Programm tal-Festa Madonna tal-Karmnu Valletta 2021

Page 1

Programm tal-Festi Solenni

Madonna tal-Karmnu Valletta 2021



Dan il-Ktieb huwa maħruġ mill-Komunità Karmelitana u l-Għaqda Festa Madonna talKarmnu - Valletta Bord Editorjali: P. Alex Scerri O. Carm, Christian Pace, Carl Farrugia, Yendrick Cioffi Qari tal-Provi: Carl Farrugia

Ritratti: George Farrugia, Christian Pace, Carl Farrugia, Franco Aloisio, Atelier del Restauro Ġbir ta’ Riklami: Ryan Catania

Website: www.karmelitanivalletta.org Facebook: Festa Madonna tal-Karmnu Valletta Carmelite Priory - Valletta Issettjat: Carl Farrugia Stampat:

Werrej

Marija Verġni, Omm il-Karmelu.........................................................................2

Il-Madonna tal-Karmnu tidderiġina u turina t-triq...................................3 Madonna tal-Karmnu Ħarisna!..........................................................................4

Il-Patrijiet Karmelitani fil-Belt Valletta

lejn tmiem is-Seklu Sittax.....................................................................................5

L-Antifoni tal-Madonna tal-Karmnu.............................................................11 Il-Festa tal-Madonna tal-Karmnu fil-Belt ta’ Messina...........................20 Programm tal-Festi Solenni Madonna tal-Karmnu,

il-Belt Valletta 2021.............................................................................................23 Sena diffiċli imma b'ħidma kbira mill-qalb................................................29 Niċċa Ġdida għall-Istatwa ta’ San Ġużepp..................................................32

Sena ta ħidma mill-Fratellanza tal-Madonna tal-Karmnu...................35 The Conservation Project of the Statue of Our Lady of

Mount Carmel.........................................................................................................36

L-Omelija tal-Funeral ta' Patri Feliċjan Bezzina O. Carm.....................40 It-Tribuna Papali ta' Cellini...............................................................................43 Il-Festa tal-Madonna tal-Karmnu f’Ħaifa, l-Iżrael...................................48 Xbiehat fis-Santwarju u fil-Kunvent tal-Karmnu tal-Belt

ta’ Sant’ Anġlu ta’ Sqallija...................................................................................51 Mill-Ħajja fis-Santwarju.....................................................................................54 Il-Madonna tal-Karmnu......................................................................................55

Żurrieq Road, Qrendi Tel: 21 680 789

Attivitajiet tas-Sena 2020 – 2021...................................................................56

Il-faċċata tal-Qoxra ta’ Quddiem: Il-ħruġ tal-Pellegrinaġġ tas-sena 2020

Il-faċċata tal-Qoxra ta’ Wara: L-Ostensorju l-Qadim li kien jintuża fil-Festa tal-Madonna tal-Karmnu


Marija Verġni, Omm il-Karmelu Patri Joseph Saliba O. Carm Pirjol Provinċjali

“Marija, imdella mill-Ispirtu ta’ Alla, hija l-Verġni ta’ qalb ġdida, li tagħti wiċċ uman lill-Kelma magħmula bniedem. Hija l-Verġni li tisma’ bilgħaqal u tikkontempla, li tgħożż u taħseb f’qalbha fuq il-ġrajjiet u l-kliem tal-Mulej.” Dan huwa l-ħsieb li nsibu f’wieħed mid-dokumenti importanti tal-Ordni.

Kull Karmelitan li għandu għal qalbu l-Verġni Marija tal-Karmnu u li huwa membru tal-Familja Karmelitana, sew jekk inhu reliġjuż/a, ta’ ħajja tal-klawsura jew appostolika, terzjarju/a, devot tal-Madonna talKarmnu u tal-Labtu tal-Karmnu, irid jagħraf x’inhi s-sejħa tiegħu. Marija turina kif: billi niftħu qalbna għall-Kelma ta’ Alla u naraw Alla x’qed jitlob minna llum, fil-ġrajjiet li għaddejjin minnhom.

fost il-bnedmin l-oħra: ma’ Eliżabbetta, mal-għarajjes ta’ Kana, man-nisa l-oħra u malaħwa ta’ Ġesù.

F’Marija Verġni, Omm Alla u xbieha tal-Knisja, ilKarmelitani jsibu “x-xbieha perfetta ta’ dak kollu li jixtiequ u jittamaw li jkunu fil-Knisja.” Huwa għalhekk li l-Karmelitani minn dejjem ħarsu lejn il-Madonna bħala l-Patruna tal-Ordni. Il-Karmelitani jsejħulha wkoll Omm u Ġmiel, għax dejjem żammew li l-Marija hija “l-Verġni l-aktar safja.”

Marija hija eżempju mill-aqwa għall-Karmelitani li jagħrfu li Marija tgħix f’nofshom bħala omm u oħt, attenta għall-ħtiġijiet, tistenna u tittama, tbati Il-Verġni Marija hija Omm il-Mulej, hija d-dixxiplu u tifraħ. Minnha jitgħallmu jgħixu flimkien malperfett ta’ Ġesù, l-Għerf ta’ Alla. Meta Alla xeħet id- aħwa fil-preżenza ta’ Alla. dell tiegħu fuqha, lil Marija, għallimha u ffurmaha bl-Ispirtu qaddis tiegħu biex taqra l-ħwejjeġ kbar Ommna Marija tal-Karmnu tkebbisna fil-fidi u li għamel magħha biex iġġib il-ħelsien lill-umli u tħarisna, timlina bit-tama u ssaħħaħna bl-imħabba. lill-foqra. Jalla l-festa għażiża ta’ Ommna Marija tal-Karmnu nhar is-16 ta’ Lulju tkun waħda devota bħal dejjem Marija hija l-mara tal-fidi. Hija timxi wara Ġesù u ssaħħaħ fina r-rabta ma’ din l-Omm għażiża flimkien mad-dixxipli u taqsam magħhom il-ferħ, tagħna biex narawha bħala dik li takkumpanjana id-diffikultajiet u d-dedikazzjoni ta’ din il-mixja li fil-mixja tagħna, tħarisna u tressaqna lejn Binha titlob imħabba u qadi ta’ xulxin. Ġesù. Nawgura l-festa t-tajba lill-grupp tal-armar tas-Santwarju Bażilika tal-Madonna tal-Karmnu, Hija baqgħet maġenb Ġesù sal-aħħar u kienet mal- l-Belt Valletta u nħeġġiġhom jaħdmu flimkien filewwel komunità nisranija meta rċevew l-Ispirtu ħidma biex jorganizzaw il-festa esterna, ukoll jekk s-Santu u mtlew b’ħeġġa appostolika. din is-sena, għal darb’oħra ma jistgħux isiru festi esterni. Marija hija dik li ġġorr l-Aħbar it-Tajba tassalvazzjoni lill-bnedmin kollha. Hija l-mara li Il-festa t-tajba lil kulħadd. ġġib l-għaqda kemm fost id‑dixxipli u kemm

2

Festa Madonna tal-Karmnu


Il-Madonna tal-Karmnu tidderiġina u turina t-triq Patri Alex M. Scerri O. Carm Pirjol u Rettur tas-Santwarju

Għeżiż Karmelitani,

Ix-Xahar ta’ Lulju huwa żgur xahar illi aħna lkoll li niffurmaw parti minn din il-Familja Karmelitana jerġa’ jagħtina qawwa ġdida fissejħa nisranija u Karmelitana tagħna. Dan għaliex kif ilkoll nafu fih niċċelebraw il-Festa talVerġni Marija Omm il-Karmelu nhar is-16 ta’ Lulju.

Żgur iżda mhux forsi illi dawn il-mumenti għalina fil-ħajja tagħna, jridu jkunu mumenti li fihom ngħarblu ftit il-ħajja kollha tagħna biex inkomplu ngħixu din is-sejħa li Alla għamlilna bħala wliedu u dixxipli ta’ Ibnu Ġesù Kristu, mgħejjunin bl-eżempju tal-Vergni Marija.

Il-Festa tal-Madonna tal-Karmnu li aħna ta’ kull sena niċċelebraw b’tant imħabba u qima lejn din l-Omm tagħna trid tfakkarna qabel xejn kemm tassew nirċievu għajnuna u grazzji f’ħajjitna u ta’ dan aħna rridu nroddulha ħajr...hekk bdiet ilFesta tal-Karmnu fl-Ordni Karmelitan..ta’ kull sena l-Karmelitani jduru lejn Ommhom il-Verġni Marija, il-Patruna tagħhom u jirringrazzjawha ta’ dak kollu li tagħmel magħna matul ħajjitna.

mument ta’ ħajjitna bħala dik li hija dejjem għamlet u għexet dak kollu li Alla fl-Imħabba kbira tiegħu talabha li twettaq. Bħala Karmelitani ma nistgħux tassew inkunu devoti tal-Madonna talKarmnu jekk bħala aħna wkoll ma nagħmlux dak li jitlob minna Alla u nkunu aħna wkoll nies ta’ fidi!

Il-Verġni Marija Omm il-Karmelu tgħallimna bil-ħajja kollha tagħha kif aħna wliedha u aħwa tagħha nistgħu u għandna ngħixu u nkunu nies ta’ Fidi. Il-Fidi hija Don ta’ Alla l-imbierek li jagħtina biex dejjem iressaqna lejh u lejn l-Imħabba tieghu. Marija għalina għalhekk hija ta’ għajnuna biex bħalha nkunu nistgħu nersqu lejn Alla u jkun għalina kollox. F’isem ħuti l-patrijiet ta’ dan is-Santwarju nawguraw lil kull min ser jingħaqad magħna f’dawn il ġranet sbieħ, li ser ngħixu flmkien bħala Familja Karmelitana biex niċċelebraw festa sabiħa lill-maħbuba patruna u omm tagħna l-Madonna tal-Karmnu, li jduq il-ferħ li Alla biss jaf jagħti filħajja tagħna.

Ommna Marija l-Ġmiel tal-Karmelu timliena b’kull Dan is-Santwarju huwa xiehda ta’ dak kollu li grazzja u tressaqna dejjem lejn Binha Sidna Ġesù l-Verġni Marija tagħmel magħna..kemm huwa Kristu. bżonn li dan ikun tassew il-mottiv li aħna niġu nżuruha kull darba li niġu hawn biex nitolbuha Viva l-Madonna tal-Karmnu imma fuq kollox biex nirringrazjawha wkoll! Matul din is-sena aħna għexna flimkien dawn il-mumenti ta' qtiegħ il-qalb minħabba l-pandemija u forsi wkoll għadna qed inġorru diversi konsegwenzi li ġabet magħha kemm materjalment kif ukoll spiritwalment. Aħna rridu nħarsu lejHa f’kull

Valletta 2021

3


Madonna tal-Karmnu Ħarisna! Alfred Zammit Sindku tal-Belt Valletta

Huwa ta’ unur u pjaċir kbir għalija li għal sena oħra ġejt mistieden nikteb kelmtejn mill-Kumitat Organizzativ tal-Festa tal-Madonna tal-Karmnu li tiġi organizzata bl-akbar solennità fis-16 ta’ Lulju, fil-Belt Kapitali Valletta sabiex bħala Sindku naqsam magħkom dan il-ferħ tal-festa kif ukoll ftit ħsibijiet dwar il-komunità Beltija.

assistew ukoll l-anzjani u l-persuni l-aktar vulnerabbli fil-komunità, fejn ħadmu id f'id miegħi bħala Sindku fejn żgurajna li dawn in-nies ma jkunu nieqsa minn xejn, kif ukoll provdejna ikliet kuljum imwassla fi djarhom.

Aħna bħala Gvern Lokali wkoll komplejna bil-ħidma tagħna u assistejna lill-Komunità Karmelitana f’bosta proġetti u attivitajiet, kif ukoll lillGħaqda Festa Madonna talKarmnu li għalkemm il-festi esterni mhux ser isiru jew ser isiru f'forma ridotta xorta kompliet bil-ħidma tagħha fejn bosta żgħażagħ kienu attivi anke waqt żmien il-pandemija.

Bla dubju ta’ xejn għexna perjodu f'ħajjitna fejn sirna aktar konxji ta' kemm hi kbira l-providenza Divina, fejn għalkemm għexna pandemija li żgur ser tħalli effett fuqna għandna għalfejn inkunu grati lejn Alla l-imbierek li għal darba oħra kien ħanin magħna l-Maltin. Bosta kienu dawk li sabu kenn għand Ommna Marija taħt it-titlu talKarmelu, huwa tajjeb ħafna li aħna nirrikorru għand din l-Omm, iżda dan għandu jsir f’kull Bħala Gvern Lokali ser nibqgħu impenjati biex mument ta’ ħajjitna u mhux biss f'mument ta' naraw li l-Festi tagħna li apparti li huma uniċi jibqgħu jitkattru, kif ukoll jibqgħu jsaħħu l-identità diffikulta! Beltija, ser niżguraw li permezz tal-kumitat Festi Kienu bosta Beltin u Maltin li talbu għall- Beltin li jaqa' taħt il-kappa tal-Kunsill Lokali l-festi interċessjoni tagħha fejn għalkemm kien hemm tagħna jgawdu minn għajnuna varja li tiżgura li żmien fejn is-Santwarju bħall-knejjes kollha li ma l-ġid komuni jitqassam b’mod ugwali. kinux aċċessibli, bosta kienu dawk li rrikorrew għall-ħarsien u talbu lill-Madonna għall- Minn qalbi nixtieq ngħid grazzi lil dawk ilprotezzjoni tal-familji u l-għeżież tagħna. Anke voluntiera li jaħdmu f'dawn l-għaqdiet diversi permezz tal-media soċjali fejn permezz ta’ xbihat tal-festi rispettivi matul is-sena għall-ġid tal-festi ta' din l-Omm ħanina ħafna kienu dawk li qawwew Beltin u tal-Belt Valletta. qalbhom. Nagħlaq billi nirringrazzja lill-Pirjol u l-komunità Illum bdejna niġu lura għan-normalità grazzi għal Karmelitana tal-Belt Valletta, lill-Kumitat u diversi Ommna Marija, u nispera li bħala Nsara nibqgħu sezzjonijiet fi ħdan l-Għaqda Festa Madonna talrikonoxxenti lejn Omm Alla l-imbierek dejjem u Karmnu kif ukoll insellem lil ħuti Beltin Karmelitani u lid-devoti Beltin u Maltin ta’ din l-Omm hekk mhux biss fil-mument ta’ bżonn! ħanina. Ta’ min isemmi l-ħidma kontinwa tal-Pirjol Fr Alex Scerri O.Carm u l-komunità Karmelita tal-Belt Grazzi Madonna, Ħarisna Madonna. kollha fejn baqgħu jassistu b’kull mod possibbli lill-Komunità Nisranija Beltija, fejn baqgħu Viva l-Madonna tal-Karmnu. jwasslu l-kelma ta’ Sidna Ġesù Kristu u saħansitra

4 4 Festa FestaMadonna Madonnatal-Karmnu tal-Karmnu


Il-Patrijiet Karmelitani fil-Belt Valletta lejn tmiem is-Seklu Sittax Il-Knisja tal-Parroċċa tal-Belt il-Ġdida Fabian Mangion

Is-sena għoxrin tat-tieni millennju hija waħda memorabbi ferm għall-Provinċja Karmelitana Maltija. Iżda, fuq kollox, hija waħda mhix bħalloħrajn għall-knisja u l-kunvent tal-Belt Valletta. Dan għaliex is-sena l-oħra ħabat għeluq l-erba’ mija u ħamsin sena tat-twaqqif ta’ din il-knisja u kunvent u allura erba’ sekli u nofs tal-preżenza talPatrijiet Karmelitani fil-Kapitali.

Patri Ġlormu Cassar, Pirjol tal-Kunvent ta’ Santa Marija Annunzjata, Malti, u Patri Perichonus talOrdni Karmelitan.5

Mill-kunvent tal-Lunzjata l-Qadima, il-Patrijiet Karmelitani tferrxu fil-Belt Valletta (1570), filBirgu (1580) suppress fis-sena 1653 mill-Papa Innoċenzo X għax ma kellux renti biżżejjed għallgħijxien tal-patrijiet, fl-Imdina (1659), f’San Il-Karmelitani f’Malta Ġiljan (1890), f’Santa Venera (Misraħ - 1913), L-ewwel Patrijiet Karmelitani ġew Malta fis-sena fil-Fgura (1945), fi Fleur-de-Lys (1949), u Santa 1418, u dan sar b’riħet it-testment tas-Sinjura Venera (Triq il-Parroċċa - 1980). Fis-sena 1949 Margarita D’Aragona di Pellegrino. il-Provinċja Karmelitana Maltija firxet il-ħidma missjunarja tagħha fil-Peru u fis-sena 1956 filIs-Sinjura Margarita, nobbli ġejja mill-familja rjali Bolivja.6 ta’ Aragona, Spanja, armla ta’ Giacomo Pellegrino, fil-5 ta’ Ġunju 1418, billi kienet marida, għamlet Il-Karmelitani fil-Belt Valletta it-testment tagħha quddiem in-Nutar Antonio Wara l-Assedju l-Kbir tal-1565, il-Gran Mastru Azzopardo. F’dan it-testment, filwaqt li ħalliet ħafna Ġwann de la Valette ħaseb biex bla telf ta’ żmien legati piji, ħalliet ukoll “il-knisja ta’ Santa Marija jibni belt-fortizza għall-ħarsien ta’ Malta minn Annunzjata li bnejt mill-ġdid fl-inħawi magħrufa xi ħbit ieħor tat-Torok. Din kienet il-Belt Valletta. ta’ San Leonard. . . . Irrid ukoll u nikkmanda li Fit-28 ta’ Marzu 1566 tqiegħdet l-ewwel ġebla u l-imsemmija knisja, flimkien mal-beni mħollija eluf ta’ ħaddiema, Maltin u barranin, ħadmu bla lilha fil-legat ta’ hawn fuq, tiġi mogħtija mill- mistrieħ biex jibnu s-swar. Billi ried li jinbeda esekuturi hawn taħt imsemmija flimkien mal- wkoll il-bini tad-djar, il-Gran Mastru Pietru del Venerabbli Dun Cataldo1 lil dik ir-Reliġjon jew Monte, suċċessur tal-Gran Mastru La Vallette, fit-3 ta’ Frar 1569, waqqaf kummissjoni biex, flimkien Ordni li jridu huma u jidhrilhom l-aħjar.”2 mal-ajjutant tiegħu u l-kaptan Francesco Laparelli, Donna Margarita mietet ftit ġranet wara li għamlet tippjana u tqassam l-art għall-bini fil-Belt il-ġdida. it-testment li ġie ppubblikat fl-14 ta’ Ġunju bissolennità kollha mitluba u b’ordni ta’ Ruġġieru Il-Patrijiet Karmelitani, kienu ilhom li jixtiequ Pirrera, kaptan tal-Imdina. Donna Margarita ġiet jiftħu kunvent ieħor, prinċipalment għax kienu qed jikbru fin-numru u għalhekk ma kellhomx wisa’ midfuna fil-Katidral taI-Imdina.3 biżżejjed. Għalhekk, huma li tagħhom kien midħla L-eżekuturi tat-testment ta’ Donna Margarita offrew l-Gran Mastru La Valette tant li kien ta’ sikwit il-knisja tal-Lunzjata lill-Patrijiet Karmelitani fi iżur il-kunvent tagħhom tar-Rabat u li għarfu Sqallija. Il-Patrijiet Karmelitani Sqallin, li magħhom l-importanza li kien se jkollha din il-Belt ġdida, ġa kien hemm xi Maltin, aċċettawha u, wara ftit, mill-ewwel ħasbu jixtru biċċa art biex jibnu knisja ġew Malta u ħadu pussess tal-knisja tal-Lunzjata.4 u kunvent. Huma kellhom ukoll ix-xewqa li jifirxu Wara li ħadu pussess tal-knisja, il-Patrijiet l-ħidma tagħhom fost l-eluf ta’ ħaddiema li kienu Karmelitani bdew jamministrawha b’devozzjoni u jaħdmu fuq l-għolja Sciberras.7 qima kbira, barra milli kienu joħorġu jipprietkaw u jxerrdu d-devozzjoni lejn il-Madonna tal-Karmnu. Għaldaqstant, Patri Ġwann Vella, pirjol tal-Lunzjata L-ewwel Patrijiet Karmelitani li nafu bihom kienu u Vigarju Provinċjal tal-Patrijiet Karmelitani

Valletta 2021

5


jgħammru fil-Belt. Il-Ġurati tal-Università, jiġifieri l-Gvern Malti ta’ dak iż-żmien, ipprotesta kontra dan l-għemil tal-Kapitlu għax ħasbu li, billi inbniet il-Belt, il-Knisja Katidrali setgħet tiġi ttrasferita fiha.15 Il-Kapitlu kien pront wieġeb lill-Università Il-kuntratt sar fil-Belt il-ġdida Valletta, quddiem u assigura lill-ġurati li l-fehma tagħhom ma kinitx in-Nutar Plaċidu Habel fis-27 ta’ Lulju 1570 – 451 li jittrasferixxu l-Katidral mill-Imdina għall-Belt. sena ilu.8 Min-naħa tal-Ordni Ġerosolimitan kienu Iżda l-iskop kien li tinbena biss knisja li fiha jiġu preżenti Fra Kristofanu Leboullens, Fra Rajmondu amministrati s-Sagramenti.16 Fortuin, Fra Ċorġju Caccheranu, Kummissarji talistess Belt. Kien preżenti wkoll l-Arkitett Ġerolamu Għall-aħħar ta’ Diċembru tal-istess sena, ilCassar. Min-naħa tal-Ordni Karmelitan kien Kapitlu tal-Katidral ra li fil-Belt diġà kien hemm preżenti Patri Ġwann Vella, Vigarju tal-Provinċjal.9 knisja pubblika u Sagramentali. Din kienet ilKnisja tal-Karmnu.17 Għaldaqstant, Dun Anton Patri Ġwann Vella ħallas 33 skud mal-kuntratt; il- Bartolo, il-Vigarju Ġenerali, ordna lil Dun Marjan bqija wiegħed li jħallashom sal-festa tal-Qaddisin Briffa, Kappillan ta’ Ħal Qormi, biex jamministra Kollha tal-istess sena.10 Fl-istess kuntratt, hu s-Sagramenti fil-knisja tal-Madonna tal-Karmnu.18 wiegħed ukoll li jibni, fuq l-art imsemmija, knisja, Il-kappillan ta’ Ħal Qormi għażel lil Dun Teramo flimkien ma’ kunvent, iddedikata lill-Imqaddsa Balzan bħala l-ewwel viċi-kurat.19 Dun Teramo kien Verġni Marija tal-Ordni tal-Karmelu. dam f’din il-kariga għal ftit aktar minn sentejn.20 f’Malta, bl-approvazzjoni tal-patrijiet u f’isem il-Provinċjal talab post fil-Belt ġdida biex hemm jibni u jwaqqaf knisja u kunvent. Il-Kummissjoni laqgħat it-talba u tatu biċċa art stmata 66 skud.

Il-Bini ta’ knisja Ix-xogħol tal-bini sew tal-knisja u kemm talkunvent inbeda malajr. Għall-ewwel il-patrijiet bnew knisja żgħira biex in-nies li kienu jgħixu l-Belt ikollhom fejn jinqdew għall-affarijiet tarruħ, jiġifieri għall-quddies, prietki u funzjonijiet oħra. Il-bini tal-knisja, kif ukoll parti mill-kunvent, kienu lesti qabel l-aħħar tas-sena 1570.11

Fl-1 ta’ Novembru 1574, il-patrijiet ġew mogħtija l-permess mill-Isqof Mons. Fra Martin Rojas de Portaravio għall-bini ta’ knisja ġdida u akbar filBelt stess. Minn dakinhar inbeda wkoll ix-xogħol tal-bini tal-knisja l-ġdida, fuq disinn u taħt iddirezzjoni tal-arkitett tal-Ordni Ġerosolimitan Ġirolmu Cassar.12 Bħala prokuratur tal-bini talknisja l-patrijiet għażlu lis-Sur Franġisk Sumaripa.13 Sal-aħħar tas-sena 1591 ix-xogħol tal-ġebel kien lest. Il-knisja kienet ta’ għamla sempliċi ħafna, b’nava mdaqqsa u bil-kappelli laterali. Kienet twila 150 pied u 50 pied wiesgħa. Kellha wkoll il-koppla. Il-knisja b’kollox kien fiha għaxar artali, l-artal maġġur u 4 artali fuq il-lemin u 5 artali oħra fuq ix-xellug tagħha. Biex il-patrijiet jibnu l-knisja u l-kunvent, milli jidher, ftit li xejn sabu diffikultajiet. In-nies ukoll ħadet sehem kbir billi għenet b’kull mezz - bil-flus, bil-ġbir u bix-xogħol – għax ħafna kienu dawk li riedu jagħtu daqqa t’id ħalli l-knisja tfittex titla’.14

It-Twaqqif tal-Parroċċa Fl-1571 il-Belt il-ġdida bdiet tiżdied bin-nies, l-iżjed wara li l-Ordni Ġerosolimitan mill-Birgu ttrasferixxa ruħu għall-Belt il-ġdida fit-18 ta’ Marzu 1571.

Meta l-Gran Mastru Pietru Del Monte ra li n-nies qiegħda tiżdied, kiteb lill-Vigarju Ġenerali. Minħabba f’hekk, fit-22 ta’ April 1571, il-Vigarju Ġenerali Bartolo sejjaħ Konsulta tal-Kapitlu talKatidral.21 Waqt din il-Konsulta, intqal li “billi filBelt Valletta joqgħodu ħafna nies, li għandhom bżonn tal-amministrazzjoni tas-Sagramenti u ħwejjeġ oħra meħtieġa għas-salvazzjoni tagħhom; u ma hemmx Knisja, u anqas saċerdot li uffiċjalment iservi għal dan, ta’ min jaħseb għal rimedju tajjeb għal ġid hekk kbir.”22 B’hekk, il-Vigarju Ġenerali, Dun Anton Bartolo, flimkien mal-Kapitlu tal-Kattidral, stabbilixxa li l-knisja tal-Patrijiet Karmelitani fil-Belt tkun “Knisja tal-Parroċċa tal-Belt il-ġdida Valletta” b’qassis magħżul mill-isqof u mill-Kapitlu talKatidral, li kien responsabbli tal-kura tal-erwieħ, filwaqt li parti mill-uffiċċju tal-kappillan kien jitwettaq mill-patrijiet stess.

Il-Vigarju Ġenerali qiegħed lil Dun Marjan Briffa bħala l-ewwel kappillan biex jamministra s-Sagramenti minn din il-knisja. Il-patrijiet, ma qagħdux jitolbu kondizzjonijiet, iżda aċċettaw li l-knisja tagħhom tkun il-“Knisja tal-Parroċċa” Il-Knisja tal-Parroċċa tal-Belt il-Ġdida Meta l-Kapitlu tal-Katidral ra li l-Belt il-ġdida l-ġdida; u dan għall-ġid kbir tal-erwieħ.23 kienet qed timtela ġmielha bin-nies, ħaseb biex isejjaħ laqgħa kapitulari fil-25 ta’ Mejju 1570. Il- Fit-twaqqif tal-Parroċċa tal-Belt kollox sar skont Kapitlu kien iddeċieda li jixtri biċċa art biex tinbena id-Dritt Kanoniku ta’ dak iż-żmien li kien ilknisja għall-kura spiritwali ta’ dawk li kienu marru Konċilju Tridentin. Skont dan il-Konċilju t-twaqqif

6

Festa Madonna tal-Karmnu


Dokument ta' Jannar 1571 li bih ġie nominat saċerdot mill-Kapitlu tal-Katidral sabiex jamministra s-Sagramenti lir-residenti tal-Belt Valletta (Ħajr: Michael Galea)

tal-parroċċi jmiss lill-isqfijiet. Fiż-żmien li qed insemmu, f’Malta ma kienx hawn isqof millmewt tal-Isqof Duminku Gubelles, li ġrat fit-22 ta’ Novembru 1566, sakemm sar l-Isqof Martinu Royas fil-5 ta’ Novembru 1572.24 Id-Djoċesi kienet allura f’perjodu msejjaħ Sede Vacante (is-Sedja battala mill-isqof). B’hekk, skont l-istess Konċilju, il-Vigarju Ġenerali, maħtur mill-Kapitlu Katidrali, kellu l-ġurisdizzjoni spiritwali u universali talisqof.

il-kleru djoċesan u reliġjużi flimkien mal-Ordni ta’ San Ġwann.29

F’dawn it-tnax-il sena l-Kappillani li amministraw is-sagramenti f’isem il-Kapitlu tal-Katidral kienu: Dun Marjan Briffa (1569-1570) Iben Bernardo u Giovanna mwielda Cilia, Marjan twieled Ħal Luqa f’Diċembru 1545.

Fl-14 ta’ Ġunju 1569, ingħata l-prebenda talFl-1571 f’Malta kien hawn Dun Anton Bartolo, parroċċa ta’ Ħal Qormi permezz ta’ Ittri Appostoliċi li kien qed jaqdi r-rwol ta’ Vigarju Ġenerali. Hu biex ikun is-suċċessur ta’ Dun Gioannello Cilia. Malkien ġie magħżul mill-Kapitlu tal-Katidral fis-27 wasla ta’ dawn l-Ittri, qagħad għall-eżami immexxi ta’ Awwissu 1569 u approvat b’Ittri Appostoliċi minn Dun Anton Bartolo, Vigarju Ġenerali biex din tal-1 ta’ Lulju 1570.25 Għaldaqstant, billi dan il- il-ħatra tkun approvata. Fil-5 ta’ Settembru 1569, Vigarju Ġenerali kellu l-kwalifiki kollha, u kellu ingħata l-pussess tal-parroċċa Qormija meta kien l-ġurisdizzjoni universali tal-isqof, mexa legalment għadu kjeriku. meta waqqaf il-Parroċċa tal-Belt il-ġdida Valletta, fit-22 ta’ April 1571. Il-Knisja Matriċi tal-Parroċċa Għaldaqstant, b’konċessjoni papali, ingħata l-awtorità li jirċievi t-tliet Ordnijiet Maġġuri u filtal-Belt kienet l-istess Knisja Katidrali.26 21 ta’ Ġunju 1569, ingħata l-permezz li jiġi ordnat Il-Patrijiet kienu jeżerċitaw parti mill-Uffiċċju tal- saċerdot barra minn Malta. L-ordinazzjoni tiegħu saret fl-1569 minn Mons. Mikiel Torregles, Isqof ta’ Kappillan Agrigento fi Sqallija, li ordnah Sud-Djaknu fis-7 ta’ Il-knisja tal-Karmnu tal-Belt kellha l-fonti tal- Diċembru, Djaknu fis-26 ta’ Diċembru u Qassis filMagħmudija. Fiha kienu jinżammu ż-Żjut Imqaddsa 31 ta’ Diċembru. tal-Magħmudija u tal-Griżma tal-morda.27 Fiha kien jiġi eżerċitat l-uffiċċju tal-Kappillan, li parti Fil-bidu tat-terminu tiegħu bħala kappillan, Dun Marjan kellu jiffaċċja dak li għalih kien indħil filminnu kienu jeżerċitawh il-patrijiet. ġurisdizzjoni parrokkjali tiegħu meta bdiet tinbena Fost l-oħrajn, il-patrijiet kellhom f’idejhom il- l-Belt Valletta fuq art li kienet fil-konfini ta’ Ħal quddies, il-prietki, ix-xandir tal-kelma ta’ Alla, u Qormi. Il-patrijiet Dumnikani kienu qed jippruvaw iwaqqfu parroċċa permezz ta’ konċessjoni mogħtija t-tifsir tal-quddiesa. lilhom mill-Papa Piju V. Dun Marjan oppona din ilDin il-knisja damet taqdi l-funzjoni ta’ Knisja konċessjoni u sab l-appoġġ tal-Kapitlu tal-Katidral tal-Parroċċa tal-Belt minn Diċembru tal-1570 li saħansitra pprovda s-servizz ta’ qassis biex sa Diċembru tal-1582. F’Diċembru 1582 saret jieħu ħsieb il-bżonnijiet pastorali ta’ dawk li bdew purċissjoni unika. Dakinhar, iż-Żjut Imqaddsa u joqgħodu fil-Belt il-ġdida. Għaldaqstant, fit-13 ta’ s-Santissimu Sagrament ġew meħuda uffiċjalment Jannar 1570 ippreżenta memorandum fejn wera mill-knisja tal-Karmnu sal-knisja ta’ San Pawl kif dik l-art minn dejjem kienet taħt il-ħarsien talNawfragu28 f’purċissjoni solenni li fiha ħa sehem predeċessuri tiegħu.

Valletta 2021

7


Fis-7 ta’ Awwissu 1571 telaq lejn Ruma biex jiddefendi d-drittijiet tiegħu f’dan ir-rigward. Għal dan il-għan, ġie mogħti 12-il uqija bħala għajnuna mill-Kapitlu tal-Katidral u ittra ta’ rakkomandazzjoni mingħand il-Vigarju Ġenerali. Fid-dokumentar kollu, hu ġie deskritt bħala Kappillan ta’ Ħal Qormi u tal-Belt Valletta. Din ilmissjoni ma kellhiex l-eżitu feliċi mixtieq għaliex, minkejja l-oppożizzjoni tal-Kurja u tal-Kappillan Briffa, il-parroċċa Dumnikana tal-Belt twaqqfet formalment fit-2 ta’ Lulju 1571 permezz tal-Bolla Appostolika Ex Debito Pastoralis. Dun Marjan, li ma qatax qalbu, baqa’ jinsisti li t-twaqqif talparroċċa l-ġdida għandu jkun annullat. Iżda, fit-23 ta’ Settembru 1572, il-Papa Gregorju XIII warrab il-‘pretensjonijiet’ tiegħu u impona fuqu s-silenzju perpetwu. Donnu Dun Marjanu ma setgħax joqgħod ’il bogħod mill-kontroversji. Il-poplu kien igerger mhux ftit dwar l-imġiba tiegħu. Ilmentaw li meta l-kappillan kien iwarrab, ma kinux jiġu amministrati Sagramenti u lanqas ma kien isir id-dfin talmejtin. Il-kappillan kien jitħallas biex jgħammed, iżewweġ, iqarar u jamministra l-griżma tal-morda. In-nies akkużawh li kien jirrifjuta li jqarar lil min kien iparla kontrih u li ma kienx jixgħel il-lampier tal-knisja biex ma jonfoqx flus. Dan kollu wasslu biex, għal darbtejn (1572 u 1577), inżamm fil-ħabs tal-isqof u anke skomunikat (1581).

Fit-12 ta’ Frar 1583 iddikjara li kien se jċedi l-prebenda tal-parroċċa Qormija a favur Dun Mattew Magro li, fil-fatt, sar il-kappillan il-ġdid. Tul il-bqija ta’ ħajtu, Dun Marjanu kien involut f’diversi litigazzjonijiet oħra. Hu miet fit-3 ta’ Ottubru 1616 u l-għada ndifen fil-Knisja Parrokkjali ta’ San Ġorġ wara funeral solenni.30

Dun Teramo Balzan (1570 – 1574) Isem Dun Teramo, iben Andrea u Delcia, jidher f’laqgħa ġenerali tal-kleru li kienet saret fit-8 ta’ Diċembru 1555. Għalhekk, hu ġie ordnat qassis qabel dik is-sena u l-ordinazzjoni saret f’Katania, Sqallija. Kollox jindika li hu kien l-ewwel qassis li kien jgħix fl-Isla. Fl-1575 hu stess stqarr li kien jgħix hemm sa sentejn qabel l-Assedju l-Kbira tal-1565. Wara l-Assedju, reġa’ mar jogħod l-Isla sa ma ttrasferixxa ruħhu għall-Belt l-ġdida. Fl-20 ta’ Awwissu 1570 ġie delegat mill-Kaptilu tal-Katidral biex iżomm l-Ewkaristija u jamministra s-Sagramenti fil-Belt.

tagħha kien rettur u li, sa dak iż-żmien, kienet taqa’ taħt il-ġuriżdizzjoni tal-kappillan tal-Birgu.31 Dun Teramo kien għadu ħaj fl-1584 għaliex kien preżenti għal-laqgħa ġenerali tal-kleru li saret fl10 ta’ Jannar ta’ dik is-sena.32

Dun Gaspare Prat (1574 – 1577) Twieled qrib is-sena 1552. Fil-11 ta’ Frar 1572 ingħata l-permess biex jirċievi s-Sud-Djakonat u d-Djakonat barra minn Malta. Fil-fatt, irċieva dawn l-Ordnijiet Maġġuri minn idejn Mons. Giulio Staurieno O.F.M., l-Isqof ta’ Bova, l-Italja. Irċieva d-Djakonat fil-31 ta’ Mejju 1572. Lura Malta, insibuh addett għal servizz fil-Katidral fejn kien ikanta l-Evanġelju waqt il-quddiesa solenni tal-Ħadd u fil-festi. Ġie ordant saċerdot f’Malta minn Mons. Martin Royas de Portalrubio, Isqof ta’ Malta. Immedjatament ġie mibgħut jamministra s-Sagramenti fil-Belt Valletta fejn beda fit-18 ta’ Ġunju 1574.

Fis-27 ta’ Frar 1575, Mons. Dusina sab li Dun Prat kien jaf sewwa l-Latin u li kien preparat biex iwieġeb mistoqsijiet dwar l-amministrazzjoni tas-Sagramenti. Kien f’dak iż-żmien li waqqaf battisterju fil-knisja tal-Karmelitani, li kien lest f’Awwissu 1574 u, ftit wara, ta bidu għall-bini ta’ knisja ġdida mħallsa mill-Kapitlu tal-Katidral.33

Fid-29 ta’ Novembru 1576 inħatar Kanonku Teżorier tal-Kapitlu tal-Katidral. Baqa’ jgħix u jaqdi pastoralment fil-Belt sas-16 ta’ Jannar 1577. Fl-1579 kien qed jaqdi l-uffiċċju ta’ Locum Tenens u Vigarju Ġenerali. Miet fit-2 ta’ Lulju 1605.34

Dun Nikol Burlò (1577) Nikol, iben Bernardo u Giovanna mwielda Fava, fl-1574 irċieva l-Ordnijiet Maġġuri minn idejn Mons. Martin Royas, Isqof ta’ Malta, kif ġej: SudDjakonat fis-27 ta’ Marzu, Djakonat fil-5 ta’ Ġunju u Presbiterat fit-18 ta’ Diċembru. Fl-1575, Mons. Dusina kellu kliem ta’ tifħir għal Dun Nikol. Kien jaf tajjeb il-Latin u kien imżejjen b’dak kollu meħtieġ biex jaqdi l-ministeru saċerdotali.

Fis-6 ta’ Marzu 1577 ġie mibgħut jaqdi l-ministeru pastorali fost l-abitanti tal-Belt Valletta. Hu dam Hu baqa’ fil-Belt sat-18 ta’ Ġunju 1574 meta reġa’ hemm għal sitt xhur. Għal darbtejn, jiġifieri bejn rritorna lejn l-Isla. Fid-19 ta’ Frar 1575, Mons. l-24 ta’ Settembru 1581 u s-6 ta’ Awwissu 1582 Dusina, bħala Viżitatur Apostoliku, sab lil Dun u bejn l-10 ta’ Mejju 1586 u l-4 ta’ Ottubru 1590 Teramo jaqdi l-bżonnijiet spiritwali ta’ dik il-belt u qeda l-irwol ta’ Vigarju Ġenerali. jqaddes kull nhar ta’ Ħadd fil-knisja ta’ San Ġiljan li

8

Festa Madonna tal-Karmnu


Knisja għal qalb il-Maltin Il-Patrijiet Karmelitani, sa mill-bidu tal-eżistenza tal-Ordni Karmelitan, urew imħabba kbira lejn Dun Xmun Blanco (1577) Imwieled il-Birgu, fil-31 ta’ Mejju 1572 irċieva Sidtna Marija. Kull fejn kienu huma, insibu din l-Ordnijiet Minuri, fit-23 ta’ Marzu 1574 ġie ordnat l-imħabba lejn il-Madonna. Meta l-Karmelitani Sud-Djaknu u Djaknu fil-5 ta’ Ġunju 1574. Fit-18 ġew Malta, allavolja kienu qalb ir-raba’, ’l bogħod ta’ Diċembru 1574 ġie ordnat qassis. Dun Xmun mill-ħsejjes tar-Rabat, ma naqsux li jxerrdu fost missirijietna d-devozzjoni lejn il-Madonna talirċieva l-Ordnijiet kollha barra minn Malta. Karmnu u l-Labtu tagħha. Immedjatament wara l-ordinazzjoni, kien qed jaqdi l-uffiċċju ta’ kurat tal-Birgu. Fl-24 ta’ Din id-devozzjoni, li minn dejjem kienet kbira, Awwissu 1577, insibuh jagħti servizz pastorali kompliet toktor fost il-poplu Malti meta l-Patrijiet fil-Belt Valletta fejn dam sal-5 ta’ Novembru 1577 Karmelitani, bla tnikkir, firxu ħidmiethom lejn peress li ġie appuntat Dekan tal-Katidral. L-Isqof il-Belt Valletta hekk kif dik kienet għadha qed Tumas Gargallo ħatru Vigarju Ġenerali u hu wettaq titwieled. Huma ħabirku u stinkaw biex f’din ild-dmirijiet marbuta ma’ dan l-uffiċċju bejn l-1578 Belt jibnu knisja ddedikata lill-Ommna Marija tal-Karmnu. Din il-knisja kienet u għada ferm u l-1579. maħbuba u għal qalb il-Maltin. Jidher li saħħtu tagħtu xi ftit tal-inkwiet. F’Jannar u minn Ġunju sa Settembru 1578 kien marid fis- U kif kien xeraq, il-patrijiet ħasbu biex, sa minn kmieni, fiċ-ċentru ta’ dan it-tempju, li kien opra sodda. Miet waqt li kien Ruma fl-1580.36 mill-isbaħ ta’ Ġlormu Cassar, iqiegħdu kwadru titulari tal-Madonna tal-Karmnu flimkien ma’ San Dun Anton Inguanez (1577 – 1581) Iben Calcerano u Angelica mwielda Falzon, Anton Xmun Stock u Sant’Agata. Il-Patrijiet Karmelitani ġie ordnat Sud-Djaknu fis-7 ta’ Marzu 1573, kellhom dejjem xewqa waħdanija, jiġifieri dik Djaknu fil-21 ta’ Diċembru 1573 u qassis fit-2 ta’ li jaraw joktor il-ġieħ u l-qima lejn il-Patruna tagħhom. Is-sagrifiċċji, il-funzjnijiet, l-opri artistiċi Mejju 1574. li bihom żejjnu lil din il-knisja, kellhom dan l-iskop Fl-1575, l-Isqof Royas ħatru Kanonku tal-Katidral. waħdieni. Kien jonqos l-aħħar wirja ta’ mħabba; Fit-28 ta’ Novembru 1577 ġie fdat bil-kura pastorali kien jonqos li kuruna tad-deheb titqiegħed fuq ras tal-abitanti tal-Belt fejn baqa’ sal-1 ta’ Settembru il-Madonna fix-xbieha tagħha fil-kwadru titulari. 1581. Huwa sejjaħ lilu nnifsu Canonicus et tutor Il-patrijiet ħadmu mal-awtoritajiet u d-digriet talparochialis parochiae Civitatis Vallettae. Inkurunazzjoni tal-kwadru ħareġ mill-Vatikan fit18 ta’ Ġunju 1880 – 141 sena ilu. Mons. Carmelo Miet fil-25 ta’ Novembru 1591.37 Scicluna, Isqof ta’ Malta, inkuruna solennement din ix-xbieha fil-15 ta’ Lulju 1881. Din kienet Dun Nikol Bonnici (1580 – 1582) Iben Demetrio u Venera, Nikol twieled f’Ħ’Attard l-ewwel xbieha mpittra tal-Madonna li ġiet qrib l-1556. Ġie ordnat qassis mill-Isqof Gargallo inkurunata f’dawn il-gżejjer. Għal dawk il-festi talfit-13 ta’ Ġunju 1579. F’dik is-sena stess inħatar inkurunazzjoni, il-poplu Malti kien ħonoq dan ittempju, li issa kien sar Santwarju Marjan. prokuratur fiskali fil-Kurja. Miet il-Birgu fl-4 ta’ Ottubru 1590.35

Il-knisja ġiet ikkonsagrata fis-6 t’April 1886. Ftit tas-snin wara, b’digriet li jġib id-data tat-13 ta’ Mejju 1895 – 126 sena ilu - din il-knisja, li għal Fis-27 ta’ April 1584, permezz ta’ Ittri Appostoliċi, tnax-il sena kienet il-Knisja tal-Parroċċa tal-Belt u inħatar Kappillan fiż-Żurrieq. Il-parrokat tiegħu issa Santwarju Marjan, ġiet mgħollija għad-dinjità f’dan ir-raħal xejn ma kienx faċli. Ġie akkużat minn ta’ Bażilka Minuri, bid-drittijiet u l-privileġġi kollha li jgawdu l-Bażiliċi Minuri li jinsabu f’Ruma. uħud u ħidmietu kienet kritikata minn bosta. Fl-1 ta’ Settembru 1580 ġie assenjat ħidma pastorali fil-Belt.

Meta l-età bdiet tagħfas fuqu, beda jitlef id-dawl ta’ Referenzi Cataldo Cusburella, sa mis-sena 1418 kien Kanonku għajnejh u għalhekk, mill-1618, talab l-assistenza 1 Dun tal-Katidral tal-Imdina u Kappillan Maġġur sal-1420. Fista’ koadjutor. Sal-1626 kien għama kompletament sena 1419 Vigarju Ġenerali tad-Djocesi ta’ Malta. (Abela, u rriżenja mill-uffiċċju ta’ kappillan. S., L-Ewwel Karmelitani f’Malta u l-Ewwel Knisja u Kunvent Miet fit-2 ta’ Jannar 1633 u ndifen fil-Katidral talImdina.38

tagħhom ‘il-Lunzjata l-Qadima’, 1976, p. 6) 2 Xi kittieba tal-istorja tal-Knisja Maltija jgħidu li l-preżenza ta’ Patrijiet Karmelitani f’dan il-post tmur lura sas-sena 1370. Oħrajn saħansitra jsemmu l-1200. Żgur iżda li kienu preżenti f’dan il-post sa mill-1418. (Abela, S., “Il-

Valletta 2021

9


Karmelitani f’Malta,” f’Mitt Sena mill-Inkurunazzjoni: Tifkira, 1981, p. 33) 3 Abela, op. cit. (1976), p. 4. 4 Din l-ewwel knisja tal-Karmelitani f’Malta għadha teżisti u hija magħrufa bħala l-Lunzjata l-Qadima. Tinsab barra mir-Rabat. 5 Abela op. cit. (1976), p. 46. Peress li l-Patrijiet u l-kunventi ta’ Malta kienu jiddependu mill-Provinċja ta’ Sant’Anġlu fi Sqallija, allura wieħed mill-patrijiet kien jiġi magħżul millProvinċjal ta’ Sqallija bħala Vigarju Provinċjal. Dan baqa’ jsir sal-1818, meta l-gvern Ingliż ordna s-separazzjoni tal-kunventi ta’ Malta minn dawk ta’ Sqallija. Il-Ġeneral tal-Ordni Karmelitan, il-Majjistru P. Aloisio Faro, għaldaqstant, ħareġ digriet li permezz tiegħu fired ilkunventi Karmelitani f’Malta minn dawk ta’ Sqallija u poġġihom taħt il-ġurisdizzjoni tiegħu. B’dan il-mod huwa waqqaf I-ewwel Vigarjat Provinċjali tal-Ordni Karmelitan f’Malta u ħatar lill-Majjistru Patri Pietru Tumas Tanti bħala l-ewwel Vigarju Provinċjal. Il-Ġeneral tal-Ordni, il-Majjistru Patri Wiġi M. Galli, b’reskritt mogħti misSanta Sede fis-7 ta’ Mejju 1892 għolla l-Vigarjat għallgrad ta’ Provinċja regulari fil-31 ta’ Mejju 1892 u ħatar lill-Majjistru Patri Wiġi Malfatti bħala l-ewwel Provinċjal tal-Provinċja Karmelitana f’Malta. 6 Abela op. cit. (1981), p. 33. 7 Sammut, L., Is-Santwarju tal-Karmnu, 1952, p. 17. 8 Kopja oriġinali ta’ dan il-kuntratt tinsab fl-Arkivju Notarili, Repertorium Actorum qd. Placidi Habel, Reg. 4 p. 336. Kopja tiegħu tinsab ukoll fl-Arkivju tal-Kunvent talKarmnu tal-Belt, Cabreo A, p. 2. 9 Il-biċċa art, li fil-pjanta tal-Belt il-ġdida kienet fil-kwadru 53, kienet imdawra mit-triqat San Mikiel, San Bastjan u Mqaddes Salvatur — illum dawn jissejħu Triq iz-Zekka, Triq il-Punent u Triq it-Teatru. 10 Din l-aħħar parti tas-somma ma ġietx mogħtija għax l-Gran Mastru Pietru del Monte, b’digriet tat-3 ta’ April 1571, ta grazzja lill-patrijiet li ma jħallsux it-33 skud li kellhom iħallsu. Anzi b’digriet ieħor tad-19 ta’ April 1571, bi grazzja oħra, reġa’ ta lura dawk it-33 skud li kienu tħallsu dakinhar tal-kuntratt. 11 Il-knisja nbniet fi ftit ġimgħat u l-Karmelitani f’dik is-sena stess 1570 kienu diġà jgħammru fil-Belt il-ġdida. Fis-16 ta’ April 1571 saret fiha għall-ewwel darba ċ-ċerimonja tal-vestizzjoni ta’ xi mseħbin tal-Ordni ta’ San Ġwann. (Abela op. cit. (1981), p. 35) Din inbniet f’dik il-parti ta’ Triq it-Teatru, bejn l-Oratorju tan-Nazzarenu, li qabel kien kurutur tal-Kunvent, u l-bieb il-qadim tal-Kunvent, fejn issa hemm xi l-mezzanini. 12 Sammut, L., Breve storia della devozione di Maria S.S. del Carmine nell’Isola di Malta, 1951, p. 10. 13 Abela op. cit. (1981), p. 35. 14 Il-Patrijiet Karmelitani tal-Lunzjata (Rabat) kienu jħallsu 50 skud fis-sena; uħud mill-kappelli bnewhom familji jew il-kavallieri bħall-kappella tal-Lunzjata u tal-Pilar; oħrajn kienu jgħinu billi jagħtu xi offerta jew billi jqiegħdu kaxxi tal-ġbir fuq ix-xwieni u bastimenti tagħhom u saħansitra fil-Berġa tagħhom. 15 Borg, V., Melita Sacra II – The Maltese Diocese during the Sixteenth Century, 2009, p. 491. 16 Grech, R., Il-Bażilika Santwarju tal-Karmnu fir-Raba’ Mitt Sena tat-Twaqqif tagħha, 1970, p. 11. 17 Tajjeb hawn jingħad li fil-Belt il-ġdida, diġà kien hemm teżisti l-knisja tal-Vitorja qabel il-knisja tal-Karmnu. Żgur li din kienet lesta fil-21 ta’ Awwissu 1568 li hija d-data tal-mewt tal-Gran Mastru La Valette. Hu ġie midfun f’din il-knisja kif kien ordna hu stess billi din kienet il-knisja tiegħu, privata u ġustpatrunat. Għaldaqstant, dan ifissier li l-knisja tal-Vitorja kienet privata u mhux pubblika. Anqas ma kienet sagramentali, jiġifieri fiha ma kienx jinżamm

10

Festa Madonna tal-Karmnu

kuljum is-Sagrament. Il-knisja tal-Karmnu kienet l-ewwel waħda pubblika u sagramentali. 18 Arkivju tal-Katidral, Registro Deliberazioni I, p. 105. 19 “16 ta’ Jannar 1571. Mandat mibgħut minn D. Antonio Bartolo, Vigarju Ġenerali, li għandkom tagħtu, u tħallsu lill-Ven. D. Teramo Balzan uqija, ta’ tari 15, li jservu ta’ ħlas għall-inkommodu tiegħu fl-amministrazzjoni tasSagramenti, u għaż-żejt li jinxtegħel quddiem l-iżjed Imqaddes Sagrament fil-Knisja tal-Parroċċa tal-Belt Valletta, għal xahar mibdi fl-20 ta’ Diċembru, bil-kunsens tal-maġġur parti tal-Kapitlu.” (Arkivju tal-Katidral, Giornale della S. Chiesa Cattedrale, 1551 - 1600, Tom. II, Mans. 167, p. 549). 20 B’danakollu l-parroċċa kienet għadha mhix imwaqqfa; hekk li, dak iż-żmien, Dun Teramo Balzan ma kienx imsejjaħ kappillan. (Borg, op. cit., p. 492) 21 Borg, op. cit., p. 492. 22 Arkivju tal-Katidral, Registro Deliberazioni I, p. 105. 23 Relazzjoni tal-Viżta ta’ Mons. Pietru Duzzina — 3 ta’ Frar 1575. 24 Bonnici, A. u Schiavone, M, Minn Publju sa Pawl, 2007, p. 7-8. 25 Borg, op. cit., p. 159. 26 Grech, op. cit., p. 18. 27 Sammut, op. cit. (1951), p. 11. 28 Għall-istorja tajjeb jingħad li l-Patrijiet Dumnikani kienu kisbu mingħand il-Papa Piju V l-kura spirtwali tal-Belt kollha. Din il-Bolla favur il-ħidma tad-Dumnikani ġġib iddata tat-2 ta’ Lulju 1571, allura fi ftit xhur differenza minn meta twaqqfet il-Parrocca tal-Belt il-ġdida. Din il-Bolla kienet ukoll ikkonfermata mill-Papa suċċessor Girgor VIII minkejja l-oppożizzjoni tal-Kapitlu tal-Katidral, talVigarju u tal-Kappillan ta’ Ħal Qormi. B'danakollu, ilqassis imqabbad mill-Kapitlu kompla jeżerċita l-ħidma spiritwali fil-Belt mill-knisja tal-Patrijiet Katmelitani. Anzi, fl-1574 kien propju l-Isqof tad-Djoċesi, Mons. Fra Matrino Royas li għażel hu stess il-qassis djoċesan biex iwettaq l-amministrazzjoni tas-Sagramenti fil-Belt, bla ma qatt irrikonoxxa l-kappillan tal-knisja tal-Porto Salvo. L-isqof kien ħass id-dritt li jagħmel dan bħala kap tal-Kapitlu u għalhekk innomina lil Dun Gaspare Pratt bħala kappillan, f’isem l-Isqof u l-Kapitlu. Il-kwistjoni ttawwlet u saħansitra tressqet quddiem is-Santa Sede. Minkejja dan, il-Kapitlu baqa’ jżomm postu u l-kurat baqa’ jiffunzjona mill-knisja tal-Karmelitani. Fl-1577, bi flus il-Katidral, bdiet tinbena knisja fl-inħawi ta’ Triq ilMerkanti (fejn illum hemm il-knisja tal-Ġizwiti). Din ilknisja nbniet fuq biċċa art mogħtija mill-Katirdal u biċċa art oħra mogħtija mill-Kavallieri ta’ Malta. Meta tlestiet din il-knisja, Dun Nikola Bonnici, li f’dik is-sena kien kurat, ħalla l-knisja tal-Karmelitani u beda jamministra s-Sagramenti mqaddsa mill-knisja l-ġdida ddedikata linNawfraġju ta’ San Pawl. (Terribile, T., Tezori fil-Knejjes Maltin: Valletta II, 2007, p. 4-7.) 29 Ciarlò, J., The Hidden Gem, 1994, p. 3. 30 Borg, op. cit., p. 208-215. 31 Bonnici, A., L-Isla I – Twelid ta’ Belt u ta’ Parroċċa, 1981, p. 47-51. 32 Borg, op. cit., p. 156-157. 33 Waqt il-Viżta Pastorali, Mons. Dusina jirreferi għalih bħala ‘Vice Cappellano et Parochus Civitatis Vallettae.’ Dan ifisser li Dun Prat kien qed jiġi rikonoxxut bħala kappillan fil-veru sens tal-kelma. (Borg, op. cit., p. 493) 34 Borg, op. cit., p. 375-376. 35 Borg, op. cit., p. 219-220. 36 Borg, op. cit., p. 174-175. 37 Borg, op. cit., p. 313-314. 38 Borg, op. cit., p. 189-193.


L-Antifoni tal-Madonna tal-Karmnu Kompożizzjonijiet ta’ Maestro Dr Paolo Nani Abraham D’Amato

Introduzzjoni Fost il-patrimonju mużikali li l-Knisja f’Malta u Għawdex għadha tgawdi sal-ġurnata tal-lum insibu ammont kbir ta’ antifoni festivi li matul issekli nkitbu minn kompożituri lokali għall-knejjes li f’ħafna minnhom kienu jokkupaw il-kariga ta’ maestro di cappella.1 Dawn l-antifoni huma siltiet li jitkantaw f’ġieħ qaddis jew qaddisa u li l-istil mużikali tagħhom imur lil hinn mill-gregorjan u l-polifonija klassika li l-Knisja Kattolika tippromovi fit-tagħlim tagħha. F’pajjiżna, it-tradizzjoni li l-kompożituri jikkomponu l-antifoni tal-qaddisin b’mużika vokali u strumentali bdiet lejn l-aħħar nofs tas-seklu tmintax u maż-żmien kull festa saret intimament imwaħħda man-noti tal-antifona li għaliha tkun inkitbet.

Sat-tieni nofs tas-seklu għoxrin il-liturġija kienet tiġi ċċelebrata kollha bil-Latin, il-lingwa uffiċjali tal-Knisja Kattolika. Dan il-fatt jispjega għaliex il-mużika kollha li kienet tinkiteb għaċċelebrazzjonijiet liturġiċi, u li minnha għadha tindaqq anke llum, hija bil-Latin. It-test ta’ kull antifona kien jittieħed mil-Liturġija tas-Sigħat, u ġeneralment kienet tkun l-antifona tal-Magnificat tal-ewwel jew tat-tieni għasar tal-festa. Iżda filkaż tal-festa tal-Madonna tal-Karmnu, it-test talantifona ewlinija hija dik tal-ewwel żewġ strofi tal-innu Flos Carmeli.2 Fir-Rit Karmelitan, dan l-innu, li huwa attribwit lil San Xmun Stock, isir bħala sekwenza fil-quddiesa tal-Madonna talKarmnu. Madankollu, lejliet il-festa tal-Madonna tal-Karmnu fil-Belt Valletta, sewwa sew wara t-transulazzjoni, titkanta wkoll l-antifona Caput Tuum, li t-test tagħha huwa dak tal-antifona talMagnificat tal-ewwel għasar.3

Attwalment, lejliet u nhar il-festa tal-Madonna tal-Karmnu fil-Belt Valletta jiġu esekwiti żewġ antifoni mill-pinna tas-Surmast Dr Paolo Nani: Caput Tuum (1848) u Flos Carmeli (1861). Però, ta’ interess hu l-fatt li flimkien ma’ dawn it-tnejn, fl-arkivju tal-Katidral tal-Imdina, fejn hemm miżmuma l-maġġor parti tal-kompożizzjonijiet tad-Dinastija Nani, jeżistu wkoll erba’ oħra li l-istess Surmast Nani kkompona għat-test tal-Flos Carmeli. Nistqarr li kemm ilni nagħmel ir-riċerki tiegħi fil-mużika liturġika Maltija għadni qatt ma ltqajt ma’ każ ieħor fejn kompożitur ikkompona ħames antifoni għall-istess test, iktar u iktar meta f’dak iż-żmien kienet użanza komuni li minflok jiktbu mużika ġdida għal kull innu jew antifona, il-maestri di cappella kienu sempliċiment jibdlu t-test ta’ kompożizzjonijiet li jkunu kitbu qabel u b’hekk kienu jesegwixxu l-istess kompożizzjoni b’test differenti f’festa differenti!

Maestro Dr Paolo Nani

Maestro Dr Paolo Nani (1814-1904) Il-karriera tas-Surmast Dr Paolo Nani bħala maestro di cappella ta’ diversi festi f’Malta u Għawdex4 taf il-bidu tagħha f’Lulju tal-1839 propju fil-Knisja tal-Madonna tal-Karmnu fil-Belt Valletta. Dan seħħ

Valletta 2021

11


wara li s-Surmast Nani, dak iż-żmien żgħażugħ ta’ 24 sena fiż-żwieġ ma’ Maddalena née Cuschieri,5 kien għadu kemm irritorna lura Malta minn Napli, minn fejn kien għadu kemm temm b’suċċess l-istudji mużikali tiegħu fil-Konservatorju San Pietro a Majella.6 L-għażla ta’ Paolo bħala maestro di cappella tal-festa tal-Madonna tal-Karmnu jidher li kienet imħeġġa mill-fatt li l-patrijiet Karmelitani kienu midħla sew tal-familja tiegħu, li kienet mill-Belt. Missieru Giuseppe kien avukat magħruf, filwaqt li zijuh Girolamo kien nutar li l-patrijiet Karmelitani kienu jagħmlu użu misservizzi tiegħu.7 Bħal missieru, Paolo wkoll kien gradwat bħala avukat, iżda jidher li aktar ġie attirat mill-professjoni mużikali ta’ nannuh Angelo u zijuh Emmanuele milli mill-professjoni legali ta’ missieru Giuseppe u zijuh Girolamo.8 Kien għalhekk li wara l-istudji mużikali tiegħu f’Malta ma’ Don Giuseppe Burlon9 u Emanuele Muscat,10 kif appena ħa l-lawrja ta’ avukat mill-Università ta’ Malta f’Diċembru tal-1832, iddeċieda li jmur jipperfezzjona l-istudji mużikali tiegħu f’Napli.11

Il-Knisja tal-Karmnu, dak iż-żmien mhux Santwarju u Bażilika, rat mhux biss il-bidu talkarriera twila li s-Surmast Paolo Nani kellu bħala maestro di cappella f’diversi knejjes Maltin, imma sussegwentament rat ukoll il-bidu tal-Cappella Nani – il-cappella di musica li s-Surmast Nani kien ifforma u li baqgħet tintiret minn ġenerazzjoni għall-oħra sal-lum.12 Probabbilment li fost l-ewwel vjolinisti ta’ din il-cappella di musica kien hemm ukoll nannuh Angelo u zijuh Emmanuele.13 Jidher li l-mużika li ppreżenta s-Surmast Nani fil-festa tal1839 intgħoġbot ftit mhux ħażin, tant li mis-sena ta’ wara beda ftit ftit jiġi mistieden minn diversi knejjes oħra madwar Malta u anke f’Għawdex biex jieħu ħsieb il-mużika tal-festi tagħhom.14

Il-gallerija tal-orgni tal-knisja l-antika, minn fejn is-Surmast Nani wettaq l-ewwel servizz tiegħu bħala maestro di cappella fl-1839

L-Ewwel Antifona: Flos Carmeli (1838)17 Fost il-kompożizzjonijiet li s-Surmast Nani kkompona għall-ewwel festa li ġiet ikkummissjonata lilu18 nsibu l-antifona Flos Carmeli, li tista’ titqies bħala l-ewwel fost il-ħafna antifoni festivi li s-Surmast Nani kkompona għallminnhom għadhom Kif ser naraw fl-analiżi tas-sitt antifoni li kkompona knejjes Maltin, u li numru 19 f’ġieħ il-Madonna tal-Karmnu, l-istil ta’ mużika li jiġu esegwiti sal-lum. Il-fatt li l-annu mniżżel s-Surmast Nani kien jipprovdi fil-knejjes Maltin fuq quddiem tal-partitura sħiħa hu dak tal-1838 kien dak li ġie mħarreġ fuqu meta kien f’Napli, jindika li s-Surmast Nani kien ġie ppreparat jiġifieri operistiku Taljan. Biex tagħqad, peress li minn xhur qabel għal din l-ewwel festa tiegħu, lura Malta minn Napli fl-4 s-Surmast Nani kien ukoll impjegat fit-teatru, beda possibilment kif wasal 20 ta’ Awwissu 1838, ftit inqas minn sena qabel. jistieden il-mużiċisti u l-kantanti li sar jaf minn hemm biex jiffurmaw parti mill-cappella di musica tiegħu.15 Allura tistgħu taħsbu l-kompożizzjonijiet Din l-antifona għandha żewġ fatturi partikolari diġà operistiċi tiegħu kemm kien ikollhom timbru li jiddistingwuha minn antifoni festivi oħra li aktar drammatiku bil-mużiċisti u l-kantanti tat- s-Surmast Nani kiteb aktar tard matul ħajtu, u li hu teatru! S’intendi, dan l-istil ta’ mużika sagra tant magħruf għalihom. L-ewwel fattur hu dwar kien il-favorit ta’ dawk li kienu jħobbu t-teatru u l-organiku, li f’din l-antifona hu magħmul minn diversi (li f’dak iż-żmien kienu l-mużika operistika, għalkemm mhux l-istess jista’ kor ta’ erba’ vuċijiet 21 jinkludu l-kastrati), żewġ sezzjonijiet ta’ vjolini, jingħad għall-awtoritajiet tal-Knisja u għal dawk flawt, klarinett, żewġ korni u kuntrabaxx. Apparti kollha li kienu jappoġġjaw mużika ta’ xejra iktar 16 li dan kien biżżejjed għad-daqs tal-knisja l-antika ekkleżjastika fil-liturġija. u l-gallerija li kellha fuq il-bieb maġġur, sa dak iżżmien dan kien ikun l-ammont medju ta’ kantanti u strumentalisti li kienet tiġbor fi ħdanha cappella

12

Festa Madonna tal-Karmnu


di musica. L-orkestra sinfonika kienet għadha kemm ġiet żviluppata u din ma sabitx postha fiċċelebrazzjonijiet liturġiċi tal-gżejjer Maltin qabel ma tħajjar jintroduċiha s-Surmast Nani nnifsu aktar tard maż-żmien.

It-tieni fattur hu dwar l-idjoma tal-kompożizzjoni, peress li għall-kuntrarju ta’ ħafna mill-antifoni festivi li s-Surmast Nani kkompona matul ħajtu, din l-antifona ma tipproġettax dak l-ispirtu ta’ briju u drammatiċità. Jidher li fil-bidu tal-karriera tiegħu bħala maestro di cappella kien għażel li jikkomponi x-xogħlijiet liturġiċi fuq l-idjoma klassika ta’ żmienu u li n-nies kienet imdorrija tisma’ filknejjes.22 L-istrumenti tal-korda huma l-bażi talorkestrazzjoni, sew fejn tidħol melodija u anke akkumpanjament, filwaqt li l-istrumenti tal-injam jiġu utilizzati biss f’xi waqtiet biex ivarjaw il-ħoss. Minflok ikanta l-melodija prinċipali, il-kor ikanta t-test tal-Flos Carmeli b’mod omofoniku23 f’forma ta’ akkordi li jakkumpanjaw il-melodiji sbieħ u allegrużi li jindaqqu fuq il-vjolini u l-istrumenti tal-injam. Interessanti wkoll li din l-antifona hi miktuba b’temp ternarju (in tre) fl-intier kollu tagħha – temp li huwa assoċjat aktar mal-valzi u l-minwetti milli mal-marċi u l-polki. Għall-kuntrarju ta’ antifoni oħra li s-Surmast Nani kkompona aktar ’il quddiem, din tal-1838 tibda mal-ewwel bid-daqq u l-kant tal-Flos Carmeli, mingħajr l-ebda introduzzjoni strumentali li twassal għall-kant. Hi maqsuma f’erba’ taqsimiet (ABA1C), bl-ewwel u t-tielet kważi identiċi, għajr għall-mod ta’ kif kull waħda tiżviluppa b’rabta mattaqsima li jkun imiss. L-ewwel taqsima twassal għat-tieni permezz ta’ passaġġ kemxejn twil fuq il-vjolini biss, filwaqt li t-tielet taqsima twassal għar-raba’ permezz ta’ passaġġ qawwi bil-kant talMater mitis. Kif jindika t-titlu sħiħ li nsibu miktub fuq il-partitura sħiħa u fuq il-partijiet tal-kant u tal-istrumenti,24 il-kjavi oriġinali, jiġifieri t-tonalità prinċipali tal-kompożizzjoni, hi dik tas-Si bemoll maġġuri. Madankollu, fit-tieni nofs tal-ewwel taqsima hemm modulazzjoni25 għat-tonalità tal-Fa maġġuri, li tibqa' hekk sa tmiem it-tieni taqsima. Din it-tieni taqsima hi kkaratterizzata b’melodija ħelwa li b’dinamika baxxa tindaqq fuq il-vjolini u l-istrumenti tal-injam b’ritmu kontinwu ta’ żewġ noti b’valur inugwali (dotted rhythm) u li matulha hemm il-kant tal-kor b’sensiela ta’ frażijiet ċkejknin. Filwaqt li t-temp ta’ din l-antifona hu mmarkat bħala wieħed mgħaġġel (allegro), dak tar-raba’ taqsima, li eventwalment twassal għattmiem permezz tal-kant tal-Alleluia, hu mmarkat bħala wieħed li għandu jkun ħafna aktar mgħaġġel (più mosso). Għall-kuntrarju tal-ftuħ, l-għeluq ta’ din l-antifona hu kkarraterizzat minn konklużjoni strumentali f’forma ta’ skala.

B’linka differenti u aktar skura, fir-rokna t’isfel talfaċċata tal-partitura sħiħa hemm imniżżel l-isem Zurrico, li jfisser li għal xi żmien din l-antifona kienet tiġi esegwita wkoll fil-festa tal-Madonna tal-Karmnu taż-Żurrieq. Illum il-ġurnata, din l-antifona ma tiġi esegwita mkien.

It-Tieni Antifona: Flos Carmeli (1844)26 Jidher li sa ħames snin wara d-debutt tiegħu filknisja tal-Karmnu, is-Surmast Nani beda jżid fil-popolarità. Il-fatt li xi knejjes bdew jaħtruh maestro di cappella tal-festi tagħhom jista’ jiġi kkunsidrat fuq żewġ raġunijiet. L-ewwel raġuni hi minħabba li l-uniku maestro di cappella li sa dak iż-żmien kien imfittex ħafna, jiġifieri s-Surmast Vincenzo Bugeja,27 kellu tant impenji mużikali li ma setax jaċċetta kull kummissjoni li jingħata.28 It-tieni raġuni hi li s-Surmast Nani beda joffri lill-mużika tal-liturġija xi ħaġa oriġinali li sa dak iż-żmien kienet ftit stramba: l-idjoma operistika fl-intier kollu tagħha. L-orkestra kabbarha daqs dik tat-teatru, il-kor żviluppah f’wieħed aktar maskili u l-kompożizzjonijiet tiegħu saru bħal dawk li fl-istess żmien kienu bdew jinkitbu għatteatru. Eżempju ta’ kompożizzjoni minn dawn hi l-antifona Flos Carmeli li ġġib id-data tas-6 ta’ Lulju 1844. Miktuba fuq il-kjavi tal-Fa maġġuri u b’temp binarju (in due) għal kor ta’ tliet vuċijiet maskili29 u orkestra kbira, kif jgħid it-titlu fuq l-ewwel faċċata tal-partitura sħiħa,30 din l-antifona hi ffurmata f’erba’ taqsimiet (ABA1C). Il-kant fl-ewwel taqsima jibda wara introduzjoni strumentali u allegruża ta’ żewġ sentenzi, u wara pawża silenzjuża jidħlu l-vjolini b’melodija mimlija ornamenti imitattivi li jikkumplimentaw mal-ispirtu brijuż ikkreat millbiċċa introduttiva. Minn mument għall-ieħor il-kor jibda jkanta frażijiet ċkejknin sakemm il-melodija tgħaddi għand it-tenuri primi li jkantaw l-istrofa tal-Mater mitis akkumpanjati mill-bqija tal-kor u l-orkestra. Din l-ewwel taqsima hi kważi kollha kemm hi esegwita mill-ġdid fit-tielet taqsima, iżda mingħajr il-biċċa introduttiva u l-passaġġ li millewwel taqsima jwassal għat-tieni. Dan il-passaġġ hu kkaraterizzat minn nota waħda li, waqt li tikkumplimenta mal-pizzicato tal-istrumenti talkorda, tindaqq b’valuri żgħar fuq l-istrumenti tal-injam, liema strumenti eventwalment iwasslu għat-tieni taqsima b’modulazzjoni għall-kjavi tarRe bemoll maġġuri. It-tieni taqsima tibda b’frażijiet li s-sezzjonijiet tal-baxxi u tat-tenuri jkantaw wara xulxin rispettivament, liema frażijiet jindaqqu mal-kant fuq l-istrumenti l-baxxi (b’spirtu majestuż, kif indika l-kompożitur) u tal-injam rispettivament. Normalment huma l-istrumenti l-baxxi jkunu responsabbli mill-akkumpanjament tal-mużika, però f’dan il-waqt l-akkumpanjament

Valletta 2021

13


Il-faċċata tal-parti tal-baritonu bil-firem ta' dawk li nterpretawha matul is-snin

isir dipendenti fuq il-vjolini, permezz ta’ akkordi li jindaqqu b’sensiela ta’ noti qosra u b’dinamika baxxa. Fit-tieni nofs ta’ din it-taqsima, iż-żewġ sezzjonijiet tal-kor jingħaqdu flimkien u jaslu biex jintroduċu t-tielet taqsima b’modulazzjoni lejn ilkjavi oriġinali. Ir-raba’ taqsima hi kkaratterizzata mill-kant kontinwu tal-Alleluia, li b’temp aktar mgħaġġel u b’dinamika tassew għolja jwassal għal għeluq mimmli forza.

Fuq il-faċċata ta’ wħud mill-partijiet tal-orkestra hemm imniżżlin b’linka skura l-ismijiet Notabile u Zurrico, li jfisser li għal xi żmien din l-antifona kienet tiġi esegwita wkoll fil-festi tal-Madonna talKarmnu tal-Imdina u taż-Żurrieq. Fortunatament, din l-antifona għadha tindaqq kull sena nhar ilfesta tal-Madonna tal-Karmnu fiż-Żurrieq. Interessanti l-opinjonijiet li xi wħud esprimew filgazzetti31 dwar l-istil il-ġdid ta’ mużika liturġika li s-Surmast Nani kien qed jippreżenta fil-knejjes. Żewġ kitbiet li dehru wara l-festa tal-Madonna tal-Karmnu tal-1844, li bla dubju kienet tinkludi l-esekuzzjoni ta’ din l-antifona għall-ewwel darba, jgħidu hekk:

14

Festa Madonna tal-Karmnu

Il-mużika mill-aktar storbjuża kienet ta’ Dr Paolo Nani. ... L-orkestra kbira, li kellha wisq strumenti tar-ram, m’għamlet l-ebda armonija imma taħwid sħiħ. In-numru eċċessiv ta’ vuċijiet tarrax il-widnejn u ma smajniex ħlief konfużjoni li stordiet lill-imsejkna fidili. Fil-mużika smajna valzi, kabaletti, u siltiet ta’ mużika operistika adattati sagrileġġament għall-kliem qaddis tal-aqwa misteri tar-reliġjon qaddisa tagħna. ... Is-Sur Nani li jiftaħar li hu avukat jista’ jkun m’għandux ħila jifhem it-tifsira ta’ dan il-kliem imbierek? ... Nisperaw li darba għal dejjem jitwaqqaf l-iskandlu ta’ din il-mużika.32

Minn ftit ta’ żmien ilu, meta dħalna f’xi knejjes għal xi solennità u smajna l-mużika li ndaqqet biex takkumpanja ċ-ċelebrazzjoni tar-riti sagri, ħassejna li għandna nwerżqu f’qalbna kontra l-profonazzjoni li bdiet issir! ... X’abbuż intollerabbli!33 M’għandniex xi ngħidu li bħalma kien hemm opinjonijiet negattivi għall-mużika ppreżentata mis-Surmast Nani, kien hemm ukoll dawk pożittivi, speċjalment fost il-membri tal-kleru li baqgħu jagħtuh l-appoġġ tagħhom permezz ta’


aktar kummissjonijiet. Barra minn dan, Joseph Vella Bondin jirreferi għall-bini tal-knejjes f’dak iż-żmien bħala t-teatru tal-fqar, għax kien iservi tal-lok alternattiv għal dawk l-ammiraturi talmużika operistika li ma setgħux iħallsu biex jidħlu t-teatru.34 Robert Mifsud Bonnici jinnota wkoll kemm kienet ħaġa komuni li f’dawk iż-żminijiet kont tara min fil-knisja joqgħod b’ħarstu lejn ilgallerija tal-orgni (u b’dahru lejn l-artal!) biex jisma’ u jammira l-esekuzzjonijiet li normalment kienu jsiru minn hemm fuq.35

It-Tielet Antifona: Caput Tuum (1848)36 L-uniku antifona li s-Surmast Nani kkompona f’ġieħ il-Madonna tal-Karmnu b’test differenti minn dak tal-Flos Carmeli hi dik li ġġib id-data tat-12 ta’ Lulju 1848. Din l-antifona hi miktuba għal kor b’erba’ vuċijiet diversi u orkestra kbira u hi ffurmata f’ħames taqsimiet (ABA1BC) li huma lkoll fuq il-kjavi tas-Si bemoll maġġuri u b’temp komuni (in quattro). Introduzzjoni strumentali kemxejn twila, b’dinamika għolja u b’temp mgħaġġel, tiżviluppa f’passaġġ qasir fuq il-vjolini li eventwalment iwassal għad-dħul enerġetiku tal-kant tal-kor bil-kliem tal-Caput tuum. Il-kant tal-kor fl-ewwel taqsima hu wieħed kontinwu sakemm eventwalment, passaġġ li jindaqq fuq l-istrumenti tal-injam iwassal għat-tieni taqsima, li hi indikata biex tiġi esegwita b’dinamika baxxa u b’temp inqas mgħaġġel. Hawn il-vjolini primi, u f’xi waqtiet anke l-istrumenti tan-nifs, idoqqu melodija ddekorata b’trilli u kkaraterizzata b’ritmu li fih sensiela ta’ żewġ noti b’valur inugwali, u li matulha l-kant tal-kor jikkonsisti biss fi frażijiet ċkejknin kantati b’sillaba maqtugħha minn oħra. It-tielet taqsima tiftaħ b’passaġġ mimli forza millkor u l-orkestra li bl-istess temp mgħaġġel tal-bidu jwassal biex jiġu ripetuti l-ewwel u t-tieni taqsima, mingħajr l-introduzzjoni strumentali u l-ewwel ftit battuti tal-kant li nsibu fl-ewwel taqsima. L-aħħar taqsima, li l-kompożitur immarka bħala Stretto, jiġifieri passaġġ li għandu jkun esegwit b’temp aktar mgħaġġel u li normalment iwassal għattmiem ta’ kompożizzjoni, hi kkaratterizzata millkant kontinwu u dinjituż tal-Alleluia, li jagħti lil din l-antifona tmiem tassew grandjuż.

Jidher li l-kor li s-Surmast Nani kien ikollu miegħu fis-servizzi liturġiċi li kienu jkunu kkummissjonati lilu ma kienx ikun dejjem kompost mill-istess organiku. Uħud mill-kompożizzjonijiet kien jiktibhom għal erba’ vuċijiet diversi, filwaqt li oħrajn kien jiktibhom għal tliet vuċijiet maskili. Jidher li din l-antifona ħaseb biex jiktibha b’tali mod u manjiera li jkun possibli jesegwiha b’kwalunkwe grupp li jkollu preżenti, għax filwaqt li normalment, f’kompożizzjoni ta’ erba’ vuċijiet diversi, il-melodija prinċipali tingħata lill-vuċi tas-

Waħda mill-partijiet tal-Caput Tuum bit-tielet u r-raba' taqsima maqtugħin

soprani, li hija l-ogħla vuċi mill-erba’ sezzjonijiet, f’din l-antifona s-Surmast Nani taha lit-tenuri. Għall-kuntrarju, lill-vuċi tas-soprani tahom linja vokali li takkumpanja l-kant tal-melodija prinċipali, bħalma normalment ikunu wkoll dawk tal-alti u l-baxxi. Infatti, għal numru twil ta’ snin din l-antifona kienet tiġi esegwita biss bil-kant tal-linji tat-tenuri u tal-baxxi, ladarba dawk tas-soprani u tal-alti setgħu jinħassu li kienu inutli, jew aħjar, miktuba biex l-ebda sezzjoni tal-kor ma toqgħod b’ħalqha magħluq waqt l-esekuzzjoni.

Din l-antifona għadha tindaqq kull sena fi tmiem it-transulazzjoni tal-festa tal-Madonna talKarmnu fis-Santwarju-Bażilika. Għal ħafna snin, sew minħabba t-tul tagħha kif ukoll minħabba r-restrizzjonijiet li l-Knisja imponiet fuq ilmużika liturġika matul is-snin,37 din l-antifona kienet bdiet tiġi esegwita f’verżjoni ridotta, li kienet mingħajr l-introduzzjoni strumentali tal-bidu kif ukoll mingħajr it-tielet u r-raba’ taqsima. Infatti l-partitura sħiħa u l-partijiet tal-kant u tal-istrumenti li jinsabu fl-arkivju talKatidral tal-Imdina jinsabu b’dawn il-biċċiet imħażża bil-lapes u l-kulur, probabbilment minn xi wieħed mid-dixxendenti tal-kompożitur,38 biex il-mużiċisti jaqbżuhom. Wara tant snin esegwita f’din il-verżjoni, lejliet il-festa tal-2019 reġgħet ġiet esegwita kif oriġinarjament inkitbet, fost l-istagħġib u l-ferħ tal-patrijiet u d-devoti Karmelitani li qatt ma semgħuha tiġi esegwita f’din il-verżjoni. Din l-antifona tiġi esegwita wkoll fi tmiem it-translazzjoni tal-festa tal-Madonna talKarmnu fil-Parroċċa tal-Balluta.

Ir-Raba’ Antifona: Flos Carmeli (1861)39 Bla dubju, l-aktar silta mużikali marbuta masSantwarju-Bażilika u l-festa tal-Madonna talKarmnu, u li hija wkoll fost l-aktar kompożizzjonijiet li s-Surmast Nani jibqa’ msemmi għalihom, hi l-antifona Flos Carmeli, iddatata 7 ta’ Lulju 1861.

Valletta 2021

15


Miktuba espressament għal vuċi ta’ baritonu,40 kor ta’ tliet vuċijiet maskili u orkestra kbira, din l-antifona hi ffurmata f’ħames taqsimiet (ABA1CD). Il-bidu tagħha hu fuq il-kjavi tal-Fa maġġuri u b’temp binarju nsibu introduzzjoni strumentali li għad li allegruża, m’għandiex tindaqq mgħaġġla żżejjed (allegro non tanto). Hija introduzzjoni li permezz tal-istrumenti li jipparteċipaw, kull wieħed b’sehem speċifiku u importanti, tikkrea ftuħ tassew eċitanti, bi spirtu ferrieħi u dinjituż. Mument żgħir ta’ silenzju li jqanqal spirtu ta’ kurżità jwassal għall-element ta’ sorpriża permezz ta’ passaġġ li f’forma ta’ skala jdawwar mill-ġdid il-burdata għal waħda ferriħija, waqt li jiftaħ it-triq għall-kant tal-Flos Carmeli.

Il-protagonista tal-kant fl-ewwel taqsima hu l-baritonu, li l-kompożitur jafdalu melodja tassew impenjattiva u li fiha japplikalu l-kumpass sħiħ tal-vuċi. Fi tmiem l-ewwel taqsima nsibu passaġġ strumentali li fih jispikka d-daqq ta’ ħafna noti qosra fuq l-istrumenti tal-injam, u li eventwalment iwassal sew għall-modulazzjoni tat-tonalità kif ukoll għat-temp aktar kalm tat-tieni taqsima (andante). Fit-tieni taqsima, il-kjavi tinbidel għal dik tas-Si bemoll maġġuri u t-temp jinbidel ukoll għal wieħed kwaternarju kompost41 – temp li jintuża fil-valzi u li bla dubju jgħin biex flimkien mad-dinamika baxxa u l-melodiji ħelwin inissel dak is-sens ta’ mħabba u devozzjoni profonda f’qalb kull devot tal-Madonna tal-Karmnu. Tul it-tieni taqsima, il-kant tal-baritonu jibqa’ predominanti, iżda din id-darba jidħol ikanta miegħu wkoll il-kor: l-ewwel billi jirrispondi bħal eku l-frazijiet kantati mill-baritonu u wara billi jkompli jsostnieh b’akkumpanjament korali, b’xi kliem kantati wkoll b’sillaba maqtugħha minn oħra. L-akkumpanjament tal-istrumenti l-baxxi tal-korda hu kollu fuq il-pizzicato, ħlief fi tmiem it-taqsima, meta d-devozzjoni kkreata tinbidel f’daqqa għal waħda mimlija tensjoni bid-daqq u l-kant mimli forza tal-invokazzjoni Stella maris. F’dan il-mument tibda modulazzjoni lejn il-kjavi oriġinali li ssir kompluta wara kadenza kantata a piacere mill-baritonu segwita minn passaġġ qasir fuq l-istrumenti tan-nifs. Dan il-passaġġ jagħti bidu għat-tielet taqsima, fejn jerġa’ jfeġġ l-ispirtu allegruż tal-bidu u fejn it-temp jerġa’ jsir wieħed binarju. F’dan il-mument, il-kor jieħu għal ftit illinja prinċipali tal-kant mingħand il-baritonu bilkant tal-Flos Carmeli fuq it-tieni nofs tal-ewwel taqsima, b’xi ftit modifikazzjonijiet.

Il-vuċi baritonali terġa’ tieħu l-irwol prinċipali firraba’ taqsima, li hi maqsuma f’żewġ partijiet. Flewwel parti titkanta melodija bil-kliem tal-Mater mitis mill-baritonu, filwaqt li fit-tieni parti tiġi ripetuta l-istess melodija, b’xi modifikazzjonijiet,

16

Festa Madonna tal-Karmnu

mill-kor. Dan il-kant hu akkumpanjat ukoll biddaqq ta’ ħafna noti qosra fuq il-vjolini u f’waqt minnhom anke fuq l-istrumenti tal-injam, li jdoqqu nżul ta’ skala kromatika tassew kumplimentari. Ittieni parti tar-raba’ taqsima twassal għall-bini talfinal billi f’waqt minnhom il-baritonu jingħaqad mal-kant tal-kor biex eventwalment jgħaddu flimkien għall-ħames taqsima. Din l-aħħar taqsima hi kkaraterizzata bil-kant mgħaġġel u ċelebrattiv tal-Alleluia, li joħloq final tassew fenomenali. Konklużjoni strumentali, li tinkludi d-daqq ta’ noti qosra fuq l-istrumenti tal-korda segwiti b’numbru ta’ akkordji mar-roll tat-timpani, twassal għattmiem.

Kompożizzjoni maħduma tajba tingħaraf mhux biss minn kemm tkun tal-widna jew ħelwa l-melodija, imma wkoll minn kif l-istess melodija tkun sostnuta b’armonija rikka, kumplimentata b’kontro-melodiji li jixirqu, u dekorata b’orkestrazzjoni innovattiva. Il-fatt li t-tant attività vokali u strumentali li bihom hi komposta din l-antifona jipproduċu ħoss tant tajjeb u magħqud, juri l-maestrija u l-ġenjalità mużikali bihom kien mogħni s-Surmast Nani. Ittra li dehret fuq waħda mill-gazzetti wara l-festa tal-1861 turi li l-ewwel esekuzzjoni ta’ din l-antifona kienet apprezzata ferm mill-Karmelitani Beltin:

L-inkomparabbli Maestro di Cappella Dr Paolo Nani akkumpanja b’mużika eċċellenti l-quddiesa u l-għasar. Għall-okkażjoni, il-Maestro kkompona Flos Carmeli tassew sabiħa u devota. ... Fi tmiem il-funzjonijiet tal-knisja, deputazzjoni magħżula ta’ żagħżugħ ippreżentat lil Maestro Nani b’girlanda sabiħa tal-fjuri.42

Fil-preżent, din l-antifona għadha tiġi esegwita fis-Santwarju-Bażilika waqt il-mutett43 tal-aħħar Erbgħa tal-Madonna tal-Karmnu,44 f’lejliet il-festa waqt il-mutett li jsir wara l-kant tal-ewwel għasar, u f’nhar il-festa bħala sekwenza waqt il-quddiesa solenni prelatizja u mad-dħul tal-proċessjoni devota li ssir fit-toroq tal-Belt Valletta. Din l-antifona tiġi esegwita wkoll lejliet u nhar il-festa tal-Madonna tal-Karmnu fil-Parroċċa tal-Balluta. Interessanti l-fatt li fuq il-faċċata tal-parti talbaritonu, li tinsab miżmuma fl-arkivju tal-Katidral tal-Imdina, hemm imħażża l-annijiet u l-firem ta’ dawk il-persuni li matul is-snin kellhom ix-xorti li jinterpretaw dan il-kapolavur tas-Surmast Nani. Iżda huwa aktar interessanti l-fatt li fost l-annijiet imniżżla hemm dawk tal-1941 u 1942 immarkati bil-kelma Blitz, li jfisser li fi żmien it-Tieni Gwerra Dinjija mhux biss baqgħet tiġi ċċelebrata l-festa tal-Madonna tal-Karmnu imma li din kienet anke tkun bis-sehem tal-Cappella Nani,45 b’numru mhux


Il-Ħames Antifona: Flos Carmeli (1894)46 Fost l-antifoni li s-Surmast Nani kkompona f’ġieħ il-Madonna tal-Karmnu bit-test tal-Flos Carmeli, u li jinsabu fl-arkivju tal-Katidral tal-Imdina, insibu tnejn għal kor ta’ tliet vuċijiet maskili u orgni, probabbilment intenzjonati biex ikunu esegwiti f’funzjonijiet li għalihom ma kienx ikun rikjest l-akkumpanjament tal-orkestra. Iżda minkejja li dawn iż-żewġ kompożizzjonijiet huma mingħajr l-akkumpanjament tal-orkestra, ilmelodiji ħelwin, l-armonija elaborata u l-metodu ta’ akkumpanjament użat xorta jaslu biex joħolqu atmosfera pjaċevoli bi spirtu allegruż.

Is-Surmast Nani fi xjuħitu

żgħir ta’ kantanti u strumentalisti biex tkun tista’ tiġi esegwita din l-antifona. Xejn ma naħsbu li kienet faċli li torganizza festa fi żmien il-gwerra, bil-biża’ li minn ħin għall-ieħor jista’ jsir xi attakk mill-ajru, speċjalment fil-Belt Valletta! Dawn l-annijiet jixhdu mhux biss l-imħabba kbira li s-Sultana tal-Karmelu kienet minn dejjem tgawdi fil-Belt Valletta, speċjalment fi żminijiet iebsa, imma wkoll ir-rabta intima li din il-kompożizzjoni partikolari għandha mas-Santwarju-Bażilika u l-festa tal-Madonna tal-Karmnu, tant li lanqas fi żmien il-gwerra ma tħalliet fuq l-ixkaffa! Riċentament, minħabba l-qagħda finanzjarja li l-knejjes esperjenzaw b’riżultat tal-pandemija talCovid-19, il-festi tas-sena 2020 ġew iċċelebrati fuq skala żgħira. Għalhekk, janimaw il-mużika filfesta tal-Madonna tal-Karmnu kien hemm biss issurmast fuq l-orgni, ħames strumentalisti, u ħames vuċijiet. Imħeġġa mill-istorja ta’ din l-antifona fleqqel tat-Tieni Gwerra Dinjija, sar sforz biex anke fid-diffikultajiet li ġabet magħha l-pandemija, l-esekuzzjoni tagħha ssir xorta waħda bl-aħjar mod possibli. Il-festa tal-Madonna tal-Karmnu mingħajr l-esekuzzjoni ta’ din l-antifona ma tkunx festa kompluta!

Waħda minn dawn l-antifoni ġġib id-data tad-19 ta’ April 1894, jiġifieri meta s-Surmast Nani kien wasal biex jagħlaq it-tmenin sena. Taħt il-firma tiegħu fuq il-faċċata tal-partitura sħiħa hemm nota li tgħid li dan ix-xogħol ġie miktub għall-Patrijiet Karmelitani.47 It-temp indikat għal din l-antifona hu wieħed moderament mgħaġġel u fejn f’waqtiet il-kant tal-kor huwa b’vuċi waħda, f’waqtiet oħra huwa maqsum fi tliet vuċijiet indaqs. Hi ffurmata f’erba’ taqsimiet (ABA1C), kollha b’temp komuni. L-ewwel taqsima tintroduċi l-antifona fuq ilkjavi tas-Sol maġġuri, b’introduzzjoni qasira li b’dinamika qawwija tindaqq fuq l-orgni u li eventwalment twassal għall-kant tal-kor li b’vuċi waħda jkanta tema tassew ħelwa. Wara l-kant ta’ din it-tema, il-kor jinqasam bejn tenuri u baxxi, li jibdew ikantaw frażijiet qosra wara xulxin sakemm jerġgħu jingħaqdu f’vuċi waħda mill-ġdid għall-kant tat-tema, li tagħlaq l-ewwel taqsima bil-kant qawwi u ripetut tal-kelma singularis fi tliet vuċijiet diviżi. Wara dan, passaġġ ċkejken b’dinamika baxxa fuq l-orgni iwassal għat-tieni taqsima, b’modulazzjoni lejn it-tonalità tad-Do maġġuri. F’din it-taqsima, il-kor jerġa’ jinqasam f’żewġ sezzjonijet u b’invokazzjonijiet mill-istrofa tal-Mater mitis, jerġgħu jibdew jirrispondu lil xulxin b’frażijiet imitattivi sakemm eventwalment jingħaqdu flimkien biex tingħalaq din it-taqsima. Passaġġ modulattiv u żgħir fuq l-orgni jerġa’ jwassal mill-ġdid għat-tonalità tas-Sol maġġuri u sussegwentament għall-ftuħ tat-tielet taqsima. Hawn terġa’ tiġi ripetuta l-ewwel taqsima mingħajr id-daqq tal-introduzzjoni fuq l-orgni. Ir-raba’ taqsima hi wkoll ikkaraterizzata minn frażijiet li ż-żewġ sezzjonijiet tal-kor ikantaw wara xulxin għall-kliem tal-Mater Mitis, u dan sakemm jingħaqdu biex ikataw fi tliet vuċijiet diviżi. Din l-aħħar taqsima tagħlaq bil-kant ċelebrattiv u ripetut tal-Alleluia. Fil-preżent, din l-antifona ma tiġi esegwita mkien.

Is-Sitt Antifona: Flos Carmeli 48 It-tieni antifona għal kor ta’ tliet vuċijiet maskili u orgni, u li wkoll ma tiġi esegwita mkien, hi waħda

Valletta 2021

17


mingħajr data u li fl-arkivju tal-Katidral tal-Imdina hi kopja b’kaligrafija tassew pulita minflok dik oriġinali tas-Surmast Nani. Bħall-oħra din ukoll għandha mniżżel li ġiet miktuba għall-Patrijiet Karmelitani, però ta’ interess akbar hu hija l-kitba bl-aħmar li hemm fir-rokna t’isfel, li taqra Conventus S. Juliani. Dan ifisser li jekk is-Surmast Nani ma kitibhiex espressament għall-komunità tal-Patrijiet Karmelitani tal-Balluta, din l-antifona kienet żgur għal xi żmien tintuża fil-festa talMadonna tal-Karmnu li kienet bdiet tiġi ċċelebrata fil-bajja tal-Balluta, San Ġiljan, fl-1896.

Bħal dik tal-1894, din l-antifona hi wkoll iffurmata f’erba’ taqsimiet (ABA1C) iżda l-idjoma tagħha hi aktar modesta. L-ewwel taqsima tiftaħ il-mużika fuq il-kjavi tas-Si bemoll Maġġuri u fuq temp binarju. Fuq l-orgni, b’temp moderat, tindaqq introduzzjoni li ssemma’ t-tema li wara titkanta mill-kor bil-kliem tal-Flos Carmeli. Immedjatament wara l-kant tat-tema tindaqq b’ħeffa frażi qasira għal darbtejn u li għal kull waħda jirrispondi l-kor b’invokazzjoni differenti. L-għeluq talewwel taqsima jwassal għal modulazzjoni lejn it-tonalità tal-Fa maġġuri, li fuqha hi komposta t-tieni taqsima. Din it-taqsima tinkludi sensiela ta’ frażijiet mill-istrofa tal-Mater mitis li jitkantaw b’mod kontinwu mis-sezzjoni tat-tenuri, u li l-baxxi jkantaw magħhom darba iva u darba le. F’għeluq it-tieni taqsima jindaqq passaġġ modulattiv li hu kkaratterizzat b’acciaccatura fit-tieni taħbita ta’ kull battuta, u li eventwalment iwassal mill-ġdid fuq it-tonalità oriġinali. Fit-tielet taqsima titkanta mill-ġdid it-tema li hemm fl-ewwel taqsima, għalkemm b’żvilupp differenti, għax filwaqt li dik tal-ewwel taqsima twassal għal modulazzjoni, din tibqa’ żżomm it-tonalità oriġinali. Ir-raba’ taqsima hu kkarraterizzat mill-frażijiet imitattivi li baxx u tenur solisti jkantaw wara xulxin rispettivament bil-kliem Carmelitis da privilegia sakemm jidħol ilkor bil-kant tal-invokazzjoni Stella maris kif ukoll bil-kant tal-Alleluia fit-tmiem. Konklużjoni L-analiżi qasira ta’ dawn is-sitt kompożizzjonijiet li s-Surmast Paolo Nani kkompona mill-bidu nett tal-karriera mużikali tiegħu sa kważi t-tmiem ta’ ħajtu, tagħti dawl fuq kif il-mużika operistika kienet gradwalement introdotta fil-funzjonijiet liturġiċi tal-gżejjer Maltin. L-inizjattiva prinċipali kienet tas-Surmast Nani, iżda mhux mill-bidu nett. L-introduzzjoni tal-mużika operistika fil-liturġija kien esperiment li beda wettaq ftit ftit wara li beda jsir familjari mal-ambjent ekkleżjastiku, u dan permezz tal-ewwel kummissjoni tiegħu filknisja tal-Karmnu. L-iskop ta’ dan l-esperiment kien mhux biss biex joffri lill-knejjes b’mużika oriġinali u ta’ kwalità varjabbli minn dik li kienet

18

Festa Madonna tal-Karmnu

qiegħda tkun esegwita fi żmienu, imma biex ukoll jiddistingwi lilu nnifsu mill-‘monotonija’ talmaestri di cappella l-oħra u jżid fil-kummissjonijiet li jingħata u li tant kellu bżonn għall-għixien tiegħu u ta’ familtu. U rnexxielu!

Is-Surmast Nani miet fit-22 ta’ Marzu 1904, eżattament erba’ xhur wara l-ħruġ tal-motu propju49 tal-Papa San Piju X dwar il-mużika filknejjes.50 F’Malta kienet qamet kontroversja bejn dawk li xtaqu jobdu lill-Papa billi jimxu skont innormi tal-motu propju u dawk li mill-banda l-oħra xtaqu jikkultivaw il-mużika b’tendenza operistika fil-knejjes.51 Eventwalment, numru mhux ħażin ta’ knejjes Maltin kienu għażlu li jibdlu l-maestro di cappella tagħhom52 però kien hemm oħrajn li m’għamlux hekk. Fost dawn tal-aħħar insibu s-Santwarju-Bażilika tal-Madonna tal-Karmnu: l-ewwel knisja li fetħet il-bibien tagħha beraħ għall-mużika tas-Surmast Nani u li sal-lum għadha tgawdi mill-kompożizzjonijiet tiegħu u taddixxendenti tiegħu. Umilment nirringrazzja lir-Rev. Pirjol u l-komunità tal-Patrijiet Karmelitani tal-Belt Valletta li tawni sehem mill-esekużjoni tal-mużika tad-Dinastija Nani permezz tal-ħatra tiegħi bħala maestro di cappella tas-Santwarju-Bażilika fl-2019, kif ukoll lir-Rev. Kappillan u l-komunità tal-Patrijiet Karmelitani tal-Balluta li matul din is-sena ħatruni maestro di cappella tal-Parroċċa tagħhom, li fortunatament ukoll għadha tgawdi millkompożizzjonijiet tas-Surmastrijiet Nani. Ħajr L-Arkivista tal-Arkivju tal-Katidral, l-Imdina. Referenzi

1 Is-surmast responsabbli mill-kant fil-liturġija. 2 Flos Carmeli, vitis florigera, splendor caeli, Virgo puerpera singularis. Mater mitis sed viri nescia Carmelitis da privilegia Stella maris, alleluia. 3 Caput tuum ut Carmelus: et comae capitis tui, sicut purpura regis vincta canalibus, alleluia. 4 Għal lista tal-knejjes li kienu jagħmlu użu mis-servizzi mużikali tas-Surmast Paolo Nani ara Joseph Vella Bondin, “The Nani Musicians, their Music and their Cappella di Musica,” f’The Nani Composers (XVIII--XX cent.): A Historical Assessment and a Catalogue of their Works, ed. John Azzopardi, Franco Bruni, u Joseph Vella Bondin (Collegeville, MN: Hill Monastic Manuscript Library, 2007), 29. 5 Ibid., 30. 6 Fost id-diretturi ta’ dan il-Konservatorju kien hemm uħud mill-aqwa kompożituri tal-opra Taljana u għalhekk ittagħlim mogħti fil-kompożizzjoni kien aktar dirett lejn ilmużika tat-teatru. Ara Joseph Vella Bondin, Il-Mużika ta’


Malta fis-Sekli Dsatax u Għoxrin (Malta: Pubblikazzjonijiet Indipendenza, 2000), 9--10. 7 Vella Bondin, “The Nani Musicians,” 25. 8 Għal iktar tagħrif fuq id-dinastija mużikali tal-familja Nani ara ibid., 19--42. 9 Saċerdot mill-Isla u maestro di cappella ta’ xi knejjes f’Malta. Ara Robert Mifsud Bonnici, Mużiċisti Kompożituri Maltin u Għawdxin tal-Bieraħ u tal-Lum (Malta: Giov. Muscat, 1951), 41--2; Joseph Vella Bondin, Il-Mużika ta’ Malta sal-Aħħar tas-Seklu Tmintax (Malta: Pubblikazzjonijiet Indipendenza, 2000), 138. 10 Mifsud Bonnici jikteb kif l-inġenjalità mużikali ta’ Muscat kienet wasslitu biex jintgħażel bħala d-direttur tal-Konservatorju San Pietro a Majella f’Napli, u wara li rrifjuta din il-kariga minħabba xi ntoppi li sab, ġie lura Malta fejn sab ukoll it-tfixkil u fejn spiċċa biex miet taħt ċirkustanzi misterjużi. Ara Mifsud Bonnici, Mużiċisti Kompożituri Maltin u Għawdxin tal-Bieraħ u tal-Lum, 110-2. 11 Ara Vella Bondin, “The Nani Musicians,” 24--5. 12 Id-direttur preżenti tal-Cappella Nani huwa Dr Joseph Gatt, b’kitba privata li saret mis-Surmast Paul Nani fis-17 ta’ Ottubru 1978. 13 Vella Bondin, “The Nani Musicians,” 26. 14 Fl-1840 kien responsabbli mill-mużika tal-festi ta’ San Pawl Nawfragu fil-Belt Valletta u tal-Madonna tal-Grazzja f’Ħaż-Żabbar, l-aħħar waħda ad interim sakemm Patri Giuseppe Spiteri Fremond jirritorna lura mis-safar. Ara Abraham D’Amato, “L-Antifoni li jindaqqu fil-festa ta’ ĦażŻabbar u l-Kompożituri tagħhom,” f’Leħen is-Santwarju Madonna tal-Grazzja Ħaż-Żabbar, nru. 127 (2016): 66--7. 15 Vella Bondin, Il-Mużika ta’ Malta fis-Sekli Dsatax u Għoxrin, 20. 16 Ara Abraham D’Amato, “The Spirit of Liturgical Music in Malta from the Eighteenth Century. A Critical Analysis” (S.Th.L. diss., University of Malta, 2016), 23--8. 17 Arkivju tal-Katidral tal-Imdina (minn hawn ACM), Mus. ms. 1569. 18 Fl-arkivju tal-Katidral tal-Imdina jinsabu numru mhux ħażin ta’ kompożizzjonijiet li s-Surmast Nani kkompona bejn l-1838 u Lulju 1839, bla dubju intenzjonati għallfesta tal-Madonna tal-Karmnu fil-Belt Valletta. 19 Minn madwar 250 kompożizzjoni li għadhom jeżistu tasSurmast Paolo Nani, 35 minnhom huma antifoni, u 11 minnhom biss mhumiex għall-użu tal-liturġija. Ara Vella Bondin, “The Nani Musicians,” 29. 20 Ibid., 25. 21 Soprani, Alti, Tenuri, u Baxxi. 22 Dan hu evidenti wkoll fil-kompożizzjonijiet liturġiċi l-oħra li s-Surmast Nani kkompona fl-istess żmien. 23 Il-kant indaqs ta’ noti differenti minn diversi vuċijiet f’daqqa. 24 Flos Carmeli in Sib. Fuq il-partitura sħiħa nsibu mniżżel ukoll it-temp – ¾. 25 Bidla fit-tonalità. 26 ACM, Mus. ms. 1570. 27 Maestro di cappella tal-Katidral tal-Imdina, tal-KonKatidral ta’ San Ġwann fil-Belt Valletta, u ta’ bosta knejjes

f’Malta li uħud minnhom għadhom jagħmlu użu millcappella di musica u l-kompożizzjonijiet tiegħu sal-lum. Ara Robert Mifsud Bonnici, Mużiċisti Kompożituri Maltin: Maestri di Cappella tal-Katidral (Malta: A.B.C. Fine Art Printers, 1950), 18--20; Vella Bondin, Il-Mużika ta’ Malta fis-Sekli Dsatax u Għoxrin, 15--6. 28 Vella Bondin, “The Nani Musicians,” 25. 29 Tenuri Primi, Tenuri Sekondi, u Baxxi. 30 Antifona Flos Carmeli a piena orchestra. 31 Il-libertà tal-istampa f’Malta kienet għadha kemm ġiet introdotta fl-1839. 32 L’Osservatore Maltese, 19 ta’ Lulju 1844, ikkwotat f’Vella Bondin, Il-Mużika ta’ Malta fis-Sekli Dsatax u Għoxrin, 29. 33 Il Portafoglio Maltese, 7 ta’ Awwissu 1844, ikkwotat f’Vella Bondin, Il-Mużika ta’ Malta fis-Sekli Dsatax u Għoxrin, 29. 34 Joseph Vella Bondin, “Żvilupp il-Mużika Sagra f’Malta f’dawn l-Aħħar 50 Sena,” in L-Istitut Kattoliku: Ħamsin Sena ta’ Ħajja u Ħidma, ed. Ġwann Galea (Malta: Istitut Kattoliku, 2010), 112. 35 Mifsud Bonnici, Mużiċisti Kompożituri Maltin: Maestri di Cappella tal-Katidral, 7, 34--5. 36 ACM, Mus. ms. 1843. 37 Id-dokument ewlieni biex jirregola l-mużika li kienet qiegħda tindaqq fil-knejjes kien il-motu propju Tra le Sollecitudini tal-Papa San Piju X. Ara wkoll numru 50. 38 Antonio Nani (1842--1929) jew ibnu Paul (1906--1986). 39 ACM, Mus. ms. 1571. 40 Vuċi li l-kumpass vokali tagħha hu bejn dak tat-tenur u l-baxx. 41 Fil-mużika hemm it-temp sempliċi, meta kull taħbita tinqasam fi tnejn, u t-temp kompost, meta kull taħbita tinqasam fi tlieta. 42 Il Portafoglio Maltese, 17 ta’ Lulju 1861, ikkwotat f’Vella Bondin, “The Nani Musicians,” 28. 43 Azzjoni liturġika li ħafna drabi tinkludi l-kurunella talqaddis/a, il-kant tal-antifona, u l-barka sagramentali. 44 L-Erbgħa fuq is-solennità ta’ Tlugħ il-Mulej fis-Sema (Lapsi). 45 Dak iż-żmien taħt id-direzzjoni tas-Surmast Paul Nani, inneputi tal-kompożitur. 46 ACM, Mus. ms. 1572. 47 Scritta per i Reverendi Padri Carmelitani. 48 ACM, Mus. ms. 1844. 49 Dokument ippromulgat mill-Papa u li għandu forza ta’ liġi. 50 San Piju X, Motu Propju fuq il-Mużika Sagra “Tra le Sollecitudini” (22 ta’ Novembru 1903), verżjoni bl-ingliż fuq https://adoremus.org/1903/11/tra-le-sollecitudini/ 51 Ara Vella Bondin, Il-Mużika ta’ Malta fis-Sekli Dsatax u Għoxrin, 110--1. 52 Ara ibid., 120--1.

Valletta 2021

19


Il-Festa tal-Madonna tal-Karmnu fil-Belt ta’ Messina Robert Cassar M.A. History of Art; B.Cons.(Hons.); B.A.(Hons.)

Għall-festa tal-Madonna tal-Karmnu tas-sena 2019, jien u l-kollega tiegħi, awtur ukoll f’din ilpubblikazzjoni, inzertajna msiefrin fil-Belt ta’ Messina. Għall-bidu meta sirna nafu li mhux ser inkunu Malta għall-festa devota li t-tnejn tant inħobbu, ħadniha ftit bi kbira, u għalhekk ladarba wasalna Messina, minnufih rajna xi manifesti mwaħħlin mal-ħitan u l-ħwienet jħabbru l-festa tal-Madonna tal-Karmnu li ssir hemm ta’ kull sena. Wara li lestejna mix-xogħol li morna għalih, minnufih għamilt riċerka dwar il-festa u l-purċissjoni li kellha ssir dakinhar u fittixt fuq il-mappa fejn kienet din il-knisja. Iddeċidejna li ladarba tlifna l-festa tal-Belt, morna biex nassistu għall-festa f’Messina u nisimgħu l-quddiesa talfesta.

L-altar maġġur armat għall-festa. (Ritratt: Robert Cassar)

20 Festa Madonna tal-Karmnu

Tlaqna mill-lukanda u qbadna mexjin mal-mappa. Wara li rajna xi monumenti storiċi tal-belt, wasalna fil-knisja tal-Karmnu. Il-knisja tista’ tgħid hija rotunda bil-kappelli madwarha u b’faċċata eklettika tas-snin tletin tas-seklu għoxrin. Għandha wkoll kampnar baxx, bħalma huma l-biċċa l-kbira tal-kampnari tal-knejjes ta’ Messina. Il-qniepen huma sett ta’ ħames qniepen minn Daciano Colbachini ta’ Padova. Il-knisja kienet mibnija mill-ġdid wara t-terrimot kbir tal-1908 li ħakem il-bliet ta’ Messina u Reggio Calabria u li qeridhom sal-art bl-arti u bit-teżori li kien fihom. Waħda minn dawn il-knejjes, kienet dik tal-Madonna talKarmnu li kienu jmexxuha l-Patrijiet Karmelitani. Il-knisja oriġinali kienet flok oħra viċin ħafna talKatridal. Però minħabba ideoloġiji antiklerikali li kienu qegħdin jrejħu f’dawk iż-żminijiet, ġie deċiż li għar-rikostruzzjoni tal-belt ta’ Messina, jħassru kull traċċa tal-knejjes kbar li kont issib f’Messina qabel it-terremot ħlief għal dawk talKatidral u tal-Franġiskani Minuri. Il-bqija, min kellu l-ħila jiġġieled, ħa biċċiet ta’ art iżgħar milli kellhom u mhux bilfors fil-post eżatt fejn kienu. Fil-fatt il-pjanta tat-toroq inbidlet totalment minn kif kienet. Il-binjiet kellhom jkunu baxxi bħall-każ tal-kampnari u l-materjal kellu jkun tal-konkos rinfurzat li kellu jilqa’ mill-ħsara f’każ ta’ terrimot ieħor.

Il-patrijiet tal-knisja tal-Karmnu f’Messina ngħataw biċċa art flok knisja oħra ’l bogħod minn fejn kienu oriġinarjament. Fil-knisja nsibu diversi altari bin-niċeċ bi statwi fihom. Fuq l-altar maġġur naraw il-vara barokka tal-Madonna bilBambin bil-labtijiet f’idejhom tagħti l-iskapular lil San Xmun Stokk għarkupptejh quddiemHom. Waqt il-festa, din kienet tinsab fil-ġenb tal-altar fuq bradella bir-roti lesta għall-purċissjoni. Din l-istatwa tidher li tgawdi ħafna devozzjoni kemm mill-ħafna devoti li ġew jinvistawha u kemm millkwantità ta’ nies li jakkumpanjaw wara l-istatwa fil-purċissjoni. Il-knisja oriġinali kienet ta’ preġju imprezzabbli għall-arti barokka li kien fiha flarti tal-iskultura u l-interzjar fl-irħam. Innutajt xi


biċċiet skulturati bħal xi mensola ta’ altar li kienet qed iservi ta’ kolonna jew xi wiċċ ta’ altar li qed isservi ta’ bank barra s-sagristija għall-pellegrini li jinvistaw il-knisja. Meta tara dawn u r-ritratt ta’ kif kienet taqbdek nostalġija għall-knisja li kien hemm qabel. Jingħad li wara t-terremot, millknisja antika salvaw rħamijiet, vażuni prezzjużi, il-kwadri fosthom dak antik tal-Madonna talKarmnu flimkien mal-istatwa proċessjonali li għadha teżisti. Wara t-terremot kienet intilfet serjament id-devozzjoni tal-Messiniżi li salvaw lejn il-Madonna tal-Karmnu u l-Arċisqof Monsinjur Letterio D’Arrigo Ramondini ra kif għadda f’idejn il-Patrijiet Karmelitani l-knisja tal-injam ta’ Santa Croce fil-Parroċċa ta’ San Pietru u San Pawl biex jibdew dan ix-xogħol ta’ qima minnufih. IlKarmelitani mxew minn knisja għal oħra ħafna drabi sakemm il-Prijur tal-Karmelitani f’Messina Patri Anselmo Alessi ħadem qatigħ biex jinbnew l-knisja u l-kunvent l-ġdid. Fl-1926, ingħata bidu għall-proġett b’disinn li sar mill-Perit Cesare Bazzani. Fit-3 ta’ Ġunju 1930 kien inawgurat ilkunvent u s-sena ta’ wara fil-festa tal-Madonna tal-Karmnu daħlet trijonfalment l-istatwa devota. Dan l-aħħar, il-Patrijiet Karmelitani li kienu ilhom Messina sa mit-tlettax-il seklu ħallew b’dispjaċir dan il-Kunvent għall-aħħar darba f’Settembru tal2015 u afdaw din il-parroċċa f’idejn id-djoċesi. Minflok il-Pirjol illum insibu jmexxi lill-Kappillan Don Gianfranco Centorrino.

Il-bancarella bil-ħelu u l-ġugarelli bil-banda maġenbha. (Ritratt: Robert Cassar)

u Għawdxin ħlief għall-fjuri fuq l-altar maġġur, siġġijiet indurati għall-quddiesa ta’ filgħaxija u l-istatwa titulari li kienet armata fuq kaxxa li kellha mixegħla ta’ dawl quddiema mdawra bil-fjuri u diversi xemgħa tal-wegħda.

Minnufih bdejna nindunaw li l-knisja bdiet timtela ġmielha tant li kważi lanqas kien baqa’ post bilqiegħda. Żewġ irġiel sadanittant bdew jissieltu mal-antiporta biex jiftuħa għall-purċissjoni għax tidher li kienet ilha ftit ma tinfetaħ u kienet ibbieset. Sibna l-aħħar żewġ postijiet f’kappella biswit l-altar maġġur propju wara l-vara proċessjonali. Il-quddiesa kienet konċelebrata mill-Kappillan Don Centorrino li kien akkumpanjat minn qassis Meta wasalna quddiem il-knisja ntbaħna b’xi armar ieħor, djaknu li kien jidher lajk u erba’ abbatini tad-dawl magħmul f’disinji mdendla quddiem u ġuvintur kbar. Il-quddiesa bil-lingwa Taljana maġenb il-knisja fuq antanjoli. Maġenb il-knisja kienet organizzata tajjeb ħafna bil-kor bl-organist. kien hemm bancarella waħda qiegħda tbigħ ħelu, Innutajt li fuq quddiem kien hemm bilqiegħda xi karawatt, lewż, gewż, u ġugarelli għat-tfal bħalma mistednin distinti fosthom is-Sindku ta’ Messina. nsibu bil-gzuz armati fil-festi tagħna. Mat-taraġ Il-quddiesa bdiet fis-sitta mal-programm fuq ilprinċipali tal-knisja kien hemm armati żewġ manifest mwaħħal mal-knisja u l-purċissjoni kellha rampi weqfin li kienu jidhru li huma biex jgħinu toħroġ fis-sebgħa wara l-quddiesa. Però l-quddiesa r-reffiegħa jinżlu bil-vara, imma konna żbaljati. ħadet ħafna aktar ħin għax il-kappilllan għamel Dħalna fil-knisja biex naraw u napprezzaw dak li prietka vera twila l-aktar bbażata fuq il-virtuwijiet kien hemm fiha. Minn ġewwa l-knisja kienet għerija saċerdotali u ftit fuq il-festa tal-Madonna talminn armar li aħna mdorrijin bih fil-festi Maltin Karmelu. Huwa kien qed jiċċelebra l-għeluq ilħamsa u għoxrin sena jqaddes u sab il-mument opportun li jiċċelebra din l-okkażjoni. Kont ftit diżappuntat peress li stennejt li nisma’ prietka bitTaljan fuq il-Fjur tal-Karmelu. Il-quddiesa spiċċat f’xi t-tmienja neqsin kwart.

It-Terzjarji nisa mexjin proċessjonalment wara l-waqfa ta' talb ħdejn is-sorijiet. (Ritratt: Robert Cassar)

Wara l-quddiesa ħriġna barra u lesta maġenb il-knisja kien hemm banda numeruża mhux ħażin. Mingħajr ebda organizzazzjoni f’daqqa waħda bdew jdoqqu l-qniepen u ħarġu żewġ bandalori wieħed tal-Konfraternità tal-Madonna tal-Mercede u warajh tat-Terzjarji Karmelitani miktubin f’din il-knisja. Il-membri kienu komposti minn xi għoxrin mara lebsin l-abitu Karmelitan

Valletta 2021

21


L-istatwa proċessjonali armata fil-knisja. (Ritratt: Robert Cassar)

kannella, kappa kulur krema, bil-labtu Karmelitan bil-velu tal-bizzilla. F’idhom jġorru xema’ aux flambaux u mxew tnejn tnejn quddiem il-vara. Xi rġiel lebsin pajżana kienu lebsin il-labtu talKarmnu. Ftit wara l-banda nfexxet iddoqq innu popolari lill-Madonna tal-Karmelu u tfaċċat ilvara bil-kaxxa ta’ taħtha b’kollox fil-bieb tal-knisja. Mal-innu ftit ftit bdiet nieżla fir-rampa armata apposta. Xeni bħal dawn mhux imdorrijin bihom Malta imma l-atmosfera kollha xorta ħolqot dik l-aspettattiva li jkollna meta naraw vara ħierġa mil-knisja merfugħa fuq l-ispalla. Mal-ħin, kienet sparata kaxxa ta’ murtaletti tal-kulur żgħar minn fuq il-bejt tas-sagristija fost għajjat ta’ ‘Viva Marija’ mill-folla preżenti. Malli spiċċa l-innu, il-vara sabet ruħha fit-triq lesta biex titlaq il-purċissjoni. Ilbanda bdiet iddoqq innijiet popolari li alternaw ma’ innijiet Marjani li bdiet tkanta l-ġemgħa u l-purċissjoni bdiet miexja bil-pass imgħaġġel u mingħajr waqfiet. L-ewwel waqfa li għamlet kienet quddiem il-knisja ta’ Santa Maria dello Spirito Santo monasteru tas-sorijiet Figlie del Divino Zelo. Kien hemm xi mumenti ta’ talb mis-sorijiet waqt li l-vara dawruha tħares lejn il-knisja. Il-purċissjoni damet iddur minn diversi toroq tant li kienet twila ħafna. Innutajna li l-vara fuq ir-roti kienet mmexxija permezz ta’ steering-wheel li jinsab fuq il-lemin ta’ wara li beda jidderiġih ġuvnott waqt li jimbotta l-vara. Waqfa oħra kienet quddiem il-knisja Salesjana ta’ Santa Maria Ausiliatrice

22 Festa Madonna tal-Karmnu

fejn kienet milqugħa miż-żgħażagħ taċ-ċentru. Reġgħet saret waqfa b’mumenti ta’ talb quddiem il-Kunvent tas-Sorijiet Dumnikani tas-Sacro Cuore. Il-purcissjoni sabet ruħha ħdejn il-knisja minn triq faċċata u wara li ħarqu xi gassijiet mat-triq, il-banda u qabdet iddoqq l-istess innu li ħarġet il-vara bih u reġgħhu daħħluha lura fil-knisja din id-darba bil-ġirja wiċċha tħares ’il barra. Fil-knisja bdew jindaqqu xi qniepen żgħar sakemm daħlet u tqiegħdet f’postha. Tajjeb ninnutaw li n-nies kienu naqsu minn kemm kienet meta ħarġet. Il-kappillan għamel xi kelmiet tal-għeluq u ta l-barka tal-aħħar bil-fomm.

Għalkemm dik is-sena kont tlift il-purċissjoni li s-soltu nassiti għaliha fil-Belt Valletta, kont ferħan li rnexxieli nara festa kif issir barra minn Malta propju fil-gżira qariba tagħna li għalkemm viċin, jvarjaw ħafna fit-tradizzjonijiet kif evolvew matul iż-żmien. Meta taħseb li l-Belt ta’ Messina għaddiet minn dak il-gwaj, l-ewwel tat-terremot qerried, imbagħad tat-twaqqigħ ta’ ħafna knejjes kbar li kellha u mbagħad reġgħet intlaqtet mit-Tieni Gwerra, tibqa’ mistagħġeb kif devozjoni għażiża bħal din lejn il-Madonna tal-Karmnu baqgħet daqshekk ħajja. Referenza:

https://it.wikipedia.org/wiki/Chiesa_del_Carmine_ (Messina)


Title Page ritratt santwarju

Programm tal-Festi Solenni

Madonna tal-Karmnu Il-Belt Valletta 2021 Valletta 2021

23


PROGRAMM TAL-FESTI SOLENNI li l-Provinċja Karmelitana Maltija se tiċċelebra F’Ġieħ il-Madonna tal-Karmnu fis-Santwarju Bażilika Tagħha fil-Belt Valletta 1 - 16 ta’ Lulju 2021 Il-Ħamis, 1 ta’ Lulju: Ftuħ tal-Festa 6:30pm

6 ta’ Lulju – Jum l-Arċikonfraternità talQuddiesa tal-ftuħ tal-festa mill-Pirjol Madonna tal-Karmnu Patri Alex Scerri O.Carm., Rettur tasSantwarju, bis-sehem tal-għaqdiet kollha tas-Santwarju. Fil-bidu taċċelebrazzjoni, kif inhi d-drawwa, jinkixef il-Kwadru Inkurunat u ssir ilmixgħela tal-Bażilika.

7 ta’ Lulju – Jum il-Voluntiera tal-Festa

8 ta’ Lulju - Jum l-Għaqdiet soċjali, ċivili u kulturali tal-Belt

9 ta’ Lulju – Jum il-Familja - mistiedna Inħejju ruħna spiritwalment għall-festa biex dawk li żżewġu dis-sena fis-Santwarju Il-Ġimgħa, 2 ta’ Lulju: Jum Ewkaristiku

permezz tagħha l-Verġni Marija xxerred kotra ta’ grazzji fuqna 10 ta’ Lulju – Jum l-Arċikonfraternità ta’ 10.00am Quddiesa. Wara Ġesù Ewkaristija jiġi espost sa nofsinhar. 6.00pm Rużarju quddiem Ġesù Ewkaristija 6.30pm Quddiesa bil-ħsieb fuq l-Verġni Marija fiċ-Ċenaklu

San Ġużepp

Issir il-vestizzjoni tal-fratelli l-ġodda u wara ssir l-Inawgurazzjoni tan-Niċċa l-ġdida ta’ San Ġużepp

11 ta’ Lulju – Jum it-Tfal

Is-Sibt, 3 ta’ Lulju: Niftakru f’dawk li 10.00am Quddiesa animata għat-tfal kollha. Ittfal kollha li se jattendu se jingħataw ħallewna 6.30pm

Quddiesa għall-erwieħ tal-mejtin li mietu matul din is-sena.

6.00pm 6.30pm

Rużarju Quddiesa bis-sehem tat-Terz’Ordni Karmelitan li fiha ssir il-vestizzjoni u l-professjoni tat-Terzjarji l-ġodda.

tifkira tal-okkażjoni.

12 ta’ Lulju – Jum il-Vokazzjonijiet Karmelitani

Il-Tnejn 5 ta’ Lulju: Jum it-Terzjarji Fiċ-ċelebrazzjoni tan-Novena se nfakkru għeluq Karmelitani il-125 sena mill-Ordinazzjoni Presbiterali tal-

Qaddej ta’ Alla Patri Avertan Fenech O.Carm, u jum l-Ewwel Quddiesa Solenni tiegħu fil-Bażilika Santwarju. 6.00pm

Mit-Tlieta 6 ta’ Lulju sal-Erbgħa 14 ta’ 6.30pm Lulju: Novena f’ġieħ il-Madonna talKarmnu Kuljum: 6.00pm 6.30pm

Rużarju kantat bil-Litanija Karmelitana Quddiesa solenni bil-ħsibijiet minn Patri Alan J. Adami O.P. Wara tingħad ilKurunella u ssir Ċelebrazzjoni Marjana bil-Kant tas-Salve Reġina u Flos Carmeli u Ċelebrazzjoni Ewkaristika.

24 Festa Madonna tal-Karmnu

Rużarju Karmelitan bil-meditazzjonijiet tal-Qaddej ta’ Alla Quddiesa Konċelebrata minn P. Charlò Camilleri, O.Carm. Viċi-Postulatur tal-Kawża tal-Beatifikazzjoni u Kanonizzazjoni.

13 ta’ Lulju – Jum is-Solidarjetà

14 ta’ Lulju – L-Aħħar Jum tan-Novena 10.00am Quddiesa għall-morda u l-anzjani. Tul iċ-ċelebrazzjoni tkun esposta x-xbieha devota tal-Madonna tal-


6.30pm

Morda. Fi tmiem iċ-ċelebrazzjoni se ssir purċissjoni bis-Ssmu. Sagrament fis-Santwarju u tingħata l-Barka Sagramentali. Quddiesa solenni tal-Aħħar Jum tanNovena li għaliha huma mistiedna l-Baned, l-għaqdiet tan-Nar li s-soltu jieħdu sehem fil-festa esterna u anke l-artisti li jaħdmu mal-Għaqda Festa Madonna tal-Karmnu.

Il-Ġimgħa, 16 ta’ Lulju: Jum it-Tifkira Solenni tal-Imqaddsa Verġni Marija talGħolja tal-Karmelu

Il-Quddies filgħodu jkun: fil-5.30, 6.00, 6.30, 7.00, 9.00 u f’nofsinhar 7.30am Ċelebrazzjoni Solenni tat-Tifħir ta’ Sbieħ il-Jum mir-Rev. Pirjol Patri Alex Scerri O. Carm Rettur tas-Santwarju. 8.00am Quddiesa mill-Provinċjali, ir-Retturi u l-Kappillani tal-Knejjes tal-Belt. Il-Ħamis, 15 ta’ Lulju Lejlet is-Solennita 9.30am Il-Provinċja Karmelitana Maltija tiċċelebra Quddiesa Solenni Prelatizja – Jum it-Tifkira tal-Inkurunazzjoni f’Jum il-Festa Patronali tal-Ordni 10.00am Quddiesa Konventwali f’għeluq il-140 mmexxija mill-Wisq Rev. Provinċjal sena tal-Ewwel Inkurunazzjoni f’dawn Patri Joseph Saliba O.Carm. Jinseġ ilil-Gżejjer, tax-Xbieha Mirakoluża talpanigierku r-Rev. Patri Victor Paul Madonna tal-Karmnu. Jinseġ id-Diskors Farrugia O.Carm. tal-Inkurunazzjoni, ir-Rev. Dun Ryan 6.30pm It-Tieni Għasar Solenni mmexxi mirL. Pace, Viċi Parrokku tal-Parroċċa ta’ Rev. Pirjol Patri Alex Scerri O. Carm, San Pietru fil-Ktajjen ta’ Birżebbuġa. Fi Pirjol u Rettur tas-Santwarju tmiem iċ-ċelebrazzjoni jsir il-kant tar- 7.00pm Quddiesa Kantata mmexxija millRegina Coeli u t-Te Deum. Arċisqof ta' Malta Charles J. Scicluna 6.00pm Quddiesa 8.00pm Tibda Velja Marjana Solenni mill7.00pm Tranżlazzjoni Solenni tar-Relikwa Provinċja Karmelitana b’kant u t-Talba minn fuq l-Artal ta’ San Ġużepp tar-Rużarju. bis-sehem ta’ rappreżentanza mill- 9.00pm Kant tal-Flos Carmeli u Ċelebrazzjoni Arċikonfraternità tal-Madonna talEwkaristika bil-Barka Sagramentali. IlKarmnu u San Ġużepp. Wara jkompli festa tintemm bir-Repożizzjoni Solenni l-Ewwel Għasar Solenni tat-Tifkira tar-Relikwa minn fuq l-Artal Papali Solenni tal-Madonna tal-Karmnu u għall-Artal San Ġużepp. tingħata l-Barka Sagramentali. Imexxi ċ-ċelebrazzjoni, il-Wisq. Rev. Patri Joseph Saliba O.Carm, Provinċjal talKarmelitani.

Programm tan-Nar - Il-Ġimgħa 16 ta’ Lulju

8.00am Salut, Murtali u Murtaletti 12.00pm Salut, Murtali u Murtaletti 8.00pm Salut bid-daħna kkulurita u wara sett murtali bil-logħob

NIMXU WARAJK KULL FEJN TEĦODNA VERĠNI MARIJA

Valletta 2021

25


26 Festa Madonna tal-Karmnu


Valletta 2021

Ritratt tal-Koppla mixgħulha. Ritratt: Franco Aloisio

27


From design to delivery

DESIGN

DIGITAL PRINTING

OFFSET PRINTING

Żurrieq Road, Qrendi QRD 1814 | Tel: 2168 0789 | 2164 9012 | Mob: 9925 9084 | 9949 9084 E-mail: bestprintqrendi@gmail.com | www.bestprintmalta.com

28 Festa Madonna tal-Karmnu


Sena diffiċli imma b'ħidma kbira mill-qalb John Farrugia

Segretarju Għaqda Festa Madonna tal-Karmnu

Is-sena 2020 kienet sena li ġabet magħha sfidi ġodda imma għall-grazzja t’Alla konna xxurtjati li meta ġie Lulju stajna niccelebraw il-Festa. Għalkemm il-festa ma saritx bl-istess mod kif isir is-soltu xorta ġiet iċċelebrata b’devozzjoni kbira u flimkien bħala poplu rringrazzjana lill-Madonna tal-Karmnu li kienet magħna u pproteġietna speċjalment fl-eqqel tal-pandemija. Din is-sena komplena naqdfu u nagħmlu l-almu tagħna għalkemm lanqas din is-sena ma kinet sena faċli biss il-ħidma tal-Għaqda tagħna tista' tgħid ma waqfet qatt xorta. Wara l-festa tas-sena l-oħra kien wasal fi tmiemu t-terminu ta’ sentejn tal-kumitat li kien hem preżenti allura bdiet ħidma biex tissejjaħ Laqgħa Ġenerali f’Settembru u jissejħu l-membri biex jilħaq kumitat ġdid. Il-Laqgħa Ġenerali saret ilĦadd 13 ta’ Settembru fil-kunvent tal-Karmelitani u saret skont il-mizuri mitluba mill-awtoritajiet tas-Saħħa. Il-Kumitat ġie konfermat mill-Pirjol dakinhar wara li fil-Ħmistax ta’ qabel kienu miftuħin in-nomini. Fil-laqgħa ġenerali wkoll ingħata rendikont tas-sena ħidma u rendikont finanzjarju, kienet opportunita biex nisimgħu lil membri tagħna u minn hem xammarna l-kmiem biex nibdew naħdmu għal festa ta’ din is-sena. Kienet sena li kellna inċertezza kbira ta’ se jsir minħabba li l-pandemija għadha fostna u hem miżuri li jillimitawna x’jista' jsir. Il-kumitat ħadem fuq iktar minn pjan wieħed tal-Festa u nimxu skont dak li nkunu nistgħu norganizzaw skont il-miżuri li jkun hemm dak iż-żmien.

issir tombla fiċ-ċentru tal-għaqda. Il-kuntatt malmembri kien wieħed limitat, imma l-Għaqda ħadet ħsieb li f’żewġ okkażjonijiet tibgħat newsletter biex tinforma lill-membri bil-ħidma li tkun għaddejja u bl-attivitajiet li ġejjin. Għalkemm il-kuntatt kien limitat xorta waħda huwa ta’ importanza kbira għalina li nibqgħu f’kuntat mal-membri u l-voluntiera tagħna.

Din is-sena, għat-tieni sena konsekuttiva ġejna mqabbdin mill-Valletta Cultural Agency biex fix-xhur tas-sajf, flimkien mal-festi l-oħra talBelt narmaw xi toroq prinċipali u pjazez fil-Belt b’pavaljuni u bandalori. Dan qed isir biex fil-fest ikun hemm atmosfera festiva wara xhur iebsin li għaddejna minnhom minħabba l-pandemija. Ixxahar ta’ Lulju huwa x-xahar li jiġi assenjat lillFesta tagħna ovvjament għax huwa x-xahar talIl-pandemija żammitna lura milli norganizzaw festa u anki f’dawn iċ-ċirkostani diffiċli xorta jkun attivitajiet li fihom jinġabru ħafna nies imma hawn atmosfera sabiħa b’mod speċjali fil-ġranet ta’ grazzi għal tim ħabrieki li għaqda għandha xorta Festa. Fil-ġimgħa tal-Festa se nkunu qed narmaw saru diversi attivitajiet differenti fosthom: ġurnata ukoll it-Triq tal-Knisja. għall-annimali domestiċi fejn wieħed seta' jġib l-annimal domestiku biex jarah Veterinarju u Għal sena oħra l-Għaqda tagħna fir-Randan Groomer, bejgħ ta' diversi ħelu skont il-festi li organizzat l-eserċizzji, dis-sena fis-santwarju nkunu qed niċċelebraw, bejgħ ta’ punzjetti u kaxxi minħabba d-distanza soċjali. Dawn sar minn Patri speċjali għal Jum l-Omm u Jum il-Missier u kull Ramon Farrugia OFM u animaw bil-kant il-grupp nhar ta’ Ġimgħa minn Awwissu sa Ottubru kienet Echoes. Matul dawn it-tlett ijiem minn ġie jew

Valletta 2021

29


segwa minn fuq facebook seta' jieqaf mill-ġenn talħajja ta’ kuljum għal ftit sigħat u jirrifletti u anki jipprepara ruħu għaż-żmien qaddis tal-Għid ilkbir. Grazzi kbira tmur għal Fr Ramon li għat-tliet snin mexxa dawn l-eżerċizzji u dejjem sibnih ta’ għajnuna.

Il-Kumitat din is-sena ħaseb biex ifakkar Jum ilFondazzjoni tal-Għaqda tagħna li minn din issena bdiet tiġi ċċelebrata nhar it-13 ta’ Mejju, flistess Jum li jiġi imfakkar Jum il-Bażilka. Għal din l-okkażjoni kienet organizzata quddiesa kantata bis-sehem tal-Għaqda u s-sezzjonijiet fi ħdanha. Wara l-quddiesa rappreżentanti mill-Kumitat u s-Sezzjonijiet ippreżentaw bukkett Fjuri lisSantwarju, bħala ringrazzjament lil Madonna. Din is-sena għall-ewwel darba fl-okkażjoni tal-Aħħar Erbgħa ġiet organizzata mixegħla devozzjonali quddiem ix-xbieha tal-Karmnu, maġenb isSantwarju. Tul is-sebgħa ġimgħat tal-Erbgħat inġabru flus għax-xemgħa li inxtegħlu għallfunzjoni tal-Aħħar Erbgha.

Ix-xogħol fil-maħżen xorta waħda ma waqafx grazzi għall-voluntiera qalbiena tagħna li xorta baqgħu jiġu l-maħżen biex la jkollna l-okkażjoni nerġgħu insebbħu l-Belt tagħna bl-armar inkunu lesti biex narmaw bl-aqwa u l-isbaħ armar. Għandna diversi opri li qegħdin fuq ix-xwiek lesti biex inżanżnuhom, nitolbu lill-Madonna tal-Karmnu li ma jdumux ma jerġgħu jiġu żminijiet aħjar ħalli niċċelebraw kif xieraq u nżejnu biex inkomplu inkabbru u nxferru d-devozzjoni Karmelitana. Fost ix-xogħol fl-armar din is-sena sar: • Kompla x-xogħol fuq l-istatwa tal-Bażilka • Ġew sfumati 5 bnadar oħra ta’ Triq Marsamxett • Sar żewġ bandalori oħra ġodda lesti millisfumar fi Triq il-Punent • Bidu tax-xogħol fuq 13-il arma tat-trofej fi Triq il-Punent

30 Festa Madonna tal-Karmnu

• Tlestew żewġ pavaljuni oħra mill-isfumar fi Triq Zekka bil-pumi b’kollox • Tlesta Pavaljun iehor ta’ Triq l-Ifran bil pumi b’kollox • Drapp ghal mal-kuruni tal-liedna • Lieda gdida fi Triq l-ifran. • Fi Triq ir-Repubblika tlestew mill-irħamr zewġ kolonni oħra tas-sett tal-Angli ta’ Karlu Darmanin • Tkomplija tal-iskultura tal-pedistall il-kbir ta’ quddiem il-qorti • Tlestija tal-istatwa mis-sett ta’ Pjazza San Ġorġ • Tlestija tal-iskultura tal-Pedistal tal-istatwa tal-Bażilka

Apparti l-ħidma restawr ta’ Armar antik u ħidma fuq armar ġdid, minn wara l-festa tas-sena l-oħra sar ħafna xogħol ta’ manutenzjoni fil- Maħzen talarmar li kien bżonnu u anki jiffaċilita x-xogħol filmaħżen. Fost ix-xogħol li sar kien hemm: • • • • • • • • •

Il-bank tax-xogħol Membrain fuq il-Bejt tal-Maħżen Tindif u tiswija tal-katusa Raff għall-affarijiet tal-fundrasing Karru għal biex jintuża għall-bejgh ta’ ħelu u affarijiet oħra Bank żgħir għal kitchenette TIbjid Televixin fis-sular t'isfel Stivar aħjar tal-armar biex jintrebah l-ispazju


Tul dawn is-sentejn komplejna bil-ħidma fuq proġett li is-sezzjoni żagħżagħ qiegħda tippjana u titgawda minn kullħadd għal waqt il-ġranet talfesta. Dan ukoll biex juru d-devozzjoni tagħhom fil-festa tal-Madonna tal-Karmnu Konklużjoni Is-sena li għaddiet ittamajna li din is-sena se nerġgħu niċċelebraw il-festa kif konna niċċelebraw qabel il-pandemija, sfortunatament dan ma kellux ikun. Żġur imma li Lulju xorta ħa jfakkarna filpadruna ħelwa tagħna, żġur li ġo fina se nħossu l-imħabba lejHa u żġur li b’xi mod jew ieħor ħa niċċelebraw lil Madonna tal-Karmnu u se nuru iddevozzjoni li għandna lejha. F’isem il-Kumitat ċentrali u s-sezzjonijiet fi ħdan l-Għaqda nirringrazzja lil membri u l-voluntiera li matul is-sena jgħinu kif jistgħu lil Għaqda u anki meta nsejħulhom dejjem insibuhom hemm.

Nawguraw l-Festa t-tajba u devota lil kull membru, voluntiera u Karmelitan, b’mod speċjali dawk Beltin. Jalla din il-festa li ħa niċċelebraw b’mod differneti mis-soltu tkun festa li fiha nuru l-imħabba vera tagħna lejn Ommna Marija taħt it-titlu tal-Karmelu u nkompu nxerdu din id-devozzjoni mhux biss fissittax ta’ Lulju imma matul is-sena kollha. Viva is-16 ta’ Lulju! Viva l-Madonna tal-Karmnu! Messaġġ mis-Sezzjoni Żgħażagħ Is-sena 2020/21 ġabet kull ostaklu u kull diffikultà magħha, il-festa tas-sena 2020 ma saritx kif is-soltu niċċelebrawha is-sezzjoni Żagħżagħ Karmelitani Beltin xorta waħda baqgħet taħdem. Il-ħidma tassezzjoni żgħażagħ baqgħet taħdem kontra kull ostaklu li is-sena 2021 ġabet magħha. Għalkemm is-sitwazzjoni ma tippermettix, is-sezzjoni iżżgħażagħ sabu kull tip ta metodi ieħor biex jibqgħu jorganizzaw l-attivitajiet, iferrħu u jiltaqgħu mannies b`distanza u biex ikomplu inkabbru l-għaqda ta` bejniethom u tal-madwar.

Numru ta’ laqghat matul is-sena tkomplew, b`differenza ta distanza soċjali u kif ukoll `online`, li permezz tagħhom itellgħu ħames attivitajiet. Kull attività li saret kienet, sempliċi imma fl-istess hin li tolqot lil kullhadd. Bħat tqassim ta' rigali lit-tfal waqt il-festi tal-Milied, deliveries tal-ikel f`Jannar u kif ukoll tqassim ta` ward lil maħbubin fix-xahar ta` Frar. F`Ġunju komplejna bl-aħħar żewġ attivitajiet oħra li kienu l-carwash u logħba relatata malKompetizjoni ta’ Futbol, Euro 2021.

Valletta 2021

31


Niċċa Ġdida għall-Istatwa ta’ San Ġużepp Joe Cioffi

Rettur Arċikonfraternità San Ġużepp

Kien ilu jinħass il-bżonn li l-istatwa artistika u devota ta’ San Ġużepp, propjeta tal-Arċikonfraternità ta’ San Ġużepp imwaqqfa fis-Santwarju Bażilika tal-Madonna tal-Karmnu l-Belt ikollha niċċa adekwata. L-istatwa fiha nfisha hi teżor u saret minn Nazju Portelli fl-1690 u x’aktarx hi waħda mill-ewwel statwi ta’ San Ġużepp fi gżiritna. Għalhekk l-Arċikonfraternità tgħożż ħafna dan ilwirt artistiku li writna mingħand missirijietna. Għal min ma jafx San Ġużepp kellu niċċa flOratorju tal-fratellanza li kien hemm fil-kunvent tal-Karmelitani u llum għandu aċċess mill-knisja l-ġdida, imma aktar 'il quddiem kellu niċċa talinjam fil-knisja l-qadima pariġġ dik tal-Madonna tal-Karmnu. Però meta twaqqgħet il-knisja l-qadima u nbniet il-ġdida, il-Kav. Joe D’Amato tażŻurrieq, bena żewġ niċeċ sbieħ, waħda maħsuba għal San Ġużepp u l-oħra għall-vara tal-Anġlu Kustodju. Dawn in-niċeċ huma opra verament sabiħa fil-ġebla Maltija. Imma naturalment kien jonqos li jsiru l-bieba ta’ quddiem u t-twieqi talġnub li D’Amato kien għamel biex l-istatwi jidhru wkoll mill-ġnub. Tul dan iż-żmien kollu n-niċċa kienet bla bieba u allura l-istatwa kienet esposta kemm għall-elementi kif ukoll għan-nuqqas ta’ sigurtà għax kienet wisq fil-qabda.

Il-ħsieb li n-niċċa jkollha l-bieba u t-twieqi kien ilu jberren f’rasna, speċjalment wara li l-istatwa fl-2015 ġiet vandalizzata l-ewwel darba. Tajjeb tkunu tafu li San Ġużepp kellu f’subgħajh iżżgħir rużetta antika u sabiħa li qatt ma setgħet tinqala' minnu peress li kienet ingastata b’vit irqiq f'subghajh. Fuqha kien hemm l-inizjali N.P. li kulħadd kien tal-fehma li din kienet rigal talistess skultur Nazju Portelli. Ġara li xi ħadd mhux magħruf tefa’ għajnejh fuq din ir-ruzetta u tela' biex jipprova jisirqu, imma peress li ma setax joħroġha minn subgħajh, qasam subgħajh u ħadu b’kollox. Dan l-att sagrilegu qajjem aktar fostna x-xewqa li nħaffu nagħmlu l-bieba tan-niċċa biex l-istatwa tkun protetta. Bħal kull ħaġ’oħra l-akbar problema kienu l-finanzi, imma ma qtajniex qalbna. Tqabbad l-artist Jeremy

32 Festa Madonna tal-Karmnu

Cachia biex jagħmel id-disinn u nstab mastrudaxxa Għawdxi is-Sur Mario Attard permezz tas-Sur Twanny Pulè li kien il-project manager u l-inġinier tal-proġett kollu. Tajjeb ngħidu wkoll li sadanittant saru żewġ serqiet oħra billi sgassaw il-kaxxa talflus ta’ quddiem l-istatwa u anke sibna xi oġġetti wara l-istatwa peress li kienet wisq fl-idejn. Fl-okkażjoni tal-150 sena mill-proklamazzjoni tal-patroċinju ta’ San Ġużepp, il-fratellanza ħasbet biex tirrestawra l-istatwa għand Publius Magro tal-Furjana. Għal dan ir-restaw ħallas il-benefattur is-Sur Anthony Fenech li anke għen fil-proġett tanniċċa.

Il-proġett tan-niċċa beda billi ġibna perit biex nieħdu parir mingħandu dwar kif għandha ssir ilbieba. Mal-ewwel daqqa t’għajn beda t-tħassib. Ilperit kien tal-parir li maż-żewġ pilastri tal-ġebel ta’ barra ma jitwaħħlux ċappetti tal-bieba peress li ma kinux jifilhu l-piż tal-bieba peress li kienu mibnija ġebla fuq oħra. Hawn beda t-tħassib u t-telf tażżmien sakemm l-inġinier Twanny Pulè ħareġ blidea brillanti li ssir bieba bla ma mmissu xejn milistruttura tan-niċċa. Il-ħsieb kien li joħloq struttura tal-ħadid bir-roti li teħel ma' wara tal-bieba biex tkun tista’ toħroġ sħiħa u titwarrab fil-ġemb ħalli tkun tista’ tinħareġ l-istatwa. Il-mastrudaxxa s-Sur Mario Attard niżel kemm-il darba jieħu l-qisien u l-galvu tan-niċċa minħabba li hemm diversi ċinet


kif ukoll mill-Kummissjoni Arti Sagra tal-Kurja. Dan ġie milqugħ b’xi tibdil żgħir fid-disinn peress li dak oriġinali kien se jgħatti parti sew mill-iskultura tas-saqaf tan-niċċa. Għalhekk saret modifika fiddisinn biex ikun aktar sempliċi, minħabba li n-niċċa ġa kellha ħafna skultura sabiħa fil-ġebla Maltija. Malli sar ir-Rikors, il-fratellanza ħarġet appell speċjali għal donazzjonijiet biex inlaħħqu malispiża li leħqet 'il fuq minn €10,000, appell li ntlaqa’ tajjeb ħafna għax kienu ħafna dawk li min ftit u min ħafna ikkontribwew.

Id-9 ta’ Ġunju 2021 ġie mnaqqax fuq wara tanniċċa. Dan kien il-jum li waslet lesta minn Għawdex il-bieba flimkien mal-ħġieġa tagħha u tpoġġiet f’postha u tgħattiet sal-jum tal-10 ta’ Lulju filħames Jum tan-novena tal-Madonna tal-Karmnu fejn fiha se ssir l-inawgurazzjoni uffiċjali. Issa San Ġużepp se jkun jista' jidħol fin-niċċa bl-anġli b’kollox u se jkun protett biex jibqa’ jitgawda millġenerazzjonijiet ta’ warajna kif sibnieh aħna.

F’isem l-Arċikonfraternità nixtieq nirringrazzja li kull min ta’ sehemu f’dan il-progett li ma kienx bla problem. Grazzi lill-Provinċjal u l-Kunsill provinċjali li rrikonoxxa l-importanza u l-urġenza ta’ dan il-proġett. Grazzi lill-Pirjol Fr Alex Scerri u l-komunità tas-Santwarju tal-koperazzjoni tagħhom b’mod speċjali lil Fra Ċensu Rotin li kien ta’ spalla kull darba li kien qed isir ix-xogħol fuq il-post. U grazzi li dawk kollha li kkontribwew finanzjarjament speċjalment lill-familja Tisch talgħajnuna ġeneruza tagħhom.

u gwarniċi tal-ġebel li minnhom ma ntmess xejn imma l-bieba ġabha tidħol kexxun minn ma' kull ċinta u gwarniċa. Kellu jsir ukoll xi tħaffir ġol-ħajt in-naħa ta’ wara tan-niċċa biex l-istatwa tkun tista' tidħol iktar 'il ġewwa u l-bieba tkun tista’ tingħalaq sew. Dan ix-xogħol ħa ħsiebu s-Sur Louis Spiteri. Issa lil San Ġużepp kien ser ikollu niċċa magħluqa, is-Sur Pulè ħaseb biex joħloq sistema ta’ railings biex l-istatwa tinħareġ u tiddahħħal lura fin-niċċa b’mod faċli u bla ebda strapazz żejjed li jagħmel il-ħsara. Din is-sistema stupenda ġiet milqugħa tajjeb ħafna mill-voluntiera li s-soltu jgħinu biex titqandel il-vara għal fuq il-bradella u lura finniċċa b’sistema primittiva ta’ rombli. Is-Sur Mario Debono ħadem purtiera ġdida adattata għal wara l-istatwa biex in-niċċa tieħu aktar dehra sabiħa.

Filwaqt li nixtiqilkom il-Festa t-tajba tal-Madonna tal-Karmnu, inħeġġiġkom tagħtu titwila lil din l-opra ġdida fis-Santwarju tagħna.

Sadanittant sar ir-Rikors lill-Kurja Arċiveskovili biex jinħareġ il-permess biex in-niċċa tkun tista’ ssir bl-approvazzjoni kemm tal-kunsill provinċjali

Valletta 2021

33


34 Festa Madonna tal-Karmnu


Sena ta' ħidma mill-Fratellanza tal-Madonna tal-Karmnu Carmel Pace

Fratellanza Madonna tal-Karmnu

Is-sena 2020-2021 kienet sena mimlija qtigħ il-qalb fir-rigward it-tkomplija tar-restawr talOratorju għal raġunijiet varji fosthom il-pandemija. Iżda għall-grazzja ta’ Alla u ta’ Ommna Marija talKarmnu, b’xi mod ix-xogħol baqa’ għaddej. Lejn tmiem is-sena l-oħra tlesta l-kisi u immedjatament inbidlet is-sistema tad-dawl.

Minħabba esiġenzi finanzjarji ġiet mtluba stima għat-tibjid mingħand kuntrattur ieħor, fejn sibna li kien jaqbel ħafna mal-baġit li kellna. Kif dan tela’ fuq l-iscafolding biex jibda s-saqaf instab li l-kisi li sar mill-kuntrattur preċedenti beda jinqala kollu. Bi ftehim mal-perit u ż-żewġ kuntratturi ġie deċiż li jinqala’ l-kisi u jerġa’ jsir kollu mill-ġdid. Ovvjament dan ħa ż-żmien biex jitlesta. Fil-bidu ta’ Frar it-tibjid tlesta inklużi l-aperturi u l-kanċell – immedjatament is-Sur Josef Aquilina, mill-Creaid beda x-xogħol tal-induratura. Sadanittant ġie miftiem ma’ Jonathan Cassar biex jibda x-xogħol ukoll fis-sagristija li jinkludi ukoll tiswija tax-xorok, it-tikħil u t-tibjid. Hawnhekk inbidlet ukoll is-sistema tad-dawl. Ix-xogħol flOratorju ma waqafx hawn.

L-istess Rettur ħa l-inizjattiva wkoll biex jinbeda r-restawr fuq pittura tal-Kunċizzjoni ta’ Giuseppe d’Arena, li kien ukoll fratell tal-Karmnu. Qed isir restawr fuq sitt fjuretti tas-sekondi festi tal-artal tas-Sagramaent (li l-Fratellanza tagħna tieħu ħsieb) mis-Sinjorina Josepha Spiteri, u l-vażuni tagħhom qed jiġu restawrati mis-Sur Ludwig Noel Desira. Dawn għandhom aktar minn 100 sena u kien dnub li nitilfu xi ħaġa daqstant ta’ preġju.

Fis-26 ta' Mejju ġie miftiehem mas-Sinjura Valentina Lupo tal-Atelier del Restauro biex isir ir-restawr fuq iż-żewġ statwi, id-Duluri u l-Ecce Homo, it-tnejn ta’ Karlu Darmanin u l-Bambin ta’ Bħala xogħol amministrattiv – wara ħafna Praga li jkunu esposti fl-istess Oratorju. Bħalissa korrispondenza bejn ir-Rettur, il-Kurja u l-entitajiet għandna wkoll għar-restawr in-niċċa tad-Duluri tal-gvern fl-aħħar irnexxielna li l-Fratellanza tiġi li aktarx saret fuq disinn tal-arkitett magħruf rikonoxxuta bħala VO (Voluntary Organization) Emmanuel Luigi Galizia, għand il-Kumpanija – b’hekk ikunu nistgħu napplikaw għall-fondi Creaid. relatati ma’ għaqdiet volontarji. Fis-6 ta Jannar inġiebet lura mir-restawr il-vara artistika u antika tal-Madonna tal-Karmnu milllaboratorju tal-kumpanija Atelier del Restauro. Minħabba x-xogħol li għaddej fl-Oratorju l-vara qed tinżamm fl-Oratorju ta’ San Ġużepp. Ta’ dan nirringrazzjaw lis-Sur Joe Cioffi, Rettur talArċikonfraternità tal-istess fratellanza. Għallistess vara kien bix-xieraq li jsir stellarju ġdid, u par labtijiet ġodda tal-lama u r-rakkmu tad-deheb fuq disinn tas-Sur Silvio Pace, u mħallsa mill-ħabrieki Rettur tal-Fratellanza Dr Mark Agius.

Sadanittant bl-għajnuna ta’ xi membri tal-Għaqda Festa Madonna tal-Karmnu beda jinbidel id-drapp tal-vetrini tal-ex voto li l-Oratorju huwa mdawwar bihom, u qed jitnaddfu l-fided li hemm fihom - ta’ dan il-Frattelanza tirringrazzja mill-qalb lil dawn sħabna.

Bħala Fratellanza qegħdin nikkordinaw ilpreparazzjonijiet għall-festa tas-sena d-dieħla li jaħbat l-400 mitt sena mit-twaqqif tagħha li seħħ fit-12 ta’ Frar 1622.

Valletta 2021

35


The Conservation Project of the Statue of Our Lady of Mount Carmel Maria Grazia Zenzani & Valentina Lupo Atelier del Restauro ltd

The 18th century statue of Our Lady of Mount Carmel is a life-size wooden polychrome and gilded sculpture (1.82 cm in height). The compromised state of conservation of both the wooden support and paint layer have prompted the Confraternity of Our lady of Mount Carmel in commissioning a professional detailed condition assessment of the state of conservation of the statue in March 2019 to Atelier del Restauro ltd. Several factors most probably including ambient conditions, depletion of original materials, handling and past restoration interventions have lead to a variety of damages presenting themselves over time affecting the current state of conservation of the wooden support and the consecutive preparatory and polychrome layers.

36 Festa Madonna tal-Karmnu

Wooden sculptures are particularly sensitive to ambient conditions. Cracks were most probably caused due to a loss of cohesion after that the wood experienced internal physical stresses caused by a combination of factors. Mechanical shock and vibrations from transport and handling in the past might also be the cause of cracks. Inclination transfers the weight of the statue on more fragile areas, generating pressures that can form cracks. The movement of the wood has also formed an overriding network of microscopic cracks in the polychromy, leading to losses and flaking of paint. From the examination carried out it was concluded that the main problem the statue was suffering from was a loss of adhesion between the preparation (gesso) layer (including colour) and the wooden


support. In fact, large areas of polychromy were lost. During the inspection, areas of the statue were ‘knocked’ to check for void areas and it was concluded that areas of the faces and the mantle especially were in need of urgent adhesion and consolidation treatment to avoid the complete detachment of areas of polychromy, which would result in irreversible damage. Over the years the sculpture has undergone multiple restorations, mainly of the polychrome and gilded layers. To date, no records or chronology of past interventions are known; however, it is evident that the statue went through substantial unprofessional interventions in the past. The overpainting was of poor quality and was aesthetically disturbing.

• The inner lining of the mantle was overpainted using a silver grey paint which has oxidised with time. • The polychromy of the skin tones of both the Virgin and Child Jesus was overpainted. • The eyes of the Virgin are made of glass. On inspecting closely, the eyes of Child Jesus it was noted that underneath the paint, glass is visible and they were therefore overpainted using a thick, oil-based paint.

The project included a scientific study which was focused in particular on the manufacturing technique and materials of the statue by using diagnostic instruments. These include an X-ray investigation to study the construction of the During the inspection around three different statue and past interventions to the wooden interventions were observed: support. Two samples from the wooden support were extracted in order to identify the species of • The gilded tunic, which appears not to be wood, samples resulted in the statue being made the original dating back to the period the from Pinus sp. (Pine] wood while the base is Picea statue was made, has been overpainted sp. (Spruce). in several areas using purpurin, which has oxidised with time and altered to a Next, in order to analyse the multilayered greenish/grey colour. structure and composition of the painted film, • An intervention at the top of the tunic was micro-samples were taken from different parts of carried out whereby a thick overpainted the statue and were analysed through the use of whitish/grey colour was applied over the various scientific instruments. This allowed the cream colour. understating of the exact number of overpainted • The gilded decorations at the top part were layers. Then, stratigraphic tests served to provide completely covered with purpurin.

Valletta 2021

37



indications of the material composition of both the preparatory and pictorial layers of the vest, as well as of the skin tones.

As a first step the adhesion of the detachments was carried out. Numerous tests were carried out in order to allow the proper softening of the thick scales of detaching paint in danger of cracking completely. The treatment continued with the use of a conservation-standard microemulsion injected localised through insulin syringes underneath the detaching paint. This allowed the preparation to soften and get the right adhesion without the risk of breakage. The lowering and adhesion of the detachments was carried out through the use of a small heated spatula. Cracks in the wooden support were consolidated through injections of a twocomponent epoxy-resin, specially formulated for grouting and bonding of wooden artefacts subject to movement generated by thermo hygrometric variations.

The operations related to the cleaning phase, were complex and laborious. The overpainting substances applied over the robes during the past interventions, constituted of thicknesses and non-homogeneous coatings, including the immense presence of overpaintings provided to a complicated cleaning treatment. The cleaning intervention related to the skin tone the Virgin and Child Jesus was by far a different situation. Stratigraphic analysis of a small sample was carried out under a microscope and revealed that at least three different thick overpaintings were present over the original skin tones This was a meticulous and demanding work which included the softening and removal of the overpaintings using a solvent based gel applied for a set amount of time to soften the layers, then these where removed manually using small scalpel blades under a lens. The removal of the overpaintings revealed a skin tone of refined quality, the cleaning intervention brought out the delicacy of the face with its three dimensional tones, even though several abrasions were found probably attributed

to a drastic cleaning intervention carried out in the past. The aesthetical appearance of the skin tone is back , as far as possible to its former splendor and indeed have resurfaced the details; that had been “buried” under the thick overpaintings.

The treatments continued with the infilling of the large amount of capillary cracks and lacunae. A flexible infill mixed with a specific percentage of a heat-seal adhesive was devised by the team after several tests, in order to permit elasticity of the infills when movements of the wooden support occur. The infills were then levelled using to the pictorial surface using fixed blades moistened in a hydrocarbon-based solvent. Losses of the gilded layer were integrated using the water gilding technique through the use of Armenian bole and a 23 ¾ carat gold leaf. The new gilded areas were balanced with the original gold by means of light glazes of varnish colours to age and integrate our intervention with the original gilding. Pictorial reintegration was carried out only on abrasions and lacunae to bring back the chromatic integrity of the polychromy by means of tempera and varnish colours through the use of the mimetic technique. In certain areas were the motifs were lost, integration was carried out through reconstruction. In conclusion the statue was varnished, using a synthetic resin with a high resistance to aging and warm temperatures including UV protection. A satin surface finish was given to protect the gilded and painted film and to saturate the colours. The project was carried out following a conservative approach adopted for the long-term preservation of this important statue that necessitates the improvement of both its structure and aesthetics, while at the same time guaranteeing that the statue can continue to safely fulfil its symbolic purpose for future generations to come. All the materials used in the conservation and restoration of the statue have the common characteristic of reversibility and every phase of the project has been documented through photography.

Valletta 2021

39


Omelija tal-Funeral ta' Patri Felicjan Bezzina O. Carm

Is-Sibt 22 ta’ Awwissu 2020 Santwarju tal-Karmnu, Il-Belt Valletta Patri Alex M. Scerri O. Carm Pirjol u Rettur tas-Santwarju

Inġbarna f’dan is-Santwarju biex niċċelebraw din l-Ewkaristija b’suffraġju ta’ ħuna fil-Karmelu Patri Feliċjan Bezzina.

Għan-nisrani, il-mewt mhix it-tmiem ta’ kollox, imma hija l-passaġġ biex wieħed jgħaddi minn din id-dinja għal għand il-Missier u jgħix f’komunjoni miegħu għall-eternità. Il-mewt hija tappa meħtieġa biex nidħlu ngħammru fil-komunità tat-Trinità. Biex il-bniedem jasal għal din il-komunjoni, minn din id-dinja stess jeħtieġ li l-bniedem jixtieqha u jipprova jantiċipa din l-esperjenza tagħha.

Patri Felicjan kien nisrani, religjuż Karmelitan u saċerdot li emmen bis-sħiħ f’din il-komunjoni u stinka kemm felaħ matul ħajtu biex il-Mulej isibu li jkun jistħoqqlu li jista' jidħol fl-għamara ta’ dejjem. Il-Misteru tal-Qawmien tal-Mulej li llum f'dilliturġija qegħdin niċċelebraw, jagħtina dawl, jagħtina l-verità fuq il-bniedem u fuq dak kollu li għandu x’jaqsam mal-bniedem li jesperjenza lil Alla f’ħajtu fil-komunjoni. Ħuna Patri Feliċjan għex dan il-passaġġ mill-mewt għall-ħajja propju lbieraħ il-Ġimgħa ma' sbieħ iljum, hu li f’ħajtu kollha emmen u ħabbar u ċċelebra dan il-Misteru tal-Qawmien ta' Kristu, Ġesù Rxoxt sejjaħlu biex jiltaqa' miegħu u jurih il-fidwa li Hu kisbilna bil-misteru tal-Għid.

Bħala għalliem tal-filosofija hu mhux biss għallem, imma hu nnifsu għex u emmen bis-sħiħ, li s-salvazzjoni tagħna ma tiddependix minn xi formola jew ideologija, imma minn persuna ħajja – li Hu Ġesù Kristu Rxoxt – ħaj u jinsab fostna hawn, illum, issa u dejjem, u li jgħidilna: “Jiena magħkom dejjem sal-aħħar taż-żmien.” Il-Vanġelu li għażilt li jinqara f'din il-Liturġija talfuneral ta' ħuna Patri Feliċjan, huwa mill-ewwel kapitlu ta' San Luqa, fejn smajna lil Marija fitTħabbira tal-Mulej... il-Lunzjata, kienet silta millVanġelu tant għal qalb Patri Feliċjan, mhux biss għax hu ġej minn Ħal Tarxien imma wkoll għax hija l-"iva" ta' Marija li permezz tagħha Alla sar bniedem.

......kienet ukoll l-"iva" ta' ħuna Patri Feliċjan meta Patri Feliċjan għażel li f’ħajtu jistrieħ biss fuq fis-6.00 ta' filgħodu tal-bieraħ, il-Mulej sejjaħlu l-imħabba u fuq il-grazzja ta’ Alla. biex idaħħlu fil-mistrieħ ta' dejjem.. Bħall-"iva" ta' Marija din ma kinitx l-unika "iva" li Patri L-esperjenza tal-Appostlu San Pawl kienet tiegħu Feliċjan wieġeb lil Alla...huwa wieġeb iva meta wkoll: sikwit kien iħobb jgħid, “Ġesù Kristu ħabb sejjaħlu biex iħaddan il-ħajja reliġjuża fl-Ordni tallili.” Bħala Karmelitan awtentiku P. Feliċjan, għalih Imqaddsa Verġni Marija tal-Għolja tal-Karmelu ... Ġesù Kristu kien dejjem fiċ-ċentru ta' ħajtu, u mexa huwa wieġbu "iva" meta l-Mulej għażlu biex ikun warajh f’ubbidjenza sal-mewt, kif titlob minna ministru tiegħu fil-ħajja saċerdotali ... huwa wieġbu r-Regola Karmelitana li huwa tant ħabb, għex, "iva" meta kien mitlub kull fejn kien biex bl-istudji studja u għallimha lilna kemm novizzi kif ukoll tiegħu jgħallem u jkun surmast ta' ħafna minna waqt laqgħat ta' formazzjoni bħala Karmelitani. reliġjużi Karmelitani fil-bidu tal-ħajja Karmelitana tagħna...

40 Festa Madonna tal-Karmnu


Il-ġisem mejjet ta’ ħuna Patri Felicjan li għandna quddiemna llum, ifakkarna f’kemm dan ir-Reliġjuż kien qaddej tal-bnedmin. Il-fatt li għadda 70 sena bħala reliġjuż Karmelitan u 64 sena saċerdot .. dawn kienu snin ta' qadi, kull fejn il-Mulej sejjaħlu Ċertament hemm ħafna x’wieħed jgħid fuq kif Omm biex ixandar il-Bxara t-Tajba tiegħu. il-Feddej titfa’ dawl fuq il-ministeru saċerdotali u fuq il-ħajja konsagrata. It-tnejn jibdew minn Ħuti, il-ħajja nisranija hija mixja ta' dixxipulat sejħa. Kif il-missjoni ta’ Marija tibda minn għażla u wara l-Mulej Ġesù, in-nisrani huwa dak li jħabbar minn sejħa li għamel Alla, hekk ukoll fil-każ tagħna u jxandar u jgħix u jistenna lil Mulej Ġesù ġej, u s-saċerdoti u r-reliġjużi, mhux aħna li nagħżlu li l-ħajja konsagrata hija wkoll ħajja kontinwament nkunu ministri ta’ Alla u tal-Knisja imma hija sejħa ta' stennija, għall-miġja tas-Salvatur u tal-laqgħa definittiva tagħna miegħu permezz tal-mewt. Jalla u għażla li ġejjin minn Alla. l-Mulej lilna ukoll jsibna disponibbli kif kienet U bħalma l-Verġni Marija hija dik li taqdi lil Alla billi disponibbli l-Verġni Marija meta ġie jżurha l-Anġlu, tingħata kollha kemm hi lilu meta tgħid “Hawn jien hekk li nkunu nistgħu ngħidu bħalha: "hawn jien, il-qaddejja tal-Mulej; ħa jsir minni skont kelmtek.” ħa jsir minni skont kelmtek." Alla jippreparaha u jagħtiha l-meħtieġ, jimliha bilJalla l-Mulej, li hu l-muftieħ ta’ David, f’dak il-ħin grazzja biex tista’ tkun il-qaddejja tiegħu. jiftħilna l-bibien tas-Saltna tas-smewwiet, jiġi u Alla kellu bżonn ta’ Marija biex l-Iben il-Waħdieni jeħlisna mid-dlam tal-ħażen, kif nitolbu llum li tiegħu jitwieled u jsir bniedem u jgħammar fostna. jagħmel ma' dan ħuna Patri Feliċjan. Hekk ukoll is-saċerdot: l-ewwel u qabel kollox huwa qaddej ta’ Alla. Is-saċerdot huwa l-bniedem Għeżież, mhuwiex b’kumbinazzjoni li aħna qed illi meta huwa konvint li Alla qed isejjaħlu u li Alla nagħmlu din il-liturġija u dan l-att partikulari f'dan is-Santwarju tal-Madonna tal-Karmnu. Min jaf lil għażlu, jingħata mingħajr ebda riserva lill-Mulej. Patri Feliċjan jaf kemm kien marbut mal-Madonna Il-Verġni Marija mhix biss qaddejja ta’ Alla imma u ma’ dan is-Santwarju tagħha. Lill-Madonna huwa wkoll qaddejja tal-bnedmin. Meta hija aċċettat li ħabba kif ħabbietu Hi u għenitu jimxi l-mixja tilqa’ l-Verb biex imbagħad twelldu, hija tat l-ikbar nisranija u jitla' t-telgħa għolja Karmelitana servizz li setgħet toffri lill-bniedem: Marija li tmur tiegħu ... ta' kuljum ... sa ftit xhur ilu biss ... huwa taqdi lil Eliżabetta; mhux biss taqdiha fil-ħtiġijiet kien jinżel ta kuljum hawn f’dan is-Santwarju ta’ materjali u umani, imma tikkomunikalha lil Kristu, Marija biex jressaq lil ħafna u joffrilhom il-maħfra tant li t-tarbija fi ħdan Eliżabbetta qabżet bil-ferħ tal-Mulej fis-Sagrament tar-Rikonċiljazzjoni...u jikkonċelebra l-quddiesa. Jalla issa l-Mulej jaħfer meta Marija sellmet lil Eliżabbetta. lilu n-nuqqasijiet tiegħu ta' bniedem dgħajjef illi kien u jilqgħu fil-mistrieħ ta' dejjem. Il-Verġni Marija li għalina hija mudell perfett ta' kif ngħixu din il-mixja tagħna bħala dixxipli tal-Mulej tgħinna wkoll illum fir-riflessjoni tagħna aħna u nsellmu lil ħuna Patri Feliċjan.

Valletta 2021

41


Lil Patri Feliċjan aħna nibqgħu niftakruh bħala Reliġjuż Karmelitan eżemplari, dejjem preżenti magħna għat-talb u l-atti komuni. Il-vokazzjoni li l-Mulej tah ħadha b’serjetà kbira u ħeġġeġ oħrajn biex bħalu jilqgħu din is-sejħa Karmelitana u sacerdotali. Nitolbu għalhekk lil Mulej Ġesù biex filwaqt li nippreżentawlu lil dan huna jimla lilna biż-żelu u bl-imħabba li kellu hu lejn il-Kelma tiegħu ħalli aħna wkoll naslu fil-mergħat ta' dejjem.

Surmast…..nixtieq nagħlaq din l-omelija fqajra tiegħi fil-funeral tiegħek, billi nikkwotalek ftit vrus minn poeżija illi inti stess ktibt fis-sena 2018, meta lestejna l-paviment ta' dan is-santwarju u ċċelebrajna l-konsagrazzjoni tiegħu. Mill-Poeżija VJAĠĠ MARJAN ta' P. Feliċjan Bezzina li kiteb f’Marzu tal-2018 Matul erba’ sekli dat-tempju inbena għal aktar minn darba biex fih jibqa’ jara bħal xempju ’l Omm lesta tgħin lilna mġarrba.

Kemm tridna sew ngħixu ta’ Nsara nitolbu, inħobbu minn qalbna nissieltu mad-dnub bl-eqdes ħrara b’qalb safja nlissnu b’talbna. Il-Libsa tal-Karmel tfakkarna qatt m’aħna weħidna tul jiemna mal-grazzja fi Kristu tkabbarna Marija tkun timxi quddiemna.

Xħin lilna l-omm tagħna tarana f’dat-tempju Santwarju miġbura bil-ferħa minn qalbha tilqagħna bil-Labtu bi wliedha maħtura.

Tilmaħna mżejna bi lbiesha bil-ħerqa mill-qalb nitolbuha l’Ommna tgħina nixbhuha f’qdusitha nuruha bis-sħiħ li nħobbuha. Dritt titfa’ ħarsitha madwarha tarana b’dmugħ jiddi f’għajnejna titbissem Marija hawn f’darha preżenti bħal Ommna hawn ħdejna. Bi wlied li jifirħu ma’ Ommhom issibna mimlija bi mħabba f’dat-tempju li fih raw titrabba ħajjithom waqt magħha żżommhom. Il-knisja nbniet fi stil ovali ħitanha fit-tond ġew mibnija iħaddnu b’dirgħajn b’mod speċjali bil-għajnuna divina mogħtija.

42 Festa Madonna tal-Karmnu

Santwarju bil-koppla li titla’ ’il fuq sew mid-djar u l-palazzi mill-għoli ’l dawn tħares u timla’ b’kull ġid f’maltempati, waqt bnazzi.

Kif tlesta mill-bini s-Santwarju maż-żmien sab min lilu jsebbaħ bi skultura, bi rħam u b’xogħol varju tifħir m’għand kulħadd dejjem rebaħ! Imlibbes b’tiżjin li jixraqlu dat-tempju jissokta jferraħ lill-bniedem li f’ħajtu jkun stħaqqlu fuq Ommu f’ħidmietu jserraħ. Hi dar ta’ Omm inkurunata sultana magħrufa għall-ħniena li tqassam kull ħin tal-ġurnata bla qatt Hi taf tħossha għajjiena.

Il-ħajja t’Insara li aħna titqawwa xħin Ommna tħarisna bil-għajnuna tas-sema ssaħħaħna xħin b’qawwa tal-Labtu tħarisna.

Infittxu tul jiemna fid-dinja nitolbu ‘l Marija tmexxina xħin magħha din qalbna tgħix hienja biex bl-hena ta’ dejjem timliena. Ammen


It-Tribuna Papali ta' Cellini Min kien Pio Cellini? Giovanni Bonello

Ex Imħallef tal-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem

Fl-okkażjoni tal-125 anniversarju mill-għoti tattitolu ta’ Bażilika lis-Santwarju tal-Madonna talKarmnu fil-Belt Valletta, deherli xieraq li nfittex nitfa’ ftit dawl fuq wieħed mis-simboli li l-aktar jolqtu l-għajn fil-knejjes bażilikali - it-tribuna fuq l-altar maġġur - u fuq min ikkrea l-arti tagħha.

Ftit jistgħu ma jammirawx is-sbuħija artistika tattribuna tal-Karmnu. Hija waħda mill-isbaħ nett li hawn fil-gżejjer Maltin. Xi wħud forsi semgħu li hija frott il-moħħ kreattiv ta’ skultur Taljan Pio Cellini. Imma ftit li xejn jafu fuqu. Għalkemm għex Malta u ħadem ġmielu fi gżiritna, it-tagħrif dwar dan l-artist tassew kapaċi huwa nieqes ferm. Ma hemm ebda studju wiesa’ dwaru, barra xi tnietef ’l hawn u ’l hemm. Ippruvajt niġbor aktar tagħrif fuqu, u ma kienx faċli. Pio Cellini kien ġej min familja ta’ artisti ta’ ċertu isem. Inwarrbu l-fatt jew il-leġġenda li kien dixxendent ta’ wieħed mill-akbar skulturi u ħaddiema fid-deheb tar-rinaxximent Taljan, Benvenuto Cellini. Li huwa żgur hu li twieled Ruma fit-8 ta’ Novembru 1863 mill-pittur u minjaturista Annibale u martu Adelaide Severini, bint il-perit imlaħħaq Valentino Severini. Ħuh il-kbir kien ilpittur Giuseppe Cellini, imfaħħar sal-lum għaxxogħol dekorattiv fil-Galleria Sciarra, f’Ruma, ħdejn il-Funtana ta’ Trevi. L-arti kienet f’demmu minn twelidu.

Pio beda jdur l-Ewropa - Franza, Spanja, ilPortugall u l-Ingilterra - jaħdem u jgħallem. Fl1906, jew forsi qabel, ġie joqgħod Malta fejn baqa’ għal żmien twil. Telaq minn Malta wara xi tlettaxil sena, u miet Ruma fl-1 ta’ Novembru 1930. Ma nafux kienx miżżewweġ jew kellux tfal, min kienu ħbiebu u anqas fejn kien joqgħod. Sors wieħed jgħid li aktarx kien joqgħod 23, Triq Fleur-de-Lys, Birkirkara1, imma ma stajtx insib konferma. Naf b’ritratt wieħed biss tiegħu, f’serje ta’ artisti ta’ Malta f’sett ta’ kupuni tas-sigaretti, iżda fl-1982 il-

Pittura ta' Pio Cellini mill-artist Pawlu Camilleri Cauchi (Ritratt: Martin Attard)

knisja tan-Nadur ordnat pittura taż-żejt bix-xbieha tiegħu. Gazzetta Maltija ddeskriviet lil Cellini bħala bniedem umli, riservat u dħuli.2

Anqas nafu kif sab ruħhu Malta. Dak iż-żmien numru ġmielu ta’ pitturi u skulturi Taljani kienu jiġu mqabbdin xogħol għal Malta, l-aktar fil-knejjes. Fost l-iskulturi Taljani ewlenin li ġew jgħixu Malta nsemmu lil Giuseppe Valenti, Vincenzo Cardona u Giulio Moschetti, kollha, bħal Cellini, professjonisti ta’ ħila li ħallew bosta opri mill-isbaħ fil-gżejjer Maltin. Għal Malta Cellini ħadem xogħlijiet

Valletta 2021

43


importanti, l-akbar tnejn fosthom it-Tribuna talKarmnu u l-bibien tal-bronż tal-parroċċa tanNaxxar.

It-tribuna, jew baldakkin, tal-Karmnu hija opra spettakolari. Meta, fl-1895, is-santwarju ġie elevat għal bażilika, l-istruzzjonjiet minn Ruma kienu li l-altar maġġur kellu jiġi mibdul għal wieħed papali, mogħni b’baldakkin. Ruma stqarret “Minflok l-altar maġġur li hemm bħalissa, jitqiegħed ieħor ta’ għamla orjentali li jħares lejn in-nies. Isebbħuh erba’ kolonni li fuqhom jitwaqqaf il-baldakkin jew saqaf, jiġifieri t-tribuna, l-istess bħalma hemm fl-erba’ bażiliċi minuri ta’ Ruma, għax il-magħruf Santwarju tal-Karmnu bħalhom ġie mgħolli għallBazilika”.3 (F’Ruma hemm erba’ bażiliċi maġġuri, imma wisq aktar minn erba’ bażiliċi minuri antiki).

Għall-ispiża daħal benefattur għani u ġeneruż, Lawrenz Gasan, li ismu jidher imnaqqax fuq innaħa ta’ wara taċ-ċelu. Il-fatt li isem Gasan ġie skolpit fit-tribuna qajjem l-għira u t-tgergir. Kif Gasan biss u l-benefatturi l-oħra xejn, ilmentaw fil-gazzetti?4 Dan ix-xogħol (it-tieni tribuna) sar fl-1906; ħdax-il sena kienu għaddew mindu talKarmnu saret Bażilika.

Għalkemm id-disinn tal-altar u tal-kolonni ma jidhirx li huma ta’ Cellini, il-parti għolja talbaldakkin hija xogħlu żgur: kemm id-disinn kif ukoll l-iskultura tal-anġli u tat-travi ttundjati li jżommu s-salib ċentrali, kollha funduti fil-bronż skolpit, biċċa indurat bin-nar u biċċa mħolli filkulur naturali skur tiegħu. Dawn il-kuntrasti fittonalità tal-bronż jagħmlu l-insjem aktar ħafif u jiġbed l-għajn. Cellini għażel stil tard-barokk, Dawn it-tibdiliet ordnati minn Ruma ħadu xi żmien li kien għadda żmienu, imma li kien jintona u qamu ħafna flus. Fil-bidu iċ-ċelu tat-tribuna b’armonija sħiħa mal-bqija tal-arkitettura talkien xort’oħra, u fuq kolonni tal-injam. It-tribuna ambjent. Huwa wera l-ħila tiegħu, mhux biss kollha kemm hi wkoll kienet anqas imżejna. Wara bħala dekoratur fin, imma bħala skultur tassew li l-ewwel kuntratt tax-xogħlijiet ġie maħlul u ta’ sengħa kbira fid-dehra tal-anġli, eleganti, sar kuntratt ġdid, il-baldakkin ġie issa fdat lil Pio perfettament proporzjonati u mistiċi. It-tribuna Cellini li, milli jidher seta’ kien ġa magħruf għal xi kienet tiżżewweġ tajjeb mal-knisja l-qadima, imma baqgħet flokha anke fil-knisja l-ġdida, qisha xogħlijiet f’Malta. ġiet iddisinjata għaliha.

Gazzetta bit-Taljan ta’ dak iż-żmien kitbet fit-tul fuq it-tribuna ta’ Cellini meta din inkixfet f’April 1906. Sejħitilha “xogħol splendidu”, “ottima” “perfetta” “meraviljuża”. Il-baldakkin ma kienx qiesu bronż, imma drapp irrakkmat, bizzilla.5 Wara li wasal Malta Cellini beda jieħu sehem filwirja tal-artisti ta’ Malta, Il-Malta Amateur Art Association, li kienet issr f’Palazzo Carafa, Triq l-Ifran, il-Belt Valletta. Għalkemm l-isem jagħti x’jifhem li din il-wirja kienet miftuħa għaddilettanti biss, kienu jieħdu sehem fiha artisti ta’ kull għamla, anke dawk professjonisti, bħal Giuseppe Calì, Lazzaro Pisani, Edward u Robert Caruana Dingli. Ix-xogħol ta’ Cellini ġie mfaħħar ġmielu. Fil-wirja tal-1908, “l-iskultura tas-Sur Sciortino (Francesco Saverio?) u x-xogħol filmetall tas-Sur Pio Cellini, it-tnejn professjonisti, qanqlu ammirazzjoni kbira”.6

U l-istess għat-tieni wirja, dik tal-1910: “Is-Sinjuri Carmelo Borg, Agostino Matrenza, (wieħed milfundaturi tal-Partit tal-Ħaddiema) u Pio Cellini urew xogħol sabiħ f’dak li jispeċjalizzaw fih”.7

Il-bieb tal-knisja ta' Marija Bambina fin-Naxxar

44 Festa Madonna tal-Karmnu

Wara li nkixfet it-tribuna tal-Karmnu, fl-1910, Cellini jissemma għal xogħol li għamel fil-ġilandra tal-fidda għall-festa ta’ Corpus, tal-knisja ta’ San Pawl, ir-Rabat. Ir-reġistri juru li huwa tħallas £10. 7s. 10d. għar-“rimontatura ed accomodatura” tal-


Valletta 2021

Dettall mit-Tribuna li nsibu fis-Santwarju Bażilika Madonna tal-Karmnu

45


minn butu. Il-panewijiet il-kbar huma imdawrin b’24 panew iżgħar tal-metall, iddekorati b’gost fin – b’kollox xi 750 biċċa tal-bronż armati fuq ilbieb tal-injam li kien hemm fil-faċċata l-antika talknisja qabel din tbiddlet. Fil-fatt, Cellini uża l-bieb qadim bħala l-bażi tal-injam biex fuqu waħħal illamelli tal-bronż immudellati minnu.

L-artista ħalla wkoll il-firma tiegħu mqabbża: ‘Pio Cellini minn Ruma għamel id-disinn u skolpixxa dan. Malta, 1913’. Fl-istess sena, is-Soċjetà tal-Arti, Manifattura u Kummerċ dehrilha li kellha tibgħat ittra ta’ tifġir lill-iskultur għall-bieb tal-bronż tanNaxxar. Bħall-bieb tal-parroċċa tan-Naxxar, hemm opra oħra ta’ Cellini ddedikata lit-twelid tal-Beata Verġni Marija. Dan huwa l-pedestall tal-vara talknisja tax-Xagħra, Għawdex li sar fuq disinn ta’ Francesco Saverio Sciortino imma ġie maħdum fil-bronż minn Cellini. Iżżanżan fl-1913. Ġie jiswa £130 sterlina.

Il-kappella tal-Konfraternità ta’ San Mikiel Arkanġlu filKnisja ta' San Pawl Nawfragu, Il-Belt Valletta

ġilandra li kienet għadha kemm tlestiet fuq disinn ta’ G. Galdes (aktarx Giovanni, li kien jgħallem iddisinn) b’xi skultura ta’ Francesco Saverio Sciortino. Il-prezz tagħha tħallas lill-aħwa Busuttil, aġenti importaturi, f’Diċembru 1907. Mhux magħruf x’xogħol għamel fiha Cellini, u għala ġilandra ġdida kellha bżonn l-intervent tiegħu daqshekk malajr. Jista’ jkun li Cellini kien ħadimha f’Ruma jew Malta, u imbagħad għamel xi xogħol ieħor fiha wara li ġiet ikkunsinnata.8

Il-bronz tal-pedestall ġie in parti indurat, u in parti bbanjat bil-fidda. Għandu erba’ medaljuni tal-erojini tal-antik testament: Ġuditta, Rut, Ester u Abigajl, kif ukoll l-armi araldiċi tal-Papa Piju X, tal-isqof t’Għawdex Giovanni Maria Camilleri, tal-gżira ta’ Għawdex u tar-raħal tax-Xagħra. Ixxogħol ta’ Cellini huwa mill-ifjen nett. Meta rah, Sciortino esklama “Inneħħulu l-kappell għax huwa artist perfett, ġej minn razza ta’ artisti; lilu qatt ma nqimuh biżżejjed”. Cellini qabbad bħala funditur tal-mudell tal-pedestall skolpit minnu, lil Ċensu Sammut minn Birkirkara li kien jaħdem fi Triq il-Wied.9 Għalkemm nafu b’xogħlijiet oħra ta’ Sammut, fosthom qniepen, ma jidhirx li s’issa ġie studjat jew huwa magħruf biżżejjed.10 Cellini naqqax ismu u ħalla d-data fuq il-bażi tal-pedestall.

Filwaqt li t-tribuna tal-Karmnu forsi tgħodd bħala l-aqwa xogħol ta’ Cellini fil-gżejjer Maltin, hemm ħafna opri oħra mill-isbaħ, jew tiegħu jew fuq disinji tiegħu. Ħa nsemmi dawk li naf bihom jien. Nibdew bil-bieb tal-knisja tan-Naxxar. Dan huwa l-ewwel bieb tal-bronż li qatt sar Malta, u għal ħafna żmien ma kienx hawn ieħor. Huwa wkoll fost l-isbaħ nett. Bibien tal-bronż huma kkunsidrati lussu, u l-oħrajn kienu kollha tal-injam. Dan iġib iddata 1913, u fih erba’ panewijiet kbar bl-armi talMadonna patruna tal-villaġġ, tan-Naxxar, tal-Papa Piju X u tal-Kanonku J. Zammit li ħareġ l-ispejjeż

46 Festa Madonna tal-Karmnu

Il-pedistall ta' Marija Bambina fix-Xagħra Għawdex


Wisq aktar min hekk, hija tiegħu d-dekorazzjoni splendida tal-kappella tal-Konfraternità ta’ San Mikiel Arkanġlu, fost l-isbaħ kappelli li hawn Malta – irħamijiet ikkuluriti mil-aktar fini u prezzjużi, bronż indurat, mużajċi, interzjar. F’din il-kappella, il-frott tal-ġenju kreattiv ta’ Cellini huwa tassew spettakolari. Ħasra li l-ambjent huwa naqra mudlam u dawk it-teżori ftit jitgawdew. Fid-Domus Pauli, il-mużew tal-knisja, għadhom preservati xi disinji oriġinali ffirmati minn Cellini, xi forom tal-ġibs li uża biex jiġi fondut il-bronż u xi profili tal-metall maħdumin minnu.

Kif ħadem għal San Pawl Nawfragu, Cellini sebbaħ ukoll il-knisja ta’ Porto Salvo, San Duminku, il-Belt Valletta. Għall-kappella tas-Sagrament, Francesco Saverio Sciortino skolpixxa żewġ anġli tal-irħam abjad li jżommu f’idejhom żewġ kandelabri talbronż “xogħol mill-isbaħ iddisinjat u skolpit millProfessur Pio Cellini”.13 Meta nkixef l-ewwel xogħol kbir ta’ Cellini f’Malta fl-1906, gazzetta kienet ferħet bil-miġja tiegħu minn Ruma meta ma kien jafu ħadd, “u kien jibqa’ mhu magħruf minn ħadd, kieku l-arti tiegħu ma xandritux”.14

Ħajr: Grazzi lil Aaron Attard-Hili, Martin Attard, Paul Borg Olivier, Leonard Callus, Maroma Camilleri, Id-dekorazzjonijiet tas-saqaf tal-knisja parrokkjali tanRobert Cassar, Kenneth Cauchi, Jeremy Debono, Nadur, maħdumin bl-istukko, biex idawru u jsebbħu James Licari, Christian Pace, Theresa Vella għalll-pitturi ta’ Lazzaro Pisani. (Ritratt: Martin Attard) għajnuna li tawni. Il-ktieb ta’ Albert Ganado u Antonio Espinosa Rodriguez, An Encyclopaedia of Sena wara l-pedestall tax-Xagħra Cellini ddisinja Artists with a Malta Connection, Malta, 2018, kien l-lapida tal-irħam tal-Prim Imħallef Giuseppe ta’ siwi kbir. Carbone, fi stil neo-gotiku, imwaħħla wieqfa flatrju taċ-Ċimiterju tal-Addolorata. Jeżisti d-disinn Referenzi oriġinali tagħha ffirmat mill-artist. Jidher li hemm 1 Aaron Attard-Hili, “Mitt sena fuq il-pedestall tagħna”, xogħlijiet oħra tiegħu fl-istess ċimiterju. Xagħra, Għawdex, 2013, p. 85. 2 “Per l’Arte” fil-Malta, 7 ta’ Mejju 1906, p. 2.

F’Għawdex Cellini ħalla xogħol ieħor. Huma tiegħu 3 Christian Pace, “L-altar maġġur u t-tribuna …” fil-Programm d-dekorazzjonijiet tas-saqaf tal-knisja parrokkjali tal-Festi Solenni, Madonna tal-Karmnu, 2017, p. 127. tan-Nadur, maħdumin bl-istukko, biex idawru u 4 “Opra mill- isbaħ”, f’Malta Tagħna, 9 ta’ Ġunju 1906, p. 2. jsebbħu l-pitturi ta’ Lazzaro Pisani. L-assistant 5 Malta, 7 ta’ Mejju, 1906, p. 2. tiegħu kien Giovanni Bonello li ftit li xejn nafu 6 Daily Malta Chronicle, 18 ta’ Frar, 1908, p. 3. dwaru.11 Fin-Nadur, kif kien jixraq, semmew triq 7 Ibid., 18 ta’ April, 1910, p. 4. għall-iskultur: Triq Piju Cellini. 8 Ġwann Azzopardi, “Il-Ġilandra tal-Fidda ta’ Corpus” f’IlFost l-aktar opri għonja ta’ Cellini f’Malta hemm dawk li ħoloq u ħadem għall-knisja ta’ San Pawl Nawfragu, il-Belt Valletta. Huma tiegħu s-slaleb talkonsagrazzjoni tal-bronż indurat fuq il-kolonni talkorsija. Fl-ewwel proġett ta’ Cellini, dawn is-slaleb kellhom jitwaħħlu fuq is-sottoark tal-kappelli, imma spiċċa li twahhlu fuq il-kolonni prinċipali.12

Festi Tagħna, San Pawl, Rabat, 2013, pp. 39 – 71. 9 Attard-Hili, op. cit. 10 Skambju personali ta’ emails ma’ Kenneth Cauchi. 11 Mario Buhagiar, “The Nadur Basilica” f’Treasures of Malta, nru. 76, Milied 2019, Vol. XXVII, nru. 1, p. 16. 12 Robert Cassar “Il-kolonni fil-korsija tal-Kolleġġjata” filFesta tan-Nawfragju ta’ San Pawl, Valletta, 2017, pp. 2427. 13 Malta Tagħna, 29 ta’ Lulju, 1909, p. 2. 14 Malta, 7 ta’ Mejju, 1906, p. 2.

Valletta 2021

47


Il-Festa tal-Madonna tal-Karmnu f’Ħaifa, l-Iżrael Mark Agius

Filwaqt li l-qarrejja tagħna se jifhmu sew kif niċċelebraw il-Festa tal-Madonna tal-Karmnu f’Malta u fl-Ewropa fis-sittax ta’ Lulju, huma jistgħu ma jafux li Festa tal-Madonna tal-Karmnu tiġi ċċelebrata f’Ħaifa u fuq il-Muntanja tal-Karmelu nnifsu, fil-Monasteru Stella Maris fuq it-tieni (jew xi kultant fit-tielet) Ħadd wara l-Għid - Domenica in Albis. Hawnhekk nixtieq nispjega għaliex. Il-Muntanja tal-Karmelu hija firxa muntanjuża kostali fit-tramuntana ta’ Iżrael li tiġbed mill-Baħar Mediterran lejn ix-Xlokk. Hemm numru ta’ bliet hemm, speċjalment il-belt ta’ Ħaifa, li hija t-tielet belt ta’ Iżrael fid-daqs, li tinsab fuq l-inklinazzjoni tat-Tramuntana.

Il-Monasteru tal-Karmelitani fuq il-Muntanja talKarmelu nbidel ħafna matul is-sekli. L-ewwel eremiti li kienu joqogħdu fuq il-Karmelu fl1150 kienu jgħixu madwar il-kappella tagħhom ikkonsagrata lill-Madonna, u sejħu lilhom infushom “l-Aħwa tal-Madonna tal-Karmnu”. Tkeċċew minn hemm minħabba attakki mill-Għarab, imma huma reġgħu bnew il-monasteru tagħhom f’Wadi es Siah madwar is-sena 1200, u l-fdalijiet ta’ dan għadhom jistgħu jidhru.

mill-fdalijiet ta’ knisja Griega medjevali, magħrufa bħala “l-Abbazija ta’ Santa Margerita” kif ukoll minn kappella, maħsuba li tmur lura għal żmien l-Imperu Biżantin.

Bejn l-1827 u l-1836 il-monasteru u l-knisja attwali ta’ Stella Maris inbnew fuq il-punt tat-Tramuntana tal-Muntanja tal-Karmelu, fuq grotta li tfakkar ilpreżenza tal-Profeta Elija. Aħwa lajċi Maltin kienu involuti fil-bini tal-monasteru u fit-tiżjin tal-knisja. B’mod partikolari, il-koppla tal-knisja kienet imżejna mill-Karmelitan Malti Luigi Poggi (19241928).10 Matul l-invażjoni Napoleonika tal-1799, ilmonasteru Stella Maris tal-Patrijiet Karmelitani ġarrab ħafna ħsara, minħabba li l-Franċiżi użaw il-monasteru bħala sptar għas-suldati midruba, u l-mameluki qatlu s-suldati kollha, u ġiegħlu lillpatrijiet jerġgħu jabbandunaw temporanjament il-monasteru.1

Fl-1816 Patri Taljan Giovanni Battista Casini mar biex jissorvelja r-restawr tal-Monasteru. Waqt li żar Genova fl-1820, huwa kkummissjona statwa tal-Madonna tal-Karmnu mill-iskultur Giovanni Battista Garaventa. Jingħad li meta Giovanni Fl-1291 l-armati tal-Eġittu ħakmu Acre u Ħaifa, Battista ordna l-istatwa, huwa ma kellux flus ħarqu l-monasteru u l-knisja fuq il-Karmelu u qatlu biżżejjed għall-kuruni tad-deheb, għalhekk huwa l-patrijiet li baqgħu hemm, waqt li kienu jkantaw ordna waħda tal-fidda għall-Verġni u ta’ ramm is-Salve Regina.11 Ħafna mill-patrijiet kienu diġà indurat għat-tfajjel Ġesu, u qal lill-Madonna “Int taf kif takkwista lilek innifsek waħda (kuruna) aħjar”, telqu lejn l-Ewropa. u fil-fatt kuruna tad-deheb instab xi żmien wara Fl-1631 il-Karmelitani Tereżjani reġgħu lura lejn f’Napli, meta nobbli għani ppreżenta żewġ kuruni l-Art Imqaddsa, immexxija mill-Venerabbli Prosper bħala riżultat ta’ kura mirakuluża li ġararrab.1 tal-Ispiritu Santu. Huwa bena monasteru żgħir fuq il-promontorju tal-Muntanja tal-Karmelu, viċin L-immaġni taċ-ċedru ġiet inkurunata solennement il-fanal, u l-patrijiet għexu hemm sal-1761, meta fil-Vatikan fl-1823 u baqgħet f’Ruma sal-1835, Dhaher al-Omar, il-ħakkiem tal-Galilija, ordnalhom meta finalment wasal fuq il-Muntanja tal-Karmelu. iħallu is-sit u jwaqqaw il-monasteru. Fl-10 ta’ Ġunju, 1836, il-knisja restawrata ġiet imbierka, l-istatwa tal-Madonna tqiegħdet f’postha L-Ordni mbagħad marret fil-post preżenti, li fuq tron, u l-ħajja monastika regolari reġgħet tinsab direttament fuq il-grotta fejn jingħad li inbdiet fi Stella Maris. Ix-xogħol ta’ Garaventa sar kien jgħix il-profeta Elija. Hawn huma bnew biex ikun imlibbes bid-drapp, u għalhekk ir-ras knisja kbira u monasteru, wara li naddfu s-sit u l-idejn biss ġew minquxin b’mod fin. Għalhekk,

48 Festa Madonna tal-Karmnu


fl-1933, l-iskultur Ruman Emanuele Rieda rranġa l-ġisem bl-ilbies minqux.

Fl-Ewwel Gwerra Dinjija, il-Karmelitani reġgħu tkeċċew mill-monasteru. Fl-14 ta’ Novembru 1914, il-monasteru ġie mfittex għall-armi. Imbagħad fis17 ta’ Diċembru, il-patrijiet ingħataw tliet sigħat biex jitilqu mill-monasteru. “Fis-17 ta’ Diċembru 1914, l-abitanti ta’ Ħaifa raw purċissjoni ta’ dieqa tal-patrijiet, imlibbsin bl-ilbies kannella tagħhom u mlibbsin bil-qorq, imxew bil-mod mill-monasteru lejn il-belt. Huma ngħataw tliet sigħat biex jevakwaw il-monasteru tagħhom. Huma ħadu magħhom dak li setgħu mill-oġġetti sagri tagħhom. L-arkivji tagħhom ġew fdati lirrappreżentant konsulari Spanjol, Scopenik, li ħa ħsiebhom lealment sal-aħħar tal-gwerra. It-Torok, sabiex jiġġustifikaw it-tkeċċija tagħhom, sostnew li l-patrijiet kienu qed jagħmlu sinjali lill-vapuri talgħadu. Il-Karmelitani ċaħdu l-akkuża, u akkużaw lill-Ġermaniżi bil-kalunja, u b’mod speċjali lil Dr Loytved Hardegg, il-Konslu Ġermaniż, “li kien ħeġġeġ l-armata kontrihom biex jisirqilhom il-propjetà tagħhom.” Iż-żewġ Karmelitani li pprotestaw inqabdu u ttieħdu f’Damasku, fejn ġew ikkundannati għall-mewt bl-akkuża ta’ spjunaġġ. Huma ġew salvati mill-Eżekuzzjoni grazzi għallintervent tal-Papa u tar-Re ta’ Spanja, għax kienu sudditti tiegħu.”2

Imbagħad f’Mejju tal-1915, “suldati Torok qerdu l-monument piramidali żgħir quddiem ilMonasteru bl-iskuża ta’ tfittxija għall-armi u xerrdu l-għadam tas-suldati ta’ Napuljun li kienu midfunin taħtha. Għal darb’oħra l-Karmelitani waħħlu lillĠermaniżi għall-għajb.”2 “....... Is-suldati neħħew issalib mill-monument u ħaduh f’Ġerusalemm, fejn reġgħet instabet wara l-gwerra u tqiedet lura fuq il-monument.’’2 Meta l-Karmelitani kienu qed jitkeċċew, l-abitanti ta’ Ħaifa talbu lis-Superjur biex iħallihom jieħdu l-istatwa tal-Madonna tal-Karmnu minn Stella Maris sal-parroċċa ta’ San Ġużepp, il-Parroċċa Kattolika Latina fil-Belt ta’ Ħaifa, minħabba li, kienu qed jiffaċċjaw il-bombardamenti kontinwi tal-Vapuri Franċiżi u Ingliżi, u kienu jittamaw li jkollhom kenn u protezzjoni tal-Madonna talKarmnu. Allura dawn marru bl-istatwa tal-Verġni għall-Knisja Latina ta’ San Ġużepp fiċ-ċentru talbelt, fejn l-istatwa baqgħet sal-aħħar tal-gwerra.

Il-Membri tal-Parroċċa riedu wkoll jipproteġu l-istatwa mit-Torok, u huma ħbew l-istatwa, billi jgħadduha minn familja għall-oħra matul iż-żmien tal-gwerra. Wara l-gwerra, wara l-Għid tal-1919, meta l-Karmelitani rritornaw lejn il-Monasteru, il-popolazzjoni Ħaifa, b’mod spontanju u bħala

Il-purċissjoni f'Ħaifa

ringrazzjament, reġgħet lura l-istatwa b’purċissjoni lejn is-santwarju tagħha fil-Monasteru Stella Maris. Mill-1919, ħmistax-il ġurnata wara l-Għid din ilpurċissjoni hija ripetuta kull sena. Fit-tieni jew kultant it-tielet Ħadd wara l-Għid, l-istatwa talMadonna tal-Karmnu tgħaddi minn Ħaifa millparroċċa Kattolika Rumana sal-monasteru Stella Maris f’purċissjoni solenni mal-patrijarka, isqfijiet, patrijiet u reliġjużi, mużiċisti, scouts, seminaristi, u folla ta’ nies minn bosta twemmin. Għall-ewwel kienet purċissjoni lokali żgħira f’Ħaifa, imbagħad, saret purċissjoni reġjonali b’nies ġejjin mill-Galilija kollha,4 iżda issa persuni jiġu minn madwar l-Art Imqaddsa kollha, u hija meqjusa bħala t-tieni purċissjoni importanti, wara l-Purċissjoni ta’ Ġerusalemm ta’ Ħadd il-Palm. Din il-purċissjoni tradizzjonali ad unur il-Madonna tal-Karmnu, hija popolarment imsejħa Taalat al-Adra, It-Telgħa talVerġni.

Dawk li jemmnu jagħmlu wegħda biex jgħinu l-istatwa titla’ fuq l-inklinazzjoni tal-Karmnu.5 Ilpurċissjoni titlaq mill-Kappella tas-Sagra Familja u tipproċedi biex titla’ fuq il-Karmelu sal-Knisja Stella Maris. Il-parteċipanti jinkludu l-Patrijarka ta’ Ġerusalemm, isqfijiet, saċerdoti u reliġjużi oħra, kif ukoll il-komunitajiet Għarab lokali u l-purċissjoni hija mmexxija mill-Iscouts bil-baned tagħhom. Tul ir-rotta li timxi mill-parroċċa Latina ta’ Ħaifa għall-monasteru Karmelitan Stella Maris, li tinsab fuq il-Muntanja tal-Karmelu, il-fidili tarriti kollha jipparteċipaw bit-talb u jkantaw innijiet lill-Verġni.

Valletta 2021

49


Is-sena 2019, kien iċ-ċentinarju ta’ din ilpurċissjoni. “Din is-sena niċċelebraw il-mitt sena mill-purċissjoni tal-Madonna tal-Karmnu f’Ħaifa. L-ewwel purċissjoni saret fis-27 ta’ April, 1919, ilĦadd fl-albis, u ġiet organizzata biex solennement iġġib lura għas-santwarju ta’ Stella Maris l-istatwa tal-Madonna tal-Karmnu, li fl-1914 fil-bidu talEwwel Gwerra Dinjija, kienet trasferita fil-knisja parrokkjali fil-belt. Il-Vigarju tal-Karmnu ta’ dak iżżmien, l-Ingliż P. Francis Lamb (1867-1950), jikteb fil-memorji tiegħu li kien hemm parteċipazzjoni straordinarja tal-poplu u li l-awtoritajiet Ingliżi ġew milquta minn din il-manifestazzjoni ta’ fidi u devozzjoni għal Omm Alla fil-komunità Kattolika Latina ta’ Ħaifa. Kien marbut mat-tmiem tal-Gwerra l-Kbira u max-xewqa li jirringrazzja lill-Mulej u lillMadonna għar-ritorn tal-paċi. Il-purċissjoni kienet ripetuta fis-snin ta’ wara sakemm saret l-iktar importanti fl-Art Imqaddsa wara dik tal-Ħadd ilPalm f’Ġerusalemm.”3

Matul il-purċissjoni, l-istatwa tal-Beata Verġni Marija tal-Karmnu titpoġġa fuq karettun li fuqu kien hemm it-tfal lebsin bħala kerubi; il-karettun jinġibed bil-ħbula minn grupp ta’ fidili, u t-talb u l-kant Marjan jiġu kantati matul il-vjaġġ. Il-fidili, waqt il-purċissjoni, xeħtu fjuri u ħelu ġewwa l-karettun bħala sinjal ta’ devozzjoni.6 Ħafna tfajliet żgħar kienu lebsin il-kuluri u l-libsa talVerġni Marija bħala parti minn wegħda. L-iscouts huma fuq quddiem fil-purċissjoni u t-tfajliet libsu l-ilbies tradizzjonali Palestinjan biex jonoraw l-istatwa tal-Madonna tal-Karmnu, li hija replika fidila tal-istatwa prezzjuża oriġinali fil-knisja talMonasteru. 9

Din il-purċissjoni kienet espressjoni tal-impenn profond tal-insara tal-Lvant Nofsani għall-fidi tagħhom. Il-fatt li baqa’ ħaj għal aktar minn mitt sena, minkejja ħafna diffikultajiet jissuġġerixxi li l-Verġni, b’xi mod, dejjem providenzjalment ħarset fuq il-fidili tagħha u l-kontinwazzjoni talMatul l-aħħar mitt sena, il-purċissjoni għaddiet purċissjoni tagħha. ukoll minn mumenti kritiċi speċjalment fis-snin 1948-49. Fl-1948, is-sena tal-proklamazzjoni tal- Referenzi Istat Iżrael, il-purċissjoni waqgħet fit-18 ta’ April, 1 Haifa, Laurence Oliphant 2018 pġ 67 inqas minn xahar qabel il-proklamazzjoni tal- 2 Ottoman Haifa: A History of Four Centuries under Turkish Istat u l-bidu tal-ostilitajiet li wasslu għall-ewwel Rule 2010 Alex Carmel pġ 161-162. gwerra Iżraeljana-Għarbija. Is-sena ta’ wara, 3 Message for the centenary of the procession of Our Lady minħabba l-għadd żgħir ħafna ta’ nsara, kien hemm of Carmel (Haifa, 5 May 2019) Fr. Saverio Cannistrà, tħassib dwar l-organizzazzjoni tal-purċissjoni General Superior, dco minħabba n-numru żgħir tal-fidili u l-biża’ ta’ 4 http://www.carmelholylanddco.org/historicalriperkussjonijiet. Kien is-sindku Iżraeljan il-ġdid procession-with-our-lady-of-mount-carmel-heading-tota’ Ħaifa li ffavorixxa l-purċissjoni bil-garanzija talstella-maris-haifa/ ordni pubbliku.6 5 https://www.holyland-pilgrimage.org/our-lady-of-

Fis-sena ċentinarja, il-limiti għal-libertà talmoviment għamluha impossibbli għal dawk innies li darba kienu jiġu mil-Libanu biex jieħdu sehem.7 8 Min-naħa l-oħra, mijiet ta’ ħaddiema immigranti Filippini, Indjani u oħrajn Afrikani u Ażjatiċi ħadu sehem fl-att pubbliku ta’ devozzjoni lejn il-Verġni Marija, flimkien ma’ pellegrini millEwropa, filwaqt li ħafna Lhud u Musulmani wkoll inġabru fil-purċissjoni7 8

Il-kunvent ta' Stella Maris f'Ħaifa

50 Festa Madonna tal-Karmnu

mount-carmel-procession-c 6 h t t p s : / / w w w. l p j . o r g / p o s t s / c e n t e n a r y- o f - t h e procession-of-the-blessed-virgin-mary-of-mountcarmel-in-haifa.html 7 http://www.fides.org/en/news/65980ASIA_HOLY_ LAND_Haifa_more_than_5_thousand_Christians_took_ part_in_the_traditional_procession_in_honor_of_Our_ Lady_of_Mount_Carmel 8 https://www.indcatholicnews.com/news/37049 9 http://en.lpj.org/2016/04/12/traditional-processionof-our-lady-of-mount-carmel/ 10 http://www.carmelholylanddco.org/stella-marischurch/ 11 Journey to Carith: The Sources and Story of the Discalced Carmelites Peter-Thomas Rohrbach 1966 pġ 53.


Xbiehat fis-Santwarju u fil-Kunvent talKarmnu tal-Belt ta’ Sant’ Anġlu ta’ Sqallija P. Victor Paul M. Farrugia O.Carm

Mill-5 ta’ Mejju 2020 sal-5 ta’ Mejju 2021 ġie ċċelebrat it-Tmien Ċentinarju mit-Martirju ta’ Sant’Anġlu ta’ Sqallija li nqatel fil-Belt ta’ Licata fil-5 ta’ Mejju 1220 waqt li ken qiegħed jipprietka. Ovvjament minħabba l-Pandemija ċ-ċelebrazzjonijiet kieku limitati ħafna. Għalhekk iddeċidejt li ndur dawra kemm masSantwarju tagħna kif ukoll mal-Kunvent u nara ftit jekk niltaqax ma’ xi xbihat ta’ dan il-Qaddis, li huwa l-Ewwel Martri tal-Ordni tagħna, u naqsamhom magħkom f’din il-paġna flimkien ma’ xi informazzjoni dwarhom.

Pitturi 1. L-ewwel xbieha hija dik li nsibu fil-kwadru li jinsab fil-Bażilika fuq l-artal iddedikat lilu. Dan il-kwadru tpitter minn Mattia Preti li għex bejn l-1613 u l-1699, huwa pitter dan il-kwadru mill1659 ’il quddiem, is-snin li fihom għex Malta. F’dan il-kwadru kif jiddeskrivih P. Lawrenz Sammut fil-ktieb Is-Santwarju tal-Karmnu, Sant’Anġlu jidher liebes ta’ Karmelitan, għarkubbtejh b’idejh miftuħa, qiegħed iħares lejn is-sema minn fejn anġlu żgħir nieżel mis-sema b’kuruna u palma

f’idejh. Fuq ras il-Qaddis tidher mannara, sinjal tal-martirju, u naraw ukoll ktieb miftuħ ħdejn riġlejh. Fuq in-naħa t’isfel tal-kwadru hemm dawn il-kelmiet: Beatus Vir qui suffert tentationem quoniam cum probatus fuerit accipiet coronam Vitæ quam repromisit Deus diligentibus se. (Imbierek ir-raġel li jżomm sħiħ fit-tentazzjoni, għax wara li jgħaddi mill-prova jirċievi l-kuruna tal-ħajja li Alla wiegħed lil dawk li jishru fih.) Dan il-kwadru fil-Knisja l-Qadima kien imdendel malħajt tal-Kor. Mad-dawra ta’ dan il-kwadru nsibu xogħol ta’ skultura mill-Kav. Joe D’Amato li juru anġli b’simboli li għandhom x’jaqsmu ma’ din ilqaddis. Fuq in-naħa ta’ fuq naraw anġlu li f’idejh qed iżomm palma bi tliet kuruni, li kif jgħid Enok, kumpann ta’ Sant’Anġlu, fl-ewwel ħajja tal-Qaddis attribwita lilu: int li f’Ġerusalemm stħaqqlek il-ġieħ tal-kuruna bi tlieta. Dawn ifissru s-safà, l-predikazzjoni u l-martirju. Fost is-simboli l-oħra nsibu l-ġilju tas-safà, l-istallett u l-palma, simbolu tal-martirju u s-salib, il-predikazzjoni, għaliex żgur li Anġlu ppriedka s-Salib ta’ Kristu, li bħalu ħalla ħajtu u ħafer lil min qatlu. Insibu wkoll arma finnofs tal-prospettiva li tiġbor fiha dawn is-simboli. 2. Kwadru żgħir li jinsab fis-sala talkunvent jurina lil Sant’Anġlu liebes ta’ Karmelitana, bi stallett ġo sidru u jħaddan il-palma tal-martirju bi tliet kuruni u salib. F’din il-pittura jidher xi ftit imdaħħal fiż-żmien.

3. Kwadru ieħor jinsab fil-kuridur tal-kunvent ħdejn il-Kappella, din turi l-laqgħa bejn Sant’Anġlu, San Franġisk u San Duminku. Sant’Anġlu jidher iħares lejn San Franġisk, b’idejh mgħollija lejn is-sema bi tlett iswaba' miftuħa, ħdejh jidher anġlu żgħir iżomm stallett u palma bi tliet kuruni. Fin-nofs jidher San Franġisk għarkubbtejh, b’id minnhom tipponta lejn l-anġlu li qed iżomm is-simboli tal-

Valletta 2021

51


martirju, u bl-id l-oħra bi tlett iswaba miftuħa. Fuq wara jidher San Duminku b’idejh miftuħa, sinjal ta’ talb u ħdejn riġlejh jidher kelb b’torċa f’ħalqu, fuq ġilju abjad u ktieb. Fl-Ewwel Ħajja ta’ Sant’ Anġlu, attribwita lil Enok, kumpann ta’ Sant’Anġlu, insibu miktub hekk: Filgħodu nġabar il-kleru u l-poplu fil-Bażilika ta’ San Ġwann fil-Lateran u Sant’Anġlu beda jippriedka mimli b’ħeġġa talIspirtu. Kien hemm f’Ruma San Duminku u San Franġisk, il-Missirijiet Imqaddsa ta’ żewġ Ordnijiet imweġġħa, u għalkemm Anġlu ma kienx jafhom, imqanqal mill-Ispirtu s-Santu bħal donnu jaf isimhom, u għemilhom qaddisa, ħabbar f’dak ilwaqt li fost il-poplu kien hemm żewġ kolonni ġodda u b’saħħithom tal-Knisja. Fi tradizzjoni poplari nismiigħu li Sant’Anġlu ħabbar il-pjagi lil San Franġisk, u San Franġisk ħabbar lil Sant’Anġlu l-Martirju, filwaqt San Duminku qagħad josserva jitlob. 4. Insibu wkoll kwadru ieħor fit-taraġ talkunvent, wieħed minn sett kwadri bi gwarniċ elaborat, li juru diversi Qaddisin Karmelitani. Dan juri lil Sant’ Anġlu pjuttost imdaħħal fiżżmien bil-palma bi tliet kuruni f’idu.

5. Fil-Kuritur ta’ isfel tal-kunvent insibu pittura antika ħafna li fiha jidher ukoll dan il-qaddis. Fiċ-ċentru ta’ din il-pittura naraw il-Verġni Marija bil-Bambin qed tippreżenta l-Labtu Mqaddes lil San Xmun Stock, li jidher in-naħa ta’ isfel fuq ix-xellug, warajh jidher saċerdot qaddis, b’ġilju f’idu. Fuq in-naħa tal-lemin tidher Santa Marija Maddalena de’ Pazzi

52 Festa Madonna tal-Karmnu

qed tħares lejn Ġesù Bambin, li hu wkoll qed iħares lejha. Warajha jidher Sant’Anġlu ta’ Sqallija, li wkoll jidher qed iħares lejn il-Bambin Ġesù u naraw ilpalma f’idu.

Inċiżjonijiet 6. L-ewwel inċiżjoni naraw lill-Verġni Marija b’Binha Ġesù fuq ħoġorha bilqegħda fuq tron, imdawra blanġli. Taħt il-Madonna maqsuma f’żewġ partijiet jidhru numru ta’ qaddisin Karmelitani. Fil-parti ta’ fuq jidhru San Elija u San Eliżew Profeti, Sant’Anġlu ta’ Sqallija u San Pier Tumas. Filwaqt li filparti ta’ isfel jidhru Sant'Albert ta’ Trapani, Sant' Andrea Corsini, Santa Maria Maddalena de’ Pazzi u wkoll Santa Tereża ta’ Sant’Anġlu bil-palma bi tliet kuruni f’idejh u stallett ġo sidru. Fin-naħa ta’ fuq ta’ din l-inċiżjoni hemm il-frażi ‘Jingħata lilha l-Ġmiel tal-Karmel’ (Iżaija 32, 2), filwaqt li n-naħa t’isfel tidher il-frażi ‘Għall-ikbar Glorja tal-Ordni Karmelitan’.

7. It-tieni inċiżjoni li fin-naħa t’isfel tagħħa naraw miktub b’ittri kbar ‘Gloria Carmeli’ turi lill-Verġni Marija b’Binha Ġesù fi ħdanha qed tagħti l-Labtu Mqaddes lil San Xmun Stock, imdawra b’diversi qaddisin Karmelitani. Fuq wara ta’ San Xmun Stock bejn il-Beatu Ġwann Soreth u San Pier Tumas naraw lil Sant’Anġlu bi stallett ġo sidru u diversi feriti, u l-palma bi tliet kuruni f’idu. 8. It-tielet inċiżjoni turi l-laqgħa bejn Sant’Anġlu, San Franġisk u San Duminku. Din tixbah lill-pittura li diġà semmejna. Naraw lil Sant’Anġlu jħares lejn San Franġisk, b’idejh mgħollija lejn is-sema bi tlett iswaba' miftuħa, ħdejh jidhru żewġ anġli żgħir jisħqu l-ereżija murija f’raġel jiġbed xagħru u jżomm ktieb bil-lifgħat iduru miegħu. Wieħed


minn dawn l-anġli qed iżomm stallett u palma bi tliet kuruni, filwaqt li l-ieħor qed iżomm il-Ktieb talVanġleu. Fin-nofs jidher San Franġisk għarkubbtejh, b’id minnhom tipponta lejn l-anġlu li qed iżomm is-simboli tal-martirju, u blid l-oħra bi tliet iswaba miftuħa. Fuq wara jidher San Duminku b’idejh miftuħa, sinjal ta’ talb u ħdejn riġlejh jidher kelb b’torċa f’ħalqu, fuq ġilju abjda u ktieb. Fuq in-naħa ta’ fuq naraw il-Fidi murija bħala mara bil-kalċi f’idha li minnu tidher ħierġa ostja u anġlu ħdejha b’salib f’idu. Fuq in-naħa t’isfel nsibu miktub li f’Ruma Anġlu ħabbar il-pjagi lil Franġisku, dan ħabbar il-Martriju lil Anġlu. Filwaqt li Duminku kien xhud f’atteġġjament ta’ talb. Din l-inċiżjoni saret meta kien Ġeneral tal-Ordni Karmelitan P. Luigi Laghis, li kine Ġeneral bejn l-1750 u l-1758. 9. Inċiżjoni oħra turi lill-Madonna bil-Bambin qed tagħti l-Labtu, m a d w a r h a nsibu lil San Elija u ħdejh lil Sant’ Albert ta’ Trapani, li ħdejh għandu anġlu żgħir qed iżomm ġilju, simbolu tassafà. Fuq in-naħa l-oħra naraw lil San Xmun Stock b’idu miftuħa jilqa’ l-Labtu, warajh naraw lil Sant’ Anġlu b’idejh ma’ xulxin, u warajh jidher anġlu żgħir li qed iżomm palma bi tliet kuruni. Fuq in-naħa ta’ isfel naraw żewġ persuni lebsin ta’ fratelli b’wiċċhom mgħotti, bil-kuruni f’idejhom u lebsin il-Labtu. Bassoriliev 10. Xbieha oħra ta’ dan l-Ewwel Martri Karmelitan nsibuha fit-Tribuna Bażilikali li żżejjen is-Santwarju

tagħna. Fil-bażijiet tal-erba’ kolonni talirħam li jżommu fuqhom iċ-ċelu filbronż maħdum minn Pio Cellini, nsibu 16 ilskudett li juru diversi qaddisin Karmelitani f ’bassoriliev maħdumin b’reqqa kbira fl-irħam. Naraw lil Sant’ Anġlu wieqaf b’sejf ġo rasu u stallett ġo sidru u bil-palma bi tliet kuruni f’idejh. Ix-xogħol tal-irħam fuq it-Tribuna sar minn Francesco Lo Turco u uliedu Isidoro u Mario Antonio minn Messina fl-1898. Statwi 11. Fil-kunvent insibu statwa ta’ daqs żgħir tal-injam ta’ Sant’Anġlu li kienet tagħmel parti mill-pulptu li kien iżejjen il-Knisja l-Qadima. Din kienet filfaċċata ta’ dan il-pulptu flimkien ma’ oħra ta’ San Albert ta’ Trapni li kienu wieħed kull naħa ta’ xbieha fl-injam tal-Madonna tal-Karmnu. Sant’ Anġlu jidher bi ktieb f’idu u bil-palma bi tliet kuruni f’idejh.

12. Statwa oħra nsibuha fil-pedestall tal-fidda li fuqu toqgħod l-istatwa Artistika u Devota talMadonna tal-Karmnu. Ix-xbieha ta’ Sant’ Anġlu hija waħda minn erbgħa u tinsab fuq innaħa ta’ wara. Naraw lil Sant’ Anġlu bi stallett imdaħħal f’sidru, u f’idu qed iżomm ilktieb u l-palma bi tliet kuruni. Dan il-pedestall huwa t-tielet wieħed li kellha din l-istatwa. P. Lawrenz Sammut fil-ktieb Is-Santwarju tal-Karmnu, jgħidilna li dan kien irregalat millArċikonfraternità talMadonna tal-Karmnu mwaqqfa fl-istess Santwarju, fl-okkażjoni tal-50 sena mill-Inkurunazzjoni, fl-

Valletta 2021

53


1931. Il-pedestall huwa disinn ta’ Abram Gatt; il-mudell tiegħu sar mis-Sur Vinċenz Apap; u ġie esegwit fil-Fabbrika Galvanoplastih Geislingen Steige ġol-Ġermanja. Stained Glass

13. Fil-Portiku tal-Bażilka nsibu wkoll stained glass li turi lil dan il-Qaddis maqtul f’Licata. Narawh b’sejf ġo rasu u stallett f’sidru, ktieb f’id waħda u fl-oħra l-palma bi tliet kuruni. msallbin fuq il-Muntanja. Il-palma li tirrappreżenta lil Sant’Anġlu, l-Ewwel Martri tal-Ordni Karmelitan Oħrajn filwaqt li l-ġilju jirrappreżenta lil Sant'Albert ta’ 14. Interessanti fl-aħħar Trapani l-Ewwel Qaddis mhux Martri tal-Ordni nett l-Arma tal-Ordni Karemelitan. Dan jurina l-importanza ta’ dawn Karmelitan li nsibu iż-żewġ Qaddisin fl-Istorja ta’ dan l-Ordni. Aktar fil-ventartal tal-fidda ’il quddiem meta ġew introdotti t-tliet stilel illi jintrama fil-ġranet tal-festa tal-Madonna tal- palma u l-ġilju tpoġġew fuq barra tal-arma, imma Karmnu fl-Artal tas-Sagrament. Din tinsab in-naħa l-preżenza tagħhom dejjem baqgħet hemm biex t’isfel u hija biex ngħidu hekk l-arma primittiva tfakkar lil dawn iż-żewġ Qaddisin. tal-Ordni, fejn flokk tliet stilel tnejn fuq in-naħa ta’ fuq u oħra fil-Muntanja, insibu l-palma u l-ġilju

Mill-Ħajja fis-Santwarju Magħmudijiet: Thomas White, Jacob White, Adam White, Natanjel Rapinett, Jack Blundell, Jenny Seychell

Żwieġ:

Simon Mallia ma' Charmaine Gatt, Fabian Demicoli ma' Sarah Cachia, Gianluca Spiteri ma' Doriane Bartolo, Shawn Borg ma' Nadia Martinelli, Carl Borg ma' Maria Agius, Kevin Grech ma' Sabrina Goodlip, Karl Agius ma' Maria Micallef, Tristian Nappa Licari ma' Debora Borg

Ħallew din il-ħajja:

Josephine Mizzi, Giuseppa Vassallo, Joseph Zammit, Patri Felician Bezzina O.Carm, Anna Spiteri, Charles Mckay, Agnes Seychell, Teresa Attard, Carmel Pace, Anthony Damato, Maria Buttigieg, Antonia Galdes, Vincent Demanuele, Antonia Rocco, Anthony Gatt, Maria Rosaria Mizzi, Anthony Paris, Carmela Galea, Alisa Stevanovic, Sylvia Borg, Pauline Spiteri

54 Festa Madonna tal-Karmnu


Il-Madonna tal-Karmnu

Inkun miexja fi triqat il-Belt Maltija, Li bħal donnha minsuġa ġiet f ’bizzilla rikka u ta’ ġmiel, Meta riġlejja jwasluni ħdejk u ħarsti tiltaqa’ ma’ ħarstek, Kif narak ’l fuq, fin-niċċa tiegħek Minn barra issebbaħ is-Santwarju tant għażiż, Santwarju Bażilika li bl-akbar fidi u qima Isejjaħ u jidwi fih l-isem tieghek O Madonna tal-Karmnu, Tiegħek hu dan l-isem li minn fuq l-għolja tal-Karmelu, Bħal nixxiegħa t’ilma ġieri ġelben U ta lid-dinja tixrob il-qdusija, il-purità tal-eżistenza tiegħek. Meta ħarsti tiltaqa’ ma’ ħarstek O Inkurunata Madonna tal-Karmnu, F’wiċċek nara l-għeżeż imħabba ta’ dejjem Li ma tirrakkontax la bidu u lanqas tmiem lejn Ibnek Ġesù Imħabba li qalbek tfawwar lejn Ibnek Ġesù, hekk ċkejken. F’idejk O Madonna tal-Karmelu, Tinsab iżżomm il-labtu għażiż tiegħek, Fih nara mnaqqxa l-grazzji bla qies Li inti Omm ħanina tfewwaħ u twarrad bihom Il-ħajja tal-bniedem kull ħin, kull waqt. Iva dan kollu nara fin-niċċa Glorjuża tiegħek O Madonna tal-Karmnu Waqt li jindokra Lilek u lill-Għażiż Ibnek Ġesù, Fid-dawl ħlejju tal-fanal, Hemm l-anġlu ħieni u ħiemed.

Anna Reale

Valletta 2021

55


Attivitajiet tas-Sena 2020 – 2021 22 ta’ Awwissu: Sar il-funeral ta’ Patri Felicjan Bezzina.

24 ta’ Ottubru: Inawgurat id-dawl ġdid tal-koppla wara xogħol mill-Grand Harbour Regeneration Corporation

56 Festa Madonna tal-Karmnu


Saret bradell ġdid mill-Għaqda Festa Esterni Madonna talKarmnu biex tintuża fil-knisja.

24 ta' Diċembru 2021: Il-Velja tal-Milied

6 ta’ Jannar 2021: Waslet lura l-istatwa tal-Madonna tal-Karmnu tal-Oratorju mir-restawr.

Valletta 2021

57


10 ta’ Marzu 2021: Quddiesa tal-Aħħar Erbgħa ta’ San Ġuzepp tmexxiet mill-Papas Martin Zammit bir-rit Biżantin.

Mejju 2021: Beda x-xogħol fuq il-faċċata tal-kunvent.

19 ta’ Mejju 2021: Mixegħla quddiem l-istatwa tal-Madonna talKarmnu tal-kantuniera fl-aħħar Erbgħa.

58 Festa Madonna tal-Karmnu


12, St Helen Square Birkirkara Tel: 2144 9514 Mob: 7748 0377



Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.