Programm tal-Festa Madonna tal-Karmnu Valletta 2021

Page 53

Xbiehat fis-Santwarju u fil-Kunvent talKarmnu tal-Belt ta’ Sant’ Anġlu ta’ Sqallija P. Victor Paul M. Farrugia O.Carm

Mill-5 ta’ Mejju 2020 sal-5 ta’ Mejju 2021 ġie ċċelebrat it-Tmien Ċentinarju mit-Martirju ta’ Sant’Anġlu ta’ Sqallija li nqatel fil-Belt ta’ Licata fil-5 ta’ Mejju 1220 waqt li ken qiegħed jipprietka. Ovvjament minħabba l-Pandemija ċ-ċelebrazzjonijiet kieku limitati ħafna. Għalhekk iddeċidejt li ndur dawra kemm masSantwarju tagħna kif ukoll mal-Kunvent u nara ftit jekk niltaqax ma’ xi xbihat ta’ dan il-Qaddis, li huwa l-Ewwel Martri tal-Ordni tagħna, u naqsamhom magħkom f’din il-paġna flimkien ma’ xi informazzjoni dwarhom.

Pitturi 1. L-ewwel xbieha hija dik li nsibu fil-kwadru li jinsab fil-Bażilika fuq l-artal iddedikat lilu. Dan il-kwadru tpitter minn Mattia Preti li għex bejn l-1613 u l-1699, huwa pitter dan il-kwadru mill1659 ’il quddiem, is-snin li fihom għex Malta. F’dan il-kwadru kif jiddeskrivih P. Lawrenz Sammut fil-ktieb Is-Santwarju tal-Karmnu, Sant’Anġlu jidher liebes ta’ Karmelitan, għarkubbtejh b’idejh miftuħa, qiegħed iħares lejn is-sema minn fejn anġlu żgħir nieżel mis-sema b’kuruna u palma

f’idejh. Fuq ras il-Qaddis tidher mannara, sinjal tal-martirju, u naraw ukoll ktieb miftuħ ħdejn riġlejh. Fuq in-naħa t’isfel tal-kwadru hemm dawn il-kelmiet: Beatus Vir qui suffert tentationem quoniam cum probatus fuerit accipiet coronam Vitæ quam repromisit Deus diligentibus se. (Imbierek ir-raġel li jżomm sħiħ fit-tentazzjoni, għax wara li jgħaddi mill-prova jirċievi l-kuruna tal-ħajja li Alla wiegħed lil dawk li jishru fih.) Dan il-kwadru fil-Knisja l-Qadima kien imdendel malħajt tal-Kor. Mad-dawra ta’ dan il-kwadru nsibu xogħol ta’ skultura mill-Kav. Joe D’Amato li juru anġli b’simboli li għandhom x’jaqsmu ma’ din ilqaddis. Fuq in-naħa ta’ fuq naraw anġlu li f’idejh qed iżomm palma bi tliet kuruni, li kif jgħid Enok, kumpann ta’ Sant’Anġlu, fl-ewwel ħajja tal-Qaddis attribwita lilu: int li f’Ġerusalemm stħaqqlek il-ġieħ tal-kuruna bi tlieta. Dawn ifissru s-safà, l-predikazzjoni u l-martirju. Fost is-simboli l-oħra nsibu l-ġilju tas-safà, l-istallett u l-palma, simbolu tal-martirju u s-salib, il-predikazzjoni, għaliex żgur li Anġlu ppriedka s-Salib ta’ Kristu, li bħalu ħalla ħajtu u ħafer lil min qatlu. Insibu wkoll arma finnofs tal-prospettiva li tiġbor fiha dawn is-simboli. 2. Kwadru żgħir li jinsab fis-sala talkunvent jurina lil Sant’Anġlu liebes ta’ Karmelitana, bi stallett ġo sidru u jħaddan il-palma tal-martirju bi tliet kuruni u salib. F’din il-pittura jidher xi ftit imdaħħal fiż-żmien.

3. Kwadru ieħor jinsab fil-kuridur tal-kunvent ħdejn il-Kappella, din turi l-laqgħa bejn Sant’Anġlu, San Franġisk u San Duminku. Sant’Anġlu jidher iħares lejn San Franġisk, b’idejh mgħollija lejn is-sema bi tlett iswaba' miftuħa, ħdejh jidher anġlu żgħir iżomm stallett u palma bi tliet kuruni. Fin-nofs jidher San Franġisk għarkubbtejh, b’id minnhom tipponta lejn l-anġlu li qed iżomm is-simboli tal-

Valletta 2021

51


Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.