużepp, u b’ħeġġa kbira irrikkmandajt lili nnifsi lilu. Intbaħt minnufih u bl-aktar mod ċar li f’dan il-bżonn li kelli u f’oħrajn akbar li segwew, li kienu jirrigwardjaw l-unur tiegħi u t-telfien ta’ ruħi, dan il-missier u sid tiegħi, dejjem ġie biex isalvani b’mod ferm aqwa milli qatt stajt nitolbu. Sal-lum il-ġurnata ma niftakarx li qatt
Statwa ta’ Santa Tereża t’Avila li tintrama fil-Belt fil-ġranet tal-Festa
140
Festa Madonna tal-Karmnu
VALLETTA 2018
tlabtu xi ħaġa u hu ma tahielix. Naraha xi ħaġa tal-għaġeb meta nqis kemm il-grazzja minn Alla qlajt permezz tal-medjazzjoni ta’ dan l-imbierek qaddis, il-perikli li ħelisni minnhom kemm filġisem kif ukoll fir-ruħ. Għaliex kif naraha jien, lill-qaddisin l-oħra l-Mulej jidher li tahom ilgrazzja li jkunu ta’ għajnuna għalina f’xi bżonn partikulari wieħed, filwaqt li lil dan il-qaddis glorjuż, mill-esperjenza tiegħi nista’ ngħid li tah il-grazzja li jgħinna fi kwalunkwe bżonn li jkollna, u jidher li l-Mulej iridna nifhmu li bħalma huwa kien suġġett għal San Ġużepp meta kien f’din iddinja – għax billi kellu t-titlu ta’ missier, u billi kien l-għalliem tiegħu, Ġużeppi seta’ jikkmanda lit-tfajjel Ġesù – hekk fis-sema Huwa jagħmel dak li jirrikmanda Ġużeppi.” Santa Tereża tfiehem kif it-talb tagħna mhux dejjem ikun mismugħ filmod li nkunu fassalna aħna, għax Alla l-imbierek jaf aħjar minnha x’inhuma l-bżonnijiet veri tagħna, u San Ġużepp jintervjeni f’dan is-sens ukoll: “Jekk it-talba tiegħi tkun mbiegħda missewwa huwa jirranġaha biex minnha nikseb xi ħaġa aħjar milli tlabt.”
Fir-riforma kbira li hija wettqet fi ħdan l-Ordni tal-Karmelu hija sabet sors kbir ta’ għajnuna f’San Ġużepp u għaldaqstant kienet tqisu bħala l-fundatur tal-Ordni Riformat u tal-Kunventi u l-Monasteru li waqqfet eventwalment. Kienet tesiġi li dawn il-postijiet jissemmew ikunu ddedikati lilu, ibda mill-ewwel wieħed “San Ġużepp ta’ Avila (1562) u kompli b’għaxra oħra fost is-17 imwaqqfa minnha: Medina del Campo (1567), Magalòn (1568), Toledo (1569), Salamanca (1570), Segovia (1574), Beas de Segura (1575), Siviglia (1575), Caravaca (1576), Palencia (1580 u Burgos (1582).14 Issa meta qed nitkellmu dwar dak li ħasset Santa Tereża fil-konfront ta’ San Ġużepp irridu nifhmu li qed nitkellmu dwar qaddisa li kellha sens profond ta’ spiritwalità. Santa Tereża ta’ Avila hija waħda mill-akbar mistiċi li bihom hija mżejna l-Knisja Mqaddsa, tant li f’ħajjitha hija rnexxielha tasal litteralment fis-seba’ sema mhux fis-sens li nifhmu din l-espressjoni bil-Malti iżda fis-sens mistiku ta’ dak il-post li ħadd ma jista’ jiddeskrivi fejn ir-ruħ tingħaqad fi żwieġ mistiku mat-Trinità Qaddisa. Anzi dil-qaddisa, saħansitra, kellha viżjoni intellettwali tat-Trinità Qaddisa meta laħqet din l-unjoni profonda m’Alla. Minkejja
dan hija xorta waħda baqgħet persuna prattika u f’dan is-sens kienet devot kbira ta’ San Ġużepp li kien igħinna tpoġġi fil-prattika l-imħabba kbira lejn Alla li kienet tesperjenza fil-mumenti ta’ estasi tagħha. U ngħiduha min aħjar minn Ġużeppi ta’ Nażaret rajnieh ipoġġi fil-prattika r-rieda ta’ Alla l-imbierek. L-impossibbiltà divina rrendiha f’possibbiltà umana. Dak li f’għajnejna seta’ deher impossibbli – p.e. li trabbi lill-istess Verb Inkarnat, li tgħallmu, li teħilsu mill-perikli, li tgħinnu jimmatura umanament u jsir raġel f’kuntest ta’ żmien u post partikulari – San Ġużepp għamlu possibbli. U dan seta’ jagħmlu biss għax l-esperjenza ta’ ħajja interjuri tiegħi kienet ħaġa waħda mal-ħajja tiegħu ta’ kuljum. Dan fehmitu tajjeb din il-qaddisa kbira u jekk ma introduċietux hi fil-ħajja kontemplattiva Karmelitana, żgur li nistgħu ngħidu li saħħitu u kkonsolidatu.
Qed jiġini f’moħħi l-kittieb Ġiżwita Fr Louis Lallemant li bħal din il-qaddisa kien iħeġġeġ f’kulħadd devozzjoni lejn San Ġużepp, iżda bħalha, ma kienx jieqaf hemm. Huwa kien jirrikkmanda lil dawk li xtaqu jesperjenzaw spiritwalità perfetta, biex jieħdu bħala mudell ta’ umiltà lill-istess Sidna Ġesù Kristu, bħala mudell tas-safa lill-Verġni Imbierka, u bħala mudell ta’ ħajja interjuri lil San Ġużepp.15 San Ġwann tas-Salib L-Ispiritwalità ta’ qaddis ieħor Karmelitan, San Ġwann tas-Salib, tagħtina okkażjoni oħra biex naraw kemm il-karizma u l-ispiritwalità Karmelitani hija ispirata mill-ħajja interjuri ta’ San Ġużepp, kif mgħajxa fil-Familja Mqaddsa ta’ Nażaret. Nikkwotawh u naraw dan fil-ftit eżempji li ġejjin. “Irsistu biex tippriservaw qalbkom fil-paċi: tħallu l-ebda ġrajja tad-dinja tiddisturbaha.”16 Issa jekk kien hemm qaddis li ġrajjet id-dinja ħabbtuh bil-bosta dan kien San Ġużepp. Biżżejjed insemmu t-tqala misterjuża ta’ martu Marija, l-editt ta’ Ċesri Awgustu li ġegħlitu jinżel Betlehem bil-mara tiegħu fi stat avvanzat tat-tqala, in-nuqqas ta’ kenn li ħabbat wiċċu miegħu meta wasal b’martu tqila f’Betlehem, it-theddida ta’ Erodi li joqtol it-tifel u l-ħarba li segwiet lejn l-Eġittu, ir-ritorn flArt Imqaddsa bil-perikli kollha li ħabbat wiċċu magħhom, it-telfien ta’ Ġesù fit-tempju. Dawn kollha kienu ġrajjiet li setgħu ddisturbaw il-
paċi f’qalbu. Iżda Ġużeppi ta’ Nażaret għaraf jippriserva sew il-paċi f’qalbu u għalhekk kull turbament kien kapaċi jirreżistih.
San Ġwann tas-Salib, qaddis Karmelitan devot ta’ San Ġużepp
Is-silenzju li kien jikkaratterizza lil ħajtu għenu biex widnejh kienu dejjem miftuħin beraħ għall-Kelma ta’ Alla. B’dan il-mod huwa seta’ jirrealizza konkretament ir-rieda ta’ Alla b’mod sħiħ u komplet. Fil-fatt araw x’imur jgħidilna San Ġwann tas-Salib dwar min ipaċpaċ ħafna, dwar min mhux kapaċi jisma’: “Dik ir-ruħ li dejjem lesta biex titkellem u tgħid, qajla kapaċi ddur lejn Alla.” Il-qaddisin kbar ma qalux ħafna, iżda għamlu ħafna. San Ġużepp mhu qatt ikkwotat fl-Evanġelji Mqaddsa, iżda fin-nuqqas ta’ dan jispikkaw id-deċiżjonijiet għaqli, pronti, bla eżistazzjoni u immedjati li hu ħa f’kull ċirkostanza, u jispikkaw l-azzjonijiet li huwa wettaq. Ġużeppi ta’ Nażaret dejjem qam u għamel kif qallu l-anġlu tal-Mulej! Għax tabilħaqq naraw li kemm-il darba Alla kellem lil Ġużeppi fl-irqad, fil-ħolm, għax kif jgħidilna l-qaddis Karmelitan, “Għall-qaddisin, anke l-irqad huwa talb.” Fil-kwiet u l-ħemda biss tista’ tisma’ lil Alla. Mill-ġdid fi kliem San Ġwann tas-Salib, San
Festa Madonna tal-Karmnu
VALLETTA 2018
141
Ġużepp kien kapaċi “isikket il-fakultajiet tiegħu u jġiegħlhom joqogħdu kwieti sabiex jisma’ lil Alla jitkellem.”
Il-kittieb Spanjol Federico Suarez jissintetizza din l-ispiritwalità Ġużeppina: “L-ewwel nett ninnutaw li s-silenzju ta’ Ġużeppi mhuwiex vojt. Huwa silenzju mimli sax-xifer. Fih kontenut… (għax) …hemm silenzju li hu ta’ benefiċċju, silenzju li mhuwiex ġej minn distrazzjoni jew mill-moħħ li jkun banda oħra, inkella fil-qamar, iżda ġej mill-kontemplazzjoni, li fl-istess ħin hija kundizzjoni li tagħmel possibbli l-maturità interjuri. Wieħed ma jistax jirrifletti, u wisq inqas jikkontempla, jekk ikun verbuż, (jiġifieri l-ħin kollu jgħid). Ftit tas-silenzju huwa dejjem bżonnjuż biex wieħed jikkonċentra fuq dak li għandu quddiemu, u biex isolvi mistoqsijiet li l-ħajja ta’ kuljum ta’ spiss ġġiblu quddiem għajnejh. Din l-attività interjuri kollha li hija wkoll sinjal ta’ ħajja sopranaturali f’dik li jkun, teħtieġ ftit tas-silenzju. Is-silenzju huwa bħal purtinar tal-ħajja interjuri… Il-kliem ta’ Isaija (30:15) jista’ faċilment ikun applikat għal Ġużeppi: in silentio et in spe erit fortitude vestra, jiġifieri “fis-silenzju u fil-fiduċja qiegħda l-qawwa tagħkom.” Għax dan ir-raġel silenzjuż li kien jittama f’Alla, wera fil-fatt, il-qawwa tiegħu f’sitwazzjonijiet diffiċli u kompromettenti, u ta prova tiegħu nnifsu li kien denn tal-kunfidenza li Alla wera fih.”17 San Ġużepp u l-Ħajja tal-Patrijiet Karmelitani Santa Tereża qalet ħafna dwar l-effett li kellu fuqha San Ġużepp; effett li għenha tiżviluppa u tapprofondixxi l-kariżma Karmelitana f’dimensjoni ġdida u riformata. San Ġwann tas-Salib tkellem ħafna dwar din l-ispiritwalità Karmelitana u f’dak li qal u b’dak li qal fakkarna ħafna fl-istess qaddis kbir li b’tant devozzjoni vvenerat il-qaddisa l-oħra Karmelitana. It-tnejn komplew żejna l-Ordni tal-Karmelu b’sens kbir u profond ta’ kontemplazzjoni li fl-essenza tagħha filwaqt li taqtgħek mid-dinja biex twaħħdek mal-esperjenza ħajja ta’ Alla l-Imbierek, tħallik b’saqajk fl-art fl-istess din biex tkun tista’ taqdi lill-miġemgħa fit-tiftixa tagħha ta’ dan l-istess Alla. Taħt il-ħarsien sħiħ u mimli bil-grazzja tal-Verġni Imbierka, fjur tal-Karmel, u b’San Ġużepp, żewġha fid-dinja u magħha magħqud
142
Festa Madonna tal-Karmnu
VALLETTA 2018
fil-glorja tas-smewwiet, bħala l-mudell per eċċellenża tal-ħajja interjuri, il-patrijiet Karmelitani, jgħixu bħall-aħwa fil-kunventi u l-monasteri tagħhom imxerrdin mad-dinja kollha. Igħixu ħajja ta’ meditazzjoni u talb, ħajja fraternal magħquda fil-qsim tal-ħobż, u ħajja ta’ qadi għall-proxxmu fil-bżonnijiet kollha tiegħu, materjali u spiritwali. Il-ġmiel tal-ġnien fuq il-għolja tal-Karmel ma żammewhx għalihom biss dawn l-aħwa lebsin l-labtu ta’ Marija, iżda niżlu jxerrduh ma’ kullimkien, kif xtaqet Marija nnifisha, u kif xtaq żewġha Ġużeppi. Għax it-tnejn li huma qatt m’għamlu xejn għalihom infushom. Iżda kulma għamlu, għamluh għal Alla: għal Alla l-Missier, li lilu wiegħdu u offrew il-verġinità perpetwa tagħhom (l-ewwel separatament filħajja individwali tagħhom, imbagħad flimkien fil-ħajja miżżewġa tagħhom); għal Alla l-Iben, inkarnat fil-ġuf ta’ Marija, l-ewwel tabernaklu, u protett mill-mantar ta’ Ġużeppi, l-ewwel velumeral; u għal Alla, l-Ispirtu Qaddis, li miegħu tgħarrset eternament Marija u li tiegħu kien ilvigarju fuq din l-art, Ġużeppi. Fid-dawl ta’ dan kollu, irridu nifhmu kif ma’ tagħmel l-ebda sens devozzjoni lejn Marija Santissima maqtugħa jew mifruda minn devozzjoni lejn żewġha San Ġużepp, u aktar minn hekk, ma tagħmel l-ebda sens la waħda u l-anqas l-oħra, jekk dawn id-devozzjonijiet ma jwassluniex għand l-Iben il-Waħdieni tal-Missier Etern, il-Verb Inkarnat fil-ġuf tal-Verġni Mqaddsa taħt il-ħarsien ta’ żewġha Ġużeppi; li lilha u lil binha, tahom il-kenn legali li kien meħtieġ skont iċ-ċirkostanzi tal-post u taż-żmien partikulari li fih kienu jeżistu; li lilha u lil binha, tahom ilwens ta’ familja normali fid-deher, għax hekk kien meħtieġ li jsir skont il-pjan li fassal Alla għas-salvazzjoni tal-bniedem, sakemm jasal il-mument li l-Misteru tal-Inkarnazzjoni jkun żvelat lid-dinja kollha; li lilha u lil binha, qeda f’kull ħtieġa materjali u spiritwali, sakemm hi rabbiet lil Dak li kellu jsalvana, u sakemm Dak li kellu jsalvana minn tarbija żviluppa fi tfajjel imbagħad f’raġel, bit-tagħlim kollu li dan kien meħtieġ li jkollu bħala bniedem, biex ikun jista’ jsib postu fis-soċjetà Lhudija ta’ żmienu, u minn hemm jibda mbagħad il-ħajja pubblika tiegħu, fil-preżenza ta’ Marija u fl-assenza ta’ Ġużeppi, il-velumeral li issa kien meħtieġ li jitneħħa minn fuq it-tabernaklu biex il-ġnus kollha jkunu
jistgħu jaraw lil dak li Ġwanni l-Battista jsejjaħ “il-Ħaruf t’Alla li ġie biex ineħħi d-dnubiet taddinja.”
O x’xorti kbira għandu dan l-Ordni, li bħala Omm u Oħt, għandu lill-Marija ta’ Nażaret, ilVerġni Imbierka Omm Alla, u bħala protettur għandu lil Ġużeppi ta’ Nażaret, ir-raġel ta’ Marija fi żwieġ sħiħ u reali, u l-missier legali ta’ Ġesù, li lilu kien isejjaħ Abba għal tletin sena sħaħ, u li lilu kien jobdi għax fih kien jara l-Imħabba tal-Missier Etern. Żgur li fil-prietki li Ġesù għamel dwar Missierna li hu fis-Smewwiet, huwa kien iġib quddiem għajnejh lil missieru Ġużeppi, kull darba li kien jeħtieġ mudell reali tal-imħabba ta’ Alla kif imfissra fil-beatitudnijiet li jikkaratterizzaw l-isbaħ u l-aqwa diskors li qatt sar fuq din l-art, id-diskors tal-muntanja. Għax tabilħaqq kif mar igħidilna l-Papa Pawlu VI, li hekk Alla jrid dalwaqt narawh mgħolli fuq l-altari tagħna bħala qaddis: San Ġużepp huwa l-mudell tal-vanġelu li Ġesù, meta ħalla d-dwejra tiegħu f’Nażaret u beda l-missjoni tiegħu ta’ profeta u għalliem, ħabbar bħala l-programm tar-redenzjoni tal-umanità.18 Fi kliem ieħor San Ġużepp għex il-Vanġelu qabel ma’ pprietkah Ġesù. Referenzi
Ara l-artiklu fil-pubblikazzjoni tal-Festa tal-Madonna tal-Karmnu, 2013, pp. 37-53 2 HEALY THOMPSON (1980) The Life and Glories of St Joseph, TAN BOOKS, p. 461 3 CHORPENNING, Joseph F., (OSBS) (1993), Just Man, Husband of Mary, Guardian of Christ: An Anthology of Readings from Jerònimo Graciàn’s Summary of the Excellencies of St Joseph (1597), St Joseph’s University Press, USA 1
CHORPENNING (1993), op. cit. Is-sit tal-Ordni Karmelitan li qed nikkwota huwa http://ocarm.org 6 BOFF, Leonard (2006) Giuseppe di Nazaret, Uomo Giusto e Carpentiere, Cittadella Editrice. 7 It-traduzzjoni bil-Malti hi meħuda minn BORG, Andrew (2018) ID-DEVOT TA’ SAN ĠUŻEPP (2) Ġabra ta’ Siltiet, Deer Publications, p. 339. 8 Ibid. 9 BOURASSA PERROTTA, Louise (2000) St Joseph His Life and His Role in the Church of Today, Our Sunday Visitor, Indiana USA. 10 It-traduzzjoni bil-Malti hi meħuda minn BORG, Andrew (2018) ID-DEVOT TA’ SAN ĠUŻEPP (2) Ġabra ta’ Siltiet, Deer Publications, p. 343. 11 Il-papa Emeritu huwa kkwotat minn Angelo Catapano fil-ktieb Un Anno con San Giuseppe (2015), hawnhekk tradott minn Borg (2018) op. cit., p. 358/ 12 San Ġwanni Pawlu II huwa kkwotat mill-Eżortazzjoni Appostolika tiegħu Redemptoris Custos (imqassra RC). In-numri jirreferu għall-paragrafi tat-test imsemmi. 13 Hawnhekk Santa Tereża ta’ Ġesù hija kkwotata minn: CHORPENNING Joseph F., OSFS, (1993), Just Man, Husband of Mary, Guardian of Christ: An Anthology of Readings from Jerònimo Graciàn’s Summary of the Excellences of St Joseph (1597), St Joseph’s University Press, Philadelphia Pennsylvania USA 14 MICELI, Patrizia Innocenza (2015), I Modelli di Giosefologia nella storia della Teologia Cristiana, Tau editrice, p.159. 15 Ara artiklu ta’ Tom Mulcahy, M.A fis-sit: https:// catholicstrength.com/tag/saint-teresa-of-avila-andsaint-joseph/ 16 Dawn il-kwotazzjonijiet slitthom mis-sit: http:// olmlaycarmelites.org/quote/john-cross 17 SUAREZ Federico (2004) Joseph of Nazareth, Sceptre USA. It-traduzzjoni bil-Malti hija meħuda minn: BORG Andrew (ktieb għad mhux ippubblikat) IDDEVOT TA’ SAN ĠUŻEPP (3) Ġabra Oħra ta’ Siltiet, Deer Publications. 18 PAPA PAWLU VI ikkwotat minn Tarcisio Stramare u maqlub għall-Malti minn BORG, Andrew (2016) op. cit., p. 352. 4 5
Carabott Ltd. Jewellers
MC
53/54 High Street, Ħamrun Tel: 2124 0511 Fax: 2124 0576 Festa Madonna tal-Karmnu
VALLETTA 2018
143
Sittin sena mit-tqegħid tal-ewwel ġebla tas-Santwarju Martin Gravina Dip.Educ. (Admin. & Mangt.)
L-4 ta’ April tas-sena 2018 kienet ġurnata memorabbli għall-Karmelitani u għall-komunità Karmelitana Beltija meta l-Arċisqof Charles J. Scicluna kkonsagra s-Santwarju u Bażilika talMadonna tal-Karmnu tal-Belt Valletta. Imma huwa wkoll żgur, li qatt mhux se tintesa t-tifkira ta’ sittin sena ilu kif ukoll għal dawk ta’ warajna, l-funzjoni tat-tqegħid tal-ewwel ġebla talBażilika l-ġdida.
Il-knisja l-qadima li missierijietna bnew fuq ilpjanta tal-arkitett Ġilormu Cassar u li matul issnin kienu saru ħafna modifikazzjonijiet fuqha, kellha stil barokk u iżgħar minn dik li naraw illum. Dik il-knisja li kienet ikkonsagrata fis-6 ta’ April 1886, mill-Amministratur Appostoliku, Monsinjur Antonio Buhagiar, kellha koppla għamla baxxa u kampnar. Fl-24 ta’ Marzu 1942, fit-Tieni Gwerra Dinjija, waqt wieħed mill-attakki li saru fuq il-Belt Valletta, il-knisja ntlaqtet u ġarrbet ħsara konsiderevoli b’mod speċjali fil-parti tal-kor. Il-komunità Karmelitana mmexxija minn Patri Anselm Chircop O.Carm ħadu deċiżjoni li jibnu knisja ġdida akbar u sabiħa, fuq pjanta tal-Kavallier il-Perit Ġużeppi D’Amato. Il-perit responsabbli kien il-Perit C. Cumbo. Wara l-mewt tal-Perit D’Amato, il-bini tal-faċċata u l-koppla saru taħt il-Periti Louis Naudi u Patri Franco Falzon O.Carm. Fil-15 ta’ Ġunju 1981 waqt konċelebrazzjoni solenni sar il-ftuħ u tberik tal-knisja l-ġdida mill-Provinċjal Manwel Gatt O. Carm.
144
Festa Madonna tal-Karmnu
VALLETTA 2018
Il-ġurnata tat-30 ta’ April 1958 L-Erbgħa, 30 ta’ April 1958 hija data storika għall-Karmelitani b’mod speċjali dawk Beltin, meta fil-ħamsa ta’ filgħaxija fi Triq Zekka saret il-funzjoni tat-tberik tal-ewwel ġebla tasSantwarju Bażilika ġdida ddedikat lill-Madonna tal-Karmnu. Għal din iċ-ċerimonja kien hemm preżenza kbira ta’ devoti u ekkleżjastiċi. Kwarta qabel, indaqqet mota bil-kbir bħala tħabbira għal din il-funzjoni, fejn imbagħad fil-ħamsa eżatt beda ħiereġ mill-bieb tal-Bażilika s-salib tal-kleru bl-akkolti, il-komunità b’kapep bojod u fl-aħħar iċ-ċelebrant ir-Reverendu Patri Kiljanu Lynch D.D., PH. Mag., Ġeneral tal-Ordni Karmelitan flimkien mal-ministri. Warajhom kien hemm il-Pirjol tal-Knisja tal-Karmnu tal-Belt Patri Anselmu Chircop flimkien mażżewġ parrinijiet, il-Perit Luigi Agius rettur talArċikonfraternità tal-Madonna tal-Karmnu u s-Sur Edgar Preca li kien benefattur kbir tas-Santwarju. Preżenti wkoll kien hemm ilProvinċjal Patri C. Vella O.Carm. Din il-purċissjoni mxiet sal-post fejn kellha ssir iċ-ċerimonja tattberik tal-ewwel ġebla fi Triq Zekka, f’wesgħa li kienet mgħottija b’tapit u b’kulma kien meħtieġ. Il-post taċ-ċerimonja kien bejn il-kampnar u malġenb tal-kor, fejn kien hemm xi bini mwaqqa’. Sakemm il-purċissjoni waslet sa dan il-post il-qniepen tal-Bażilika baqgħu jdoqqu dik ilmota ferrieħa tal-okkażjoni. Iċ-ċerimonja bdiet b’diskors qasir minn Patri Anselmu Chircop fejn semma’ l-ferħ tal-komunità Beltija li kienet
ilha tistenna din l-okkażjoni. Il-Pirjol kompla jagħti deskrizzjoni qasira dwar l-istorja tassantwarju l-qadim u kif xterdet id-devozzjoni lejn il-Madonna tal-Karmnu. Ma naqasx ukoll li jsemmi l-inkurunazzjoni tal-Madonna millKapitlu tal-Vatikan fl-1881, kif ukoll il-mottiv tal-proġett tal-bini tas-santwarju. Fl-aħħar taddiskors għamel appell lin-nies biex jikkoperaw fil-bini ta’ dak il-proġett. Wara li temm id-diskors tiegħu, il-Ġeneral tal-Karmelitani Patri Kiljanu Lynch flimkien mal-Kavallier Ġuże D’Amato u l-Perit Charles Cumbo ffirmaw fuq parċmina. Il-funzjoni tat-tqegħied tal-ġebla bdiet billi l-ewwel sar it-tberik tal-ġebla u l-post u waqt din iċ-ċerimonja tkantaw xi antifoni u ntqalu xi Salmi. Meta l-ġebla tqiegħdet f’postha ntqalet il-Litanija tal-Qaddisin u wara l-Pirjol qal xi talb ieħor. Fil-ġebla li tbierket, radmu f’ċilindru tal-metall, id-disinn tas-Santwarju, domna talMadonna ta’ Lourdes (billi fl-1958 kienet issena ċentinarja tad-dehriet) tal-Papa Piju XII u munita tar-Reġina flimkien ma’ xbieha ta’ San Ġużepp. Malli ġiet fi tmiemha din il-funzjoni ilġemgħa miġbura nfexxet f’ċapċip kbir fost iddaqq tal-qniepen filwaqt li l-komunità mmexxija mis-Salib tal-Kleru reġgħet bdiet mixja lura lejn il-Bażilika.
F’appell lid-devoti tal-Madonna tal-Karmnu li kien ukoll imxandar fuq il-ġurnal tal-Leħen isSewwa, kien jgħid li jekk jagħmlu xi wegħda mal-Madonna tal-Karmnu jwegħduha li jagħtu xi ħaġa għall-ispejjeż. Kien issemma wkoll li kull ġebla kienet tiswa 2s.6d. B’hekk b’dan ilmod jkunu ta’ għajnuna għall-bini ta’ dan isSantwarju Bażilika. Illum, sittin sena wara s-Santwarju huwa lest u kkonsagrat; santwarju xieraq lill-Madonna talKarmnu li fuq il-vrus tal-poeta tal-Madonna, ilProf. Anastasju Cuschieri O.Carm:Imxu mmorru fis-Santwarju Ħdejn dik l-Omm ta’ kull qdusija, Ejjew ngħajtu għajta waħda: Viva l-labtu ta’ Marija
Biblijografija
http://karmelitanivalletta.org/il-knisja-u-l-kunvent-talbelt/ Il-Karmelu 1958 Mejju Nru. 5 p.90.91,97. Times of Malta 2 ta’ Mejju 1958 p.9. Programm tal-Festa tal-Madonna tal-Karmnu, Valletta 1998 p.29. Leħen is-Sewwa 7 ta’ Mejju 1958 p. 5
FAWKNER STORE (KARINA)
9920 9460 Festa Madonna tal-Karmnu
VALLETTA 2018
145
Waqt il-bini tal-koppla fi stadji differenti
Rev. Pirjol P. Anselmu qiegħed jaqra l-permessi milqugħa mill-Awtoritajiet.
Fl-okkażjoni tat-tberik, in-nies preżenti għall-funzjoni.
Fl-okkażjoni tat-tberik, in-nies preżenti għall-funzjoni.
Il-W.R.P. Ġenral qiegħed ipoġġi t-tajn taħt il-ġebla.
Rev. Pirjol Anselmu qiegħed jaqra l-permessi milqugħa mill-Awtoritajiet.
Il-W.R.P. Pirjol Ġenerali Kiljan Lynch O.Carm. qiegħed jiffirma l-parċmina li tpoġġiet taħt il-ġebla.
Il-W.R.P. Majjistru Karm Vella, O.Carm. Provinċjal qiegħed jiffirma l-parċmina li tpoġġiet taħt il-ġebla.
Is-Sur Edgar Preca qiegħed jiffirma bħala parrinu l-parċmina li tpoġġiet taħt il-ġebla.
Is-Sur Ġużè Damato, disinjatur tal-pjanta, qiegħed jiffirma l-parċmina li tpoġġiet taħt il-ġebla.
Il-W.R.P. Ġeneral qiegħed ibierek il-ġebla.
Il-ġebla u l-parrinijiet is-Sur Luigi Agius, Perit Membru ta l-Arċikonfraternità tal-Karmnu u l-ieħor is-Sur Edgar Preca.
Il-W.R.P. Ġeneral waqt it-tberik viċin il-ġebla.
Mis-Santwarju se jkunu qed jinbiegħu diversi
souvenirs fil-ÄĄranet tal-festa.
Is-Santwarju fil-bidu tas-seklu XX armat g침all-a침침ar Erbg침a
152
Festa Madonna tal-Karmnu
VALLETTA 2018
Relikwi midfuna taħt it-Tribuna: Bijografija tal-Qaddisin Spanjoli Patri Victor Paul Farrugia O.Carm
Il-Kunvent ta’ Montoro (Córdoba) Il-kunvent Karmelitan ta’ Montoro (fil-provinċja ta’ Córdoba) twaqqaf fit-13 ta’ Frar 1934. F’Montoro l-Karmelitani fetħu kulleġġ biex jagħtu kontribut fl-edukazzjoni reliġjuża talpopolazzjoni.
F’Lulju tal-1936, il-komunità kienet iffurmata minn sitt reliġjużi. Tnejn minnhom setgħu jaħarbu, filwaqt li l-erbgħa l-oħra taw ħajjithom ġenerożament għal Kristu.
Il-Kunvent Karmelitan ta’ Montoro (fil-provinċja ta’ Córdoba)
Montoro u l-Karmelitani tħalltu malajr u tajjeb. Il-poplu kien iħobbhom. Ix-xogħol appostoliku u edukattiv tagħhom kien indirizzat kemm lejn iżżgħar kif ukoll lejn l-adulti ta’ din il-belt sabiħa.
Il-Madonna, oħt, omm u patruna tal-Karmelitani
Festa Madonna tal-Karmnu
VALLETTA 2018
153
Il-kunventi Karmelitani huma xhieda talimpenn ta’ dan ir-reliġjuż biex jaħrab il-ħażin u jagħmel it-tajjeb, biex iħares ir-Regula tal-Ordni, u biex jagħmel għemejjel ta’ tjieba. Diversi reliġjużi żgħażagħ kienu jħarsu lejh biex jimitaw il-virtujiet tiegħu, u min-naħa tiegħu ma kienx iħalli opportunità taħrab biex jimita l-eżempji tajba tal-oħrajn. Wara li ġie ordnat saċerdot, malajr beda juri l-ħeġġa appostolika tiegħu u jgħaqqad b’mod ammirabbli x-xogħol tal-ministeru mqaddes ma’ ħidma intensa fit-tagħlim. B’impenn kbir qeda l-karigi ta’ surmast talistudenti u direttur tal-iskejjel u tal-kulleġġ, u fl-istess ħin pirjol tal-Kunvent ta’ Montoro. Il-Beatu Ġużepp Maria Mateos Carballido
Twieled f’Encinasola (Huelva) fid-19 ta’ Marzu 1902. Ipprofesa fl-24 ta’ Awwissu 1919. Ġie ordnat saċerdot fid-19 ta’ Diċembru 1925. Ħa l-martirju f’Montoro (Córdoba) fit-22 ta’ Lulju 1936. L-isem ta’ P. Ġużepp Maria Mateos kien fuq fomm kulħadd fil-Karmelu tal-Andalucía. Kien jissemma f’kull konverżazzjoni bi ħlewwa liema bħalha. Meta d-diskors kien jaqa’ fuqu, f’dawk preżenti kien jitqanqal sens ta’ venerazzjoni. Ir-reliġjużi kollha kienu jafu ħwejjeġ tajbin u interessanti dwaru. Meta wieħed jara t-tfulija ta’ P. Ġużepp jinduna li kien bniedem ta’ sempliċità li tirrifletti l-ġewwieni tiegħu. Kien bniedem ta’ min jafdah, xi ħaġa li sħabu kienu japprezzawha wisq. Kien jieħu l-istudju bis-serjetà u kien mimli tjubija. Dawn il-kwalitajiet sbieħ kienu garanzija ta’ futur sod, u kienu juruh bħala raġel tajjeb u ta’ siwi għas-soċjetà.
Aktar ma beda jikber aktar bdew jikbru fih dawn il-kwalitajiet. Il-Mulej qiegħed għajnejh f’għajnejn dan iż-żagħżugħ u sejjaħlu biex ikun reliġjuż, ħalli f’dan l-istil ta’ ħajja jaħdem ilkuruna ta’ qdusitu u jikkopera miegħu b’mod effikaċi għas-salvazzjoni tal-erwieħ.
154
Festa Madonna tal-Karmnu
VALLETTA 2018
Kien bniedem bieżel ħafna, però, ta’ Karmelitan tajjeb li kien, kien attent biex jgħaqqad l-azzjoni mal-kontemplazzjoni, u żamm bħala motto ta’ ħajtu l-kelmiet ora et labora (itlob u aħdem).
Wieħed ma jistax ma jsemmix id-dinamiżmu kbir ta’ P. Ġużepp fil-firxa wiesgħa ta’ ħidmiet li kellu. Minkejja din il-ħidma kollha però, ħarstu kienet dejjem f’Alla. Din kienet xi ħaġa magħrufa minn kulħadd. Kellu passjoni għall-formazzjoni reliġjuża u kulturali taż-żgħażagħ. Ma kienx jgħejja jirrepeti li ż-żgħażagħ għandhom id-dritt għal attenzjoni speċjali, għaliex huma l-futur; huma dawk li ħallew it-tfulija, imma għadhom mhumiex irġiel.
P. Ġużepp organizza ż-Żgħażagħ Kattoliċi f’Montoro u, konvint mill-influwenza qawwija tal-istampa, waqqaf il-ġurnal Pax. Kien qawwi quddiem il-periklu imminenti tal-apostasija ta’ Spanja. Dan is-sentiment jidher ċar f’artiklu li kiteb, li semmieh “Quddiem il-periklu”, xahrejn qabel bdiet il-gwerra u sebgħa u sittin ġurnata qabel il-Martirju tiegħu. F’dan l-artiklu jagħmel mixja fit-triq tal-istorja tal-Kristjaneżmu, minsuġa mix-xewk mill-bidu sa dak iż-żmien. Hu juri l-qawwa mhux mirbuħa tal-martri: il-glorja u l-palma tar-rebħa, u l-kuruna tal-immortalità.
Dan l-artiklu jispiċċa hekk: “Quddiem il-periklu ta’ persekuzzjoni ġdida, ma nċedux. Kristu jkun
dejjem magħna, u tkun kemm tkun qawwija l-battalja, inqumu minn hemm ippurifikati, u l-Knisja tiġbor fjuri ġodda minn fost il-panneġġi tal-libsa tagħha miżbugħa bid-demm ta’ wliedha”.
Il-katavru tiegħu ġie meħud l-għada, fi trakk, flimkien ma’ dawk tal-oħrajn, fiċ-ċimiterju komuni ta’ Montoro.
Dakinhar tar-rewwixta Nazzjonali, fit-18 ta’ Lulju 1936, P. Ġużepp kien pirjol tal-kunvent ta’ Montoro. L-għada li faqqgħet il-gwerra, propju tlett ijiem qabel il-mewt traġika u glorjuża tiegħu, hu ċaħad proposta li saritlu biex jaħrab minn Montoro, u qal: “Qatt, u l-ebda qaddis ma jaħrab mill-martirju. Jekk joqtluni, ikun għas-Saltna t’Alla. Jien la se nkun l-ewwel u lanqas l-aħħar martri. Qatlu tant għax ippritkaw id-duttrina ta’ Ġesù Kristu! X’jimporta jekk joqtluni?”
Fil-21 ta’ Lulju l-ġemgħa bil-għatx għad-demm issorprenditu, flimkien ma’ reliġjużi oħra, filkappella tal-kulleġġ jippreparaw għall-mewta tajba. Biex jidħlu f’dan il-post qaddis dawn l-assassini splodew il-bieb bl-isplussiv. Ftit tal-ħin wara beda l-flaġell ta’ dawn ir-reliġjużi, segwita mill-mixja lejn il-ħabs. Fil-ħabs, P. Ġużepp kien jeżorta lil dawk preżenti bi kliem imħeġġeġ biex jippreparaw ruħhom biex imutu bħala martri għal Kristu. Ħass iż-żelu jaqbad għas-salvazzjoni tal-erwieħ, u dan kien iħossu aktar meta kien jamministra s-sagrament tal-qrar lil dawk li kienu l-ħabs.
Fit-22 ta’ Lulju waranofsinhar, meta dawk armati daħlu fil-ħabs fejn kienu l-priġunieri, P. Ġużepp, segwit mir-reliġjużi l-oħra, poġġa ruħu quddiem l-oħrajn u, għarkupptejh, b’idejh miftuħa forma ta’ salib, kellem lill-assassini b’karità Kristjana erojka, u qalilhom: “Oqtlu lilna li ma nagħmlu parti minn ebda familja; però toqtlux lil dawn l-imsejkna, li kważi kollha għandhom l-ulied”. Kif temm dan il-kliem, beda l-qtil makabru bid-daqqiet ta’ mannara, b’armi oħra, kif ukoll b’armi tan-nar.
Hekk miet P. Ġużepp. Hekk waslet is-siegħa talmartirju ta’ Spanja, li kien bassar ħafna qabel, is-siegħa tal-martirju tiegħu, li għaliha kien ippreparat tajjeb.
Il-Beatu Eliżew Maria Duràn Cintas
Twieled f’Hornachuelos (Córdoba), fl-24 ta’ Novembru 1906. Ipprofessa fis-16 ta’ Ottubru 1925. Ġie ordnat saċerdot fil-21 ta’ Mejju 1932. Ħa l-martirju f’Montoro (Córdoba) fit-22 ta’ Lulju 1936. It-tfajjel Duràn Cintas trabba f’istitut li kien hemm f’Córdoba, immexxi mis-sorijiet, fejn hu fittex l-imħabba u l-għajnuna. Flimkien mal-ħobż tal-karità nisranija huwa rċieva edukazzjoni mill-aqwa mingħand dawn issorijiet mimlija virtù, kif ukoll għassiesa ta’ din it-tfulija mweġġa’. Spiċċa ltim minn ommu u missieru meta kellu tlettax-il sena, u spiċċa fl-istitut, minn fejn imbagħad daħal fil-Karmelu. Għal dan it-tfajjel iltim waslet din il-bidla ta’ ferħ, din is-siegħa tal-istedina li tinstema’ fil-widnejn ta’ dawk li s-Sultana tal-Karmelu ssejħilhom u tgħidilhom: Indaħħalkom fl-art tal-Karmelu. Hi li tefgħet għajnejha fuqu, li għażlitu għaliha.
Festa Madonna tal-Karmnu
VALLETTA 2018
155
Daħal bħala Marjan f’Hinojosa del Duque, meta dan kien daqsxejn f’dekadenza. Ħa ħsieb din in-neċessità s-surmast tal-Marjani l-ġdid u ex-Pirjol ta’ Jerez, P. Andrés Leal, li ġie elett assistent ġeneral fil-kapitlu ġenerali li sar Ruma fl-1937. Dan ir-reliġjuż għolla l-livell sakemm għaqqad minn erbgħin sa ħamsin Marjan. F’din il-fjoritura ġdida ta’ vokazzjonijiet, il-vokazzjoni taż-żagħżugħ Dùran Cintas kienet tiġbed l-attenzjoni minħabba l-kwalitajiet personali tiegħu. Sħabu jiftakruh bħala imqarqaċ fis-sens tajjeb tal-kelma. Dejjem kien imur tajjeb flistudju. Meta daħal kien surmast P. Eliżew Duràn, li t-tifkira tiegħu hija kbira għaliex kien wieħed minn dawk li rrestawraw il-Karmelu fi Spanja. Kien hu ta l-isem ta’ Eliżew lil dan iż-żagħżugħ.
Kuljum li jgħaddi Fra Eliżew kien iħossu dejjem aktar ferħan. Kien hemm għalxiex ikun ferħan, fuq kollox minħabba l-ambjent mill-isbaħ tanNovizzjat, u l-ħlewwa tas-Surmast mogħni b’qalb tajba, daqs ta’ omm twajba. Kien iħobb lin-novizzi kollha, imma l-aktar lil Fra Eliżew. Kienet tiġri l-kelma li kien il-ferħ tan-novizzjat, u fil-fatt kien hekk tassew.
Wara l-professjoni hu għadda bħala student f’Osuna. Intefa’ għall-istudju tal-filosofija u ta’ suġġetti oħrajn, u mill-ewwel ġibed l-istima tal-professuri. Minkejja li kellu imħabba lejn l-istudju, qatt ma naqqas l-ispirtu tal-osservanza tar-Regula u anqas naqset it-tjubija kbira li kellu. Kemm fl-istudju, kif ukoll fl-osservanza regolari u fl-eżerċizzju tal-virtujiet, kemm filmumenti sbieħ kif ukoll fil-mumenti inqas sbieħ, il-ferħ dejjem kien jakkumpanjah. Dan il-ferħ kien ir-riżultat tal-paċi ġewwinija ta’ ruħu, tattrankwillità tal-kuxjenza, u tal-fiduċja bla qies ta’ iben li kellu f’Alla u fil-Verġni Marija.
Meta ġie ordnat saċerdot, iż-żagħżugħ P. Eliżew ingħata l-permess mis-superjuri, biex jiċċelebra l-ewwel quddiesa fl-istess istitut ta’ Córdoba, fejn trabba wara li tilef il-ġenituri tiegħu u minn fejn daħal fil-Karmelu. Is-sorijiet li kienu jmexxu dan l-istitut laqgħu din l-aħbar b’ferħ kbir. Minnaħa tiegħu ma setax isib kliem biżżejjed biex juri l-gratitudni tiegħu lejn dawn l-anġli kustodji ta’ tfulitu. Fis-santi tal-ewwel quddiesa huwa
156
Festa Madonna tal-Karmnu
VALLETTA 2018
kiteb: Missieri u ommi ħallewni orfni wara li mietu; iżda l-Mulej ħa ħsiebi. Ftit żmien wara l-ewwel quddiesa kien jinsab fil-kunvent ta’ Osuna, u s-superjuri stednuh biex jagħmel l-ewwel omelija tiegħu. Kienet omelija sempliċi fit-tieni Ħadd tax-xahar dwar il-labtu.
P. Eliżew għadda żmien qasir fil-kunvent ta’ Lisbona. Meta reġa’ lura lejn Spanja, ġie ddestinat għall-kunvent ta’ Osuna, fejn sar direttur tal-Ħamisijiet Ewkaristiċi. Fl-aħħar nett kien mibgħut fil-kulleġġ ta’ Montoro, fejn kien professur tar-raba’ Grad. Hemm huwa temm ilħajja anġelika tiegħu.
Sħabu tal-kulleġġ u ħutu fil-Karmelu Andalus, kitbu li kien bniedem grazzjuż. Persuntu ċkejkna, irqajjaq, saħħtu fraġli. Iżda min-naħa l-oħra kellu ruħu ħelwa, patri perfett, osservanti ħafna, bniedem tax-xogħol, tar-rispett u edukat immens. Kien jiddistingwi ruħu għall-ferħ tiegħu, inkwadrat fil-limiti tal-moderazzjoni u mwaħħad ma’ sentimenti sbieħ ta’ tjubija. Krudili u waħxija kienet il-mewt taż-żagħżugħ P. Eliżew Dùran Cintas.
Fil-ħabs ta’ Montoro, meta l-ġemgħa ta’ qattiela daħlet biex toqtol il-priġunieri, P. Eliżew, flimkien mat-tliet reliġjużi Karmelitani l-oħra, qagħdu flewwel filliera biex jiddefendu lill-oħrajn. Kien imqatta’ biċċiet bil-mannara u b’armi oħra meta kien għadu ħaj. Il-katavru tiegħu, flimkien ma’ dawk talkumpanni tiegħu fil-mewt, ġie meħud, l-għada, fiċ-ċimiterju komuni ta’ Montoro.
Bejn l-1 u s-7 ta’ Awwissu 1939, il-fdalijiet tiegħu flimkien ma’ dawk tal-kumpanni tal-martirju tiegħu, kienu eżumati u mqiegħda f’post iktar dinjituż, fl-istess ċimiterju.
Il-Beatu Ġakbu Maria Carretero Rojas twieled f’Villaviciosa (Córdoba) fis-27 ta’ April 1911. Ipprofessa fl-10 ta’ Ottubru 1930. Ħa l-martirju f’Montoro (Córdoba) fit-22 ta’ Lulju 1936. L-ewwel traċċi ta’ dan iż-żagħżugħ martri nsibuhom fil-kulleġġ tal-Marjani ta’ Hinojosa
kienu jistaqsuh dwar il-lezzjoni, kienu jġelbnu d-demgħat minn għajnejh biex juri n-nuqqas ta’ preparazzjoni tiegħu, u kien jitlob lill-għalliem iħenn għalih, ħaġa li kienet turi s-sensittività ta’ ruħu. Wieħed irid ukoll isemmi li fl-eżamijiet tal-aħħar tal-kors dejjem kien iġib l-aħjar marki. It-tliet snin tal-filosofija, li għamilhom filkunvent ta’ Osuna, kienu juru biċ-ċar it-talenti intellettwali ta’ Fra Ġakbu.
Il-Beatu Ġakbu Maria Carretero Rojas
del Duque. Din il-ħajja tippreżenta ruħha bħala waħda ta’ ispirazzjoni. Fil-fatt is-snin ta’ wara kienu l-maturità naturali u perfetta talkwalitajiet morali ta’dan il-bniedem.
Ġakbu kien għażiż ħafna. Fil-mixjiet, fl-isports, u meta kien ikun ma’ sħabu fi żmien il-vaganzi, kien ikun hu li bl-innoċenza tipika tiegħu jxerred il-ferħ u jagħti l-ħajja. Kien akrobata ta’ abbiltà, u kien jaqbeż min-naħa għal oħra tax-xmajjar, u minkejja li kien ikun hemm il-periklu kien jibqa’ għaddej. Kien iħobb is-sajd.
Fost id-diversi speċi ta’ fawna domestika u selvaġġa, kienu jogħġbuh l-aktar il-ħamiem u s-sriep. L-imħabba tiegħu lejn il-ħamiem, li kien jieħu ħsieb b’ċerta kura, kienet turi l-innoċenza u s-sempliċità ta’ ruħu. Is-sriep, li ma kinux jogħġbuh u li kienu jimbuttawh, imma li ħafna drabi kien jaqbadhom b’idejh u jaħsad uħud minn sħabu, kienu prova tal-kuraġġ u talmibegħda li kellu lejn ir-rettili, li bihom inqeda x-xitan biex jinganna lil Eva fil-ġenna tal-art. Fil-klassijiet kien student minn ta’ quddiem, ta’ talent kbir, moħħ ċar, u ta’ memorja kbira. Jekk xi darba ma setax jistudja, u fil-klassi
Fil-ħajja reliġjuża Fra Ġakbu kien mudell ta’ tjieba, kif kien ukoll fl-impenn għall-istudju filqasam tal-kitba. Tjieba u kitba, l-ideal komplut, kif il-ġwienaħ huma għall-għasafar biex itiru, hekk kienu għalih dawn, b’ħarstu ’l quddiem lejn l-istat saċerdotali. Kien jiddistingwi ruħu fost ir-reliġjużi l-oħra għall-osservanza tiegħu lejn ir-Regula. Għalhekk kien għadu tal-għażż, għaliex kien iżomm dejjem quddiem għajnejh dak li jgħid wieħed mill-kapitli tar-Regula Karmelitana: Għandkom tagħmlu xi biċċa xogħol ħalli x-xitan isibkom dejjem mhedija, li ma jirnexxilux isib fil-għażż tagħkom xi daħla minn fejn jidħol f’ruħkom. Kien ukoll attent għall-ħsieb tar-Regula, u għalhekk kien attent biex juża l-prudenza għax hi li tmexxi kull virtù. U hekk kien iġib ruħu: kien umli, imma ma kienx beżżiegħ; bniedem li jaħdem mingħajr ħafna ftaħir; rett u kapaċi jifhem lil ħaddieħor; awster u affabbli; prudenti u sempliċi…
Fil-qalb tiegħu bdew jikbru bil-ħeġġa u b’saħħithom il-fjuri mistiċi tal-virtujiet li jiffurmaw il-patrimonju ta’ reliġjuż perfett. Però wieħed irid isemmi waħda b’mod partikulari: il-fjura bajda tal-kastità. Il-fjura tal-kastità kien jikkultivaha b’kura partikulari; kien jipproteġiha b’attenzjoni partikulari; u kien jistmaha bħala teżor. Qatt ma rawh jagħmel xi ħaġa mhux xierqa, jew semgħuh jgħid xi kelma jew xi ċajta li setgħet toffendi virtù tant prezzjuża. Kien mudell ta’ safa. Fra Ġakbu kien iħobb ħafna t-tradizzjoni Spanjola, u kellu għal qalbu t-triloġija glorjuża tat-motto, tal-prinċipji u tal-programm Spanjol. Dan kien grazzi għal missieru, li nissel dan f’qalbu, u li kien kavallier imħeġġeġ u Kattoliku
Festa Madonna tal-Karmnu
VALLETTA 2018
157
ferventi, u li ġie maqtul b’mibegħda għall-fidi mgħannaq ma’ ibnu l-ieħor, Pietru, li kien se jidħol Marjan fil-kulleġġ ta’ Hinojosa. Il-Martirju ta’ Fra Ġakbu u sħabu kien makabru u mill-aktar atroċi. Min-naħa tagħhom kien att ta’ karità insuperabbli u qawwa erojka: li tinżel għarkupptejk, b’idejk miftuħa forma ta’ salib quddiem il-ħabsin l-oħra biex isservi ta’ tarka. Miet bħall-oħrajn, bid-daqqiet tal-mannara u għall-ħsejjes tal-armi tan-nar u l-isparar. Il-katavru tiegħu nstab bil-kurċifiss magħfus bejn idejh.
Il-fdalijiet tiegħu kienu eżumati u midfuna flimkien ma’ dawk tal-Martri l-oħra ta’ Montoro fi kripta ġdida fiċ-ċimiterju ta’ Montoro, bejn l-1 u s-7 ta’ Awwissu 1939.
jaqilgħu l-ħobżna ta’ kuljum bl-għaraq ta’ ġbinhom. Dan il-preċett penali tal-Ġenesi, li huwa wkoll virtù, jafuh tajjeb u jagħmluh sew in-nies ta’ Galizja.
Fra Ramon, ma kienx eċċezzjoni f’din il-liġi ġenerali, u lanqas kien joħroġ minn din il-linja ta’ għajxien. Bi frekwenza kbira kien jippassiġġa mal-kosti sbieħ tal-Galizja. Kemm-il darba minn hemm ikkontempla, bi ħsieb profond, il-baħar immens, immewweġ jew lixx qisu l-wiċċ ta’ xmara rieqda, taħt l-ikħal tas-sema.
Darba fost l-oħrajn, f’ġurnata tajba għall-ispirtu, ġieh f’moħħu l-ewwel ħsieb ta’ ‘idea ġdida’. Din l-‘idea ġdida’ kienet li jsir baħri, u dan biex b’unur jaqla’ l-ħobżna ta’ kuljum bħala Galizjan tajjeb. Seta’ jaqilgħu minn xi mkien ieħor, imma hu xtaq jaqilgħu mill-mewġ tal-baħar, il-baħar, mimlija sbuħija imma wkoll kruha fit-tempesti.
Fil-fatt daħal fl-ekwipaġġ ta’ vapur, bħala kok. Ħafna drabi qasam il-baħar u żar l-Amerka, dejjem bħala kok ta’ xi vapur. Nistgħu ngħidu li fl-aħħar mill-aħħar hu sar espert fix-xogħol tiegħu fil-kċina. Wieħed jista’ jsemmi wkoll li kien jieħu gost li se jivvjaġġa mal-‘Kaptana’, dik li kienet il-Patruna meqjuma tal-ulied tal-baħar: il-Kewkba tal-baħar; il-Verġni tal-Karmnu, li kienet popolari immens. Żgur li kien ħass xi ħaġa meta kien ikellimha, għaliex meta l-baħar kien ikun kalm kien idaħħal xi ħaġa tal-flus u kien jista’ jiekol xi ħaġa, iżda f’daqqa ħalla l-ekwipaġġ, ħalla l-baħar għall-ħut u l-ajru għallgħasafar, u mar jgħix fl-art Portugiża. U nistgħu nobsru li ‘idea ġdida’ bdiet iddur f’moħħu.
Il-Beatu Ramón Maria Pérez Sousa
Twieled f’Feás, il-parti ġuridika ta’ Ginzo de Limia (Orense) fl-1 ta’ Awwissu 1903. Ipprofessa fl-11 ta’ Diċembru 1935. Ħa l-martirju f’Montoro (Córdoba) fit-22 ta’ Lulju 1936. Fost id-diversi kwalitajiet sbieħ u indiskuttibbli, in-nies ta’ Galizja għandhom id-don li jafu
158
Festa Madonna tal-Karmnu
VALLETTA 2018
Mar jgħix f’Lisbona, u wara ftit għamel ħbieb mal-patrijiet Karmelitani li tawh ix-xogħol ta’ sagristan fil-kappella tat-Terzjarji Karmelitani, mhux bogħod mill-magħruf tempju li waqqaf u kkonsagra lill-Omm Qaddisa San Nonju Alvarez Pereira. Kien jagħmel dan ix-xogħol bil-qalb. Bdiet tinbet f’sidru mħabba għall-Karmelu, imħabba li kienet tinħass l-aktar nhar ta’ Sibt meta t-Terzjarji kienu jinġabru u, flimkien malpatri Karmelitan li kien il-kappillan tagħhom, kienu jkantaw bil-qalb is-Salve Regina lill-Omm u Patruna tal-Karmelu. U kien minn hawn, minn dan l-ambjent
Karmelitan, li nibtet din it-tieni ‘idea ġdida’. ‘Idea’ li bdiet tqanqal ir-ruħ ta’ Ramon, u beda jersaq dejjem aktar lejn il-patrijiet, sal-punt li wasal biex ma kellux aktar sabar jistenna. Darba kellu l-opportunità jitkellem ma’ Patri Rafael Rangel, Provinċjal tal-Andalusia, u semmielu din l-idea: Patri Provinċjal, nixtieq insir reliġjuż tal-Karmnu. Il-Provinċjal għaref osserva traċċi ta’ vokazzjoni f’dan l-aspirant u qallu biex fi triqtu lura jmur miegħu Spanja. Ftit jiem wara l-Provinċjal u l-postulant Ramon kienu fi triqthom lejn Spanja. Dan il-postulant irċieva l-libsa Karmelitana, b’ferħ kbir, fil-kunvent ta’ Hinojosa del Duque.
Għadda l-postulandat fil-kunvent ta’ Montoro, fejn is-superjuri tawh l-uffiċċju ta’ prefett talistudenti tat-tieni sena, uffiċċju li qeda b’fedeltà kbira.
Wara l-postulandat mar lura lejn Hinojosa del Duque biex jibda n-novizzjat. F’din is-sena ta’ prova huwa ħa l-opportunità biex jassorbi t-tagħlim tas-surmast, P. Andrès Leal, li wkoll ipprova jimitah ukoll mhux biss fil-virtujiet, imma wkoll fl-imħabba kbira li kellu lejn l-Ordni tal-Verġni Marija.
Wara sena li kien ippronunzja, għarkupptejh quddiem l-altar maġġur, il-kelmiet: Nitlob, għallħniena ta’ Alla, li niġi ppruvat fl-ubbidjenza, filfaqar u l-kastità, wasal il-jum li din il-prova kanonika titqiegħed għad-diskussjoni fil-boxxla tal-votazzjoni, fejn minn hemm telgħu l-boċċi bojod, sinjal li taħt it-tmexxija tajba tas-surmast kien ġie ppruvat, u waslitlu l-aħbar: il-votazzjoni kienet waħda tajba, u issa tista’ tipprofessa. Wara l-professjoni, is-superjuri bagħtuh filkunvent ta’ Montoro. Il-ħsieb li kien reliġjuż Karmelitan, reliġjuż u Karmelitan, imlieh bilferħ, u kuljum kien ikun imħeġġeġ biex josserva r-Regula. Il-kondotta tiegħu kienet impekkabbli. Kellu t-talbiet u d-devozzjonijiet partikulari tiegħu, bħal kull reliġjuż ieħor, bħal kull Nisrani ieħor. Però kellu devozzjoni partikulari lejn San Espeditu, li kien jitolbu bil-fidi, għaliex kien konxju li dan il-qaddis kien jinterċedi għanneċessitajiet urġenti. Fil-kamra tiegħu kellu
xbieha ta’ dan il-qaddis u kien ixerred kemm jista’ d-devozzjoni lejh. Tant kien iħobbu, u tant kien jidwi sabiħ f’widnejh u f’qalbu isem dan ilqaddis, li meta rċieva l-libsa kellu x-xewqa kbira li ma ġietx maqtugħa, li fil-ħajja l-ġdida tiegħu ta’ reliġjuż, jiġi msejjaħ: Fra Espeditu. Fra Ramon ġie maqtul minħabba l-fidi tiegħu flimkien ma’ tliet reliġjużi Karmelitani oħra u ħabsin oħrajn.
It-torturi u l-mod krudil kif ġie maqbud, mitfugħ il-ħabs, u maqtul mill-għedewwa, jagħmlu l-martirju ta’ dan ir-reliġjuż flimkien ma’ dak tal-oħrajn wieħed validissmu.
Il-fdalijiet tiegħu ġew midfuna l-għada talmartirju fiċ-ċimiterju ta’ Montoro, u wara meħuda fil-kripta ta’ din in-nekropoli, flimkien ma’ tal-oħrajn, bejn l-1 u s-7 ta’ Awwissu 1939.
Komunità fejn jidhru l-Martri
Il-Martirju Il-lejl ta’ bejn l-20 u l-21 ta’ Lulju, bħall-iljieli l-oħra, P. Ġużepp flimkien mar-reliġjużi l-oħra għaddewh fil-kappella tal-kulleġġ. Huma għaddewh fis-skiet u fit-talb.
Meta l-jum beda jbexbex, instemgħu xi daqqiet mal-bieb li kisru s-silenzju ta’ dak il-post. Għallħoss ta’ dawn id-daqqiet, instemgħu wkoll kliem ħażin u theddid, u mbagħad: Iftħu l-bieb, għaliex inkella nifqgħuh bin-nar. Ir-reliġjużi ma fetħuhx, u għalhekk dawn ħarquh kif kienu qalu. Meta dawn l-għedewwa daħlu fil-kappella raw xena li tħallik bla kliem: erba’ reliġjużi għarkupptejhom b’idejhom miftuħa forma ta’ salib. Rashom mgħollija lejn is-sema u lejn
Festa Madonna tal-Karmnu
VALLETTA 2018
159
ix-xbieha tal-Verġni Marija tal-Karmnu, u fuq sidirhom il-Labtu Mqaddes. F’dan il-waqt huma kienu qed jitolbu, joffru ħajjithom u jaċċettaw il-mewt, u jġeddu l-wegħdiet tal-magħmudija u tal-professjoni reliġjuża u jaħfru lill-għedewwa, u jsejħu l-Qalb Imqaddsa ta’ Ġesù.
Din ix-xena kienet imwieġba mill-għedewwa minn talbiet perversi u kliem ħażin. Dawn ir-reliġjużi qatt ma qatgħu mit-talb filwaqt li t-tweġiba kienet sensiela ta’ dagħa faħxi kontra Alla u l-qaddisin tiegħu. Fl-istess waqt fl-istess post dehru l-imħabba u l-mibegħda, l-eroiżmu u l-biża’. Wara ftit bdiet għar-reliġjużi l-flaġellazzjoni bi frosti u ħbula kbar u ħoxnin li bdew jolqtu bla ħniena l-uċuħ, l-ispalel u l-iġsma ta’ dawn ilKarmelitani, li ma fetħux fommhom ħlief biex ifaħħru lil Alla u jaħfru lil dawk li kienu qed jippersegwitawhom.
Imma dawn il-persekuturi ma kinux kuntenti, u għalhekk qabdu lil dawn ir-reliġjużi milllibsa Karmelitana u kaxkruhom fit-triq, biex jagħmlu spettaklu bihom. Wassluhom salħabs akkumpanjati mid-dagħa u s-swat. Kienu l-għaxra u nofs ta’ filgħodu tal-21 ta’ Lulju 1936 meta r-reliġjużi waslu l-ħabs, għajjenin imma mħeġġa.
Fil-ħabs dawn il-Karmelitani ltaqgħu ma’ xi sittin raġel ta’ xeħta leminija. Wieħed ma jistax ma jsemmix iż-żelu appostoliku ta’ P. Ġużepp, li tefa’ ħarstu fuq dawk l-irġiel u ħaseb li l-ħabs seta’ kien post ta’ appostolat. Il-ħabs inbidel fi ‘tribuna’, meta P. Ġużepp, bi kliem seren imma mħeġġeġ, beda jkellem lil sħabu taċ-ċella biex ikunu Kattoliċi ferventi u qawwija, u Spanjoli ta’ kuraġġ f’dik is-siegħa tal-prova, imma fuq kollox ippreparati għall-martirju.
Il-ħabs inbidel f’“tempju” meta l-istess P. Ġużepp, megħjun miż-żagħżugħ P. Eliżew u mill-presbiteru Dun Pietru Luque, li kien ukoll maqbud, bdew jamministraw is-sagrament tal-Penitenza billi jqarru lil kulħadd bħala preparazzjoni immedjata għall-mewt. L-ambjent inbidel meta bdiet tiġi rreċitata t-talba tar-Rużarju minn dawk preżenti, u anke meta d-diskors waqa’ fuq il-ħajja futura u meta
160
Festa Madonna tal-Karmnu
VALLETTA 2018
kull wieħed beda jirrikmanda ruħu lil Alla, lillVerġni Marija u lill-qaddisin tad-devozzjoni tiegħu. Waslet is-siegħa magħżula tal-martirju. Kien it-22 ta’ Lulju, fit-3.30 ta’ waranofsinhar, meta bdiet tiġri l-kelma fil-belt li t-truppi ta’ Franco kienu f’Pedro Abad, raħal tar-reġjun, u kienu fi triqthom lejn Montoro. U hekk kien tassew.
Kien hemm kommossjoni sħiħa fil-belt, però dawn in-nies flok ma ħarġu ’l barra biex jiddefendu ruħhom u l-belt, qabdu t-triq lejn il-ħabs. Riedu jattakkaw mhux lil min kien se jattakkahom imma lil min ma setax jiddefendi ruħu. Ta’ min jinnota li f’din il-ġemgħa li kienet diretta lejn il-ħabs kien hemm ukoll nisa.
Waslu l-ħabs, u kif daħlu fiċ-ċella fejn kien hemm dawk maqbuda, l-erba’ reliġjużi Karmelitani ġrew ’il quddiem b’kuraġġ kbir, u poġġew lilhom infushom quddiem is-sittin ħabsi l-ieħor. Niżlu għarkupptejhom u fetħu jdejhom forma ta’ salib. Din l-attitiduni wriet li huma kienu lesti jkunu sur għall-oħrajn, u lesti joffru ħajjithom biex isalvaw il-ħajja tal-oħrajn li kien hemm warajhom. P. Ġużepp għajjat: Oqtlu lilna, li m’għandniex dar u familja; iżda toqtlux lil dawn il-fqajra, li kważi kollha għandhom l-ulied. P. Ġużepp ħaseb li dawn il-kliem li bihom kien qed jagħti ħajtu għal ħbiebu kienu se jrattbu l-qalb ta’ dawn it-tigri, imma ma kienx hekk. Mingħajr telf ta’ żmien din il-folla qabżet fuq dawn il-ħabsin u bdiet toqtol bla ħniena, bi mnanar u strumenti bil-ponta, b’armi tan-nar u sparar. L-ewwel erba’ vittmi kienu r-reliġjużi Karmelitani. Wara l-oħrajn, minbarra erbatax, li rnexxilhom jaħarbu, billi kissru ħajt li kien jagħti għal casino antik, li kien kunvent Karmelitan, u ħajt ieħor li kien jagħti għall-knisja l-qadima talKarmelitani. Xi wħud minn dawk li ħarbu nħbew taħt l-artali tal-knisja u oħrajn taħt oġġetti oħrajn, filwaqt li oħrajn irnexxilhom jitilgħu fuq il-bejt, u qabżu fuq bjut oħra.
Dan kien ir-rakkont tad-dramm ta’ demm nadif u frisk li xxerred fis-siegħa erojka tal-martirju.
Il-Proċess għall-Beatifikazzjoni u l-Kanonizzazzjoni ta’ dawn l-erba’ reliġjużi Karmelitani, flimkien ma’ dak ta’ sitta oħra millProvinċja Betica, beda fit-28 ta’ Frar 1958. Fl-1 ta’ Lulju 2010, il-Papa Benedittu XVI ippromulga d-Digriet tal-Martirju. Huma ġew ibbeatifikati mill-Kardinal Angelo Amato S.D.B, Prefett tal-Kongregazzjoni għall-Kawżi tal-Qaddisin, f’isem il-Papa Franġisku, fit-13 ta’ Ottubru 2013 f’Tarragona, Spanja, flimkien ma’ 9 Karmelitani oħra tal-Provinċja ta’ Kastilja u 503 martri ieħor tal-Gwerra Ċivili Spanjola. Ħajr lil Fr Victor Paul tar-ritratti li qed jidhru f’dan l-artiklu.
Ir-Relikwi ta’ dawn l-erba’ Beati Martri li tqiegħdu taħt l-artal bażilikali waqt il-Konsagrazzjoni
Is-Santwarju l-Ġdid waqt il-bini tiegħu
Festa Madonna tal-Karmnu
VALLETTA 2018
161
Id-Dedikazzjoni Solenni tas-Santwarju-Bażilika tal-Madonna tal-Karmnu tal-Belt Valletta Patri Ivan Scicluna O.Carm.
Din is-sena l-festa tal-Madonna tal-Karmnu qegħdin niċċelebrawha fl-isfond ta’ żewġ ġrajjiet sinifikattivi ħafna għall-familja Karmelitana f’Malta: • għeluq is-sitt mitt sena mill-ftuħ tat-testment tan-nobbli Margerita d’Aragona fis-sena 1418, li wassal għall-miġja tal-ewwel patrijiet Karmelitani f’Malta fil-Lunzjata, fl-inħawi tax-xagħra hekk imsejħa ta’ San Leonardu fillimiti tar-Rabat;
• u d-dedikazzjoni1 solenni tas-SantwarjuBażilika tal-Madonna tal-Karmnu fil-Belt Valletta.
Għalkemm mal-ewwel daqqa t’għajn wieħed għandu mnejn ma jintebaħx, dawn iż-żewġ ġrajjiet għandhom rabta diretta ma’ xulxin. Kienu l-patrijiet tal-kunvent tal-Lunzjata li fl-1570 waqqfu l-kunvent tal-Belt Valletta, li aktar ’il quddiem kellu jsir iċ-ċentru ewlieni tat-tixrid taddevozzjoni lejn il-Madonna tal-Karmnu fil-gżejjer tagħna. Jekk illum fil-belt kapitali tagħna għandna Santwarju komplut u ddedikat lil Alla f’ġieħ il-Verġni Marija tal-Karmelu, dan huwa kollu konsegwenza diretta tad-donazzjoni ġeneruża li għamlet Margerita D’Aragona sitt mitt sena ilu. Id-dedikazzjoni solenni tas-Santwarju kienet pass importanti fl-istorja tal-komunità
162
Festa Madonna tal-Karmnu
VALLETTA 2018
Karmelitana tal-Belt kif ukoll tal-Provinċja Karmelitana Maltija kollha. Kienet pass li wassal sal-quċċata aktar minn sittin sena ta’ ħolm, entużjażmu, tamiet, ħsibijiet, proġetti, pjanijiet, ġbir ta’ fondi, ħidma u sagrifiċċji mqanqlin mill-imħabba tar-reliġjużi Karmelitani u l-lajċi mseħbin magħhom lejn il-Madonna. Ħafna reliġjużi Karmelitani u devoti tal-Madonna tal-Karmnu ma kellhomx ix-xorti jaraw frott l-għaraq ta’ ġbinhom jasal għall-maturità sħiħa tiegħu. Aħna għandna x-xorti li ngawdu dan ilfrott bis-saħħa ta’ dawk li ġew u ħadmu qabilna, u għalhekk insellmu b’għożża l-memorja tagħhom u nitolbu ’l Alla jagħtihom il-premju mistħoqq billi jilqagħhom fil-glorja tiegħu flimkien malImqaddsa Ommna Marija. Il-Pirjol P. Alex Scerri O.Carm., il-komunità Karmelitana tal-Belt Valletta u l-lajċi qrib tagħhom għarfu sewwa l-importanza tal-ġrajja tad-dedikazzjoni tas-Santwarju afdat f’idejhom – l-ewwel wieħed f’Malta li jħares fi ħdanu xbieha Marjana inkurunata uffiċjalment millKapitlu Vatikan – u allura għamlu minn kollox biex din tkun esperjenza qawwija li tibqa’ mnaqqxa fil-memorja tagħna bħala familja Karmelitana fil-Belt u f’Malta. Minkejja t-tul taċċelebrazzjoni, kull min kien preżenti stqarr li kienet esperjenza unika u mill-isbaħ li l-impatt tagħha baqa’ miegħu/magħha anke fil-ġranet u l-ġimgħat ta’ wara.
Biex, però, l-isforzi ta’ dawk li ġew qabilna u l-ferħ li ġarrabna dakinhar tad-dedikazzjoni ma jkunux fiergħa, jeħtieġ li nirriflettu, mhux biss fuq it-tifsira u l-importanza storika ta’ din il-ġrajja, imma fuq kollox fuq it-tifsira tagħha għall-fidi u l-ħajja Nisranija tagħna, fuq dak li tfisser għalina spiritwalment bħala membri tal-komunità ta’ Ġesù, tal-Knisja, li tagħha s-Santwarju-Bażilika tagħna mhuwiex ħlief sinjal u xbieha. Id-dedikazzjoni kienet quċċata importanti, imma rridu nżommu quddiem għajnejna li mhix it-tmiem tal-mixja tagħna, mhix l-ogħla quċċata li rridu nilħqu, imma biss quċċata li minnha rridu ngħaddu għal qċaċet oħra aktar għolja, sa ma bit-talb u l-għajnuna ta’ Ommna Marija naslu għand Dak li hu l-quċċata vera u aħħarija tagħna, Ġesù Kristu, kif nitolbu fil-kolletta tal-quddiesa tat-tifkira solenni talMadonna tal-Karmnu nhar is-sittax ta’ Lulju. Sabiex nifhmu aħjar x’għandha tfisser għalina spiritwalment, fil-ħajja ta’ kuljum, iddedikazzjoni tas-Santwarju tagħna, se nagħtu daqqa t’għajn lir-rit, lis-sinjali u ’l-ġesti simboliċi tiegħu.
Ir-rit Ruman il-ġdid tad-dedikazzjoni Id-dedikazzjoni solenni ta’ knisja2 lil Alla hija l-festa tal-poplu t’Alla li jkun se jibda jinġabar f’dik il-knisja kull nhar ta’ Ħadd għaċ-ċelebrazzjoni tal-Ewkaristija3. Dan juri l-importanza kbira u ċ-ċentralità tal-Ewkaristija fil-ħajja tal-Knisja. Qatt ma nistgħu nisħqu żżejjed fuq l-importanza tal-Ewkaristija! Hija tassew ħasra li ħafna Nsara llum lanqas biss jagħrfuh is-siwi tal-Ewkaristija, u għalhekk ifallu l-quddiesa tal-Ħadd, jew jieħdu sehem fiha b’nofs qalb u nofs kedda. IlKonċilju Vatikan it-Tieni jisħaq li l-Ewkaristija hija l-għajn u l-quċċata tal-ħajja kollha u ta’ dak kollu li tagħmel il-Knisja. Mingħajr ċelebrazzjoni awtentika, konxja, ipparteċipata u mimlija fidi talEwkaristija ma jistax ikollna Nsara – u, fuq kollox, komunitajiet Insara – sodi, konvinti u b’saħħithom. Għalhekk, biex iċ-ċelebrazzjoni tal-Ewkaristija tkun aktar effikaċi fil-ħajja tagħna huma meħtieġa preparazzjoni u impenn serji, kemm min-naħa tas-saċerdoti, il-letturi u l-ministri l-oħra, kif ukoll tal-poplu Nisrani kollu kemm hu. Jekk l-Ewkaristija hi ċentrali għall-ħajja talKnisja, dan jgħodd b’mod partikolari għalina
l-Karmelitani, li r-Regola tagħna titlob minna li niċċelebrawha flimkien, kull filgħodu, f’oratorju mibni apposta f’nofs iċ-ċelel tal-aħwa, bħala mezz ta’ laqgħa reali mal-Irxoxt, mas-Sid li aħna msejħin ngħixu f’obsequium (“ubbidjenza”) u f’fedeltà lejh. Ma nistgħux inqisu lilna nfusna Nsara, Marjani u Karmelitani jekk l-Ewkaristija mhix ċentrali għal ħajjitna.
Is-Santwarju mimli bin-nies waqt il-funzjoni tal-Konsagrazzjoni
Ir-rit il-ġdid tad-dedikazzjoni skont il-liturġija Rumana mniedi wara l-Konċilju Vatikan II ried jagħti mill-ġdid prominenza liċ-ċelebrazzjoni tal-Ewkaristija bħala l-aktar parti importanti u neċessarja tar-rit4. Fl-aħħar mill-aħħar knisja tinbena prinċipalment mhux biex tkun mużew, jew attrazzjoni li nżuruha biss meta tkun armata għal xi festa, imma biex tkun il-post fejn tiġi ċċelebrata regolarment l-Ewkaristija. Oriġinarjament fil-fatt, fiż-żminijiet antiki tal-Knisja, id-dedikazzjoni tal-ewwel knejjes kienet tikkonsisti biss f’ċelebrazzjoni solenni u ferrieħa tal-quddiesa bil-konkorrenza ta’ ħafna poplu. Għalhekk il-liturġija tal-Kelma u l-liturġija Ewkaristika huma parti essenzjali mir-rit tad-dedikazzjoni kif imġedded wara l-Konċilju Vatikan II. Għall-istess raġuni, kif se naraw, il-ġesti l-oħra tar-rit – id-dlik, l-offerta tal-inċens u l-mixegħla – isiru sewwasew bejn iż-żewġ partijiet ewlenin tal-quddiesa: bejn ixxandir tal-Kelma u l-offerta tal-Ġisem u d-Demm tal-Mulej. Wara l-Konċilju Vatikan II r-rit tad-dedikazzjoni tal-knejjes ried jerġa’ jagħti lis-simboli tal-ilma, taż-żejt imħallat bil-fwejjaħ, tal-inċens u taddawl is-sens sħiħ tagħhom. Ir-rit jagħmel dan permezz tal-kliem li jsieħbu ’l dawn il-ġesti,
Festa Madonna tal-Karmnu
VALLETTA 2018
163
maħsubin biex juru r-relazzjoni tagħhom malmisteru tal-Knisja5.
Il-bidu tar-rit tad-dedikazzjoni: it-tberik u t-traxxix tal-ilma Ir-rit tad-dedikazzjoni jibda billi l-Isqof, wara li jrodd is-salib u jsellem lill-ġemgħa, minflok ma jistieden għall-att penitenzjali, bħalma jsir normalment fil-quddiesa, ibierek l-ilma, u mbagħad iroxxu fuq il-poplu, kif ukoll fuq ilħitan, fuq l-art tal-knisja, u fl-aħħar fuq l-altar.
It-tberik
F’dan ir-rit tal-bidu diġà għandna tifsira qawwija. L-għan tat-tberik u t-traxxix talilma huwa li jfakkarna fl-ewwel sagrament, fil-magħmudija, li biha, permezz tal-ilma u talIspirtu s-Santu, tnaddafna mid-dnub tan-nisel u sirna membri tal-Ġisem mistiku ta’ Kristu li hu l-Knisja. It-traxxix tal-ilma mbierek huwa wkoll sinjal ta’ ndiema u talba lil Alla biex nissaffew anke mid-dnubiet personali tagħna, jiġifieri mid-dnubiet li għamilna wara l-magħmudija tagħna, li bihom matul ħajjitna tebbajna s-safa li ksibna fil-magħmudija.
It-tifsira ta’ dan il-ġest fil-bidu tar-rit taddedikazzjoni tal-knisja tidher ċara fl-istedina għat-talb li jagħmel l-isqof qabel ibierek l-ilma, kif ukoll fit-talba stess tal-barka li fiha l-isqof jitlob hekk: Qaddes għalhekk bil-barka tiegħek dan l-ilma, ħolqien tiegħek, biex, imraxxax fuqna, ikun għalina sinjal tal-magħmudija tagħna, ta’ dak il-ħasil ta’ salvazzjoni li bih, imnaddfin fi Kristu, sirna tempju talIspirtu qaddis tiegħek.
164
Festa Madonna tal-Karmnu
VALLETTA 2018
Mela biex it-tempju tal-ġebel ikun jixraq tassew lil Alla, qabel ma jiġi offrut lil Alla jissaffa u jitnaddaf simbolikament u spiritwalment bittraxxix tal-ilma mbierek. Dan ifakkarna li blistess mod aħna l-Insara – li aħna l-Knisja ħajja u vera li tagħha l-knisja tal-ġebel hi biss simbolu – biex inkunu tassew il-poplu t’Alla, u t-tempju veru li fih u permezz tiegħu Alla jgħammar fost il-bnedmin, jeħtieġ li aħna wkoll inkunu mnaddfa u magħmulin safja bid-don tal-Ispirtu s-Santu (issimbolizzat mill-ilma) mogħti lilna mill-Missier permezz ta’ Ibnu Ġesù li jagħti ħajtu għalina fuq is-salib. Dan jitlob minna li nimpenjaw ruħna bis-serjetà biex ninfetħu għall-grazzja tal-magħmudija u għad-don talIspirtu s-Santu, ħalli nkunu nistgħu tassew nitqaddsu għal Alla u nsiru aħna stess tassew tempju ddedikat lilu u offerta li togħġbu. Wara t-tberik u t-traxxix tal-ilma, l-isqof u l-ġemgħa jkomplu bir-riti li soltu jsiru fil-bidu u fl-ewwel parti prinċipali tal-quddiesa: bil-kant tal-Glorja, it-talba kolletta, il-liturġija tal-kelma u l-omelija.
Il-kant tal-litanija tal-qaddisin Wara l-omelija, kif soltu jsir f’okkażjonijiet speċjali bħal fil-magħmudijiet, fl-ordinazzjonijiet u fil-professjonijiet reliġjużi, ma jsirux it-talbiet tal-ġemgħa. Minflok l-isqof jistieden millġdid lill-poplu għat-talb u titkanta l-litanija tal-qaddisin sabiex nitolbuhom jidħlu għalina quddiem Alla ħalli, kif jitlob l-isqof fi tmiem illitanija, it-tempju li jkun se jiġi ddedikat lil Alla “ikun għalina dar ta’ salvazzjoni u ta’ grazzja” fejn il-poplu Nisrani jinġabar ħaġa waħda biex jadura lil Alla fl-Ispirtu u l-verità u jikber dejjem fl-imħabba.
Il-kant tal-Litanija tal-Qaddisin
Il-litanija tal-qaddisin u t-talba li jgħid l-isqof fi tmiemha jagħfsu fuq dik li għandha tkun ilkaratteristika ewlenija tal-Insara: l-għaqda fl-imħabba, il-komunjoni, kif jgħidilna Ġesù stess: “Minn dan jagħraf kulħadd li intom dixxipli tiegħi, jiġifieri, jekk ikollkom l-imħabba bejnietkom” (Ġw 13,35). L-għaqda ta’ bejnietna hija l-grazzja li Ġesù talab għalina lill-Missier lejlet il-mewt tiegħu fuq is-salib. Il-litanija ddaħħalna f’komunjoni ma’ ħutna li ġa jinsabu quddiem Alla, u għalhekk it-talb tagħhom hu aktar qawwi u effikaċi. Il-grazzja li nitolbu lil Alla bl-interċessjoni ta’ dawn il-qaddisin qabel niddedikaw tempju lil Alla hija li aħna li għadna fuq l-art naduraw lil Alla kif għallimna Ġesù, jiġifieri “fl-ispirtu u l-verità” (Ġw 4,23), filwaqt li nikbru fl-imħabba ta’ bejnietna. Tqegħid tar-relikwi tal-martri taħt l-altar Bi tradizzjoni antika ħafna, fl-altari talknejjes jitqiegħdu r-relikwi tal-qaddisin, preferibbilment martri. Din il-ħaġa mhix obbligatorja, imma l-Knisja tħeġġeġ li ssir. Wara l-kant tal-litanija tal-qaddisin l-Isqof iqiegħed irrelikwi fl-altar, filwaqt li titkanta din l-antifona: “Taħt l-altar ta’ Alla għandkom postkom, Qaddisin ta’ Alla; itolbu għalina lil Sidna Ġesù Kristu”.
Il-ġarr tar-Relikwi
L-użanza li jitqiegħdu r-relikwi tal-martri taħt l-altar tmur lura saż-żmien li fih inbnew l-ewwel bażiliċi Nsara. Diversi knejjes u bażiliċi importanti f’Ruma u fi nħawi oħra nbnew sewwa sew fuq oqbra tal-martri, bl-altari tagħhom imqegħdin preċiżament fuq l-oqbra. L-aktar eżempji klassiċi u magħrufa mingħajr dubju huma l-Bażilika ta’ San Pietru fil-Vatikan u dik ta’ San Pawl Barra l-Ħitan ta’ Ruma.
Id-drawwa li l-altari jinbnew fuq l-oqbra talmartri, jew li jitqiegħdu r-relikwi tal-martri taħthom, hi aktarx imnebbħa mill-Ktieb tal-Apokalissi fejn il-viżjonarju ta’ Patmos jgħid: “rajt taħt l-altar l-erwieħ ta’ dawk li kienu qatluhom minħabba l-Kelma ta’ Alla, u minħabba x-xhieda li kienu taw” (Apok 6,9). L-Ordni għad-Dedikazzjoni tal-Knejjes jgħid li meta l-Ewkaristija tiġi ċċelebrata fuq l-oqbra talmartri jidher ċar li s-sagrifiċċju tal-membri ta’ Kristu jnixxi mis-sagrifiċċju tar-Ras li hi Kristu.
Ir-relikwi jiġu mqiegħda taħt l-altar
L-altar huwa fil-fatt simbolu ta’ Ġesù Kristu stess, li hu l-pedament, “il-ġebla mwarrba millbennejja li saret il-ġebla tax-xewka” (ara Salm 118,22 u Mt 21,42), il-blata li minnha Mosè ħareġ l-ilma fid-deżert, meta l-poplu kien bil-għatx, “u l-blata”, jgħidilna San Pawl f’1Kor 10,14, “kienet Kristu”. Il-Missirijiet tal-Knisja dejjem fakkru lill-poplu Nisrani li Kristu huwa fl-istess waqt ilvittma, is-saċerdot u l-altar tal-sagrifiċċju tiegħu nnifsu. Għalhekk iċ-ċelebrant ibus l-altar qabel tibda l-quddiesa u malli tispiċċa, għax l-altar huwa Kristu.
L-altar huwa fiċ-ċentru tal-bini tal-knisja u tal-ġemgħa liturġika li tinġabar madwaru biex tiċċelebra l-Ewkaristija. Huwa l-imkien l-aktar qaddis fil-knisja. Issa fejn hemm Kristu, hemm wieħed isib ukoll il-membri tiegħu. Għalhekk, ittqegħid tar-relikwi tal-martri taħt l-altar ifisser ir-rabta intima tad-dixxipli, tal-membri talĠisem ta’ Kristu, mar-Ras tal-Ġisem li hi Kristu stess6.
Il-qaddisin li r-relikwi tagħhom tqiegħdu millIsqof taħt l-altar dakinhar tad-dedikazzjoni talistess altar u tas-Santwarju tagħna huma dawk
Festa Madonna tal-Karmnu
VALLETTA 2018
165
ta’ erba’ reliġjużi Karmelitani, martri Spanjoli tas-seklu 20: il-beati Ġużeppi Marija Mateos Carbadillo, Eliżew Marija Duran Cintas, Ġakbu Marija Carretero Rojas u Ramon Perez Sousa7. Ir-relikwi ta’ dawn il-beati martri ttellgħu proċessjonalment minn fuq l-altar ta’ San Elija għal fuq il-presbiterju, u ġurnata qabel, lejlet id-dedikazzjoni, inġiebu proċessjonalment u solennement, akkumpanjati mill-komunità Dumnikana, mill-komunità Karmelitana u l-poplu, mill-Bażilika Parrokkjali tal-Portu Salvu u San Duminku, bħala sinjal ta’ komunjoni mal-komunità parrokkjali li fi ħdanha jinsab isSantwarju tagħna. It-talba tad-dedikazzjoni Immedjatament wara t-tqegħid tar-relikwi talmartri taħt l-altar, l-Isqof jgħid it-talba sabiħa tad-dedikazzjoni. Fit-talba l-Isqof l-ewwel nett ifisser lil Alla, biex ngħidu hekk, l-intenzjoni tal-poplu li jiddedikalu bil-ferħ, fi spirtu ta’ tifħir u ċelebrazzjoni, dar għat-talb. Flintroduzzjoni tat-talba joħorġu ċari l-għanijiet tad-dedikazzjoni ta’ knisja: l-għotja lil Alla ta’ bini riservat esklussivament għat-talb, għallqima t’Alla, għax-xandir u t-tifsir tal-Kelma t’Alla, u għaċ-ċelebrazzjoni tas-sagramenti.
It-talba mbagħad tieqaf fuq il-ħsieb li l-bini li se jkun iddedikat lil Alla huwa “xbieha talmisteru tal-Knisja” li Kristu wkoll qaddisha, ikkonsagraha, b’demmu stess, biex tkun l-Għarusa Verġni u sabiħa tiegħu billi tħares issafa tal-fidi u tgħix is-sejħa tagħha li tkun Omm ta’ ħafna wlied li hi tnissilhom bil-qawwa talIspirtu s-Santu. Wara dan, it-talba, imnebbħa mill-Iskrittura mqaddsa, ixxebbah il-Knisja ma’ “dielja” li l-Mulej għażilha għalih biex timla d-dinja kollha bil-friegħi tagħha (il-knejjes lokali mxerrda qalb il-ġnus kollha) u tgħolli r-rimjiet tagħha lejn is-saltna tas-smewwiet (id-dmir talKnisja li takkumpanja lill-bnedmin sas-Saltna t’Alla). Xbihat bibliċi oħra tal-Knisja li ssemmi t-talba huma “t-tinda”, “it-tempju” mibni fuq is-sisien tal-Appostli u fuq Kristu “il-ġebla tax-xewka”, u “il-belt fuq muntanja” li tidher quddiem kulħadd, imdawla bid-dawl tal-Ħaruf, u mimlija bid-diwi tal-għana tal-henjin (li huma l-qaddisin).
166
Festa Madonna tal-Karmnu
VALLETTA 2018
Imbagħad l-Isqof jitlob lil Alla jqaddes il-knisja, u wkoll l-altar, sabiex dan ikun dejjem imħejji għassagrifiċċju ta’ Kristu (jiġifieri għall-quddiesa). L-aħħar parti tat-talba tad-dedikazzjoni tfisser l-effetti ta’ dak li jiġri fil-knisja li tkun qegħda tiġi ddedikata. Fil-knisja: • xita ta’ grazzji tħassar il-ħtijiet tal-bnedmin, mejtin minħabba d-dnub, biex jerġgħu jitwieldu għall-ħajja tas-smewwiet;
• jiġi ċċelebrat il-misteru tal-Għid, u dawk li jemmnu jieħdu l-ħajja bl-ikel tal-Kelma u talĠisem ta’ Kristu;
• leħen il-bnedmin jingħaqad ma’ dak tal-anġli fit-tifħir u r-radd il-ħajr, filwaqt li jitolbu wkoll għas-salvazzjoni tad-dinja; • il-foqra jsibu ħniena, u l-maħqurin il-ħelsien.
It-talba tad-dedikazzjoni ta’ knisja tiġbor fiha l-essenza ta’ dak kollu li għandha tkun komunità ekkleżjali, u għalhekk tista’ taqdi tajjeb ħafna r-rwol ta’ gwida għal eżami ta’ kuxjenza talkomunitajiet Insara – sew reliġjużi, parrokkjali, jew oħrajn – li jinġabru fil-knejjes għal-liturġija, sabiex jaraw kemm qegħdin jgħixu u jġibu ruħhom tassew ta’ “Knisja”, b’mod li jogħġbu u jagħtu glorja ġenwina lil Alla, mhux biss bilkult liturġiku, imma fuq kollox bl-imġiba ta’ ħajjithom.
Id-dlik, l-inċensazzjoni u l-mixgħela tal‑altar u tal-knisja Wara t-talba tad-dedikazzjoni l-Isqof jidlek biż-żejt tal-griżma l-wiċċ kollu tal-altar u (megħjun minn isqfijiet u saċerdoti oħra jekk ikun il-każ) is-slaleb imwaħħlin mal-pilastri ewlenin tal-knisja. Normalment jindilku tnaxil salib, simbolu tat-tnax l-Appostlu li huma s-sisien tal-Knisja, imma jekk is-sura tal-knisja ma tippermettix dan, jistgħu isiru erba’ slaleb biss, simbolu tal-erbgħa Evanġelisti. Iż-żejt tal-griżma bħala regola jkun żejt taż-żebbuġa mħallat bil-balzmu (jista’ jintuża żejt ta’ ħxejjex oħra f’xi każi) li jiġi kkonsagrat mill-Isqof filĠimgħa Mqaddsa, il-biċċa l-kbira nhar Ħamis ixXirka filgħodu.
Id-dlik tas-Slaleb biż-żejt
Id-dilka biż-żejt tal-griżma għandha tifsira rikka ħafna b’għeruq bibliċi. Iż-żejt taż-żebbuġa kien (u għadu) meqjus xi ħaġa fina u ta’ preġju madwar il-Mediterran. Kien jintuża fl-ikel minħabba t-togħma tajba tiegħu, fil-kożmetiċi biex ifewwaħ u jsebbaħ, u wkoll bħala mediċina. Fit-Testment il-Qadim iż-żejt kien jintuża fil-konsagrazzjoni tas-slaten, tal-qassisin u tal-profeti (kif għadu jintuża sal-lum fl-ordinazzjonijiet saċerdotali u episkopali).
Iż-żejt imqaddes, imħallat bil-fwejjaħ, huwa simbolu tal-Ispirtu s-Santu, l-Ispirtu tal-qdusija. Kif iż-żejt jinfirex u jċarċar malli jissawwab, hekk l-Ispirtu s-Santu jferrex il-qdusija u l-grazzja tiegħu f’dawk li jinżel fuqhom b’mod li jfejjaqhom mid-dnub, isaħħaħhom u jsebbaħhom spiritwalment u jqaddishom. Iż-żejt għandu ħabta jippenetra, idellek, saħansitra jtebba’, hekk li ġieli impossibbli tneħħih. L-Ispirtu s-Santu wkoll “iċappas” biex ngħidu hekk lillbnedmin u l-oġġetti sagri bil-karattru jew siġill tal-qdusija tiegħu li ma jitħassarx.
Id-dlik tal-artal biż-żejt
Dawk kollha li konna preżenti għad-dedikazzjoni tas-Santwarju tagħna mtlejna b’sensazzjoni ta’ qima reverenzjali u ta’ stagħġib quddiem issolennità ta’ dawk il-waqtiet, imma wkoll ta’ ferħ u entużjażmu, aħna u naraw lill-Arċisqof jidlek l-altar, u mbagħad, flimkien ma’ numru ta’ isqfijiet u presbiteri oħra, is-slaleb ta’ madwar il-Bażilika. Il-ġemgħa preżenti, li mliet kull rokna tas-Santwarju, bdiet tinfexx iċċapċap spontanjament ma’ kull salib li ndilek, bil-kant tal-innijiet u t-tokki tal-qanpiena l-kbira flisfond. Wara d-dilka tal-altar u s-slaleb, l-Isqof jaħraq l-inċens fuq l-altar, u jiġu inċensati s-slaleb li jkunu għadhom kif ġew midluka. Huwa u jaħraq l-inċens l-Isqof jitlob li t-talb tagħna jitla’ bħallinċens quddiem Alla, sabiex il-Knisja li hi aħna timtela’ bil-fwieħa ta’ Kristu hekk kif il-bini talknisja jkun qed jimtela dak il-ħin bil-fwieħa talinċens.
Il-ħruq tal-inċens
Fl-aħħar nett issir il-mixegħla tal-altar u l-knisja billi jinxtgħelu x-xemgħat tal-altar kif ukoll imsiebaħ jew xemgħat quddiem kull wieħed mis-slaleb midluka, filwaqt li tinxtgħel il-knisja kollha bħal fil-ġranet ta’ festa. Din il-mixegħla festiva hija simbolu tad-dawl ta’ Kristu li għandu jiddi fil-Knisja sabiex permezz tagħha l-ġnus kollha jaslu għall-verità li hi Ġesù.
Ladarba jinxtegħlu x-xemgħat, l-altar imqaddes, imbierek, midluk, imfewwaħ u mgħotti b’terħa xierqa, ikun perfettament imħejji biex fuqu jiġi offrut is-sagrifiċċju ta’ Kristu, u jilqa’ fuqu l-Ġisem u d-Demm tal-Mulej, l-uniku skop li jrid iservi minn dak il-waqt il-quddiem. Fil-fatt, l-iskop tar-riti kollha li għadna kif iddeskrivejna
Festa Madonna tal-Karmnu
VALLETTA 2018
167
huwa sewwasew li jippreparaw l-altar biex isir il-mejda tal-ikla tal-Mulej. Għalhekk, wara l-mixegħla, tibda l-liturġija Ewkaristika bilpreżentazzjoni tal-ħobż u l-inbid, u tkompli l-quddiesa bħas-soltu.
Il-mixegħla
Għeluq Personalment, ħaġa li laqtitni ħafna waqt iċċelebrazzjoni tad-dedikazzjoni tas-SantwarjuBażilika tagħna kienu l-fwejjaħ taż-żejt talgriżma u tal-inċens li mlew imnifsejja waqt ir-rit, u d-dawl li idda fil-knisja mal-mixegħla. L-Arċisqof u dawk li għenuh sawbu ż-żejt bilġenerożità u bl-abbundanza, anzi, bil-ħala, fuq l-altar u s-slaleb imwaħħlin fl-għoli mal-ħitan. Tant hu hekk li ż-żejt imqaddes baqa’ jċarċar mal-kolonni sal-art, u l-fwieħa tal-balzmu mħallat miegħu baqgħet tinxtamm jiem sħaħ. Dan fakkarni f’kemm l-Ispirtu s-Santu jixxerred bil-kotra u b’ġenerożità fi qlub dawk li jemmnu f’Ġesù, biex iqaddishom, konsegwenza talgħotja ġeneruża, ħalja, bla qies u kollha mħabba ta’ Ġesù fuq is-Salib.
Din l-esperjenza għenitni nirrealizza kif għandha tkun il-Knisja li hi aħna: tfuħ bil-fwieħa ta’ ħajja qaddisa, bil-fwieħa tal-Ispirtu ta’ Kristu, sabiex timla b’din il-fwieħa spiritwali lid-dinja u s-soċjetà ħalli tiġbidhom lejn Kristu, is-Salvatur. Dan hu li jridu jipperċepixxu fina l-Insara dawk kollha li b’xi mod jiġu f’kuntatt magħna: ilfwieħa ta’ Kristu. Dan irid ikun l-impenn ewlieni tagħna u l-ħsieb wara dak kollu li nagħmlu bħala Knisja: li bħal Marija, Omm u Xbieha tal-Knisja, Ġmiel tal-Karmelu, nimtlew bil-qdusija ta’ Alla, sabiex insiru kanal ta’ grazzja għall-oħrajn.
168
Festa Madonna tal-Karmnu
VALLETTA 2018
Referenzi
Se nuża l-kelma “dedikazzjoni” tas-Santwarju-Bażilika, mhux “konsagrazzjoni”, minħabba li l-Knisja tippreferi tirriserva l-kelma “konsagrazzjoni” għall-persuni biss, filwaqt li għall-oġġetti offruti lil Alla, bħal bini ta’ knisja, tuża l-kelma “dedikazzjoni”. 2 “Knisja” bil-“k” kbira tfisser il-komunità Nisranija li hi aħna, l-imgħammdin, filwaqt li “knisja” bil-“k” żgħira tfisser il-bini li fih jiltaqgħu l-Insara biex jiċċelebraw il-fidi tagħhom fil-liturġija. 3 Pierre Jounel, The Dedication of Churches, f’The Church at Prayer, l-1 volum – Principles of the Liturgy, edittjat minn Aimé George Martimort e tal., maqlub għall-Ingliż minn Matthew J. O’Connell, Collegeville, Minnesota, 216. 4 Ibid., 223. 5 Ibid., 223-224. 6 Dwar it-tqegħid tar-relikwi tal-martri taħt l-altar u t-tifsira simboliku tal-altar ara Jounel, 207-209, 217218, 224. 7 F’dan il-programm wieħed jista’ jsib il-bijografiji ta’ dawn l-erba’ beati Karmelitani martri Spanjoli tasseklu 20 miġburin minn P. Victor Paul Farrugia Ciarlò. 1
FRESH COFFEE
CROISSANTS BAGUETTES
MALTESE TUNA FTIRA
PLATTERS WINE MONDAY TO FRIDAY CAFÉ LEONE, OLD THEATRE STREET, VALLETTA
It-Tnejn 2 ta’ April 2018 – Inawgurazzjoni tal-Paviment il-ġdid tal-Irħam tas-Santwarju Bażilika
Quddiesa fil-knisja tal-Pilar. Wara purċissjoni mill-Provinċjal lejn is-Santwarju fejn ġie inawgurat il-Paviment u l-Ambone.
Agius Manuel (Ta’ Barabba tal-Belt)
Undertaker & Coffin Maker Funeral Service - 24 Hours To fit every budget A complete caring service in your time of need
117, West Street, Valletta Tel: 2122 5701 Mob: 9980 6779 / 9988 5977 / 9902 2141
It-Tlieta 3 ta’ April - Saret quddiesa mill-Komunità Dumnikana flimkien mal-Komunità Karmelitana fil-Knisja Parrokkjali u Bażilika tal-Portu Salvu u San Duminku. Wara saret Purċissjoni lejn is-Santwarju Bażilika fejn inġarru Relikwiji tal-Martri Spanjoli li tpoġġew taħt l-Artal Maġġur Papali. Fis-Santwarju sar Għasar Solenni.
L-Erbgħa 4 ta’ April 2018 – Jum il-Konsagrazzjoni tas-Santwarju Bażilika
Saret Quddiesa konċelebrata minn Mons. Arċisqof Charles J. Scicluna megħjun min-Nunzju Appostoliku Mons. Alessandro D’Errico, Mons. Mario Grech Isqof ta’ Għawdex, l-Arċisqof Emeritu Mons. Pawlu Cremona OP u l-Isqof Mons. Paul Darmanin OFMCap.
Il-Ħamis 5 ta’ April 2018 – Lejla ta’ Tifkira u Mużika Letterarja Saret tifkira Mużika Letterarja mmexxija minn Mro. Sebastian Camilleri bil-kollaborazzjoni tas-Sindku u l-Kunsill Lokali tal-Belt Valletta.
Il-Ġimgħa 6 ta’ April 2018 – Lejliet il-Festa l-Kbira Kunċert fi Pjazza San Ġorġ mis-Soċjetà Filarmonika La Valette u l-Banda King’s Own.
Il-Festa l-Kbira
Ċelebrazzjoni li għaqqdet l-erba’ Festi tal-Belt Valletta Carl Farrugia
Is-sena 2018 hija sena importanti ħafna għallBelt Valletta u dan minħabba li Beltna għandha t-titlu tal-Belt Kapitali Ewropea tal-Kultura flimkien mal-belt Olandiża ta’ Leeuwarden. Fost il-ħafna attivitajiet organizzati mill-Fondazzjoni Valletta 2018, waħda minnhom laqqgħet l-erba’ festi tal-Belt fejn f’jumejn it-toroq tal-Belt Valletta mtlew bil-pavaljuni sbieħ li kull festa fil-Belt għandha u rat kollaborazzjoni kbira bejn l-erba’ festi. Il-Festa l-Kbira, l-isem li ngħatat lil din l-attività għaqqdet f’festa waħda ħafna minn dak li naraw fl-erba’ festi flimkien. Matul dawn il-festi, li jiġu ċċelebrati fi żminijiet differenti tas-sena, wieħed jara diversi armar li jsebbaħ it-toroq, ċelebrazzjonijiet reliġjużi, baned u briju li jkomplu jsebbħu l-Belt u jkomplu jżidu mal-kultura u t-talent Belti. L-attività tal-Festa l-Kbira saret bejn is-6 u s-7 ta’ April. Il-ħidma għall-Festa l-Kbira kienet tinvolvi ħafna sigħat ta’ ħidma u uġigħ ta’ ras għallorganizzaturi li bdew il-ħidma tagħhom f’Awwissu 2017. Matul ix-xahar ta’ Settembru 2017 saret l-ewwel laqgħa fejn ġew mistiendna l-għaqdiet li jarmaw għall-festi tal-Belt, il-Pirjol tal-Karmnu, l-Arċipriet ta’ San Pawl u l-Kappillani ta’ San Duminku u Santu Wistin u ż-żewġ baned tal-Belt. F’din il-laqgħa ġie spjegat il-ħsieb talFondazzjoni għall-Festa l-Kbira u x’kienet qed tistenna l-Fondazzjoni mill-għaqdiet. Kulħadd qabel ma’ din il-proposta u kulħadd kien ħerqan
178
Festa Madonna tal-Karmnu
VALLETTA 2018
biex din il-ħolma ta’ ħafna Beltin issir realtà. Bejn Settembru 2017 u Marzu 2018 saru diversi laqgħat sabiex jiġu diskussi l-programm talattività, x’armar kien se jintrama, f’liema ordni kienu se jimxu l-vari u diversi affarijiet oħra relatati mal-loġistika fejn dehret il-koperazzjoni bejn kulħadd biex il-Festa tirnexxi. Kien miftiehem li Triq ir-Repubblika tinqasam bejn l-erba’ festi u tintrama bil-pavaljuni prinċipali li jintramaw fl-istess triq filwaqt li t-toroq l-oħra minn fejn se jgħaddu l-vari u toroq jintramaw ukoll bil-pavaljuni. Il-ġimgħa ta’ wara l-Għid il-Kbir kienet diġà ġimgħa importanti ħafna għas-Santwarju fejn wara li bejn Ottubru 2017 u Marzu 2018 sar ixxogħol fuq il-pavimentar il-ġdid tas-Santwarju fit-2 ta’ April ġie inawgurat il-pavimentar filwaqt li fl-4 ta’ April ġie kkonsagrat is-Santwarju mill-Arċisqof ta’ Malta Mons. Charles Scicluna. Flimkien ma’ dawn il-festi tal-Konsagrazzjoni tal-knisja din il-ġimgħa kompliet tkun iktar speċjali bil-Festa l-Kbira.
Fis-6 ta’ April iż-żewġ baned ewlenin tal-Belt Valletta, il-Banda La Valette u l-Banda King’s Own ħadu sehem f’marċ li telaq minn Pjazza Ħelsien sa Pjazza San Ġorġ fejn fi Triq ir-Repubblika ndaqqu diversi marċi popolari. Fid-9.00 p.m. beda kunċert konġunt bejn iż-żewġ baned fuq palk fi Pjazza San Ġorġ fejn indaqqu diversi
biċċiet tal-mużika differenti. Waqt l-attività kien hemm diskorsi mid-Direttur Eżekuttiv talFondazzjoni Catherine Tabone, miċ-Chairman tal-Fondazzjoni Jason Micallef, milll-Ministru Owen Bonnici u s-Segretarju Parlamentari Deo Debattista. Wara dawn id-diskorsi l-erba’ baned li ħadu sehem fil-Festa l-Kbira ngħataw standard tal-Fondazzjoni Valletta 2018 filwaqt li l-għaqdiet u l-mexxejja spiritwali tal-knejjes ngħataw plakka tal-okkażjoni. L-għada is-Sibt 7 ta’ April fil-5.00 p.m. flerba’ knejjes saret quddiesa animata millkor. Għal ħabta tas-6.00 p.m. bdew joħorġu l-purċissjonijiet mill-erba’ knejjes. Il-purċissjoni mis-Santwarju tal-Madonna tal-Karmnu kellha s-sehem tal-fratelli mill-Fratellanza tal-Madonna tal-Karmnu filwaqt li kienet mmexxija mill-Pirjol P. Alex Scerri bir-relikwija. Hekk kif il-vara waslet ħdejn il-bieb ta’ barra tas-Santwarju ntlaqgħet biċ-ċapċip ta’ dawk preżenti filwaqt li l-Banda Queen Victoria tażŻurrieq daqqet l-innu Fjur tal-Karmelu. Il-vara devota tal-Madonna tal-Karmnu daret għal Triq it-Teatru u telgħet għal Triq l-Ifran u daret għal Triq l-Arċisqof. Hekk kif il-vara tal-Madonna talKarmnu waslet fi Pjazza San Ġorġ ntlaqgħet miċċapċip tal-folla preżenti. Wara li l-vari kollha tpoġġew viċin xulxin quddiem il-Palazz talPresident. Sar mument ta’ talb immexxi minn Monsinjur Arċisqof Charles J. Scicluna u wara erbat itfal mill-festi rispettivi qalu talba. F’isem is-Santwarju tal-Madonna tal-Karmnu qrat ittalba Michea Zammit. Wara l-mument ta’ talb il-Pirjol flimkien mal-Arċipriet u l-Kappillani ppreżentaw bukkett tal-fjuri lill-vari l-oħra. Dan kien mument speċjali fejn dehret l-għaqda bejn il-festi tal-Belt.
Għal ħabta tat-8.00 p.m. kompliet l-purċissjoni billi l-vari bdew joħorġu minn Pjazza San Ġorġ għal Pjazza Ħelsien bl-ewwel vara li toħroġ mill-pjazza tkun dik ta’ San Pawl bil-banda La Valette warajha. Warajha kien hemm il-vara ta’ Santu Wistin bil-banda Beland taż-Żejtun filwaqt li wara mxiet il-vara ta’ San Duminku bil-banda tal-King’s Own u fl-aħħar il-vara talMadonna tal-Karmnu bil-banda Queen Victoria taż-Żurrieq. Matul triq ir-Repubblika ndaqqu diversi marċi li allegraw lil dawk preżenti.
Il-vari waslu kollha quddiem il-bini talParlament fi Pjazza Ħelsien. Wara l-vari telqu għall-knejjes tagħhom. Il-vara tal-Madonna talKarmnu għaddiet minn Triq ir-Repubblika u wara niżlet għal Triq it-Teatru l-Antik fejn daħlet fis-Santwarju tagħha u ġiet milqugħa bid-daqq tal-Flos Carmeli. Ix-xahar ta’ April kien xahar importanti ħafna għal kull min għandu għall-qalbu s-Santwarju u l-Madonna tal-Karmnu hekk kif se jiġi mfakkar għall-inawgurazzjoni tal-pavimentar, ilKonsagrazzjoni tal-Knisja kif ukoll l-avveniment fejn l-erba’ vari tal-Belt ħadu sehem f’purċissjoni waħda li kompliet għaqqdet l-erba’ festi flimkien.
Ringrazzjament imur lejn il-Fondazzjoni Valletta 2018 b’mod speċjali lil Pawlu Mizzi u Christopher Cassar flimkien ma’ grupp kbir ta’ nies li kienu involuti fl-organizzazzjoni ta’ din il-festa, l-għaqdiet tal-Armar tal-Belt li armaw il-Belt bl-armar sabiħ li kompla sebbaħ dan l-avveniment lit-tliet Parroċċi li flimkien malkomunità tas-Santwarju aċċettaw li jinħarġu l-vari, lir-reffiegħa kif ukoll liż-żewġ baned talBelt flimkien maż-żewġ baned l-oħra li ħadu sehem f’dan l-avveniment.
Festa Madonna tal-Karmnu
VALLETTA 2018
179
Is-Sibt 7 t’April 2018 - Il-Festa l-Kbira - Saret Quddiesa u wara purċissjoni bl-istatwa tal-Madonna tal-Karmnu mat-toroq tal-Belt Valletta, li ngħaqdet mat-tliet statwi l-oħra tal-Belt Valletta.
Il-Ħadd 8 ta’ April 2018 – Lejla ta’ Radd il-Ħajr Kunċert mtella’ mill-Valletta Ensemble taħt id-direzzjoni ta’ Valhmor Montfort u żewġ soprani Hannah Bonnici u Mikaela Agius.
Diskors tal-Konsagrazzjoni Patri Alex M.Scerri O.Carm. Pirjol u Rettur tas-Santwarju
Dan hu l-Jum li għamel il-Mulej. Ħa nifirħu u nithennew fih.
Eċċellenza reverendissima Mons. Arċisqof, Eċċellenzi Isqfijiet, ħuti saċerdoti u reliġjużi, mistednin distinti, u devoti karmelitani. F’dan il-ferħ tal-Għid, imxerred ma’ kullimkien fid-dinja, illum f’din l-okkażjoni unika u speċjali, joqgħod tant tajjeb fuq fommi, il-kliem tasSalmista – ‘Fraħt meta qaluli sejrin f’dar ilMulej’. Kien nhar il-15 ta’ Lulju tal-1881 meta dakinhar l-Isqof ta’ Malta Mons. Arċisqof Carmelo Scicluna f’isem il-Karmelitani u l-poplu ta’ dawn il-gżejjer inkuruna xbieha għażiża tal-Madonna tal-Karmnu. Illum 4 ta’ April l-Ewwel Erbgħa talUdjenza tal-Madonna tal-Karmnu, f’din il-ġurnata għandna lilek għażiż Mons. Arcisqof li kunjomok Scicluna wkoll u ismek hu intenzjonat li jkun għall-Madonna tal-Karmnu, bħallpredeċessur tiegħek Carmelo Scicluna, li Int Missier, wettaqt ix-xewqa u l-ħolma illi aħna nikkonsagraw dan il-post qaddis lil Alla l-imbierek biex ikun Tiegħu u Tiegħu biss.
182
Festa Madonna tal-Karmnu
VALLETTA 2018
Inħoss li, illum mhux dan il-ġebel biss tajnieh lil Alla iżda wkoll is-sagrifiċċji, il-ħidma, it-taqtigħ il-qalb, l-għejja u l-uġigħ ta’ tant u tant reliġjużi ħuti karmelitani u voluntiera li fuq fommhom jista’ joqgħod ukoll tant tajjeb il-kliem tasSalmista – ‘Il-ħeġġa għal Darek fnietni’.
U tassew, għax mal-mixja ta’ 60 sena ta’ storja minn mindu tqiegħdet l-ewwel ġebla ta’ dan it-Tempju, li kieku ma kinitx il-ħeġġa ta’ tant reliġjużi qaddisa u kawtiela li flimkien ma’ ħafna voluntiera ħabrieka u benefatturi ġenerużi, żgur li ma konniex naslu għal dan il-mument hekk sabiħ, li qed niċċelebraw illum.
F’mument bħal dan, inħossni nkun qed nonqos jekk ma nsemmix lil ħuti Karmelitani ħafna
minnhom ukoll predeċessuri tiegħi bħala pirjoli li sa mill-1958 sal-lum ħadmu u stinkaw biex sebbħu dan it-tempju sa ma wassluh għattmiem tax-xogħol tiegħu.
Qed nirreferi għal P. Anselmu Chircop, P. Romeo Grech, P. Franco Falzon, P. Pier Tumas Gatt, P. Stiefnu Bezzina, P. Giljan Calleja, P. Victor Schembri, P. Marcellin Scicluna u P. Martin Schembri li flimkien ma’ tant u tant reliġjużi oħra Karmelitani li ħadmu u stinkaw għal dan it-tempju matul dawn is-snin. Għalhekk, ir-radd ta’ ħajr tagħna llum imur lil dawn ir-reliġjużi ħabrieka li f’dan it-tempju raw it-Tron glorjuż tal-Verġni Marija tal-Għolja talKarmelu, il-post fejn flimkien mas-sagrifiċċju dejjiemi ta’ Kristu fuq l-altar, Marija xerrdet u għadha xxerred bosta grazzji lil min bis-sinċerità kollha jitlobha bil-ħniena. Għaddew sittin sena, 60 sena li matulhom dan it-tempju ssebbaħ bl-isbaħ opri li jixraqlu għax hu d-DAR TA’ ALLA U L-BIEB TAS-SEMA, għax kull min jidħol fih, jidħol biex iqim lil Alla. U llum mal-inċens ifuħ li jimla dan it-tempju, jitla’ wkoll ir-radd ta’ ħajr tagħna lil Alla, biex hekk Alla l-Missier jilqa’ bil-qalb is-sagrifiċċju li noffrulu kuljum minn dan il-maqdes.
Minn qalbi nixtieq nirringrazzja lill-għażiż Provinċjal tagħna P. Alexander Vella u l-kunsill tiegħu tal-għajnuna kbira li tana biex stajna nagħlqu dan il-bini majestuż permezz ta’ dan il-paviment li għadna kemm żanżanna din ilġimgħa, kif ukoll lil ħuti kollha tal-Provinċja Karmelitana Maltija filwaqt li din is-sena aħna qed niċċelebraw is-600 sena ta’ preżenza tagħna f’Malta. Nirringrazzja wkoll lill-benefaturi kollha ta’ dan is-Santwarju u lil dawk kollha, bla ma nsemmi ismijiet li bil-ħidma tagħhom għinu biex stajna lestejna fil-ħin għal din il-ġurnata hekk sabiħa.
Ilqa’, O Alla dan it-Tempju ddedikat lilek illum u għamel minnu għamara tiegħek u Bieb tassema fejn ilkoll nittamaw u nemmnu li minn issa għad nidħlu fl-għamara tiegħek fis-Sema biex nikkontemplaw wiċċek għal dejjem. Nitlob biex il-Verġni Marija l-Omm u l-Ġmiel tal-Karmelu tkompli timxi magħna l-mixja ta’ ħajjitna kif dejjem għamlet, biex tgħinna ninbnew verament f’tempju ħaj fejn jgħammar Alla. II-Madonna tal-Karmnu tberikna u żommna taħt il-mant tagħha. Grazzi u prosit lil kulħadd!
Is-Santwarju l-Ġdid fil-festa fil-bidu tassnin 80. Jidher għadu għaddej ix-xogħol ta’ kostruzzjoni fil-Kor tasSantwarju
Festa Madonna tal-Karmnu
VALLETTA 2018
183
Attivitajiet tas-Sena 2017-2018
12 ta’ Lulju 2017 – Kunċert imtella’ mill-Valletta Ensemble u l-Kor Vokafest organizzat mill-Fratellanza tal-Madonna tal-Karmnu.
23 ta’ Lulju 2017 – Il-Komunità Karmelitana tal-Belt Valletta u l-Arċikonfratenità ta’ San Ġużepp jieħu sehem fil-purċissjoni ta’ San Ġużepp tal-Imsida f’għeluq mill-150 sena Parroċċa.
24 ta’ Diċembru 2017 – Il-Quddiesa ta’ Nofsillejl tal-Milied saret fil-Katidral Anglikan ta’ San Pawl minħabba li s-Santwarju kien magħluq minħabba li kien qed isir l-irħam tal-art.
18 ta’ Marzu 2018 – L-Istatwa ta’ San Ġużepp tal-Imsida għaddiet minn quddiem is-Santwarju tal-Madonna tal-Karmnu qabel ittieħdet lura lejn il-Parroċċa tal-Imsida bil-baħar.
L-omelija tal-Arċisqof Charles J. Scicluna L-Eċċellenza Tiegħu Mons. Charles J. Scicluna
Iż-żewġ dixxipli dakinhar tal-ewwel jum talġimgħa, telqu minn Ġerusalemm imnikkta. Niket, bluha u ebusija tal-qalb huma sentimenti li kienu qegħdin itaqqlu lil Kleofa u lil sieħbu. Kienu raw lil Ġesù jmut fuq is-salib, kienu wkoll semgħu blaħbar tal-irxoxt tiegħu, imma kien hemm xi ħaġa li ttaqqalhom, kien hemm għamat fuq qalbhom u ddeċidew li jitilqu minn Ġerusalemm u jmorru lejn ir-raħal ta’ Għemmaws.
Ġesù jissieħeb magħhom, ma jitlaqhomx. Jissieħeb fit-triq tagħhom u jipprova jiskopri r-raġuni tanniket u tal-qalb imnikkta tagħhom. “X’intom tgħidu bejnietkom intom u miexja?” (Lq 24, 17). Huma jgħidulu: “Inti l-barrani f’Ġerusalemm, inti dak li mhux wieħed minna ma tafx x’ġara’?” (ara v. 18). U jispjegawlu l-esperjenza trawmatika li kienu għaddew minna u l-konfużjoni li ħassew meta n-nisa ġew jgħidu: ‘Ħasduna li l-katavru ta’ Ġesù ma sabuhx, li ltaqgħu ma’ xi anġli u qalulhom li hu ħaj’ (ara vv. 22-23). Donnu din l-aħbar, minflok timliehom bil-ferħ, tikkumplikalhom ħajjithom. U l-Mulej jipprova b’paċenzja kbira jispjegalhom li l-Messija kellu jbati u “hekk jidħol fil-glorja tiegħu” (v. 26). Beda jispjegalhom l-Iskrittura; “beda minn Mosè u l-profeti, ifissrilhom kulma kien hemm fuqu” (v. 27) fil-Kotba Mqaddsa. Imma ma riedx jimponi ruħu fuqhom. Meta qorbu lejn ir-raħal fejn kienu sejrin, hu għamel tabirruħu li hu kien se jibqa’
sejjer aktar ’il bogħod. Kienu huma, imsaħħrin b’dan il-personaġġ, imħeġġin bil-kelma tiegħu, li talbuh ħerqana: “Ibqa’ magħna għax issa sar ħafna ħin u l-jum ġa wasal biex jintemm. Imbagħad daħal biex joqgħod magħhom. U waqt li kien fuq il-mejda magħhom, qabad il-ħobż, qal il-barka, qasmu, tahulhom” (vv. 28-30). Għarfuh fil-qsim tal-ħobż.
Aħna u niddedikaw dan il-maqdes lill-Mulej, nitolbu li għal kull wieħed u waħda minna, biex dan isir bħad-dar ta’ Għemmaws li fiha nagħrfu lill-Mulej fil-qsim tal-ħobż. Hawnhekk il-Mulej ifissrilna kulma kien hemm fl-Iskrittura fuqu. Hawnhekk nitolbu li aħna u nisimgħu l-Kelma tiegħu, qalbna titħeġġeġ ġewwa fina, titkebbes bl-imħabba lejh. Dan il-maqdes, biex nuża l-espressjoni feliċi ta’ San Ġwann fil-Ktieb talApokalissi, kapitlu 21: “Dan il-maqdes huwa l-għamara ta’ Alla mal-bnedmin” (Apk 21, 3). Għalhekk qegħdin niddedikawh biex mhux biss ikun kwalunkwe tempju, imma jkun l-għamara ta’ Alla, il-post li jfakkarna fil-preżenza ta’ Alla. Fit-tenaċja ta’ Ġesù li ma jitlaqniex meta aħna mnikkta, qalbna maqsuma, konfużi u diżorjentati, Ġesù, tenaċi, ma jitlaqniex, imma jissieħeb magħna. Mhux se jimponi ruħu fuqna. Qatt. Kultant jagħmel tabirruħu li se jibqa’ għaddej. Għandu bżonn li jisma’ l-karba ta’ qalbna: ‘Ibqa’ magħna, ibqa’ magħna!’
Festa Madonna tal-Karmnu
VALLETTA 2018
185
Il-mistoqsija li rridu nagħmlu llum waqt li noffru dan il-maqdes lill-Mulej hija: aħna rriduh magħna? Din l-għamara ta’ Alla mal-bnedmin hija wkoll karba li toħroġ mill-qalb Karmelitana, mill-qalb tal-belt kapitali tagħna li lill-Mulej tgħidlu: ‘Ibqa’ magħna, ibqa’ magħna’. Il-providenza riedet li din il-karba titla’ fil-mument meta l-Kapitali tagħna hija waħda miż-żewġ kapitali kulturali talEwropa. Hija karba biex il-kultura Ewropea tibqa’ ttenni l-karba li dwiet matul dawn l-2,000 sena: ‘Ibqa’ magħna, ibqa’ magħna!’. Din l-għamara ta’ Alla mal-bnedmin: “Hu jgħammar magħhom, u huma jkunu l-poplu tiegħu, u Alla nnifsu ikun magħhom, Alla tagħhom” (Apk 21, 3). Il-maqdes, iddedikat taħt it-titlu tal-Beata Verġni talKarmelu, titlu tant għażiż għalina l-Maltin u l-Għawdxin, huwa tifkira ħajja li Alla huwa magħna, li Alla huwa Għimmanu-El. Il-mistoqsija li rridu nagħmlu llum waqt li noffru dan il-maqdes lill-Mulej hija: aħna rriduh magħna? Jiena nemmen li l-preżenza tagħna llum, dan il-ġest li qegħdin nagħmlu, din illiturġija solenni, minkejja d-dgħufija tagħna, minkejja d-dnubiet tagħna, qed ngħidu ‘iva’ lill-Mulej, ‘aħna għandna bżonnok’. Biex nuża talba qasira ta’ San Ġorġ Preca: ‘Sinjur Alla, aħna għandna bżonnok, jiena għandi bżonnok’. U llum waqt li nirringrazzjawh ta’ din il-ħolma tal-aħwa Karmelitani li ilha għaddejja s-snin, seħħet! Ngħidulu, mal-Karmelitan San Ġorġ Preca: ‘Grazzi, Sinjur Alla, aħfirli, Sinjur Alla’.
186
Festa Madonna tal-Karmnu
VALLETTA 2018
Veru li hawnhekk qegħdin nammiraw l-arti talbniedem, l-arti tal-irħam, l-arti fil-ġebla Maltija, l-arkitettura, l-inġinerija, tant sintesi li tagħni u sseddaq lil dan il-maqdes, imma jkun kollox tassew fqir jekk minn hawnhekk ma jgħaddix dak li tassew huwa ta’ Ġesù: il-qawwa tal-fejqan. Niftakru fix-xhieda tal-qawmien meta Pietru u Ġwanni, lill-magħtub ta’ Ġerusalemm jgħidulu: “Fidda u deheb m’għandniex, imma dak li għandna se nagħuk: fl-Isem ta’ Ġesù Kristu ta’ Nazaret, imxi” (ara Atti 3, 6). Nitolbu li qalbna titkebbes mhux biss biddevozzjoni lejn Omm Ġesù imma wkoll li fl-iskola tagħha nitgħallmu ngħożżu l-Ewkaristija.
Minn hawnhekk, bl-interċessjoni ta’ ommu, ilMulej jgħanina bil-qawwa fil-mixja tagħna u jgħidilna: ‘Inti li magħtub minħabba dnubietek, li pparalizzat minħabba l-vizzji li waqajt fihom, taqtax qalbek, imxi, għaliex il-Mulej jaqbdek minn idek il-leminija u jqajmek’. Wara kollox, mhux ta’ b’xejn nifirħu meta jgħidulna li “sejrin ferħana f’dar il-Mulej” (S 121, 1). “Ħa ngħajtu bil-ferħ lill-blata tas-salvazzjoni tagħna” (S 94, 1) għaliex aħna b’xi mod barranin, bħalma kien Ġesù fit-triq ta’ Għemmaws, aħna paroikoi għax is-sema huwa pajjiżna. Din il-mawra tagħna ta’ ftit snin tispiċċa u tgħaddi imma għalina hemm imħejjija għamara li ma tispiċċa qatt. U dan ilmaqdes huwa rifless ta’ din l-għamara ta’ dejjem li qiegħda tistenniena. Dik l-għamara hija d-destin tagħna u hawn, f’riġlejn il-Madonna tal-Karmnu, irridu nitolbuha li bil-labtu tagħha, li huma l-virtujiet tagħha tal-umiltà, tal-karità, tal-paċenzja u talmartirju ħdejn is-salib, hi tlibbisna bil-labtu tagħha, iżżejjinna bil-virtujiet tagħha u tressaqna lejn id-destin li għalih ħalaqna Alla: id-destin tal-ġenna. Ejjew nitolbu li qalbna titkebbes mhux biss biddevozzjoni lejn Omm Ġesù, imma wkoll li fl-iskola tagħha nitgħallmu ngħożżu l-Ewkaristija li niċċelebraw
hawnhekk, li fiha l-Mulej jaqsam magħna l-Kelma u jaqsam magħna l-ħobż li huwa Ġismu u Demmu.
Aħna llum nikkonsagraw it-tnax-il kolonna li jżommu il-koppla maestuża ta’ dan it-tempju. Huma t-tnax-il kolonna li jfakkruna fit-tnax-il tribu ta’ Iżrael, ifakkruna fit-tnax-il appostlu tal-Mulej, ifakkruna fl-erbat irjiħat tad-dinja u fl-irjieħ minuri, ifakkruna li mill-qalba ta’ dan is-santwarju, mill-qalba ta’ din il-bażilika santwarju ddedikata lill-Madonna tal-Karmnu, trid toħroġ qawwa ta’ devozzjoni li tfakkarna filkliem ta’ Marija: “Agħmlu kulma jgħidilkom Ibni Ġesù” (ara Ġw 2, 5). Nitolbuk, Sidtna Marija tal-Karmelu, li tieqaf magħna, aħna u niddedikaw lil Alla dan ilmaqdes bit-titlu tiegħek, inti li inti Omm l-Iben, Bint il-Missier, Għarusa tal-Ispirtu s-Santu.
Nifirħulek, O Marija, u nitolbuk tidħol għalina, int li inti l-Fjur tal-Karmelu, inti li inti l-għaxqa ta’ qalbna, u kull l-ewwel Erbgħa tal-Udjenza nibqgħu niftakru f’dan il-jum u f’dawk kollha li matul is-sekli ġew hawnhekk, kemm filmaqdes l-antik u issa f’dan il-ġdid biex jiftakru li inti l-Omm tal-Qawmien kif inti wkoll l-Omm Addolorata, li inti l-Omm tat-Tama li tagħtina l-faraġ u l-konsolazzjoni meta aħna mnikktin.
O Marija, bierek lill-gżejjer tagħna, ressaqna dejjem iżjed lejn Ġesù, u inti, O Mulej Ġesù, tabbandunaniex meta qalbna tkun imnikkta u għajnejna mtaqqlin jew bin-ngħas jew bil-bluha, fakkarna fil-Kelma ħanina tiegħek, għarrafna l-ħniena tiegħek fil-qsim tal-ħobż. Santwarju tal-Madonna tal-Karmnu, il-Belt Valletta 4 ta’ April 2018
Il-Ħajja fis-Santwarju
Ġew ippreżentati lill-Madonna tal-Karmnu: Carmen Agius, Ella Camilleri, Julian Attard, Martina Said, Matthew Said, Luca Busutill, Jordey Mifsud, Andrea Buttigieg, Michael Anthony Bugeja.
Ħallew din il-ħajja:
M'Rosaria Gauci, Carmelo (Nenu) Borg, Rosa Maria Saliba, Louis Bonello, Carmelina Rapinett, Vanna Borg, Emanuele Miceli, M'Dolores Curmi, Carmel Farrugia.
Festa Madonna tal-Karmnu
VALLETTA 2018
187
188
Festa Madonna tal-Karmnu
VALLETTA 2018
Il-vara tal-Karmnu mdawra bid-devoti waqt il-lejl Karmelitan fuq il-Fosos nhar l-1 ta’ Lulju 1951
Santwarju Bażilika Madonna tal-Karmnu Minn Qalbna Għal Fommna B’Tifkira tal-Konsagrazzjoni tal-Knisja u l-Inawgurazzjoni tal-Paviment tal‑Irħam Charles Coleiro Il-lejla x-xemx hawn niżlet tgħammar fostna u d-dija ħierġa ddawwal kullimkien. Fuq l-art miksija, il-ġmiel minn tal-Karmelu tnaqqax fl-irħam biex jibqa’ tul iż-żmien.
Kemm toħroġ b’għożża llum l-għajta minn qalbna bir-radd il-ħajr għall-ħolma mwettqa f’ġenna kemm tixgħel qalbna b’din il-ġrajja mbierka sagra sa fl-aħħar, wara snin tistenna, Il-lejla l-ferħ minn fuq l-uċuħ ferħana ifiġġ bla kliem ’ma jixhed elf tifsira kull demgħa l-lejla ġġelben fuq ħaddejna, jixhed l-imħabba l-poplu ta’ dil-Gżira. Kemm hi qawwija l-għajta, toħroġ ħielsa fil-hemm u n-niket u l-inkwiet tal-ħajja lilek, Madonna nfittxu f’das-Santwarju fejn ilek magħna thenni l-isbaħ ġrajja.
Ibqa’ Madonna, tħalli qatt ninfirdu mill-għotja mqaddsa, l-istess libsa tiegħek. Saħħaħ twemminna l-fidi u t-tradizzjoni żommna fimkien, familja mħaddna miegħek.
Ibqa’ ħarisna, f’dawn il-Gżejjer tagħna ifrex il-mant tal-kenn, begħdna mid-dnewwa reġġa’ l-fejqan fir-ruħ u l-ġisem dgħajjef uri bħal dejjem it-tagħlim tas-sewwa. Bierek dil-Belt, fl-Ewropa bl-ogħla ġieħ dis-sena u għalli ġej, bi żmien sabiħ ! 2 ta’ Frar 2018
Għax inti magħna, bħal ulied infittxu il-kenn u s-satra, l-għożża madwar ommna b’ismek “tal-Karmnu” toħroġ karba u ħniena tnehid mill-qalb imqiegħed għal fuq fommna. Hawn ġejna ħdejk mill-bliet u mill-irħula fid-dar fejn tgħammar int, f’din il-belt tagħna żmien ilu, għarafnik, il-poplu tkellem tak l-aqwa ġieħ b’kuruna ta’ sultana.
Festa Madonna tal-Karmnu
VALLETTA 2018
189
Il-Karmelitan Miguel Cauchi
Qalbu tħeġġeġ għall-Mulej li s-seħer tiegħu huwa biss jaf, iqum kull filgħodu jrodd radda s-salib; jilbisha u jħażżem ġenbejh biċ-ċintorin, jiftaħ it-tieqa u bil-ħsieb tal-eżerċti ma jisma’ xejn. Għall-Mulej qalbu tħeġġeġ u ubbidjenza lilU juri, fil-karba li tiġi talba, tal-qalb żgħira u safja bil-ħsieb qaddis. Biha fuqu joħroġ mill-bieb ħa jħobb lill-proxxmu bħalu nnifsu.
Tħeġġeġ qalbu għall-Mulej li f’idu ilu li ntelaq; ġie sitt mitt sena ilu biha fuqu u l-kannella tagħha baqa’ jgħum u jċafċaf fit-tibdiliet tal-ġens Malti. ‘Xandara għal Kristu’ darba naqqax fuq ġebla bajdanija imċappsa bil-ħamrija; it-tama ttih il-kuraġġa li jibqa’ miexi ’il quddiem.
190
Festa Madonna tal-Karmnu
VALLETTA 2018
Flos Carmeli Therese Pace
Mill-Għolja tal-Karmelu nstiltet warda sabiex b’riħitha tfewwaħ il-ġnien t’Alla. Sorġiet fil-Belt Valletta u f’sitt mitt sena l-effett tal-fwieħa tagħha qatt ma falla.
Dil-warda hi l-Bażil’ka, is-Santwarju. Il-fwieħa hija l-ħidma b’risq l-erwieħ taħt ħarset tiegħi l-labtu u l-kuruna w bħala Patruna, jiena ngħammar fih.
Illum ġie kkonsagrat lil Alla l-Għoli bis-slaleb mal-ħitan, f’sena speċjali. Minn dejjem kien Dar Alla u hekk ser jibqa’ iżd’issa ġie mmarkat b’mod uffiċjali.
Fl-erbgħa t’April, fis-sena li din beltkom il-ġieħ ngħatat, Benniena tal-Kultura jien ġieħ irroxx fuq l-Ordni tal-Karmelu biex jibqa’ l-mimmi t’għajn l-ulied maħtura. U fuq l-ulied li f’das-santwarju jfittxu iż-żejt għall-fjamma, jien, Marija il-grazzji rroxx, fawwara fuq fawwara sal-jum li fih niltaqgħu fit-tgawdija.
Kennuha l-fjamma, ibqgħu sħaħ fil-fidi u ċċedu qatt, lil ħadd, dat-teżor tagħkom. Ibqgħu fittxu s-sostenn li toffri l-fjura u tibqgħu ssibu lili nishar magħkom.
Festa Madonna tal-Karmnu
VALLETTA 2018
191
Il-Koppla Karmelitana
F’għeluq is-600 sena mill-miġja tal-Karmelitani f’Malta u fl-okkażjoni tal‑Konsagrazzjoni tal-Bażilka tal-Karmnu tal-Belt Valletta Dr. Carmel Mallia Koppla Karmelitana tiġbor taħtha Is-snin l’għaddew minn meta l-Patrijiet ġabu l-qawsalla tal-Karmelu fostna; dewquna tal-ħlewwiet l-isbaħ għanjiet li tferrxu madwar Malta bħal xrariet.
U palk ta’ dwal jinfetaħ biex ilaqqa’ ’il-qlub tallaba ma’ din Omm il-ġmiel, li twettaq kliem il-ħniena illi Binha isawwab minn qaddisu u mingħajr xkiel: Kelma ta’ Sid etern, dejjem ħawtiel.
F’dis-sena fejn il-Belt qed tkanta l-Innu, versi ta’ de Valette, twelid il-ħsieb, il-Koppla, mitra ta’ xewqat u tama, tgħaqqadna lkoll bħal aħwa jew bħal ħbieb. Tal-ferħ qaddis iftħulha dlonk il-bieb.
Li kieku naf inpitter, kont nitgħaxxaq nifrex il-poeżija tal-ilwien tul dan il-ftuħ saħħari b’riverenza f’dan l-għid għammiexi bogħ’d minn ħalq iż-żmien, fejn qed tifirħu intom kollha u jien.
Doqqulna, qniepen, biex tfakkruna dejjem lil din l-Omm tagħna għadha ma xebgħatx tistenna l-mixja tagħna sa quddiemha biex ta’ talbitna fis ittaffi l-għatx, Hi illi ’l Binha twieżen ma beżgħatx.
F’din Beltna, ġawhra li kuljum tistagħna, Evviva din il-Koppla Karmelitana.
U n-nies ma taqta’ qatt f’dan is-Santwarju fejn tifrex, quddiem Qalb li dejjem tħenn, id-dwejjaq u x-xewqat, tal-moħħ it-toqol, fejn żguri li se jsibu nifs il-kenn ’il bogħ’d mill-qilla ta’ kull għawġ u ġenn.
U l-ġebel tiela’ ’l fuq jaħkem f’miljietu u fi sbuħitu l-qima tal-Maltin; jingħaqad f’sinfonija ta’ sbuħija u juri l-għan ’il fejn il-qlub mexjin, sakemm jingħaqdu magħHa ferħanin.
192
Hekk l-għanja tibqa’ tidwi: “Flos Carmeli”: tisbieħ u tikber bħalma l-ward fi ġnien jiftaħ fommu mal-għodwa; bħal inċens li jfewwaħ ’il madwar u kullimkien, f’arja li ġufha jaqbad bħal nirien.
Taħt din il-koppla ġwejda, mant l-imħabba, Fejn jiddi l-Labtu li jseddaqna sħiħ, ħares, Madonna, lejn il-qlub għatxana, ressaqna lejH, tiqafx timliena bih. Fid-dlam, biżżejjed Hu: Hu il-musbieħ.
Festa Madonna tal-Karmnu
26.2.18
VALLETTA 2018
Lill-Madonna tal-Karmnu
fl-okkażjoni tad-Dedikazzjoni tas-Santwarju tagħha fil-Belt Valletta (2018) Jurgen Grima
Sa minn ilu f’din gżiritna mal-mixjiet mgħaġġla tas-snin, qimuk niesna, Omm tal-Karmnu, ’ssaħħru bik bosta Maltin.
Das-Santwarju kiber bosta f’Tempju kbir ipaxxi ’l qlub kif jixraq lil Alla, u lilek kif minn sekli kien maħsub.
Sitt mitt sena lill-Karmelu f’Malta tagħna żammejt sħiħ wisq ma’ qalbek ridtu l-labtu; bina fraħt imħarsin bih.
Int Madonna, għaxqa tagħna! Ebda kliem ma jfiehem dan, ebda vers ma jgħid biżżejjed x’kobor fik poġġa s-Setgħan!
Bqajna sħiħ mal-jiem li jgerrbu ta’ kuljum niġu f’riġlejk f’din il-medda t’art għażiża, f’das-Santwarju nogħxew ħdejk!
Għax din qalbna bik kburija, sbejħa xemx tal-Belt Maltija!
Int ilqajt it-talb bil-ħlewwa, b’ħarstek lejna dejjem bqajt. Lill-ulied Karmelitani ħnientek kbira dejjem tajt.
Qatt ma naqset tħeġġeġ qalbna o Madonna - biss għalik! Xhieda vera ta’ mħabbitna fostna ħajja tant ridniek.
Għax mhux biss minn fuq il-mappa ta’ dil-Belt mir-rebbiħin ridniek tidher, imma għad-dinja xbieha tkun mill-qawwijin.
Ibqa’ dawwar ħarstek fuqna; ibqa’ żommna miġburin; indukrana fi triqitna tul mixjietna magħqudin.
Għinna sabiex f’dal-ferħ tagħna għas-Santwarju ddedikat, imqar qatra ntuk ta’ mħabba kif tajtn’int, u ma nqast qatt!
It-Tnejn 5 ta’ Marzu 2018
Festa Madonna tal-Karmnu
VALLETTA 2018
193
Għanjet it-Tempju Ħaj Silvio Cutajar
Barra s-sies tal-belt bikrija, Xterdet l-ewwel xrara nar, Illi qabdet l-egħżeż qima, Lejn dik Sidtna bl-Iskapular.
U ġera l-poplu lejha Għal wens tagħha dejjem għatxan, Ġieh Bażilika għolla t-Tempju B’wegħdi, mħabba u talb ħerqan.
U meta il-ħakkiem bena, Tarka sfiqa għal Kristu d-din, L-istess Omm daħlet fin-nisġa Tas-swar godlin u l-qlub Beltin.
F’dawk il-waqt li ħajjen qorob, Lejn ġmiel smewwietna biex l-għelt ħatt, Riegħex fis qalb Omm il-poplu, ‘Ma għalkemm kisser, qered qatt.
Minn ġol-wied tal-Annunzjata, U qrib sew l-għar ta’ San Anard, Ġriet l-imħabba, xegħlet Malta, Ħafnet il-qlub ta’ dina l-art.
Fis-siegħa li l-poplu għażel, Lilha ried biex tkun sultana, U b’kuruna mar żejjinha Xehed qawwet din l-Omm setgħana.
Min iss’aktar seta’ jitfi Jew qatt joftom minn mal-Mandraġġ Il-ħlewwa tal-Labtu mqaddes Li dlonk fil-faqar tat kuraġġ?
Wara l-gwerra tassew ħarxa, L-poplu lejha tant baqa’ jdur, Ried jibnilha tempju akbar ’l qċaċet beltna jofroq b’unur.
U festa kien jixirqilha, Minn dik xirket l-iben fratell, Biex nhar kull sittax ta’ Lulju, L-Belt titbierek bl-aqwa ġojjell.
X’kien jonqos issa lit-tempju, Mhux li jikseb ġo fih kull ġmiel? Deheb, tinqix, kwadri u tribuna, Rħam, relikwi tal-ġenna l-ħjiel.
Talb semgħet quddiem il-Kwadru, Ma’ Ag’ta, Xmuni u l-Bambin, Bil-ħlewwa li tixref f’wiċċha, Il-ħsus fehmet f’qlub misturin.
194
Festa Madonna tal-Karmnu
VALLETTA 2018
Hekk kif il-koppla issawret, Bi ġmielha mill-Kapitali, Żejnet kull xefaq ta’ Malta, T’artna binja prinċipali.
Meta mbagħad il-waqt kien wasal, Ta’ minn qalbu l-poplu l-għotjiet, Sabiex art il-maqdes żejjen Bl-aqwa lwien ta’ rħamijiet.
Ejja Omm sebbaħ it-toroq, Jlellex ġmielek fostna l-Beltin, Dewwi l-qlub, fejjaq il-ġrieħi, Żomm taħt mantarek lill-Maltin.
U s-Sinjura kellha toħroġ, Għax f’din is-sena tat-tmintax, Kif qatt jista’ fil-Kapitali Ir-Reġina ma titfaċċax?
Viva ngħidu b’vuċi soda, B’qalb u rieda tant felħana, Viva l-Belt li ħabbet ’l Ommha Viva Malta … Karmelitana.
Hekk it-Tempju kien biss jonqsu ’l Alla jiġi kkonfermat B’żejt l-Ispirtu, qalb il-poplu, It-Tempju ħaj, ikkonsagrat.
U INT l-isbaħ, l-aqwa, l-oħla, Ġmiel u omm l-Ordni Karmelitan, Għożżet Malta, għal sitt mitt sena, B’dak il-Labtu għelm tant setgħan.
26.02.2018
Festa Madonna tal-Karmnu
VALLETTA 2018
195
Min irreklama f’din il-pubblikazzjoni
67 Kapitali......................................................................................... 130 Aaron's Kitchen.................................................................................. 98 Agius Manuel................................................................................... 172 Anglo Maltese League..................................................................... 20 Asti Brasserie...................................................................................... 14 Best Print Co. Ltd.............................................................................. 15 Borg & Aquilina Limited............................................. inside front BOV......................................................................................................... 70 Cadena Restaurant........................................................................... 23 Café Capitolino................................................................................... 14 Café Leone......................................................................................... 168 Carcass................................................................................................... 98 Casa Asti................................................................................................ 14 Casa Ellul.................................................................................................6 Centro Bagno...................................................................................... 26 City Lounge Steakhouse................................................................. 34 Cockney's Bar & Restaurant......................................................... 19 Croce Bonaci ...................................................................................... 39 D’Office bistro..................................................................................... 11 D#25....................................................................................................... 26 De Robertis.............................................................................................8 Dolceria Barigozzi............................................................................ 67 Dolceria Clyde..................................................................................... 78 E. Theuma & Company Ltd........................................................... 39 Eddie’s Café Regina....................................................................... 126 Ella’s Mini Market............................................................................. 80 Europa Tours...................................................................................... 66 Floreal.................................................................................................... 35 Food Box............................................................................................... 78 Frans – All Seasons........................................................................... 10 Gasan Mamo Insurance Ltd.......................................................... 38 George Zammit & Sons......................................................................5 Helen's Kitchen............................................................................... 110 HSBC..........................................................................................................4 Hypnos Vitafoam............................................................................... 20 Il Teatro.............................................................................................. 106 J.L.S. Stoneworks............................................................................... 60 Jewel Box.............................................................................................. 26 K & Co Limited................................................................................ 102 Kantina.................................................................................................. 20 KG Store................................................................................................. 35 L-Angolo Souvenir Shop....................................................................8
196
Festa Madonna tal-Karmnu
VALLETTA 2018
Lancet Salon........................................................................................ 59 Larry's Bistro................................................................................... 169 Le 3 Sorelle....................................................................................... 125 Little Paws Pet Shop........................................................................ 74 Lombard Bank Malta p.l.c.............................................................. 22 Lourdes Opticians...........................................................inside back Luciano.....................................................................................................6 Mandraggio.......................................................................................... 35 Mario Carabott Ltd........................................................................ 143 Micallef Joe Travel............................................................................. 14 Miceli Store.......................................................................................... 80 Mrs. Jones............................................................................................. 99 Musuem Café....................................................................................... 60 Neriku Catering............................................................................... 110 Old Bakery's Kitchen....................................................................... 10 Palazzo Preca................................................................................... 151 Papannis............................................................................................ 135 Petrolea.............................................................................................. 131 Photocity..................................................................................................6 Pizza Pritt............................................................................................. 99 Portelli Rubber Stamps............................................................... 151 Porticello.............................................................................................. 66 Rampila................................................................................................. 11 Ranieri......................................................................................................8 Ritchie.................................................................................................... 80 Rubino Confectionery..................................................................... 60 San Giovanni........................................................................................ 23 San Paolo Naufrago.......................................................................... 74 Sicilia Bar & Restaurant....................................................................5 Soap Box............................................................................................... 78 Sphinx Pastizzeria............................................................................ 10 Str.Eat Café........................................................................................ 150 Tal-Ħwawar......................................................................................... 26 Tango................................................................................................... 118 The Albion Stores.............................................................................. 59 The Collection..................................................................................... 29 The Undercraft Café......................................................................... 18 The Wooden Box............................................................................ 101 Tottenham Hotspur Supporters Club....................................... 19 Trafalgar................................................................................................ 19 Vigo......................................................................................................... 46 Zizka Kitchen...................................................................................... 81
Pic ck a Flavour. Take a Minute.
Various exquisit te flavour rs to suit t yo our tas ste! Fr Fr ru uit t Inf In In nf fusi us o us on ns
Bl la ack Te Tea T ea
Oriental Spices O Colada
Almond Cream
Honey & Lemon
He Her H e er rba bal bal al Inf n usions o s on
English Breakfast
Earl Grey Camomile
Orange & Vanilla
Gre reen Tea ree
Peach
Dream of Fruit
Peach
Mint
Strawberry Yogurt & Cream
Green Tea
Lemon
Fennel
i
Programm tal Festi Solenni
Programm tal-Festi Solenni Madonna tal-Karmnu Valletta 2018
VALLETTA
Madonna tal-Karmnu 2018