7 minute read
ta’ Sant’ Anġlu ta’ Sqallija
Xbiehat fis-Santwarju u fil-Kunvent talKarmnu tal-Belt ta’ Sant’ Anġlu ta’ Sqallija
P. Victor Paul M. Farrugia O.Carm
Advertisement
Mill-5 ta’ Mejju 2020 sal-5 ta’ Mejju 2021 ġie ċċelebrat it-Tmien Ċentinarju mit-Martirju ta’ Sant’Anġlu ta’ Sqallija li nqatel fil-Belt ta’ Licata fil-5 ta’ Mejju 1220 waqt li ken qiegħed jipprietka. Ovvjament minħabba l-Pandemija ċ-ċelebrazzjonijiet kieku limitati ħafna. Għalhekk iddeċidejt li ndur dawra kemm masSantwarju tagħna kif ukoll mal-Kunvent u nara ftit jekk niltaqax ma’ xi xbihat ta’ dan il-Qaddis, li huwa l-Ewwel Martri tal-Ordni tagħna, u naqsamhom magħkom f’din il-paġna flimkien ma’ xi informazzjoni dwarhom.
Pitturi
1. L-ewwel xbieha hija dik li nsibu fil-kwadru li jinsab fil-Bażilika fuq l-artal iddedikat lilu. Dan il-kwadru tpitter minn Mattia Preti li għex bejn l-1613 u l-1699, huwa pitter dan il-kwadru mill1659 ’il quddiem, is-snin li fihom għex Malta. F’dan il-kwadru kif jiddeskrivih P. Lawrenz Sammut fil-ktieb Is-Santwarju tal-Karmnu, Sant’Anġlu jidher liebes ta’ Karmelitan, għarkubbtejh b’idejh miftuħa, qiegħed iħares lejn is-sema minn fejn anġlu żgħir nieżel mis-sema b’kuruna u palma f’idejh. Fuq ras il-Qaddis tidher mannara, sinjal tal-martirju, u naraw ukoll ktieb miftuħ ħdejn riġlejh. Fuq in-naħa t’isfel tal-kwadru hemm dawn il-kelmiet: Beatus Vir qui suffert tentationem quoniam cum probatus fuerit accipiet coronam Vitæ quam repromisit Deus diligentibus se. (Imbierek ir-raġel li jżomm sħiħ fit-tentazzjoni, għax wara li jgħaddi mill-prova jirċievi l-kuruna tal-ħajja li Alla wiegħed lil dawk li jishru fih.) Dan il-kwadru fil-Knisja l-Qadima kien imdendel malħajt tal-Kor. Mad-dawra ta’ dan il-kwadru nsibu xogħol ta’ skultura mill-Kav. Joe D’Amato li juru anġli b’simboli li għandhom x’jaqsmu ma’ din ilqaddis. Fuq in-naħa ta’ fuq naraw anġlu li f’idejh qed iżomm palma bi tliet kuruni, li kif jgħid Enok, kumpann ta’ Sant’Anġlu, fl-ewwel ħajja tal-Qaddis attribwita lilu: int li f’Ġerusalemm stħaqqlek il-ġieħ tal-kuruna bi tlieta. Dawn ifissru s-safà, l-predikazzjoni u l-martirju. Fost is-simboli l-oħra nsibu l-ġilju tas-safà, l-istallett u l-palma, simbolu tal-martirju u s-salib, il-predikazzjoni, għaliex żgur li Anġlu ppriedka s-Salib ta’ Kristu, li bħalu ħalla ħajtu u ħafer lil min qatlu. Insibu wkoll arma finnofs tal-prospettiva li tiġbor fiha dawn is-simboli. 2. Kwadru żgħir li jinsab fis-sala talkunvent jurina lil Sant’Anġlu liebes ta’ Karmelitana, bi stallett ġo sidru u jħaddan il-palma tal-martirju bi tliet kuruni u salib. F’din il-pittura jidher xi ftit imdaħħal fiż-żmien.
3. Kwadru ieħor jinsab fil-kuridur tal-kunvent ħdejn il-Kappella, din turi l-laqgħa bejn Sant’Anġlu, San Franġisk u San Duminku. Sant’Anġlu jidher iħares lejn San Franġisk, b’idejh mgħollija lejn is-sema bi tlett iswaba' miftuħa, ħdejh jidher anġlu żgħir iżomm stallett u palma bi tliet kuruni. Fin-nofs jidher San Franġisk għarkubbtejh, b’id minnhom tipponta lejn l-anġlu li qed iżomm is-simboli tal-
martirju, u bl-id l-oħra bi tlett iswaba miftuħa. Fuq wara jidher San Duminku b’idejh miftuħa, sinjal ta’ talb u ħdejn riġlejh jidher kelb b’torċa f’ħalqu, fuq ġilju abjad u ktieb. Fl-Ewwel Ħajja ta’ Sant’ Anġlu, attribwita lil Enok, kumpann ta’ Sant’Anġlu, insibu miktub hekk: Filgħodu nġabar il-kleru u l-poplu fil-Bażilika ta’ San Ġwann fil-Lateran u Sant’Anġlu beda jippriedka mimli b’ħeġġa talIspirtu. Kien hemm f’Ruma San Duminku u San Franġisk, il-Missirijiet Imqaddsa ta’ żewġ Ordnijiet imweġġħa, u għalkemm Anġlu ma kienx jafhom, imqanqal mill-Ispirtu s-Santu bħal donnu jaf isimhom, u għemilhom qaddisa, ħabbar f’dak ilwaqt li fost il-poplu kien hemm żewġ kolonni ġodda u b’saħħithom tal-Knisja. Fi tradizzjoni poplari nismiigħu li Sant’Anġlu ħabbar il-pjagi lil San Franġisk, u San Franġisk ħabbar lil Sant’Anġlu l-Martirju, filwaqt San Duminku qagħad josserva jitlob.
4. Insibu wkoll kwadru ieħor fit-taraġ talkunvent, wieħed minn sett kwadri bi gwarniċ elaborat, li juru diversi Qaddisin Karmelitani. Dan juri lil Sant’ Anġlu pjuttost imdaħħal fiżżmien bil-palma bi tliet kuruni f’idu.
5. Fil-Kuritur ta’ isfel tal-kunvent insibu pittura antika ħafna li fiha jidher ukoll dan il-qaddis. Fiċ-ċentru ta’ din il-pittura naraw il-Verġni Marija bil-Bambin qed tippreżenta l-Labtu Mqaddes lil San Xmun Stock, li jidher in-naħa ta’ isfel fuq ix-xellug, warajh jidher saċerdot qaddis, b’ġilju f’idu. Fuq in-naħa tal-lemin tidher Santa Marija Maddalena de’ Pazzi qed tħares lejn Ġesù Bambin, li hu wkoll qed iħares lejha. Warajha jidher Sant’Anġlu ta’ Sqallija, li wkoll jidher qed iħares lejn il-Bambin Ġesù u naraw ilpalma f’idu.
Inċiżjonijiet
6. L-ewwel inċiżjoni naraw lill-Verġni Marija b’Binha Ġesù fuq ħoġorha bilqegħda fuq tron, imdawra blanġli. Taħt il-Madonna maqsuma f’żewġ partijiet jidhru numru ta’ qaddisin Karmelitani. Fil-parti ta’ fuq jidhru San Elija u San Eliżew Profeti, Sant’Anġlu ta’ Sqallija u San Pier Tumas. Filwaqt li filparti ta’ isfel jidhru Sant'Albert ta’ Trapani, Sant' Andrea Corsini, Santa Maria Maddalena de’ Pazzi u wkoll Santa Tereża ta’ Sant’Anġlu bil-palma bi tliet kuruni f’idejh u stallett ġo sidru. Fin-naħa ta’ fuq ta’ din l-inċiżjoni hemm il-frażi ‘Jingħata lilha l-Ġmiel tal-Karmel’ (Iżaija 32, 2), filwaqt li n-naħa t’isfel tidher il-frażi ‘Għall-ikbar Glorja tal-Ordni Karmelitan’.
7. It-tieni inċiżjoni li fin-naħa t’isfel tagħħa naraw miktub b’ittri kbar ‘Gloria Carmeli’ turi lill-Verġni Marija b’Binha Ġesù fi ħdanha qed tagħti l-Labtu Mqaddes lil San Xmun Stock, imdawra b’diversi qaddisin Karmelitani. Fuq wara ta’ San Xmun Stock bejn il-Beatu Ġwann Soreth u San Pier Tumas naraw lil Sant’Anġlu bi stallett ġo sidru u diversi feriti, u l-palma bi tliet kuruni f’idu.
8. It-tielet inċiżjoni turi l-laqgħa bejn Sant’Anġlu, San Franġisk u San Duminku. Din tixbah lill-pittura li diġà semmejna. Naraw lil Sant’Anġlu jħares lejn San Franġisk, b’idejh mgħollija lejn is-sema bi tlett iswaba' miftuħa, ħdejh jidhru żewġ anġli żgħir jisħqu l-ereżija murija f’raġel jiġbed xagħru u jżomm ktieb bil-lifgħat iduru miegħu. Wieħed
minn dawn l-anġli qed iżomm stallett u palma bi tliet kuruni, filwaqt li l-ieħor qed iżomm il-Ktieb talVanġleu. Fin-nofs jidher San Franġisk għarkubbtejh, b’id minnhom tipponta lejn l-anġlu li qed iżomm is-simboli tal-martirju, u blid l-oħra bi tliet iswaba miftuħa. Fuq wara jidher San Duminku b’idejh miftuħa, sinjal ta’ talb u ħdejn riġlejh jidher kelb b’torċa f’ħalqu, fuq ġilju abjda u ktieb. Fuq in-naħa ta’ fuq naraw il-Fidi murija bħala mara bil-kalċi f’idha li minnu tidher ħierġa ostja u anġlu ħdejha b’salib f’idu. Fuq in-naħa t’isfel nsibu miktub li f’Ruma Anġlu ħabbar il-pjagi lil Franġisku, dan ħabbar il-Martriju lil Anġlu. Filwaqt li Duminku kien xhud f’atteġġjament ta’ talb. Din l-inċiżjoni saret meta kien Ġeneral tal-Ordni Karmelitan P. Luigi Laghis, li kine Ġeneral bejn l-1750 u l-1758. 9. Inċiżjoni oħra turi lill-Madonna bil-Bambin qed tagħti l-Labtu, madwarha nsibu lil San Elija u ħdejh lil Sant’ Albert ta’ Trapani, li ħdejh għandu anġlu żgħir qed iżomm ġilju, simbolu tassafà. Fuq in-naħa l-oħra naraw lil San Xmun Stock b’idu miftuħa jilqa’ l-Labtu, warajh naraw lil Sant’ Anġlu b’idejh ma’ xulxin, u warajh jidher anġlu żgħir li qed iżomm palma bi tliet kuruni. Fuq in-naħa ta’ isfel naraw żewġ persuni lebsin ta’ fratelli b’wiċċhom mgħotti, bil-kuruni f’idejhom u lebsin il-Labtu.
Bassoriliev
10. Xbieha oħra ta’ dan l-Ewwel Martri Karmelitan nsibuha fit-Tribuna Bażilikali li żżejjen is-Santwarju tagħna. Fil-bażijiet tal-erba’ kolonni talirħam li jżommu fuqhom iċ-ċelu filbronż maħdum minn Pio Cellini, nsibu 16 ilskudett li juru diversi qaddisin Karmelitani f’bassoriliev maħdumin b’reqqa kbira fl-irħam. Naraw lil Sant’ Anġlu wieqaf b’sejf ġo rasu u stallett ġo sidru u bil-palma bi tliet kuruni f’idejh. Ix-xogħol tal-irħam fuq it-Tribuna sar minn Francesco Lo Turco u uliedu Isidoro u Mario Antonio minn Messina fl-1898.
Statwi
11. Fil-kunvent insibu statwa ta’ daqs żgħir tal-injam ta’ Sant’Anġlu li kienet tagħmel parti mill-pulptu li kien iżejjen il-Knisja l-Qadima. Din kienet filfaċċata ta’ dan il-pulptu flimkien ma’ oħra ta’ San Albert ta’ Trapni li kienu wieħed kull naħa ta’ xbieha fl-injam tal-Madonna tal-Karmnu. Sant’ Anġlu jidher bi ktieb f’idu u bil-palma bi tliet kuruni f’idejh.
12. Statwa oħra nsibuha fil-pedestall tal-fidda li fuqu toqgħod l-istatwa Artistika u Devota talMadonna tal-Karmnu. Ix-xbieha ta’ Sant’ Anġlu hija waħda minn erbgħa u tinsab fuq innaħa ta’ wara. Naraw lil Sant’ Anġlu bi stallett imdaħħal f’sidru, u f’idu qed iżomm ilktieb u l-palma bi tliet kuruni. Dan il-pedestall huwa t-tielet wieħed li kellha din l-istatwa. P. Lawrenz Sammut fil-ktieb Is-Santwarju tal-Karmnu, jgħidilna li dan kien irregalat millArċikonfraternità talMadonna tal-Karmnu mwaqqfa fl-istess Santwarju, fl-okkażjoni tal-50 sena mill-Inkurunazzjoni, fl-