6 minute read

Il-Festa tal-Madonna tal-Karmnu fil-Belt ta’ Messina

Il-Festa tal-Madonna tal-Karmnu fil-Belt ta’ Messina

Robert Cassar M.A. History of Art; B.Cons.(Hons.); B.A.(Hons.) Għall-festa tal-Madonna tal-Karmnu tas-sena 2019, jien u l-kollega tiegħi, awtur ukoll f’din ilpubblikazzjoni, inzertajna msiefrin fil-Belt ta’ Messina. Għall-bidu meta sirna nafu li mhux ser inkunu Malta għall-festa devota li t-tnejn tant inħobbu, ħadniha ftit bi kbira, u għalhekk ladarba wasalna Messina, minnufih rajna xi manifesti mwaħħlin mal-ħitan u l-ħwienet jħabbru l-festa tal-Madonna tal-Karmnu li ssir hemm ta’ kull sena. Wara li lestejna mix-xogħol li morna għalih, minnufih għamilt riċerka dwar il-festa u l-purċissjoni li kellha ssir dakinhar u fittixt fuq il-mappa fejn kienet din il-knisja. Iddeċidejna li ladarba tlifna l-festa tal-Belt, morna biex nassistu għall-festa f’Messina u nisimgħu l-quddiesa talfesta. Tlaqna mill-lukanda u qbadna mexjin mal-mappa. Wara li rajna xi monumenti storiċi tal-belt, wasalna fil-knisja tal-Karmnu. Il-knisja tista’ tgħid hija rotunda bil-kappelli madwarha u b’faċċata eklettika tas-snin tletin tas-seklu għoxrin. Għandha wkoll kampnar baxx, bħalma huma l-biċċa l-kbira tal-kampnari tal-knejjes ta’ Messina. Il-qniepen huma sett ta’ ħames qniepen minn Daciano Colbachini ta’ Padova. Il-knisja kienet mibnija mill-ġdid wara t-terrimot kbir tal-1908 li ħakem il-bliet ta’ Messina u Reggio Calabria u li qeridhom sal-art bl-arti u bit-teżori li kien fihom. Waħda minn dawn il-knejjes, kienet dik tal-Madonna talKarmnu li kienu jmexxuha l-Patrijiet Karmelitani. Il-knisja oriġinali kienet flok oħra viċin ħafna talKatridal. Però minħabba ideoloġiji antiklerikali li kienu qegħdin jrejħu f’dawk iż-żminijiet, ġie deċiż li għar-rikostruzzjoni tal-belt ta’ Messina, jħassru kull traċċa tal-knejjes kbar li kont issib f’Messina qabel it-terremot ħlief għal dawk talKatidral u tal-Franġiskani Minuri. Il-bqija, min kellu l-ħila jiġġieled, ħa biċċiet ta’ art iżgħar milli kellhom u mhux bilfors fil-post eżatt fejn kienu. Fil-fatt il-pjanta tat-toroq inbidlet totalment minn kif kienet. Il-binjiet kellhom jkunu baxxi bħall-każ tal-kampnari u l-materjal kellu jkun tal-konkos rinfurzat li kellu jilqa’ mill-ħsara f’każ ta’ terrimot ieħor.

Advertisement

Il-patrijiet tal-knisja tal-Karmnu f’Messina ngħataw biċċa art flok knisja oħra ’l bogħod minn fejn kienu oriġinarjament. Fil-knisja nsibu diversi altari bin-niċeċ bi statwi fihom. Fuq l-altar maġġur naraw il-vara barokka tal-Madonna bilBambin bil-labtijiet f’idejhom tagħti l-iskapular lil San Xmun Stokk għarkupptejh quddiemHom. Waqt il-festa, din kienet tinsab fil-ġenb tal-altar fuq bradella bir-roti lesta għall-purċissjoni. Din l-istatwa tidher li tgawdi ħafna devozzjoni kemm mill-ħafna devoti li ġew jinvistawha u kemm millkwantità ta’ nies li jakkumpanjaw wara l-istatwa fil-purċissjoni. Il-knisja oriġinali kienet ta’ preġju imprezzabbli għall-arti barokka li kien fiha flarti tal-iskultura u l-interzjar fl-irħam. Innutajt xi

L-altar maġġur armat għall-festa. (Ritratt: Robert Cassar)

biċċiet skulturati bħal xi mensola ta’ altar li kienet qed iservi ta’ kolonna jew xi wiċċ ta’ altar li qed isservi ta’ bank barra s-sagristija għall-pellegrini li jinvistaw il-knisja. Meta tara dawn u r-ritratt ta’ kif kienet taqbdek nostalġija għall-knisja li kien hemm qabel. Jingħad li wara t-terremot, millknisja antika salvaw rħamijiet, vażuni prezzjużi, il-kwadri fosthom dak antik tal-Madonna talKarmnu flimkien mal-istatwa proċessjonali li għadha teżisti. Wara t-terremot kienet intilfet serjament id-devozzjoni tal-Messiniżi li salvaw lejn il-Madonna tal-Karmnu u l-Arċisqof Monsinjur Letterio D’Arrigo Ramondini ra kif għadda f’idejn il-Patrijiet Karmelitani l-knisja tal-injam ta’ Santa Croce fil-Parroċċa ta’ San Pietru u San Pawl biex jibdew dan ix-xogħol ta’ qima minnufih. IlKarmelitani mxew minn knisja għal oħra ħafna drabi sakemm il-Prijur tal-Karmelitani f’Messina Patri Anselmo Alessi ħadem qatigħ biex jinbnew l-knisja u l-kunvent l-ġdid. Fl-1926, ingħata bidu għall-proġett b’disinn li sar mill-Perit Cesare Bazzani. Fit-3 ta’ Ġunju 1930 kien inawgurat ilkunvent u s-sena ta’ wara fil-festa tal-Madonna tal-Karmnu daħlet trijonfalment l-istatwa devota. Dan l-aħħar, il-Patrijiet Karmelitani li kienu ilhom Messina sa mit-tlettax-il seklu ħallew b’dispjaċir dan il-Kunvent għall-aħħar darba f’Settembru tal2015 u afdaw din il-parroċċa f’idejn id-djoċesi. Minflok il-Pirjol illum insibu jmexxi lill-Kappillan Don Gianfranco Centorrino.

Meta wasalna quddiem il-knisja ntbaħna b’xi armar tad-dawl magħmul f’disinji mdendla quddiem u maġenb il-knisja fuq antanjoli. Maġenb il-knisja kien hemm bancarella waħda qiegħda tbigħ ħelu, karawatt, lewż, gewż, u ġugarelli għat-tfal bħalma nsibu bil-gzuz armati fil-festi tagħna. Mat-taraġ prinċipali tal-knisja kien hemm armati żewġ rampi weqfin li kienu jidhru li huma biex jgħinu r-reffiegħa jinżlu bil-vara, imma konna żbaljati. Dħalna fil-knisja biex naraw u napprezzaw dak li kien hemm fiha. Minn ġewwa l-knisja kienet għerija minn armar li aħna mdorrijin bih fil-festi Maltin u Għawdxin ħlief għall-fjuri fuq l-altar maġġur, siġġijiet indurati għall-quddiesa ta’ filgħaxija u l-istatwa titulari li kienet armata fuq kaxxa li kellha mixegħla ta’ dawl quddiema mdawra bil-fjuri u diversi xemgħa tal-wegħda. Minnufih bdejna nindunaw li l-knisja bdiet timtela ġmielha tant li kważi lanqas kien baqa’ post bilqiegħda. Żewġ irġiel sadanittant bdew jissieltu mal-antiporta biex jiftuħa għall-purċissjoni għax tidher li kienet ilha ftit ma tinfetaħ u kienet ibbieset. Sibna l-aħħar żewġ postijiet f’kappella biswit l-altar maġġur propju wara l-vara proċessjonali. Il-quddiesa kienet konċelebrata mill-Kappillan Don Centorrino li kien akkumpanjat minn qassis ieħor, djaknu li kien jidher lajk u erba’ abbatini ġuvintur kbar. Il-quddiesa bil-lingwa Taljana kienet organizzata tajjeb ħafna bil-kor bl-organist. Innutajt li fuq quddiem kien hemm bilqiegħda xi mistednin distinti fosthom is-Sindku ta’ Messina. Il-quddiesa bdiet fis-sitta mal-programm fuq ilmanifest mwaħħal mal-knisja u l-purċissjoni kellha toħroġ fis-sebgħa wara l-quddiesa. Però l-quddiesa ħadet ħafna aktar ħin għax il-kappilllan għamel prietka vera twila l-aktar bbażata fuq il-virtuwijiet saċerdotali u ftit fuq il-festa tal-Madonna talKarmelu. Huwa kien qed jiċċelebra l-għeluq ilħamsa u għoxrin sena jqaddes u sab il-mument opportun li jiċċelebra din l-okkażjoni. Kont ftit diżappuntat peress li stennejt li nisma’ prietka bitTaljan fuq il-Fjur tal-Karmelu. Il-quddiesa spiċċat f’xi t-tmienja neqsin kwart. Wara l-quddiesa ħriġna barra u lesta maġenb il-knisja kien hemm banda numeruża mhux ħażin. Mingħajr ebda organizzazzjoni f’daqqa waħda bdew jdoqqu l-qniepen u ħarġu żewġ bandalori wieħed tal-Konfraternità tal-Madonna tal-Mercede u warajh tat-Terzjarji Karmelitani miktubin f’din il-knisja. Il-membri kienu komposti minn xi għoxrin mara lebsin l-abitu Karmelitan

It-Terzjarji nisa mexjin proċessjonalment wara l-waqfa ta' talb ħdejn is-sorijiet. (Ritratt: Robert Cassar) Il-bancarella bil-ħelu u l-ġugarelli bil-banda maġenbha. (Ritratt: Robert Cassar)

L-istatwa proċessjonali armata fil-knisja. (Ritratt: Robert Cassar)

kannella, kappa kulur krema, bil-labtu Karmelitan bil-velu tal-bizzilla. F’idhom jġorru xema’ aux flambaux u mxew tnejn tnejn quddiem il-vara. Xi rġiel lebsin pajżana kienu lebsin il-labtu talKarmnu. Ftit wara l-banda nfexxet iddoqq innu popolari lill-Madonna tal-Karmelu u tfaċċat ilvara bil-kaxxa ta’ taħtha b’kollox fil-bieb tal-knisja. Mal-innu ftit ftit bdiet nieżla fir-rampa armata apposta. Xeni bħal dawn mhux imdorrijin bihom Malta imma l-atmosfera kollha xorta ħolqot dik l-aspettattiva li jkollna meta naraw vara ħierġa mil-knisja merfugħa fuq l-ispalla. Mal-ħin, kienet sparata kaxxa ta’ murtaletti tal-kulur żgħar minn fuq il-bejt tas-sagristija fost għajjat ta’ ‘Viva Marija’ mill-folla preżenti. Malli spiċċa l-innu, il-vara sabet ruħha fit-triq lesta biex titlaq il-purċissjoni. Ilbanda bdiet iddoqq innijiet popolari li alternaw ma’ innijiet Marjani li bdiet tkanta l-ġemgħa u l-purċissjoni bdiet miexja bil-pass imgħaġġel u mingħajr waqfiet. L-ewwel waqfa li għamlet kienet quddiem il-knisja ta’ Santa Maria dello Spirito Santo monasteru tas-sorijiet Figlie del Divino Zelo. Kien hemm xi mumenti ta’ talb mis-sorijiet waqt li l-vara dawruha tħares lejn il-knisja. Il-purċissjoni damet iddur minn diversi toroq tant li kienet twila ħafna. Innutajna li l-vara fuq ir-roti kienet mmexxija permezz ta’ steering-wheel li jinsab fuq il-lemin ta’ wara li beda jidderiġih ġuvnott waqt li jimbotta l-vara. Waqfa oħra kienet quddiem il-knisja Salesjana ta’ Santa Maria Ausiliatrice fejn kienet milqugħa miż-żgħażagħ taċ-ċentru. Reġgħet saret waqfa b’mumenti ta’ talb quddiem il-Kunvent tas-Sorijiet Dumnikani tas-Sacro Cuore. Il-purcissjoni sabet ruħha ħdejn il-knisja minn triq faċċata u wara li ħarqu xi gassijiet mat-triq, il-banda u qabdet iddoqq l-istess innu li ħarġet il-vara bih u reġgħhu daħħluha lura fil-knisja din id-darba bil-ġirja wiċċha tħares ’ilbarra. Fil-knisja bdew jindaqqu xi qniepen żgħar sakemm daħlet u tqiegħdet f’postha. Tajjeb ninnutaw li n-nies kienu naqsu minn kemm kienet meta ħarġet. Il-kappillan għamel xi kelmiet tal-għeluq u ta l-barka tal-aħħar bil-fomm.

Għalkemm dik is-sena kont tlift il-purċissjoni li s-soltu nassiti għaliha fil-Belt Valletta, kont ferħan li rnexxieli nara festa kif issir barra minn Malta propju fil-gżira qariba tagħna li għalkemm viċin, jvarjaw ħafna fit-tradizzjonijiet kif evolvew matul iż-żmien. Meta taħseb li l-Belt ta’ Messina għaddiet minn dak il-gwaj, l-ewwel tat-terremot qerried, imbagħad tat-twaqqigħ ta’ ħafna knejjes kbar li kellha u mbagħad reġgħet intlaqtet mit-Tieni Gwerra, tibqa’ mistagħġeb kif devozjoni għażiża bħal din lejn il-Madonna tal-Karmnu baqgħet daqshekk ħajja.

Referenza:

https://it.wikipedia.org/wiki/Chiesa_del_Carmine_ (Messina)

This article is from: