Programm tal-Festi Solenni
Madonna tal-Karmnu Valletta 2019
Local distributors: AMAS CO LTD For trade countries tel:21381667 - 99498566
SOLOCARE AQUA®. The safer, the better. Available at all leading pharmacies and opticians in Malta and Gozo
FEEL SAFE, FEEL THE MOMENT.
BACK IN STOCK
Il-Belt Kapitali Valletta tilqagħkom għall-Festi Solenni f ’ġieħ il-Verġni Marija, l-Omm u Ġmiel tal-Karmelu, bejn l-1 u s-16 ta’ Lulju 2019
16 ta’ Lulju 1942 Il-vara tal-Madonna tal-Karmnu (tal-Oratorju) fid-dħul tal-purċissjoni fi żmien il-gwerra
2
Werrej
Ritratt tal-Qoxra ta’ Quddiem: Il-vara tal-Madonna tal-Karmnu armata fis-Santwarju l-antik fis-sena 1866. Jidher il-pedestall oriġinali li kellha din il-vara.
Ritratt tal-Qoxra ta’ Wara: Il-kwadru inkurunat armat fl-okkażjoni tal-aħħar Erbgħa fil-bidu tas-seklu 20. Dan il-Ktieb huwa maħruġ millKomunità Karmelitana u l-Għaqda Festa Madonna tal-Karmnu - Valletta Bord Editorjali: P. Alex Scerri O. Carm, Christian Pace, Ryan Catania, Yendrick Cioffi, Carmel Pace Reklami: Christian Pace, Ryan Catania, Yendrick Cioffi, Carmel Pace Qari tal-Provi: Carl Farrugia u Christian Pace Ritratti: Mark Micallef Perconte, George Farrugia, Christian Pace, Carl Farrugia, Fr. Victor Paul Farrugia O.Carm Ħajr lil John Farrugia għax-xogħol li għamel għall-permessi tal-Festa, lil Giovanni Bonello tal-permess biex nużaw xi ritratti antiki mill-kollezzjoni tiegħu u lil P. Charlo Camilleri O.Carm Website: www.karmelitanivalletta.org Facebook: Festa Madonna tal-Karmnu - Valletta Carmelite Priory - Valletta Issettjat u stampat:
Best Print Co. Ltd.
Żurrieq Road, Qrendi Tel: 21 680 789
Il-Verġni Marija fl-Ispiritwalità Karmelitana Marija Patruna tal-Karmelitani...............................................................6 Sena li matulha sar ħafna restawr.............................................................9 Olympia .............................................................................................................12 Il-Madonna tal-Karmnu bħala Ġeneral u Patruna ta’ Pajjiżi u reġjuni tal-Amerika t’Isfel...................................................................13 Bartilmew Xiberta.........................................................................................28 Bibien li jwasslu għall-Belt Valletta... u Bibien oħra - storja ta’ tibdil u tiġdid..........................................................................32 Il-Madonna tal-Karmnu u Poeżiji oħra Marjani tal-Poeta Nazzjonali Dun Karm............................................................41 Ir-Rabta bejn il-Fratellanza tal-Karmnu tal-Belt Valletta u t-twaqqif tal-Knisja fil-Balluta..............................................................45 Il-Fided tal-Knisja tal-Madonna tal‑Karmnu tal-Belt Valletta . .........................................................................................49 Qaddisin fit-toroq tal-Belt – 3...................................................................59 San Ġużepp: 150 Sena Patrun tal-Knisja Universali.......................64 L-Akkwist tal-Art għall-Knisja tal-Karmelitani fil-Belt Valletta............................................................75 Il-Madonna tal-Karmnu u l-Baħħara u s-Sajjieda.............................78 Il-Fratellanza ta’ San Ġużepp tal-Belt Valletta sal-1700................85 Vara rrestawrata u festi speċjali f’ġieħ San Ġużepp........................91 Sena mimlija ħidma li twassalna għal Festa oħra............................95 Xogħol Ġdid matul is-Sena...................................................................... 116 Restawr tal-Koppla..................................................................................... 120 Il-Kwadru tal-Madonna tal-Karmnu, Valletta................................. 124 L-Ewwel Statwa tal-Madonna tal-Karmnu f’Malta....................... 128 Is-Sette Giugno u P. Anastasju Cuschieri O.C................................... 136 L-induratura tal-Istatwa tal-Madonna tal-Karmnu...................... 141 Il-Pesta tal-1813 fil-Belt Valletta.......................................................... 145 L-Imħabba lejn il-Madonna ta’ Lourdes f’pajjiżna........................ 151 1922 – Is-sitt ċentinarju tal-Bolla Sabbatina.................................. 154 Il-Qniepen tas-Santwarju......................................................................... 157 Ikonografija tal-Madonna tal-Karmnu............................................... 161 L-Arċikonfraternità Madonna tal-Karmnu – il-Belt Valletta 2018 – Sena Impenjattiva.................................................................... 176 Il-Ħajja fis-Santwarju................................................................................. 182 Imqaddsa Verġni Marija tal-Għolja tal-Karmelu u l-qima lejha fil-Belt Senglea................................................................ 194 Min irreklama f’din il-pubblikazzjoni................................................ 208
3
Il-Verġni Marija fl-Ispiritwalità Karmelitana Marija Patruna tal-Karmelitani Patri Joseph Saliba O. Carm Pirjol Provinċjali
Il-Karmelitani minn dejjem taw valur kbir il-wirt Marjan tagħhom. Minn dejjem iddefendew it-titlu stess talOrdni, “Aħwa tal-Imqaddsa Verġni Marija tal-Għolja talKarmelu.” Aħna konvinti li sa mill-oriġni tagħna, Marija hija dik li pproteġiet il-familja tagħna b’kura tassew materna. Il-Karmelu għamel minn kollox biex iwieġeb għal din l-attenzjoni partikulari b’devozzjoni u mħabba tul is-sekli.
Illum, wara t-tiġdid mitlub mill-Konċilju Vatikan II mhix ħaġa kbira li d-devozzjoni tal-Karmelu lejn il-Verġni Marija għaddiet minn tiġdid. Dan it-tiġdid, għall-bidu warrab kemxejn post Marija fl-Ordni Karmelitan. Dan wieħed jista’ jifhmu aħjar meta nagħtu ħarsa ħafifa fuq il-post proprju tal-Verġni Marija fil-ħajja spiritwali tal-Karmelu. Il-Karmelu u Marija huma żewġ kelmiet (inkluż il-ħsibijiet, is-sentimenti, l-immaġni, il-memorji li jġibu f’moħħna u f’qalbna) li huma f’relazzjoni bejniethom. Għall-familja tagħna, dawn iż-żewġ kelmiet ma jistgħux jinfirdu, anzi juru realtà waħda.
6
L-ewwel irħieb Karmelitani kienu nies li kienu jinġabru flimkien f’post imwarrab biex jgħixu bħala aħwa fil-preżenza ta’ Alla. Huwa fittxew li jimxu wara Kristu fl-ubbidjenza tiegħu lejn is-Salib. Din is-sens ta’ preżenza ta’ Alla u tas-sejħa radikali u profonda tagħha, qiegħda f’kull Karmelitan. Din ir-relazzjoni partikulari hija sinifikattiva u espressa fl-immaġini tal-Għolja talKarmelu tal-Wied, Ain es-Siah u taċ-ċella tal-Karmelitan.
L-ewwel Karmelitani kienu jaqsmu bejniethom dawn il-valuri. Fuq il-formola ta’ ħajja li kitbilhom San Albert, huma kienu jaqsmu l-ġid bejniethom, bnew kappella fejn kienu jiltaqgħu kuljum biex jiċċelebraw l-Ewkaristija kuljum. Din l-ewwel għamla ta’ ħajja, illum saret irRegola tagħna. Hija toffrilna l-mod oriġinali kif ngħixu t-talb, is-solitudni u l-fraternità.
L-ewwel eremiti Karmelitani, il-kappella ddedikawha għall-Verġni Marija u hi kienet il-Patruna tagħhom. Jekk wieħed ifittex filkotba liturġiċi tal-bidu jsib li huma miżgħuda b’allużjonijiet għall-Verġni Marija. In-nies u aktar tard fid-dokumenti uffiċjali tal-Knisja,
kienu jirreferu għall-Karmelitani bħala, L-Aħwa tal-Imqaddsa Verġni Marija tal-Għolja tal-Karmelu. Il-Karmelitani kienu jagħmlu l-professjoni tagħhom lil Alla u lill-Verġni Marija. Kien partikulari tagħhom li kienu jsejħu lilhom infushom, “Aħwa tal-Imqaddsa Verġni Marija.” Din it-tema tal-patronat tal-Verġni Marija fl-istorja u fl-ispiritwalità Karmelitana hija waħda qawwija. Il-Karmelitani m’għandhomx spiritwalità Marjana fl-istess sens kif ippropona San Luigi M. de Montfort, jiġifieri spiritwalità li tiffoka madwar Marija bħala l-prinċipju organizzattiv tagħha. L-ispiritwalità Karmelitana hija essenzjalment Kristoċentrika; il-fini tagħha hija d-dixxipulat wara Ġesù Kristu. Il-Verġni Marija kienet ta’ importanza liema bħalha kemm minħabba l-bini u ddedikazzjoni tal-kappella fuq l-Għolja tal-Karmelu li ddedikawha għaliha, is-Sinjura tal-Post, li lilha l-eremiti kellhom lealtà partikulari. L-istess titlu tal-Ordni kien juri r-rabta qawwija tagħhom magħha: kienu l-aħwa u l-eremiti tagħha.
Insibu diversi awturi li tkellmu dwar l-ispiritwalità Marjana Karmelitana. Ġwanni Baconthorpe (m.1348), li kien l-ewwel wieħed li kiteb tliet volumi fuq l-Imqaddsa Verġni Marija
insista li l-Karmelitani għandhom jikkonsagraw il-ħajja kollha tagħhom lill-Verġni Marija.
Fl-aħħar tas-seklu erbatax, it-tielet dokument importanti, L-Istituzzjoni tal-Ewwel Irħieb, (1370) miktub minn Filippo Riboti, dixxiplu ta’ Baconthorpe, jippreżenta trattat dettaljat talVerġni Marija fil-wirt Karmelitan. Fih jisħaq li l-Karmelitan li jgħix ir-Regola jgħix ma’ Marija u l-kappa bajda li jilbes il-Karmelitan hija simbolu tas-safa ta’ Marija li kull wieħed minna jrid jimita. Għalhekk, sa mill-bidu tal-Ordni, il-Karmelitani kienu jħarsu lejn Marija bħala Protettriċi.
Meta aħna niċċelebraw il-festa tal-Madonna tal-Karmnu, ma nkunux biss qed infaħħru lil Ommna Marija, imma nkunu qed nerġgħu nistqarru x-xewqa tagħna li nimxu fuq il-passi ta’ din il-Patruna tagħna, Ommna u Oħtna. Dan ifisser li nġeddu l-wegħda tagħna li nħalluha tressaqna lejn Binha Ġesù u nistqarru l-fehma tagħna li ngħixu l-fidi, t-tama u l-imħabba. Il-Madonna tal-Karmnu timxi magħkom, tberikkom u sseddaqkom fil-mixja tal-ħajja tagħkom. Nawgura l-festa t-tajba lil kulħadd.
In˙e©©u lid-devoti Karmelitani biex fil-purçissjoni jΩommu d-devozzjoni b’im©iba u lbies xieraq Li kont warda kollni fwieħa, B’weraq sbieħ qatt ma jidbielu, Minn ħdejk qatt ma kont nitbiegħed, O Reġina tal-Karmelu.
Li kont għanja qatt ma tiskot, Li kont leħen ta’ qanpiena, Ismek dejjem kont intenni, Omm u xbejba ta’ kull ħniena.
Profs. Anastasju Cuschieri O.Carm
7
Tel: 2123 6065 Mob: 9949 6328 / 9929 1171 Email: cockney@maltanet.net www.cockneysrestaurant.com
Sena li matulha sar ħafna restawr Patri Alex M. Scerri O. Carm. Pirjol u Rettur tas-Santwarju
M’ilux wieħed midħla ħafna tasSantwarju tagħna, avviċinani u qalli: “X’ġara din is-sena kemm sar restawr fuq diversi affarijiet marbuta mal-Bażilika tagħna?”
Huwa minnu u tassew li matul dawn l-aħħar xhur, għallgrazzja t’Alla, saru diversi ħidmiet ta’ restawr fosthom fuq l-istatwa devota ta’ San Ġużepp, liema statwa tieħu ħsiebha l-Arċikonfraternità tiegħu li hija mwaqqfa fis-Santwarju tagħna, il-Kurċifiss magħruf tat-Tliet Sigħat, u fl-aħħar u mhux lanqas il-Kwadru Mirakuluż u Inkurunat tal-Madonna tal-Karmnu. Nieħu din l-opportunità biex nirringrazzja lil dawk kollha li ħadmu u ħadu ħsieb ir-restawr ta’ dawn li għadni kemm semmejt. Fost dawn insemmi, lis-Sur Publius Magro, lis-Sur Antoine Mifsud, lis-Sur Paul Muscat u d-Ditta Recoop. Li nibżgħu u nieħdu ħsieb il-wirt artistiku u kulturali li bih hija mżejna l-Bażilika għażiża tagħna hija ħaġa ta’ min ifaħħarha u jinkoraġġiha għax dan huwa l-patrimonju li ħallewlna missirijietna u tajjeb li nkomplu fuq dak li għamlu ta’ qabilna. Il-Festa li aħna l-Karmelitani niċċelebraw ta’ kull sena lill-Madonna tal-Karmnu, trid tkun ukoll okkażjoni ta’ “restawr”. Iżda, f’dan il-kuntest, irrestawr mhuwiex biss tal-affarijiet u l-oġġetti
sagri u għeżież, iżda r-restawr tal-ħajja tagħna Karmelitana b’dak kollu li timplika din iddevozzjoni u l-imħabba li aħna għandna lejn l-Omm u l-Ġmiel tal-Karmelu. Il-Festa li niċċelebraw ta’ kull sena fis-16 ta’ Lulju hija okkażjoni mill-aqwa għalina bħala aħwa u wlied tal-Madonna tal-Karmnu biex nirriflettu ftit fuq kif qed ngħixu minn qalbna din ilkonsagrazzjoni li aħna għamilna f’ħajjitna lil Alla u lilHa.
Ta’ kull sena f’nofs Lulju, il-Karmelitan, idur lejn il-Verġni Marija l-Omm tal-Karmelu biex jirringrazzjaha ta’ dak kollu li tagħmel miegħu fil-ħajja tiegħu. U bħalma l-oġġett jerġa’ jieħu l-ħajja meta jiġi restawrat, hekk ukoll il-ħajja kollha tagħna terġa’ tiġi “restawrata” mill-ġdid bl-imħabba li taf toffrilna din l-Omm ħelwa tagħna.
Minn qalbi u f’isem il-Komunità Karmelitana ta’ dan is-Santwarju nixtieq inwassal l-awguri tiegħi lilkom ilkoll li ser tingħaqdu magħna f’dawn ilġranet tal-Festa tal-Madonna tal-Karmnu filBelt Valletta, biex intom ukoll tiġu “restawrati” mill-ġdid fil-ħajja spiritwali tagħkom u tkunu verament devoti tagħha matul is-sena kollha. Il-Madonna tal-Karmnu tberikna lkoll.
9
Olympia Alfred Zammit Mis-Sindku
Dan huwa l-ewwel messaġġ tiegħi bħala Sindku ta’ Beltna waqt il-festi prinċipali tagħna. Il-festa tal-Madonna tal-Karmnu hija għal qalbna ħafna għax id-devozzjoni Marjana, anke f’Beltna, tmur lura għal ħafna snin.
F’dan l-ewwel messaġġ tiegħi, nixtieq nagħti tislima xierqa lil Olympia, omm il-Pirjol Patri Alex Scerri O.Carm li ħalliet din id-dinja u marret tiltaqa’ mal-Mulej ftit tal-ġimgħat ilu. Id-dmugħ li beka Patri Alex bir-raġun, għax ilfigura tal-omm hija l-qofol tal-familja, tal-ulied u tas-soċjetà.
Grazzi Olympia li kont omm ta’ eżempju f’kollox, l-aktar bħala strument ta’ għaqda fil-familja.
Bħalha, rridu naħdmu għall-għaqda anke f’Beltna, permezz tal-Kumitati tal-erba’ festi tagħna. Dan il-Kumitat se jsib l-appoġġ tiegħi totali. Irridu nkunu strument ta’ għaqda nkella inutli ngħollu jdejna quddiem Ommna Marija Santissima. Minn qalbi, nawgura l-festa t-tajba lill-Beltin kollha, b’mod speċjali lid-devoti kollha talMadonna tal-Karmnu. O Madonna tal-Karmnu, itfa’ ħarstek fuq il-familji kollha tagħna, ilmorda, l-anzjani u fuq Beltna l-Kapitali
Madonna tal-Karmnu, Kun int l-hena tag˙na. Fid-dar ta’ kull Malti Kun l-Omm u s-Sultana.
12
Il-Madonna tal-Karmnu bħala Ġeneral u Patruna ta’ Pajjiżi u reġjuni tal-Amerika t’Isfel Dr Mark Agius
Rettur tal-Arċikonfraternità tal-Madonna tal-Karmnu Valletta
Il-Madonna tal-Karmnu hija maħbuba ħafna fl-Amerika t’Isfel. Dan huwa r-riżultat ta’ devozzjoni miġjuba mill-Ispanjoli, imma l-Madonna tal-Karmnu hija ħafna l-Madonna li hija maħbuba mill-poplu ordinarju. Fiċ-Ċilì, hija l-Patruna tal-Pajjiż. Fiċ-Ċilì, ilMadonna tal-Karmnu tissejjaħ ukoll Chinita, Omm taċ-Ċilì, Augusta patrona taċ-Ċilì, Reġina tat-Tamarugal jew sempliċement Carmelita.
Id-devozzjoni nġiebet minn Spanja lejn l-Amerika fl-1591 (jew 1680) mill-patrijiet Agostinjani, li ġabu magħhom l-ewwel immaġni. Fit-Tramuntana taċ-Ċilì, bħala riżultat, bdew iseħħu l-ewwel festi Kristjani b’oriġini pagani, minn fejn bdiet iċ-ċelebrazzjoni ta’ La Tirana fl-unur tal-Verġni ta’ Carmen fil-bidu tas-seklu sittax. Min-naħa l-oħra, il-Fraternità (Confradia) tal-Verġni tal-Carmen twaqqfet f’Concepción, fin-Nofsinhar ta’ Ċilì, madwar 1,640. Id-devozzjoni kienet assoċjata b’mod qawwi malmilitar. Dan kien hekk speċjalment fiż-żona ta’ Concepción, li kienet meqjusa bħala l-fruntiera tar-renju Spanjola u kien hemm battalji kostanti mal-Mapuches (residenti indiġeni), u għalhekk is-suldati kienu fdati b’mod speċjali lill-Verġni tal-Carmen.
Madonna tal‑Karmnu Santiago Cile
Ħafna mis-suldati u l-familji tagħhom kienu membri tal-Fratellanza tal-Madonna talKarmnu, u bħala konsegwenza ta’ dan, waqt il-ġlieda biex tiġi stabbilita indipendenza nazzjonali, Marija tal-Karmnu ġiet stabbilita bħala “Patrun taċ-Ċilì.” Dan minħabba li José de San Martín, ġenerali tal-Armata tal-Liberazzjoni, ipproklama li l-Verġni tal-Carmen rċeviet it-titlu ta’ ”Patruna tal-Armata tal-Andes”. Għalhekk, l-Armata tal-Liberazzjoni, immexxija minn José de San Martín, għażlet lill-Verġni ta’ Carmen bħala protettur u patrun tal-ħelsien tal-Amerika u wegħdet fedeltà lilha. Fil-5 ta’ Jannar, 1817, San Martin taha l-bastun tiegħu bħala offerta biex tinkiseb ir-rebħa tal-ħelsien fis-subkontinent. Bernardo O’Higgins, il-ġeneral tal-armata Ċilena, stieden lil “Patruna u Ġenerla tal-Armas Chilenas” - “il-Patruna l-aktar importanti talarmi taċ-Ċilì” - lejlet il-battalja deċiżiva ta’ Chacabuco.
13
55, Strait Street, Valletta Restaurant: 27220031 Mobile: 79396593 Email: papannis@live.com
51, Strait Street, Valletta T: 27509406 E: infothecage@gmail.com
Minkejja r-rebħa fil-battalja ta’ Chacabuco, l-armata royalista kienet viċin ħafna tal-belt ta’ Santiago, għalhekk O’Higgins sejħet laqgħa fil-katidral u talab il-protezzjoni tal-Virgen del Carmen biex tinkseb ir-rebħa finali fuq il-forzi tal-Kuruna Spanjola. Għalhekk, fl-14 ta’ Marzu 1818, flimkien mal-awtoritajiet reliġjużi, innies wettqu att ta’ talb fejn talbu l-protezzjoni tas-sema. Huma wegħdu li jwaqqfu tempju lill-Verġni ta’ Carmen fil-post fejn ġiet deċiża l-battalja għall-indipendenza taċ-Ċilì. Dan ilpost kien Maipú, u kien hemm mibnija t-tempju votiv ta’ Maipú.
L-immaġini prinċipali li huma venerati huma dawk li jinsabu fl-altar tal-Parroquia del Sagrario, jiġifieri l-Katidral f’Santiago li huwa s-sede talArċisqof tal-Forzi Armati Ċileni. Hawnhekk, ilFesta tal-Madonna tal-Karmnu ta’ Santiago hija organizzata mill-Fratellanza tal-Karmnu. Din l-istatwa kienet imnaqqxa fi Franza fis-seklu 19, u dik li tinsab fl-altar prinċipali tat-Tempju Vipivo de Maipú, imnaqqax f’Quito fl-1765. Dan it-tempju huwa tempju votiv li jiċċelebra r-rebħa deċiżiva fil-battalja ta’ Maipú, fejn iċĊiljani kisbu l-indipendenza minn Spanja.
Sabiex jibni t-tempju, u minħabba l-wegħda tiegħu, Bernardo O’Higgins kiteb digriet suprem fis-7 ta’ Mejju li ordna l-bini ta’ tempju fl-unur tal-Virgen del Carmen. Huwa ddikjara:
‘La Inmaculada Reina de los ángeles, en su advocación de Nuestra Señora del Carmen, fue jurada patrona de las armas de Chile, primero por el voto general del pueblo, por haber experimentado su protección en el restablecimiento del estado que yacía bajo la opresión de los tiranos, mediante el esfuerzo del Ejercito Resturador de Los Andes y después del 14 de marzo último por el acto solemne en que concurrieron las corporaciones, y un inmenso pueblo en la Santa Iglesia Catedral, al objeto de ratificar, como ratificaron expresamente aquel juramento ofreciendo erigirle un templo en el lugar donde se diese la batalla, a que nos provoco el General enemigo Osorio: no debe tardarse un momento el cumplimiento de esta sagrada promesa. O’Higgins – Irisarri’
“L-Immakulata Reġina tal-Anġli, fl-invokazzjoni tagħha tal-Madonna tal-Karmnu, b’ġurament inħatret bħala patruna tal-armi taċ-Ċilì, l-ewwel bil-vot ġenerali tal-poplu, minħabba li esperjenzat il-protezzjoni tagħha fir-restawr tal-istat li kienet taħt l-oppressjoni tat-tiranni, permezz tal-isforz tal-Armata tal-Andes u wara l-14 ta’ Marzu l-aħħar biċ-ċerimonja solenni li għaliha attendew il-korporazzjonijiet, u nies filKnisja Qaddisa tal-Katidral, sabiex jirratifikaw dak il-ġurament li joffri li jinbena tempju fil-post fejn seħħet il-battalja, li għaliha pprovokana l-ġeneral tal-għadu Osorio: it-twettiq ta’ din ilwegħda sagra m’għandux jittardja għal mument. O’Higgins - Irisarri’
Madonna tal‑Karmnu Templu Votiv ta’ Maipu Cile
16
Matul il-gwerra bejn iċ-Ċilì, u l-Konfederazzjoni Perù-Bolivjana (Gwerra tal-Paċifiku), bejn l-1836 u l-1839, is-suldati kollha Ċileni, kemm uffiċjali tal-armata kif ukoll suldati, kienu fdaw ruħhom lill-Virgen del Carmen. It-truppi li pparteċipaw fid-diversi fażijiet tal-gwerra, kif ukoll il-popolazzjoni ċivili, ġabu fuqhom ilLabtu ta’ Carmel. Mill-bidu tal-gwerra, il-Knisja Kattolika pprovdiet saħħa u għajnuna spiritwali
lill-ġellieda. Ġie rreġistrat li “il-pussess tal-labtu, medaljuni u immaġni taw lis-suldati l-kuraġġ biex imorru għall-battalja; dawn l-elementi materjali fissru aktar viċin il-figura materna u protettiva li kellhom bżonn”. Storja waħda hija dik tal-eroj navali Arturo Prat, li qabel il-battalja navali ta’ Iquique kiteb liz-zija tiegħu li l-lejl ilbaħrin marru fuq il-corvette Esmeralda kienu rċevew il-Labtu ta’ Carmen għal protezzjoni filbattalja. Huwa nqatel fil-battalja, u l-baħħara Peruvjani sabu li kien liebes il-labtu tiegħu fost l-ilbies tiegħu, skont l-inventarju li taw lil Miguel Grau, il-kaptan tal-monitor Huáscar.
Fl-aħħar tal-Gwerra tal-Paċifiku, b’riżultat tarrebħa taċ-Ċile, il-Ġeneral Manuel Baquedano ta x-xabla tiegħu f’idejn l-immaġni tal-Verġni talCarmen b’akklamazzjoni kbira min-nies. Huwa qal li rringrazzja lill-Virgen del Carmen għarrebħa fil-gwerra, qal lid-dekan tal-Katidral ta’ Concepción, ‘No, monseñor, yo no fui quien ganó esa batalla, sino mi señora del Carmen, quien me inspiró súbitamente una acción y un movimiento, que por mí mismo no habría ejecutado’. “Le, monseigneur, ma kontx il-wieħed li rebaħ dik ilbattalja, imma s-Sinjura Carmen, li f’daqqa waħda ispiratni nieħu azzjoni, li jiena ma kontx nwettaq” Għalkemm il-Verġni tal-Karmnu ġiet innominata bħala patrun jew ġenerali tal-armati taċ-Ċilì, dan it-titlu ma kenitx ingħatat kanonikament misSanta Sede, u għalhekk kienet biss meqjusa bħala l-protettriċi tal-armati taċ-Ċilì u l-Arġentina. Madanakollu, fil-Kungress Marjan tal-1918 ġie deċiż li Hi tiġi ddikjarata bħala “Patruna taċ-Ċilì” Dan inkiseb, fl-24 ta’ Ottubru 1923, permezz ta’ digriet tal-Vatikan maħruġ mill-Papa Pio XI, iċ-Ċileni ġew awtorizzati biex isemmu lillMadonna tal-Karmnu bħala “Patruna taċ-Ċilì”. Il-ġurament ta’ patroċinju kanoniku sar fit-8 ta’ Diċembru, 1923 fil-Plaza de Armas de Santiago, festa tal-Immakulata Kunċizzjoni. L-inkurunazzjoni tal-Virgen del Carmen saret tliet snin wara u l-immaġni venerata fil-Bażilika tas-Salvatur kienet inkurunata. Fl-1987, waqt iż-żjara ta’ Juan Pablo II fiċ-Ċilì, l-inkurunazzjoni tal-immaġni tal-Verġni tal-Carmen twettqet fitTempju Votiv ta’ Maipú. Fl-2007, il-festa tas-16 ta’ Lulju ġiet stabbilita bħala Festa Nazzjonali bħala “l-ġurnata tal-Verġni tal-Carmen”.
Fl-Arġentina, il-Verġni ta’ Carmen de Cuyo hija l-kontroparti Arġentina tal-Virgen del Carmen de Maipú. L-oriġini tad-devozzjoni hija l-istess. Fisseklu 18, l-immaġni li hija venerata llum kienet teżisti fil-knisja Ġiżwita fil-kapitali tal-Provinċja ta’ Mendoza. Konfraternità tal-Madonna talKarmnu kienet teżisti f’din il-knisja. Don Pedro de Núñez kien id-donatur tal-immaġni. Fl1776, l-immaġini ġiet trasferita lill-Knisja ta’ San Francisco. Kien hemm devozzjoni kbira filGovernorate lill-Madonna tal-Karmnu. Ġenerali San Martin għażel id-dedikazzjoni tal-Madonna tal-Karmnu għat-truppi tiegħu biex jirrispetta l-aktar devozzjoni komuni fiż-żona ta’ Mendoza, wara li kkonsulta lill-fizjali tiegħu. Fis-sena 1814 José de San Martin kellu jmexxi l-abitanti paċifiċi ta’ Cuyo fil-gwerra ta’ liberazzjoni. It-truppi kellhom bżonn Omm biex tipproteġihom u jagħmlu sens tas-sagrifiċċju għall-gwerra. Allura José jagħmel il-Madonna tal-Karmnu l-Ġenerali tal-Armata tiegħu. Din kienet deċiżjoni li għamel mal-Istaff Ġenerali tiegħu. “Id-devozzjoni lejn il-Verġni ta’ Carmen kellha għeruq sodi ġewwa Cuyo u kważi s-suldati kollha kienu jilbsu l-labtu tagħha, u għalhekk kienet il-preferenza tiegħu.” Għamel dan fiċċerimonja tal-5 ta’ Jannar, 1817, li matulha José jagħtiha l-bastun tiegħu, isemmiha Generala, u wkoll tbierek lill-Bandiera tal-Andes. Hija ġiet milqugħa bl-ixkubetti, bil-banda bit-tnabar u t-trumbetti, u sparar ta’ għoxrin kanun, quddiem l-armata lebsin gran gala u n-nies kollha ta’ Mendoza.
Virgen Del Carmen de Cuyo Argentina
17
Madonna tal-Karmnu, Li tant inħobbok, Arana madwarek, lil Qlubna nagħtuk Din il-paġna hija miġjuba bix-xewqat tajba ta’ Fausto
56, Strait Street, Valletta, Malta info@carcass.com.mt carcass.com.mt 00356 21242014
Il-bank tiegħek fil-qalb tal-komunità L-HSBC huwa l-bank li jinsab fil-qalba tal-komunità tiegħek. B’għarfien internazzjonali u esperjenza lokali, aħna nistgħu ngħinuk tieħu ħsieb aħjar il-finanzi tiegħek. Il-fergħat tagħna huma miftuħin kuljum f’diversi lokalitajiet madwar Malta u Għawdex, b’xi wħud mill-fergħat joffru wkoll servizz ta’ filgħaxija. Għalhekk ejja żurna u flimkien niddiskutu l-bżonnijiet bankarji tiegħek. L-impjegati tagħna, kollha mħarrġa fil-customer service u mmexxija minn branch manager b’esperjenza kbira fil-qasam bankarju jinsabu ħerqana biex ikunu ta’ servizz għalik.
ĊEMPEL 2380 2380 ŻUR hsbc.com.mt MUR fl-eqreb fergħa
Nirnexxu flimkien Approvat u maħruġ mill-HSBC Bank Malta p.l.c. 116, Triq l-Arċisqof, Valletta VLT1444. (Ref No. 101967 - 05/18)
Wara r-rebħiet ta’ Chacabuco u Maipú, José kiteb b’ittra, li tidher, ħdejn il-bastun tal-kmand, fl-istess Bażilika ta’ San Francisco de Mendoza. “La decidida protección y ayuda que ha prestado al Ejército de los Andes su Patrona y Generala, Nuestra Madre y Señora del Carmen, son demasiado visibles. Un cristiano reconocimiento me estimula a presentar a dicha Señora, que se venera en el Convento que rige Vuestra Paternidad, el adjunto bastón como propiedad suya y como distintivo del mando supremo que Ella tiene sobre dicho Ejército. José de San Martín 1818.” “Il-protezzjoni determinata u l-għajnuna li l-Armata tal-Andes li ngħatat lill-Patrona u Ġenerala, Ommna u Sinjura tal-Karmnu huma wisq viżibbli. Rikonoxximent Kristjan iħeġġeġ biex tippreżenta lill-imsemmija Sinjura, li hija venerata fil-Kunvent li jirregola l-Paternità tiegħek, il-bastun anness bħala l-proprjetà tagħha u bħala karatteristika tal-kmand suprem li Hija għanda fuq l-imsemmi Armata. José de San Martín 1818.” Digriet tal-1994 jirrikonoxxiha bil-grad ta’ Generala tal-Armata Arġentina, taħt l-invokazzjoni tal-Madonna tal-Karmnu. Peress li hija Ġenerali tal-Armata Arġentina, kif ukoll l-istrixxa, hija akkumpanjata millbandiera Arġentina u dawk tal-Perù u ċ-Ċilì, peress li hija l-Patrun ta’ żewġ pajjiżi ġirien. Hija żżomm fil-lemin tagħha l-bastun li San Martin ta lilha bħala ġenerali tal-Armata tal-Andes. Fl-id tax-xellug tagħha hemm it-Tifel Ġesù, li jżomm il-Labtu f’idejh.
It-tielet Pajjiż li kien liberat fil-gwerra talindipendenza kien il-Perù. Fil-Perù, hemm ukoll devozzjoni kbira lil Nuestra Senora del Carmen, li hija importanti f’Lima, fejn hija meqjusa bħala patrunja tal-mużika tal-Barrios Altos u Creole. Il-Madonna tal-Karmnu hija l-Patrona ta’ Lima. Il-festa tas-16 ta’ Lulju ssir fiż-żona antika talbelt li tmiss maċ-Ċentru Storiku ta’ Lima u tmur lura għas-seklu 16. F’dik il-ġurnata, ix-xbieha tagħha toħroġ fil-purċissjoni mill-Knisja tagħha f’Barrios Altos u tiġbor flimkien il-poplu ta’ Lima, li jonoraha bi strumenti tradizzjonali (jarana). Il-kantanti tal-mużika Creole huma kburin li jonoraw lill-Verġni. Il-folol jieklu ikel
20
tradizzjonali. Il-Verġni tal-Karmnu ta’ Lima hija d-depożitarju taċ-Ċwievet tal-Belt ta’ Lima, u kienet imżejna darbtejn bil-Midalja Ċivika talBelt. Hija għandha l-Ordni tax-Xemx tal-Perù filgrad ta’ ‘Grand Cross u Brilliant’. Hija Inkurunata Kanonikament. Il-Verġni tal-Karmnu ta’ Lima hija wkoll is-Sindku Perpetwu tal-Belt tar-Rejiet, u tista’ tħalli liberament iċ-Ċentru ta’ Lima u tmur f’distretti oħra. Matul il-purċissjoni, ilħaddiema tat-trasport u l-pulizija jagħtu s-salut tagħhom. Il-Konfraternità tal-Madonna ta’ Carmen ta’ Lima tipprovdi diversi gruppi ta’ persuni biex iġorru l-istatwa.
Nuestra Senhora Del Carmen, Lima, Perù
Barra minn Lima, f’El Callao hemm is-santwarju ta’ Virgen del Carmen de la Legua, li hija inkurunata. Inġiebet minn Spanja fl-1556.
Virgen del Carmen de la Legua Perù
Hemm ukoll bosta santwarji oħra tal-Madonna tal-Karmnu fil-Perù, u bosta drawwiet lokali, b’ħafna folklor u tradizzjoni li huma marbuta mal-festa tas-16 ta’ Lulju. Dawn is-santwarji jinkludu Paucartambo, f’Cuzco, li kienet inkurunata mill-Papa Ġwanni Pawlu II, fl-1985, f’Chavín, Huancavelica, fid-Distrett ta’ Lircay; f’Ancash, Distrett ta’ Llipa; f’Huancabamba, kapitali tal-provinċja tal-istess isem u f’Lata (Huánuco) bis-santwarju tagħha tal-Kappella tal-Virgen del Carmen, Patruna tal-belt ta’ Llata.
tissejjaħ Verġni tal-Carmen “Revoluzzjonarja” jew ukoll “Qaddisa”. Hija venerata fil-Knisja ta’ Carmen fil-qalba tal-Belt, fil-Monasteru li qabel kienet tal-Karmelitani Skaljati.
Virgen del Carmen Paucartambo, f’Cuzco Perù, incluz Folklor tal‑Indigeni
Il-missjunarji Spanjoli ġabu d-devozzjoni lejn ilMadonna tal-Karmnu fil-Bolivja. Id-devozzjoni tagħha hija marbuta mill-qrib mal-istorja talpajjiż. Kienet meqjusa bħala protettriċi millpatrijotti matul il-ġlidiet għall-indipendenza fl1809. Fis-16 ta’ Lulju 1809 waqt il-purċissjoni fil-festa tal-Virgen del Carmen kien hemm rivoluzzjoni fil-belt ta’ La Paz, immexxija minn Don Pedro Domingo Murillo, li wassal għallindipendenza minn Spanja. Xi ġranet wara, il-patrijotti rrepetew il-purċissjoni tal-Verġni tal-Karmnu, biex jagħtuha ħajr għat-trijonf tal-insurrezzjoni, bl-istatwa tilbes il-berritta Phrygian tal-libertà minflok il-kuruna u b’xabla f’idejha. Il-Papa Piju IX ipproklama il-Madonna tal-Karmnu “Patruna tal-Bolivja” b’Bolla Papali fl-1851 li ġiet ratifikat mill-gvern tal-Bolivja fl1852. Liġi tal-11 ta’ Ottubru 1948 ipproklamat il-Madonna tal-Karmnu “Ġenerali u Patrun talForzi Armati tal-Nazzjon “. Il-Festa tal-Madonna tal-Karmnu hija ċċelebrata b’devozzjoni kbira f’ħafna bliet tal-pajjiż, bil-parteċipazzjoni talForzi Armati tan-Nazzjon li jagħtuha l-grad ta’ Ġeneral. L-istatwa ta’ La Paz għandha aktar minn 206 snin. Hija l-immaġni użata fl-1809, u
Virġen Del‑Carmen “Revoluzzjonarja” La Paz Bolivia
Fil-Kolombja, is-sewwieqa tat-trakkijiet għamlu lill-Madonna tal-Karmnu l-Patruna tagħhom. F’ħafna oqsma tar-Reġjun tal-Karibew talKolombja; fi kważi l-muniċipalitajiet kollha tas-seba’ dipartimenti ta’ dak ir-reġjun tattramuntana tal-pajjiż li jeskortaw il-purċissjoni tal-Madonna tal-Karmnu ma’ trakkijiet imżejna jdoqqu l-ħornijiet tagħhom, filwaqt li flibliet ta’ madwar ix-xmara Gran Magdalena, purċissjonijiet ta’ dgħajjes huma organizzati fil-festa. Fi Puerto Kolombja, id-Dipartiment tal-Atlantiku, hemm storja li xi baħrin ħallew kaxxa minsija fil-port u meta nfetħet, instabet immagini tal-Madonna tal-Muntanja Carmel, li saret Patrona ta’ dak il-muniċipalità u l-Dipartiment tal-Atlantiku.
Nuestra Senora del Carmen Puerto Colombia, Colombia
Fiċ-ċentru storiku tal-belt kapitali, Bogota, Barrio La Candelaria, hemm is-Santwarju Nazzjonali tal-Virgen del Carmen, u hemm, kull 16 ta’ Lulju, is-sewwieqa tal-belt, speċjalment sewwieqa tat-taxi,jiċċelebraw il-festa. Postijiet oħra fejn il-Festa tal-Madonna tal-Karmnu hija ċċelebrata huma Salento (Quindio), Cúcuta Norte de Santander, San Estanislao de Kostka, fost ħafna oħrajn. Il-Virgen del Carmen hija Patrunessa u Reġina tal-Forzi Armati talKolombja, il-Nazzjonali Pulizija Nazzjonali, ilKorp tal-Baħar u Forza tal-Ajru u d-Dipartiment tat-tifi tan-Nar. Gwatamala huwa pajjiż ieħor importanti talAmerika ta’ Isfel fejn id-devozzjoni lejn ilMadonna tal-Karmnu kienet importata minn
21
BOV CARDS
YOUR CARD YOUR EXPERIENCES COM 2094
Shop with your BOV Contactless Cards and make the most out of your experience. Just tap and go – fast and easy payments for all your purchases. More information is available from www.bov.com or contact 2131 2020. Issued by Bank of Valletta p.l.c., 58, Triq San Żakkarija, Il-Belt Valletta VLT 1130 Bank of Valletta p.l.c. is a public limited company regulated by the MFSA and is licensed to carry out the business of banking in terms of the Banking Act (Cap. 371 of the Laws of Malta).
67Kapitali
artisan café & craft beer bar
67KAPITALI.COM // INFO@ILKAPITALI.COM // +356 2738 0010 // 67 OLD BAKERY STREET, VALLETTA, MALTA
artisan sandwiches deli boards handmade cakes valletta tea italian coffee local craft beers maltese wine unlimited wifi artisan sandwiches deli boards handmade cakes valletta tea italian coffee local craft beers maltese wine unlimited wifi artisan sandwiches artisan sandwiches deli boards hand made cakes valletta tea italian coffee local craft beers maltese wine artisan sandwiches deli boards handmade cakes valletta tea italian coffee local craft beers maltese wine unlimited wifi artisan sandwiches deli boards
opening times m o nd a y tuesday we d n e s d a y th u r s d a y friday s a t u rd a y s und a y 67_kapitali
12pm 12pm 12pm 12pm 12pm 12pm 12pm 67 kapitali
-
11pm 11pm 11pm 12pm 12pm 1am 10pm
“The ultra-hip café come beer connoisseur hangout is quickly becoming one of Valletta’s most sought-after hotspots” Eat-Malta.com “Serious range of draught beers that I’ve previously never seen in Malta. Best bottle fridge I’ve seen on the island too.” BeerLeeds.com
Spanja, u l-istorja ta’ dan hija marbuta ma’ Santa Tereża ta’ Avila. Matul is-sena 1566, hija kellha viżjoni li fiha rat il-Madonna li tkopri lis-sorijiet u l-patrijiet tal-ordni tagħha taħt ilmantell abjad tagħha. Hi ordnat l-immudellar ta’ statwa żgħira ta’ din il-viżjoni. Imbagħad hija xtaqet li din l-istatwa tittieħed fl-Amerika. Għalhekk wasal fil-Gwatemala, u issa jinsab f’La Ermita del Cerro, fil-Belt tal-Gwatemala. Għadha tinħareg bil-purċissjoni mill-belt fis-16 ta’ Lulju. Barra minn dan hemm bosta knejjes oħra ddedikati lilha fil-Belt Kapitali. Il-fratellanza tas-Sagra Skapular u t-Tielet Ordni tal-Carmen ġew stabbiliti f’Santiago de Guatemala fl-1634. Knisja oħra tal-Karmelitani hija dik ta’ Santa Tereża, li twaqqfet fl-1816.
tal-belt taw il-Madonna u t-tarbija kuruna taddeheb. Fl-1956, l-immaġni kienet inkurunata pontifikalment bl-ordni tal-Papa Piju XII.
Nuestra Senora del‑Carmen Campece Messico
Hemm ukoll bażilika fl-unur tagħha fil-belt ta’ Catemaco, fl-istat ta’ Veracruz. Hemmhekk jintqal li hija kienet dehret fl-1664 lis-sajjied Juan Catemaxca.
Nuestra Senora del Carmen f’La Ermita del Cerro Guatemala ‘Sub tuum Presidium’
Fil-Venezwela, ukoll, waħda mid-devozjonijiet l-aktar popolari hija dik tal-Virgen del Carmen. Boconó del Estado Trujillo, huwa ċentru importanti tad-devozzjoni, fost bosta oħrajn.
F’ħafna mill-pajjiżi tal-Amerika Ċentrali, inklużi l-Kosta Rika, in-Nikaragwa, il-Panama, Puerto Rico, is-sajjieda u l-baħar huma l-fokus taċċelebrazzjonijiet tal-Madonna tal-Karmnu. Dan huwa wkoll il-każ fil-Messiku, hemm iċ-ċentru l-iktar importanti tad-devozzjoni hija l-Belt del Carmen, f’Campeche, fejn hija wkoll tissejjaħ Stella Maris. Fil-bidu tas-sena 1900, is-sajjieda
24
Nuestra Senora del‑Carmen Catemaco Messico
Hija wkoll venerata f’Palma del Carmen, Quintana Roo, belt turistika, fil-Muniċipalità ta’ Solidaridad,
Quintana Roo. Skont it-tradizzjoni, il-Verġni talCarmen, dehret lil xi sajjieda li kienu mitlufin u grazzi għal dan ġew salvati. Post ieħor fejn hija ċċelebrata huwa Perote (Veracruz) u fil-viċin tiegħu f’Teziutlan (Puebla). Hemm jintqal li waslet fuq dgħajsa, għalhekk fil-purċissjoni tagħha hi titqiegħed fuq dgħajsa simulata, akkumpanjaha minn gwardja tal-unur, għaliex hija ġiet maħtura bħala General tal-forzi ta’ Teziuteca fil-ġlieda tagħhom kontra l-invażuri Awstrijaċi. Fl-aħħar nett, fil-belt ta’ Celaya fl-istat ta’
Guanajuato, waħda mill-festi reliġjużi l-iktar importanti hija dik tal-Virgen del Carmen fis16 ta’ Lulju, li matulu l-immaġni tal-Verġni titneħħa mill-altar tagħha u tirċievi żjara ta’ eluf ta’ fidili fost ċelebrazzjonijiet reliġjużi u festivals popolari. Għalhekk, fin-Nofsinhar tal-Amerika, ilMadonna tal-Karmnu ilha refuġju għan-Nies u difensur tad-drittijiet taċ-ċittadini, u f’ħafna postijiet ġiet rikonoxxuta bħala ġenerali u difensur tal-poplu.
8, Merchants Street, Valletta Tel: 27042247
8 7 Merchants street St Johns Square Valletta Valletta Special Offers 27042247 27220113
Johann Farrugia
Vjal Sir Paul Boffa, Paola T: 21697916/27823247 M: 79472720/99446854 E: centrobagno@onvol.net W: www.centrobagnomalta.com L-AQWA KWALITÀ, BL-ORĦOS PREZZIJIET
15, St John Street, Valletta Tel: 2123 6553 25
Programmi tal-Festa matul is-snin
Bartilmew Xiberta
Karmelitan Teologu u Filosfu kbir (1897-1967) Patri Hermann Duncan O.Carm
Huma bosta l-Karmelitani madwar id-dinja li għexu għal bosta snin ma’ Patri Bartilmew Xiberta f’Ruma. Barra li kienu jammiraw l-għerf tiegħu kienu jaraw il-qdusija tiegħu.
għalhekk kellu jmur mill-ġdid lejn Ruma.
Mill-1937 sal-1939 kien f’Os, l-Olanda u fl1939 reġa’ lura lejn Spanja. Mill-1939 sal-1947 wettaq diversi xogħlijiet fil-Kummissarjat talKatalunja. Fl-1947 meta sar il-Kapitlu Ġenerali tal-Karmelitani, ġie maħtur Assistent Ġeneral, u
Ix-xogħlijiet filosofiċi tiegħu huma magħrufa ħafna, fejn hu ġeneralment juri lilu nnifsu kuntrarju għall-ħsieb tal-filosfu Kant. Huwa għamel kitbiet dwar l-ispiritwalità Karmelitana li għadna nużaw sal-lum; ħareġ kitbiet dwar it-
F’dan it-tieni żmien bħala għalliem fl-istudju ġenerali tal-Ordni f’Ruma huwa kellu influwenza kbira fuq l-istudenti Karmelitani żgħażagħ.
Bartilmew Xiberta, twieled f’Santa Coloma de Farners f’Gerona fi Spanja fl-1897. Meta kien F’Ruma baqa’ sa April 1964, meta ġie milqut żgħir kien mibgħut fis-seminarju li l-Karmelitani minn emoraġija ċelebrali li ġegħlitu jmur fi kellhom f’Olot, Onda u Caudete. Fl-1919 is- klinika f’Tarrasa Spanja fejn baqa’ f’din il-klinika superjuri tiegħu bagħtuh Ruma biex jagħmel mitluf min sensih, sakemm miet fis-26 ta’ Lulju, id-dottorat fit-Teoloġija. Huwa rnexxielu jikseb 1967. id-dottorat fl-1921 permezz ta’ teżi ‘Clavis Ecclesiae’. Fl-istess Dwar il-produzzjoni intellettwali teżi ddefenda x’effett jagħmel istiegħu rridu nenfasizzaw sagrament tal-qrar u t-tħabbib minbarra t-teżi innovattiva tiegħu tiegħu mill-ġdid mal-knisja. Huwa fuq is-sagrament tal-penitenza, li kien jgħallem l-istorja tal-filosofija diġà semmejna – l-istudji tiegħu li fil-Kulleġġ Internazzjonali talgħamel fuq l-iskolastiċi Karmelitani Karmelitani, San Albert f’Ruma tas-seklu erbatax li mbagħad mill-1921 sal-1926 u t-Teoloġija ffurmaw ’l hekk msejħa “l-iskola dommatika mill-1926 sal-1937. Karmelitana Ekkletika”. Fuq din itDik is-sena stess ġie mkeċċi milltema huwa ppubblika l-monografija Italja, billi kien qed jiġi akkużat li eżatta u xjentifika dwar il-kitbiet kien qed jissimpatizza mar-reġim Patri Bartilmew Xiberta tal-iskolastiċi Karmelitani fi ħdan Repubblikan Spanjol. l-Ordni Karmelitan (Louvain 1931).
28
teoloġija fundamentali, u fuq kollox dwar l-istat epistemoloġiku tat-teoloġija u l-karatteristiċi fundamentali tagħha. Waqt li kiteb ukoll dwar irrivelazzjoni, it-tradizzjoni, is-supernatural, eċċ. Huwa ppubblika għall-ewwel darba daħla għatTeoloġija mqaddsa f’Madrid fl-1949 u ħareġ ittieni edizzjoni f’Barċellona u f’Ruma fl-1964. Mill-ewwel żmien ta’ meta beda jgħallem f’Ruma huwa kien miġbud lejn temi tal-Kristjoloġija.
Bejn l-1950 u 1960 huwa ħa sehem filkontroversja famuża dwar il-kuxjenza ta’ Ġesù. Dwar dan l-argument huwa ppubblika t-trattat dwar il-verb inkarnat (Madrid 1954) u l-Enchiridion dwar il-verb inkarnat (Madrid 1957). Fl-aħħar snin ta’ ħajtu huwa kiteb dwar temi fundamentali bħall-ekklesjoloġija, l-episkopat, in-natura ekkleżjali tal-fidi u s-Sagramenti, il-kolleġġjalità u temi oħra. Fl-1960 inħatar membru tal-Kummissjoni Teoloġika Preparatorja tal-Konċilju Vatikan II u ħa sehem f’żewg sezzjonijiet tal-Konċilju. Fl1962, inħatar konsulent għall-Episkopat Spanjol għall-konċilju. Mill-1956 ’l hemm kien professur tal-Istitut Pontifiċju Reġina Mundi f’Ruma.
Bħalissa beda l-proċess tal-beatifikazzjoni u kanonizzazzjoni tiegħu mill-Kongregazzjoni talQaddisin li tinsab f’Ruma. Nagħlqu dan l-artiklu b’parti ċkejkna mittagħlim tiegħu meħud mill-ktieb tiegħu “Fragmentos Doctrinales”.
“Peress li Alla jħalli lilna naqdu lil Marija, ejjew ngħixu bil-ferħ. Bħal meta ninsistu li l-ħlejjaq huma tajbin … nemmnu li biex mmexxu l-erwieħ irridu biss nippruvaw nħobbu lil Ġesù u l-Marija, u l-bqija jiġi waħdu. Imma, kemm hi twajba din l-Omm tagħna u kemm aħna boloh meta nħabblu rasna fuq affarijiet oħra u saħansitra niddejqu!”
“Nitlobkom bil-qalb kollha u bil-qawwa kollha biex tħobbu lil din l-Omm tagħna. U li tħobbuha b’mod li tieħdu gost. Inthom diġà tafu li hemm żewġ modi kif tħobbu, biex tħobb, biex tgawdi, u biex tħobb bit-tbatija. Ħafna drabi hi trid tħobbna b’dik l-imħabba li tferaħna. Għallistess raġuni, jekk intom tixtiquha tħobbkom bi mħabba oħra, li hija tat-tbatija bl-ebda mod ma nistgħux ma naċċetawiex”.
Luxury living couldn’t get any better at CASA ELLUL - Valletta’s intimate Boutique Hotel. Situated a stone throw away from the Carmelitan Church in Old Theatre Street, CASA ELLUL gives Valletta’s magic a high end and echoes the grandeur of long gone times, when the City was full of life and charm. The stunning CASA ELLUL is a magnificent celebration of a marriage between the past and the future when it comes to style, architecture, design and decor. Every little item within this extraordinary quarter has been individually selected to promote perfection - prestigious local and global antiques individually selected from world renowned Parisian markets. Attention to detail and comfort at your finger tips - this magnificent palazzo has it all.
CASA ELLUL is the Ellul brothers’ new venture, an undertaking which has brought them a long way from their established niche in Wines and Spirits. Undoubtedly this is a gem not only for them, but for Valletta. This palazzo proudly hosts eight personalized suites, many of which adorn the magnificent court yard.The decor has been uniquely designed by architect Chris Briffa from thoughtful approaches that fluently integrate space and function into a haven of personal luxury, intended to provide its guests with all that they might require for their city escapade. For more information on CASA ELLUL Visit: www.casaellul.com or join us on facebook: CASA ELLUL or contact us on info@casaellul.com
29
Ella’s Mini Market 58, St Patricks Street, Valletta Mob: 9944 7998, 7764 6540
FRANS - All Seasons FOR FRUIT & VEGETABLES 108, Santa Lucia Street, Valletta (corner with Old Bakery Street)
Mob: 79065381 OPENING HOURS: Monday to Friday: 7.00am - 1.30pm / 15.30pm - 19.00pm Saturday: 7.00am - 13.00pm
George Zammit & Sons
Bibien li jwasslu għall-Belt Valletta... u Bibien oħra - storja ta’ tibdil u tiġdid Victor Scerri
Li kieku, kull meta nagħmlu xi dawra, inħarsu ftit madwarna waħda u sewwa, u ninnutaw biċċiet minn ġrajjiet Malta, x’ifissru u x’kien l-għan tagħhom, inkunu qed nitgħallmu aktar, kemm artna, għad li ċkejkna, hija għanja tabilħaqq fi ġrajjietha. Illum, dan l-artiklu, b’rabta wkoll mal-Belt Valletta, il-Kapitali ta’ artna, ser idur dawra xierqa u tajba mal-Bibien.
u (ċ) jgħallem lil min ma jafx dwarhom xi ħaġa dwarhom. Dan ukoll sabiex intom issiru tafu aktar kemm hu (a) sabiħ pajjiżna u kemm (b) hi importanti l-Belt Valletta. Bibien bħal dawn komplew jassistu fil-qawwa u l-kobor tal-istorja qadima tagħna.
Dawn il-Bibien jinsabu barra, fl-apert, filpostijiet pubbliċi li ngħaddu minnhom ta’ kuljum u li xi minn daqqiet qajla ninnutawhom jew jekk ninnutawhom, ma ninnutawhomx biżżejjed, ma nagħtuhomx dik l-attenzjoni partikolari li storikament u soċjalment nemmen li jistħoqqilhom. L-importanza tagħhom, anki ta’ dawk li m’għadhomx, kienet kbira fil-kuntest taż-żmien.
L-istorja tiegħu tibda fi żmien il-ħakma Franċiża. Infatti, għalkemm illum ngħidulu l-Bieb talBombi, għad hawn min isejjaħlu la Franċiża, Porte des Bombes. Jissejjaħ il-Bieb tal-Bombi minħabba żewġ bombi ġeblin li jinsabu maġenbu u li għammdu lill-Bieb b’dan l-isem partikolari u li bħal jheddu lil min jazzarda jaħkimha. Hu bieb popolari anki mat-turisti.
Il-Bibien (miktuba b’B kapitali għal t’apposta biex nindika liema bibien irrid infissrilkom) f’dan l-artiklu, mhumiex il-bibien ta’ residenzi privati, għalkemm fuq dawn ukoll hemm ħafna x’jingħad u x’jinkiteb, imma l-Bibien inkwistjoni huma dawk li, b’xi mod, iwassluna għall-Belt Valletta, il-Belt Kapitali ta’ Malta tagħna, jew jinsabu, inkella kienu jinsabu ġewwa fiha.
Il-Bieb tal-Bombi Il-Bieb tal-Bombi hu dak il-Bieb f’nofs ta’ triq li min-naħa ta’ barra tal-Belt Valletta idaħħlek lejn il-Belt Valletta u mill-Belt Valletta jmexxik lil hinn minnha. Dan il-Bieb hu magħruf sew għax għadu wieqaf, simbolu ta’ żewġ ħakmiet li għamlu impatt fl-istorja ta’ Malta. Illum hu Bieb b’żewġ mini, u minn taħtu jgħaddu mijiet ta’ karozzi kuljum, deħlin u ħerġin minn u lejn il-Belt Valletta.
L-iskop finali ta’ dan l-artiklu huwa biex (a) jindika dawn il-Bibien interessanti, (b) iqajjem interess fikom il-qarrejja dwarhom
Jekk inħarsu lejh sewwa insibu żewġ mottos fil-faċċata tiegħu. L-ewwel wieħed jgħid: Ad Maiorem Popolo Commoditatem li tfisser GħallAkbar Kumdità Tal-Poplu u naħ’oħra hemm motto
32
li bil-Malti jgħid: Bil-Ponn u bil-Balal Niddefendi. Dan l-aħħar motto jindika trattament militanti li darrewna bih l-Ingliżi u li kien il-qawwa tattwemmin tagħhom.
aħħar, imma kien strutturalment importanti għax irridu ngħidu li kull Bieb kien kenn u sigurtà għal-lokalità. U għall-kenn u s-sigurtà m’hemmx bżonn elaborazzjoni. L-għamla tonda tiegħu kienet aktar tagħti d-dehra ta’ kenn.
Il-Bieb tal-Bombi meta kien għadu b’mina waħda
Bieb Sant’Anna minn quddiem
Irid jingħad ukoll li dan il-Bieb oriġinarjament kien b’mina waħda, imma meta beda t-traffiku u kompla jikber fil-għadd, inħasset il-ħtieġa li ma’ dik il-mina unika, tinbena oħra u hekk hu li l-Gvern Kolonjali Ingliż, bena t-tieni mina, u allura kabbar doppjament l-istruttura tal-Bieb b’mod intelliġenti hekk illi ‘ppareġġja’ t-tieni binja mal-ewwel waħda, professjonalment.
Dan il-Bieb kien magħruf bħala Porta dei Cani, għad li uffiċjalment kien il-Porta Principale talFloriana, kif immarkat fil-mapep uffiċjali tasSeklu XVIII. Kien l-ewwel punt fokali dirett lil dawk li jidħlu mil-intern għall-Pjazza Sant’Anna bil-Fosos ta’ Vilhena u mbagħad tul il-pjazza lejn il-Belt Valletta. Muri f’ritratti qodma l-Bieb hu sostituzzjoni Brittanika tal-1859.
Il-Bieb tal-Bombi b’żewġ mini
Bieb Sant’Anna Bieb ieħor li kien iwassal għall-Belt Valletta kien Bieb Sant’Anna. Dan il-bieb issemma għallqaddisa li tiġi omm il-Madonna. Fl-isem hemm il-konjugazzjoni u l-konnotazzjoni reliġjuża tant evidenti, u t-testimonjanza ta’ kif kważi kull struttura kienet timplika r-reliġjon tal-poplu. Ftit huma dawk li jafu li fi Triq Sant’Anna kien hemm bieb imsemmi għall-qaddisa. Dan il-Bieb ma kellux l-elaborazzjoni tal-Bieb tal-Bombi, imma kien Bieb ta’ popolarità u importanza. Minn quddiem kien sempliċi għall-
Bieb Sant’Anna minn wara
Fl-1897, Porta Sant’Anna twaqqa’ għal darb’oħra. Biż-żmien il-vojt fil-ħajt twessa’ aktar. Floriana tilfet id-daħla prinċipali u llum, illi aktarx tibqa’ tfakkar isem Sant’Anna f’din in-naħa partikolari hija n-niċċa antika li turi lil Sant’Anna nnifisha, ma’ bintha u Omm Sidna Ġesù Kristu, Sidtna Marija Santissima fi tfulitha. Bieb Sant’Anna baqa’ biss f’ritratti antiki. Kalkara Gate Bieb ieħor ta’ importanza u popolarità f’Malta kien dak imsejjaħ il-Kalkara Gate. Dan kien bieb
33
ieħor storiku u interessanti. Magħruf għal ħafna bħala l-Mina tal-Kalkara, il-bini enormi talmogħdija msaqqfa bi troll tal-ġebla magnifico jifforma parti mil-Linja ta’ Santa Margerita. Hu kien fit-triq lejn il-Kalkara bejn Café Riche, ilBirgu u l-ex skola Garrison ta’ Bormla.
Bħal bibien oħra storiċi ta’ importanza, dan il-Bieb jew Mina, ukoll safa mġarraf, u dan minħabba li kif kienu jgħidu missirijietna, ilprogress-rigress. L-iżvilupp infrastrutturali tassnin sittin fid-dinja kollha, xi ftit minnu laqat lill-pajjiż tagħna wkoll, u b’mod partikolari laqat lill-Mina tal-Kalkara b’tali mod li preżentament baqa’ biss isimha, għal xi referenza ġejjiena.
Il-Kalkara Gate baqgħet għaddejja mill-qerda tat-Tieni Gwerra Dinjija għalkemm setgħet sofriet ħsara ħafifa. Din il-gwerra qerrieda, bħal kull gwerra oħra, ma tagħrafx apprezzamenti lejn strutturi storiċi jew binjiet residenzjali, u fil-qilla u l-ħruxija tal-mibegħda u l-ġlied, tolqot u ġġarraf, teqred u toqtol, tneħħi u tnessi jew tipprova tnessi, dak illi hu tassew għażiż.
Sfortunatament, Kalkara Gate, jew kif inhi magħrufa l-Mina tal-Kalkara ġiet imwaqqa’ kompletament fis-sittinijiet. Din id-demolizzjoni twettqet sabiex twitti t-toroq u tiftaħ triq ġdida, Triq Boffa (triq imsemmija għall-eks Prim Ministru ta’ Malta, it-Tabib Sir Paul Boffa) li testendi fi Triq il-Mina l-Kbira, billi għamlet ksur fis-swar. Illum dan il-Bieb ukoll sar leġġenda. Notre Dame Gate Bieb Notre Dame, magħruf bħala l-Bieb ta’ Notre Dame de la Grace (jew Porta della Maria Vergine delle Grazie), il-Bieb tal-Kottonera, il-Bieb jew il-Mina ta’ Ħaż-Żabbar jew Bieb is-Sultan (bilMalti għal “King’s Gate”) huwa l-bieb prinċipali tal-Linji tal-Kottonera, li jinsabu l-Birgu. Il-bieb inbena stil Barokk fl-1695 u jintuża bħala s-Sede tal-Fondazzjoni Wirt Artna.
Il-Kostruzzjoni tal-Linji tal-Kottonera bdiet f’Awwissu 1670, meta kien hemm beżgħat ta’ attakk Ottoman wara l-waqgħa ta’ Kandja. IlBieb ta’ Notre Dame nbena fl-1675 bħala l-bieb prinċipali tal-linji, u d-disinn tiegħu huwa attribwit lil Romano Carapecchia jew Mederico Blondel. Il-bieb jinsab fil-Purtiera ta’ Notre Dame, bejn Notre Dame u s-Sur ta’ San Ġakbu. Dan qed jaffaċċja Ħaż-Żabbar. Jinsab fl-ogħla punt tal-Kottonera, u s-saqaf tiegħu intuża biex jgħaddi sinjali bejn il-Belt Valletta u d-difiżi kostali fuq il-parti tal-lvant ta’ Malta. Oriġinarjament il-Bieb kien imħares b’qoxra li tinżel u b’simboli. Il-bieb baqa’ jintuża fi snin l-Ordni ta’ San Ġwann, il-Franċiżi u l-Ingliżi. Ilbieb serva bħala addenda għall-Isptar Militari tal-Kottonera.
Kalkara Gate
34
Notre Dame Gate
35
Lithograph li turi Marina Gate u l-Ä nien tas-Sultan maÄĄenbu. (Kollezzjoni Giovanni Bonello)
Bosta suldati midruba kienu akkomodati filbieb matul l-Ewwel Gwerra Dinjija. Il-Bieb ġarrab ħsara mill-ibbumbardjar mill-ajru matul it-Tieni Gwerra Dinjija, meta wieħed mill-blokki ta’ ħdejh intlaqat direttament. Fil-bidu tas-seklu 21, il-Bieb ta’ Notre Dame ġie mgħoddi lill-Malta Heritage Trust, Fondazzjoni Wirt Artna, li fuqu għamlet ir-restawr meħtieġ.
Porta Marina – Victoria Gate Dan il-Bieb li se nikteb dwaru issa, huwa Bieb li kien magħruf b’diversi ismijiet imma dan hu riflessjoni ta’ żminijiet b’ħakmiet jew influwenzi differenti, frott dominji varji f’pajjiżna. Hu dak li bil-Malti nsejħulu l-Bieb tax-Xatt, jew il-Mina tax-Xatt fil-Belt Valletta. Minħabba l-attività kummerċjali kbira fil-Belt Valletta, il-Bieb kellu isem kummerċjali. Kien jissejjaħ Porta Marina u dan minħabba li jinsab qrib il-baħar, fejn kienu jsorġu diversi
id-daħla prinċipali fil-Belt Valletta miż-żona tal-Port il-Kbir, li darba kienet il-parti l-aktar traffikuża tal-Belt Valletta. Il-Bieb jinsab bejn Purtiera Marina u s-Sur ta’ Santa Barbara, fuq sit il-Bieb Del Monte tas-seklu XVI. Tajjeb li wieħed ikun jaf li Victoria Gate hi l-unika mina ingastata fi ħdan il-fortifikazzjonijiet tal-Belt Valletta.
Victoria Gate ġiet estensivament restawrata mill-Ministeru tar-Riżorsi u l-Affarijiet Rurali bejn l-2009 u l-2010. Ir-restawr ħa madwar sitt xhur, u kien immexxi mill-periti Claude Borg u Alexis Inguanez. Matul il-kors tar-restawr, l-istruttura ġiet imnaddfa, il-fossa tagħha kienet skoperta mill-ġdid u restawrata, il-bankini tagħha tqiegħdu mill-ġdid u ssewwew xi ħitan.
Bieb tas-Salvatur Bieb ieħor li jidħol fl-iskeda ta’ Bibien li ta’ min wieħed ikun jaf dwarhom hu l-Bieb tas-Salvatur. Dan il-Bieb nistgħu ngħidu, li bħal Bibien oħra f’pajjiżna, ra tibdil drastiku u mhux biss darba, imma darbtejn żgur. Oriġinarjament il-bieb tasSalvatur kien imtarraġ, jiġifieri kellu t-taraġ
Marina Gate (Kollezzjoni Giovanni Bonello)
bastimenti tal-baħrin. Kien jissejjaħ ukoll Porta del Monte għall-attività kummerċjali li kienet tkun għaddejja x-Xatt. Fi żmien l-Ingliżi semmewh Victoria Gate. Kienu semmewh hekk għar-Reġina Vittorja, waħda mill-aktar renjanti li damet issaltan fil-Gran Brittanja. Dan il-bieb inbena mill-Ingliżi fl-1885 u kien
Victoria Gate kif nafuha llum
36
Bieb is-Salvatur
minn fejn setgħu jitilgħu u jinżlu n-nies, kif muri fir-ritratt ma’ dan l-artiklu. Mat-trasformazzjoni taż-żmien, il-Bieb tasSalvatur sar mina żgħira, daħla jew ħarġa, teħodha kif trid jew kif tixtieq, bla ma tilef xejn mill-karatteristika ta’ ismu, għax nies l-inħawi u nies oħra, baqgħu jsibuh bħala Bieb, kif kienu jafuh sa minn ċkunithom u skont kif kienu jgħidulhom l-antenati tagħhom, ġenituri, nanniet, zijiet u l-bqija. U t-tibdil baqa’ għaddej.
Minn mina żgħira sar mina kbira. Ma rridx ninsa nniżżel hawnhekk illi l-Bieb tas-Salvatur jagħmel parti mill-fortifikazzjonijiet tal-Kottonera u allura l-istorja tiegħu hija kumplessa u interessanti, daqskemm huma kumplessi u interessanti flistorja tagħhom il-fortifikazzjonijiet innifishom. Xi kultant l-istorja ma tinkitibx bil-kliem daqskemm tinkiteb bl-għemil. Illum dan il-Bieb m’għadux kif jidher f’dawn irritratti li qed nippubblika mal-artiklu. Anke bejn l-ewwel u t-tieni ritratt ta’ dan il-Bieb hemm ittibdil. Imma llum, il-Bieb tas-Salvatur la huwa bit-taraġ, la mina kbira u lanqas hu mina żgħira. Dak illi kien il-Bieb tas-Salvatur illum huwa ġnien pubbliku, għar-rikreazzjoni wiesgħa ta’ dawk kollha li jixtiequ ftit ħin fis-sliem.
Jews Sally Gate Il-Jews Sally Gate fil-Belt Valletta hi Bieb jew Mina ieħor jew oħra li tixhed l-influwenza li ħallew fuq il-Belt Valletta l-komunitajiet talLhud li fid-dijaspora tagħhom minn Iżrael lejn l-Ewropa u l-Mediterran sabu l-merħba, il-kenn u fejn joqogħdu fil-Belt Valletta u ġew milqugħin mill-Vallettani b’idejn miftuħa f’merħba aħwija, daqslikieku kienu Vallettani bħalhom.
Jews Sally Gate
Biex nagħtu ħarsa ħafifa fuq il-miġja tal-Lhud f’pajjiżna, irridu nirfdu ftit l-istorja. L-għeruq Lhud f’Malta jmorru lura għas-Seklu IV u V matul il-perjodu Ruman kif muri f’bosta inħawi Lhud bi tpinġijiet li juru l-Menorah Lhudija (kandelabri) li nstabu fis-sit tal-katakombi ta’ San Pawl tar-Rabat, Malta. Il-Lhud kienu nies ta’ ħila kbira u bżulija notevoli. L-istorja Lhudija twila tinkludi perjodi ta’ arrikkament kif ukoll skjavitù, skont min kien qed jiddeċiedi f’Malta dak iż-żmien. Punti ta’ interess speċjali tal-Wirt Lhudi f’Malta jinkludu postijiet familjari antiki u sinjali tat-toroq. Filbelt mdawra tal-Imdina, fejn il-Lhud kienu jagħmlu kważi terz tal-popolazzjoni, hemm “Suq tal-Ħarir Lhudi” u wkoll Mina tal-Lhud. Il-Belt Valletta, Kapitali Ewropea u Kapitali Ewropea tal-Kultura 2018 ma setgħetx tonqos li, fi żminijiet oħra ma tospitax, kif tagħmel illum lil bosta turisti ta’ kull nazzjon u lsien, lil dawn il-Lhud li ħallew impatt tajjeb fil-komunità talBelt Valletta b’mod partikolari, u fil-komunità Maltija in ġenerali. Illum dan il-Bieb hu toqba kbira li tagħti għall-Fossa u Marsamxett.
Bieb il-Belt (jew il-Fetħa tal-Belt Valletta) Fil-preżent, qajla nistgħu nitkellmu dwar Bieb ilBelt għaliex effettivament illum, il-Belt Valletta m’għandhiex Bieb. Dan għaliex fil-bidu tarriġenerazzjoni tal-Kapitali, il-Perit Renzo Piano ddeċieda li l-Bieb għandu jitwaqqa’ u l-istrutturi barokki u kontemporanji tal-Belt Valletta jidhru minn barra għal ġewwa, f’kompożizzjoni li għadha dibattibbli u li tqajjem opinjonijiet diviżivi.
L-ewwel isem ta’ dan il-Bieb kien Porta San Giorgio u kien tassew Bieb, għax ma’ nżul ix-xemx kien jingħalaq u l-Vallettani kienu jibqgħu ġewwa
Porta San Giorgio
37
38 King’s Gate (Kollezzjoni Giovanni Bonello)
39
King’s Gate minn ġewwa (Kollezzjoni Giovanni Bonello)
sal-għada, meta kien jerġa’ jinfetaħ. Dan kien fi żmien il-ħakma tal-Ordni tal-Kavallieri. Sal-lum, fi Triq ir-Repubblika, li kienet hija wkoll Strada San Giorgio, għadek issib Misraħ San Ġorġ, faċċata tal-Palazz.
Fi żmien il-ħakma Ingliża dan il-Bieb kien magħruf bħala Porta Reale (ta’ min storikament jinnota, illi l-Ingliżi ma ridux jimminimizzaw il-lingwa Taljana mal-ewwel snin tal-miġja tagħhom f’pajjiżna imma riedu tip ta’ ugwaljanza bejn l-ilsien Taljan u l-ilsien Ingliż) u bl-isem Brittaniku Imperjalista ta’ King’s Gate, kif baqa’ msemmi sas-snin sittin tas-seklu XX. Fis-snin sittin twaqqa’ dan il-Bieb tant sabiħ fost kritika kbira min-nies ta’ kultura, għaqdiet, ċittadini ordinarji u residenti biex postu ħadu bieb kbir lixx u bla ebda gost strutturali hekk li ġie mlaqqam bħala Bieb Neo-Faxxista. Illum anke dan il-Bieb sar storja u minflok Bieb hemm daħla jew fetħa, sejħulha li jogħġobkom, illi diġà ħadet il-laqam ta’ Fetħa Mesopotamika. Bibien u lokalitajiet li kitbu l-istorja tagħna lkoll Il-Bibien imsemmija hawn fuq joffru tagħrif edukattiv, storiku, artistiku, kulturali, politiku u soċjali kbira, għax għad li fosthom hemm dawk li ġġarrfu jew twaqqgħu biex jagħmlu wisgħa għal proġetti oħra, il-lokalità baqgħet taħt id-dell
ta’ isimhom, skont kif semmewhom l-antenati tagħna u skont ma kienu magħrufin fl-era ta’ dawn ir-ritratti ppubblikati.
Il-lokalitajiet storiċi li fihom kien hemm dawn il-Bibien għadhom hemm, donnhom biex jixhdu, bihom jew mingħajrhom, l-importanza ta’dawn l-imsemmija Bibien, bosta minnhom fil-Belt Valletta u oħrajn fil-Kottonera, faċċata talBelt Valletta, żewġ bliet f’port wieħed. Nixtieq hawnhekk, mhux nagħti parir, daqskemm nappella lilkom il-qarrejja. Dawn huma l-affarijiet li jiktbu l-istorja. Għalhekk tajjeb li ninnutawhom. Dan hu l-parir li nixtieq nagħtikom, għeżież qarrejja. Waqt ilħarġiet tagħkom, innutaw. Skopru, studjaw u analizzaw. Dak li nsib jien tistgħu ma ssibuhx intom u dak li ssibu intom jista’ jaqbeż lili. Jiena kultant niskanta kemm hawn storja qrib tagħna, madwarna, maġenbna.
Ma stajtx inkun aktar dettaljat milli kont, mhux għax ma sibtx jew ma ltqajtx ma’ tagħrif, imma mhux dwar kull bieb hemm l-istess tagħrif. Allura ħsibt li nżomm it-tagħrif fuq kull Bieb limitat għal sittax-il vers jew erba’ paragrafi b’erba’ linji kull paragrafu. Biss mit-tagħrif li tajt nittama li kont ta’ għajnuna għal dawk li jinteressaw ruħhom f’pajjiżna u fl-istorja tiegħu.
Inħeġġu lil kulħadd biex iżur il-Website Uffiċjali tas-Santwarju fuq
40
www.karmelitanivalletta.org
Il-Madonna tal-Karmnu u Poeżiji oħra Marjani tal-Poeta Nazzjonali Dun Karm Charles Coleiro
Dip Cult H. (Krakov) MQR
Il-Poeta Nazzjonali jiftaħ il-poeżiji Marjani b’talba lill-Madonna tal-Karmnu u f’siegħa ta’ niket kif jistqarr, jgħidilha:
Dun Karm Psaila – il-Poeta Nazzjonali
“Madonna, la tinsiex li l-mara tajba li kienet ommi tatni l-isem tiegħek għax kellha tama fik u xtaqet, xtaqet li binha ċ-ċkejken jibqa’ dejjem miegħek.”
Din l-istqarrija ta’ fidi u tama fil-Madonna talKarmnu fetħet it-triq għal sensiela ta’ versi Marjani li jixhdu l-imħabba u l-qima li trabbiet mal-istess twelid tal-poeta. Bi kliem ħelu iżda ta’ twissija, Dun Karm jinseġ kwadru ħaj b’rabta ma’ ismu u isem il-Madonna tal-Karmnu. F’din l-istrofa jislet twiddiba u fl-istess ħin jissellef kliem ommu li qralha ħsibijietha meta kiteb: “u kienet tgħidlek ta’ sikwit (dan nafu għaliex qalt’uli hi meta bdejt nifhem): “Jekk Karmnu jwarrab minnek, ħudu mn’issa għax jiena mħabba fik tajtu dan l-isem.””
Jidher li l-poeta bħal kull bniedem ieħor għadda minn waqtiet li setgħu ġabu magħhom mumenti ta’ swied il-qalb imċaħħda minn kull sliem iżda sab il-faraġ fil-versi li kiteb u sejjaħ lill-Madonna ta’ ismu biex tiftakar fi kliem ommu:
“Madonna, int li taf x’ifisser niket, nitolbok la tinsiex il-kelma t’ommi: jekk l-hemm li ninsab fih ibegħdni minnek iġborni miegkek, din qalbi fuq fommi.”
L-imħabba u l-għożża li l-Poeta Nazzjonali kellu lejn il-Madonna ħariġha f’poeżiji oħra li baqgħu ifakkruh f’ismu għax nibtu u kibru miegħu fis-snin li ġew wara. Fil-poeżija “Lilek Marija” ifakkarna f’din l-imħabba li xxettlet fih ma’ ismu:
41
Ranieri
Restaurant - Cafeteria
L’Angolo SOUVENIR SHOP Statwi Reliġjużi Souvenir ta’ Malta Xogħol fin tal-filugranu 62, Old Teatre Street, Valletta
Bl-aqwa Prezzijiet !!!
39, Republic Street, Valletta Tel: 2124 9063
“Kull min ġo sidru kellu nar ta’ mħabba, kull min ġo moħħu nissel ħsieb sabiħ. lilek ħtar l-innu li fil-qalb jitrabba lilek, Marija, l-oħla kliem ta’ ġieħ”
U jkompli bl-istess ħsieb ta’ ferħ u għożża bittislima lill-Madonna f’din is-silta mis-sunett “Mater Purissima” “U kif inlissen ismek, o Marija, f’talba tal-għaġeb, ħelwa kemm qasira jikbes ġo sidri qisu nar bid-dija li jeqred ta’ kull żina sat-tifkira”
“Tiela’ s-sema! Wiċċha jiddi bħaż-żerniq ta’ jum sabiħ, dawl ix-xemx il-libsa tagħha fuq is-sħab b’sieqha tistrieħ.”
Fil-ħsieb tal-poeta baqa’ wkoll ix-xebh tal-qima Marjana mal-karatteristiċi tal-poplu Malti u l-isem “Tal-Karmnu” tnaqqax f’ruħu u rawwem u kabbar din l-imħabba lejn il-Madonna malpatrijottiżmu tal-poplu Malti, kif stqarr filpoeżija “Lill-Madonna ta’ Lourdes”:
Dun Karm jara fil-Madonna l-ġmiel tan-natura u tqanqlu għal din is-sbuħija il-bjuda ta’ ġnien ifuħ, fuq ġilju u ġisimina u jqabbilhom mill-ġdid mas-safa tal-Omm Purissima. Fis-sunett “Bjuda” jagħlaq dawn il-ħsibijiet b’omaġġ lil din il-bjuda mqabbla mas-safa tal-Madonna:
“Madonna, jekk l-ilħna ta’ wliedek jogħġbuk ismagħha t-tislima li ġejna nagħtuk. Mill-gżira xemxija li minnha ġejjin ġibnielek il-qima ta’ ħutna l-Maltin!”
It-tqabbil mal-ġmiel tan-natura fejn tidħol ilMadonna nerġgħu nilmħuh fil-poeżija “Innu lil Marija Tielgħa s-Sema”:
“Jekk Karmnu jwarrab minnek, ħudu mn’issa għax jiena mħabba fik tajtu dan l-isem.”
“Sabiħa, o Bjuda! U f’qalbi kibes ġamar ta’ mħabba meta rajtek filgħaxija tħares ħosbiena minn fuq wiċċ il-qamar: u ħlomt ħolma tal-ġenna – dehra ġdida! Rajtek tkebbeb, bħal star, Tfajla Lhudija li kienet xebba u kellha ’l binha f’idha,
Fjur tal-Karmelu, Dielja bil-frott mog˙nija; Dija tas-sema, Xebba li wa˙danija, B’©ie˙ Omm tifta˙ar. 44
Il-maternità tal-Madonna mqabbla malimħabba tal-omm, il-Poeta Nazzjonali jislet kliem ommu stess u jerġa’ jfakkarna fit-talba li għamlet biex binha jibqa’ jgħożż ir-rigal ta’ ismu. Hekk li fl-għeluq ta’ dan l-eloġju nfakkru mill-ġdid din it-twiddiba li swiet biex Dun Karm kiber u ssaħħaħ f’imħabbtu lejn il-Madonna:
Omm l-aktar ˙elwa, Li ©mielek qatt ma ttabba’, Lill-Karmelitani Óniena uri u m˙abba, kewkba tal-Ba˙ar.
Ir-Rabta bejn il-Fratellanza tal-Karmnu tal-Belt Valletta u t-twaqqif tal-Knisja fil-Balluta Rev. Dr Nicholas J. Doublet Arkivista Djoċesan
Intima hija r-rabta bejn il-Konfraternità talMadonna tal-Karmnu tal-Belt Valletta u t-twaqqif tal-Knisja ddedikata lilha n-naħa l-oħra tax-xatt, fil-post magħruf bħala l-Balluta. Fis-seklu dsatax, din iż-żona tal-kosta ta’ Malta, bdiet tiżviluppa bħala post ta’ villeġġatura, f’mument meta l-ibliet ta’ madwar il-port kienu bdew jilħqu l-massimu tal-popolazzjoni tagħhom. Fi żminijiet preċedenti, in-nies millibliet, naturalment dawk ta’ klassi għolja, u l-familji tan-negozjanti li stagħnew, kienu jfittxu l-mistrieħ tagħhom fix-xhur sħan tas-sajf fittrankwillità tal-kampanja Maltija. Issa, kemm l-Ingliżi, u kemm il-Maltin bdew idawru l-ħarsa tagħhom lejn il-kosta, kemm bħala post ta’ villeġġatura, u anke eventwalment bħala post għar-residenza tagħhom. Intant, il-Fratellanza kellha f’idejha l-art magħrufa bħala ta’ Ljun, u qamet ix-xewqa li l-parti ta’ mal-baħar tiġi żviluppata billi tinbena knisja ċkejkna ddedikata lill-patruna tagħhom, kif ukoll 12-il mezzanin, sitta fuq kull naħa tagħha, li setgħu jiġu mikrija, biex b’hekk jassiguraw ċertu introjtu. L-art, seba’ ħbula raba’, kienet tħalliet b’titlu ta’ legat lill-Fratellanza misSinjura Madalena Cardona Schembri Rember e Re, b’testment fl-atti tan-nutar Domenico Bonavia nhar l-20 ta’ Novembru 17511. Sabiex iseħħ dan l-iżvilupp ta’ propjetà
Is-supplika mressqa lill-Arċisqof Publio Dei Conti Sant f’Settembru 1857
ekkleżjastika, kien hemm bżonn il-permess talisqof, li taħtu taqa’ direttament kull fratellanza, bħala assoċjazzjoni tal-fidili. F’dan il-każ is-
45
Republic Street, Valletta
A: T: E: W:
18, St Ursola Street, Valletta, VLT 1230, Malta +356 2123 9506 M: +356 7959 4784 info@casaastimalta.com www.casaastimalta.com
A: T: E: W:
18, St Ursola Street, Valletta, VLT 1230, Malta +356 2123 9506 M: +356 7959 4784 info@casaastimalta.com www.casaastimalta.com
231D, Republic Street, Valletta Mob: 9945 5807
164, Old Bakery Street, Valletta
Micallef Joe Travel 93, Triq San Tumas, Ħamrun 2122 8586 / 2722 8586 • 9947 1167 - 79236754 info@micallefjoetravel.com www.micallefjoetravel.com Micallef Joe Travel
Ġiti 2019/2020
Trafalgar
Giftware & Art Gallery
22, City Gate, Valletta VLT 1010 Tel: 2123 6467 ‘Manor Complex’, Triq il-Maskli, Qawra SPB 1481 Tel: 2158 5599 Email: trafalga@maltanet.net
Ġiti ta’ ġurnata lejn Sqallija fosthom xiri mis-suq ta’ Catania / Taormina / Etna Ragusa Ibla / Gole d’Alcantara / Etnaland u aktar Erbat’ijiem lejn Taormina u Messina Gruppi lejn Palermo, Calabria, u Polonja Il-fiera dei morti fi Sqallija u Perugia Christmas Shopping Il-festa ta’ Sant’Agata fi Frar
Kopja tal-browxer tinġabar mill-aġenzija ĦADD MA’ JISTA’ JURIK SQALLIJA AĦJAR!
supplika mressqa lill-Arċisqof Publio dei Conti Sant nhar is-17 ta’ Settembru 18572 turi li kien hemm bżonn li l-fratelli jisselfu kapital ta’ 1,200 lira sterlina mill-Kurja biex ikunu jistgħu jibnu. Is-supplika, imressqa mit-Tabib Calcedonio Parnis, rettur tal-Fratellanza, ġiet milqugħa nhar l-24 ta’ Settembru 1857. Qegħdu bħala garanzija għas-self il-frott li jidħol minn dan l-investiment li kienu qed jagħmlu, kif ukoll id-dħul minn beni oħra li kellhom. Interessanti li l-lista tal-beni kollha li kellha l-fratellanza, u d-dħul minnhom, ġiet annessa mas-supplika3. Ix-xogħol tal-bini tħalla f’idejn il-Perit Ġużeppi Bonavia.
Lil hinn minn kunsiderazzjonijiet oħra, din is-supplika tikxef żewġ affarijiet. L-ewwel nett turi ż-żelu pastorali li janima dawn ilfratelli, li jirrispondu għall-iżvilupp, billi jaraw kif jipprovdu għall-bżonnijiet spiritwali talkomunità li bdiet tgħix fl-inħawi. Din kienet naturalment tinkludi numru sostanzjali ta’ Beltin. L-għan tal-fratellanza hu li jxerred iddevozzjoni lejn il-Madonna tal-Karmnu, u għalhekk il-bini ta’ knisja taħt dan it-titlu, kien żvilupp naturali biex jintlaħaq dan l-għan. Fuq lenti oħra, wieħed jifhem ukoll il-ħeġġa li huma jiżviluppaw il-propjetà fdata f’idejhom, u jagħmlu dan b’mod għaqli, billi jaraw kif jassiguraw introjtu għall-Fratellanza.
Supplika oħra, mressqa nhar l-1 ta’ Marzu 18584, tikxef ukoll x’forma riedu jagħtu lil din il-fondazzjoni ġdida tagħhom. Huma jitolbu lillisqof mhux biss biex jagħtihom permess iwaqqfu din il-knisja, imma biex huwa wkoll jaqtagħha minn taħt il-ġurisdizzjoni tal-Prepostu ta’ Birkirkara, li taħtu kienet għadha taqa’ din iżżona. Kif jesprimu huma stess, xtaqu jwaqqfuha bħala ġuspatronat tagħhom. Dawn kienu forom
48
ta’ fundazzjonijiet ta’ tradizzjoni medjevali li kienu jagħtu d-dritt lil min iwaqqafhom, li jibqa’ jinnomina hu min imexxi spiritwalment din ilfundazzjoni. Naturalment, din it-talba ntlaqgħet b’ċertu reżistenza mill-Prepostu Kalċidon Agius li taħtu kienet taqa’ l-kura tal-erwieħ fiż-żona. Madanakollu, anke din it-talba ġiet milqugħa mill-Arċisqof, issa Mons. Gaetano Pace Forno, u dan b’digriet tat-13 ta’ Ottubru 1858. Element ieħor li jorbot il-Fratellanza malBalluta, u li jsegwi mill-istess fundazzjoni, hija l-għotja tal-istatwa proċessjonali tal-Madonna tal-Karmnu. Din l-istatwa, it-tieni waħda f’idejn il-Fratellanza, ittieħdet il-Balluta propju għallinawgurazzjoni ta’ din l-ewwel Knisja fil-lokal. Il-Knisja ħadet biss għaxar xhur biex tinbena u ġiet imbierka mill-Isqof Pace Forno nhar it-18 ta’ Settembru 1859. Ma damx ma nħass il-bżonn li l-Knisja titkabbar. Għal dan il-għan, fl-1877 tqabbad il-perit Emmanuele Galizia. Din id-darba l-Knisja nbniet fuq stil neo-Gotiku, bi tliet Artali (tal-Karmnu, ta’ San Ġużepp u ta’ Sant’Andrija) u ġiet imbierka fl-24 ta’ Lulju 1877, mill-Vigarju Ġenerali Mons. Goffredo Xerri.
Jispikka f’dan kollu, kif diġà semmejna, iż-żelu pastorali tal-Konfraternità, li fittxet li tirrispondi għas-sinjali taż-żminijiet, billi rat li tipprovdi għall-bżonnijiet spiritwali tan-nies fl-inħawi u tkabbar b’dan il-mod id-devozzjoni lejn l-Omm u l-Patruna tagħha. Referenzi
Serafin Abela, Il-Karmelitani fil-Balluta - 1890-2206, Malta 2006, 29-33. 2 AAM, Supplichi, 1857, v. 52, f. 317r.-v. 3 AAM, Supplichi, 1857, v. 52, f. 319r.-320r. 4 AAM, Supplichi, 1858, v. 54, f. 486r-487r.
1
Il-Fided tal-Knisja tal-Madonna tal‑Karmnu tal-Belt Valletta It-Tieni Parti – Festa 2019 Emmanuel Magro Conti
Fil-programm tal-festa tas-sena l-oħra (2018) konna bdejna naraw il-fided li jappartjenu lisSantwarju tal-Madonna tal-Karmnu fil-Belt Valletta wara li fil-programmi tal-festi tal2015, tal-2016 u tal-2017 tajna ħarsa lejn ilfided tal-Fratellanza tal-Madonna tal-Karmnu mwaqqfa fl-istess Santwarju. Għal darb’oħra sejrin naraw li d-devozzjoni lejn il-Madonna tal-Karmnu flimkien mal-kult u devozzjoni ma qatgħu xejn f’dawn l-aħħar 450 sena f’din ilknisja, eventwalment mgħollija għal Santwarju mmexxija mill-patrijiet Karmelitani taħt iddirezzjoni ta’ kull Pirjol b’dak preżenti Patri Alex Scerri li jkompli din il-ħidma dejjiema. Din is-sena ser naraw għadd ta’ affarijiet tal-fidda li jintużaw fuq l-Altar, li għandhom x’jaqsmu b’xi mod jew ieħor mas-Santissimu Sagrament kif ukoll oġġett ieħor li għandhu x’jaqsam ma’ sagrament ieħor. Kull knisja jkollha għadd ta’ impulluzzi li huma żewġ reċipjenti pjuttost żgħar li jistgħu jkunu ta’ materjali varji li fihom jitqiegħed l-ilma u l-inbid għas-sagrifiċċju tal-quddiesa. Tliet tipi prinċipali jintużaw għall-manifattura tal-impulluzzi li huma: dawk magħmula kompletament minn xi metall jew ieħor inkluż il-fidda, dawk magħmula mill-kristall jew ħġieġ u dawk b’kombinazzjoni ta’ kristall jew ħġieġ u metall. Naraw li bosta minn dawn is-settijiet ta’ impulluzzi jkunu mmarkati bl-ittra ‘A’ għal Aqua
(Ilma) u bl-ittra ‘V’ għal Vino (Inbid). Xi settijiet oħra jkollhom żigarella ħamra ma’ xi parti millimpulluzzi tal-inbid biex tindika l-kontenut speċjalment meta dawn ikunu ta’ materjal mhux trasparenti. Wara l-offertorju u qabel ilkonsagrazzjoni, iċ-ċelebrant (qassis jew patri) jferra’ l-inbid mill-impulluzzu tal-inbid fil-Kalċi u jżid miegħu ftit qtar mill-impulluzzu tal-ilma. Waqt il-konsagrazzjoni, din it-taħlita ta’ nbid u ftit ilma titrasforma fid-demm ta’ Sidna Ġesù Kristu. Fis-Santwarju tal-Madonna tal-Karmnu nsibu numru ġmielu ta’ impulluzzi. Nibdew blaktar wieħed antik. Dan is-sett jintuża għaċċelebrazzjonijiet tal-festa fuq l-artal Papali. Kien jintuża fuq l-artal maġġur ta’ din il-knisja u llum jinstab fil-Parroċċa tal-Mellieħa wara li dan tneħħa biex sar l-artal Papali u t-Tribuna. Wieħed irid jinnota li sfortunatament, ħafna
49
DESIGN PRINTING CREATIVITY
5 9, Ż U R R I E Q R O A D 2168 0789 · 2164 9012
I
·
QRENDI
9949 9084 · 9925 9084
I
·
QRD 1814
bestprintqrendi@gmail.com
Our kitchen is open all day, every day from 11.30am until 10.00pm (Fridays and Saturdays to 11.00pm). D’Office is perfect for lunch in the city, convenient to offices, shops or when visiting the wonderful sights that Valletta has to offer. Come in for a cosy dinner or just to call by at any time to relax. You can have a full meal or platter at any time of the day accompanied by a glass or two of wine from our carefully selected wine selection from Maltese and foreign vineyards.
Rampila is a unique restaurant situated in the historic bastions of Valletta, Malta’s capital city. Rampila comprises a Restaurant, a Wine Bar, a Terrace and an Exhibition. The location has a fascinating history. Designed and built by the Knights of St. John in the sixteenth century as part of the defensive bastions guarding the newly constructed city of Valletta, Rampila is now a haven for good food and wine set against a spectacular Baroque backdrop.
settijiet ta’ impulluzzi jitkissru u jiġu mibdula matul iż-żmien wara li jitkissru. Għalkemm dan is-sett huwa l-aktar wieħed antik f’din il-knisja, żgur li qablu kien hemm settijiet oħra. Dan issett ta’ par impulluzzi u l-plattin tagħhom huwa maħsul bid-deheb bit-teknika tal-merkurju. Fuq kull biċċa nsibu dawn l-ittri inċiżi: F.E.M.G.C.
Biss l-aħħar ittra ‘C.’ ma nsibuhiex fuq il-plattin forsi bi żball. Xi jfissru dawn l-ittri għadu mhux magħruf imma soltu iskrizzjoni bħal din turi donazzjoni minn persuna jew aktar li forsi min kien/u riedu jibqgħu anonimi. Dan is-sett ta’ impulluzzi huwa xogħol Malti u nsibu l-istess marki fuq kull impulluzzu u fuq il-plattin tagħhom. Il-marka prinċipali, li hija l-ittra ‘R’ ġewwa skudett partikolari qisu djamant b’sitt ponot turi b’ċertezza li dan huwa xogħol Malti. Din il-marka bdiet tiġi użata sa minn żmien ilGvernatur Sir Thomas Maitland mill-1826 sal1853, jiġifieri snin wara li kien spiċċa minn Gvernatur ta’ Malta. Hemm ukoll immarkat l-annu sħiħ l-1823 li turi meta sar dan is-sett kif kien isir f’Malta f’din l-epoka. Il-marka talarġentier turi l-ittri ‘PX’ li juruna li l-arġentier kien Paolo Xicluna li ħa l-liċenzja ta’ arġentier fl-1810. Il-forom tal-impulluzzi huma spirati mill-era Barokka u ż-żennuni tagħhom huma irjus ta’ għasafar. Dan id-dettal huwa pjuttost Neo-Klassiku u jirrifletti l-moda tal-perjodu meta anke ż-żennuni tal-istanjati (kafetteriji u ċikkulatjeri) kemm Maltin u barranin kienu jużaw dan il-motif. L-għotjien huma fuq ċappetta u l-manku tal-għotjien ta’ kull wieħed huwa bukkett fjuri bħalma nsibu fuq l-għotjien taz-zukkarieri ta’ din l-epoka. Il-plattin għandu disinn sbalzat mad-dawra u huwa mgħolli fuq erba’ saqajn ta’ ljun u minnu joħorġu żewġ ċrieki fuq tliet saqajn kull wieħed biex fihom jitpoġġew l-impulluzzi. Sett impulluzzi antik ieħor flimkien mal-plattin tagħhom huwa wkoll ta’ manifattura Maltija, biss il-marki tal-konslu u tal-arġentier huma mħassra bit-tindif u ma jidhrux sew. L-unika marka li tidher sew hija dik tad-data li turi n-numru 18 f’ċirku li tirrappreżenta s-sena 1874. Il-plattin, ta’ daqs ta’ 18x11cm kien oriġinarjament inċiż biss bin-Nome di Maria inkurunata u b’disa
52
stilel idawruha u mas-saqajn tan-Nome di Maria naraw ukoll il-Labtu tal-Madonna talKarmnu mdendel. Riċentement, żdiedu żewġ armi oħra inċiżi fuq kull ġenb, dik l-oriġinali li juru dik tal-Belt Valletta u l-oħra tal-Bażilika talMadonna tal-Karmnu. Iż-żewġ impulluzzi huma kemxejn żgħar kollha tal-fidda b’disinn pjuttost Barokk dekorat b’weraq sbalzati bl-għotjien fuq ċappetta u huma mmarkati wieħed bl-ittra ‘A’ u l-ieħor bl-ittra ‘V’ kif spjegajna aktar ’l fuq. Ma rridux ninsew li l-lingwa użata f’Malta kif ukoll mill-knisja, apparti mil-Latin kienet dik Taljana, użata għal skopijiet bħal dawn ukoll. Dan is-sett kien aktarx jintuża għal artal ta’ quddiem il-vara fil-ġranet tal-festa.
Żewġ settijiet ta’ impulluzzi u l-plattin tagħhom huma l-istess. Dan it-tip ta’ impulluzzi issibhom f’ħafna knejjes madwar Malta u Għawdex. L-impulluzzi u t-tappijiet tagħhom huma talħġieġ imma mmuntat fuqhom, insibu pjanċi tal-fidda dekorata b’weraq, fjuri u għeneb, imma sett wieħed biss minn dawn l-impulluzzi huwa mmarkat bħala fidda 800 li juri li huma fidda Taljana tal-bidu tas-seklu għoxrin. Ilplattin ta’ dawn iż-żewġ settijiet huwa wkoll immarkat bħala fidda 800 u huma 27x12cm fid-daqs. Hemm ukoll tmien plattini oħra ta’
impulluzzi mmarkati 800 bħal dawn eżatt imma l-impulluzzi huma tal-ħġieġ, biss biddekorazzjoni ta’ fuqhom bil-verre eglomise talfidda. Dawn jintużaw għal fuq l-altari tal-ġenb ta’ dan is-Santwarju fil-jiem tal-festa.
Plattin użat għal sett ta’ impulluzzi ieħor huwa fidda Ingliża li huwa ta’ daqs ta’ 19x10cm. L-impulluzzi li jintużaw miegħu huma wisq probabbli wkoll tal-ħġieġ dekorat minn fost kwantità li għandu s-Santwarju. Il-marki juru li huwa fidda Sterling (925 minn 1000 millims), magħmul Sheffield fis-sena 1926. Il-marka talarġentier ma tidhirx sew. Proprjament, dan il-plattin jidher li oriġinarjament kien Cruet Tray, plattin għaż-żejt u l-ħall għal fuq il-mejda tal-ikel. Xi ħadd jidher li tah lis-Santwarju forsi b’wegħda. Fuqu reċentement ġew inċiżi emblemi Ewkaristiċi u l-armi tal-Bażilika u talBelt Valletta.
Insibu f’dan is-Santwarju żewġ Buġiji. Skont ir-rit Ruman, il-Bugia kienet tintuża waqt iċċelebrazzjoni tal-quddiesa solenni meta jqaddes l-Isqof, l-Arċisqof, Kardinal jew il-Papa, biex ikun hemm id-dawl viċin taċ-ċelebrant. Fil-każ ta’ Malta, l-użu tal-Bugia kien riservat għallIsqof u wara wkoll għall-Arċisqof. Meta jżurna xi Kardinal, il-Bugia kienet tintuża wkoll. Il-Bugia
hija sempliċement gandlier żgħir li għandu manku orizzontali twil minn fejn l-assistent taċ-ċelebrant dinjituż seta’ jidderieġi x-xemgħa mixgħula lejn iċ-ċelebrant biex jaqra jew jagħmel xi ħaġ’oħra waqt il-funzjoni. Ma rridux ninsew, li d-dawl fil-knejjes kif inhu llum ma kienx jeżisti sa ftit aktar minn mitt sena ilu.
L-aktar Bugia antika li nsibu fis-Santwarju għandha bżonn restawr professjonali imma xorta waħda tħallik bla nifs tħares lejha u bl-ebda dubju hija waħda millisbaħ li nsibu fil-gżejjer Maltin. Hija xogħol Malti tal-perjodu talGran Mastru Emmanuel Maria de Rohan (17751797) minħabba li parti sostanzjali tal-marka tal-konslu li turi l-ittra ‘R’ inkurunata b’kuruna magħluqa għadha tidher. Din il-marka tfisser li ntużat fidda safja ta’ 11-il denier minn tnax magħrufa f’dak iż-żmien bħala fidda Rumana (għal Ruma). Hemm marka oħra sfortunatament mhux rikonoxxibbli. Il-manku twil huwa kollu dekorat b’xogħol sbalzat. Fit-tarf insibu l-arma tal-Madonna tal-Karmnu inkurunata b’kuruna miftuħa fuq sfond ta’ arzella bil-ġilji u l-palm fuq il-ġnub. Fuq din l-arma eżatt, xbieha fi skudett ovali imdawwar bir-rand u palm talMadonna żżomm il-Bambin bil-Labtu f’idha. Ilkumplament tal-manku huwa dekorat b’girlandi ta’ weraq, qishom liedna ħerġin minn speċi ta’ żewġ skrollijiet u dekorazzjonijiet oħrajn minn fejn tibda l-plattina sagomata bit-tarf imtarraġ tal-Bugia li tistrieħ fuq tliet saqajn dekorati. Dieħla u ħierġa madwar it-tarf imtarraġ ta’ din il-plattina nsibu girlanda oħra qisha liedna li tibda u tispiċċa minn taħt żewġ armi inkurunati li fihom biss l-ittri ‘P’ u ‘F’ imdawrin b’għadd ta’ fjuri u weraq ieħor. Il-bokkin tax-xemgħa finnofs tal-plattin huwa sempliċi. Ix-xogħol huwa kollu fuq stil Rokoko b’idjoma Maltija kemxejn ristrett. Id-daqs tagħha huwa wkoll sabiħ b’tul ta’ 28cm u l-wesa’ tal-plattina ta’ 9cm.
53
Silver Issue Commemorating 450th Anniversary of the City of Valletta 1566 - 2016
Lombard Bank Malta p.l.c. is issuing a limited edition silver ingot to commemorate the 450th Anniversary of the City of Valletta. The ingot is struck in 999.0 Fine Silver being practically the purest possible level of silver content. Each ingot is individually numbered and the issue is limited to a maximum of 2,000 pieces. As per images below 100 grams 999.0 Fine Silver 35mm x 60mm x 4.53mm Brilliant Uncirculated (Proof-like) 2,000 individually numbered Boxed + Certificate of Authenticity €110.00
NDIAL •
Reverse United Nations Educational, Scientific and Cultural Organization
MO
E
AG
I
N
IT
R
(actual size)
E WORLD H
Obverse
NIO MUN D
•
MO RI
L IA
PA T
Technical details: Design: Weight: Composition: Dimensions: Condition: Issue limit: Packing: Price (VAT included):
E
•
PATRIM
O
City of Valletta inscribed on the World Heritage List in 1980
For online ordering: www.maltacoins.com
Lombard Bank Malta p.l.c.
Head Office: 67 Republic Street Valletta Malta • PO Box 584 Valletta VLT 1000 Malta Tel: +356 25581117 • Fax: +356 25581151 • e-mail: mail@lombardmalta.com • www.lombardmalta.com • SWIFT Code: LBMAMTMT
Licensed to conduct Investment Services Business by the Malta Financial Services Authority • Regulated by the Malta Financial Services Authority & listed on the Malta Stock Exchange
I enclose cheque (payable to Lombard Bank Malta p.l.c.) for the amount of €_________ covering my order as follows: Name & Surname:
ID. No:
Mobile/Tel No:
Address:
Postcode:
E-mail:
Delivered to my address - please add €7.00 per order.
I will collect from the following Lombard branch: Balzan
Sliema (Tower Road)
St. Julians
Qormi (San Bastjan)
Valletta
Victoria Gozo.
Untitled-2 1
Cadena Restaurant 38, merchant Street, Valletta
Mob: 9989 7216
Il-Bugia l-oħra hija wkoll tal-fidda imma oriġinarjament hija ta’ natura domestika u mhux tal-knejjes b’daqs ta’ 16x13cm. Din it-tip ta’ Bugia kienet tintuża l-aktar fil-kmamar tassodda biex persuna tmur minn kamra għal ohra matul illejl meta fid-djar
ma kienx hemm il-luce elettrika. Din il-Bugia li saret lejn l-aħħar tas-seklu dsatax hija xogħol Ġermaniż. Hija magħmula minn werqa kbira li z-zokk tagħha jifforma l-manku u jżomm ukoll il-bokkin tax-xemgħa f’nofs il-werqa. Magħha għandha wkoll snuffer biex titfi x-xemgħa li jżomm b’ganċ mal-bokkin tax-xemgħa.
Xogħol bħal dan u affarijiet oħra tal-fidda millĠermanja kien jimpurtahom arġentier famuż Malti, Francis Meli li ismu sħiħ jidher stampat/ inċiż fuqha. Għandha skrizzjoni żgħira inċiża fuq il-bokkin tax-xemgħa li jgħid hekk: VINCENZA TANTI DONAVIT A.D. 1943
Wisq probabbli, din il-Bugia ingħatat bħala wegħda mis-Sinjura Vincenza Tanti aktarx minħabba xi ħaġa li ġrat matul it-Tieni Gwerra Dinjija (1939-1945).
56
Fil-knejjes waqt il-quddies u funzjonijiet oħrajn, nisimgħu d-daqq ta’ qniepen żgħar. Matul ilquddiesa, waqt il-Konsagrazzjoni u f’Sibt il-Għid fil-Glorja, nisimgħu d-daqq tal-qniepen jew ċimbali kif ukoll waqt il-Barka Sagramentali. Fis-Santwarju tal-Madonna tal-Karmnu tal-Belt Valletta, insibu numru ta’ qniepen tal-fidda.
Par qniepen, waħda kbira u l-oħra iżgħar, huma l-aktar antiki u t-tnejn li huma kienu maħsula biddeheb bit-teknika tal-merkurju. Probabbilment kienu jiffurmaw parti minn sett ikbar peress li hemm differenza fid-daqs. Settijiet ta’ għadd ta’ qniepen simili kienu jintużaw għal Sibt ilGħid fil-Glorja jew waqt xi Barka Sagramentali solenni. Lejn l-aħħar tas-seklu dsatax, dawn it-tip ta’ qniepen ġew mibdula minn ċimbali li huma grupp ta’ bejn tlieta sa ħames sferi talmetall magħqudin flimkien, tant li abbati wieħed setgħa jdoqq b’moviment b’id waħda. Il-qanpiena l-kbira, ta’ piż sabiħ għandha żewġ marki fuqha li biss ma jistgħux jinqraw u hija ta’ 12.5cm tul u b’dijametru ta’ 8cm. Il-qanpiena ż-żgħira għandha tul ta’ 9.5cm u dijametru ta’ 4.5cm. Iż-żewġ qniepen għandhom l-istess disinn talmanku għajr li l-kbira tilfet il-ponta tal-manku u l-istess jista’ jingħad għaż-żaqq tal-qniepen. Fuq il-qanpiena ż-żgħira nsibu din l-iskrizzjoni inċiża: IOSEPH FARRUGIA RECTOR DEDIT 1793
B’hekk nafu li ċertu Joseph Farrugia kien Rettur u li taha din il-qanpiena fis-sena 1793. Imma ta’ xiex kien Rettur dan Joseph Farrugia? Ta’ xi Fratellanza? Nisperaw li b’riċerka f’arkivji tal-fratellanzi ta’ din il-knisja aktar ’l quddiem inkunu nistgħu nwieġbu dawn id-domandi.
Qanpiena oħra, żgħira ta’ 12cm tul b’6cm dijametru hija pjuttost sempliċi u oriġinarjament
għandha kuntest domestiku. Dawn it-tip ta’ qniepen kienu jintużaw fuq il-mejda tal-ikel fi djar sinjorili biex il-kap tal-familja jċemplilhom biex jibda jiġi servut l-ikel jew inkella fil-kmamar tas-sodda biex persuna marida jew sinjura, tgħajjat biha għallgħajnuna/bżonnijiet li kien ikollhom. Għandha skrizzjoni inċiża fuqha li tgħid hekk:
minn ġewwa nsibu din l-iskrizzjoni:
CONTA. CARMELITANA ALESANDRIA D’EGITTO
B’din l-iskrizzjoni nafu li kien hemm konfraternità Karmelitana fl-Eġittu u li din ilqanpiena jew kienet tagħha jew inkella ġiet mogħtija lis-Santwarju Belti minnha. Jista’ jkun li l-membri ta’ din il-konfraternità taw din ilqanpiena wara li spiċċat minn Lixandra għal xi raġuni jew oħra, wisq probabbli matul il-kriżi tal-Kanal tas-Swejż fl-1956.
ADELINA XUEREB DONAVIT A.D. 1932
B’dan nafu li s-Sinjura Adelina Xuereb kienet tat din il-qanpiena fl-1932. Ma nafux però jekk kinitx mogħtija b’sempliċi żelu jew b’wegħda. Din il-qanpiena hija interessanti minħabba li saret Chester, l-Ingilterra u ġġib il-marki tassena 1928 kif ukoll marka oħra li hija magħmula minn fidda Sterling (925) u li saret minn W.V&S li kienu arġentiera li raw il-bidu tagħhom f’Birmingham bl-isem ta’ William Vale and Sons reġistrati fis-sena 1895. Chester kien rinomat għall-kwalità tal-fidda li kien jiċċertifika. L-uffiċċju tal-konslu kien pjuttost żgħir u sfortunatament kien ġie magħluq f’Awwissu tal1962. Il-kwantità ta’ fidda mmarkata minn dan l-uffiċċju qatt ma kienet kbira u għalhekk fidda mmarkata Chester dejjem kienet rari u għadha mfittxija sal-lum mill-kollezzjonisti. Il-Malti emigrant qatt ma nesa art twelidu u wisq aktar it-twemmin tiegħu. Qanpiena żgħira fissantwarju Karmelitan tal-Belt Valletta tixhed dan. B’tul ta’ 11.5cm u b’dijametru ta’ 7cm, din il-qanpiena hija ddekorata bi fjuri żgħar inċiżi. Hija xogħol Malti għax hija mmarkata 917M, tali marka kienet użata f’Malta bejn l-1920 u l-1964. Fuq ix-xoffa
Sett ta’ seba’ qniepen tal-fidda huwa kurjuż mhux ftit. Ma għandhomx marki imma huma kollha fidda u jġibu d-dati permezz ta’ skrizzjonijiet bejn l-1931 u l-1935. L-ikbar qanpiena fiha 14cm tul b’dijametru ta’ 8cm u l-iżgħar qanpiena ta’ dan is-sett fiha 12.5cm tul b’dijametru ta’ 6.3cm u għandhom qisien u toqol differenti kif wkoll in-noti tagħhom. Kollha huma inċiżi b’arma talMadonna tal-Karmnu, biss il-ħamsa tan-nofs għandhom id il-Profeta Elija ħierġa mill-kuruna li ma nsibuhiex fiż-żgħira u l-kbira. L-ikbar qanpiena għandha skrizzjoni kif ġej: CONV. CARM. CIV. VALLETTAE A.D. 1933
Is-sitt qanpiena minbarra l-arma hawn fuq imsemmija, għandha wkoll salib ta’ Malta bejn il-manku u l-qanpiena u inċiża fuqha għandha: A.D. 1935
Il-qanpiena ż-żgħira għandha din l-iskrizzjoni fuqha wkoll:
57
CONV. CARM. CIV. VALLETTAE A.D. 1931 Jidher li dan is-sett, li llum jintuża waħda fuq kull gradenzina tal-artali tal-ġnub, kien bidel sett aktar antik ta’ qniepen tas-seklu tmintax li tkellimna aktar ’l fuq dwaru li minnu baqgħu tnejn biss. Settijiet bħal dawn kif għidna aktar ’l fuq, kienu jintużaw fil-Glorja ta’ Sibt il-Għid u Barki Ewkaristiċi Solenni. Ħajr lil Robert Cassar li tani aktar tagħrif fuq l-użu probabbli ta’ settijiet ta’ qniepen bħal dawn.
Marki ma jidhrux imma hija tal-fidda u tidher li hi xogħol Malti tas-seklu sbatax. Il-kundizzjoni tagħha hija perfetta li turi li ftit li xejn intużat u meta ntużat, dan sar b’diliġenza u jista’ jkun li ntużat biss għall-patrijiet moribondi. Hija kaxxa żgħira ta’ 6x6x10cm fuq erba’ saqajn, nofs boċċa kollha dekorata b’motivi ġeometriċi inċiżi. L-għatu li jiftaħ fuq ċappetta huwa andulat b’dekorazzjonijiet ġeometrici inċiżi wkoll, li jinżamm magħluq permezz ta’ żewġ ganġetti żgħar fuq il-ġnub. Bħala manku tal-għatu nsibu salib ta’ Malta. Meta tinfetaħ insibu reċipjent ċilindriku żgħir b’għatu li jistgħu jinħarġu millkaxxa ewlenija. Fuq tliet naħat tal-kaxxa nsibu din l-iskrizzjoni: F GIO: BATTISTA RVGGIER: 1704
F’kull paroċċa ssib tliet reċipjenti żgħar li fihom ikollhom it-tliet żjut sagri li huma dawk talMagħmudija, tal-Griżma tal-Isqof u tal-Griżma tal-Morda. Minnhom infushom dawn it-tliet reċipjenti juru li knisja hija parroċċa għax ilMagħmudija u l-Griżma tal-Isqof, f’parroċċi biss jistgħu jiġu amministrati. Imma l-Griżma tal-Morda/Moribondi tista’ tingħata minn ċertu knejjes ukoll u l-aħħar oġġett li ser naraw din is-sena hija appuntu r-reċipjent b’forma ta’ kaxxa żgħira li fiha kien ikun jinżamm iż-żejt tal-Griżma tal-Morda jew tal-Estrema Unzione f’din il-knisja li eventwalment saret Santwarju. Fost il-midħla ta’ dan is-Santwarju din il-kaxxa għandha isem – PERPETWA.
58
Min kien dan F. Giovanni Battista Ruggier għad irridu nsibu u għaliex ismu u din id-data nsibuhom inċiżi fuqha. Fuq il-faċċata ta’ din ilkaxxa għandha arma ta’ Isqof ta’ Malta li ma hu ħadd ħlief Fra Davide Cocco Palmieri (1681/41711), li l-arma tiegħu tidher taħt dik tal-Gran Mastru Gregorio Caraffa (1680-1690). B’hekk nafu li din saret bejn is-snin 1684-1690. Issena l-oħra rajna kif dan l-Isqof mill-Kalabria, kien Kappillan Konventwali tal-Ordni, li kien sinjur minnu u li kien joqgħod Malta. Kien l-elemonisiniere tal-Gran Mastru Caraffa u li kien irrinunzja l-kariga ta’ Isqof meta ġie magħżul fl1681 minħabba r-renti kbar li kien ser ikollu, imma fl-aħħar aċċetta u ġie kkonsagrat fl-1684. Rajna li dan is-Santwarju għandu sfera tasSantissimu Sagrament u Pissidi li jġibu l-arma tiegħu. L-Isqof Cocco Palmieri jidher li kien iħobb il-Knisja u l-Patrijiet Karmelitani mhux ftit. Jekk Alla jrid, is-sena d-dieħla, naraw numru ta’ affarijiet li huma simboli ta’ devozzjoni, kollha magħmulin mill-fidda li għandu dan isSantwarju Bażilika tal-Madonna tal-Karmnu filBelt Valletta.
Qaddisin fit-toroq tal-Belt – 3 Patri Victor Paul M. Farrugia O.Carm
Inkomplu din is-sensiela li bdejna sentejn ilu fejn nagħtu ħarsa lejn il-ħajja ta’ dawn il-qaddisin li l-istatwi tagħhom jintramaw fit-toroq tal-Belt Valletta fil-ġranet tal-Festa tal-Madonna talKarmnu.
ħafna f’missierha, li kien bniedem għaref u reliġjuż ħafna, kemm-il darba tistqarr li kienet grata lejn missierha għal dak li għallimha, aktar milli għax iġġeneraha fiżikament.
Santa Tereża Margherita ta’ Ġesù Redi Fil-Vġili tal-Festa tal-Madonna tal-Karmnu, jiġifieri fil-15 ta’ Lulju tas-sena 1747, f’Arezzo, fil-familja nobbli Redi, twieldet Anna Maria, ittieni minn tlettax-il wild. Hija ġiet mgħammda l-għada, mill-Kanonku Ġwann Battista, li kien ħu missierha, u l-parrinu tagħha kien ilKardinal Enriku Enriquez. Kienet tfajla sabiħa b’għajnejha blu ċari, xagħarha dehbieni. Missierha Injazju u ommha Camille, kienu ġejjin mill-istrati ta’ isfel tan-nobbiltà Toskana. Hija trabbiet f’ambjent familjari profondament nisrani, spiss kienet issaqsi lill-ġenituri tagħha u lil zijitha biex ikellmuha fuq Ġesù u xi trid tagħmel biex togħġbu. Imbagħad kienet tħobb tirtira f’kamritha biex titlob u tammira s-santi li kellha. Meta kellha disa’ snin, hija ntbagħet Firenze ma’ oħtha Eleonora Caterina, fl-Edukandat tal-Benedittini ta’ Santa Apollonia, għallformazzjoni nisranija kif ukoll umana, fejn għaddiet l-adoloxxenza tagħha ferħana u serena. F’Jum l-Assunta tas-sena 1757, hija rċeviet l-Ewwel Tqarbina. Ta’ min jinnota li kienet tafda
Statwa ta’ Santa Tereża Margerita ta’ Ġesù Redi li tintrama fil-Belt fil-ġranet tal-festa
59
Wara li qrat il-ħajja ta’ Santa Margerita Maria Alacoque, twieldet fiha devozzjoni kbira lejn ilQalb ta’ Ġesù, imħabba intimà għal Kristu. Wara li mbuttata b’mod misterjuż minn Santa Tereża ta’ Ġesù, u fuq l-eżempju tal-ħabiba tagħha Cecilia Albergotti, meta kellha 17-il sena għarfet ilvokazzjoni biex tidħol fil-Karmelu. Ġiet milqugħa fil-Monasteru ta’ Santa Maria tal-Anġli ta’ Firenze fl-1 ta’ Settembru 1764, imma d-distakk familjari ġegħelha tbati ħafna. Fil-Monasteru ħadet l-isem ta’ Swor Tereża Margherita, b’rispett lejn ilPrinċipessa Katerina Farnese, li seklu qabel kienet daħlet fil-Karmelu ta’ Parma, u ħadet l-istess isem, u mietet b’fama ta’ qdusija. Fit-12 ta’ Marzu 1766, għamlet il-Professjoni Reliġjuża u saret Swor Tereża Margherita tal-Qalb ta’ Ġesù. Kienet tgħix ħajjitha b’mod intens fl-ispirtu tarRegula, kienet tħobb ħafna t-talb mentali, anke fis-sigħat tal-lejl. Dejjem kellha dik it-tbissima fuq wiċċha. Għexet l-Ispiritwalità Karmelitana b’devozzjoni profonda lejn il-Qalb ta’ Ġesù, għajn ta’ ħajja u ta’ mħabba. Bis-saħħa tax-xhieda ta’ missierha, kif ukoll tad-Direttur Spiritwali tagħha P. Ildefonso ta’ San Lwiġi, nafu l-mixja tagħha ta’ qdusija. Meta kienet għadha professa żagħżugħa, tnisslet fiha x-xewqa profonda li ssir taf il-ħajja moħbija ta’ Ġesù. Għalhekk P. Ildefondo ta biex timmedita silta mill-Ittra ta’ San Pawl lil Kolossin li tgħid: Għax intom mittu, imma ħajjitkom hi moħbija flimkien ma’ Kristu f’Alla. (Kol:3:3). L-iskop ta’ ħajjitha sar li titfi l-għatx ta’ Alla f’ħajjitha billi timita lil Kristu. Minn hawn twieldet l-espressjoni tagħha: It-twajjeb Ġesù huwa indispensabbli, mgħallem, mudell u strument biex wieħed jifhem u jidħol fil-Misteru Divin. Il-Kontemplazzjoni tagħha kienet waħda Trinitarja: L-Ispirtu s-Santu kien l-għajn u Kristu t-triq biex tasal għand il-Missier. Għall-imħabba ta’ Ġesù, fl-Att tal-Professjoni, irrinunzjat għal dak li kellha l-aktar għal qalbha, l-epistolarju li kellha ma’ missierha, xejn ma kienet xi faċli, imma wegħdu lil xulxin li kull filgħaxija, qabel ilmistrieħ isibu lil xulxin fil-Qalb ta’ Ġesù.
Waqt li kienet fil-kor għat-Terza (it-talb tad-9 a.m.), il-Ħadd 28 ta’ Ġunju 1767, semgħet illezzjoni l-qasira mill-Ewwel Ittra ta’ San Ġwann, li fiha kien hemm dawn il-kelmiet: Deus caritas est: et qui manet in caritate, in Deo manet (Alla hu mħabba, u min jgħammar fl-imħabba jgħammar f’Alla) (4, 16). Ġiet milquta minn sentiment
60
soprannaturali li baqgħet tħoss l-effett tiegħu għal diversi jiem. Tat qalbha lil Kristu, u offriet lilha nnifisha biex tkun ikkunsmata millimħabba tiegħu. Kienet waslet fl-aħħar tarġa fejn saret Tempju ta’ Alla Ħaj. Dan kollu għamlitu b’umiltà kbira, bix-xewqa li tittrasmetti dan id-don mistiku lil ħutha fil-Monasteru. Talbet permess lill-konfessur biex tagħmel l-istess offerta li kienet għamlet Santa Margerita Maria Alacoque: dik li tpoġġi r-rieda tagħha fil-Pjaga tal-Kustat ta’ Kristu u tidħol f’Qalbu. Kienet tħossha ċkejkna u l-inkwiet tagħha kien li ma kinetx qed tħobb biżżejjed.
L-imħabba tagħha lejn Alla kkonkretizzat ruħha fil-mansjoni tal-għajnuna lill-infermiera talmonasteru, li eżerċitat b’ċaħda tagħha nnifisha straordinarja, b’mod partikolari lejn soru li minħabba problemi psikiċi kienet saret vjolenti. L-imħabba u l-karità tagħha kienu mingħajr daqq tat-trombi imma mgħixha b’mod erojku. F’dak il-perjodu s-sorijiet anzjani u morda kienu ħafna. L-istess komunità kienet saret ilmortifikazzjoni tagħha, fil-fatt f’wieħed millkapitli Swor Tereża Margherita ġiet imċanfra minħabba x-xogħol eċċessiv fl-infermeria, għax kien hemm l-impressjoni li b’hekk kienet qed tittraskura l-ħajja kontemplattiva.
Ftit huma l-kitbiet li nippossiedu ta’ Santa Tereża Margherita: ftit ittri, numru ta’ biljetti li kienet tħobb tagħti lil ħutha s-sorijiet b’xi ħsibijiet jew massimi miktuba fuqhom, l-intenzjonijiet għall-irtir tal-1768 u xi ħsibijiet oħra. Id-devozzjoni mħeġġa tagħha wasslitha biex ikollha esperjenza mistika għolja, xhieda ta’ dak li t-talb jista’ jagħmel fir-ruħ. Minkejja li ma tantx kellha għarfien teoloġiku kienet attenta biex tifhem l-Iskrittura, mifhuma bħala don tal-Ispirtu. Kellha wkoll għal qalbha l-qari talkitbiet tal-Omm Spiritwali tagħha, Santa Tereża ta’ Ġesù u l-istedina tagħha biex wieħed jagħmel post għal Alla bis-skiet interjuri, u kellha wkoll imħabba mħeġġa għall-Ewkaristija. Għall-ewwel darba ċċelebrat fil-komunità tagħha l-Festa talQalb ta’ Ġesù, attenta għal kull dettall biex tkun iċċelebrata bl-aktar mod solenni. F’dan kellha l-appoġġ ta’ missierha u ta’ zijuha, il-Ġiżwita Diego Redi. Kien iż-żmien meta twieldet din id-devozzjoni, mhux dejjem milqugħa tajjeb minħabba l-influwenza ġiansenistà.
L-Urna ta’ Santa Tereża Margherita ta’ Ġesù Redi
Tmintax-il siegħa ta’ tbatija atroċi minħabba peritonite kienu dawk li wassluha biex tiltaqa’ mal-Għarus Divin tagħha, li tant ħabbet u xtaqet. Anke f’dan il-mument, ftit sigħat qabel mietet, insiet lilha nnifisha, u kompliet tinkwieta ruħha fuq ħutha s-sorijiet morda. Mietet fl-età ta’ 22 sena fis-7 ta’ Marzu 1770. Wara mewtha ġisimha bera jarmi riħa tfuħ u sal-lum għadu kkonservat inkorrott fil-Monasteru Karmelitan Skalz ta’ Firenze, (li qabel kienet il-Villa tal-Familja Redi). Ġiet ibbeatifikata mill-Papa Piju XI fid-9 ta’ Ġunju 1929 u kkanonizzata mill-istess Papa. Fid-19 ta’ Marzu 1934 waqt li sejħilha borra ferventi. Dan il-Papa qal hekk dwarha: Dawn huma l-erwieħ l-aktar safja u kbar li jeżistu filKnisja, li fit-tbatija, fl-imħabba, fit-talb joffru lil kulħadd l-għajnuna meħtieġa bl-appostolat fisskiet. Santa Tereża tal‑Bambin Ġesù tal‑Wiċċ Imqaddes Tereża Martin twieldet f’Alençon, villaġġ ċkejken fin-Normandija, fi Franza fit-2 ta’ Jannar 1873. Ġiet mgħammda jumejn wara fil-Knisja ta’ Notre-Dame tal-istess villaġġ u ngħatat l-ismijiet ta’ Marie Françoise-Thérèse. Il-ġenituri tagħha kienu l-arluġġar Louis Martin u Zélie Guérin, li kienet taħdem il-bizzilla, l-aktar il-Punt ta’ Alençon. Kienet l-iżgħar fost tmien ulied li erba’ minnhom mietu f’età tenera. Kienet familja tattajjeb (mill-borgeżija), magħġuna f’fidi nisranija profonda, li għenithom jgħixu fil-preżenza ta’ Alla f’kull ċirkustanza tal-ħajja. Ta’ erba’ snin Tereża titlef lil ommha fit-28 ta’ Awwissu 1877, li mietet fl-età ta’ 46 sena minħabba tumur f’sidirha. Lejn l-aħħar tassena 1879, hija tersaq għall-ewwel darba għas-
Statwa ta’ Santa Tereża tal-Bambin Ġesù tal-Wiċċ Imqaddes li tintrama fil-Belt fil-ġranet tal-festa
Sagrament tar-Rikonċiljazzjoni. Meta kellha disa’ snin oħtha Pauline li wara l-mewt ta’ ommha għażlitha bħala t-“tieni omm tagħha”, tidħol fil-Karmelu ta’ Lisieux, Tereża ħassitha mmens tant li ftit wara mardet b’marda misterjuża li fieqet minnha f’jum il-Pentecoste tal-1883 blinterċessjoni tal-Verġni Marija tal-Vittorji u wara li rat l-istatwa tal-Verġni Marija li kellha fil-kamra fejn kienet titbissmilha. Ħadet l-edukazzjoni tagħha għand is-sorijiet Benedittini ta’ Lisieux, u rċeviet l-Ewwel Tqarbina fit-8 ta’ Mejju
L-Urna ta’ Santa Tereża meqjuma f’Birkirkara
61
1884, wara tħejjija intensa, inkurunata minn esperjenza singulari tal-grazzja tal-unjoni intima ma’ Kristu. Ftit ġimgħat wara, fl-14 ta’ Ġunju, rċeviet is-Sagrament tal-Griżma tal-Isqof, b’għarfien ħaj ta’ dak li jfisser id-don tal-Ispirtu s-Santu fil-parteċipazzjoni personali tal-grazzja tal-Pentecoste.
F’Ottubru tal-1886, oħtha l-kbira Marie wkoll ħaddnet il-ħajja klawstrali fil-Monasteru ta’ Lisieux, u dan kompla jqajjem fiha x-xewqa li bħal ħutha tħaddan il-ħajja kontemplattiva, iżda dan kienet għadha ma tistax tagħmlu minħabba l-età żgħira tagħha. Waqt pellegrinaġġ fl-Italja, wara li żaret id-Dar ta’ Loreto u diversi postijiet fil-Belt Eterna, waqt Udjenza li l-Papa Ljun XIII ta lill-fidli mid-Djoċesi ta’ Lisieux, fl-20 ta’ Novembru 1887, b’ħeġġa hija talbitu l-permess biex tidħol fil-Karmelu fl-età ta’ 15-il sena. Fid-9 ta’ April 1888, hija daħlet fil-Karmelu ta’ Lisieux fejn fl-10 ta’ Jannar tas-sena ta’ wara hija rċeviet il-libsa tal-Ordni ta’ Marija u għamlet ilProfessjoni Reliġjuża fit-8 ta’ Settembru 1890, Festa tat-Twelid tal-Verġni Marija. Fil-Karmelu hija bdiet it-Triq tal-Perfezzjoni, fuq il-passi tal-Omm Fundatriċi, Tereża ta’ Ġesù, b’fervur awtentiku u b’fedeltà kbira, fil-qadi tad-diversi uffiċċju fdat f’idejha mill-komunità. Imdawla mill-Kelma ta’ Alla, ippruvata b’mod partikulari minħabba l-marda tal-maħbub missierha, Louis Martin, li miet fid-29 ta’ Lulju 1894, mxiet lejn il-qdusija, ispirata mill-qari tal-Vanġelu, b’insistenza fuq iċ-ċentralità talimħabba. Fil-Manuskritti Awtobijografiċi tagħha Tereża ma ħallietx biss it-tifkira tat-tfulija u
L-Urna ta’ Santa Tereża meqjuma f’Lisieux
62
tal-adoloxxenza tagħha, imma wkoll ritratt ta’ ruħha u l-esperjenzi l-aktar intimi tagħha. Skopriet it-Triq iċ-ċkejkna tat-Tfulija Spiritwali, li għaddietha lin-novizzi afdati f’idejha; u rċeviet bħala don speċjali l-akkumpanjament bis-sagrifiċċju u bit-talb żewġ aħwa missjunarji. F’ħajjitha kompliet tidħol dejjem aktar fil-fond tal-Misteru tal-Knisja, u miġbuda mill-imħabba ta’ Kristu, ħasset tikber fiha l-vokazzjoni appostolika u missjunarja li mbuttatha biex tiġbed lil kulħadd warajha biex tiltaqa’ malGħarus Divin. Fid-9 ta’ Ġunju 1895, Festa tat-Trinità Qaddisa, offriet lilha nnifisha bħala Vittma lill-Imħabba kollha ħniena ta’ Alla. Fl-istess żmien fasslet l-Ewwel Manuskritt Awtobijografiku, li tatu lil Madre Agnese ta’ Ġesù, fil-21 ta’ Jannar 1896, festa tal-Qaddisa Patruna tagħha. Ftit tax-xhur wara, fit-3 ta’ April, fil-lejla ta’ bejn il-Ħamis u l-Ġimgħa, jkollha l-ewwel manifestazzjoni tal-marda li twassalha għallmewt u li hi laqgħet bħala ż-żjara misterjuża tal-Għarus Divin. Fl-istess waqt hija tidħol filprova tal-fidi, li ddum sa mewtha, u li tagħha tagħti xhieda qawwija f’kitbietha. Fix-xahar ta’ Settembru tal-1896 tlesti l-Manuskritt B, li fih wieħed jista’ jilmaħ stampa ċara u mill-isbaħ tal-maturità sħiħa tal-Qaddisa, speċjalment fl-iskoperta tal-vokazzjoni tagħha fil-qalb talKnisja, wara li taqra l-Ittra ta’ San Pawli lillKorintin Kapitli 12 u 13.
Filwaqt li saħħitha kompliet sejra lura u ssukktat ukoll il-prova tal-fidi, fix-Xahar ta’ Ġunju 1897 bdiet il-Manuskritt Ċ, ddedikat lil Madre Maria Gonzaga. Grazzji ġodda jwassalha għal perfezzjoni aktar għolja u hija tiskopri dwal ġodda dwar l-estensjoni tal-messaġġ tagħha fil-Knisja b’risq dawk l-erwieħ li jimxu fit-triq proposta minnha. Fit-8 ta’ Lulju 1897 ġiet meħuda fl-infermerija, filwaqt li ħutha u diversi sorijiet oħra bdew jiġbru bil-miktub kliemha, waqt li t-tbatijiet u l-provi, mgħixa b’sabar kbir, bdew jiżdiedu sakemm laħqu l-qofol tagħhom fil-mewt, li ġrat fis-7.20 ta’ filgħaxija tat-30 ta’ Settembru 1897. F’waħda mill-ittri lil ħuha spiritwali, l-missjunarju Don Bellier, kienet kitbitlu: jiena mhux se mmut, imma nidħol filħajja. L-aħħar kelmiet tagħha kienu: Ah…Jien
Inħobbu!…Alla Tiegħi…Jien Inħobbok!…, is-siġill tal-eżistenza tagħha, li fl-età ta’ 24 sena, tintefa’ għal din id-dinja, biex skont ix-xewqa tagħha tidħol f’fażi ġdida ta’ preżenza appostolika biex tgħin lill-erwieħ, fix-xirka tal-Qaddisin, u titfa’ xita ta’ ward mis-sema fuq id-dinja. Sena millmewt tagħha ġew ippublikati t-tliet Manuskritti msejħa Storja ta’ Ruħ.
Il-Papa San Piju X sejħilha l-akbar Qaddisa taż-Żminijiet Moderni, u fetaħ il-Proċess talBeatifikazzjoni u l-Kanonizzazzjoni fl-10 ta’ Ġunju 1914. Il-Papa Benedittu XV rrikonxxa l-Virtuijiet Erojiċi tagħha u ddikjaraha Venerabbli fl-14 ta’ Awwissu 1921. Il-Papa Piju XI ibbeatifikha fid-29 ta’ April 1923, u ħames snin wara fis-17 ta’ Mejju 1928 ikkanonizzaha, 28 sena wara mewtha, u sejħilha l-Kewkba talPontifikat tiegħi. Kien l-istess Papa Piju XI li fl-14 ta’ Diċembru 1927, iddikjaraha Patruna Universali talMissjonijiet flimkien ma’ San Franġisk Saverju. Id-Duttrina tagħha u l-eżempju tagħha ta’ qdusija għadhom milqugħa sal-lum mill-fidili b’entużjażmu, anke minn dawk li huma Kattoliċi u lanqas insara.
L-Urna Pellegrina ta’ Santa Tereżina
Fl-okkażjoni tal-Ewwel Ċentinarju mill-mewt tagħha, kienu ħafna l-Konferenzi Episkopali li talbu lil Papa biex tkun iddikjarata Duttur talKnisja, minħabba l-għaref spiritwali profond tagħha, ispirat mill-Vanġelu, l-oriġinalità talintuwizzjonijiet teoliġiċi, li fihom tiddi d-duttrina tagħha, għall-universalità tal-messaġġ spiritwali tagħha, milqugħ mid-dinja kollha u mxerred bittraduzzjoni tal-opri tagħha f’aktar minn ħamsin lingwa. Il-Papa laqa’ din it-talba u wara li ġiet studjata, fl-24 ta’ Awwissu 1997, fil-mument tat-talba tal-Angelus, fil-preżenza ta’ ħafna isqfijiet u folla enormi ta’ żgħażagħ mid-dinja kollha preżenti għat-XII-il Jum Dinji taż-Żgħażagħ f’Pariġi, San Ġwanni Pawlu II ħabbar li kien se jiddikjaraha Duttur tal-Knisja. Dan ġara filĠurnata Missjunarja, fid-19 ta’ Ottubru 1997, hija saret it-tielet mara Duttur tal-Knisja wara Santa Tereża ta’ Ġesù u Santa Katerina ta’ Siena, u t-33 u l-iżgħar Duttur fl-Istorja tal-Knisja.
Sa mill-1994 ir-Relikwiji tagħha bdew Pellegrinaġġ intenazzjonali f’urna magħmula apposta. Dawn l-istess Relikwiji żaru Malta fl-2003.
Fid-19 ta’ Ottubru 2008, f’Lisieux ġew ibbeatifikati ommha u missierha Louis u Zélie Martin, f’għeluq il-150 sena miż-żwieġ tagħhom. Imbagħad ġew ikkanonizzati fi Pjazza San Pietru mill-Papa Franġisku fit-18 ta’ Ottubru 2015, kienu l-ewwel Koppja li ġew ikkanonizzati. Fit-2 ta’ Lulju 2015, ġie miftuħ il-Proċess Djoċesan għallBeatifikazzjoni u l-Kanonizzazzjoni ta’ oħtha Léonie, l-unika waħda minn ħutha li ma ħaddnitx il-Ħajja Karmelitana imma saret Soru Viżitandiża. F’Malta nsibu Santwarju ddedikat lilha mmexxi mill-Patrijiet Karmelitani Skalzi, f’Birkirkara, li fih nsibu urna bi xbieha tagħha li fiha wkoll xi Relikwiji tal-Qaddisa.
63
San Ġużepp: 150 Sena Patrun tal-Knisja Universali Andrew Borg
Papa Piju IX Jekk Alla jrid is-sena d-dieħla se nkunu qed infakkru anniversarju kbir f’ġieħ Il-protagonista ta’ dak li se nitkellmu San Ġużepp, il-qaddis li hu tant dwaru hawnhekk huwa Papa Piju IX, maħbub mill-Karmelitani ta’ rieda il-Papa li pproklama lil San Ġużepp tajba. Fil-fatt, fit-8 ta’ Diċembru bħala patrun tal-Knisja universali. 2020 jaħbat eżattament ilTwieled bħala Giovanni Maria 150 sena minn meta Papa Mastai-Ferretti nhar it-13 ta’ Mejju Piju IX ipproklama lil dan il1792, u mexxa l-Knisja Kattolika qaddis bħala patrun tal-Knisja Rumana bejn is-16 ta’ Ġunju 1846 universali. Importanti li nifhmu u l-ġurnata tal-mewt tiegħu nhar li dan il-Papa pproklamah u is-7 ta’ Frar 1878. Dan ifisser li dam mhux għamlu patrun tal-Knisja, iservi minn fuq is-Sedja Petrina għal għax fil-verità San Ġużepp ilu aktar minn 31 sena. Jibqa’ magħruf patrun u protettur ta’ din il-Knisja għal tliet avvenimenti kbar ewlenin: sa mill-bidu tagħha, meta Sidna Ġesù (1) id-definizzjoni dwar il-konċepiment Kristu kien għadu qed jifforma immakulat tal-Verġni Mbierka Il‑logo li l‑Arċikonfraternità ta’ bħala bniedem fil-ġuf tal-Verġni fit-8 ta’ Diċembru 1854; ilSan Ġużepp qed tuża għal din Mbierka. Imma l-Knisja nnifisha ħruġ tal-enċiklika Quanta Cura is‑sena speċjali damet ma rrikonoxxiet illi kienet tinkludi s-Sillabu talkobor ta’ dan il-qaddis protettur tagħha għal Erruri u l-Ewwel Konċilju Vatikan (1869-1870) raġunijiet li se naraw ’il quddiem f’dan l-artiklu. li matulu kienet iddikjarata l-infallibiltà talMinkejja dan, meta wasal iż-żmien propizju, kif Papa. Iżda jibqa’ magħruf ukoll għax proprju kienu ħabbru bosta studjużi devoti ta’ dan il- matul dan il-Konċilju, li kellu jintemm qasir ilqaddis tant sekli qabel, il-kult Ġużeppin sploda għomor, il-Knisja ġarrbet telfiet kbar f’dawk li u nfirex mad-dinja kollha. Interessanti naraw kienu meqjusa bħala l-istati papali. It-taqbid li kif dan il-kult infirex minn isfel għal fuq, jiġifieri kien ilu sejjer tul il-ħamsinijiet u s-sittinijiet tasbeda mill-fidili Nsara u ftit ftit tela’ ’l fuq fl- seklu 19 beda jissarraf f’kisba wara l-oħra għaniskali ekkleżjastiċi sa ma sab ir-rikonoxximent Nazzjonalisti Taljani, sakemm fl-1870 spiċċaw mistħoqq mill-ogħla awtoritajiet tal-Knisja. għalkollox l-istati papali. Madanakollu, Papa Piju IX irrifjuta li jabbanduna l-Vatikan u ddikjara lilu nnifsu “Priġunier fil-Vatikan.”
64
Il-Papa li ddikjara li Marija Omm Alla kienet Immakulata, imnissla mingħajr ebda ħjiel ta’ dnub, u li tant irsista biex titkattar u tinfirex id-devozzjoni lejn il-Qalb Imqaddsa ta’ Ġesù, huwa l-istess Papa li tant wera devozzjoni lejn il-kustodju ta’ dawn it-tnejn, jiġifieri lejn San Ġużepp, tant, li proprju fil-mument meta l-Knisja kienet għaddejja mill-agħar żminijiet tagħha, huwa dar lejh biex jikseb il-protezzjoni meħtieġa għaliha. Iżda qabel niffukaw fuq dak li għamel għal San Ġużepp dan il-Papa, importanti li nifhmu f’liema stat kienet id-devozzjoni Ġużeppina sa żmienu. Qabel Papa Piju IX Mill-ktieb tal-Josefologa Patrizia Innocenza Miceli2 niksbu dan it-tagħrif:
Il‑Beatu Papa Piju IX li pproklama lil San Ġużepp bħala Patrun tal‑Knisja Universali
Kif jgħidilna l-Vatikanologu Anthony Spiteri, filwaqt li “mil-lat politiku, il-pontifikat ta’ Piju IX, l-itwal fl-istorja tal-papat, kien jidher diżastru, iżda mil-lat ekkleżjastiku, kien mimli riżultati pożittivi.”1 Fost affarijiet oħra l-istudjuż isemmi t-twaqqif ta’ bosta djoċesijiet ġodda u vigarjati appostoliċi fl-Amerika u fil-kolonji Ingliżi; irrestawra l-patrijarkat f’Ġerusalemm; ikkonkluda b’suċċess għadd ta’ konkordati ma’ stati kbar bħar-Russja, Spanja, l-Awstrija u l-Amerika Latina. Minbarra li kkanonizza ħafna qaddisin, b’kuntrast mal-papiet ta’ qablu, huwa kkonsagra lid-dinja kollha lill-Qalb Imqaddsa ta’ Ġesù fl-1875, barra milli kien estenda l-festa f’ġieħ din il-Qalb Imqaddsa mad-dinja kollha.
Wara mewtu fl-1878, Papa Piju X fetaħ ilproċess ta’ kanonizzazzjoni tiegħu fil-11 ta’ Frar 1907, proċess li sab ħafna xkiel u qala’ bosta polemiċi fi żmien papiet oħra. Iżda Papa Piju XII reġa’ fetaħ dan il-proċess u Papa Ġwanni Pawlu II ipproklamah Venerabbli fis-6 ta’ Lulju 1985. Kien ibbeatifikat fit-3 ta’ Settembru tas-sena 2000 u ngħata s-7 ta’ Frar bħala l-jum tal-festa liturġika tiegħu.
“Il-festa ta’ San Ġużepp, iċċelebrata fil-ġranet li jippreċedu l-festa tal-Annunzjazzjoni sa mill-1030 fl-Ordni Benedettin, kienet ippropagata fis-seklu erbatax fi ħdan l-Ordni Mendikanti tas-Servi ta’ Marija (mill-1324) u f’dak Franġiskan (mill-1399). Sa mis-seklu ħmistax insibu lil Papa Sistu IV (1471-1484) jattribwixxi importanza kbira lill-festa ta’ San Ġużepp: fl-1479 tiġi mdaħħla fil-Missall Ruman u fil-Brevjar Ruman bħala festa b’rit sempliċi, filwaqt li tliet snin wara din togħla għal festa b’rit doppju (jiġifieri festa li tinkludi ċ-ċelebrazzjoni tal-ewwel għasar lejlet ilfesta). Mis-seklu sbatax iċ-ċelebrazzjoni tkompli tiġi elevata, l-ewwel għal festa obbligatorja permezz tal-Papa Gregorju XV (fl-1621), imbagħad għal festa b’rit doppju tat-tieni klassi permezz tal-Papa Klement X, filwaqt li l-Papa Klement XI ifformula uffiċċju tat-talb ġdid għal din il-festa u jżejjinha wkoll b’liturġija proprja tagħha. Papa Benedittu XIII, imbagħad, fl-1726 idaħħal isem San Ġużepp fil-Litanija tal-Qaddisin.”
Iżda l-ikbar kontribut papali f’dan is-sens jagħmlu Papa Piju IX, il-Papa li qed nitkellmu dwaru hawnhekk fir-rigward tal-proklamazzjoni ta’ San Ġużepp bħala patrun tal-Knisja universali. Iżda qabel ma nidħlu fil-fond dwar din il-proklamazzjoni tajjeb li naraw x’għamel u x’qal iżjed il-Papa msemmi fil-konfront ta’ dan il-qaddis kbir.
65
Old Theatre Street, Valletta
Tel: 2122 8144
KG STORE
Where you will find religious statues from Spain, assorted nativity groups in resin, artisist’s materials, reproduction art prints religious and assorted subjects 56A Santa Lucia Street, Valletta Tel: 21318643  Mob: 79448264 Email: pam.sunrock@gmail.com Opening Hours Mornings only Monday to Saturday
RESTAURANT
PA RT Y A N D C E R E M O N Y
Papa Piju IX u San Ġużepp Papa Piju IX kien magħruf bħala l-Papa talMadonna, iżda aħna nistgħu nsejħulu wkoll il-Papa ta’ San Ġużepp, anke jekk biss għax iddedika erba’ dokumenti importanti għal dan ir-raġel ta’ Marija. Dawn huma:3 (1) iddigriet tal-Kongregazzjoni Sagra tar-Riti: Inclytus Patriarcha Joseph ippubblikat fl-10 ta’ Settembru 1847 fejn l-imsemmi Papa diġà jirrikonoxxi l-festa ta’ San Ġużepp patrun talKnisja universali u fejn fl-istess dokument jissintentizza l-essenza tat-teoloġija Ġużeppina; (2) l-allokuzzjoni Maxima quidem tad-9 ta’ Ġunju 1862 fejn jinvoka għall-ewwel darba lil San Ġużepp qabel San Pietru u San Pawl; digriet ieħor tal-Kongregazzjoni Sagra tarRiti Quemadmodum Deus tat-8 ta’ Diċembru, fejn Papa Piju IX ipproklama lil dan il-qaddis ta’ Nazaret bħala patrun tal-Knisja universali (l-anniversarju tas-sena d-dieħla) u fl-aħħar nett id-digriet Invlytum Patriarcham tas-7 ta’ Lulju 1871, li fih l-istess Papa jattribwixxi lil San Ġużepp kult superjuri għal kull qaddis ieħor u flistess ħin jipproponi wkoll teoloġija Ġużeppina iktar profonda. F’dawn l-erba’ dokumenti l-Papa jkompli jibni l-Josefoloġija ġa stabbilita li kienet tinkludi x-xebh bejn Ġużeppi (mibjugħ minn ħutu) tat-Testment il-Qadim u dak ta’ Nazaret; ilparteċipazzjoni tar-raġel ta’ Marija fil-misteru tal-Inkarnazzjoni; id-dinjità vera u proprja tiegħu, u l-patronċinju tiegħu fir-rigward talKnisja, ipproklamat fi żmien meta l-istess Knisja kienet l-aktar fil-bżonn.
Iżda barra minn dawn kien hemm kitbiet oħra tal-istess Papa li wrew kemm huwa kien devot ta’ San Ġużepp, bħalma kien ta’ Marija. Fil-fatt, qabel seħħet l-imsemmija proklamazzjoni nsibu lil dan il-Papa jafda lill-Knisja jew xi missjonijiet tagħha f’idejn dan il-qaddis. F’allokuzzjoni oħra minn tiegħu Papa Piju IX saħansitra jistqarr li “huwa (San Ġużepp) għad isalvana.”4
Barra minn dawn il-kitbiet ewlenin u l-oħrajn minuri li semmejna hemm diversi atti oħra li wettaq dan il-Papa li juru l-affinità li kellu ma’ dan il-qaddis tagħna. Pereżempju nsibuh jattribwixxi indulġenzi u privileġġi għal dawk li jwettqu eżerċizzji piji u devoti f’ġieħ dan il-
68
qaddis – bħas-Seba’ Duluri u s-Seba’ Ferħat ta’ San Ġużepp għall-bżonnijiet tal-morda (23 ta’ Settembru 1846); is-sebat Iħdud f’ġieħ id-Duluri u l-ferħa ta’ San Ġużepp (22 ta’ Marzu 1847); il-konsagrazzjoni lil San Ġużepp (17 ta’ Mejju 1859), ix-xahar iddedikat lil San Ġużepp (14 ta’ Ġunju 1860); it-tberik tal-kordun u ċ-ċinglu ta’ San Ġużepp (19 ta’ Settembru 1859) u tant oħrajn li jkompli jsemmi Patri Tarcisio Stramare, Josefologu ieħor kbir.5 L-istess Papa jattribwixxi indulġenzi u privileġġi oħra lill-assoċjazzjonijiet Ġużeppini, bħal pereżempju l-Assoċjazzjoni talKult Perpetwu ta’ San Ġużepp (20 ta’ Jannar 1856 u 5 ta’ Lulju 1861), il-Konfraternità ta’ Pariġi (18 t’Awwissu 1863), l-Assoċjazzjoni Kattolika talartiġjani u l-ħaddiema tal-karità reċiproka (5 ta’ Settembru 1871) u l-Konfraternità ta’ San Ġużepp ta’ Angers (6 ta’ Settembru 1861). Din tal-aħħar kienet għamlet petizzjoni u ġabret ’il fuq minn 200,000 firma biex tħeġġeġ lill-Papa jipproklama lil San Ġużepp bħala patrun tal-Knisja universali.6
Fi żmien il-pontifikat tal-Papa Piju IX kienu approvati diversi istituti reliġjużi Ġużeppini, kemm għan-nisa kif ukoll għall-irġiel. Insemmu xi wħud: l-Istitut tas-Sorijiet ta’ San Ġużepp ta’ Cluny fi ħdan id-djoċesi ta’ Autun (8 ta’ Frar 1854), l-Istitut tal-Apparizzjoni ta’ San Ġużepp fid-djoċesi ta’ Albi fi Franza (30 ta’ Marzu 1862) – dawn għandhom żewġ skejjel anke f’Malta, magħrufa bħala tas-St Joseph. Insemmu wkoll ilKongregazzjoni ta’ San Ġużepp ta’ Chambery (2 ta’ Ottubru 1857), is-sorijiet ta’ San Ġużepp ta’ Bordeaux (22 ta’ Lulju 1870) u s-sorijiet ta’ San Ġużepp ta’ San Vallier il-Kanada (13 ta’ Awwissu 1875). Fost dawk tal-irġiel imbagħad insibu s-Soċjetà Missjunarja ta’ San Ġużepp fil-Messiku mwaqqfa minn J. M. Viaseca, il-Kongregazzjoni ta’ San Ġużepp imwaqqfa minn Leonardo Murialdo fl-1873 u l-Oblati ta’ San Ġużepp talVenerabbli Giuseppe Marello.7 Ma’ dawn irridu nżidu l-ħafna talbiet li rċieva l-istess Papa minn djoċesijiet li xtaqu li jkollhom lil San Ġużepp bħala l-patrun rikonoxxut tagħhom.8 Ma nistgħux ma nsemmux ukoll li fi żmien ilpontifikat tal-Papa Piju IX kien hemm diversi konċilji lokali li rrakkomandaw il-promozzjoni tad-devozzjoni Ġużeppina. Fost dawn nistgħu nsemmu l-Konċilju ta’ Vjenna li sar fl-Awstrija fl-1858, dak ta’ Praga fl-1860, ta’ Kolocsa fl-
Ungerija fl-1862, talKolombja fl-1868, ta’ Bordeaux fl-1868 u ta’ Baltimora fl-1866.9
Meta wieħed jara dan kollu, jifhem f’liema kuntest il-Papa msemmi wasal biex ħareġ ilproklama tant mistennija mill-fidili Nsara, u li tagħha s-sena d-dieħla se niċċelebraw il-150 anniversarju. Ngħaddu issa biex niffukaw fuq kif tnisslet din il-ħeġġa tal-poplu t’Alla biex ikun rikonoxxut dan il-qaddis twajjeb, ġust, dejjem silenzjuż, dejjem fid-dell tal-istorja, iżda ferm proattiv f’dak kollu li jirrigwardja l-kura talIben waħdieni ta’ Alla u ta’ dik li ġabitu fid-dinja.
Statwa ta’ San Ġużepp li l‑Papa Franġisku għandu fil‑kamra tas‑sodda tiegħu
Lejn il‑Proklamazzjoni Papali Mela kif stajna naraw iktar ’il fuq kien hemm tliet fatturi ewlenin li wasslu biex il-Papa Piju IX jipproklama lil San Ġużepp bħala patrun talKnisja universali: l-ewwel nett kien hemm iddevozzjoni li kellu huwa stess lejn dan il-qaddis; it-tieni, kien hemm il-ħeġġa kbira tal-fidili Nsara li kienu kontinwament qed jagħmlulu talbiet firrigward tad-devozzjoni lejn dan il-qaddis; u fuq kollox kien hemm iċ-ċirkostanzi koroh li sabet fiha l-Knisja nnifisha, li ssiġillat id-deċiżjoni talPapa dwar dan. Dan se narawh ukoll espress filproklama nnifisha meta nifluha biċċa biċċa.
Dwar id-devozzjoni li kellu dan il-Papa lejn San Ġużepp stajna nifhmuh b’dak li għedna iktar ’il fuq dwar l-erba’ dokumenti ewlenin li ħareġ dwar dan il-qaddis, ikkonsolidati minn kitbiet oħra minuri, minn għoti ta’ indulġenzi u anke privileġġi, kollha marbuta ma’ dan il-qaddis kbir. It-talbiet għal dawn tal-aħħar kienu bosta u aħna elenkajna ftit minnhom. Nafu li kien hemm tal-lanqas tliet petizzjonijiet ewlenin li ġew sottomessi lill-Papa Piju IX bil-ħsieb li jitolbuh biex jipproklama lil San Ġużepp bħala patrun tal-Knisja universali:10 l-ewwel waħda kienet iffirmata minn 118–il isqof;
it-tieni kienet iffirmata minn 43 superjur ġenerali ta’ ordnijiet reliġjużi u t-tielet kienet iffirmata minn 255 persuna li kienu jinkludu 38 kardinal, fosthom dak li kellu jkun is-suċċessur talPapa Piju IX, Papa Ljun XIII.
Iżda ejja nsegwu l-istorja kif jirrakkontahielna Patri Tarcisio Stramare, Josefologu rinomat Taljan.11 Kif ġa għedna iktar ’il fuq, filwaqt li kulħadd jaf il-proklamazzjoni papali tal-1870 meta San Ġużepp kien iddikjarat patrun talKnisja universali, ftit jafu li sena wara l-elezzjoni tiegħu bħala papa, eżattament fl-10 ta’ Settembru 1847, permezz ta’ digriet Urbis et Orbis huwa kien estenda l-festa tal-Patronċinju tal-Knisja, li kienet tiġi ċċelebrata fit-tielet Ħadd fuq l-Għid, b’rit doppju tat-tieni klassi. Fissirna ġa li dan kien jimplika li lejlet il-festa msemmija kellu jsir l-ewwel għasar, bit-tieni għasar iċċelebrat f’jum il-festa. Din il-festa kienet diġà qed tiġi ċċelebrata minn għadd ta’ ordnijiet u anke djoċesijiet (fosthom Malta), mhux biss fl-Ewropa iżda anke fl-Istati Uniti u l-Kanada. Kien Papa Innoċent XI li aċċetta t-talba tal-Karmelitani fi Spanja u l-Italja fl-1680 u mbagħad anke dik tal-Agostinjani fl1700. Id-djoċesi ta’ Ruma ngħaqdet ma’ dawn fl-1809. Iżda din il-festa qatt ma kienet ingħatat digriet universali, minkejja l-fatt li saħansitra l-Imperatur Leopoldu I kien talab għaliha fil-5 ta’ Frar 1684, peress li kien attribwixxa l-liberazzjoni ta’ Vjenna mit-Torok fit-12 ta’ Settembru 1683 lil dan il-qaddis; u anke minkejja l-fatt li x-xewqa talpoplu ta’ Alla li sseħħ din l-universalità tal-festa Ġużeppina kienet kibret sew. Il-petizzjonijiet ġa msemmija, inkluża dik iffirmata mill-kardinali ġew ippreżentati lillPapa Piju IX mill-Kardinal Costantino Patrizi f’ismu, f’isem il-kardinali l-oħra u “quamplurium fidelium.” Il-Papa jilqa’ dawn il-petizzjonijiet u jirrikonoxxi x-xewqat tar-rappreżentanti ekkleżjastiċi f’kull livell, tal-poplu tal-fidili, u jistqarr li ma jsib l-ebda diffikultà jaċċettaha, billi hu sa minn żgħożitu kien devot ta’ San Ġużepp. Ifakkar li fl-1823 meta huwa kien għadu saċerdot żagħżugħ, proprju qabel telaq lejn iċĊilì, kien mexxa Novena bil-paniġierku fil-knisja ta’ Sant’Injazju f’Ruma.
Żgur li kienet imnebbħa minn Alla din ilproklamazzjoni favur dak li ħa ħsieb lill-istess
69
Il-bagalja spiccat l-Indja. Mohhi mistrieh! Hadu hsieb kollox
96% tal-klijenti ta’
GasanMamo huma sodisfatti
Valletta 173, Old Bakery Street T: +356 2723 2666
insurance@gasanmamo.com GASANMAMO INSURANCE IS AUTHORISED BY THE MFSA | GASANMAMO.COM SOURCE: INTERNAL DATA (2018)
Iben waħdieni ta’ Alla u lil dik l-Omm li ġabitu fid-dinja. L-ispirtu ta’ Alla nebbaħ lill-massa talfidili mxerrda mad-dinja kollha, lill-kappillani li jmexxu l-parroċċi żgħar u kbar, lill-arċisqfijiet u l-isqfijiet li jmexxu d-djoċesijiet, lill-kardinali u lill-istess Papa, li fid-dawl tal-problemi kbar u t-theddid kontinwu li kienet qed iġġarrab il-Knisja, ma ħasbu f’ħadd ieħor għajr f’San Ġużepp biex jidħol għaliha bħala protettur, kif għamel kull meta kien hemm bżonn fil-ħajja taċ-ċkejken Ġesù. Tiġina f’moħħna d-deċiżjoni tiegħu li kif iqum mir-raqda mnebbħa li kellu, jaqbad ’il martu u ’l binha u jaħrab lejn l-Eġittu biex jeħles lil Ġesù mill-qilla ta’ Erodi. Naraw flimkien issa l-kliem tad-digriet li bih Papa Piju IX ipproklama b’ferħ lil San Ġużepp bħala patrun tal-Knisja universali ftit anqas minn 150 sena ilu.
Santa Tereża ta’ Ġesù kienet devota kbira ta’ San Ġużepp
Quemadmodum Deus12 “Kif Alla ħatar lil Ġużeppi, iben il-Patrijarka Ġakobb, fuq l-art kollha tal-Eġittu, biex jiġbor u jaħżen il-qamħ għall-poplu kollu, hekk, meta waslet il-milja taż-żminijiet, u kien wasal biex jibgħat fid-dinja lill-Iben il-waħdieni tiegħu, Salvatur tad-dinja, huwa għażel lil Ġużeppi ieħor, li tiegħu l-ewwel wieħed kien tip, u huwa għamlu Sid u Mexxej tad-dar tiegħu u ta’ kulma kien fiha, għamlu l-kustodju tal-aqwa teżori tiegħu.”
Il-Papa jagħżel li jiftaħ dan id-digriet b’tixbiha importanti bejn Ġużeppi (mibjugħ minn ħutu) tal-Antik Testment u Ġużeppi ta’ Nazaret, tixbiha li hija waħda minn sensiela li nsibu fl-istudju talJosefoloġija. Insibu pereżempju lil San Bernard
72
jistqarr: “Ftakru li mill-Patrijarka ta’ żmien ilqedem li kien mibjugħ fl-Eġittu, dan ir-raġel Ġużeppi, mhux biss wiret ismu, iżda aktar minn hekk kien jixbhu, bħalu kien jippossjedi l-kastità, l-innoċenza u l-grazzja.”13 Dan ilqaddis ikompli jfisser din it-tixbiha billi jgħidilna li filwaqt li l-ewwel Ġużeppi kien ittradut minn ħutu u mibjugħ l-Eġittu hekk kif Ġesù kien tradut minn wieħed minn sħabu, it-tieni Ġużeppi jieħu lill-istess Ġesù lejn l-Eġittu biex jaħrab mill-għira qattiela tas-Sultan Erodi. Fir-rigward tal-kastità, San Bernard ifakkarna kif l-ewwel Ġużeppi rrifjuta li jmur mal-mara tas-sinjur tiegħu. Minnaħa l-oħra meta Ġużeppi għaraf li Marija kienet l-Omm Verġni tal-Iben il-waħdieni ta’ Alla, huwa baqa’ kast u ħares il-kastità tagħha. Qaddis ieħor, San Lawrenz ta’ Brindisi jistqarr: “Bħalma Ġużeppi ta’ qabel kien il-maħbub favorit talmissier (ara Ġen. 37:3), hekk dan Ġużeppi huwa l-maħbub predilett ta’ Alla.”14 F’dawn il-versi introduttivi, Papa Piju IX jidentifika r-rwol ferm importanti li Alla refa’ sa mill-bidu taż-żminijiet għall-qaddis tagħna San Ġużepp, dak ta’ sid u mexxej tad-dar li fiha kellu jgħammar l-Iben il-waħdieni ta’ Alla u Ommu Marija. Il-kliem tal-Papa dwar ir-rwol ta’ San Ġużepp li jħares l-egħżeż teżori tal-Missier Etern huwa tad-duttur kbir Franġiskan, San Bernardin ta’ Siena. Fi ftit kliem il-Papa jżejjen lil San Ġużepp bi tliet titli dinjitużi: dak ta’ Sid, dak ta’ Kap jew Mexxej u dak ta’ Gwardjan, Ħarries jew Kustodju. Mela Ġużeppi ma kienx il-missier bijoloġiku ta’ Ġesù, iżda kien is-sid tal-“ġnien magħluq, imħares u protett” li hi Marija, li fiha tinżera’ xitla qaddisa li tikber u ssir siġra, fil-ġnien li hu ta’ Ġużeppi. B’din l-analoġija, il-frott ta’ din is-siġra huwa ta’ sid il-Ġnien, hekk kif Alla ħaseb biex ibnu jkun ta’ Ġużeppi, skont il-liġi ta’ dak iż-żmien u ta’ dak il-post. “Hi jkollha Iben u int issemmih Ġesù.” L-għoti tal-isem lil tarbija fid-dawl tal-liġi Lhudija kien rikonoxximent legali tal-paternità. U Ġużeppi żżewweġ lill-Immakulata Verġni Marija, li minnha twieled Ġesù Kristu, ilMulej tagħna, permezz tal-Ispirtu s-Santu, li kien jidher f’għajnejn il-bnedmin bħala iben Ġużeppi, u li lilu kien jobdi. L-umiltà ta’ Alla fil-konfront tagħna l-bnedmin hija immensa u indeskrivibbli. Ibnu mhux biss jilbes il-ġisem ta’ bniedem kollox bħalna minbarra fid-dnub,
talli jissottometti ruħu għall-ubbidjenza filjali fil-konfront tal-missier tiegħu f’din id-dinja. Is-suċċessur ta’ Piu IX, Papa Ljun XIII qal hekk dwar dan: “Ġużeppi jiddi fost il-bnedmin kollha bid-dinjità awgusta tiegħu, għax b’Rieda Divina, huwa kien il-Gwardjan tal-Iben ta’ Alla, u kien meqjus bħala missieru mill-bnedmin. Għalhekk ġara li l-Verb ta’ Alla kien umilment suġġett għal Ġużeppi, u għalhekk kien jobdih, u kien jagħtih dak kollu li kien mistenni minn iben fil-konfront tal-ġenituri tiegħu.”15 San Alfons Maria de Liguori jikkummenta fuq l-ubbidjenza ta’ Ġesù lejn San Ġużepp meta jgħid: “Din l-umiltà ta’ Ġesù li jobdi, iġġegħilna nagħrfu li d-dinjità ta’ San Ġużepp hija superjuri għal dik tal-qaddisin kollha, minbarra dik tal-Omm Verġni.”16 Bosta bħalhom tkellmu dwar din l-ubbidjenza divina, iżda fosthom jispikka Jean Charlier de Gerson, il-Kanċillier tal-Università ta’ Pariġi li jmur jafferma li San Ġużepp fil-ġenna “non impetrate sed imperat:” mhux jitlob iżda jikkmanda,17 b’implikazzjoni ċara għall-qawwa interċessiva li l-Missier Etern mar iżejjen biha lil San Ġużepp. “U lilu li tant rejiet u profeti xtaqu biss jaraw, Ġużeppi mhux biss rah, iżda għex miegħu, għannqu miegħu b’affezzjoni paterna, biesu, iva u bl-akbar ħerqa tema’, lilu li tant fidili kellhom jirċevuh bħala Ħobż nieżel mis-sema, sabiex jiksbu l-ħajja ta’ dejjem.” Din is-silta ġiet ikkwotata u ċċitata minn bosta matul is-snin għax tabilħaqq turi x-xorti kbira li messet lil dan il-mastrudaxxa fqajjar ta’ Nazaret, xorti li l-ebda re, faragħun, sultan jew kap ieħor fid-dinja ma jista’ jiftaħar biha. Mill-ġdid jiġina f’moħħna x-xebh ma’ Ġużeppi tat-testment il-qadim, li biex isalva lill-poplu mill-ġuħ li kien se jaqa’ fil-pajjiż ħażen kemm felaħ qamħ fl-imħażen tas-Sultan. Ġużeppi ta’ Nazaret għal tletin sena sħaħ ħa ħsieb il-Ħobż ħaj nieżel mis-sema fiddar tiegħu ta’ Nazaret sa ma wasal iż-żmien li dan il-Ħobż jingħata għalina biex isalvana. Bħal kanopew li jgħatti lit-tabernaklu li fih jostor l-Ewkaristija hekk kienu Marija (l-ewwel tabernaklu) u Ġużeppi (il-kanopew li għatta dan it-tabernaklu). Bis-saħħa tagħhom biss seta’ dan il-Ħobż ħaj nieżel mis-sema jasal għandna. Monsinjur Olier imur jistqarr hekk: “Ġesù, ma niskantax kif inti bqajt għal tletin sena sħaħ f’din id-dar bla ma tlaqt lil Ġużeppi. Ma niskantax li
inti ħassejtek inseparabbli minnu. Daru waħidha kienet ġenna għalik, u din id-dar tiegħu hija għalik ħdan il-Missier li minnu int inseparabbli, u li fih int issib il-ferħ etern. Barra din id-dar, int ma ssibx ħlief oġġetti bla ħajja, midinbin u kulma jista’ jikkaġuna l-mewt.”18 Tabilħaqq Ġesù tgħallem jgħix l-umanità tiegħu mingħand San Ġużepp li miegħu stabilixxa l-akbar rapport intimu bejn missier u iben li wieħed jista’ jimmaġina. Dwar dan jidwi kliem Philippe Marie Dominique: “Ebda tifel qatt ma kien magħqud ma’ missieru kif kien Ġesù ma’ Ġużeppi, u ebda missier qatt ma kien magħqud ma’ ibnu kif kien Ġużeppi ma’ Ġesù.”19 “Minħabba f’din id-dinjità sublimi li Alla żejjen biha lill-qaddej mill-aktar fidil tiegħu, il-Knisja sa minn dejjem fittxet li tonora bl-aktar mod għoli u tfaħħar lill-Wisq Imbierek San Ġużepp, wara martu Marija, l-Omm Verġni ta’ Alla, u dejjem talbet b’ħerqa għall-interċessjoni tiegħu fil-bżonnijiet kollha tagħha. U issa meta l-Knisja tinsab fl-akbar żmien ta’ niket tagħha, imdawra kif inhi b’għedewwa fuq kull naħa, u oppressa minn kalamitajiet kbar, tant li bnedmin qarrieqa saħansitra jemmnu li l-bibien tal-infern lesti biex jibilgħuha, il-venerabbli prelati tal-Knisja Kattolika mid-dinja kollha ġew jippreżentaw lill-Papa Sovran il-petizzjonijiet tagħhom u talfidili fdati f’idejhom, filwaqt li jitolbuh sabiex jiddeċiedi li jiddikjara lil San Ġużepp patrun talKnisja Kattolika.” Din is-silta tikkonferma t-tliet raġunijiet, li iktar kmieni għedna, li wasslu lill-Papa biex jiddeċiedi favur id-dikjarazzjoni tal-patrunaġġ: id-devozzjoni tiegħu affermata fl-ewwel versi ta’ dan il-paragrafu, il-periklu li kienet tinsab fih il-Knisja dak iż-żmien, hawnhekk interpretat fil-kelmiet “għedewwa,” “kalamitajiet” u “bnedmin qarrieqa,” u fl-aħħar nett it-talbiet iffirmati bl-eluf ġejjin mill-fidili Nsara u minn dawk li jmexxuhom. Id-dikjarazzjoni tal-Papa Piju IX favur ilpatrunaġġ ta’ San Ġużepp tissokta b’dawn ilkelmiet:
“Imbagħad, meta fil-Kunsill Ekumeniku Sagru tal-Vatikan dawn l-istess prelati rrinovaw it-talba u l-petizzjoni ferventi tagħhom, ilmissier mill-aktar imbierek tagħna, Piju IX, Papa, imqanqal mill-avveniment deplorevoli
73
ta’ dan l-aħħar, kellu l-pjaċir jaċċetta x-xewqat tagħhom, u dan billi qiegħed lilu nnifsu bħala Papa u lill-fidili kollha fi ħdan il-Knisja taħt il-patrunaġġ mill-aktar qawwi tal-Patrijarka Qaddis San Ġużepp, u solennement iddikkjarah Patrun tal-Knisja Kattolika, u ordna li l-festa tiegħu tiġi ċċelebrata fid-19 ta’ Marzu bħala festa doppja tal-prima klassi, iżda mingħajr ottava minħabba li taqa’ fi żmien l-Għid. Huwa jordna li f’din il-ġurnata ddedikata lill-Immakulata Verġni Omm Alla u Mara talKastissimu San Ġużepp, tkun ippubblikata dikjarazzjoni dwar dak li għedna hawn millKongregazzjoni Sagra tar-Riti. Dan kollu minkejja kull kuntrarju li jista’ jkun hemm. Illum it-8 ta’ Diċembru 1870.”
B’dan il-kliem, il-Kongregazzjoni Sagra tar-Riti interpretat id-deċiżjoni tal-Papa Piju IX li laqa’ x-xewqa ta’ tant u tant eluf ta’ Nsara li riedu b’saħħa lil San Ġużepp bħala patrun tagħhom. Iżżerriegħa li kienu żergħu l-patrijiet Karmelitani meta bdew ixerrdu d-devozzjoni fid-dinja talPunent hawn tat l-isbaħ frott tagħha. Mhux ta’ b’xejn li Papa Benedittu XIV kien afferma li “huwa ta’ unur għal din l-ordni, li l-missirijiet tal-Karmelu, skont l-opinjoni ġenerali talgħorrief, kienu l-ewwel li impurtaw milLvant għall-Punent, il-prattika, ta’ min ifaħħarha, tal-kult sħiħ ta’ San Ġużepp.”20 Inħeġġeġ lill-komunitajiet Karmelitani maddinja kollha, ibda minn dik Maltija, biex ikomplu jagħtu l-ilma lil din is-siġra ta’ devozzjoni li huma xettlu, sabiex il-qaddis kbir San Ġużepp ikompli jkun għalina mudell, għax kif qal tant tajjeb ilmaħbub Papa San Pawlu VI, “mhux biżżejjed li nitolbu lilu (lil San Ġużepp), iżda jeħtieġ li nimitawh.”21 Dan l-istess Papa kien fissrilna kif San Ġużepp għex il-Vanġelu saħansitra qabel Ġesù ħareġ jippritkah fit-tliet snin ta’ ħajja pubblika tiegħu. Tabilħaqq Ġesù xorob bil-bosta mill-għejun ta’ għerf li kellu fid-dar tiegħu ta’ Nazaret: minn Marija u minn Ġużeppi. Tgħid meta tkellem mill-imħabba, mill-fidi, mit-tama, mis-safa, mill-ġustizzja ma kellux lil dawn ittnejn f’moħħu? L-istess nistgħu ngħidu dwar meta Ġesù tkellem dwar il-figura tal-Missier Etern, biex ifissirha lill-miġemgħa ta’ quddiemu bilfors ried jagħtihom xbieha ta’ missier uman,
74
u din ix-xbieha sawwarha fuq l-esperjenza filjali li huwa kellu x-xorti li jkollu ma’ San Ġużepp. San Ġużepp, missier Ġesù f’kull sens barra dak bijoloġiku, jieħu ħsiebu bi mħabba liema bħalha. U filwaqt li kien qed jagħmel dan, Ġużeppi kien qed jieħu ħsieb il-Knisja fil-formazzjoni bikrija tagħha. Nimmaġinaw ftit lil Ġużeppi jqiegħed idejh fuq ħdan Marija tqila, ma kienx jewwilla qed jagħti l-ewwel barka tiegħu lill-Knisja ta’ Kristu meta Ġużeppi għamel dan? Kif qatt seta’ l-Papa joħlom biex ħaddieħor barra Ġużeppi jkun il-patrun mistħoqq, den, u dinjituż talKnisja Kattolika Rumana u universali? Referenzi
SPITERI, Anthony. 2013. Il-Papiet: L-istorja tal-Papat tul isSekli, Preca Malta, P. 382 2 MICELI, Patrizia Innocenza. 2015. I Modelli di Giosefologia nella Storia della Teologia Cristiana. Tau Editrice. Italia. p. 168 3 Qed nippreżentawhom kif elenkati minn Miceli 2015, op. cit., p. 169. 4 Papa Piju IX, Allocuzione, 28 giugno 1867, http://w2.vatican. va/content/pius-ix/it.html 5 STRAMARE, P. Tarcisio. 1983. San Giuseppe nella Sacra Scrittura nella Teologia e nel Culto. Piemme. Casale Monferrato, 260-261. 6 Ibid. 7 MICELI 2015, op. cit., p. 170 8 Dwar dan ara: CHIOVARO F. (ed.) 1969. Storia dei Santi e della Santità Cristiana, Eraclea, Milano, p. 225. 9 MICELI 2015, op. cit., p. 170 10 Ara s-sit elettroniku: http://sspx.org/en/news-events/news/ st-joseph-protector-universal-church-3579 (24.03.2019) 11 Ara s-sit elettroniku: https://movimentogiuseppino. files.wordpress.com/2011/10/pio-ix-e-san-giuseppe.pdf (24.03.19) 12 It-test bl-Ingliż jew bit-Taljan wieħed jista’ jsibu f’diversi siti elettroniċi fosthom dak tal-vatikan: vatican.va 13 SAN BERNARD huwa ċċitat minn Edward healy Thompson, The Life and Glories of St Joseph, TAN Books. It-traduzzjoni bil-Malti hija meħuda minn Borg A. 2019. Id-Devot ta’ San Ġużepp Vol. 3 Ġabra Oħra ta’ Siltiet. Deer Publications. 14 SAN LAWRENZ TA’ BRINDISI huwa ċċitat minn CALLOWAY D.H. 2018. St Joseph’s Gems, Marian Press, USA, p. 130. Ittraduzzjoni bil-Malti hi minn Borg A. 2019. Op. cit. 15 PAPA LEONE XIII, QUAMQUAM PLURIES, iċċitata minn Josè A. Rodrigues. 2013. St Joseph Treasury. p. 83. Tradotta għallMalti f’Borg A. 2019. Op. Cit. 16 SAN ALFONS MARIA DE LIGUORI, duttur tal-Knisja huwa kkwotat mill-Esortazione alla Devozione di S. Giuseppe, tradotta għall-Malti f’Borg A. 2019. Op. Cit. 17 Borg. A. 2019, op. cit., p. 401 18 MONS. OLIER huwa kkwotat minn Andrew Dose. 1992. Joseph Shadow of the Father. p. 52. Traduzzjoni bil-Malti f’Borg A. 2019, op. cit. 19 PHILIPPE MARIE DOMINIQUE ċċitata minn Angelo Catapano. 2015. Un Anno con San Giuseppe. p. 54 20 PAPA BENEDITTU XIV, De Servorum Dei Beatificatione, etc., lib. Iv. Par. Ii. Cap. Xx. N. 17. 21 PAPA PAWLU VI ikkwotat minn Louisa Bourassa Perotta. St Joseph His Life and His Role in the Church Today, p. 149. Tradotta għall-Malti: Borg A. 2019 op. cit. p. 421. 1
L-Akkwist tal-Art għall-Knisja tal-Karmelitani fil-Belt Valletta Prof. Stanley Fiorini
Meta l-Ordni ta’ San Ġwann aċċettaw l-għotja tal-Imperatur Karlu V li jieħdu ’l Malta bħala darhom fl-1530, ma tantx laqgħuha bil-ferħa għax dejjem kellhom f’moħħhom li għad jerġgħu jirbħu lura l-Gżira ta’ Rodi li kienu tilfu lill-Ottomani fl-1522. Għaldaqstant ma kinux ħadu d-difiża tal-gżira b’xi serjetà kbira għax ma ridux jonfqu flus fix-xejn, u llimitaw ruħhom li jagħmlu biss dak li kien essenzjali fil-Birgu u flIsla; ma għamlux dak li kien tabilħaqq meħtieġ, jiġifieri li jsaħħu l-Għolja Xiberras li kienet tiddomina fuq il-pożizzjonijiet tagħhom innaħa l-oħra tal-Port il-Kbir. Imma l-esperjenza qarsa tal-Assedju l-Kbir fl-1565 serviet bħal dik id-daqqa ta’ ħarta li kellhom bżonn biex iġġibhom f’sensihom u jaqtgħuha darba għal dejjem li Malta kellha tkun is-sede permanenti tagħhom. Ma kienx għadda wisq żmien mittmiem tal-Assedju fit-8 ta’ Settembru li l-Ordni, immexxija mill-Gran Mastru Jean de Valette, ma qatgħethiex li tibni fortizza qawwija fuq l-Għolja Xiberras. Dan il-bini tant ittieħed bis-serjetà li, f’temp ta’ ħames snin, kien mexa ’l quddiem biżżejjed biex nhar il-Ħadd 18 ta’ Marzu 1571, il-Kavallieri b’pompa kbira qasmu l-baħar talPort il-Kbir, ħallew warajhom is-sede li kellhom il-Birgu sa mill-1530 u stabbilew irwieħhom filBelt il-ġdida, Valletta. Ix-xogħol kollu li kien sar f’dawk il-ħames snin ma kienx waqa’ mis-sema. Ħafna Maltin
kienu meddew għonqhom għalih u lanqas ma kienu biżżejjed huma għax kien jenħtieġ li jiġu impurtati għadd ta’ barranin, ħafna minnhom minn Sqallija imma mhux biss, biex jagħtu daqqa t’id; fis-sajf biss tal-1566 inġabu bejn l-1,000 u l-1,200 ħaddiem barrani. Għadd minn dawn qatgħuha li jibqgħu Malta, jiżżewġu hawn għax sabu li mal-Ordni kien hawn biċċa ħobż x’tiekol. Barra minn dawn, ħafna minnhom ħaddiema fil-ġebel, l-Ordni kienet timpjega numru mhux żgħir ta’ nies tas-sengħa talgwerra, bħalma kienu bumbardiera u suldati oħra. U barra dawn ħafna Rodjoti li kienu daħlu Malta mal-Kavallieri fl-1530 u li sa dak iż-żmien kienu fil-Birgu u fl-Isla, għażlu li jaqsmu l-baħar wara l-Kavallieri. F’daqqa waħda l-ġemgħa ta’ nies jaħdmu fil-Belt żdiedet qatigħ u l-ħtieġa li jkollhom sostenn spiritwali nħasset sew. Sa dak iż-żmien, dak l-ilsien art bejn iż-żewġ portijiet kien jagħmel parti mit-territorju tal-Parroċċa ta’ Ħal Qormi. Tant hu hekk li nsibu lill-Kappillan ta’ dan ir-raħal, Dun Ġwann Cilia, jitqabad filForti Sant’Iermu, jikkonforta ’l dawk il-qalbiena li xerrdu demmhom hemm u bħalhom jispiċċa magħhom b’ġismu bla ras jinġarr mal-mewġ f’wiċċ l-ilma lejn Sant’Anġlu. Il-kappillan ta’ warajh, Dun Marjanu Briffa stinka kemm felaħ biex iżomm f’idejh dan it-territorju, issa li żdied ferm fl-importanza tiegħu. Imma kif tlaħħaq ma’ dik id-domanda kollha? L-ordnijiet reliġjużi mendikanti kollha fil-gżira – Karmelitani,
75
Dumnikani, Agostinjani u Franġiskani – ħassew id-dmir li jagħtu daqqa t’id u kollha ħasbu sa mill-bidu biex jitfgħu saqajhom fil-Belt il-Ġdida.
Pjanta tal‑Belt il‑Ġdida – Valletta
Meta għedna qabel li l-Kavallieri daħlu filBelt Valletta fl-1571 ma rridux ninsew li l-preparamenti għall-bini tal-bereġ u l-palazzi tagħhom u tad-djar tan-nies l-oħra li kellhom jiġu joqogħdu hemm kienu ilhom li bdew jinħmew. L-Ordni sa mill-bidu tal-miġja tagħha f’Malta ħasbet biex tirregolamenta l-bini b’ordinazzjonijiet li nediet fl-1531, 1548, 1555, 1558 u 1562. Imma issa, li l-ħolma ta’ belt ġdida kienet bdiet titwettaq, fl-1566 twaqqfet kummissjoni magħmula minn tliet Kavallieri – Fra Raffaello Xatmar, Fra Dionisio Guiran u Fra Raffaello Salvago – u tliet Maltin esperti fil-valutazzjoni tal-art – Mattew Cassar, Ġakbu Bonnici u Ruġġieru Zimech – li kellhom jiġbru l-informazzjoni dwar min kellu dritt għall-art f’Xiberras, u x’kienu l-pretensjonijiet tagħhom. Dawn lestew xogħolhom sa Frar 1567. Sadanittant, il-Papa Piju V kien bagħat lill-Inġenier u Arkitett Francesco Laparelli minn Cortona biex jieħu f’idejh ir-responsabbiltà tattħażżiż tal-pjanta tal-Belt Valletta. Laparelli kien megħjun mill-Arkitett Malti Ġlormu Cassar li kien stinka kemm felaħ waqt l-assedju u baqa’ jagħti servizz mill-aqwa għal ħafna żmien wara. Laparelli ħareġ bi pjanta li kienet taqsam ilWardija Xiberras fi 80 blokka bini, b’seba’ toroq dritti dritti bejn Sant’Iermu u l-foss ta’ Bieb ilBelt u tnax oħra trasversali u perpendikulari magħhom jaqsmuhom. Fit-12 ta’ Marzu 1566 il-Kummissarju tal-Artijiet, Johannes de Barras, nieda l-proġett tal-bejgħ tal-art fil-Belt li kellha tmur bil-prezz ridikolu ta’ żewġ irbiegħi kull
76
qasba kwadra, prezz li ma kellu x’jaqsam xejn mal-profezija medjevali li “Kellu jiġi żmien li fil-Wardija kull xiber raba’ jkun jiswa uqija”. Fl24 ta’ Mejju 1569 twaqqfet kummissjoni ġdida magħmula mill-Kavallieri Fra Nicola de Mirè, Fra Raimondo Fortuin u Fra Cesare Ruel li flimkien ma’ Laparelli, kellhom jirregolamentaw il-bini l-ġdid u l-bejgħ tal-art. Dawn ir-regoli, fost l-oħrajn, saħqu li d-djar fil-belt ma setax ikollhom ġonna mattriq, fil-kantunieri kellu Ġlormu Cassar jkun hemm dekorazzjoni xierqa, kull dar kellu jkollha bir għall-ilma taxxita, il-ġebel għall-bini kellu jiġi mis-sit stess jew mill-Mandraġġ, u x-xogħol ta’ kostruzzjoni kellu jibda fi żmien sitt xhur mill-firma tal-kuntratt ta’ xiri. Dawn id-dettalji kollha joħorġu mill-atti tan-Nutar Placido Abela fit-tieni reġistru tiegħu (R4/2) li jinkorpora fih l-atti kollha ta’ akkwist tal-art bejn it-23 ta’ Lulju 1569 u l-1576. Dan ilvolum fih xejn anqas minn 890 folja (miktuba minn wara u minn quddiem) b’aktar minn 600 att ta’ xiri.
Jekk inħarsu lejn l-akkwisti minn istituzzjonijiet reliġjużi nsibu li t-tieni wieħed hu dak talKarmelitani (wara dak tal-Papassi Meta xí talGriegi, fis-7 ta’ Novembru 1569). Fil-kuntratt, bil-Latin, fuq l-erba’ folji ff. 336-337v tas-27 ta’ Lulju 1570, għall-Karmelitani deher Patri Ġwann Vella O.C., f’isem il-Provinċjal tar-Renju ta’ Sqallija (citra Pharum); P. Ġwann dik issena kien il-Pirjol tal-Knisja tal-Lunzjata, firRabat. Għall-Kummissjoni tal-Artijiet deher Fra Raimondo Fortuin flimkien mal-Kommendatur ta’ San Stiefnu u Balliju ta’ Cos u Langon, Fra Cristoforo Le Bonsan(?), logutenent għall-Gran Mastru, u Fra Georgio Cacherano; kien hemm ukoll preżenti l-Arkitett Ġlormu Cassar. L-art li nxtrat kienet il-blokka sħiħa Numru 53, jiġifieri bejn it-toroq (skond il-pjanta ta’ Laparelli) Strata S. Michaelis (illum, Triq il-Punent), Strata S. Sebastiani (illum, Triq Zekka), Strata SS. Salvatoris (illum, Triq it-Teatru l-Antik), u misraħ miftuħ. Dan hu eżattament il-blokka bini tal-lum. Id-dimensjonijiet fi Strata S. Michaelis
u fi Strata S. Sebastiani kienu ta’ 18-il qasba, u fi Strata SS. Salvatoris, 22 qasba, b’kollox 396 qasba kwadra. Il-ħlas għall-art kien ta’ 66 skud li 33 skud minnhom tħallsu mal-kuntratt u t-33 skud ieħor P. Ġwann kellu jtihom fil-festa tal-Qaddisin Kollha li jmiss; dan il-ftehim sar b’digriet maġistrali tal-4 ta’ Lulju ta’ dik is-sena. Min-naħa tiegħu, P. Ġwann intrabat li jibni fuq is-sit Knisja dedikata lill-Beatissma Verġni talKarmelu. Hekk ħalfu li jkun kemm il-Kavallieri bejjiegħa, billi qiegħdu idhom fuq is-Salib talOrdni ta’ fuq sidirhom, kif ukoll ix-xerrej, P. Ġwann, tacto pectore, skont id-drawwa tassaċerdoti f’dak iż-żmien. Ix-xhieda kienu Fra Cristoforo De Sorè jgħidulu Vilar, Fra Filippo de Tuglieres u Fra Gabriele de Magnes, testibus notis ad premissa vocatis specialiter et rogatis. Imma l-istorja ma waqfitx hemm skont ma jidher minn nota fuq f. 337v, wara l-kuntratt. Skond żewġ digrieti maħruġa mill-Gran Mastru fit-18 u d-19 ta’ April 1571, ippreżentati mill-istess P. Ġwann, jidher li l-Gran Mastru kien ħafer ilħlas tat-33 skud li kien ħallas u li ddikjara li kien
Pietro Del Monte – Il‑Gran Mastru li fi żmienu nxtrat l‑art
irċevihom lura mill-istess Fra Raimono Fortuin, u li ma kellux jibqa’ jinsisti fuq it-33 skond l-ieħor li kien baqagħlu jħallas. Id-digrieti ħarġu fuq il-firma tal-Awditur tal-Ordni, F. Mego, filpreżenza tax-xhieda Fra Petro Chirani, Mastro Antonio (…)giano u Petro Rocca.
21/22 T Merchants Street Valletta Telephone
2123 6212 77
Il-Madonna tal-Karmnu u l-Baħħara u s-Sajjieda Dr Mark Agius
Rettur tal-Arċikonfraternità tal-Madonna tal-Karmnu, Valletta
Jingħad li meta San Louis ta’ Franza, kien fuq Kruċjata, kien salvat minn nawfraġju meta l-ekwipaġġ tiegħu semgħu l-qniepen talmonasteru tal-Karmnu, u dan wassal għallgħażla tiegħu li jieħu grupp ta’ patrijiet miegħu lejn Franza biex jibni monasteru. Tabilħaqq, anke llum, fanal jinsab ħdejn il-Monasteru fuq il-Muntanja tal-Karmelu.
Jingħad ukoll li meta l-patrijiet iddeċidew li jitilqu mill-Karmelu minħabba l-attakki tas-Sarraċeni, Marija dehret f’nofshom, u wegħdithom li kienet tkun l-Istilla tal-Baħar tagħhom. Aktar tard, fitTalba ta’ San Xmun Stock, il-Flos Carmeli, huwa irrefera għall-Madonna bħala Stilla tal-Baħar. Għandna niftakru li l-baħħara jużaw l-istilel biex jgħinhuhom jinnavigaw u biex jiggwidahom. Preżumibbilment, kienet din l-assoċjazzjoni mal-“istilla li tagħtina passaġġ sigur lejn ilport” li wasslet biex il-Madonna tal-Karmnu saret il-patruna tal-Baħħara u s-Sajjieda kullimkien madwar il-Mediterran. Dan huwa minnu fi Sqallija u l-Italja, f’Istria, Dalmatja u fil-Gżejjer Kroati, iżda fuq kollox, fi Spanja, u din id-devozzjoni infiret mal-Imperu Spanjol talAmerika t’Isfel, il-Karibew u l-Filippini.
78
Saħansitra, jekk nidħlu aktar fil-fond, jidher li l-kliem Maria u Marea jew Mare, jiġifieri baħar għandhom l-istess għerq.
Hemm storja ta’ Miraklu tal-Madonna talKarmnu li nsibu fuq ħafna websites Ingliżi u anke Spanjoli. Fl-1845, il-vapur Ingliż, ‘King of the Ocean’, ġie milqut minn uragan selvaġġ. Rev. Fisher, Ministru Protestant, flimkien ma’ martu u t-tfal u passiġġieri oħra, tħabtu lejn il-gverta biex jitolbu għall-ħniena u l-maħfra hekk kif it-tmiem deher biċ-ċar. Fost l-ekwipaġġ kien hemm żagħżugħ Irlandiż, John McAuliffe. Huwa fetaħ il-flokk tiegħu - ħa l-labtu tiegħu - għamel is-Sinjal tas-Salib fuq il-mewġijiet irrabjati, u mbagħad tefa’ l-Labtu fil-baħar. F’dak il-mument stess ir-riħ ikkalma, mewġa waħda żgħira biss telgħet fuq il-gverta, u ġiebet magħha l-labtu li spiċċa fejn saqajn it-tifel. Rev. Fisher u l-familja tiegħu kienu osservaw dak li kien għamel. Huma tkellmu mat-tifel u qalilhom dwar ilVerġni u l-labtu tagħha u l-wegħda tagħha ta’ protezzjoni fil-ħin tal-periklu. Daqskemm kienu impressjonati, huma ddeċidew li jidħlu fil-Knisja u jgawdu minn protezzjoni simili. (Rev Howard Rafferty, O. Carm.)
Fi Sqallija u f’Calabria, il-festa tas-16 ta’ Lulju hija ċċelebrata f’bosta portijiet. Fi Trapani, filBażilika Karmelitana tal-Madonna ta’ Trapani hemm il-Kappella tal-Fratellanza tal-Baħħara fejn hemm bosta pitturi ex Voto, inkluż waħda ta’ dgħajsa li ġiet imtaqqba, iżda ħuta kbira imblukkat it-toqba, biex ma tħallihiex tegħreq .
Cappella dei Marinai, Bażilika tal‑Madonna ta’ Trapani
F’Porto Empedocle, Agrigento: Il-festa hija organizzata minn paranzari (sajjieda) fit-tielet Ħadd ta’ Lulju. Hawn issir purċissjoni fuq ilbaħar bl-istatwa tal-Madonna u ta’ San Xmun Stock, flimkien ma’ logħob tan-nar u s-sireni tad-dgħajjes preżenti jindaqqu fil-port. F’Terracina, Latina l-festa hija ċċelebrata nhar il-Ħadd wara s-16 ta’ Lulju. L-istatwa talMadonna tinġarr fil-purċissjoni matul it-toroq lejn il-port, il-purċissjoni mbagħad titla’ fuq dgħajsa tas-sajjieda, mixgħula għall-okkażjoni. Fil-promontorju ta’ Circeo, kuruni tar-rand u l-fjuri jintefgħu fil-baħar bħala tifkira ta’ dawk li mietu fil-baħar. Jirritorna fil-port flimkien ma’ logħob tan-nar, u ssir fiera għas-Sagra del Pesce.
Madonna Del Carmine Terracina
Festa Del Carmine Terracina La Processione del Mare
Cappella dei Pescatori, Bażilika tal‑Madonna ta’ Trapani
Fi Trani, hija speċifikament il-festa tal-baħħara, li jipparteċipaw bl-uniformi fil-Proċessjoni madwar il-Port u, bħal fi Spanja, parti millPurċissjoni ssir fuq il-baħar, bil-vara fuq dgħajsa ddur madwar il-Port ‘La Sagra del Mare’.
Madonna tal‑Karmnu fuq il‑Vapur, Terracina Festa 2018
79
F’Torre Melissa, Crotone l-festa ssir fil-bidu ta’ Awwissu. Il-Madonna del Carmelo hija venerata hawn bħala radd ta’ ħajr għall-protezzjoni tar-raħal żgħir tas-sajd matul il-bombi fitTieni Gwerra Dinjija. L-istatwa tal-Madonna tinġarr f’purċissjoni matul it-toroq, imbagħad il-purċissjoni titlaq fuq il-baħar flimkien maddgħajjes tas-sajjieda mixgħula għall-okkażjoni. F’Taranto, port tas-sajd u port kbir navali, ilfesta hija organizzata mill-fratellanza ta’ Maria Santissima del Carmine, u tgħaddi miċ-Ċentru tal-belt, b’madwar 500 persuna li jipparteċipaw quddiem l-istatwa tal-Verġni tal-Karmnu.
F’Gallipoli matul it-Tieni Gwerra Dinjija, seħħ fatt prodigjuż, li żied id-devozzjoni lejn il-Madonna tal-Karmnu. Vapur għereq bl-ekwipaġġ kollu tiegħu permezz ta’ bumbardament mill-għadu. Baħri wieħed biss, li ġie minn Napli, salva u wasal bil-għawm ix-xatt fis-16 ta’ Lulju. Huwa sab ruħu eżatt quddiem il-knisja tal-Madonna tal-Karmnu, fejn l-abitanti kienu qed jiċċelebraw il-festa. Is-salvataġġ tiegħu ġie attribwit għallintervent mirakuluż tal-Madonna, u l-baħri kien jiġi lura kull sena sal-1980 biex jgħin jorganizza ċ-ċelebrazzjonijiet.
F’Ruma, fil-Festa Dei Noatri, l-aħħar weekend ta’ Lulju, l-Istatwa tal-Madonna del Carmelo hija mbarkata fuqa dgħajsa għall-purċissjoni fuq itTiber.
Ruma Festa dei Noatri
Purcissjoni u Fratellanza Madonna tal‑Karmnu Taranto
F’Carija l-festa tal-Madonna tal-Karmnu hija ċċelebrata kull sena mill-1897, meta l-Verġni ta’ Carmelo ssalva lil Giuseppe Pugliese b’mod mirakoluż, minn nawfraġju terribbli waqt li rritorna mill-Amerika. Fil-qalba ta’ maltempata qawwija invoka l-għajnuna ta’ Marija, taħt ittitlu tal-Carmel … f’daqqa waħda l-maltempata waqfet u l-vapur li kien qiegħed jivvjaġġa fuqu ssalva.
80
Madonna tal‑Karmnu ‘La Bruna’ Napli
Il-famuż Carmine Maggiore ta’ Napli huwa fuq Piazza Mercato, fejn is-sajjieda jbiegħu l-qabda tagħhom u ovvjament, is-Sajjieda ta’ Napli għandhom devozzjoni kbira lejn il-‘Madonna Bruna’. Issajjied Massagniello, eroj ta’ Napli, kien midħla tal-Carmine Maggiore.
F’Venezja, belt li kienet dejjem tiddependi fuq ix-xogħol tal-Flotta tagħha, hemm l-iScuola del Carmine, sede tal-Fratellanza tal-Madonna talKarmnu ta’ dik il-belt.
ovvjament akkumpanjata minn logħob tan-nar.
B’mod partikolari, id-devozzjoni tal-Flotta Spanjola lill-Madonna tal-Karmnu hija marbuta mal-immaġni ta’ Nuestra Señora del Carmen de San Fernando f’San Fernando, ħdejn Cadiz. Din l-immaġni hija inkurunata mill-Kapitlu talVatikan. Website Spanjola tiddeskrivi l-festa tal-Madonna tal-Karmnu b’dan il-mod:
Tiepolo Il‑Madonna tagħti l‑Labtu lil San Xmun Stock, Scuola Grande dei Carmini, Venezja
F’Postira, fuq il-Gżira Kroata ta’ Brac, is-sajjieda jorganizzaw ħġejjeġ madwar il-port lejliet ilfesta tas-16 ta’ Lulju flimkien ma’ korijiet u gruppi oħra ta’ kant madwar il-port, u wara kant matul is-sigħat bikrin quddiem il-Madonna filknisja, imbagħad filgħaxija ssir il-purċissjoni.
“Fil-jum tal-festa tal-Madonna tal-Karmnu, ilbaħħara u s-sajjieda jżejnu d-dgħajjes tagħhom bil-fjuri, żigarelli u bnadar, u wara li jġorru l-Verġni fi proċessjoni matul it-toroq, jimbarkaw u jsuqu ftit mili lejn il-baħar, biex tbierek l-ilmijiet, fejn huma jwettqu x-xogħol tagħhom u jgħixu ħajjithom kollha f’atmosfera ta’ emozzjoni kbira, imdawra b’bosta dgħajjes ta’ kull xorta, blistess mod imżejnin, li ma jieqfux idoqqu s-sireni, bi kburija u ferħ. Fl-atti reliġjużi hemm ukoll ħafna emozzjonijiet li jinħassu lejn il-Verġni ta’ Carmen. Huwa l-jum meta ħafna nies jagħmlu offerti, u jitolbu protezzjoni għall-qraba li huma assenti fuq il-baħar, sabiex jirritornaw mingħajr inċident. Huwa wkoll żmien biex nitolbu għal dawk li sparixxew jew li ma reġgħux lura ħajjin “.
Madonna tal‑Karmnu Postira, Brac, Kroazja
Madankollu fi Spanja nsibu fejn id-devozzjoni tal-Baħħara lejn il-Madonna tal-Karmnu hija l-iktar evidenti. Il-Madonna tal-Karmnu hija onorata bħala ammiral fil-Flotta Navali. Filfesta tas-16 ta’ Lulju, f’xi postijiet l-istatwa ta’ Marija titqiegħed fuq dgħajsa biex titbaħħar madwar il-port biex tbierek id-dgħajjes l-oħra, jew tiġi ffurmata purċissjoni sħiħa ta’ dgħajjes. F’postijiet oħra, l-istatwa tal-Madonna talKarmnu hija ċerimonjalment meħuda fuq ilbaħar mir-reffiegħa sabiex tbierek id-dgħajjes,
Purċissjoni fil‑Baħar, Spanja Purċissjoni tal‑Madonna tal‑Karmnu fuq il‑Baħar, Spanja
81
jilbsu l-dekorazzjonijiet tagħhom fuq sidirhom, fil-fatt hija waħda mill-ftit ċelebrazzjonijiet li fiha huma kburin li jilbsuhom. Naturalment, ilvapuri li qegħdin fil-port huma mżejna, u dak iljum l-ekwipaġġ kollu jirċievi ikla speċjali.”
Purċissjoni Virgen Del Carmen, Calpe, Spanja
Fis-seklu 18, meta l-festa tal-Virgen del Carmen fi Spanja kienet popolari ħafna, l-ammiral Mallorcan Antonio Barceló Pont de la Terra (1716- 1797), ħeġġeġ lill-ekwipaġġ tiegħu biex jiċċelebraw il-festa tas-16 ta’ Lulju. Minn dakinhar in-navy Spanjola adottat il-patroċinju tal-Virgen del Carmen, u issa l-baħrin jagħtuha s-salut tagħhom fil-parati billi jkantaw is-‘Salve Marinera’, li l-kliem tiegħu huwa dan li ġej: Ave, stilla tal-ibħra, tal-ibħra ta’ kuntentizza eterna Ave, o feniċe ta’ sbuħija Omm tal-Imħabba Divina
Mill-poplu tiegħek, mid-dwejjaq il-ħniena tiegħek tal-konsolazzjoni ferventi, tasal fis-sema, u lilek, l-għajta tagħna. Ave, Ave, istilla tal-ibħra Ave, stilla tal-ibħra Iva, ferventi, tasal fis-sema u lilek, u lillek, l-għajta tagħna. Ave, Ave, istilla tal-ibħra Stilla tal-ibħra, Ave, Ave, Ave, Ave.
Għal darb’oħra l-website Spanjola tirrapporta ċ-ċelebrazzjonijiet fin-Navy Spanjol;
“Il-Navy militari wkoll tiċċelebra din ilfesta, u tikkollabora f’ħafna okkażjonijiet flimkien mas-sajjieda fl-organizzazzjoni talavvenimenti. Fil-jum tal-festa, il-baħħara jilbsu l-uniformi is-sabiħa bajda, għaliex l-abjad jirrappreżenta l-purità tal-patruna tagħhom, u
82
F’Malta, is-Santwarju Nazzjonali tal-Madonna tal-Mellieħa, kien fil-passat, jissejjaħ bħala “Madonna del Carmine”(Ex Voto, J Muscat, Santwarju tal-Madonna tal-Mellieħa, 2009), u ġie ssuġġerit li kien hemm relazzjoni bejn dan is-santwarju u dak tal-Madonna ta’ Trapani (In Peril on the Sea, AHJ, Prins Said, 1989). Uħud mill-pitturi Ex-Voto fil-Mellieħa juru lillMadonna bil-labtu f’idejha. Ħafna mill-istejjer dwar il-Madonna tal-Karmnu, il-Baħħara u s-Sajjieda ġejjin mill-Amerika Ċentrali. Hawn huma xi wħud minnhom: Fil-Kolombja, fil-bliet tax-xmajjar taxXmara Magdalena l-Kbira, il-poplu jmur proċessjonalment fix-xmara, u jakkumpanjaw l-immaġni b’numru ta’ dgħajjes. Il-Madonna tal-Karmnu hija l-Patruna ta’ Puerto Kolombja, Dipartiment tal-Atlantiku, fejn hemm storja li xi baħrin ħallew kaxxa minsija fil-port u xi żmien wara, meta n-nies innutawha u fetħuha, sabu ġewwa fiha statwa tal-Madonna tal-Karmnu, li minn dak iż-żmien, saret il-Patruna talmuniċipalità.
F’Costa Rica, il-Madonna tal-Karmnu saret famuża minħabba l-Miraklu ta’ Puntarenas. Fl-1913, il-belt żgħira ta’ Puntarenas, irċeviet l-aħbar kera li l-”El Galileo”, bastiment talqoxra tal-perla, kien għereq qrib Isla del Caño bl-ekwipaġġ kollu tiegħu abbord. Don Hermenegildo Cruz Ayala, is-sid tal-vapur, mar fil-Knisja tal-belt biex jitlob lill-Madonna tal-Karmnu biex tgħin lill-ħaddiema tiegħu. Ingħaqad miegħu l-qassis Carmona, il-kappillan, u ħafna nies. Huma kollha talbu għall-irġiel li minnhom ma kien hemm l-ebda aħbarijiet. Il-miraklu kien irrappurtat ftit ġranet wara, meta vapur ġab lill-ekwipaġġ tal-Galileo lura lejn Puntarenas, wara li sabhom fuq art niexef. Huma tkellmu dwar mara li, f’nofs il-maltemp, temgħathom u akkumpanjathom biex isibu saħħa suffiċjenti biex jgħumu l-art, fejn kienu salvati. Huma, flimkien mal-familja u l-ħbieb
tagħhom marru fil-Knisja, u talbu quddiem ilVerġni tal-Karmnu, filwaqt li l-kaptan u wieħed mill-baħħara rrakkuntaw il-miraklu tad-dehra tal-Verġni u s-salvataġġ tagħhom f’nofs ilmaltemp.
Minn dak iż-żmien, il-ħaddiema tal-port isejħu lill-Verġni tal-Carmel, il-Verġni tal-Baħar, u hija onorata mis-sajjieda kollha tal-Golf ta’ Nicoya. Huma jirringrazzjawha għall-frott tax-xogħol tagħhom u jitolbuha b’fiduċja biex tħarishom kull darba li jmorru fil-baħar biex isibu sostenn għal uliedhom, filwaqt li kull sena, fis-16 ta’ Lulju, in-nies ta’ Costa Rica jigu Puntarenas biex jirringrazzjawha. Il-purċissjoni fis-16 ta’ Lulju hija waħda mid-dgħajjes tas-sajd imżejna b’ċinji, bnadar u fjuri, l-aktar fil-kuluri isfar u bojod talKnisja Kattolika.
Festa Madonna tal‑Karmnu, Puntarenas, Costa Rica
Fil-Panama, is-sajjieda mill-ibliet kostali taddistretti ta’ Chame u San Carlos fis-settur talpunent tal-provinċja tal-Panama, fil-bajja ta’ El Puerto, fid-distrett ta’ Guararé u Playa Monagre, fil-provinċja ta’ Los Santos Barra mis-settur talkosta tal-provinċja ta’ Coclé (Farallón, Santa
Clara, Juan Hombón fost oħrajn), jorganizzaw purċissjonijiet fuq il-baħar bid-dgħajjes tas-sajd tagħhom. F’La Palma de Darién, il-Virgen del Carmen hija wkoll venerata, bid-dgħajjes tassajd li jaslu fil-belt biex jipproċessaw mal-verġni mill-bokka tax-xmara Tuira. F’Táboga, din ilpatruna tal-baħar hija ċċelebrata bi proċessjoni simili ta’ dgħajjes. Fin-Nicaragwa wkoll, isiru purċissjonijiet ta’ dgħajjes f’ġieħ il-Madonna tal-Karmnu fil-belt u fil-port ta’ San Juan del Sur, u fil-belt ta’ Río Blanco fis-16 ta’ Lulju. Hawnhekk hi msejħa “Regina del Mar y los Ríos” (Stella Maris) u “Protectora de Los Pescadores”.
Fil-Messiku, is-Señora del Carmen hija venerata f’Ciudad del Carmen, f’Campeche. Id-devozzjoni ta’ din il-belt ħarġet mit-tkeċċija ta’ pirati mill-gżira fl-għodwa tas-16 ta’ Lulju, 1717. Din ir-rebħa ġiet attribwita lill-Patruna talIbħra. Aktar tard inbena forti biex tiddefendi l-popolazzjoni u fiha nbniet kappella fl-unur tal-Virgen del Carmen. Fil-bidu tal-1900, issajjieda tal-belt taw kuruna tad-deheb lillVerġni, u waħda iżgħar lit-tifel Ġesù. Fl-1956, l-immaġni kienet Inkurunata pontifikalment bl-ordni ta’ Papa Piju XII. Hemm leġġenda li meta l-uragani jew il-maltempati jersqu lejn ilgżira, il-Verġni tgħaddi madwarha biex tegħleb il-maltempati, u tħalli l-libsa tagħha mxarraba u mimli bir-ramel tal-baħar. Hemm ukoll leġġenda li s-sejba taż-żejt barra mill-gżira kienet dovuta għall-intervent tal-Madonna tal-Karmnu. Hija wkoll venerata fil-belt ta’ Catemaco, fl-istat ta’ Veracruz, fejn hemm bażilika fl-unur tagħha u fejn jintqal li dehret fl-1664 f’post fuq ix-xatt ta’ Lake Catemaco imsejjaħ Tecalli jew Tegal (Stone House) lis-sajjied Juan Catemaxca. Hawnhekk il-festa tibda fl-14 ta’ Lulju meta l-Verġni, akkumpanjata minn mużika folkloristika, tipproċessjona mit-toroq prinċipali tal-belt biex imbagħad iddur madwar il-lagi, u tgħaddi mill-post tal-apparizzjoni. F’Gutiérrez Zamora (Veracruz) kull sena l-Festa tal-Madonna talCarmen hija ċċelebrata bi purċissjoni tal-Verġni mad-dawra ta’ Tecolutla. Il-festa tas-16 ta’ Lulju hija ċċelebrata wkoll f’Sanita del Carmen, Quintana Roo, fil-Muniċipalità ta’ Solidaridad. Skont it-tradizzjoni, il-Verġni ta’ Carmen dehret lis-sajjieda li kienu mitlufin fl-ibħra miftuħa u
83
salvathom. Dan wassal biex din il-villaġġ tas-sajd tissejjaħ Playa del Carmen. Il-festa hi ċċelebrata b’ħafna folklor. F’Posote (Veracruz) u f’Teziutlan (Puebla) fil-qrib, il-Virgen del Carmen tittieħed lejn il-Katidral mis-santwarju tagħha fis-6 ta’ Lulju u terġa’ lura fis-santwarju tagħha nhar is-16 ta’ Lulju fuq ”vapur” simulat, u hi dejjem akkumpanjata mill-gwardja tal-unur tagħha. Għalhekk, it-tradizzjoni li l-Madonna talKarmnu hija l-patruna tas-sajjieda u l-baħħara ttieħdet mid-dinja l-antika għal dik ġdida, fejn għadha tiffjorixxi.
84
Stampa Devozzjonali tal‑Madonna tal‑Karmnu, Stella Maris, Spanja
Il-Fratellanza ta’ San Ġużepp tal-Belt Valletta sal-1700 Jeremy Debono
B.A. (Hons.) Storja, Dip. A.R.M. (Melit.)
X’inhi Fratellanza? Fratellanza hija assoċjazzjoni ta’ nies li jingħaqdu flimkien b’mod volontarju u mmexxija b’sett ta’ regoli jippromovu ħajja reliġjuża u soċjali komuni, għal-lajċi. Is-sħubija hija volontarja għalkemm tista’ tkun obbligatorja fil-każ talfratellanzi marbutin ma’ xi sengħa partikolari. Hemm diversi ismijiet bħal Konfraternità, Fratellanza, kumpanija, Pia unjoni u kongregazzjoni. Iżda hemm ċerti karatteristiċi li jagħżlu l-fratellanza mill-għaqdiet l-oħra u li mingħajrhom għaqda ma tkunx tista’ tissejjaħ fratellanza; bħal li jrid ikollha l-kappella jew l-Oratorju tagħha fi knisja parrokkjali jew ta’ xi Ordni Reliġjuż, ikollha l-istandart u l-kulur speċjali tagħha u li takkumpanja l-mejtin għaddifna. L-għan prinċipali tal-Fratellanzi kien li jgħinu l-membri tagħhom biex jagħmlu mewta tajba u jsalvaw ruħhom permezz ta’ għemejjel tajba f’ħajjithom. Il-Fratelli la jagħmlu voti bħallpatrijiet u lanqas jidħlu f’Ordni imwaqqaf kanonikament imma jibqgħu lajċi għalkemm isSaċerdoti setgħu jissieħbu wkoll.
Il‑Fratellanzi f’Malta F’Malta l-Fratellanza li huma l-eqdem assoċjazzjonijiet soċjo-reliġjużi u nsibu millinqas waħda mwaqqfa f’kull parroċċa. Ftit minnhom immorru lura sal-Medju Evu iżda
l-biċċa l-kbira tagħhom twaqqfu wara l-1575 u għalhekk huma prodott tal-Kontro-Riforma. Kienu miftuħin għall-irġiel u n-nisa imma l-irġiel biss setgħu jilbsu l-kunfratija u jakkumpanjaw fil-purċissjonijiet. Biex wieħed jidħol membru fi fratellanza ssir ċerimonja sempliċi u jħallas miżata annwali li tagħtih id-dritt li jkollu sehem mill-indulġenzi, il-privileġġi u l-favuri spiritwali li tkun akkwistat il-Fratellanza matul iż-żmien. Kull Fratellanza hija mwaqqfa indipendentement u ma għandha x’taqsam xejn ma’ fratellanzi oħra bl-istess isem imwaqqfin f’parroċċi oħra. Fil-knisja fejn tkun imwaqqfa l-Fratellanza jkollha artal li tkun responsabbli minnu u li jkun iddedikat lil qaddis li l-Fratellanza ġġib ismu. Ċerti fratellanzi, aktarx akbar u aktar importanti jkollhom ukoll Oratorju.1
Il‑Fratellanza ta’ San Ġużepp tal‑Belt Valletta Fl-1565, Malta, kienet attakkata mill-qawwa Ottoman u għal erba’ xhur irreżistiet assedju mdemmi u qalil, li minnu ħarġet rebbieħa flimkien mal-Kavallieri ta’ San Ġwann immexxija mill-Gran Mastru Jean de Vallette. Kif spiċċa l-Assedju l-Kavallieri, iddeċidew li jitfgħu l-ankri għalkollox f’Malta u li jibnu belt ġdida fuq l-għolja Xebb er Ras. Nhar it-28 ta’ Marzu 1566 tqiegħdet l-ewwel ġebla tal-belt il-ġdida li kellha ġib l-isem tal-fundatur tagħha Valletta Humilissima. Il-belt il-ġdida malajr bdiet
85
tintela bil-bini u bin-nies, fosthom il-Patrijiet Karmelitani, li mill-knisja tal-Lunzjata fil-limiti tar-Rabat niżlu l-Belt Valletta u bnew knisja hemm iddedikata lill-Madonna tal-Karmnu. Man-nies li ġew joqogħdu fil-belt il-ġdida kien hemm ukoll ħafna ħaddiema ta’ snajja’ differenti li dawn bdew jingħaqdu flimkien taħt il-ħarsien tal-qaddis protettur tagħhom u jiffurmaw fratellanzi u xirkiet tas-snajja’ fi knejjes differenti tal-Belt.
Paġna mill-eqdem manuskritt tal-Arċikonfraternità ta’ San Ġużepp
Sal-1631, kienet għadha ma twaqqfitx fil-Belt Valletta fratellanza għall-mastrudaxxi. Għalhekk xi nies li kienu jħaddmu din is-sengħa, kollha mwielda jew joqogħdu l-Belt, twebblu li jwaqqfu fratellanza taħt il-patroċinju ta’ San Ġużepp filknisja tal-Karmnu billi diġà kien hemm kappella b’artal iddedikat lil dan il-qaddis patrun talmastrudaxxi. Dan l-artal ma kienx tal-patrijiet imma ġuspatronat tal-familja Polladi, għalhekk ilmastrudaxxi kellhom jitolbu l-permess tagħhom biex ikunu jistgħu jużaw il-kappella u jwaqqfu hemm il-konfraternità. Billi l-Polladi deherilhom li b’hekk id-devozzjoni lejn San Ġużepp kienet
86
ħa tikber ma qalulhomx le. Għalhekk fil-25 ta’ Novembru 1631 għamlu kuntratt quddiem inNutar Ġiljan Felice. Il-Polladi qablu li l-Fratelli jagħmlu użu mill-kappella sakemm il-Patrijiet ikunu jridu li titwaqqaf fil-knisja tagħhom ilfratellanza u żammew ukoll għalihom id-dritt li huma biss jindifnu fil-kappella. Il-manutenzjoni u l-funzjonijiet fil-kappella għaddew f’idejn ilFratellanza u l-Polladi ma kellhomx jindaħlu fis-servizzi reliġjużi li jsiru fil-kappella. B’sens ta’ gratitudni l-Fratelli ntrabtu li meta jmut xi ħadd mill-familja Polladi jakkumpanjawhom sal-qabar bla ħlas u li jagħmlu 30 quddiesa letta de requiem fuq l-artal ta’ San Ġużepp għal ruħ Leonora, Francesco, Petrisica u Angelica Polladi u 15 letti għal uliedhom, bl-elemożina toħroġha l-fratellanza. Il-Patrijiet Karmelitani kollha li kienu jiffurmaw il-komunità tal-Belt dak iż-żmien, kollha kemm huma kienu favur li titwaqqaf din il-Fratellanza. Hekk kif kellhom kollox lest f’isem tmintax-il mastrudaxxa, diversi karpentiera, lavranti u Beltin għamlu rikors Ruma biex titwaqqaf il-fratellanza. Dan ir-rikors kien milqugħ u d-digriet tat-twaqqif tal-Fratellanza ta’ San Ġużepp fil-knisja talKarmnu tal-Belt ħareġ fid-9 ta’ Jannar 1632 u kien iffirmat mill-vigarju Jacobos Sterpianus. 2
Il‑Fratellanza ta’ San Ġużepp sal‑1700 mill‑kontijiet tagħha3 Waħda mill-karigi importanti fit-tmexxija talFratellanza kienet dik tal-Prokuraturi li kellhom r-responsabbiltà tal-finanzi tal-Fratellanza kif ukoll tal-propjetà mobbli u immobbli. Wieħed mill-obbligi tagħhom kien li jamministraw ilfinanzi u jagħtu rendikont u sodisfazzjoni ta’ dak kollu li jkunu ġabru u nefqu. Ġeneralment il-ħatra tagħhom kienet tkun għal sena millewwel ta’ April sal-aħħar ta’ Marzu tas-sena ta’ wara. L-ewwel Prokuraturi tal-Fratellanza kienu Mro. Gieronimo Chiumi u Mro. Giovanni Maria Spiteri. Id-dħul li kellhom kien ta’ 104 skudi u 8 grani, ħarġu 82 skud 9 tari u 2 grani u kien baqgħhom bilanċ ta’ 21 skud 3 tari u 6 grani. Id‑dħul prinċipali tal‑Fratellanza kien mill‑ġbir Kull xahar wieħed mill-fratelli kien joħroġ jiġbor mit-toroq tal-Belt Valletta bil-kaxxa. IlFratellanza kienet tiċċelebra żewġ festi f’ġieħ San Ġużepp, il-kbira fid-19 ta’ Marzu u l-oħra fit-18
ta’ Lulju festa tat-Transitu ta’ San Ġużepp. Lejliet dawn il-festi kienet issir ġabra oħra bil-kaxxa mat-toroq tal-Belt għall-ispejjeż tal-festa. Meta kien Gran Mastru Nikola Cottoner bejn l-1663 u l-1680 kull sena għall-festa ta’ San Ġużepp kien jikkontribwixxi 25 skud, bħala ringrazzjament il-Fratellanza kienet toffrilu bukkett fjuri talganutell, drawwa komuni ħafna dak iż-żmien, li lill-Fratellanza kien jiswija 3 tari. Kull darba li l-fratelli kienu jakkumpanjaw funeral ta’ dan isservizz kien jintalab ħlas ta’ 6 tari waqt li meta jsir akkumpanjament fil-funeral ta’ xi wieħed mill-fratelli dan kien issir mingħajr ħlas. Fl1676 Malta nħakmet mill-marda qerrieda talpesta u għalhekk sa Lulju ta’ dik is-sena ma sarx ġbir minħabba l-biża’ li tista tinxtered il-marda. L-ewwel ġabra saret fix-xahar ta’ Awwissu millProkuratur Mro. Antonio Fiteni. Dħul mil‑liċenzji Dħul ieħor li kellha l-Fratellanza kien mil-liċenzji li kienu jħallsu l-imgħallmin Mastrudaxxi
Kull xahar fratell kien joħroġ jiġbor il-files
msieħba fil-fratellanza. Din kienet ta’ skud u 9 tari. L-ewwel lista ta’ dawk li ħallsu l-liċenzja nsibuha fl-1667 u dawk li ħallsu kienu dawn: Mro. Andrea Mamo minn Ħaż-Żebbuġ, Mro. Carlo Fenech minn Ħaż-Żebbuġ, Mro. Salvatore Chircop miż-Żurrieq, Mro. Orlando Habela minn Ħaż Żabbar, Mro. Giuseppe Galea, Mro. Michele Magro mill-Imqabba, Mro. Alonso Camilleri minn Birkirkara, Mro. Salvo detto Chinanet minn Ħal Qormi, Mro. Domenico iben Mro Battista Borg mill-Belt Valletta, Mro Antonio Azzopard, Mro. Antonio Fiteni u Mro. Carlo Lombardo. Għall-festa ta’ San Ġużepp kienu jingħataw xemgħa u meta kien imut Maestro dell’Arte kienu jitqaddsu b’suffraġju għal ruħu tliet quddisiet kantati u seba’ u għoxrin oħra letti li kienu jiswew lill-Fratellanza 4 skudi tari u 10 grani.
Insibu li l-Fratellanza ta’ San Ġużepp ħadet sehem f’żewġ purċissjonijiet ġenerali waħda għax-xita fl-1670 u oħra b’ringrazzjament talħelsien mit-terremot tal-1693. L-ewwel waħda kienet ordnata mill-Isqof Lawrenz Astria lejn is-Santwarju tal-Madonna tal-Mellieħa biex issir talb għax-xita minħabba li kien hawn nixfa kbira, il-fratelli ta’ San Ġużepp li ħadu sehem f’din il-purċissjoni marru bid-dgħajsa u l-Fratellanza ħasbitilhom għall-ikel u anki ħallset għall-vjaġġ bid-dgħajsa li b’kollox sewa 9 skudi, 6 tari u 6 grani. L-istess ġara fl-1693 meta saret purċissjoni ġenerali lejn il-knisja ta’ San Pawl tal-ħġejjeġ f’San Pawl il-Baħar. Din iddarba wkoll il-Fratelli li ħadu sehem marru biddgħajsa u l-fratellanza ħasbitilhom għall-ikel u nefqet 10 skudi, 4 tari u 6 grani. Dan kollu juri li f’dawk iż-żminijiet kien eħfef li tivvjaġġa bilbaħar minn Malta għal Malta stess milli bl-art. Il‑kappella u l‑artal ta’ San Ġużepp Ir-responsabbiltà tal-kappella u l-artal ta’ San Ġużepp fil-knisja tal-Karmnu kienet f’idejn ilfratelli skont id-donazzjoni tal-Polladi. Huma kienu jieħdu ħsieb li l-kappella tagħhom tinżamm fi stat tajjeb; fl-1636 induraw l-iskanell tal-artal għat-tmien skudi u xtraw tapit għal 15-il tari. Waħda mill-ewwel opri li għamlet il-Fratellanza kienet lampier tal-fidda. Dan inħadem mill-Arġentier Mro. Zannetto de Rossi li ta’ xogħolu tħallas 20 skud. Fidda biex jinħadem intużaw b’91 skud. Il-benefatturi prinċipali
87
biex sar dan il-lampier kienu Sig. Filippo Riasi li ta 4 skudi Mro Tomaso Spiteri ta 18-il skud, l-ekwipaġġ tax-xini Sant Anna li padrun tiegħu kien Massimino Deidier b’wegħda taw 4 skudi, il-kumplament ġew mill-ġbir.
L-artal ta’ San Ġużepp armat fil-ġranet tal-festa f’Marzu
Imbagħad fl-1667 saret l-induratura talkappella, intrama pont tal-injam li sewa 3 tari, inħadmu staneg tal-ħadid għall-Anġli li saru fuq il-gwarniċ tal-kwadru tal-kappella, induraw il-kurċifiss tas-Salib tal-ebanu u arġentaw sitt gandlieri. Fl-1668 Mro Gugliermo Bellinu ħadem żewġ lanterni li swew 6 skudi u Mro. Filippo Dingli pittur minn Ħ’Attad pitter kurċifiss għal 3 skudi. Fl-1671 għamlu ventartal ġdid; inxtraw erba’ tavluni tal-aħmar li swew 5 skudi u 4 tari. Waqt li Mro. Giuseppe Chiumi indura erba’ vażuni għall-fjureti għal 2 skudi. Fl-1672 saru sett ta’ 12-il mużetta għall-fratelli, dawn kienu ta’ kulur blu (torchino) u kellhom xbieha ta’ San Ġużepp fuqhom.
Il‑festa ta’ San Ġużepp Id-19 ta’ Marzu kien jum tal-festa għallfratellanza. Għall-festa kienu jżejnu l-knisja u anki jissellfu xi affarijiet bħal quadri, paramenti et altre cose necessarie per la festa. Spiża kbira għall-festa kienet għax-xemgħa billi kienet titqassam lill-Maestri dell’Arte, lill-fratelli u anki lill-Konsorelli, kif ukoll biex tintrama fuq l-artal u torċa li kienet tingħata lill-Gran Mastru. Il-Primi Vespri, nhar it-18 ta’ Marzu, il-quddiesa talFesta filgħodu, is-Secondi Vespri u l-purċissjoni waranofsinhar kienu jkunu akkumpanjati mill-mużiċisti. Dawn kienu jfissru wkoll spiża konsiderevoli. Fl-1667 l-ispiża għalihom laħqet
88
7 skudi u 6 tari. Il-mużiċisti kienu jieħdu sehem ukoll fil-festa tat-Tranżitu ta’ San Ġużepp f’Lulju imma s-servizz kien ikun inqas minn ta’ Marzu u għalhekk anki l-ispiża li kienet tkun madwar 3 skudi. Jissemmew diversi mużiċisti li kienu jitqabbdu biex immexxu l-mużika fil-festa ta’ San Ġużepp: fl-1668 kien Sig. Amadeo, fl-1670 Sig. Baldassare Arnadet, fl-1671, fl-1673, u fl1686 Don Hortensio Bencini Mro. di Cappella, fl-1673 Fra Francesco Colangeli. Fi snin oħra ma jissemmix isem is-Surmast. Jissemma wkoll l-orgni li min kien jieħu ħsieb il-minfaħ tiegħu kien jingħata 10 grani. Biex tiżżejjen il-knisja kienu jinġiebu xi kwadri, tużell u tapezzerija. Kif ukoll kienu jixtru mazz ħxejjex biex jagħmlu riħa tfuħ. Dawk li kienu jġorru l-affarijiet kemm qabel u wara l-festa kienu jissejħu pastasi, kienu jitħallsu ta’ xogħolhom madwar skud. Kienu jġibu wkoll il-maskli għal-logħob tan-nar; għallfesta tal-1672 inġiebu 50 maskli. Kienu jħallsu wkoll li min kien jieħu ħsieb li jnaddaf u jarma l-knisja għall-festa. Fuq barra kienu wkoll jagħmlu mixgħela li din kienet issir billi jinġieb injam imsejjaħ deda li kien jintuża biex jinħaraq u jitqiegħed f’lembiji apposta, biex jagħmel iddawl. Il-Paniġierku kienu wkoll element importanti tal-festa ġeneralment kienu jintgħażel biex jagħmlu patri Karmelitani imma ġieli ntgħażel patri ieħor bħal fl-1673 meta għamel ilpaniġirku Patri Baċċillier Zammit ta’ Santu Wistin, li tħallas skud u 4 tari. Il-Fratelli kienu wkoll jaħsbu fil-Patrijiet Karmelitani nhar il-festa u għalhekk kienu jagħtuhom skud per recreazione alli RR. PP. Carmelitani.
L‑istatwa ta’ San Ġużepp L-istatwa tal-qaddis hija ċ-ċentru tal-festa u f’Malta nsibuhom sa mill-bidu tas-seklu 17. IlFratellanza ta’ San Ġużepp kienet tiċċelebra l-festa tal-Patrun tagħha fid-19 ta’ Marzu, iżda l-ewwel darba li tissemma statwa ta’ San Ġużepp huwa f’referenza indiretta fil-kontijiet tal-1672: Mro Battista Borg prezzo di quattro ferri delli forcini della vara scudo 2 tari. La kien hemm il-forċini żgur li kienet tinħareġ fil-purċissjoni. Hemm ukoll ftit tagħrif dwar it-tiżjin li bih kienet imżejna din l-istatwa. Fl-1682 la corona
del Santo li kienet tal-fidda ġiet imnaddfa. Fl1687 tħallas tari lill-pittur li għamel xi tiswijiet fuq l-istatwa. Is-sena ta’ wara nżebgħa l-iscanello tal-vara.
erba’ lasti ġodda biex tintrefa l-istatwa li swew skud. Għal ras San Ġużepp u l-Bambin saru żewġ dijademi tar-ram li swew 3 skudi u 10 tari u ġilju għall-ħarir għall-idejn San Ġużepp li sewa 10 tari.
Il-vara ta’ San Ġużepp nhar il-festa waqt il-paniġierku
Fl-1689 inħietet għata tal-qoton biex titgħatta biha l-istatwa għal 8 tari, inħadmu żewġ lasti ġodda biex jintużaw fil-ġarr tal-istatwa filpurċissjoni 6 tari u nħadem ġilju ġdid għallidejn San Ġużepp li sewa 3 tari. F’dan iż-żmien l-istatwa ta’ San Ġużepp bdiet tingħata aktar attenzjoni għaliex fl-1691 reġgħet issewwiet u saret ukoll xi induratura bl-ispiża ta’ skud u 11-il tari. Iżda ma jidhirx li l-fratelli kienu wisq kuntenti bl-istatwa li kellhom għaliex sentejn biss wara jiġifieri fl-1693 ftehmu mal-iskultur Malti Ignazio Portelli biex jaħdem statwa ġdid ta’ San Ġużepp. Il-Prokuraturi tal-Fratellanza kienu Salvo Bartolo u Andrea Camilleri. Ilbenefatturi prinċipali kienu il-Balliju Gori, Honorato Muscat, Giuseppe Madleni, Antonio Felici, Natale Mangano, Domenico Borg, Antonio Fiteni, Marco Michallef, Gio. Pietro Mifsud, Stefano Casha, Alfonso Farrugia, Giacchino Ulischino, Francesco Aquilina, GioBatta, Antonio Lauron u Salvo Bartolo, li bejniethom ikkontribwixxew is-somma ta’ 29 skud u 11il tari. Salvo Bartolo ta wkoll l-injam b’xejn li minnu nħadmet l-istatwa. Il-kumplament talispiża tħallas mill-Fratellanza. Ignazio Portelli ħa 60 skud tax-xogħol fuq l-istatwa u 40 skud ieħor għall-pedestall u l-erba puttini li jżejnuh. L-induratura tal-istatwa kienet fdata f’idejn Mro. Maruzzo Bremon li tħallas 80 skud fi tliet pagamenti wieħed ta’ 50 u l-ieħor ta’ 20 u ta’ 10. Biex ittieħdet għand Bremon għall-induratura intefqu 16-il gran. Inħadmet ukoll bradella ġdida li swiet 2 skudi u 6 tari, kolla u msiemer 2 tari u 10 grani u affarijiet tal-ħadid 4 skudi u
Wieħed mill-ewwel manuskritti talArċikonfraternità li tefa’ dawl fuq l-irwol tal‑fratellanza u l-oriġini tal-festa
Is-sena ta’ wara għall-istatwa l-ġdida nħadmet ukoll niċċa biex tintfrefa fiha. Inxtraw żewġ twavel skud 4 tari u 10 grani, tavlun venezjan sewa 6 tari u 10 grani, waqt żewġ terzi ta’ tavlun tal-arznu sewa skud u 8 tari. Imsiemer, kolla ganġetti u taċċi nxtraw b’4 tari u 10 grani. Ilħġieġ għan-niċċa l-ġdida nħadem mill-vitrat Mro. Giuseppe Hagius li 5 skudi nhar id-9 ta’ Frar 1697. L-istatwa l-antika ta’ San Ġużepp ma kienx għad baqalha użu għaliha l-Fratellanza issa li kellha statwa barokka ġdida fjamanta għalhekk fl-1700 biegħet din l-istatwa lillArċikonfraternità ta’ San Ġużepp tar-Rabat talImdina għal 6 skudi.
89
L‑Oratorju tal‑Fratellanza ta’ San Ġużepp Fl-20 ta’ Lulju 1685, il-Patrijiet Karmelitani taw b’ċens lill-Fratelli tliet indani mill-kunvent tagħhom biex jintużaw bħala Oratorju millFratelli. L-att ta’ donazzjoni u tal-bini tal-Oratorju ġew reġistrati fil-Qorti tal-Isqof. Il-fratelli bdew jaħdmu biex jagħmlu minn dawn it-tliet indani oratorju xieraq għalihom. Ser nirriproduċi l-kont kollu kelma b’kelma minħabba l-interess li fih għal diversi kliem li għadna nużawh sallum kif ukoll biex wieħed jieħu idea tal-ħlasijiet ta’ dak iż-żmien. L-ispejjeż kienu dawn:
165 ciangature 6 scudi 6 tari, lavorare detta ciangatura 2 scudi, 5 tari, 15 grani, 6 pezzi di scalinata per l’artale 6 tari, per lavorare detti pezzi 4 tari, tre pezzi di capitelli per l’artale 3 tari, dodici carighi di pietra 8 tari, per murare la facciata hanno travagliato un giorno e mezzo un mro. e due manuale e un lavorante 1 scudo 8 tari 15 grani, per murare l’artale un giorno d’un mro. E due manuali e lavorante 1 scudo tari, 10 grani. Per ciuangare l’Oratorio due giorni e mezzo del’ Mro. Due manuale e lavorante due scudi, 10 tari 10 grani. Otto carrighi di vasi 5 tari. Calcina per tutto l’Oratorio scudo, 3 tari 10 grani. Al Mro che biancheggio l’Oratorio scudo e 5 grani. Capitello della facciata 9 tari, per intagliare la facciata della porta si pago al Mro scultore 2 scudi. Un carigo di terra 1 tari.
Per intagliare li capitelli di sopra la porta 1 scudo 8 tari. Per murare li detti capitelli un giorni al Mro 5 tari. Per tagliare l’ingaglio o ciacciso della porta e del mezzotondo 2 tari. Per levare la terra di dentro l’Oratorio 10 grani. Legname per il mezzotondo di sopra la porta e per far li guarniccioni di detta porta scudo 10 tari. Legname per la porta dell’Oratorio tavole e tavoloni 6 scudi. Per ferramenti della porta serratura e 2 manigli e 2 forrogli scudo e 2 tari. 6 ciappetti scudo. 5 tavoli di fago per le grade dell’Oratorio 2 scudi 1 tari.
Għeluq Sal-1700 il-Fratellanza ta’ San Ġużepp f’inqas minn 70 sena minn meta twaqqfet kienet stabbilit ruħha sew fost il-Fratellanzi ta’ Malta u kellha dak kollu meħtieġ biex taqdi id-dmirijiet kollha tagħha u setgħet tħares b’kuraġġ lejn seklu ġdid li kien qed jibda. Referenzi
Jeremy Debono, The arch confraternity of St. Joseph at Rabat 1800-1970s: a social and religious perspective, teżi mhux ippubblikata ppreżentata lill-Fakulta talArti fl-Università ta’ Malta, 2013. 2 Fr Valentin Borg Gusman O. Carm., Twaqqif talArċikonfraternità ta’ San Ġużepp fis-Santwarju Bażilika tal-Karmnu Valletta, f’Programm tal-Festa talMadonna tal-Karmnu Valletta, 1997, 7 – 15. 3 It-tagħrif kollu li ġej minn hawn ’il quddiem huwa meħud mill-ewwel volum manuskritt tal-kontijiet tal-Fratellanza ta’ San Ġużepp tal-Belt. Ħajr lilluffiċjali kollha tal-fratellanza speċjalment lir-Rettur is-Sur Joseph Cioffi, tad-dispożizzjoni tiegħu biex stajt nistudja dan il-manuskritt.
1
Il-Komunità Karmelitana tal-Belt Valletta tawgura festa qaddisa u devota lil kul˙add
90
Vara rrestawrata u festi speċjali f’ġieħ San Ġużepp Joe Cioffi
Rettur tal-Arċikonfraternità ta’ San Ġużepp
Is-sena 2019 kienet sena speċjali ħafna għallArċikonfraternità ta’ San Ġużepp imwaqqfa fis-Santwarju Bażilika tal-Karmnu hekk kif tat bidu għall-festi speċjali li qed ifakkru l-150 anniversarju mill-proklamazzjoni ta’ San Ġużepp bħala Patrun tal-Knisja Universali, liema festi se jilħqu l-qofol tagħhom f’Marzu tas-sena li ġejja. Iżda matul din is-sena, ġie ċċelebrat anniversarju ieħor importanti. Iċċelebrajna t-325 anniversarju minn meta waslet fostna l-istatwa artistika u devota ta’ San Ġużepp. Għalhekk inħasset il-ħtieġa li l-istatwa tittieħed għar-restawr biex tingħata lura l-glorja tagħha. Ix-xogħol ġie fdat f’idejn is-Sur Publio Magro tal-Furjana u ħa madwar għaxar xhur biex f’Marzu saret ċelebrazzjoni sabiħa biex ilqajna lura din ilvara tant għażiża għallKarmelitani Beltin.
Minkejja li l-istatwa għandha 325 sena, ħsara fl-injam ma kien hemm kważi xejn,
anke jekk madwar erba’ snin ilu, seħħ att vandalu fuq din l-istatwa meta persuna li għadha mhux magħrufa kissret wieħed mis-swaba’ ta’ San Ġużepp biex serqet ċurkett li kien marbut fih.
Publio Magro stess, li huwa wkoll fratell ta’ din l-Arċikonfraternità, f’intervista li saritlu dwar dan ir-restawr, saħaq li l-injam ma kellux ħsara u l-aktar li ħadem kien fuq is-slieħ li kellhom partijiet mill-induratura u anke t-tindif tagħha, għax l-elementi, matul is-snin, ħallew l-effett tagħhom. Il-karnaġġjon ta’ San Ġużepp u tal-bambin ukoll ġie mnaddaf.
Dan ir-restawr ħareġ ħafna aktar il-ġmiel tal-iżgraffir talinduratura ta’ din l-istatwa.
Mhux se nidħol ħafna fid-dettall dwar din l-induratura u l-istorja tagħha, għax aktar informazzjoni u tagħrif qed jingħata ħafna aktar fid-dettall mis-Sur Jeremy Debono fl-artiklu tiegħu f’din l-istess pubblikazzjoni.
91
Hawnhekk ta’ min isemmi u jirringrazzja lisSur Anthony Fenech li ħallas ix-xogħol kollu ta’ restawr li sar fuq l-istatwa. Iżda xtaqna li dan il-proċess ta’ restawr ikun wieħed komplut. Fil-fatt, Publio Magro rtokka l-induratura tal-pedistall ta’ San Ġużepp u naddaf l-erba’ anġli tal-injam li jpoġġu fuqu.
Beda wkoll ix-xogħol ta’ restawr fuq il-bradella u l-bankun ta’ San Ġużepp. Dan qed ikun fdat f’idejn is-Sur Anthony Pulè li din is-sena lesta x-xogħol fuq il-bradella li ntlaqa’ tajjeb ħafna. Biex jiġi inawgurat dan ix-xogħol, saru ċelebrazzonijiet nhar is-Sibt 10 u l-Ħadd 11 ta’ Mejju. Dawn immarkaw ukoll il-ftuħ tal-festi speċjali tal-150 sena patroċinju.
Nhar is-Sibt 10 ta’ Marzu, saret quddiesa solenni, bis-sehem tal-kor u l-orkestra Tota Pulchra tas-Santwarju Kolleġġjata tal-Immakulata Kunċizzjoni ta’ Bormla. Fi tmiemha, inkixfet l-istatwa ta’ San Ġużepp li ntramat fil-baxx, quddiem l-Oratorju tal-Arċikonfratenità, biex tkun tista’ titgawda aħjar mid-devoti.
L-għada filgħodu, saret open-day, fejn diversi devoti u dilettanti setgħu iżuru u jaraw ix-xogħol li sar fuq il-vara u filgħaxija l-istatwa ntrefgħet tul il-korsija tas-Santwarju u tpoġġiet f’postha għall-ġranet tal-festa li segwew. Iżda l‑ħidma ma tiqafx hawn… Issa l-istatwa ġiet irrestawrata. Kulħadd tpaxxa bil-ġmiel tagħha. Iżda fadal pass importanti jekk irridu li nipproteġu aħjar din il-vara; il-bieba tan-niċċa.
Preżentament l-Arċikonfraternità għaddejja b’diskussjonijiet biex fix-xhur li ġejjin ikun jista’ jibda x-xogħol fuq il-bieba tan-niċċa, li mhux se jkun wieħed faċli. L-istruttura preżenti toħloq xi ftit ta’ diffikultà, iżda bi pjanar tajjeb ċerti li din tkun tista’ ssir f’qasir żmien.
Dettall mill-iżgraffir tal-vara waqt ir-restawr
Apparti minn hekk, in-niċċa se tkun tinkludi sistema biex l-istatwa tkun tista’ tinħareġ u titpoġġa fuq il-bradella mingħajr ħafna strapazz, bil-għan li nevitaw il-ħsara. Waqt l-inawgurazzjoni tal-vara ta’ San Ġużepp irrestawrata
Dakinhar ukoll inkixef il-logo u l-motto “Ma’ San Ġużepp Inħarsu l-Knisja ta’ Kristu,” li se jkun qed jakkumpanjana matul din is-sena speċjali. Dan kien xogħol l-artist Fabio Borg. Ġie inawgurat ukoll l-innu popolari l-ġdid “San Ġużepp missier u ħaddiem,” kliem tas-Sinjura Miriam Camilleri u mużika ta’ Maestro Michael Camilleri. Ma naqasx ukoll li tinqara t-talba lil San Ġużepp li nkitbet apposta għal din is-sena speċjali u nxtelgħet ukoll il-fjamma tal-festi speċjali.
92
Iżda kif wieħed jista’ jimmaġina, dan mhux se jkun jiswa ewro jew tnejn. Għalhekk, qed nieħdu din l-okkażjoni biex nappellaw lil dawk kollha, partikolarment devoti ta’ San Ġużepp u li jixtiequ jagħtu donazzjoni għall-bieba tanniċċa, biex ikellmu lil xi ħadd mill-uffiċjali talArċikonfraternità.
Il‑festa ta’ Marzu li għadda Kif spjegat aktar ’il fuq, f’Marzu li għadda tajna bidu għall-festi speċjali tal-150 anniversarju mill-proklamazzjoni ta’ San Ġużepp bħala Patrun tal-Knisja Universali (Aktar informazzjoni fuq dan il-Patroċinju ta’ San Ġużepp qed jingħata mis-Sur Andrew Borg fl-istess pubblikazzjoni).
Għalhekk, kien xieraq li tiġi ċċelebrata festa speċjali li timmarka l-bidu ta’ dawn iċċelebrazzjonijiet. Apparti t-tridu solenni kif isir kull sena, it-tranżlazzjoni tar-relikwa saret mill-Oratorju tal-Arċikonfratenità tal-Madonna tal-Karmnu, li din is-sena kienet il-fratellanza mistiedna għall-festa, biex dan l-anniversarju importanti niċċelebrawh flimkien bħala familja waħda Karmelitana. Dettall mill-wiċċ ta’ San Ġużepp wara li sar it-tindif tal-Karnaġġjon
Mument waqt il-purċissjoni bil-vara ta’ San Ġużepp
L-għada, nhar id-19 ta’ Marzu, ġiet mistiedna wkoll il-Komunità Agostinjana tal-Belt Valletta u l-Fratellanza tal-Madonna taċ-Ċintura li akkumpanjaw għall-quddiesa tal-festa u anke għall-purċissjoni. Għall-ewwel darba, il-purċissjoni tal-festa kienet akkumpanjata mill-Għaqda Mużikali Madonna ta’ Pompei ta’ Marsaxlokk.
Għalhekk, l-avvenimenti ma waqfux mal-festa. Kull 19 tax-xahar, fis-6:30pm, qed issir quddiesa fl-Oratorju tal-Arċikonfraternità u li matulha qed issir katekeżi fuq San Ġużepp u kif is-skiet u l-aġir ta’ dan il-Missier Putattiv ta’ Ġesù jista’ jkun ta’ musbieħ għall-ħajja tagħna Nisranija. F’Awwissu se jkun organizzat ukoll irtir għallfratelli u l-familji tagħhom u anke pellegrinaġġ Ġużeppin lejn dawk il-parroċċi f’Malta li jiċċelebraw festa lil San Ġużepp.
Id-disinn talbieba tan-niċċå ta’ San Ġużepp
Sar ukoll tibdil fit-triq tal-purċissjoni li niżlet tajjeb ma’ bosta. Fil-fatt, il-purċissjoni għaddiet minn Triq it-Teatru u Triq l-Ifran fejn saret waqfa quddiem il-Knisja Parrokkjali ta’ Santu Wistin fejn sar mument ta’ talb. Il-purċissjoni ssoktat tul Triq l-Ifran, Melita, Repubblika u Teatru sasSantwarju, bil-festa ġiet fi tmiemha bil-barka sagramentali.
Nieħdu l-okkażjoni biex nirringrazzjaw lillGħaqda Festa Madonna tal-Karmnu li ħadu ħsieb jarmaw it-triq tas-Santwarju bid-dawl, bil-liedna u anke bil-pavaljuni.
Iżda l‑festi ma waqfux hawn L-Arċikonfraternità li aktar milli sena ta’ ċelebrazzjonijiet, din is-sena tkun waħda fejn iddevoti u l-fratelli jkunu jistgħu jikbru fit-tagħrif tagħhom dwar San Ġużepp u dak li jgħallimna fis-skiet tiegħu.
93
Festa speċjali fl‑2020 Il-festi speċjali se jkunu qed jilħqu l-qofol tagħhom fil-festa ta’ Marzu li ġej. Għal dan il-għan, l-Arċikonfraternità, flimkien mal-Komunità Karmelitana qed taħdem fuq programm sabiħ.
Malli l-vara ta’ San Ġużepp tasal quddiem ilKon-Katidral ta’ San Ġwann se ssir ċelebrazzjoni qasira bis-sehem tal-parroċċi u l-komunitajiet tal-Belt Valletta.
Nhar is-7 ta’ Marzu, il-vara ta’ San Ġużepp se tkun qed tinħareġ fis-Santwarju u għal din issena, se tkun armata taħt il-mant tal-vara talMadonna tal-Karmnu.
Appell mill‑Arċikonfraternità L-Appell tal-Arċikonfraternità huwa wieħed. Biex dawk kollha devoti ta’ San Ġużepp, ilfratelli, il-familji tagħhom u l-Karmelitani Beltin jattendu għaċ-ċelebrazzjonijiet li se jkunu organizzati biex din is-sena tkun okkażjoni għalina biex nikbru spiritwalment fl-imħabba tagħna lejn Ommna Marija, San Ġużepp li jwassluna għand Ġesù.
F’din il-pubblikazzjoni nistgħu nħabbru li s-sena d-dieħla, il-festa ta’ San Ġużepp se tkun iċċelebrata bejn is-7 ta’ Marzu u d-19 ta’ Marzu.
Il-festi speċjali se jkunu qed jagħlqu nhar id-19 ta’ Marzu filgħaxija, b’quddiesa solenni u wara l-kant tat-Te Deum, biex nirringrazzjaw lil Alla għal din is-sena li se nkunu għexna flimkien.
Is-Sur Publio Magro waqt ix-xogħol ta’ restawr fuq il-vara.
Fid-9 ta’ Marzu se jibdew disat ijiem ta’ novena f’ġieħ San Ġużepp u f’ġurnata minnhom se tkun organizzata wkoll akkademja mużikali.
Nhar it-18 ta’ Marzu, Lejlet is-Solennità ta’ San Ġużepp se ssir it-Tranżlazzjoni tar-Relikwa u Quddiesa bl-ewwel Għasar Solenni.
Il-festi jilħqu l-qofol tagħhom nhar id-19 ta’ Marzu, bil-quddiesa solenni tal-festa filgħodu u warajha l-purċissjoni solenni bil-vara ta’ San Ġużepp. Għal din is-sena speċjali, il-purċissjoni se tkun ukoll akkumpanjata mill-banda u se tgħaddi mit-toroq tal-purċissjoni tal-Madonna tal-Karmnu, bis-sehem tal-fratellanzi tal-Belt Valletta.
94
Dettall mill-iżgraffir fin fuq l-istatwa ta’ San Ġużepp
Nieħu din l-okkażjoni, biex nirringrazzja, f’isem l-Aċrikonfraternità, lill-Pirjol u lill-Komunità Karmelitana tal-Belt Valletta għas-sehem, ilkoperazzjoni u l-għajnuna tagħhom. Nirringrazzjaw ukoll lill-Għaqda Festa Madonna tal-Karmnu għas-sehem u tal-għajnuna tagħhom kull meta jkun hemm bżonn.
Sena mimlija ħidma li twassalna għal Festa oħra John Farrugia Segretarju
Reġa’ għal darba oħra wasal Lulju, ix-xahar li minn sena għall-oħra nkunu qed nistennew bi ħġarna biex niċċelebraw il-Festa tant għażiża għalina l-Karmelitani Beltin. Biex niċċelebraw festa bħal din warajha hemm xhur ta’ ħidma u preparazzjoni kif wkoll sagrifiċċji minn numru ta’ membri talGħaqda u voluntiera.
F’Settembru li għadda spiċċa t-terminu ta’ sentejn tal-Kumitat u b’hekk infetħu n-nomini għallmembri biex ikun jista’ jiġi ffurmat kumitat ġdid. Dan il-Kumitat ġie mħabbar fil-Laqgħa Ġenerali saret nhar il-Ħadd 30 ta’ Settembru. Minn hemm dan il-Kumitat mal-ewwel midd idejh għax-xogħol. Tul is-sena ġew organizzata diversi attivitajiet ta’ Fundrasing fosthom, Tombla, Pizza Night, Pasta Night, Ikliet f’restauranti, Primi u bejgħ ta’ ħelu fost affarijiet oħra. Bil-flus li jinġabru tul is-sena seta’ jitkompla x-xogħol fil-maħżen fuq l-armar biex f’Lulju l-Belt tilbes l-isbaħ libsa għall-Festa.
Wara nuqqas ta’ madwar ħames snin l-Għaqda blgħajnuna ta’ xi voluntiera ħadet ħsieb ittella’ wirja tal-Ġimgħa l-Kbira bl-isem Ave Rex Iudaeorum. Din saret fil-Kunvent tal-Karmelitani bejn Jum id-Duluri u l-Ġimgħa l-Kbira. Fiha ġew esebiti 3 settijiet ta’ vari, platt kbir tal-ismid kif wkoll xi vari oħra ta’ dilettanti tal-Ġimgħa l-Kbira. Għal din il-wirja sar xogħol fid-drapp biex ir-Refitorju l-antik talKunvent setgħet tinħoloq ġo fih atmosfera li ddaħlek fl-ispirtu tal-Ġimgħa Mqaddsa. L-Għaqda għal sena oħra ħadet sehem fil-wirja li ġiet organizzata fil-Każin tas-Società Filarmonica Nazzjonali La
Valette permezz ta’ ċena lifesize. Matul il-ġimgħa tal-Ġimgħa Mqaddsa l-Għaqda ħadet wkoll sehem fil-funzjonijiet li ġew organizzati fis-Santwarju, fosthom ħadet ħsieb il-Via Sagra li saret fit-Toroq tal-madwar.
Din is-sena kienet sena speċjali għall-Għaqda Festa Madonna tal-Karmnu – Valletta dan għaliex il-ħolma li kellha saret realtà. L-Għaqda ilha għal diversi snin li ħadet f’idha il-post li kien magħruf bħala ċ-Ċentru tal-Karmnu. Sa mill-bidu tiegħu f’dan iċ-ċentru kienu jiltaqgħu l-Karmelitani Beltin biex jissoċjalizzaw. L-Għaqda minn mindu ħadet dan il-post f’idha ħadmet qagħtih biex dan jerġa’ jsir il-post fejn jiltaqgħu u jissoċjalizzaw ilKarmelitani Beltin imma mhux biss. F’dan il-post sar xogħol kbir ta’ rinnovazzjoni biex issa jilqa’ ġo fih Kafetterija fis-sular t’isfel, bl-isem Gourmet Kafe u fis-sular ta’ fuq wieħed isib il-Kamra tal-Kumitat tal-istess Għaqda. Nhar il-Ġimgħa 8 ta’ Marzu sar ilftuħ uffiċjali ta’ dan il-post fil-preżenza tas-Sindku tal-Belt Valletta, Christian Micallef, il-Pirjol Fr. Alex Scerri O.Carm, il-Kumitat, membri u diversi Karmelitani. F’din is-serata tbierek il-post kif wkoll in-nies preżenti setgħu jiltaqgħu u jissoċjalizzaw flimkien u jġeddu l-memorji fl-istess ħin iduqu xi speċjalitjiet li ġew preparati għal tal-apposta missidien tal-Kafetterija. Is-Sezzjonijiet fi ħdan l-Għaqda, b’mod speċjali l-Kumissjoni Banda kif wkoll is-Sezzjoni tażŻgħażagħ kellhom sena impenjattiva biex flimkien mal-Kumitat sar dan ix-xogħol kollu
95
li r-riżultat tiegħu qed naraw f’din il-Festa, kif se jispjegaw aħjar fil-messaġġ tagħhom iktar ’l isfel. Flimkien ħdimna biex stajna norganizzaw u nipprogrammaw il-Festa ta’ din is-sena li bħal kull sena ċ-ċentru ta’ kollox ikunu l-funzjonijiet li jsiru ġos-Santwarju. Il-Programm ta’ barra imbagħad ikompli jikkumplimenta lil din il-Festa devota biex b’hekk tkun festa verament kompluta. L-Għaqda din is-sena ffukat il-ħidma tagħha biex tkabbar ilfesta tal-Madonna tal-Karmnu, għal dan il-għan sar xi tibdil fil-programm ta’ barra biex jolqot iktar nies u l-festa tkun ċċelebrata f’inħawi diversi tal-Belt.
F’ismi u f’isem sħabi tal-Kumitat nixtieq nirringrazzja lill-membri u l-voluntiera kollha li tul is-sena jaħdmu qatigħ kemm fuq x-xogħol ta’ armar, fundraising, media u diversi xogħol ieħor. Nawgura festa t-tajba u devota lil Karmelitani kollha imma b’mod speċjali dawk Beltin. Sena ta’ Ħidma… Nħarsu ’l Quddiem… ‑ Sezzjoni Żgħażagħ Karmelitani Beltin
Wara l-festa li għaddiet reġgħet ġiet iffurmata s-Sezzjoni Żgħażagħ Karmelitani Beltin u l-għan għal din is-sena kien li naħdmu biex inkabbru l-festa ta’ barra u ngħinu fl-attivitajiet soċjali. Saret il-formazzjoni tal-kumitat bl-approvazzjoni talKumitat Ċentrali u mill-ewwel bdejna naħdmu biex niġbru fondi u nħarsu ’l quddiem. B’koperazzjoni kbira bejnietna u l-appoġġ tal-kumitat ċentrali u xi individwi oħra ppjanajna diversi attivitajiet. Wara li l-ewwel attività tal-kumitat ċentrali kien BBQ wara l-festa ħadna ħsieb l-entertaiment kollu waqt din l-attività. Bdejna wkoll b’wirja ta’ statwetti tal-erba’ vari tal-festi Beltin u book fair fejn ilkonkorenza kienet waħda sabiħa ħafna. Għat-tfal Karmelitani ta’ età żgħira wkoll organizzajna żewġ attivitajiet li kienu film show u party tal-milied tattfal. Wirja oħra u bookfair ġiet organizzata fil-bidu ta’ Diċembru bil-wirja tkun ta’ presepji u bambini u affarijiet relatati mal-Milied.
In-novità ta’ din is-sena kienu żewġ attivitajiet importanti u ġodda kienu s-sehem taż-żgħażagħ filpageant tal-Milied li ħadu sehem fiha ż-żgħażagħ fi ħdan is-sezzjoni kollha u l-early breakfast fejn l-ikel kollhu kien preparat mis-sezzjoni u l-attendenza kienet waħda kbira. Bi kważi laqgħa tas-sezzjoni kull ġimgħa ridna ngħinu wkoll fejn jidħol l-armar tal-festa u għalhekk organizzajna maratona talliedna. Ħadna sehem ukoll bi play waqt il-via sagra li saret fi żmien il-Ġimgħa l-Kbira, u matul is-sena komplejna bl-għajnuna fil-maħżen tal-armar.
96
Saret ukoll Carwash biex jinġabru fondi għaliex issena d-dieħla għandna preparati ħafna attivitajiet biex niċċelebraw il-5 anniversarju mit-twaqqif ta’ din is-sezzjoni. Sakemm ktibna dan il-messaġġ għall-Festa 2019 ħsibna wkoll għal diversi attivitajiet għax-xahar qabel il-festa u għal waqt ilfesta li ħafna minnhom huma innovattivi u mmirati għal żgħażagħ bħalna. Fl-aħħar nett nixtiequ nirringrazzjaw primarjament lill-kumitat ċentrali u lil dawk kollha li kienu ta’ għajnuna fl-attivitajiet u dawk li attendew. Nisperaw li narawkom ukoll għal dak li ppreparajna biex il-festa tal-Madonna tal-Karmnu tkun denja u nkomplu nkabbru din il-festa u nħarsu ’l quddiem. Il‑Ħidma tal‑Kummissjoni Banda fi ħdan l‑Għaqda – Ryan Catania
Madwar 3 snin ilu nħasset il-ħtieġa li titwaqqaf ilKummissjoni Banda fi ħdan il-kumitat ċentrali, biex tiffoka aktar fuq il-festi u ċ-ċelebrazzjonijiet esterni li jsiru ta’ kull sena fil-festa tant għażiża għalina tal-Madonna tal-Karmnu. Għalhekk il-kumitat flimkien mal-komunità Karmelitana avviċinawni biex flimkien ma’ sħabi l-oħra nieħu l-inkarigu li mexxxi din il-kummissjoni.
Bħala Kummissjoni xtaqna li nagħmlu standart ġdid bl-arma tal-Għaqda tagħna biex ikun jista’ jinżamm fil-Kamra l-ġdida tal-Kumitat. Dan ixxogħol irrakkmat qed isir minn George Cassar fuq disinn ta’ Joseph Cauchi bix-xogħol tal-metall isir minn Twanny Zammit fejn salib tal-kavallieri li fiċ-ċentru nsibu l-iljun li jirrappreżenta l-arma talkapitali tagħna u fuq n-naħa oħra l-arma tal-Ordni Karmelitan. Huwa l-ħsieb tagħna li jkun lest għallfesta ta’ din s-sena.
L-għaqda tal-festa flimkien mal-Kummisjoni dejjem ħdimna biex ikollna marċi miktubin u marbutin mal-Għaqda tagħna għaldaqstant diversi surmastrijiet flimkien ma’ marċi oħra bi pjaċir għoġobhom jirregalawna diversi marċi u ta’ dan ngħidilhom grazzi. Il-Kummissjoni flimkien malkumitat ħasbet ukoll biex wara li lestejna arkivju żgħir, dawn il-marci jsibu ruħhom kif għandhom ikunu fil-kamra tal-kumitat. Ma nistax ma nirringrazzjax ukoll lill-Kummissjoni Żgħażagħ talkordinament li nsibu mingħandom u li bl-enerġija tagħhom ikomplu jħeġġuna biex flimkien inkomplu naħdmu biex inkabbru l-festa għażiża tagħna.
Programm tal-Festi Solenni
Madonna tal-Karmnu Valletta 2019
Programm tal-Festi Solenni
li l-Provinċja Karmelitana Maltija se tiċċelebra f’ġieħ il-Madonna tal-Karmnu fis-Santwarju Bażilika Tagħha fil-Belt Valletta mill-1 sas-16 ta’ Lulju 2019 It-Tnejn, 1 ta’ Lulju
Ħruġ tal-Istatwa min-Niċċa 7.00pm Quddiesa mill-Pirjol Patri Alex Scerri O.Carm., Rettur tas-Santwarju, bis-sehem tal-għaqdiet kollha tas-Santwarju u wara jsir il-ħruġ min-niċċa tal-Istatwa talMadonna tal-Karmnu.
It-Tlieta, 2 ta’ Lulju
Jum tal-Familji Karmelitani 6.30pm Quddiesa organizzata millArċikonfraternità ta’ San Ġużepp, bissehem tal-Familji Karmelitani. Mistiedna dawk il-koppji li żżewġu fis-Santwarju fl-aħħar snin u dawk li qed jiċċelebraw xi anniversarju importanti miż-żwieġ tagħhom.
L-Erbgħa, 3 ta Lulju
Jum il-Vokazzjonijiet Karmelitani Ġurnata ta’ Talb għal aktar Vokazzjonijiet flOrdni Karmelitan matul il-ġurnata kollha 6.00pm Rużarju 6.30pm Quddiesa minn Patri Victor Paul Farrugia O.Carm., f’għeluq l-10 snin millOrdinazzjoni Presbiterali tiegħu.
98
Festa Madonna tal-Karmnu VALLETTA
2019
Il-Ħamis, 4 ta’ Lulju
Jum it-Terzjarji Karmelitani 6.00pm Rużarju 6.30pm Quddiesa bis-sehem tat-Terz’Ordni Karmelitan li fiha ssir il-vestizzjoni u l-professjoni tat-Terzjarji l-ġodda.
Il-Ġimgħa, 5 ta’ Lulju
Jum Ewkaristiku Inħejju ruħna spiritwalment għall-festa biex permezz tagħha l-Verġni Marija xxerred kotra ta’ grazzji fuqna 10.00am Quddiesa. Wara Ġesù Ewkaristija jiġi espost sa nofsinhar. 6.00pm Rużarju quddiem Ġesù Ewkaristija. 6.30pm Quddiesa bil-ħsieb fuq l-Verġni Marija fiċ-Ċenaklu.
Is-Sibt, 6 ta’ Lulju
Festa tat-Tfal 10:00am Quddiesa għat-tfal mill-Pirjol Patri Alex Scerri O.Carm., Rettur tas-Santwarju, li matulha ssir ilpreżentazzjoni tat-trabi u t-tfal lillMadonna tal-Karmnu. Wara tkompli manifestazzjoni bl-istatwa tat-tfal tal-Madonna tal-Karmnu kif spjegat fil-programm tal-festi esterni.
Mis-Sibt, 6 ta’ Lulju sal-Ħadd, 14 ta’ Lulju
Novena f’ġieħ il-Madonna tal-Karmnu Kuljum: 6.00pm Rużarju bil-Litanija Karmelitana. 6.30pm Quddiesa bl-omelija u wara Ċelebrazzjoni Marjana bil-Kant tas-Salve Reġina u l-Flos Carmeli u Ċelebrazzjoni Ewkaristika. Predikaturi tan-Novena Mis-6 sa 8 ta’ Lulju: Rev. Patri Kurt Mizzi O. Carm Mid-9 sa 11 ta’ Lulju: Rev. Patri Mark V. Attard O. Carm Mit-12 sal-14 ta’ Lulju: Rev. Patri Alexander Vella O. Carm
Is-Sibt, 13 ta’ Lulju
Jum l-Anzjani u l-Morda 10.00am Quddiesa bis-sehem tal-anzjani u l-morda middiversi Djar u Residenzi, li fiha jiġi amministrat is-Sagrament tad-Dilka tal-Morda. Ċelebrant, isSaċerdot Novell Dun Aayrton Ray Muscat.
Festa Madonna tal-Karmnu VALLETTA
2019
99
Il-Tnejn, 15 ta’ Lulju
Lejlet il-Festa – Jum it-Tifkira tal-Inkurunazzjoni 10.00am Quddiesa Solenni f’għeluq il-138 sena tal-Ewwel Inkurunazzjoni f’dawn il-Gżejjer, tax-xbieha mirakoluża tal-Madonna tal-Karmnu. Ċelebrant ir-Rev. Kanonku, Patri Michael Camilleri O.P, Kappillan tal-Parroċċa tal-Madonna tal-Porto Salvo u San Duminku, f’għeluq il-25 anniversarju mill-Ordinazzjoni Presbiterali tiegħu. Jagħmel id-diskors tal-Inkurunazzjoni, ir-Rev. Kanonku Dun Anton Galea Scannura, Kappillan tal-Parroċċa ta’ San Pietru fil-Ktajjen ta’ Birżebbuġa. 5.30pm Rużarju u Kurunella. 6.00pm Quddiesa mmexxija mis-Saċerdot Novell Dun Peter Ellul. 7.00pm Tranżlazzjoni Solenni mill-Knisja tal-Pilar fejn iċċelebrazzjoni tkompli bl-Għasar Solenni u l-Barka Sagramentali. Ċelebrant il-Wisq Rev. Patri Joseph Saliba O. Carm Provinċjal tal-Karmelitani.
It-Tlieta, 16 ta’ Lulju
Jum it-Tifkira Solenni tal-Imqaddsa Verġni Marija talGħolja tal-Karmelu
Il-Quddies filgħodu jkun fil-5.30, 6.00, 6.30, 7.00, 9.00, 11.30 (floratorju) u f’nofsinhar 7.30am Ċelebrazzjoni Solenni ta’ Tifħir ta’ Sbieħ il-Jum
mir-Rev. Pirjol Patri Alex Scerri O. Carm, Rettur tas-Santwarju. 8.00am Quddiesa mir-Retturi u l-Kappillani tal-Knejjes tal-Belt. Ċelebrant il-Wisq Rev. Patri Leslie Gatt O.S.A, Provinċjal tal-Agostinjani. 9.30am Quddiesa Solenni Prelatizja mmexxija mill-Wisq Rev. Patri Joseph Saliba O. Carm Provinċjal tal-Karmelitani bil-Paniġierku minsuġ minn Mons. Joseph Farrugia, Arċipriet Emeritu tal-Bażilka ta’ San Ġorġ, Għawdex. 5.15pm Għasar Solenni mir-Rev. Pirjol Patri Alex Scerri O. Carm, Rettur tas-Santwarju. 6.00pm Quddiesa kantata mill-Eċċ. Tiegħu Mons. Arċisqof Charles J. Scicluna, Arċisqof Metropolita ta’ Malta. 7.00pm Purċissjoni Solenni bl-Istatwa devota u mirakoluża tal-Madonna tal-Karmnu mmexxija mill-Wisq Rev. Patri Joseph Saliba O. Carm Provincjal tal-Karmelitani. Waqt il-pellegrinaġġ tingħad it-talba tar-Rużarju. Malli l-purċissjoni tasal fuq iz-zuntier tal-Kon Katidral ta’ San Ġwann, issir il-konsagrazzjoni lill-Madonna tal-Karmnu. 10.15pm Dħul tal-Purċissjoni fis-Santwarju Bażilika, kant tal-Flos Carmeli u Ċelebrazzjoni Ewkaristika.
L-Erbgħa, 31 ta’ Lulju
Ċelebrazzjoni ta’ Radd il-Ħajr 6.00pm Rużarju 6.30pm Quddiesa ta’ Radd il-Ħajr lil Alla tal-Festi li għaddew u wara jsir id-dħul tal-Vara talMadonna tal-Karmnu fin-niċċa.
100
Festa Madonna tal-Karmnu VALLETTA
2019
Programm tal-Festi Esterni
Madonna tal-Karmnu fil-Belt Valletta Is-Sibt, 6 ta’ Lulju
Festa tat-Tfal 10:00am Quddiesa għat-tfal fis-Santwarju u wara marċ mit-Tikka Banda li takkumpanja l-istatwa ż-żgħira tal-Madonna tal-Karmnu. Il-marċ jgħaddi minn dawn it-toroq: Triq it-Teatru l-Antik, Zekka, l-Arċisqof u Merkanti. Iddemostrazzjoni tidħol is-Suq tal-Belt u tkompli għal Triq il-Merkanti, Triq San Ġwann, Triq irRepubblika, Triq it-Teatru l-Antik sas-Santwarju fejn isir festin għat-tfal quddiem il-Bażilika.
Is-Sibt, 13 ta’ Lulju
Marċ taż-Żgħażagħ bl-istatwa ta’ Sant’Elija 8.00pm Marċ brijuż bis-sehem tas-Sezzjoni Żgħażagħ Karmelitani Beltin mill-Għaqda Mużikali San Ġużepp ta’ Ħal Għaxaq li jibda minn Pjazza Mattia Preti għal Triq il-Punent, Triq Santa Luċija, Triq Zekka, Triq it-Teatru l-Antik, Triq ir-Repubblika, Triq San Ġwann fejn tittella’ l-istatwa ta’ Sant’Elija fuq il-pedestall tagħha.
Il-Ħadd, 14 ta’ Lulju
Marċ tal-Vara 8.30pm Marċ mis-Soċjetà Mużikali Madonna tal-Ġilju tal-Imqabba, li jibda minn quddiem il-Qorti fi Triq ir-Repubblika għal Triq it-Teatru Antik, Triq l-Ifran, Triq San Kristofru fejn tingħata tislima lill-Madonna fin-Niċċa tal-Biċċerija l-Antika. Il-marċ ikompli għal Triq Zekka, Triq it-Teatru l-Antik fejn il-banda tilqa’ l-istatwa tal-Madonna tal-Karmnu tal-marċ fil-ħruġ tagħha millBażilika. Il-marċ ikompli għal Triq il-Punent, Triq San Ġwann, Triq Zekka, Triq it-Teatru l-Antik, Triq il-Punent u Pjazza Indipendenza fejn l-istatwa tittella’ fuq il-pedestall tagħha.
It-Tnejn, 15 ta’ Lulju
Marċ tal-Inkurunazzjoni 11.00am Marċ tradizzjonali tal-lnkurunazzjoni misSoċjetà Mużikali Madonna tal-Karmnu talBalluta li jgħaddi minn Pjazza San Ġorġ għal Triq it-Teatru l-Antik, ikompli għal Triq Zekka, Triq l-Arċisqof, Triq Merkanti, Triq San Ġwann, Triq ir-Repubblika, Triq it-Teatru l-Antik sa quddiem is-Santwarju. Fi tmiem il-marċ briju mill-partitarji Karmelitani flimkien ma’ DJ Ryan Spiteri.
Festa Madonna tal-Karmnu VALLETTA
2019
101
8.00pm Marċ mis-Soċ. Fil. Naz. La Valette li jibda minn
quddiem it-Teatru Rjali u jibqa’ sejjer għal Triq ir-Repubblika, Triq San Ġwann, Triq il-Merkanti, Triq it-Teatru l-Antik fejn xħin il-Banda Nazzjonali La Vallette tasal ħdejn is-Santwarju se ssir il-preżentazzjoni tal-Istandard il-ġdid tal-Għaqda Festa Madonna tal-Karmnu Valletta u jindaqqu l-innijiet miż-żewġ baned mistiedna. Wara l-Banda La Valette se tkompli bil-Marċ minn Triq It-Teatru l-Antik, Triq Il-Punent sa Pjazza Indipendenza, biex wara jinħaraq in-nar tal-art quddiem il-Pilar (fuq is-Sur). 8.30pm Programm Vokali u Strumentali mill-Banda San Mikiel ta’ Ħaż-Żabbar fuq il-Palk tal-Banda artistiku ħdejn il-Knisja taħt id-Direzzjoni tasSurmast David Agius.
It-Tlieta, 16 ta’ Lulju
Jum is-Solennità tal-Madonna tal-Karmnu 5.30pm Marċ mill-Banda Queen Victoria taż-Żurrieq li jgħaddi minn Triq ir-Repubblika (ħdejn ilWembley) u Triq It-Teatru l-Antik fejn il-Banda tilqa’ l-Vara tal-Madonna tal-Karmnu bid-daqq tal-innijiet mal-ħruġ tagħha mis-Santwarju Bażilika. Mal-ħruġ tal-vara jinħaraq salut u kaxxa infernali. 7.30pm Is-Soċjetà Mużikali Madonna tal-Karmnu talBalluta tibda Programm Mużikali fuq il-Palk talBanda fejn is-Santwarju. 7.00pm Is-Soċ. Fil. Naz. La Valette tibda marċ minn
102
Festa Madonna tal-Karmnu VALLETTA
2019
ħdejn il-Wembley fi Triq Ir-Repubblika sa Pjazza San Ġorġ fejn wara tibda Programm Mużikali fi Pjazza San Ġorġ. Mal-wasla tal-vara tal-Madonna tal-Karmnu tindaqq l-Ave Maria u l-innijiet Karmelitani. Is-Soċ. Fil. Naz. La Valette tkompli bil-Programm Mużikali. 7.30pm L-Għaqda Mużikali u Soċjali Madonna talKarmnu tal-Fgura tibda marċ minn Triq Merkanti ħdejn is-Suq tal-Belt sa quddiem il-Kon Katidral ta’ San Ġwann fejn tilqa’ l-Vara tal-Madonna tal-Karmnu waqt iċċelebrazzjoni Marjana fuq iz-zuntier tal-istess Kon Katidral. Il-banda tibqa’ takkumpanja l-vara b’daqq ta’ innijiet Marjani għal Triq irRepubblika u Triq it-Teatru l-Antik sasSantwarju.
Festa Madonna tal-Karmnu VALLETTA
2019
103
Programm tan-Nar Is-Sibt, 13 ta’ Lulju Ħruq ta’ kaxxa tal-kulur malli jintemm ilmarċ u l-istatwa ta’ Sant’Elija tittella’ fuq ilpedestall tagħha fi Pjazza San Ġwann
Il-Ħadd, 14 ta’ Lulju Ħruq ta’ Kaxxa Sinkronizzata wara t-tlugħ tal-vara tal-Madonna tal-Karmnu fuq il-pedestall fi tmiem il-marċ fi Pjazza Indipendenza. It-Tnejn, 15 ta’ Lulju 10:45am Ħruq ta’ Salut u Kaxxa u wara jinħarqu diversi murtali u murtaletti waqt it-Te Deum tal-Inkurunazzjoni 12.00pm Salut, ħruq ta’ murtali u murtaletti 7.00pm Salut, Kaxxa u wara ħruq ta’ murtali u murtaletti waqt it-Tranżlazzjoni tarRelikwa. 11.00pm Ħruq tal-logħob tan-Nar tal-Art quddiem ilPilar
It-Tlieta, 16 ta’ Lulju 8.00am Ħruq ta’ murtali u murtaletti 12.00pm Ħruq ta’ murtali u murtaletti 7.00pm Salut, Kaxxa infernali u ħruq ta’ murtaletti u murtali bil-logħob mal-ħruġ tal-vara tal-Madonna tal-Karmnu mis-Santwarju Bażilika 8.45pm Ħruq ta’ murtali u murtaletti bil-logħob malli l-vara tal-Madonna tal-Karmnu tasal fi Pjazza San Ġorġ
104
Festa Madonna tal-Karmnu VALLETTA
2019
5, Marina Street, Msida Tel: 2124 1965 Mob: 9924 1965
Email: mrsjones@melita.com
Opening Hours: Monday to Saturday from 10:00 - 22:00 7, South Street, Valletta
99330144 / 99225212
helensvalletta@hotmail.com
Attivitajiet mill-Għaqda Festa
BBQ tas-Sajf – 7 ta’ Settembru
20-22 ta’ Marzu – Eżerċizzi tar-Randan minn Fr Ramon OFM
Notte Bianca 2018 – Festa tat-Tfal organizza mill-V18 bejn l-erba’ Festi tal-Belt
16 ta’ Lulju 2018 – Ikla tal-Festa
L-ewwel Laqgħa tal-Kumitat fil-Kamra l-Ġdida tal-Kumitat
Marċ ġdid regalat lill-għaqda miċ-chairman is-Sur Julian Vassallo
Settembru 2018 – Laqgħa Ġenerali Annwali
Madonna tal-Karmnu - Valletta
8 ta’ Frar 2019 – Pizza Night
15 ta’ Lulju 2018 – Programm organizzat mill-Kummissjoni Banda lejliet il-Festa
12 ta’ Diċembru 2018 – Party tal-Milied ġo Villa Mdina
Xogħol fiċ-Ċentru
Attivitajiet taż-Żgħażagħ Ottubru 2018 – Book Fair u Wirja Notte Bianca
1-2 Diċembru Wirja tal-Milied u Book Fair
24 ta’ Diċembru Play tal-Milied qabel il-quddiesa ta’ nofsillejl
Diċembru – Party tal-Milied tat-Tfal
24 ta’ Diċembru – Christmas Breakfast
25-27 Jannar 2019 – Maratona tal-Liedna
17 ta’ April – Play waqt il-Via Sagra fl-Erbgħa tat-Tniebri
6 April 2019 – Car Wash
Jesmond Mangion: restawr fi statwi kbar u żgħar, restawr fl-injam, mudellatura fit-tafal, xogħol fil-fibreglass, induratura u sgraffjar u labardi għal fuq l-antarjoli
Mob: 79060725
In-niċċa ta’ Triq Zekka (il-Biċċerija) armata għall-festa tal-1909
113
Kollox f’ġieħek Patruna Ħelwa Tagħna
Xogħol Ġdid matul is-Sena Darren Micallef Direttur tal-Armar
1. Saret manutenzjoni tal-arbli tal-Kunvent u blokok li jirrigwardaw l-arbli l-kbar.
2. Wara l-inċident kawża tal-maltemp li seħħ fi Frar fuq arblu minnhom saret il-manutenzjoni neċessarja fuq l-arblu, u kemm fuq diversi blokok tal-konkos li hemm fuq il-bjut. 3. Tkomplija tax-xogħol fuq l-imħażen filkampnar fejn saru xi twieqi ġodda biex dejjem nilqgħu għall-elementi.
4. Dis-sena bdejna nirranġaw diversi toroq rigward ventijiet fejn qed nerġgħu mmorru għal ħbula u t-tarjoli. Il-Belt saret dik li hi allura b’ħafna inġenji ma tistax iddur fiċ-ċentru tal-Belt, għalhekk bdejna naqilbu għal din issistema. 5. Dis-sena tkompla l-proġett fuq l-arblu l-kbir li se jintrama fil-parking ta’ quddiem l-iskola l-antika tal-Pilar. Fuq dan il proġett li kien ikkordinat minn Clyde Borg bl-għajnuna tiegħi, ta’ Emanuel Micallef, John Farrugia, Sean Borg, Jessica Dimech u Paulette Galea.
6. Tkompla l-isfumar fuq il-bnadar tas-sur misSur Redrian Micallef.
7. Tkompla l-isfumar tal-pavajuni ta’ Triq Zekka fejn dis-sena saru erba’. Ix-xogħol sar mis-Sur George Spitieri.
8. Saret liedna ġdida f’diversi toroq mis-Sur Joseph Pace kemm ħadra u kif ukoll safra. Matul is-sena ż-żgħażagħ għamlu l-liedna għal fuq l-arbli tal-bejt u għal xi postijiet fejn kien jonqos fit-toroq waqt il-maratona tal-liedna. 9. Tkompla x-xogħol fuq il-pedistalli tal-anġli li din is-sena saru tnejn, wieħed inħadem min James Wells u l-ieħor inħadem mill-membri tal-Għaqda bl-għajnuna ta’ Claude u Micheal
116
Camilleri, iż-żebgħa tagħhom saret ilmaħżen mill-membri tagħna.
10. Tkompliet l-iskultura taż-żewġ kolonni li qed jintramaw fi Pjazza San Ġorġ. Ix -xogħol huwa kollu fibre glass u sar mill-membri tal-għaqda tagħna.
11. Għal dawn il-pedistalli din is-sena ħa tiżżanżan statwa oħra ta’ Suor Sofija Bareth li skont is-suġġett li qed nagħmlu hija xerrdet id-devozzjoni lejn il-Madonna. L-istatwa nħadmet minn Paul Aquilina. 12. Din is-sena b’entużjażmu kbir minn AJ Caruana u l-familja tiegħu saru żewġ bandalori fuq disinn ta’ Andrew Bugeja u ħjata ta’ Victor Cilia. L-isfumar sar minn Shawn Cavallo. Dawn se jintramaw għallewwel darba ħdejn il-funtana tal-biċċerija. Infakkru li hemm isfel u l-akkwati kienu jsiru festi kbar fl-antik u huwa sinonimu mal-festa tal-Madonna tal-Karmnu.
13. Tkompla x-xogħol fuq il-linef ta’ quddiem il-knisja fejn saret l-induratura minn Ryan Catania u żebgħa mill-membri tal-armar. 14. Saru xogħlijiet fuq il-palk tal-banda fejn tkompla aktar xogħol fuq is-sigurezza tiegħu biex dejjem ikun komdu għallbandisti li jitilgħu fuqu.
15. Kif sar dan l-aħħar żmien biex inkomplu nibżgħu għal li għandna tkompliet ilkonservazzjoni ta’ waħda mill-istatwi li narmaw fi Pjazza Reġina. Dan ix-xogħol sar minni Darren Micallef bl-għajnuna ta’ Emanuel Micallef u John Farrugia. Il-kuluri taż-żebgħa u l-aħħar irtokki saru minn Kurt Friggieri u Cleavon Formosa.
FRESH COFFEE
CROISSANTS BAGUETTES
MALTESE TUNA FTIRA
PLATTERS WINE MONDAY TO FRIDAY CAFÉ LEONE, OLD THEATRE STREET, VALLETTA
117
Ħjata ta’ bandiera għall-arblu ta’ fuq iċ-Ċentru
Drapp u ħjata ġdida għal Triq S. Kristofru
Sfumar ta’ pavaljuni ta’ Triq Zekka Skultura ġdida għal pedestall ta’ quddiem Pjazza S. Ġorġ
Festa
2018
Restawr tal-Koppla Stanley Azzopardi
Il-proġett għar-Riġenerazzjoni tan-Naħa t’isfel tal-Belt Valletta hu maħsub sabiex itejjeb l-ambjent tal-persuni li diġà joqogħdu fiż-żona ta’ Marsamxett u jiżdied in-numru ta’ persuni ġodda li jagħżlu li jiġu joqogħdu f’din iż-żona partikolari tal-Belt Valletta. Madankollu hemm il-ħsieb li jiżdiedu l-ammont ta’ turisti li jinżlu jżuru ż-żona ta’ Marsamxett, sabiex b’hekk tiżdied l-attività ekonomika fiż-żona. Sabiex jintlaħqu dawn l-għanijiet, ġew maħsuba u ppjanati diversi inizjattivi li qegħdin iħarsu sabiex fost oħrajn jippreservaw u jsebbħu l-wirt kulturali li jeżisti fiż-żona ta’ Marsamxett. Dan il-proġett hu ffinanzjat mill-Unjoni Ewropea (80%) u mill-Gvern Malti (20%). Il-proġett hu taħt ir-responsabbiltà tal-Ministeru għatTuriżmu u qiegħed jitwettaq mill-Korporazzjoni għar-Riġenerazzjoni tal-Port il-Kbir (GHRC). Bla dubju, ir-restawr u manutenzjoni tal-koppla tal-Bażilika tal-Madonna tal-Karmnu, kienet fuq quddiem nett tal-inizjattivi li ġew maħsuba; u dan minħabba l-fatt li din il-koppla hija waħda mill-aktar binjiet li tiġbed l-attenzjoni fil-Belt Valletta.
Id-diskussjonijiet mal-Komunità Karmelitana tal-Belt Valletta bdew lejn l-aħħar tas-sena 2017. Wara diversi laqgħat preparatorji, ilKomunità Karmelitana mmexxija mill-Pirjol Patri Alex Scerri nnominaw lill-Perit Daniel
120
Darmanin sabiex jieħu ħsieb li jistudja l-ħsarat li kellha l-koppla, jissuġġerixxi metodoloġija għat-tiswijiet u r-restawr li kellu jsir, kif ukoll jipprepara stima finanzjarja tax-xogħlijiet li kellhom isiru. Il-GHRC ħadet ħsieb sabiex tikkordina dawn il-preparamenti. Għaldaqstant tqabbad l-Inġinier Conrad Cassar, sabiex jieħu rwol ta’ Project Manager kif ukoll jieħu ħsieb aspetti tekniċi fejn għandu x’jaqsam ma’ sistemi ġodda ta’ provvediment tal-elettriku u sistema ta’ kontra s-sajjetti.
Wara li tlestew l-istudji u d-dokumenti kollha neċessarji, fix-xahar ta’ April 2018 infetħet sejħa pubblika għall-offerti. Din is-sejħa ntrebħet mill-kumpanija Taljana Salvatore Pitrolo srl, kumpanija b’esperjenza f’dan it-tip ta’ xogħol. Ix-xogħol beda fix-xahar ta’ Lulju 2018 u tlesta fix-xahar ta’ Marzu 2019. Ta’ min wieħed jinnota u jsemmi li x-xogħol ħa ftit aktar żmien minn dak ippjanat u dan minħabba raġunijiet marbutin mat-temp. Fattur li tellef xi ftit waqt ix-xhur Sajfin kienet it-temperatura eċċessiva li takkumula l-istruttura tal-koppla matul il-ġurnata. B’wiċċna minn quddiem ngħidu li l-GHRC kienet sodisfatta bl-andament tax-xogħlijiet, anke meta wieħed iqis l-aspetti ta’ saħħa u sigurtà li kellhom jittieħdu sabiex tkun żgurata s-sigurtà talħaddiema; liema ħaddiema kienu jidhru kuljum jixxabtu mal-koppla marbutin bil-ħbula sabiex iwettqu dawn ix-xogħlijiet.
Ix-xogħlijiet li twettqu kienu jinkludu: it-tqaxxir u tindif tal-koppla; tneħħija ta’ oġġetti metalliċi fosthom sellum tal-ħadid (liema oġġetti kienu qed joħolqu ħsarat fil-ġebel); ftuħ u tikħil talfili; bdil ta’ ġebel u balavostri; applikazzjoni ta’ membrane u żebgħa speċjalizzata sabiex tilqa’ x-xita u rjiħat; armar ta’ sellum ġdid li jagħti aċċess sigur għan-naħa ta’ fuq tal-kopla; installazzjoni ta’ sistema elettrika ġdida; u installazzjoni ta’ sistema li tipproteġi lill-binja mis-sajjetti.
Bħala parti mill-proġett ta’ riġenerazzjoni l-GHRC qiegħda tippjana li tixgħel b’mod iddisinjat u arkitettoniku binjiet ta’ importanza fiż-żona ta’ Marsamxett. Għaldaqstant, sabiex iwettaq dan ix-xogħol, tqabbad iI-Franċiż Frank Franjou li hu espert ewlieni f’dan il-qasam u li għamel ħafna xogħlijiet simili fil-Belt Valletta. Ma jistax jonqos li l-koppla tal-Bażilika tal-Madonna tal-Karmnu ser tgawdi minn dan l-aspett ukoll.
The Albion Stores For all that is needed in making and baking cakes, dishes and sweets
199, Merchant Street Valletta VLT 1172 Malta Tel/Fax: 2122 4694
by Malcolm Fenech
Monday to Thursday from 6.30am to 2.30pm Friday from 6.30am to 1.30pm Closed on Saturdays
Tel: 21249076 Mob: 79444057 123, St John Street, Valletta VLT 1169 malcolm.lancet@gmail.com Visit us on Facebook
est 1921
121
FaĹźijiet differenti waqt ir-restawr
tal-Koppla tas-Santwarju
Il-Kwadru tal-Madonna tal-Karmnu, Valletta Tiġġedded storja ta’ devozzjoni Paul Muscat
Bla dubju l-Bażilika tal-Karmnu tal-Belt Valletta m’għandha bżonn l-ebda introduzzjoni. Tul issnin, dan is-Santwarju baqa’ post ħaj, attiv u dejjem jitkattar fl-isbuħija tiegħu. B’inizjattivi bħal dawk tal-pavimentar bl-irħam u r-restawr tat-titular, il-Karmelitani u l-benefatturi tagħhom qed jaħdmu qatigħ biex din id-devozzjoni u qima tant għal qalb il-Maltin tikber u tibqa’ tiġġedded. Minn xhur qabel ma nbeda l-pavimentar, il-pjan tar-restawr tat-Titular kien ġa qed jinħema.
Il-pittura hija biċċa xogħol Manjerista li probabbilment inġabet mill-Italja millKarmelitani meta ġew Malta minn Sqallija. Ilpittura turi lill-Madonna b’binha Ġesù f’idejha u magħhom Sant’Agata, San Xmun Stock u l-erwieħ tal-Purgatorju. Il-Karmelitani riedu jagħmlu żgur li din ix-xbieha hekk miqjuma ma tintilifx. Għarfu li biex dan l-għan jintlaħaq kien hemm bżonn li jsir intervent
124
professjonali. Huwa ta’ unur kbir għalina ta’ ReCoop, bħala ażjenda koperattiva tar-restawr li proġett hekk importanti ġie fdat lilna.
Mill-ewwel assessjar stajna naraw li l-bżonnijiet tal-pittura kienu diversi. Fost l-aktar ħsara pertinenti kien jidher li l-pittura kienet qed tbati minn problemi strutturali kbar fejn it-tila kienet qed tidher anke mmewġa. Wara bosta studji xjentifiċi, ġie identifikat li minn interventi fissebgħinijiet, kienet intużat teknika li nvolviet applikazzjoni ta’ kolla tal-annimali kif ukoll ġibs. Riżultat ta’ dan, it-tila kienet qiegħda litteralment iġġorr piż kbir żejjed. Ukoll, minħabba n-natura tal-kolla tal-annimali u t-tendenza ta’ din li tikber fl-umdità din ukoll kienet qed tespandi u tikkawża deformazzjoni tat-tila. Rajna wkoll li ħafna miżżebgħa oriġinali kienet ġiet nieqsa. Wara l-istudji inizjali, saret diskussjoni malProvinċjal u l-Pirjol dwar il-possibilitajiet ta’ interventi. L-għażla kienet bejn intervent intensiv
biex jissolvew kemm jistgħu l-problemi strutturali jew intervent minimu superfiċjali. F’każ hekk partikulari u kumpless, ma kienx hemm triq tan-nofs. Il-Karmelitani għarfu n-neċessità ta’ intervent invażiv, profond u professjonali.
Ir-restawr innifsu beda billi l-pittura ġiet imneżża’ minn dak kollu li ma kienx oriġinali. Billi t-tila oriġinali kienet tneħħiet f’interventi ta’ qabel, bi preparazzjoni għax-xogħol fuq in-naħa ta’ wara tat-tila, twaħħlet dik l-imsejħa karta Ġappuniża u anke tila ġdida temporanja fuq in-naħa ta’ ‘quddiem’. Hekk seta’ jibda x-xogħol fuq in-naħa ta’ wara. L-ewwel li tneħħew kienu t-tili, tlieta b’kollox, li kienu twaħħlu f’restawr aħħari tal-1999. B’hekk wasalna għall-intervent tas-sebgħinijiet. Bi prudenza u paċenzja tqaxxru s-saffi ta’ ġibs u mbagħad kolla li kienu jinsabu mwaħħla malkulur. Il-pittura kienet teħtieġ sistema moderna ta’ relentilar fejn id-distribuzzjoni tal-piż fuq ittila tkun waħda omoġenja u minima. Intużat tila sintetika sottili li kienet se tipprovdi struttura stabbli lill-pelicola pittorica. Ma’ din imbagħad twaħħlet it-tila tal-għażil. Din tal-aħħar tkun dik li tinġibed fuq it-tilar.
Waħda mill-akbar problemi ta’ pittura fuq ittila hi li ma tibqax stirata minħabba tibdil filkundizzjonijiet atmosferiċi. Minħabba f’dan, ġie ddisinjat tilar ġdid tal-aluminju b’sistema ta’ molol integrata għat-Titular tal-Karmnu. Dawn ilmolol ikunu jistgħu jvarjaw il-ġbid tagħhom skont it-tibdil deskritt u b’hekk il-pittura tibqa’ stabbli mingħajr ma titbewwaq.
Kif tlesta x-xogħol strutturali, stajna ngħaddu għal dak estetiku. Sfortunatament, il-pittura kellha ħafna nuqqasijiet ta’ żebgħa oriġinali. Dawn innuqqasijiet imtlew bil-ġibs biex ikunu lesti għallirtokk bil-kulur. Intużat sistema ta’ puntini biex ikun hemm distinzjoni bejn dak li hu oriġinali talartist u dak li sar fir-restawr.
Il-proċess tar-restawr ikkonkluda ruħu b’applikazzjoni ta’ verniċ biex iż-żebgħa tkun protetta u jissatura l-kulur. Hekk kif il-pittura reġgħet ħadet postha filBażilika, jidhru fl-appert ir-riżultati ta’ dan ixxogħol metikoluż u xjentifiku.
SANDRO SPITERI
RUBINO CONFECTIONERY 53, Old Bakery Street, Valletta Tel: 2122 4656 www.rubinomalta.com info@rubinomalta.com
24, Melita Street, Valletta Tel: 21242833 125
Fażijiet differenti waqt il-proċess tar-restawr
Dettalji mill-isbaħ tal-induratura preżenti
Artiklu dwar l-induratura preżenti tal-istatwa tal-Madonna tal-Karmnu jinsab f’paġna 141
L-Ewwel Statwa tal-Madonna tal-Karmnu f’Malta Dr Mark Agius (Rettur tal-Arċikonfraternità tal-Madonna tal-Karmnu) Maria Grazia Zenzani u Valentina Lupo (Restawraturi – Atelier del Restauro)
L-Oratorju tal-Madonna tal-Karmnu għal sekli sħaħ kien monument magħruf fi Triq it-Teatru Qadim il-Belt Valletta. Meta wieħed iħares ġewwa, wieħed minnufih jintlaqat mill-istatwa tal-Madonna tal-Karmnu li tinstab fuq l-artal prinċipali. Wieħed huwa wkoll affaxxinat binnumru kbir ta’ ex-voto tal-fidda, repliki ta’ partijiet tal-ġisem tal-bniedem, li tant numerużi li huma rranġati b’disinni fi gwarniċi li jżejnu l-pilastri u l-ħitan tal-Oratorju. In-numru kbir ta’ ex-voto fuq il-ħitan huwa evidenza tad-devozzjoni talpoplu tal-Belt Valletta lill-Madonna taħt it-titlu tal-Madonna tal-Karmnu. L-Oratorju huwa s-sede tal-Fratellanza tal-Madonna tal-Karmnu, li hija organizzazzjoni volontarja marbuta masSantwarju-Bażilika u l-Kunvent tal-Karmelitani, u li tappoġġja x-xogħol tal-Ordni Karmelitan filBelt u li tippromwovi d-devozzjoni skapulari.
Huwa dokumentat li xi kavallieri ngħaqdu mal-Fratellanza, bħal Granmastri li jinkludu lil Raphael u Nicholas Cotoner, u Balìs Pinto u Pappalardo. Il-benefatturi ewlenin kienu l-pittur Giuseppe d’Arena (1712), il-fiddar
128
ewlieni Michele Pianta (1725) u Gabriele Henin, professur tal-kirurġija u l-anatomija (1741). Baron Cesare Passalaqua kien ukoll wieħed mill-akbar benefatturi li huma mfakkra sal-lum. Fl-1664 huwa ta lill-Konfraternità l-ġiżirajjen eċċezzjonali, magħrufa bħala l-Katina talPassalaqua, li għadha teżisti sal-lum u tintlibes mill-istatwa tal-Madonna tal-Karmnu flOratorju. Din il-ġiżiran fiha 28 rubini, 5 djamanti u 94 perla.
Iċ-ċintill ta’ Passoloqua li ngħata lil din il-vara fl1664
Il-Konfraternità tal-Madonna tal-Belt Valletta tissemma għall-ewwel darba fl-1622, l-aħħar sena li fiha Alof de Wignacourt kien ilGranmastru tal-Ordni ta’ San Ġwann. Kien fit13 ta’ Frar ta’ dik is-sena li l-Konfraternità ġiet imwaqqfa uffiċjalment, u fl-istess jum il-membri tal-konfaternità ħadu sehem f’purċissjoni fil-
Belt Valletta għall-ewwel darba. Dak iż-żmien, ilBelt Valletta kienet għadha qed tinbena. L-ewwel Oratorju tal-Konfraternità ġie akkwistat fl-1622, imbagħad ġie estiż fl-1642. It-tieni, Oratorju, li kien isbaħ, ġie akkwistat fl-1655. Fl-1895 ilknisja Karmelitana ħadet l-unur ta’ Bażilika Minuri, il-patrijiet talbu lill-Konfraternità biex jagħtuhom l-oratorju tagħhom sabiex ikunu jistgħu jtejbu l-apside u jibnu ‘Tribuna’, li huwa soltu ta’ bażiliċi żgħar. Il-konfaternità ngħatat bi skambju żona tal-kunvent bħala l-oratorju ġdid, li huwa l-oratorju li naraw illum.
Ritratt antik li juri l-purċissjoni tal-festa b’din ilvara. Aktarx din il-vara tal-Karmnu (tal-Oratorju) kienet tintuża peress li l-vara preżenti kienet f’post iktar sigur biex tkun imħarsa mill-bombi tal-għadu
L-istatwa tal-Madonna tal-Karmnu hija l-ewwel statwa tal-Madonna tal-Karmnu magħrufa fil-Gżejjer Maltin, u probabbilment kienet miġjuba minn Ruma fl-1657. Hi pparteċipat fil-purċissjoni tas-16 ta’ Lulju ta’ dik is-sena. Id-data eżatta tal-manifattura tagħha u l-anqas l-awtur tagħha, ma huma magħrufa. Fil-preżent,
il-konfraternità hija partikolarment interessata fl-identifikazzjoni tal-provenjenza sħiħa ta’ din l-istatwa. Bejn l-1622 u l-1657, il-purċissjoni tal-festa talMadonna tal-Karmnu (is-sittax ta’ Lulju) kienet saret mingħajr statwa. Huwa ddokumentat, li mill-1657 din l-ewwel statwa kienet meħuda filPurċissjoni fis-16 ta’ Lulju u fl-Ottava tas-16 ta’ Lulju. Huwa maħsub li l-istatwa inġiebet fil-Belt Valletta ftit snin qabel l-1657, iżda jeżisti rekord definit li kienet fil-Belt Valletta fl-1657.
Patri Lawrence Sammut, O.Carm, isemmi l-possibbiltà li l-istatwa jista’ jkollha rabta malgrupp ta’ Skulturi Rumani relatati mal-artist Malti famuż Melchiorre Gafà. B’mod partikolari huwa ssuġġerixxa li l-iskultur seta’ kien Ercole Ferrata, li kien jaħdem miegħu Melchiorre Gafà, jew saħansitra seta’ kien Bernini. Nafu ċertament li Melchiorre Gafà fassal l-istatwa tal-Madonna tar-Rużarju fir-Rabat fl-1660, u nafu li din l-istatwa tal-Madonna tal-Karmnu kienet qiegħda tinħareġ fil-Proċessjoni fl-1657, u għalhekk ġiet maħduma qabel l-Istatwa ta’ Gafà, u għalhekk tidher li hija l-ewwel statwa ta’ dan it-tip fil-Gżejjer Maltin. Il-provi ta’ dan huma ppubblikati f’artiklu minn Valentin Borg Gusman O.Carm. li fih Borg Gusman jiddeskrivi r-rekord tal-ħlas tal-istatwa fl-1657. Sussegwentement, il-Konfraternità akkwistat statwa oħra tal-purċissjoni tal-Madonna talKarmnu minn Napli, skolpita minn Gennaro Reale, li waslet minn Napli fl-1780, u għalhekk l-aħħar darba li l-ewwel Statwa ntużat filpurċissjoni tas-16 ta’ Lulju jew fil-purċissjoni tal-Ottava, kien fl-1780. Aktar tard din l-istatwa ngħatat mill-membri tal-konfraternità lill-Knisja u kunvent tal-Madonna tal-Karmnu fil-Balluta.
L‑istat ta’ konservazzjoni tal‑Istatwa tal‑Madonna tal‑Karmnu L-istatwa tal-Madonna tal-Karmnu hija skultura ta’ daqs 1.82 ċm fit-tul. Għandha espressjoni ta’ serenità kbira, il-moviment jidher millpożizzjoni tal-figura fejn il-ġisem huwa imdawwar ftit u r-ras hija mdawra. Ix-xogħol bir-reqqa mwettaq fuq id-drappeġ jirrakkixxi s-sbuħija ta’ din l-iskultura unika. L-istat ħażin ta’ konservazzjoni kemm tas-support tal-
129
Dettalji mill-vara u l-ewwel faşijiet ta’ restawr fuq din l-opra tal-arti
injam kif ukoll tas-saff taż-żebgħa, wassal lillKonfraternità tal-Madonna tal-Karmnu biex tikkummissjona investigazzjoni professjonali tal-istat ta’ konservazzjoni tal-istatwa. Atelier del Restauro ltd. ġiet ikkummissjonata biex twettaq valutazzjoni dettaljata tal-kundizzjoni tal-istatwa. L-istatwa kienet skolpita millinjam, iżda għadu mhux magħruf jekk l-intern tal-istatwa huwiex sħiħ jew vojt. Bosta fatturi li probabbilment jinkludu kundizzjonijiet ambjentali, it-tnaqqis tal-materjali oriġinali, il-ġarr tal-istatwa u l-interventi ta’ restawr tal-passat wasslu għal varjetà ta’ danni li ppreżentaw ruħhom matul iż-żmien u li jaffettwaw l-istat attwali tal-konservazzjoni tal-injam kif ukoll tas-saffi konsekuttivi ta’ preparazzjoni u polikromija. Statwi tal-injam huma partikolarment sensittivi għal kundizzjonijiet ambjentali. Xquq preżenti fl-istruttura kienu probabbilment ikkawżati minn nuqqas ta’ koeżjoni wara li l-injam esperjenza tensjonijiet fiżiċi interni kkawżati minn bosta fatturi. Xokk mekkaniku u vibrazzjonijiet mit-trasport u l-immaniġġjar fil-passat jistgħu jkunu wkoll il-kawża tax-xquq. L-inklinazzjoni tittrasferixxi l-piż tal-istatwa fuq żoni aktar fraġli li jiġġenera pressjonijiet li imbaghad jiffurmaw xquq. Il-moviment tal-injam jifforma wkoll xquq mikroskopiċi fil-polikromija, li jwassal għal telf u tqaxxir tazżebgħa. Mill-investigazzjonijiet mwettqa ġie konkluż li l-istatwa qed tbati minn problema ewlenija ta’ telf ta’ adeżjoni bejn is-saff tal-preparazzjoni (gesso) u l-injam. Jidher ukoll li żoni kbar ta’ polikromija diġà ntilfu. Matul l-ispezzjoni ġie konkluż li żoni talmantell u speċjalment l-uċuħ huma filbżonn urġenti ta’ adeżjoni u trattament ta’ konsolidazzjoni biex tiġi evitata l-ħsara irriversibbli ta’ telf ta’ żoni ta’ żebgħa. Matul is-snin l-iskultura għaddiet minn varji interventi ta’ restawr,
132
li l-aktar ikkonċernaw is-saffi taż-żebgħa u l-induratura. L-ebda dokumentazzjoni jew kronoloġija tal-interventi tal-passat mhuma magħrufa s’issa, iżda madankollu huwa evidenti li l-istatwa għaddiet minn interventi sostanzjali fil-passat. Iż-żebgħa miżjuda hija ta’ kwalità fqira. Matul l-ispezzjoni ġew osservati tliet interventi differenti:
- It-tunika ġiet indurata u ma tidhirx li hija oriġinali għall-perjodu tal-manifattura; kif ukoll diversi żoni ġew miżbugħa bl-użu ta’ porporina li biż-żmien ossidizzat u biddlet il-kulur għallaħdar/griż. - Sar intervent ieħor fuq il-kulur tal-krema filparti ta’ fuq tat-tunika, fejn ġie applikat kulur abjad/griż oħxon ħafna. Il-dekorazzjonijiet indurati fil-parti ta’ fuq kienu kompletament miksija bil-porporin. - In-naħa ta’ ġewwa tal-mantell kienet miżbugħa bl-użu ta’ żebgħa kulur il-fidda, li biż-żmien ġiet ossidizzata.
- Il-polikromija tat-ton tal-karnaġġjon kemm talVerġni kif ukoll ta’ Ġesù ġew miżbugħin. L-għajnejn tal-Verġni huma magħmula mill-ħġieġ. Meta spezzjonat mill-qrib, l-għajnejn Ġesù huma tal-ħġieġ u huma viżibbli taħt iż-żebgħa, u għalhekk fil-passat dawn kienu miżbugħin bl-użu ta’ żebgħa bbażata fuq iż-żejt.
Il-proġett ta’ restawr u konservazzjoni tal-istatwa talMadonna tal-Karmnu mmexxi minn Maria Grazia Zenzani u Valentina Lupo minn Atelier del Restauro Ltd, beda bi studju xjentifiku tal-istatwa. Dan se jinkludi studju dettaljat tatteknika tal-manifattura, materjali kostitwenti, interventi talpassat u stat aktar dettaljat ta’ konservazzjoni tal-istatwa permezz ta’ dokumentazzjoni
u numru ta’ investigazzjonijiet xjentifiċi dijanjostiċi. B’mod partikolari, l-istudju tagħna se jkun iffokat fuq it-teknika tal-manifattura u l-materjali tal-istatwa bl-użu ta’ strumenti dijanjostiċi. Dawn jinkludu investigazzjoni b’XRays, biex nistudjaw il-kostruzzjoni tal-istatwa u interventi tal-passat fuq il-bażi tal-injam. Żewġ kampjuni tal-injam se jiġu estratti sabiex jiġu identifikati l-ispeċi tal-injam użat.
Sussegwentement, sabiex jiġu analizzati l-istruttura u l-kompożizzjoni taż-żebgħa u preparazzjoni, mikro-kampjuni ser jittieħdu minn partijiet differenti tal-istatwa u jiġu analizzati permezz tal-użu ta’ diversi strumenti xjentifiċi. Dan juri n-numru eżatt ta’ saffi ta’ żebgħa preżenti. Imbagħad, testijiet stratigrafiċi jservu biex jipprovdu indikazzjonijiet tal-kompożizzjoni tas-saffi taż-żebgħa u preparazzjoni tad-drapeġġ, kif ukoll tal-wiċċ u tal-idejn. Fuq kollox, l-istudju ser jifhem it-teknika talkostruzzjoni tal-istatwa u l-materjali li ntużaw. Jipprovdi wkoll studju fil-fond tal-istat talkonservazzjoni tal-istatwa, inkluż informazzjoni importanti li ser tkun meħtieġa biex tiġi stabbilita metodoloġija ta’ konservazzjoni xierqa. Għalhekk, meta dak kollu jkun lest, il-proġett ta’ konservazzjoni attwali jibda skont approċċ konservattiv adottat għall-preżervazzjoni fittul ta’ din l-istatwa importanti li teħtieġ it-titjib kemm tal-istruttura u l-estetika tagħha, filwaqt li fl-istess ħin tiggarantixxi li l-istatwa tkompli tissodisfa l-iskop simboliku tagħha għallġenerazzjonijiet futuri.
Il-Konfraternità tal-Madonna tal-Karmnu tixtieq tniedi appell għall-ġbir tal-fondi meħtieġa biex jitwettaq u jitlesta l-proġett ta’ konservazzjoni u restawr tal-istatwa tal-Madonna tal-Karmnu, xogħol uniku ta’ arti ta’ importanza nazzjonali, li ladarba konservata u restawrata se tkun attrazzjoni kulturali eċċezzjonali għall-Belt Valletta. Isem tal-Kont: Fratellanza Madonna tal-Karmnu Valletta IBAN: Bank APS bank Valletta BranchMT47AP SB77024007458520001368268.
Ix-xogħol ta’ restawr qiegħed isir millkumpanija Atelier del Restauro Ltd info@ atelierdelrestauro.com mobile: 79534766 / 79278777 jew 27099705 Referenzi:
Lawrence Sammut O.Carm. Is-Santwarju tal-Karmnu 1952 Marian Devotion in the Maltese Carmelite Province during the 17th and 18th centuries. Valentin Borg Gusman O.Carm in Marian Devotions in the Island of St Paul (1600-1800) Ed Vincent Borg Historical Society 1983 Philip Mallia: The Dominican Order and the Blessed Virgin in Malta till the end of the 18th Century (301-311) in Marian Devotions in the Island of St Paul (1600-1800) Ed Vincent Borg Historical Society 1983
Le 3 Sorelle (ITALIAN FOOD) Guarnaccia Carmelo
147, Old Bakery Street, Valletta
Mob: 9950 1264
133
Appell mill-Fratellanza tal-Madonna tal-Karmnu Valletta
• Din hija l-ewwel statwa tal-Madonna tal-Karmnu f’Malta • Hija statwa li tispira devozzjoni kbira • Hija statwa tas-seklu sbatax, li nġiebet minn Ruma fi żmien il-bini tal-Belt Valletta • Hija ta’ importanza nazzjonali għall-Istorja tal-Arti ta’ Malta • Teħtieġ restawr urġenti • L-Oratorju li fiha tiġi venerata din ix-xbieha wkoll jeħtieg restawr urġenti u manutenzjoni • Aħna determinati li nirrestawraw mill-ġdid din l-istatwa sabiħa tal-Madonna talKarmnu u niżguraw li tkun venerata f’Oratorju mġedded sabiex nonoraw kif jixraq lill-Madonna tal-Karmnu – Patruna Tagħna. Kull min jixtieq jikkontribwixxi għal dan il-proġett għandu jibgħat id-donazzjoni tiegħu lill-
Fratellanza Madonna tal-Karmnu Valletta IBAN: MT47APSB77024007458520001368268
SOAP BOX Detergents 2, Pjazza 7 ta’ Ìunju, Óamrun (Ódejn Radio Galaxy) Mob: 7977 7723 • Special Offers every Monday • Very Discounted Prices OPENING HOURS: Mon – Fri : 08.00 – 13.00, 16.00 – 19.00 Sat : 08.00 – 13.00
FOOD BOX
Self Service
11, Pjazza 7 ta’ Ìunju, Óamrun (Ódejn Radio Galaxy)
Mob: 7977 7723 OPENING HOURS: Mon – Fri : 06.00 – 13.00, 16.00 – 19.00 Sat : 06.00 – 13.00
99, ST LUCIA STREET VALLETTA TEL: 2124 8608 MOB: 9982 9311
ons
i s a c c o l l a r o f r We cate
Is-Sette Giugno u P. Anastasju Cuschieri O.C. Giovanni Bonello
Ex Imħallef tal-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem
Mitt sena ilu, fl-irvellijiet popolari tas-7 u 8 ta’ Ġunju 1919, illum magħrufa bħala s-Sette Giugno, kienu ħadu sehem saffi sħaħ talklassijiet Maltin: l-istudenti tal-università, l-ħaddiema tat-tarznari, il-professjonisti, ilpolitici, u fuq kollox, in-nies tat-triq. Kienu ġranet li spiċċaw b’vjolenza kerha, b’ħerba, sakkeġġi u mwiet ta’ vittmi innoċenti. F’dan l-inkwiet imdemmi kontra l-ħakma kolonjali, is-saċerdoti u l-ordnijiet reliġjużi ma niżlux jipprotestaw fittoroq, u din il-prudenza kienet tixraq u kienet mistennija. Imma nafu qalb ħafna minnhom fejn kienet tħabbat.
jimmilita fil-Partit Laburista u Mons. Enrico Dandria kien attiv fil-Partit Nazzjonalista, u anke sar ministru tal-gvern. Ir-Rev. Serafin Zarb O.P. kien jappoġġja fil-miftuħ il-Partit Stricklandjan imperjalista. Bosta saċerdoti oħra kienu jieħdu
Ma għandna ebda tagħrif partikolari fuq il-patrijiet Karmelitani fis-Sette Giugno, u l-kunvent tal-Belt ma jissemma b’rabta ma ebda inċident marbut mal-irvellijiet. Il-vjolenza, ilqirda tal-ħajja u tal-proprjetà ma tgħoddx għarreliġjużi, u jidher li ħadd minnhom ma ddakkar mir-rabja tal-poplu u mir-ribelljoni - jew naqas mill-virtujiet tal-karità u tal-manswetudini. Dawk iż-żminijiet għad ma kienx hemm ebda projbizzjoni, ċivili jew kanonika, kontra l-attività politika tar-reliġjużi. Għall-kuntrarju, il-politika kienet meqjusa bħala dover ċiviku lejn art twelidek u kien mistenni li kulħadd, reliġjuż jew lajk, jagħti sehemu. Ħafna saċerdoti taw kontribut għall-governanza tal-pajjiż. Hekk Mons. Mikiel Gonzi, li wara sar Arċisqof, kien
136
Ritratt ta’ P. Anastasju Cuschieri f’żgħożitu Drittijiet Riżervati, Arch.Prov.Mel.Fond. Cuschieri/ritratti
sehem mhux żgħir fil-ġlieda politika, imxerrdin fil-partiti kollha ta’ qabel it-Tieni Gwerra. L-Ordni Karmlitan ukoll kellu xi membri li kienu jikkontribwixxu sew għad-destin ta’ art twelidhom u daħlu għall-politika. L-aktar wieħed prominenti li baqa’ jissemma sal-lum kien il-Belti P. Anastasju Cuschieri, saċerdot eżemplari, poeta mill-ifjen, oratur brillanti, għalliem mirqum tal-filosofija fl-università u politiku patrijottiku.
Cuschieri twieled il-Belt Valletta fil-21 ta’ Jannar 1876 u pprofessa Karmlitan fl-1891. Filbidu kien jikteb vrus u proża bit-Taljan, imma mbagħad qabditu ħerqa kbira għall-ilsien Malti u beda jippubblika poeżiji bil-Malti fl-1909, tliet snin qabel Dun Karm. Din l-għożża għall-Malti ma ttradiha qatt. Is-suġġetti favoriti tal-vrus tiegħu kienu mħabbtu għal art twelidu, lejn ilMadonna u għall-ilsien Malti. Kiteb ukoll poeżiji sempliċi u ħelwin bil-Malti għall-edukazzjoni taż-żgħażagħ.
Padre Cuschieri ġie deskritt bħala bniedem paradossali: ġentili u passjonali, ta’ sempliċità ta’ tifel, ta’ umanità kbira.1
Għandna x-xhieda ta’ wieħed mill-istudenti tiegħu x’kien isarraf P. Cuschieri bħala professur tal-filosofija fl-Università. Isimgħu x’jgħid fuqu Herbert Ganado fil-memorji brillanti tiegħu: “l-aktar professur li laqatni, wara Martinelli, kien il-Professur Cuschieri tal-filosofija. Kien dejjem jispjega ċar u konċiż. Imma, meta kien jkun bilburdata tajba kien ikollu dawk li ssejħilhom ‘voli pindariċi’. Konna niltaqgħu għall-filosofija, żewġ korsijiet tal-letteratura u tax-xjenza u meta l-Professur Cuschieri kien jaqbad sistema filosofiku li ma jaqbilx miegħu, kien jagħmlu frak, mhux bil-metodu ta’ Patri Albert, imma bilmetodu ta’ tnalja loġika li tagħfas u tagħfas. Ma kontx tisma’ l-ħoss ta’ labra taqa’ f’dik il-klassi ta’ sebgħin ruħ. Cuschieri kien wieħed millaqwa oraturi li kellna f’pajjżna, sew bit-Taljan u sew bil-Malti li kien jaf jimmaniġġa tajjeb, kif juru l-poeżiji tiegħu, imma kellu wkoll moħħ ċar li jaf jaqta’ kwistjoni qisu xabla”. 2 Il-vokazzjoni politika tiegħu qabbditu t-triq tan-nazzjonaliżmu, tal-anti kolonjaliżmu u
Bolla ta’ għaxar ċenteżmi, li tikkommemora lillProfessur P. Anastasju Cuschieri O.C.
r-reżistenza kontra l-imperjaliżmu. Kien jopponi l-indħil Ingliż imperjali biex f’Malta titkisser il-lingwa Taljana u favur il-libertajiet politiċi ta’ parlament ħieles Malti. Bejn l-gwerer ilParlament Malti kien maqsum f’żewġ kmamar: l-Assemblea Leġislattiva eletta mill-votanti, u s-Senat magħmul in parti mir-rappreżentanti tal-kategoriji differenti tas-soċjetà Maltija. Il-gradwati kienu jtellgħu żewġ senaturi. Filleġiżlatura tal-1927 il-professjonisti għażlu lil P. Anastasju Cuschieri u lil Professur Luigi Preziosi biex jirrapreżentawhom. Fil-leġiżlatura tal-1932 il-gradwati reġgħu għażlu l-istess żewġ Senaturi.
Fis-Senat, P. Cuschieri qeda dmiru kull meta l-okkażjoni kienet titlob. Għamel diskorsi profondi u elokwenti. Herbert Ganado kien iqisu wieħed mill-aqwa erba’ kelliema li kellha Malta qabel l-gwerra.3 Imma minkejja dan kollu, meta fl-2006 ħarġet l-istorja uffiċjali tal-Parlament Malti, P. Cuschieri anqas biss jissemma’ darba!4 Fl-imrewħa politika huwa kien sod fil-fehmiet nazzjonalisti tiegħu u fl-oppożizzjoni għallkolonjaliżmu u ta’ dawk il-Maltin servili li kienu
137
jissodawh. Jgħidu iżda li meta kiber fl-età, P. Cuschieri sar aktar diżilluż mill-politiċi. Biex ma ngħidux aktar ċiniku. Meta faqqgħet it-Tieni Gwerra, is-servizzi sigrieti Ingliżi arrestaw s-saċerdoti Mons. Albert Pantalleresco u d-Dumnikan P. Geraldu Paris. Jingħad li fl-istess żminijiet P. Cuschieri ġie mkeċċi minn Professur l-Università, u miżmum internat fil-kunvent talBelt mill-Ingliżi.5 Imma dan huwa miċħud minn sorsi oħra.6 Għalkemm P. Cuschieri kien favur il-kultura tradizzjonali Taljana ta’ Malta u kontra l-isforzi tal-Ingliżi u tal-Maltin imperjalisti biex jeqirduha, huwa politikament ma jidhirx li kellu simpatija mat-Taljani. Kien jgħożż il-kultura Taljana għax kien jaraha bħala ħaġa waħda malkultura Maltija.7 S’issa għadu ma sar ebda studju fuq il-kontribut li taw s-sacerdoti Maltin għall-iżvilupp politiku tal-poplu Malti fis-sekli dsatax u għoxrin. Xierqa li jsir, għax hemm ħafna x’titgħallem minnu.
Aktarx li P. Cuschieri ma kienx minn ta’ quddiem fil-ġrajjiet vjolenti tas-Sette Giugno, imma ismu huma marbut mal-ġieħ li Malta, wara dik ittraġedja nazzjonali, tat lill-vittmi tal-ġranet l-aktar imdemmija minn meta l-Maltin qamu kontra l-Franċiżi ta’ Napuljun fl-1798. Biex ilmartri li ħallew ħajjithom għal art twelidhom ma jintesewx, ġie deċiż li ġisimhom jinqala’ minn fejn kienu midfunin, u jerġgħu jindifnu flimkien f’qabar wieħed taħt monument xieraq fiċ-ċimiterju tal-Addolorata. Sar kumitat għal dan il-għan, biex jiġbor l-ispejjeż meħtieġa, u jieħu ħsieb il-binja tal-monument. Missieri Vincenzo li kien meqjus espert fl-arti, kellu sehem fl-għażla tad-disinji u tal-iskultur. Saret diskussjoni dwar tliet proposti, dik ta’ Ruggiero Calì, ta’ Beniamino Sultana u tal-pittur Ġanni Vella, għalkemm Gio Maria Bajjada wkoll talab li jiġi kkunsidrat. Missieri kien favur li jintgħażel id-disinn ta’ Vella, kif fil-fatt sar. Dak iż-żmien Malta kien hawn skultur magħruf Russu, Boris Edwards, maħrub mal-aristokratiċi Russi mir-rivoluzzjoni Komunista. Ukoll fuq parir ta’ missieri, il-kumitat ta x-xogħol biex iddisinn ta’ Vella jinqaleb fi skultura tal-bronz u tal-qawwi, lil Boris Edwards. Dan spiċċa għamel
138
biċċa xogħol mill-aqwa, li illum għadha tiġbed l-attenzjoni fl-Addolorata. Edwards miet Malta qabel il-monument ġie inawgurat, u ried li x-xhieda tat-testment tiegħu ikunu missieri u ħuħ, iz-ziju tiegħi Domenico (Kekinu).
Id-data tal-kxif tal-monument tal-martri tasSette Giugno ġiet imħabbra: 8 ta’ Ġunju 1925, u ġew imqabda biex jagħmlu d-diskorsi P. Anastasju Cuschieri, bil-Malti, u t-Tabib Andrea Pullicino, bit-Taljan. Fl-Addolorata nġabret folla mdaqqsa ta’ nies. Imma qiesu ġara xi ħaġa mhux ċara. Ebda gazzetta ma avżat dan l-avveniment bil-quddiem, u jekk wieħed jifli sew ir-ritratti tal-folla, ebda politiku prominenti ma jidher li attenda għal din l-inawgurazzjoni. U sa fejn stajt nikkontrolla, ebda gazzetta ħlief il-MALTA Nazzjonalista ma rrapurtat il-kxif tal-monument tal-martri tas-Sette Giugno. U l-MALTA semmietu, imma ma tagħtu prominenza xejn: kwart ta’ kolonna fit-tieni faċċata. Ġabet id-diskors qasir tat-tabib Pullicino, u lil Profs Cuschieri, mhux biss ma ġabitlux id-diskors, imma anqas biss semmietu.8 Għaliex dan is-silenzju kollu, dan in-nuqqas ovvju ta’ rikonoxximent? X’kien ġara? L-editur tal-MALTA kien Nerik Mizzi, li kien ukoll l-president tal-kumitat li organizza l-bini tal-monument. Għaliex il-gazzetta tiegħu, u l-gazzetti l-oħrajn kollha, ma taw ebda pubbliċità lil din il-ġrajja tassew storika?
L-inawgurazzjoni tal-monument għall-mejtin tas-Sette Giugno fiċ-ċimiterju tal-Addolorata, fit-8 ta’ Ġunju 1925. P. Anastasju Cuschieri jidher qed jagħmel id-diskors. Ħdejh il-kelliem l-ieħor, Dr Andrea Pullicino.
X’qal P. Cuschieri biex jikkommemora s-Sette Giugno u l-mejtin tiegħu, ma nafux, u aktarx ma nkunu nafuh qatt. Jingħad li l-unika kopja ta’ dak d-diskors, miktuba bl-idejn, intilfet f’xi għargħar, m’ilux wisq.
P. Anastasju Cuschieri miet fil-25 ta’ Lulju 1962, lejliet l-mewt ta’ San Ġorġ Preca. © Giovanni Bonello, 2019
Referenzi
Charlò Camilleri, “Poet and Carmelite by vocation” filThe Malta Independent on Sunday, Lulju 29, 2012, p. 24 2 Herbert Ganado, Rajt Malta Tinbidel, Vol. 1, Malta, 1974, p. 297. 3 Ganado, ibid, p. 360. 4 Godfrey A. Pirotta, Malta’s Parliament, An Official History, Malta, 2006. 5 Mark F. Montebello, Ktieb il-Filosofija f’Malta, Malta, 2001, p. 103. 6 Charlò Camilleri, Toni Cortis, P. Anastasju Cuschieri, Kitbiet Migbura, Vol. 1, Malta 2013, p. 15. 7 Camilleri u Cortis, op. cit., pp. 14 – 15. 8 Malta, 9 ta’ Ġunju 1925, p. 2.
1
P. Anastasju Cuschieri, presente catavere qabel il-funeral fis-Santwarju l-antik
MEN’S WEAR 68/69, South Street, Valletta Tel: 21236001 Mob: 7923 6001, 9942 6246 vigomenswear@gmail.com
Elegant Suits at Best Prices 139
A Snack in the Heart of the City
The open-air Restaurant in the centre of Valletta. We specialise in Maltese food, fresh local fish, pizza and steaks. We offer a large selection of snacks, coffee and ice-cream specialities. Seating is either open-air or inside in our fully air-conditioned restaurant. Opens at 8.00 - 22.00
Republic Square, Valletta  Tel: 2124 6454
140
L-induratura tal-Istatwa tal-Madonna tal-Karmnu Carl Farrugia
L-induratura li naraw illum fuq l-istatwa talMadonna tal-Karmnu li tinsab fis-Santwarju fil-Belt Valletta mhijiex l-induratura oriġinali li kienet saret meta ġiet skolpita l-istatwa fl-1781. Din l-induratura saret bejn 1879 u l-1880 meta l-Patrijiet kkummissjunaw lil Annetto Gauci biex jerġa’ jindura l-istatwa għall-Inkurunazzjoni tas-Santwarju fl-1881 fejn ħarġet għall-ewwel darba bl-induratura l-ġdida fil-festa tal-1880.
Matul dan l-artiklu se nagħtu ħarsa storika żgħira lejn din l-istatwa ta’ Vincenzo Dimech u d-disinn tal-induratura li kellha, l-induratura l-ġdida magħmula minn Annetto Gauci, iben Antonio Gauci u d-disinji oriġinali li jinsabu għand Publius Magro. It‑tielet statwa tal‑Madonna tal‑Karmnu L-istatwa preżenti tal-Madonna tal-Karmnu hija t-tielet statwa li ħarġet proċessjonalment minn din il-knisja wara dawk li nxtraw fl-1657 u l-1780 mill-Fratellanza tal-Madonna talKarmnu. Minħabba xi tilwim bejn il-fratellanza u l-komunità Karmelitana, il-Pirjol ta’ dak iżżmien ordna lill-iskultur Vincenzo Dimech biex jiskolpixxi statwa tal-Madonna tal-Karmnu li tixbah fl-amla lill-Madonna tar-Rużarju taċCitta Notabile kif insibu fil-kuntratt. Dan il-fatt ġie skopert ftit tas-snin ilu minħabba li Patri Lawrenz Sammut fil-ktieb tiegħu jgħid li “Ħafna huma tal-fehma li hija opra ta’ skultur Taljan u
aktarx li ġiet minn Napli; iżda fl-ebda dokument ma sibna l-awtur min kien”. Fil-Programm talFesta tal-2006 kien ippubblikat il-kuntratt bejn il-patrijiet Karmelitani tal-Belt Valletta u l-iskultur Vincenzo Dimech biex jiskolpixxi l-istatwa li tirrappreżenta lill-Madonna talKarmnu flimkien mal-pedistall fi żmien ħames xhur għall-prezz ta’ 90 skud fil-31 ta’ Lulju 1781. Il-vara saret minn zokk tal-ulmu. L-ulmu huwa tip ta’ injam li minnu kienu jsir dak iż-żmien l-arbli tal-qlugħ tax-xwieni.
L‑induratura oriġinali L-induratura oriġinali x’aktarx saret xi sena wara jiġifieri fl-1782, li kienet tikkonsisti filmant li kien indurat u żgraffit lixx fiċ-ċelesti u fuq kellu impittrin il-ward. Ritratti tal-Madonna b’din l-induratura diffiċli ħafna li jeżistu minħabba li l-fotografija kienet għadha fil-bidu tagħha. Imma fortunatament l-induratur li għamel l-induratura l-ġdida Annetto Gauci jew missieru Antonio Gauci ttrejsjaw biċċiet minnha li jinsabu għand l-induratur Publius Magro u għallinqas għandna ħjiel ta’ kif kienet. Dan iddisinn huwa maqsum f’żewġ biċċiet bi frażijiet li jispjegaw kull waħda. Fl-ewwel parti tad-disinn nsibu miktub hekk: “Ornamenti che fregiavano la Beate Vergine del Carmine di La Valletta prima del rinnovazione della stessa.” (Disinn li kien jinsab fuq il-Verġni
141
L‑induratura preżenti Il-Madonna tal-Karmnu ħarġet bl-induratura preżenti għall-festa tal-1880 u dan jixhduh l-gazzetti ta’ dak iż-żmien fejn sibna tliet referenzi. L-ewwel referenza li nsibu hija filgazzetta L’Amico del Popolo tal-20 ta’ Lulju 1880 fejn nsibu miktub hekk: “Bellissima la statua della Vergine abilmente questo anno dal bravo Signore Annetto Gauci, figlio al noto indoratore, per cura ed impegno dei signori Gio Batta Calleja e Cost. Mariani e per contribuzione general” (Sabiħa ħafna l-istatwa tal-Verġni dis-sena abilment indurata mill-bravu Sinjur Annetto Gauci, tifel tal-induratur magħruf, bl-impenn tas-sinjuri Gio Batta Calleja u Cost. Mariani u l-kontribut ġenerali). It-tieni u t-tielet referenza li nsibuha bl-istess test ippublikat kemm filgazzetta Il Portafoglio del Popolo tal-20 ta’ Lulju 1880 u L’Ordine tat-28 ta’ Lulju 1880 fejn jgħidu hekk: “La chiesa era sontuosamente onorata, e la statua della Vergine, ripulita ed indorata in quest’anno dal Signore Gauci Annetto, figlio del bravo artista Sig Antonio, rapiva di ammirazione ogni fedele”. (Il-knisja kienet armata ħafna bħal dejjem u l-istatwa tal-Verġni, mnaddfa u indurata din is-sena mis-Sur Gauci Annetto, tifel tal-artista bravu Sur Antonio, serqet l-ammirazzjoni talfidili). B’hekk dawn ir-referenzi mill-gazzetta ta’ dak iż-żmien skoprejna li l-awtur tal-indurar kien Annetto Gauci, iben Antonio Gauci mhux kif kien maħsub qabel kif ukoll min kienu n-nies li ħallsu għal dan l-indurar.
Disinn tal-induratura oriġinali tal-vara tal-Madonna tal-Karmnu
Marija tal-Karmnu l-Belt Valletta qabel irrinnovament tal-istess statwa.) Filwaqt li naraw ammont ta’ ward u weraq flimkien mill-istess zokk u taħt miktub “Dal manto e continua” (mill-mant u jkompli) (Fig. 1). Minn dan jidher li l-mant kien mimli fjuri imma mingħajr bordura jew panew. It-tieni parti tad-disinn wieħed isib miktub “Dal velo di sopra la testa e continua sempre” (mill-velu ta’ fuq rasha u jibqa’ għaddej dejjem). (Fig. 2) Hawnhekk id-disinn juri fjuri żgħar b’bordura ħoxna fuq u isfel.
142
Dwar Annetto Gauci ma tantx għandna informazzjoni dwaru però li nafu dwar missieru Antonio huwa li x’aktarx kien mir-Rabat imma kellu l-ħanut tiegħu fi Triq San Pawl faċċata talUniversità l-antika. Antonio Gauci indura diversi statwi oħra fosthom l-istatwi ta’ San Pawl u l-Madonna tal-Karità meqjumin fil-Kolleġġjata tan-Nawfraġju ta’ San Pawl fil-Belt Valletta, l-istatwa ta’ San Publju meqjuma fil-Parroċċa tal-Furjana u l-istatwa ta’ San Ġorġ ta’ Ħal Qormi. Id-disinji tal-induratura preżenti jinsabu għand Publius Magro li waslu għandu mingħand wieħed mill-imgħallmin tiegħu Paolino Bugeja. Missier Paolino, Tommaso kien jitgħallem mingħand l-induratur Antonio Gauci li jiġi missier Annetto.
Id‑disinn tal‑induratura L-induratura li nsibu fuq l-istatwa tal-Madonna tal-Karmnu jispjega s-Sur Magro hija unika għal dak iż-żmien għax illum hawn kopji tagħha.
Il-mottiv tad-disinn li jinsab fuq id-disinn oriġinali huwa daqsxejn differenti minn dak li attwalment sar fuq il-Madonna tal-Karmnu. (Fig. 3) Il-bażi bl-iskartoċċ baqgħet hemm imma d-disinn ta’ ġol-iskartoċċ huwa differenti minn dak li naraw. Fil-fatt id-disinn bil-perli kif jinsab fid-disinn intuża bħal mottiv fl-induratura talistatwa ta’ San Pawl. (Fig. 4) Fuq il-vara talMadonna wieħed jista’ jara li l-iskrataċ li jagħlqu l-ward huma ħomor imma waqt ir-restawr li kien qed isir mis-Sur Magro instab li dawn oriġinarjament kienu ċelesti u Mastru Gauci neħħa l-isgraffir u għamlu aħmar kif għadna narawh illum. (Fig. 4)
Dettall mill-induratura tal-istatwa ta’ San Pawl
Disinn ta’ parti mill-induratura preżenti
Il-panew ta’ ġewwa, il-fjuri huma impittrin mhux deheb biss barra li huma sgraffiti. Ilfond huwa ċelesti pariġġ iċ-ċelesti li għandu fuq barra imma mbagħad il-fjuri impittrin birroża, bil-ġilju bl-abjad fin-nofs, hemm iż-żokk bil-kannella u l-weraq bl-aħdar u taħt id-dettall tal-isgraffir anki l-pittura tal-ward, apparti li hu kkulurita għandha dak id-daqqiet u fejn hemm id-daqqiet hemm id-deheb migruf u sfumati bid-deheb. Din l-induratura għandha speċjalità oħra li l-panewijiet ma hemmx wieħed bħallieħor. Il-fjuri huma ddisinjati differenti minn wieħed għall-ieħor. Kellu d-disinn li mexa bih u ddisinja l-mant kollu u mbagħad ġol-panewijiet għamilhom freehand dak il-ħin li ta preġju ħafna ikbar. Ir‑restawr tal‑istatwa fl‑2011‑12 Fl-2011 inħolqot Kummissjoni li kienet responsabbli mir-restawr tal-Madonna u li kkummissjonat lis-Sur Publius Magro birrestawr tal-vara. Meta kont qed nitkellem masSur Magro dwar ir-restawr huwa qalli li dan it-tip ta’ restawr qabel ma sarx u s’issa għadu ma sarx. Normalment meta jkun hemm xi ħsara fl-induratura ġeneralment tinbarax u terġa’ tindura ruħha mill-ġdid. Minflok għamel dan, Publius qala’ l-induratura li kienet inqasmet u reġa’ poġġiha biċċa biċċa qisu bħal meta tpoġġi mużajk. Li ġara kien li meta kien hemm il-ħsara flinduratura tagħha, nixef iz-zokk li hi magħmula
143
minnha l-istatwa u allura l-injam ċkien u l-ġibs ġie kbir għalihom u sar ġibs ibblastjat. Kull biċċa li kienet maqlugħa nqalgħet minn malistatwa, ġiet ittrimjajt kull biċċa biex issib post eżatt u ma tkunx imbewqa. Dan filwaqt li saret rikostruzzjoni tal-ġibs. Meta jsir ġibs fuq ġibs huwa importanti li l-kolla ma tridx tkun iktar qawwija minnu għax inkella tinbeżaq. Il-ġibs huwa magħmul mill-kolla tal-fenek, ġibs Ingliż u ġibs Malti (gesso di Bologna li hu identiku għal dak Malti). Id-differenza tkun fil-kolla. Għalhekk ġew inkullati l-biċċiet li nqalgħu billi jiġu ppressati fuq il-ġibs. Meta tinxef jibqa’ l-cracks u bejn crack u oħra jimtlew bil-ġibs, jiġu rfinuti u jsir rtokk bil-kulur. Is-Sur Magro spjegali li waqt dan ir-restawr inbidlu l-għajnejn tal-Madonna minħabba li kien hemm inxif fl-injam u l-għajnejn oriġinali tfarrku. Għalhekk inxtraw par għajnejn talkristall antiki identiċi bħalma kellha. Fatt kurjuż ieħor huwa li r-ras tal-istatwa hija skolpita flinjam tal-kewba. Rigward il-kulur tal-induratura s-Sur Magro indika li qabel il-kulur kien ikun pigment trab li jkun trab naturali. Illum issib imma ma għandekx varjetà bħalma kien hemm qabel u dan ma jitħallatx. Illum jintużaw kuluri talpittura taż-żejt però jiġu pproċessati li jitneħħa
HYPNOS-VITAFOAM MATTRESSES HYPNOS VITAFOAM AC Calleja 334, St Paul Street, Valletta Tel: 2123 8163 Vitafoam Factory Industrial Estate, San Ġwann Tel: 2148 4992/3 Marsa Stores Tel: 2123 9817 Mob: 7923 9817
144
ż-żejt minnhom u jibqa’ l-pigment u l-bjankett biss. Dawk il-kuluri tista’ tilgħab bil-kulur kif trid. Jitneħħa ż-żejt għax inkella tittebba’ l-induratura.
Ringrazzjament Ringrazzjament imur lis-Sur Publius Magro tal-ħin tiegħu sabiex jurini d-disinji u jispjegali aħjar il-proċess tal-indurar u r-restawr tal-vara tal-Madonna tal-Karmnu. Grazzi wkoll lil dawk kollha li tawni l-għajnuna f’dan l-artiklu. Bibliografija
Dr. John Debono, L-istatwi tal-Madonna tal-Karmnu tal-1871 u tal-Anġlu Kustodju u l-Iskulturi Tagħhom, Programm tal-Festa Madonna tal-Karmnu Valletta 2006 p.31-45 Patri Lawrenz Sammut, Is-Santwarju tal-Karmnu Malta 1952 p. 72-78 Amanda Ann Vella, The old Carmelite Church, Valletta: History, Architecture and Works of Art (1570-1958), Dissertation B.A. History of Art 2010 p. 57-60 Carlo Agius B.A. (Hons)History, M.A. Hospitallier Studies, Il-Festa tal-Madonna tal-Karmnu fil-Belt Valletta, fitTieni Nofs tas-Seklu Dsatax (1870-1890),, Programm Tal-Festa Madonna tal-Karmnu 2012 p. 11-15 Charles Portelli, Nitkellmu ma’ Publius Magro, Il-persuna li ħa ħsieb ir-restawr tal-vara tal-Madonna tal-Karmnu matul din is-sena, Programm Tal-Festa Madonna talKarmnu 2012 p. 21-23 Il Portafoglio Maltese, 22 ta’ Lulju 1880 p.2 L’Amico del Popolo, 20 ta’ Lulju 1880 p.2 L’Ordine, 28 ta’ Lulju 1880 p.3
Il-Pesta tal-1813 fil-Belt Valletta Vince Peresso
Introduzzjoni Il-pesta f’Malta dejjem ġiet impurtata minn xi post ieħor – bosta drabi mil-Lvant talMediterran. Hekk ġara meta, nhar it-28 ta’ Marzu 1813, waslu Malta numru ta’ xwieni taħt l-iskorta tax-xini Navali Ingliż, Badgers1. Ġew minn Lixandra, fejn kien hemm imxija qawwija tal-Pesta Bubonika. Fost dawn ix-xwieni kien hemm il-Brigantin San Nicolò bil-kaptan Antonio Maria Mascarà mill-Isla. Tul il-vjaġġ il-brigantin San Nicolò kellu żewġ baħrin li mietu bil-pesta, kif iddikjara t-tabib tax-xini Ingliż. Naturalment dawn indifnu fil-baħar, u hekk kif wasal Malta l-brigantin tqiegħed għall-kwarantina fil-port ta’ Marsamxett, kif kien jiġri f’każi bħal dawn. Ittieħdet kull prekawzjoni meħtieġa. Hekk li l-kaptan u l-baħrin ġew imġegħla jinżlu filbaħar għarwenin ħuta, ngħataw ilbies nodfa u tqegħdu fil-Lazzarett, waqt li x-xini ġie ssiġillat u tqiegħed taħt l-għassa tal-gwardjani sanitarji2.
L-awtoritajiet tas-saħħa ma ħadu xejn pjaċir li dax-xini kien jinsab fil-port u ordnaw li jittieħed ’il barra u jinħaraq bit-tagħbija b’kollox.3 Iżda is-sidien tax-xini u tat-tagħbija talbu li jieħdu x-xini lura lejn Lixandra, bit-tagħbija b’kollox u b’ekwipaġġ ġdid. Il-Kummissarju Ċivili, Sir Hildebrand Oakes laqa’ dit-talba u x-xini salpa lura lejn Lixandra nhar l-10 ta’ April 18134, fejn wasal fid-destinazzjoni qawwi u sħiħ u mingħajr ebda każ ta’ pesta fuqu. Sadattant iżda l-kaptan
Mascarà u l-assistent tiegħu, li tul l-vjaġġ fatali kienu assistew liż-żewġ baħrin li kienu mietu bil-pesta, huma wkoll mardu u mietu bil-pesta fil-bidu t’April, waqt li kienu l-Lazzarett.
L‑Ewwel każ tal‑Pesta Għalkemm mad-daqqa t’għajn deher li Malta skansat il-periklu, l-affarijiet ħadu xeħta għallagħar hekk kif it-tabib Francesco Leon Gravagna ssejjaħ jara tfajla ta’ madwar 8 snin fid-dar taliskarpan Salvu Borg f’227, Triq San Pawl, ixxaqliba l-oħra ta’ Valletta. It-tifla mietet nhar is-19 ta’ April, l-għada tal-Għid. Għad li kellha deni qawwi, u t-tabib issuspetta li setgħet kienet infettata, għall-ewwel beda jiddubita kemm fil-fatt kienet attakkata mill-pesta. Kull dubju marlu ġimagħtejn wara, nhar l-ewwel ta’ Mejju, meta mardet ukoll l-omm, li kienet fisseba’ xahar tat-tqala. Hekk kif eżamina ġisem il-mara u ra l-infatet u tbajja’ tipiċi tal-marda marlu l-iċken dubju. Għamel konsulta ma’ sħabu t-tobba fil-Kumitat tas-Saħħa u immedjatament bdew jittieħdu prekawzjonijiet, iktar u iktar kif fl-istess żmien mietet il-qabla li kienet qed tieħu ħsieb mart l-iskarpan u xi nies oħra qrib tal-qabla. Qabelxejn il-familja Borg, li kienet tinkludi n-nanniet, anzjani sew, u nies oħra ttieħdu l-Lazzarett f’nofs ta’ lejl. Hemm, għad li mhux mal-ewwel, bosta minnhom sfaw vittmi tal-pesta, inkluż l-istess Salvu Borg5. Djarist kontemporanju, Dun Luigi Caruana Dingli, jagħti
145
deskrizzjoni drammatika ta’ kif dil-familja f’nofs ta’ lejl inħarġet minn djarha u ttieħdet taħt skorta lejn Marsamxett fejn kien hemm dgħajsa li ħadithom il-Lazzarett. Finnotifiki tal-Kumitat tas-Saħħa jidher ċar kif Salvu Borg kien taħt sorveljanza stretta u għal ġranet sħaħ baqa’ jinsab mingħajr l-iċken sinjal ta’ mard sakemm imbagħad marad f’daqqa waħda u miet nhar l-10 ta’ Mejju, jiġifieri madwar xahar wara li ttieħed fil-Lazzarett.
dar tal-iskarpan, fejn feġġew l-ewwel każi tal-pesta. It-tnejn li huma jisħqu li l-pesta kienet ilha daqxejn li daħlet u kienet tinsab rieqda fl-inħawi talPort il-Kbir. Argument ieħor imressaq minn Caruana Dingli hu l-fatt li mart Salvu Borg, li kienet it-tieni vittmi tal-pesta, kienet assistita minn ħuha, Patri Manwel Karmelitan, li minkejja din l-assistenza filqrib hu qatt ma marad bilpesta u lanqas daħħal il-pesta fil-kunvent tal-Karmelitani tal-Belt. Punt ieħor imqajjem kien li Salvu Borg meta ttieħed il-Lazzarett ma kienx marid7u Il-familja ta’ Salvu Borg kienet dam madwar xahar sakemm ċertament l-ewwel li ntlaqtet miet bil-pesta f’nofs Mejju. bil-pesta, u r-rapporti uffiċjali Allura nistgħu liberalment u storiċi kollha li nkitbu dwar ngħidu li Salvu Borg ġie din l-imxija kollha jattribwixxu infettat fil-Lazzarett stess l-bidu tal-festa għall-fatt li minn morda oħra li sadattant Salvu Borg, b’xi mod kien akkwista xi ġilda jew drapp li Id-dar fi Triq S. Pawl minn fejn aktarx kienu nġarru l-isptar fuq ilgżira Manoel. Jibqa’ iżda l-fatt nħattet minn fuq il-brigantin bdiet il-morda tal-pesta tinxtered li l-pesta tal-1813 bdiet filSan Nicolò b’kuntrabandu. Inżommu quddiem għajnejna li dik il-ħabta kienu familja ta’ Borg. jemmnu li l-pesta tista’ tittieħed bil-contagio6 jiġifieri billi wieħed imiss xi ħwejjeġ jew oġġetti Tixrid tal‑Pesta tal-marid. Għalhekk l-attribuzzjoni prinċipali Matul April deher li s-sitwazzjoni kienet kienet li dan il-materjal imniġġes tniżżel taħt ċertu kontroll, u għalhekk bosta ħassew b’kuntrabandu minn fuq il-brigantin infettat, li li l-marda ma kinetx se tibqa’ tinfirex. Dan kien miżmum u mgħasses fil-post ta’ kwarantina l-ottimiżmu anki ġie espress mill-Kummissarju fejn il-Lazzarett fil-Port ta’ Marsamxett, u Ċivili, Sir Hildebrand Oakes, innifsu f’dispaċċ li imbagħad spiċċa għand l-iskarpan Salvu Borg. hu bagħat lis-Segretarju tal-Istat għall-Kolonji8. Din it-teorija però ma tantx intlaqgħet tajjeb Dil-laxkezza iżda jidher li tat lok biex il-marda minn żewġ kittieba kontemporanji. iktar refgħet rasha, u l-każi tal-mard bdew jiżdiedu. Sar allarm sħih. Nhar il-5 ta’ Mejju L-ewwel nett il-Markiż Giuseppe Maria de nħarġu regolamenti mill-Awtorijiet tas-Saħħa Piro fil-ktieb tiegħu Ragguaglio della epidemia fejn ħeġġu lin-nies jagħmlu attenzjoni għallpestilenziale che afflisse l-Isole di Malta e Gozo mard, id-djar tal-belt żaruhom it-tobba għallin nel 1813 li hu ppublika fl-1833 jgħid ċar u ispezzjoni tal-morda u n-nies ġew projbiti tond li Borg ma kienx kuntrabandist. Imbagħad jinġabru flimkien imma jibqgħu fi djarhom. kien hemm Dun Luigi Caruana Dingli, mill-Belt Bl-istess mod ingħalqu l-ħwienet, is-suq u Valletta, li kiteb djarju dwar il-pesta. Hu wkoll postijiet tal-kummerċ, ingħalaq it-teatru u jafferma li ma jistax ikun li Salvu Borg laqqat l-iskejjel.9 Sadattant l-Isqof Ferdinando Mattei il-pesta minn fuq il-Brigantin. Jafferma wkoll kien Għawdex jagħmel viżta Pastorali. Hekk bl-ikbar konvinzjoni li Salvu Borg ma kienx kif irċieva l-aħbar li feġġet il-pesta hu waqqaf kuntrabandist, u terġa’ u tgħid il-Brigantin San ħesrem il-vista u niżel Malta. Fid-9 ta’ Mejju Nicolò kien mgħasses tajjeb u kien il-bogħod mid- ħareġ ċirkulari fejn ħeġġeġ lin-nies josservaw
146
ir-regolamenti maħruġa mill-Awtoritajiet tasSaħħa, ordna li l-knejjes tal-Belt jingħalqu, ħeġġeġ li tingħata karità u kull għajnuna oħra. Iktar tard nhar id-28 ta’ Mejju, l-ordni tal-għeluq tal-knejjes ġiet estiża għall-knejjes kollha ta’ Malta. L-isqof ordna li fil-knejjes issir quddiesa waħda kuljum mill-qassis waħdu u permezz taddaqq tal-qniepen il-popolazzjoni minn darha tkun tista’ tgħid ir-rużarju10. Mal-ewwel deher biċ-ċar nuqqas ta’ osservanza tar-regolamenti, u minħabba f’hekk il-każi talpesta bdew jiżdiedu fil-frekwenza tagħhom. Bdew jitieħdu prekawzjonijiet iktar stretti u iebsin mill-gvern ta’ dak iż-żmien, immexxi mill-Kummissarju Ċivili Sir Hildebrand Oakes. Inħarġet l-ordni li l-annimali jinżammu maqfula d-dar, ma jintremewx ċraret u mbarazz fittoroq anzi dawn ġew ordnati li jinħarqu, id-djar żaruhom it-tobba u uffiċjali oħra, bdew jiġu purifikati u mnaddfa d-djar u dawn għandhom jitbajdu bil-ġir. Madankollu l-awtoritajiet ma kinux sodisfatti li n-nies qed tikkopera biżżejjed u saħansitra ġie ppubblikat rapport tal-aħħar pesta f’Messina biex ifehmu lin-nies bil-periklu li kien hemm quddiemhom. Il-bibien kollha tasswar ta’ Valletta ssakkru biex jiġi kkontrollat il-ħruġ u dħul. Dawn il-miżuri ma ġabux irriżultati mixtieqa. Hekk kif il-każi tal-pesta bdew jiżdiedu u jfaqqsu dejjem iktar, l-iktar flinħawi tan-naħa t’isfel tal-Belt, inħarġet ordni li Valletta tinqasam fi tmien distrett, fejn permezz ta’ barrikati u gwardji ġie limitat iċ-ċaqliq ta’ persuni min-naħa għal oħra. Kull distrett kellu sotto-kumitat ta’ tliet persuni responsabbli millamministrazzjoni u ż-żamma tal-ordni.
Għal dan il-għan nhar it-3 ta’ Ġunju, il-Belt Valletta ġiet maqsuma kif turi l-pjanti t’hawn isfel11:
Sa mill-bidu ta’ Mejju l-Kumitat tas-Saħħa beda joħroġ kuljum notifiki ta’ każi ġodda u ta’ mwiet bil-pesta. Għall-Belt Valletta minbarra l-ismijiet tal-persuni milquta hemm l-indirizzi. B’hekk nafu kif il-pesta nfirxet minn triq għal oħra. Hekk matul ix-xahar ta’ Mejju t-toroq milquta kienu dawn, bin-numru fil-parentesi juri d-data
Sant’Ursola (7); Strada Pozzi (18); Manderaggio, Strada Toro u Strada Vescovo (19); Strada San Nicola (23); Strada Reale u Strada San Paolo (25); Strada San Giuseppe u Strada San Domenico (26); Strada Ospedale u Strada Marsamuscetto (27); Strada Stretta u Strada San Sebastiano (29); Strada Alessandro (30); Strada Mercanti u Strada Fontana (31)12. B’hekk sal-aħħar ta’ Mejju l-pesta kienet tista’ tgħid laqtet it-toroq kollha tan-naħa t’isfel ta’ Valletta, liema naħa mhux biss kienet tinsab f’livell baxx ġeografikament imma wkoll soċjalment. Sadattant il-pesta kienet diġà bdiet tinfirex f’postijiet oħra ta’ Malta. Dit-tabella turi kif ilpesta waslet f’għadd ta’ postijiet f’Malta: 5 ta’ Mejju 18 ta’ Mejju 19 ta’ Mejju 20 ta’ Mejju 22 ta’ Mejju 26 ta’ Mejju 27 ta’ Mejju 28 ta’ Mejju
Il-Belt Valletta Lazzarett/Manoel u l-Gudja Ir-Rabat u Notabile Ix-Xatt tal-Belt Ħal Luqa, Ħal Qormi u Ħ’Attard Ħaż-Żebbuġ Il-Furjana Birkirkara u Ħad-Dingli
Pjan ta’ kif ġiet maqsuma l-Belt Valletta f’distretti biex kemm jista’ jkun tiġi kkontrollata l-marda
147
29 ta’ Mejju 30 ta’ Mejju 1 ta’ Ġunju 6 ta’ Ġunju 9 ta’ Ġunju 11 ta’ Ġunju 12 ta’ Ġunju 17 ta’ Ġunju 20 ta’ Lulju 21 ta’ Lujju 25 ta’ Lulju 22 ta’ Awwissu 6 ta’ Sett 11 ta’ Sett
Il-Birgu, il-Kalkara u Bighi Ħaż-Żabbar L-Imqabba Ħal Lija u ż-Żurrieq Tas-Sliema u San Ġiljan In-Naxxar L-Isla u l-Mosta Kordin Tal-Pietà u l-Imsida Ħal Tarxien Raħal Ġdid Il-Marsa San Pawl il-Baħar Is-Siġġiewi13
Miżuri u Prekawzjonijiet Hekk kif familja kienet tkun attakkata mill-pesta kien jidħol proċess strett. Il-mejjet kien jinġarr għad-difna f’karru tal-injam, bla wisq ċerimonji u jittieħed għad-difna fiċ-ċimiterju li twaqqaf ’il barra mis-swar. Il-morda kienu jittieħdu jew il-lazzarett jew fi sptarijiet ta’ osservazzjoni li twaqqfu ’l barra mis-swar. Dawn kienu barrakki tal-injam li nbnew hekk kif toħroġ minn Putirjal u minn Bieb il-Bombi. Hemm kienet tinġarr ukoll il-bqija tal-familja li jitqegħdu f’barrakki oħrajn. Din ix-xena tidher deskritti b’mod grafiku f’xi ex voto. Waħda minnhom tinsab fil-knisja ta’ Santa Barbara fejn Pasquale Bartolo qed jirringrazzja lill-Madonna u lil Santa Barbara li baqa’ ħaj wara li tul il-pesta kien inkarigat jisqi l-ilma lill-morda bil-pesta. Sadanittant kumitat ta’ purifikazzjoni fi ħdan ilMonti tal-Pietà kien jidħol fid-dar fejn jinġabru
Ex-Voto b’ringrazzjament tal-ħelsien mill-pesta
148
l-affarijiet prezzjużi, jitqegħdu f’kaxxa apposta nnumerata u tinżamm fil-Monti. Iktar tard, wara li spiċċat il-pesta, insibu għadd kbir ta’ nies qed jiġbru dawn l-affarijiet u dan qed jiġi rikordjat għand n-nutar Baldassare Mamo14. L-aħħar pass kien li d-dar titbattal mill-għamara u mill-ħwejjeġ u drapp li jittieħdu għall-ħruq f’xi waħda mill-kalkari. Għad li jidher li kien hemm proċess tajjeb madanakollu kien hemm diversi rapporti ta’ serq u abbużi oħra. Ħafna b’hekk spiċċaw ta’ fuqhom senduqhom.
Xi kuntratti Kif diġà rajna waħda mill-prekawzjonijiet importanti li ttieħdet biex tikkontrolla t-tixrid tal-pesta kienet l-għeluq tal-postijiet ta’ kummerċ. F’dan is-sens nhar it-12 ta’ Ġunju 1813, in-nutara ġew ordnati biex jillimitaw il-ħidma nutarili tagħhom għall-essenzjal. Għalhekk insibu tnaqqis drastiku tal-għadd ta’ kuntratti li saru matul il-pesta. Bosta għalqu l-uffiċċju tagħhom. Naturalment dawk li ma kinux joqogħdu l-Belt baqgħu fir-raħal tagħhom u ma resqux lejn il-Belt. Mill-kuntratti li saru fix-xhur tal-pesta nistgħu però naraw xi aspetti interessanti li juruna l-ħajja u tbatijiet tagħha f’dan iż-żmien diffiċli. Numru sew minn dawn il-kuntratti juru xi prewkawzjonijiet li ttieħdu, u numru sew huma testmenti. Ħa nagħti ftit eżempji li juru aħjar din is-sitwazzjoni In-Nutar Calcedonio Arpa nhar is-26 ta’ Ġunju 1813 issejjaħ minn Serafin Farrugia li kien marid bil-pesta f’dar li kienet tagħmel parti mis-suq. Jidher li Serafin aktarx ngħata permess jagħmel il-kwarantena f’daru. Għalhekk hu ngaġġa lil Ġaċintu Debono biex jieħu ħsiebu, għal ħlas ta’ seba’ skudi u nofs kuljum, li kienet bażikament ekwivalenti ma’ ġimgħa paga. Ġaċintu ntrabat li jieħu ħsieb lil Serafinu, u lill-familja tiegħu jekk dawk jimirdu u li anki jmur magħhom jekk jittieħdu l-Lazzarett. Serafin fil-fatt miet erbat ijiem wara, nhar il-25 ta’ Ġunju. Ħadd iżjed millfamilja ma jidher fil-lista tal-mejtin jew morda – ġiethom tajba. Imbagħad f’kuntratt sussegwenti Ġaċintu qed jingħata s-somma ta’ 750 skud bħala ħlas tas-servizz tiegħu. Dan ifisser li għamel mitt jum jieħu ħsieb dil-familja15.
Bosta kienu jħallu t-tfassil tat-testment għallaħħar żmien, bosta drabi saħansitra għal fuq is-
sodda tal-mewt. It-testment fis-soċjetà Maltija tas-seklu dsatax, kien ċertament meqjus bħala att importanti anzi kważi kważi sagru. Hu għalhekk li t-testment kien jinkludi invokazzjoni lill-Mulej, lill-Madonna u lil Qaddisin għassalvazzjoni ta’ ruħhom. Fix-xhur tal-pesta dalformularja mhux dejjem kien jintuża. Numru ta’ drabi n-nutar beda jissejjaħ fid-djar tal-morda. L-ewwel ħaġa li josserva kienet li t-testatur kien kapaċi biex jagħmel it-testment “sebbene indisposta di corpo sano però per grazia di Dio, di mente, vista, senso ed intelletto come si scorge dal suo retto discorso e sano giudizio”.16 Imbagħad wara t-talba kien jibda jniżżel l-aħħar disposizzjoni.
Għalhekk fi żmien il-pesta fil-Belt insibu diversi każi fejn xi nutar kien imur fid-dar, jew aħjar qrib id-djar tan-nies, biex jagħmel dan it-testment, li ħafna kienu jħallu sal-aħħar biex jersqu għalih. Hekk pereżempju għamel in-Nutar Calcedonio Arpa nhar il-21 ta’ Ġunju 1813 meta Ġwakkin u Tereża miżżewġin Muscat talbu li jagħmlu t-testment. In-nutar mar fi Triq l-Isptar fejn kienu jgħixu u billi t-triq kienet magħluqa u mgħassa ma setax jidħol fiha. Allura huma ħarġu fuq l-għatba tal-bieb ta’ barra u b’leħen għoli qalu x’kienu l-aħħar disposizzjonijiet tagħhom. Minħabba li t-triq kienet taħt kwarentina u allura ma setgħux jiktbu, għalhekk biex jirrapreżentawhom fit-tfassil tat-testment tagħhom għażlu lil xi gwardjani tas-sanità u lillkirurgu Michele Borg li jidher kien responsabbli ta’ dik it-triq17. Testment ieħor sar minn missier u bint, Vincenzo Busuttil u Loreta Parnis, li kienu joqogħdu fi Triq it-Torri (fuq Putirjal). Huma sejħu lin-Nutar Giuseppe Bonavita li kitbilhom l-aħħar xewqat tagħhom fit-triq waqt li żamm id-distanza preskritta. Bħal dawn kien hemm diversi eżempji oħra18. Rwol tas‑Saċerdoti Is-Saċerdoti u patrijiet kellhom ukoll rwol importanti. Numru minnhom kienu jduru jżuru lin-nies biex jagħtuhom mhux biss l-assistenza spiritwali imma wkoll dik materali. Naturalment ittieħdu prekawzjonijiet speċjalment millkunventi, fejn bosta drabi l-komunità reliġjuża kienet tagħżel xi wieħed minnhom biex imur jagħti s-servizz tiegħu fost l-impestati. Dan imbagħad ma kienx jorqod fil-kunvent sabiex
jevitaw li l-pesta tidħol fil-kunvent. MillKomunità Karmelitana dan ix-xogħol għamlu Patri Michel Angelo Chircop, li ħareġ millkunvent u mar joqgħod ma’ ommu Rosaria. Huwa beda jgħin lin-nies sew fil-qrar u l-assistenza qabel il-mewt kif ukoll billi jipprovdilhom l-ikel. F’kuntratt insibu li Fra Mikelanġ anki kien ħa ħsieb il-ftit oġġetti prezzjużi li Marianna Camliti kienet għaddietlu qabel mietet fi Triq L-Isqof Nru 60 nhar it-22 ta’ Ġunju 181319. Dil-ħidma tiegħu fost l-impestati kienet perikoluża, u bħalu kien hemm diversi saċerdoti oħra u anki nies li għamlu dax-xogħol. Fil-fatt Patri Mikelanġ safa’ vittma huwa wkoll nhar l-13 ta’ Settembru 1813. Dun Luigi Caruana Dingli fid-djarju tiegħu jgħid hekk dwar dan il-patri u l-ħidma tas-saċerdoti.
Li 13 Settembre: Solamente è morto di Peste il Padre Fr. Angelo ChircopCarmelitano, il quale per essersi esibito tanto per confessare gl’infermi nell’Ospedale di Peste, come ancora assisteva alla distribuzione del Caldarone che si faceva di alcuni particolari Cittadini Maltesi alla Povera gente. Onde il sud: Padre, da chesi era impiegato in detto Serviggio, site ne va fuori di Convento, ed in casa di sua madre, affinchè venendo d’accarsi con la Peste, non sarebbe il caso di attaccare la Comunità del suo convento. Sicchè il sudo officio per esser molto pericoloso, il medesimo Padre ebbe di provare anche l’orribile effetto della Peste, che se sarebbe rimasto in suo convent tutto il resto dei frati, non si sarebbero sacrificati, ma lo zelo, e la Pietà del detto Padre, e pro delle povere anime, non si è curato di mettersi al cimento, come molti altri zelantissimi sacerdoti, egualmente mossi dalla Carità si sono similmente sacrificati in quest’istesso urgenza della Peste, cheperciò non resteranno privy della giusta merce de promessa a Dio, e suoi Servi, e con ispecialità a tutti quelli, che procurano la gloria di Dio, e la Salvezza delle anime.20
Toroq Beltin milquta bil‑pesta Matul il-perjodu kollu tal-pesta n-numru talvittmi laħaq l-4,668, bl-iktar postijiet milquta kienu l-Belt Valletta b’1,221, il-Furjana bi 893, Ħaż-Żebbuġ b’691, u Birkirkara b’282. Ħal Qormi hu każ għalih għax waqt li Malta kienet dikjarata ħielsa mill-pesta f’Jannar 1814, Ħal Qormi baqa’
149
isoffri mill-marda sa Lulju 1814 u n-numru talvittmi laħaq id-900 ruħ. Meta neżaminaw liema toroq ta’ Valletta ntlaqtu l-aktar toħroġ stampa ċara li turi t-toroq periferali tal-Belt l-aktar milquta. Minbarra fil-Mandraġġ li kellu 85 mewt bil-pesta, naraw l-iktar żewġ toroq milquta Strada San Nikola (117 każ) u Strada Sant’Ursola (81 każ). Jekk ma’ dawn inżidu l-vittmi fi Triq San Duminku (64 każ), Triq l-Isptar (61 Każ), Strada Pozzo (52 każ), Triq San Ġużepp (55 każ), Triq Fontana (35 każ) u Triq Tramuntana (30 każ) nistgħu naraw kif il-pesta għamlet ħerba sħiħa fl-inħawi t’isfel tal-Belt Kapitali21. Tmiem tal‑Pesta L-agħar xhur fejn il-pesta ħakmet lill-gżejjer Maltin kienu x-xhur sajfin minn Ġunju sa Settembru 1813 u mbagħad bil-mod il-mod bdiet tnaqqas mill-qawwa tagħha. Madankollu mal-wasla tal-Gvernatur Sir Thomas Maitland, nhar l-4 ta’ Ottubru l-epidemija kienet għadha ħajja. Għalhekk dal-gvernatur ħa atteġġament riġidu, strett u militari biex jikkontrolla l-imxija. Qabelxejn organizza aħjar is-sistema tal-pulizija, sabiex jassigura l-osservanza tar-regoli. L-ikbar uġigħ ta’ ras li kellu kienu l-irħula ta’ Birkirkara, Ħaż-Żebbuġ u Ħal Qormi, fejn minkejja kollox il-pesta kienet għadha qed tagħmel ħerba. Għalhekk dawwarhom b’kurduni ta’ suldati u impona l-liġi marzjali. Għad li din ħadmet malewwel żewġt irħula, f’Ħal Qormi kienet storja oħra. Tant li ddeċieda li jdawwar lil Ħal Qormi b’ċint doppju u għassa sħiħa. Bażikament lil Ħal Qormi qegħdu taħt liġi marzjali u kkonvertih bħala Lazzarett.
Wara li ttieħdu l-prekawzjonijiet kollha ta’ kwarantina u purifikazzjoni tad-djar tal-bliet u l-irħula, il-Gvernatur Maitland fid-29 ta’ Jannar 1814 ħareġ digriet fejn iddikjara lil Malta ħielsa mill-pesta. Dan il-jum, li kien isSibt, fid-disgħa ta’ filgħodu l-Isqof flimkien malKapitlu tal-Katidral iċċelebra quddiesa solenni fil-Konkatidral ta’ San Ġwann. Għall-okkażjoni attenda l-Gvernatur minn fuq it-tron tiegħu. Wara l-quddiesa tkanta Te Deum Solenni b’ħajr lill-Mulej li ħeles lill-Malta mill-flaġell tal-pesta. Imbagħad il-Gvernatur ħabbar li l-bibien tal-Belt kienu se jinfetħu l-għada, il-Ħadd 30 ta’ Jannar 1814. Din l-aħbar tant mistennija ntlaqgħet bid-daqq tal-qniepen tal-knejjes kollha tal-
150
belt, tal-Kottonera u tal-irħula. L-għada n-nies tal-Kottonera qasmu l-port u ngħaqdu malBeltin u nies mill-irħula biex flimkien jifirħu u jiċċelebraw it-tmiem tal-flaġell22.
Referenzi
Biblijoteka Nazzjonali Malta (BNM): LBR818/10, data 28 Marzu 1813. 2 CALVERT Robert: An Account of the Origin and the Progress of the Plague in Malta in 1813; (1815), pġ.6. 3 CASSAR Paul: Medical History of Malta, (1964), p.176. 4 Arkivju Nutarili Valletta (NAV): Nutar Salvatore Camilleri, R139 vol5 ff.810v -812r: 8/4/1813: Sumptum: Marcum Giov. Tarabocchia. 5 DEPIRO GM:Ragguaglio storico della pesti lenza che afflisse le isole di Malta e Gozo negli anni 1813 e 1814; (1833), passim. 6 Dak iż-żmien ix-xjenza medika kellha żewġ teorija dwar kif tinxtered il-pesta minn persuna għal oħra. ItTeorija tal-MIASMA kienet tgħid li l-pesta tgħaddi minn persuna għal oħra permezz ta’ arja mniġġsa. It-teorija tal-CONTAGIO kienet tgħid li l-pesta titrażmetti permezz tal-mess ma’ persuni jew oġġetti infettati. L-awtoritajiet Maltin kienu jsostnu t-teorija tal-CONTAGIO. Fil-fatt iżżewġ teorija kienu l-bogħod mill-verità, għax il-pesta bubonika titrasmetti ruħha bil-gidma tal-bergħut minn fuq il-far li jkun marid bil-pesta. Imma dan ġie skopert tmenin sena wara fl-1896. 7 Arkivju Nazzjonali Malta (NAM): GMR1 fol.6 data 10 ta’ Mejju 1813 8 NAM GOV 1/1/7 ff.210-215. Dispaċċ lil Lord Bathurst bid-data 12 ta’ Mejju 1813. 9 NAM: GMR1 fol.1 data 5 ta’ Mejju 1813. 10 Arkivju Arċiveskovili Malta: AAM vol. Mattei 1809-24 fol.118: bid-data 24 ta’ Mejju 1813. 11 NAM GMR1,f.40 12 NAM GMR1, passim 13 idem 14 NAV (Nutar Baldassare Mamo) R334/32 & 33, passim. 15 NAV (Nutar Calcedonio Arp) R24/28, ff.893v :Obligatio pro Hiacinto Debono at Seraphini Farrugia; 26.vi.1813 16 NAV (Nutar Giuseppe Bonavita) R64/49 – f.5r-7r: Codicilli Sigra Aloisia Spiteri; 7.xi.1813. 17 NAV(Nutar Calcedonio Arpa) R24/28– ff.880v-887r: Testamentum: D.D. Gioacchino et Maria Tereza coniugi Muscat: 21.vi.1813 18 NAV (Nutar Calcedonio Arpa) R24/28 – ff:872-876: Testamentum Vincenzo Busuttil et Loreta Paris; 17.vi.1813 19 NAV (Nutar Calcednio Arpa) R24/28 ff.32v-36r: Apoca ed obligazione fatto per Rosaria Chircop @ Josepho Mallia; 13 ta’ Diċembru 1813. Il-ġojjelli kienu arloġġ tad-deheb, par bokkli tad-deheb għaż-żraben u plattina tal-fidda flimkien ma xi flus. Dal-ġojjelli kienu rahan għal xi self magħmul. 20 FRA LUIGI CARUANA DINGLI: Notizie intorno il morbo contagioso accaduto l’anno 1813 in quest’Isola di Malta;BNM ms1162; f.75 21 BURRELL: Appendix V to the Second Report On Quarantine; (1854); pp.34&35 22 FRA LUIGI CARUANA DINGLI: idem; f.121 1
L-Imħabba lejn il-Madonna ta’ Lourdes f’pajjiżna Patri Hermann Duncan O.Carm
Fil-11 ta’ Frar tal-1858, il-Madonna dehret Lourdes fi Lbiċ ta’ Franza lil Santa Bernadetta Soubirous. Il-Verġni Marija dehret għal 18il darba sa Lulju tal-istess sena. Ħafna huma n-nies minn pajjiżna li marru darba jew aktar minn darba għax ħassew f’dan il-post ċertu serħan spiritwali. F’dan l-artiklu sejrin naraw fil-qosor kif din id-devozzjoni xterdet malajr f’xi
postijiet f’pajjiżna. M’aħniex se nsemmu kollox imma biss narawha f’ċertu postijiet.
Fil-parroċċa tal-Birgu nsibu wieħed mill-ewwel inkwatri tal-Madonna ta’ Lourdes li kien sar fl-1875 sbatax-il sena wara d-dehra. Dan sar mill-pittur Injazju Carlo Cortis. Dan il-kwadru għandu gwarniċ tal-fidda.
Imbagħad immorru l-Qrendi fejn fl-1880 ġiet mwaqqfa l-Konfraternità tal-Madonna ta’ Lourdes mill-kappillan Dun Pietru Pawl Xuereb. Dan il-kappillan kien mill-Belt tal-Isla u twieled fl-20 ta’ April 1844 minn Pietru Xuereb u Marija mwielda Cordina. Ġie ordnat presbiteru fit-22 ta’ Diċembru 1866 u ftit wara ħa l-pussess ta’ Kanonku Kantur fi ħdan il-Kolleġġjata tal-Isla.
Fl-1869 sar Kappillan talParroċċa tal-Qrendi fejn xerred kemm felaħ id-devozzjoni lejn il-Madonna ta’ Lourdes. Kien dan
L‑istatwa tal‑Madonna f’Lourdes, Franza
L‑Istatwa tal‑Madonna ta’ Lourdes fil‑Qrendi
151
il-kappillan li fl-1878, waqqaf il-Fratellanza tal-Madonna ta’ Lourdes f’dan ir-raħal. Dan is-saċerdot kien dak li kiteb il-kurunella ta’ Lourdes li aħna ngħidu illum.
Ma nistgħux ma ngħidux li flimkien mal-familja tiegħu, kien benefattur kbir ta’ din il-Fratellanza. Fost l-opri li għamel dan il-kappillan u familtu nsibu l-istatwa tal-Madonna ta’ Lourdes maħduma minn Karlu Darmanin, inkwatru talMadonna ta’ Lourdes li jinsab fis-sagristija u l-medalja li jilbes ir-rettur tal-Fratellanza waqt il-purċissjoni. Għamel ukoll opri oħra.
Ħa nagħtu ħarsa żgħira lejn din l-Konfraternità li hi l-unika waħda f’Malta ddedikata għallMadonna ta’ Lourdes li din is-sena għalqet 141 sena. Fost l-għanijiet ta’ din il-Konfraternità filQrendi huwa li xxerred il-messaġġ tal-Madonna ta’ Lourdes u tagħti għajnuna lill-morda, billi l-Papa Qaddis San Ġwann Pawlu II kien ddedika l-ewwel dehra tal-Madonna f’Lourdes lill-morda. Tgħin ukoll lill-persuni bi bżonnijiet speċjali li jinsabu f’dan ir-raħal. Fuq kollox tieħu ħsieb ilfunzjonijiet Liturġiċi tal-parroċċa li jsiru f’ġieħ il-Madonna ta’ Lourdes waqt li torgannizza ħafna attivitajiet biex tippromwovi l-valuri reliġjużi fil-Komunità tal-Qrendi. Barra minn hekk, il-Konfraternità flimkien mal-kappillan hija responsabbli għall-organizzazzjoni tal-festa li ssir kull sena fl-aħħar ġimgħa ta’ Ġunju. Ukoll ilKonfraternità tieħu ħsieb l-oġġetti li għandhom x’jaqsmu mal-Konfraternità li jinsabu fil-knisja bħall-istatwa tal-Madonna ta’ Lourdes u dik ta’ San Filippu Neri u oġġetti ornamentali oħra.
Fil-Konfraternità hemm miktubin diversi Fratelli u Konsorelli li jkollhom laqgħa waħda fix-xahar. Barra l-aspett spiritwali ssir it-tħejjija għall-ħidma u l-organizzazzjoni għal diversi attivitajiet u ċelebrazzjonijiet.
Din il-Konfraternità tieħu ħsieb li tieħu sehem fil-purċissjonijiet kollha tal-parroċċa tal-Qrendi inklużi dik ta’ Corpus Christi, il-festa titulari ta’ Santa Marija mtellgħa s-sema, Patruna talParroċċa, il-festa tal-Madonna taċ-Ċintura, ilfesta tal-Madonna tar-Rużarju u festi oħra.
152
Toħroġ ukoll rivista annwali bl-isem ta’ Mariapolis li tfisser il-Belt ta’ Marija li titqassam mal-Qrendi kollu qabel il-festa ta’ Lourdes.
Il-membri tal-Konfraternità għandhom jagħmlu xi forma ta’ sagrifiċċju sabiex iħaddnu sens ta’ ċaħda matul il-ħajja spiritwali tagħhom skont kif talbet il-Madonna f’Lourdes. Il-Fratellanza għandha dmir li torganizza laqgħat ta’ tagħlim u attivitajiet speċjalment b’mumenti ta’ talb sabiex tilħaq dan il-għan. Il-membri wkoll għandhom ukoll jgħidu ta’ spiss il-kurunella sabiħa miktub mill-fundatur tal-Konfraternità Dun Pietru Pawl Xuereb. Ħawnhekk ħa nġibu l-aħħar biċċa ta’ din ilkurunella
Tkun imbierka mela dejjem, O Konċetta mingħajr ħtija, Taħt it-titlu minn ta’ Lourdes Lilek nagħtu kull foħrija.
Issa ħa nitkellmu dwar xi postijiet oħra f’Malta u Għawdex li tinsab din id-devozzjoni. Nibdew billi nsemmu ż-żewġ parroċċi li huma ddedikati lilha. Dik ta’ San Ġwann u dik li tinsab fir-Raħal Ġdid. F’dik ta’ San Ġwann insibu l-patrijiet Franġiskani Kapuċċini li marru f’din il-lokalità fl-1956 u bnew knisja ddedikata lill-Verġni Marija ta’ Lourdes. Il-bini ta’ din il-knisja kien lest fl-1959 u fl-1965 saret parroċċa. Il-festa tiġi ċċelebrata fl-ewwel ġimgħa ta’ Awwissu. F’Raħal Ġdid, il-kappillan ta’ dak iż-żmien Dun Franġisk Xuereb ħaseb biex jibni knisja ddedikata lill-Madonna ta’ Lourdes, li fil-1974 saret knisja parrokkjali. Il-festa tagħha ssir f’nofs Awwissu.
Fil-Furjana 23 sena wara d-dehriet f’Lourdes nbniet kappella f’ġieħha li jieħdu ħsiebha l-Franġiskani Kapuċċini. Ħafna nies imorru jinvistaw lill-Madonna speċjalment waqt iddehriet. Fiha wkoll jiġu ċċelebrati diversi żwiġijiet. F’Birżebbuġa hemm ukoll għar f’ġieħ il-Madonna ta’ Lourdes. Hawnhekk in-nies fil-ġranet taddehriet imorru jinvistaw lill-Madonna, u jgħidu ir-rużarju u l-kurunella. Nistgħu ngħidu li
Il‑Kappella u l‑istatwa tal‑Madonna ta’ Lourdes fil‑Furjana
għal dan il-għar isir pellegrinaġġ min-nies ta’ Marsaxlokk biex f’riġlejn il-Madonna jitolbu għall-bżonnijiet tagħhom.
F’Għawdex insibu wkoll devozzjoni lejn ilMadonna ta’ Lourdes. Din bdiet bis-saħħa talIsqof Pietru Pace wara żjara lejn Lourdes. Fl1879 poġġa statwa fuq sit tal-Kortin fejn kellha tiġi mibnija l-kappella fuq stil tal-ewwel knisja ta’ Lourdes. Fl-10 ta’ Ġunju 1888 tqiegħdet l-ewwel ġebla. Ix-xogħol tal-kappella ntemm fl1893. Kull min qatt xi darba mar Għawdex, ma
setax ma nnutax dik il-kappella li hemm fuq l-għolja li tiddomina l-port tal-Imġarr.
Barra dan fil-Bażilika ta’ San Ġorġ, fir-Rabat Għawdex hemm statwa tal-Madonna ta’ Lourdes li jagħmlu purċissjoni biha kull sena s-Sibt ta’ wara l-11 ta’ Frar. Nitolbu lill-Madonna biex tidħol għalina u tgħin lill-morda kollha fil-bżonnijiet kollha tagħhom ħalli ma jaqtgħux qalbhom fit-tbatijiet tagħhom.
153
1922 – Is-sitt ċentinarju tal-Bolla Sabbatina Martin Gravina
Dip.Educ. (Admin. & Mangt.)
Mejju tas-sena 1922 jibqa’ mfakkar meta l-Karmelitani fakkru s-sitt ċentinarju tal-Bolla Sabbatina fil-Knisja Bażilika ddedikata lillMadonna tal-Karmnu fil-Belt Valletta.
Il‑Bolla Sabbattina Din il-bolla kienet mogħtija nhar it-3 ta’ Marzu 1322 mill-Papa Ġwanni XXII. F’din il-bolla jissemma l-privilleġġ li l-Karmelitani kollha kemm dawk reliġjużi kif ukoll sekulari li jmutu fil-grazzja t’Alla, u li matul ħajjithom kienu jilbsu b’devozzjoni l-labtu u li bih kienu lebsin f’waqt mewthom, jekk huma josservaw ċerti obbligi, il-Verġni Marija, l-Omm tal-ħniena, l-ewwel Sibt jew mill-aktar fis wara mewthom teħlishom mill-pwieni tal-purgatorju u ttellagħhom igawdu magħha fis-sema għal dejjem.1 Fost ilPapiet li approvaw u xandru l-privileġġ Sabbatin kien hemm Pawlu V, Klement X u Benedittu XIV.2
Kien fit-8 ta’ Lulju 1801, il-Pirjol Majjistru Patri Lorenzo Elija Ferrone li f’dan iż-żmien kien ilPirjol tal-kunvent tal-Karmnu tal-Belt Valletta, bl-għan li jkabbar id-devozzjoni lejn il-Madonna tal-Karmnu u l-labtu tagħha talab lill-patrijiet tal-Karmnu tal-Belt biex iwaqqaf Xirka jew
154
aħjar Soċjetà tas-suffraġji bl-isem tal-“Bolla Sabbatina”. It-talba tiegħu flimkien mal-istatuti kienu ġew aċċettati mill-patrijiet tal-Belt, u fit30 ta’ Novembru 1801 l-Isqof Vincenzo Labini ta l-approvazzjoni tiegħu. Mat-twaqqif ta’ din ix-
Xirka daħlu fiha ħafna nies, speċjalment dawk li kienu ta’ livell għoli fis-soċjetà. Minn tal-ewwel kien l-istess Isqof Labini u s-segretarju tiegħu.3
Programm taċ‑Ċentinarju Biex jitfakkar dan iċ-ċentinarju fil-knisja talKarmnu l-Belt Valletta, saru ċelebrazzjonijiet bejn id-29 u l-31 ta’ Mejju, li kienu kkaratterizzati bl-aktar mod reliġjuż, b’ċerta solennità u devozzjoni. Fl-1922 l-Erbgħa 31 ta’ Mejju kienet ukoll taħbat l-aħħar Erbgħa tal-Udjenza. Dawn iċ-ċelebrazzjonijiet saru kollha fil-knisja u ma kien hemm l-ebda tiżjin fit-toroq. Il-Madonna tal-Karmnu tal-Belt, dejjem kellha devozzjoni kbira mill-poplu Malti, u għaldaqstant il-poplu żgur attenda bi ħġaru b’mod speċjali fl-aħħar ġurnata.
Ħarsa lejn il-programm li kien ippubblikat ukoll f’ċertu ġurnali jagħtina ħjiel fiex kienu jikkonsistu dawn iċ-ċelebrazzjoniijiet. Ħasra li l-ebda ġurnal ma ta rapportaġġ ta’ dawn l-attivitajiet. Għaldaqstant ħa nagħti ħarsa lejn il-programm kif kien imxandar. Fis-sitta u nofs ta’ filgħodu tal-ewwel ġurnata kien hemm quddiesa bi tqarbina ġenerali u Kollokkju mill-Prijur tal-Knisja tal-Karmnu tal-Belt Patri Ludoviku Sammut. Wara kien hemm espożizzjoni tas-Sagrament liema espożizzjoni baqgħet sa filgħaxija. Dan il-programm kompla wkoll fil-jumejn ta’ wara. Filgħaxija għal ħabta tas-sitta u nofs, wara l-kant tal-kompieta, kien hemm prietka mill-Kanonku tal-Kolleġġjata ta’ San Pawl tal-Belt Dun Ġorġ Aquilina. Wara l-prietka ngħaddet il-kurunella segwita bil-kant tar-Regina Coeli, Litanija u l-antifona Flos Carmeli. Fit-tmiem kien hemm il-Barka Sagramentali.
It-tieni ġurnata l-programmm kien bħal dik talewwel, bid-differenza li l-quddiesa u l-Kollokkju saru mill-Monsinjur Dun Karm Schembri, filwaqt li l-prietka ta’ waranofsinhar saret millpatri Agostinjan Adeodato Schembri Reggent. It-tielet jum kif ukoll l-aħħar jum ta’ dawn iċ-ċelebrazzjonijiet saru b’aktar pompa milljumejn ta’ qabel, għax fihom kien hemm ukoll il-partiċipazzjoni tal-Isqof Mauru Caruana. Fl-għodwa ta’ din il-ġurnata, fis-sitta u
kwart il-komunità tal-Karmelitani marret proċessjonalment il-Palazz tal-Isqof biex twasslu l-knisja fejn kellu jqaddes il-quddiesa tal-Komunjoni. Fit-tmienja l-bandisti tal-bastimenti tal-gwerra attendew għall-quddiesa li kienet b’suffraġju għal dawk il-Maltin li mietu fil-battalja ta’ Jutland (31 ta’ Mejju – 1 Ġunju 1916 li kienet l-akbar battalja navali tal-ewwel Gwera Dinjija4).
Fid-disgħa kien hemm il-quddiesa kantata u fissiegħa ta’ waranofsinhar kien hemm quddiesa bil-prietka u supplika tal-Madonna. Filgħaxija wara l-kant tal-Kompieta, saret ilprietka li kienet magħmula mill-predikatur li għamel l-Erbgħat tal-Udjenzi, Dun Ġwann Diacono Missjunarju. Fl-aħħar reġa’ kien hemm il-preżenza tal-Isqof fejn ta Benedizzjoni Papali u fil-funzjoni tkanta wkoll it-Te Deum bħala ringrazzjament ta’ dan iċ-ċentinarju. Dawn iċ-ċelebrazzjonijiet intemmu bil-Barka Sagramentali. F’dawn it-tlett ijiem ta’ ċelebrazzjoniijiet ilquddies fis-Santwarju beda fl-erba’ u nofs ta’ filgħodu u baqa’ sejjer sa nofsinhar. Interessanti wkoll il-fatt li l-Papa Piju XI ta’ konċessjoni li għal dat-Tridu l-quddies seta’ jsir bħal dak talfesta tal-Madonna tal-Karmnu. Barra minn hekk dan il-Papa ta wkoll li l-artali kollha jkunu privileġġjati għal kull saċerdot li jqaddes filBażilika. F’dawn it-tlett ijiem wieħed seta’ jerbaħ Indulġenza Plenarja jekk iqerr u jitqarben, filwaqt li kien hemm Indulġenza Parzjali ta’ kull darba li wieħed jidħol fis-Santwarju u jitlob skont il-fehma tal-Papa.5 Referenzi
Programm tal-Festa tal-Madonna tal-Karmnu, Valletta – 2001 p. 27 2 Programm tal-Festa tal-Madonna tal-Karmnu, Valletta - 1999 p. 11 3 Patri Lawrenz Sammut. Is-Santwarju tal-Karmnu Malta 1952 p.160 4 https://www.iwm.org.uk/history/what-was-thebattle-of-jutland 5 Malta Tagħna 27 ta’ Mejju 1922 p. 5; Malta 27 ta’ Mejju 1922 p.2
1
155
156
Il-vara tal-Madonna tal-Karmnu ħierġa fuq il-fosos fil-lejl Karmelitan, fl-okkażjoni taċ-Ċentinarju tal-Labtu (1951)
Il-Qniepen tas-Santwarju Robert Cassar
M.A.; B. Cons (Hons.); B. A. (Hons.)
Is-Santwarju Bażilika tal-Madonna tal-Karmnu tas-Santwarju Karmelitan. Tajjeb ngħidu li hu mogħni bi grupp ta’ seba’ qniepen li flimkien dawn il-qniepen qatt ma waqfu jagħtu s-servizz jgħaqqdu mota armonjuża. Dawn il-qniepen tagħhom, anke waqt li l-bini tas-Santwarju tista’ tgħid li sakemm saru s-settijiet intunati tal- l-ġdid u t-twaqqigħ ta’ dak antik fis-snin ħamsin. Knisja Kolleġġjata ta’ San Pawl u dawk tal-Bażilika L-ewwel ħaġa li nbniet kien il-kampnar u tal-Porto Salvo, il-qniepen tal-Karmnu kienu fost ladarba tlesta, il-qniepen kemm inqalgħu milll-isbaħ qniepen tal-Belt magħrufa mad-dilettanti kampnar l-antik u tpoġġew fil-ġdid biex lanqas tal-festi. Dan il-grupp ta’ qniepen jikkonsisti tokk wieħed tal-ġurnata ma ntilef niftakar lil Fra fi qniepen li saru fi tliet epoki differenti bejn Karm jgħidli. Dak iż-żmien, il-qniepen tqiegħdu l-aħħar tas-seklu tmintax u l-bidu tad-dsatax. b’mod proviżorju fil-livell ta’ taħt fil-kampnar ilWieħed però ma jeskludix li s-Santwarju sa ġdid. Kien hemm l-intenzjoni li aktar ’l quddiem, mill-bidu tiegħu kellu qniepen aktar antiki li fiż- il-qniepen jittellgħu fis-sular ta’ fuq tal-kampnar żmien iddewbu u nbidlu ma’ il-ġdid, imma għadda ż-żmien dawn li għadna nsibu llum. u dan qatt ma seħħ. F’dan Dawn il-qniepen sa mit-tnissil insibu li l-qniepen jduru tond tagħhom daqqew kemm filmal-arkati tal-kampnar millferħ u fin-niket. Fil-ferħ filikbar sal-iżgħar bil-qanpiena festi diversi li jsiru kemm fill-kbira fuq quddiem tħares Knisja Kattolika Universali, lejn il-koppla, ta’ qabilha kif ukoll dawk partikulari tħares fuq Triq Zekka, tnejn li jsiru fis-Santwarju. Dawk oħra, l-akbar miż-żgħar ta’ niket meta tindaqq talmdendla f’arkata waħda imwiet nhar ta’ Ġimgħa fitjħarsu lejn il-Palazz taltlieta ta’ waranofsinhar sabiex Arċisqof u t-tlieta ż-żgħar ifakkruna fil-passjoni ta’ mdendla f’arkata waħda. Kristu, kif ukoll daqq simili It-travi u l-ixkla tal-qniepen fit-tifkira tal-mejtin għeżież li kienu għadhom mis-snin tagħna jew daqq simili li ħamsin, kienu nbidlu qabel jsir biex iħabbru l-mewt ta’ il-festa tal-Madonna talxi membru mill-komunità Karmnu tal-20061. Karmelitana jew devoti oħra Il-qanpiena l-kbira tal-1815
157
Il-kampnar tal-knisja l-qadima kien pjuttost ċkejken meta komparat ma’ dak tal-ġdida. Tajjeb niftakru li s-seba’ qniepen kienu mqiegħda bl-eżatt fih. Insibu li l-qanpiena l-kbira kienet mdendla fin-nofs, dak ta’ qabilha fl-arkata tal-faċċata tal-knisja, u t-tlieta l-kbar ta’ wara fl-arkati l-oħrajn. Iż-żewġt iqniepen żgħar kienu mdendla fil-għoli fuq il-qanpiena l-kbira.
Ir-riljev ta’ San Eliżew fuq il-qanpiena l-kbira
Iż-żewġ qniepen il-kbar saru millfonditur Sqalli Ferdinando Leotta li kien ġie jaħdem Malta ftit tassnin qabel minn ħuh Acireale. Għalkemm ismu biss jidher mniżżel fuq iż-żewġ qniepen, jista’ Il-qanpiena li fonda Ferdinando Leotta fl-1816 jagħti l-kas li ħuh Sebastiano kien qiegħed jgħinu. L-ewwel li kienet tfondiet kienet il-kbira fl-1814 u ssemmiet Lorenza għall-Prijur talKunvent tal-Belt Patri Lorenzo Elija Ferrone. Huwa kien ippropona li jsiru żewġ qniepen kbar, u wara li l-approvazzjoni meħtieġa kienet waslet, tqabbad il-fonditur Leotta sabiex ifondi l-qniepen2. Jidher li l-qniepen tfondew f’post imħejji apposta viċin tas-Santwarju. Dan għall-fatt li dak iż-żmien kien aktar difficli li wieħed jittrasporta Medaljun barokk millqanpiena lesta tqila milli jillesti lok isbaħ li juri l-Madonna talfejn jista’ jfondi l-metall. Aktarx li Karmnu fuq il-qanpiena bħalma ġara f’każi kontemporanji ‘tal-Madonna’ oħrajn, Leotta uża metall minn kanuni antiki tal-bronz ta’ żmien ilKavallieri li kien qiegħed iqassam Il-qanpiena l-kbira l-antika magħrufa bħala ‘tal-Madonna’ għal prezz miżeru l-Gvernatur Ingliż Maitland bħala għadd ta’ benevolenza mal-Maltin3. Il-qanpiena l-kbira fuq ħa nsibu din l-iskrizzjoni ANNO DOMINI tbierket fit-30 ta’ Ġunju 1815 mill-Isqof ta’ Malta, M:FERDINANDUS LEOTTA FECIT u r-riljievi talVincenzo Ferdinando Mattei. Din il-qanpiena ta’ Madonna tal-Karmnu, Sant’Elija u Sant’Eliżew. 34 qantar fiha mqabbża mal-qadd tagħha riljievi Din tiżen 25 qantar. ta’ Sant’Elija u Sant’Eliżew u oħra ta’ San Xmun Stokk jirċievi l-iskapular tal-Karmnu mingħand Fl-1791, il-komunità tas-Santwarju daħlet għal il-Madonna. Sena wara jiġifieri fl-1816, saret spiża biex tbiddel il-qniepen antiki li l-knisja il-qanpiena s-Sekonda. Din tbierket mill-istess kellha. Huma ordnaw sett ta’ erba’ qniepen Prijur Ferrone u semmiha Alberto. Il-qanpiena f’daqqa. Dan il-fatt kien l-ewwel wieħed flddendlet fil-kampnar ftit wara4. Imqabbża istorja kampanoloġika Maltija. Jekk kienx
158
Il-qanpiena ta’ Trigance ddedikata lil San Elija
b’kumbinazzjoni li ordnaw erba’ qniepen flimkien, jew jekk kienx sempliċiment bżonn, wieħed jista’ jissoponi. Dawn tfondew fil-Belt stess fil-funderija tal-Ordni ta’ San Ġwann li kienet tinsab biswit il-Bieb tal-Belt (Porta San Giorgio). Kif insibu miktub fil-bronz fuq il-qniepen stess, dawn inħadmu mill-aħwa Franġisk u Ġwakkin Trigance li kienu d-diretturi tal-funderija tal-Ordni u kienu tgħallmu din l-arti tal-funderija fil-belt ta’ Turin fl-Italja. Iżżewġ qniepen il-kbar jiżnu 15-il qantar u 10 qnatar rispettivament. Il-kbira, magħrufa fost il-kampanara bħala ‘Tal-Madonna’ minħabba
Il-qanpiena ż-żgħira
It-tieni l-iżgħar qanpiena
riljiev sabiħ mezzo bust tal-Madonna bilBambin waqt li żżomm il-labtijiet tal-Karmnu5. Ġiet msemmija Marija Karmena fil-magħmudija tagħha, filwaqt li ta’ warajha kienet msemmija għal Sant’Elija. Fil-fatt fuq il-qanpiena nsibu riljiev ta’ Sant’Elija. Insibu fuqha wkoll din l-iskrizzjoni VIVOS EXCIO MORTUOS PLORO, li tfisser li ssejjaħ lill-ħajjin u tibki lill-mejtin. Fuq iż-żewġ qniepen żgħar imbagħad tas-sett talaħwa Trigance nsibu li fuq it-tieni miż-żgħar riljiev tal-qaddis Karmelitan, Sant’Anġlu martri akkumpanjat minn puttin iżomm kuruna tarrand u palma, simboli tal-martirju ta’ dan ilqaddis. Fuqha wkoll insibu l-istess skrizzjoni bħal dik li nsibu fuq dik dedikata lil Sant’Elija. Iż-żgħira nett mbagħad insibu riljiev tal-arma tal-Ordni Karmelitan. Rigward din il-kummissjoni, insibu li l-Komunità Karmelitana tal-Belt għamlu petizzjoni matTeżor tal-Ordni ta’ San Ġwann sabiex jixtru ammont ta’ bronz li kien jinsab fil-funderija tal-Ordni għas-somma ta’ 3,500 skud6. L-aħwa Trigance kienu għamlu kuntratt mal-patrijiet nhar it-28 ta’ Marzu 1791 u ftehmu li sa sitt xhur jilħqu jlestu tliet qniepen li kellhom jiżnu bejn 14 sa 15-il qantar, 9 sa 10 qnataru 3 sa 4 qnatar b’110 skud kull qantar. Il-fondituri rċevew parti mill-ħlas tax-xogħol permezz tal-bronz li nxtara mit-Teżor u żewġ qniepen antiki li aktarx kienu fil-kampnar. Il-Kunvent kellu jagħmel tajjeb
159
kuntratt, jissemma wkoll li waqt laqgħa talKonfraternità ta’ San Ġużepp ta’ nhar it-13 ta’ Marzu 1753, sar ftehim li jagħtu 25 skud b’risq l-ispejjeż tal-qanpiena bl-istess kundizzjonijiet li għamlet il-Konfraternità l-oħra8. Aloisio Bouchut li kien diretturtal-Funderija tal-Ordni ta’ San Ġwann iffirma kuntratt mal-patrijiet li jfondi qanpiena ta’ madwar 7 qnatar għall-ħlas ta’ 100 skud kull qantar u li kellha tkun lesta għall-festa tal-Madonna tal-Karmnu ta’ dik issena. Il-patrijiet ħallsuh 300 skud minn qabel u wegħduh li jibqgħu jħallsuh 100 skud kull sena fis-snin ta’ wara. Jidher li minħabba problemi fil-finanzi, il-ħlasijiet tħallsu kollha fl-14 ta’ Diċembru 17629. L-eqdem qanpiena (1753) ta’ Bouchut
għall-ispejjeż tal-ħadid tat-travi, ixkla u l-ilsna kif ukoll li jieħdu ħsieb it-trasport mill-funderija għall-knisja u l-immuntar tagħhom fil-kampnar tas-Santwarju7.
Fl-aħħar nett insemmu l-eqdem qanpiena li nsibu fil-kampnar tas-Santwarju. Minbarra d-data 1753, insibu riljiev mill-isbaħ li għandu għamla ta’ medaljun ovali mdawwar ġo girlanda tar-rand bħal qisa mmudellata fuq xi medaljun tar-rettur ta’ xi konfraternità. Fiha naraw lill-Madonna bil-Bambin jżommu l-labtijiet f’idejhom mdawra minn qtajjet ta’ kerubini u puttini qalb sħab voluminuż. Din l-istess immaġini nsibuha replikata fuq qanpiena filKnisja Parrokkjali taż-Żurrieq u oħra fil-Knisja tal-Patrijiet Karmelitani fl-Imdina. F’kuntratt notarili li jġib id-data tal-1 ta’ Marzu 1753, jissemma li waqt laqgħa tal-Konfraternità talMadonna tal-Karmnu, li saret fil-21 ta’ Frar tal-istess sena, il-Konfraternità qablet li tagħti 50 skud għax-xiri ta’ qanpiena ġdida fuq tliet kundizzjonijiet, li din il-qanpiena tindaqq mal-qniepen l-oħra tal-kampnar kull meta l-konfraternità jkollha l-funzjonijiet tagħha, li jindaqqu tokki funebri b’żewġ qniepen waqt l-orazzjoni funebri tal-Ottava tal-festa tal-mejtin kollha u li jsir daqq simili waqt il-purċissjonijiet funebri tal-fratelli lejn is-Santwarju. Fuq l-istess
160
Dawn il-grupp ta’ qniepen li lkoll qabżu ż-żewġ ċentinariji tagħhom minn meta saru għadhom jferrħu u jnikktu l-inħawi tas-Santwarju ddedikat lill-Madonna tal-Karmnu fil-Belt. Dawn il-qniepen, għalkemm aktar jinstemgħu milli jidhru jistgħu jitqiesu parti ewlenija talpatrimonju artistiku u storiku li jinsab konsevat fis-Santwarju Karmelitan għażiż għal ħafna Maltin u Għawdxin.
© Kitba u Ritratti tal-awtur 2019
Referenzi
Programm Madonna tal-Karmnu, Valletta, 2006, p. 11. Lawrenz M. Sammut O. Carm, Is-Santwarju tal-Karmnu, Malta, 1952, p. 91. 3 Ferdinando Leotta li kellu l-funderija tiegħu ġewwa l-Isla pprefera jfondi ż-żewġ qniepen kbar tal-Knisja Parrokkjali tan-Nadur maġenb il-kampnar għallistess raġuni tal-Belt. Hawnhekk kif ukoll għall-Knisja Parrokkjali ta’ Ħal Lija fejn fonda qanpiena kbira millmaterjal tal-kanuni tal-bronz. 4 Ibid., p. 94-5. 5 Fuq il-qanpiena nsibu l-iskrizjoni, CONVOCAT AVERTITQUE INDICITQUE RETUNSA/NOLA SUO POPULUM FULIMINA FESTA PRECES, (fuq ix-xoffa) FRATRES TRIGANCE FECERVNT ANNO DNI 1791. 6 Arkivju tal-Ordni Ms. 660, p. 152; John Debono, Art and Artisans in St John’s and other Churches in the Maltese Islands ca. 1650 – 1800, Malta, 2005, p. 314. 7 Arkivju tan-Nutara, Nutar F. GiamalvaLoduca, R 293/7, ff. 1005v – 1008r; John Debono, Ibid. 8 Arkivju tan-Nutara, Nutar J. F. Dos, R 238/19, ff. 446v – 449r; ff. 483r – 485r;John Debono, op.cit., p. 291. 9 Arkivju tan-Nutara, Nutar F.Alfano, R 15/19 (175053), ff. 300-53; John Debono, op.cit., p. 292.
1 2
Ikonografija tal-Madonna tal-Karmnu Dr Mark Agius
Rettur tal-Arċikonfraternità tal-Madonna tal-Karmnu
L‑Ikonografija L-Ikonografija hija l-istudju ta’ kif ideat jew kunċetti, kultant imma mhux dejjem reliġjużi, huma tradotti jew espressi f’xogħlijiet tal-arti.
L-ikonografija fir-reliġjon tista’ tittratta l-arti viżiva inkluż pittura, skultura muta, iżda wkoll arti naive jew popolari, u stampi qaddisa li jesprimu l-istess ideat bħal xogħlijiet akbar. Għall-Griegi, l-ikoni kellhom mod spiritwali speċifiku biex jesprimu l-ħsieb reliġjuż u biex jiġu interpretati. Wara r-Rinaxximent, fid-dinja tal-Punent l-arti saret iktar realistika, iżda l-ideat meħuda mill-Griegi komplew jinfluwenzaw l-arti reliġjuża, kif se naraw. Dak li nixtieq nagħmel f’dan l-artikolu huwa li nuri kif il-Karmelitani żviluppaw l-ispiritwalità tagħhom u kif imbagħad esprimewha fil-pittura u l-iskultura. Nixtieq nieħu l-opportunità nippreżenta xi xogħlijiet ta’ fama mondjali talArti Karmelitan lill-qarrejja, li nqabbilha mal-arti tal-Karmelu Maltija, u fl-aħħar niddiskuti żvilupp ikonografiku indiġinu partikolari li jgħaqqad l-Arti Maltija ma ‘dak ta’ Ruma fis-seklu sbatax.
Bidu tal‑Karmelitani Il-Karmelitani żviluppaw bħala l-ordni li nafu llum fuq il-Muntanja tal-Karmelu fl-Art Imqaddsa mit-tieni nofs tat-tnax-il seklu ’il quddiem. Fiċċentru tal-ewwel monasteru tagħhom kellhom knisja ddedikata lill-Madonna li fiha kien hemm Ikona tal-Verġni Imqaddsa. Il-Karmelu huwa post sabiħ ħafna, serje ta’ għoljiet li kienu miksijin bil-pjanti u l-fjuri, li kienu jispiċċaw filbaħar Mediterran. Il-Karmelitani, impressjonati bl-isbuħija tal-post, kienu jqisu li l-Madonna kienet is-sid tal-post, u hekk kienu jirreferu għaliha bħala d-‘Domina Loci’ jew ‘is-Sinjura tal-Post’. Kienu jimmaginaw lilhom infushom qisu jgħixu fi ġnien li kienet tappartieni lil din isSinjura, li kienet il-Madonna. Hekk, pereżempju kien jikteb John Baconthorpe il-Famuż Dottur ‘Risolutus’ li tant kiteb fuq il-Madonna bħala l-Immakulata Konċizzjoni1. Għalhekk huma kienu jagħtu l-Lealtà tagħhom lill-Mulej Alla u lill-Madonna, is-sid tal-Post1. Fil-fatt, fi żmien il-Kruċjati, kien possibbli li mara setgħet tkun is-sid ta’ proprjetà tagħha stess2,3,4, però l-akbar sinjal tal-preżenza tal-Madonna fuq il-Karmelu kienet eżattament l-Ikona li kien hemm fl-
161
ewwel knisja tagħhom għaliex fit-tradizzjoni tal-kristjaneżmu tal-Lvant, l-ikona kienet tifisser il-preżenza ta’ bilħaqq tal-persuna li kienet tirrappreżenta5. Hekk l-ikona kienet ilpersuna5. Allura, il-Madonna kienet tassew fost il-Karmelitani fuq il-Karmelu, permezz talIkona meqjuma fil-Knisja tal-Monasteru tagħhom1.
L‑Iżvilupp tal‑ispiritwalità tal‑Karmelitani Sabiex nifhmu kif il-Karmelitani użaw ikoni bħala simboli tal-ispiritwalità tagħhom, għandna nifhmu kif l-ispiritwalità Karmelitana żviluppat matul is-sekli. Meta nagħmlu dan, nistgħu naraw kif l-ikoni tagħhom esprimew l-ispiritwalità tagħhom u għalhekk kif l-immaġni tal-Madonna fl-ikoni li huma għażlu u vveneraw kien jesprimi dan l-ispiritwalità. Skont Emanuele Boaga O. Carm1, l-ispiritwalità tal-Karmelitani żviluppat b’dan il-mod matul isSekli
Fis-Seklu XII; Fil-Bidu tagħhom kellhom lealtà lil Marija, is-Sinjura jew sid tal-Post tal-Karmelu – kienu jenfasizzaw il-Protezzjoni tagħha u d-dedikazzjoni tagħhom u tal-Monasteru talKarmelu lilha u lill-Mulej Alla1.
Fis-Seklu XIII, kienu jenfasizzaw il-Patroċinju ta’ Marija, u għalhekk li kienu l-Ordni ta’ Marija. Dan kienu jwettquh fid-Dedikazzjoni tal-Knejjes tagħhom permezz tat-titoli Marjani, bħal-Lunzjata jew Assunta, u fit-Titlu talOrdni, bħala ‘L-Ordni tal-Aħwa tal-Madonna tal-Karmelu’ (bolla tal-1252). Taħt l-Influenza tal-għorrief bħal John Baconthorpe u Arnold Bostius13, bdew jilbsu l-kappa bajda bħala s injal u simbolu tal-Verġni Marija, u l-Labtu, bħala sinjal li kienu jappartjenu lill-Verġni Marija. Sadanittant, id-Dehra tal-Labtu lil San Xmun Stock seħħet fl-1251, imma ma kinux jippromwovu l-Labtu bħala devozzjoni partikolari, minflok kienu jarawha sempliċement bħala sinjal li huma kienu jappartjenu lill-Verġni Imqadsa Marija1.
Fis-Seklu XIV, il-Karmelitani bdew jaraw ilMadonna bħala Immakulata, u Virgo Purissima. Raw lil Marija bħala Oħthom u Ommhom. F’dan iż-żmien bdew l-Ewwel Fratellanzi fil-knejjes tal
162
Karmelitani, bħall-Battuti di Modena fl-13007 u John of Gaunt Duka ta’ Lancaster (6 ta’ Marzu 1340 – 3 ta’ Frar 1399)6 li sar fratell fil-Kunvent ta’ Londra14. Il-Fratelli, bħala sinjal ta’ sħubija mal-Ordni, bdew jagħtuhom il-Labtu1. Fis-Seklu XV, kienet importanti għall-Karmelitani l-‘Imitatio Christi’, jiġifieri l-intimità, jew l-għoti totali tal-persuna lil Marija, u permezz tagħha lil Ġesù (Imitazzjoni u Unjoni)1. Kien f’dan is seklu, fl-1418, li l-Karmelitani waslu f’Malta u ġew filLunzjata l-Qadima8.
Fis-Seklu XVI, il-Karmelitani kienu jaraw lil Marja bħala Mudell ta’ Perfezzjoni fil-Vjaġġ lejn Alla. Dan li naraw fi skritturi bħal Santa Tereża ta’ Ġesù, San Ġwann tas-Salib u Santa Marija Maddalene de Pazzi. Dawn l-iskritturi kienu jiddiskrivu l-għaqda mistika ma’ Marija1. F’dan is-seklu l-Karmelitani bnew il-kunventi tal-Belt Valletta (1570) u l-Birgu (1582). Fis-Seklu XVII, il-Karmelitani komplew din l-idea ta’ unjoni mistika ma’ Marija f’armonija perfetta mal-pożizzjoni ċentrali ta’ Kristu. Hekk kienu jiktbu San Mikiel ta’ San Wistin u Marie Peyt1. F’Malta l-Karmelitani bnew il-Knisja talImdina (1659), u bdew il-Fratellanzi tal-Belt (1622) u tal-Imdina (1664).
Kien fl-aqwa tal-era Barokka u talKontroriforma, fis-Sekli XVII, XVIII, XIX, u XX li l-Karmelitani bdew jenfasizzaw il-Labtu talMadonna, b’enfasi fuq il-Labtu Imqaddes bħala strument pastorali, u enfasi fuq il-Privileġġi tal-Labtu u devozzjoni popolari1. F’Malta9 saru Fratellanzi10 fl-Isla(1722), is-Siġġiewi (1745), iż-Żurrieq (1801), u inbnew iktar kunventi Balluta – Tas-Sliema (1892)11, Santa Venera (1913 u 1980), Il-Fgura (1945) and Fleur-de-lys (1947). Fl-istess ħin, fis-Sekli XIX-XX, skritturi Karmelitani bħal Santa Tereża tal-Bambin Ġesù, Santa Eliżabetta tat-Trinità, Edith Stein, San Titu Brandsma kienu jsostnu l-Eżemplarità ta’ Marija, fis-sens li l-imitazzjoni ta’ Marija kienet bħala l-aqwa forma ta’ devozzjoni lejha1.
Dan l-iżvilupp tal-ispiritwalità tal-Karmelitani ntweriet fil-mod li l-Karmelitani kienu juru u jesprimu l-Idea tal-Madonna fl-Arti.
Il‑Madonna tal‑Karmnu tagħti l‑Labtu lil San Xmun Stock. San Xmun Bl‑Ilbies Antik tal‑Ordni; Il‑Labtu huwa l‑ilbies tal‑Ordni
Madonna Bruna, Napli
Mater Decor Carmeli ‑ Madonna Eleousa (Li Tħenn) jew Glycofcloússa Għalhekk, allavolja d-dehra ta’ San Xmun Stock, meta l-Madonna tatu l-Labtu, kien x’aktarx fl125112, l-Ikonografija tal-Madonna li tippreżenta l-Labtu lill-fidili jew lil San Xmun Stock bdiet tintuża fis-Seklu 15 u aktar tard. Qabel dan, l-Ikonografija Karmelitana kienet ġeneralment dik tal-Madonna Eleousa (Li Tħenn) jew talGlycofcloússa (imħabba ħelwa jew il-bews ħelu). Ma kienx jidher il-Labtu.
ngħidu li tikteb, mhux tpitter Ikona). Hekk, idDamaxxena nkitbet 50-100 sena qabel dik ta’ Vladimir, li inkitbet fis-seklu XII16, u l-Madonna Bruna inkitbet fis-seklu XIII.
U għaliex kienet daqshekk popolari malKarmelitani dan it-tip ta’Ikona ‘Eleousa’? Għaliex il-Madonna Bruna ta’ Napli kienet ta’ dan it-Tip? Il-Madonna Bruna
Minn Sqallija, il-Karmelitani waslu f’Napli. Magħhom huma ġabu ikona, issa magħrufa bħala l-Madonna Bruna, li hija venerata ħafna sal-lum. Jintqal li din l-ikona nġiebet direttament mill-Muntanja tal-Karmelu15. Hemm min sostna li kienet l-istess ikona li kienet fil-Kappella f’nofs il-monasteru tal-Karmelu, però, hija iktar probabbli, fil-fehma tiegħi, li kienet kopja talIkona tal-Kappella tal-Muntanja tal-Karmelu. Din l-ikona hija tat-tip Eleousa. Ma għandniex ninsew li skont it-tradiżzjoni tal-knejjes tallvant, jekk tmiss kopja ta’ Ikona mal-ikona oriġinali, il-kopja issir daqs l-oriġinali bħala simbolu tal-persuna li l-ikona tirrappreżenta. Il-Madonna Bruna hija simili għad-Damaxxena f’Malta jew il-Madonna Ta’ Vladimir. Kollha huma Ikoni tat-tip Eleousa. Però, hemm differenza fiż-żmien meta nkitbet l-ikona (aħna
L-Ikona ta’ Marija, “La Bruna”, hija l-eqdem immaġni ta’ Marija li ġiet adottata millKarmelitani23, 24. Il-kompożizzjoni tal-istampa fiha numru ta’ dettalji interessanti li jgħinu biex juru l-valuri ta’ Marija nnifisha, valuri li għandhom jispiralna ħajjitna u d-devozzjoni Marjana tagħna. Nistgħu niskopru f’din ilpittura l-elementi u d-dettalji simboliċi li ġejjin, li jistgħu jiġu spjegati hekk23, 24: Iċ-ċrieki (Haloes) tad-deheb madwar l-irjus talMadonna u t-Tifel u l-isfond tad-deheb tal-ikona jindikaw, (id-deheb huwa l-kulur tax-xemx), il-qdusija tal-Omm u t-Tifel; il-Madonna hija dejjem infuża bil-preżenza ta’ Alla23, 24. Il-kulur blu tal-mantell ta’ Marija (il-kulur tal-ilma, is-simbolu tal-fertilità) jipproklama l-Maternità divina tagħha23, 24.
Il-kulur aħmar (li jissimbolizza l-imħabba) tallibsa tagħha ta’ taħt il-mantell, li parti tagħha li tkopri t-Tifel, juri l-imħabba qawwija tal-Omm lejn Binha Ġesù23, 24. L-istilla bid-denb, imwaħħla mal-mantell ta’ Marija, hija s-sinjal tal-verġnità tagħha, qabel, matul u wara t-twelid23, 24.
Il-kulur tal-komma tat-Tifel (lambskin) jipproklama: Ara l-Ħaruf ta’ Alla23, 24.
163
Il-wiċċ tat-Tifel mhuwiex “ta’ tarbija”, daqslikieku tindika l-eżistenza eterna tal-Verb magħmul bniedem23, 24.
L-Id xellugija ta’ Marija, li żżomm lil binha b’mod sigur f’idejha, hija sinjal tal-kura tal-imħabba tagħha. L-id il-lemin, bi tweġiba għat-talba tagħna: “Urini Ġesù, il-frott imbierek …”, tindika: “Hawn, it-triq, il-verità u l-ħajja”23, 24.
L-uċuħ tal-Omm u tal-Iben huma viċin ta’ xulxin f’espressjoni ta’ għaqda ġentili23, 24.
L-għajnejn ta’ Marija u ta’ Ġesù huma mdawra lejna, li qegħdin barra mill-istampa, u għalhekk huma jesprimu l-missjoni redentiva tal-fidi ta’ Ġesù u l-parteċipazzjoni ko-redentiva ta’ Marija magħqudin flimkien23, 24. Il-kompożizzjoni kollha ta’ din l-ikona tat-tip eleusa jew tat-tip ta’ tenerezza, titkellem malKarmelitani u ma’ dawk iddedikati lil Marija dwar il-preżenza tal-Omm Verġni ta’ Alla fil-misteru ta’ Kristu u tal-Knisja, u tistedinna li ngħixu filviċinanza u l-familjarità u biex jimitaw lilha u lillIben divin tagħha, li hu s-Salvatur tagħna23, 24.
Santa Popolari tal‑Madonna tal‑Karmnu tip Eleousa, imma bil‑Labtu miżjuda
Saru ħafna kopji tal-Madonna Bruna, u din saret l-iktar rappreżentazzjoni komuni talMadonna tal-Karmnu mis-seklu tlettax-il seklu ’il quddiem, iżda dawn l-immagini tal-Elousa ma kellhomx il-labtu1. Dawn il-kopji tal-Bruna jinsabu l-iktar komuni fl-Italja.
Matul iż-żmien kien hemm żvilupp flIkonografija b’dan il-mod; żieda tal-Labtu flistess immaġni tat-tip Eleousa. Dan ġara meta l-labtu sar prominenti fid-devozzjoni fis-Seklu XVII1. Fl-ikonografija Karmelitana qabel isSeklu sbatax ma kienx jidher il-Labtu għalkemm kien jintlibes mill-membri tal-Fratellanza bħala sinjal ta’ sħubija mal-Ordni Karmelitan1.
Hawnhekk, f’dawn ir-ritratti, nistgħu naraw kif din il-bidla saret, u kif il-Labtu ġie miżjuda malikoni Eleousa; L-ewwel Ikona mill-Knisja talMadonna Traspontina, Ruma – kopja tas-seklu tlettax - ma hemmx labtu, imbagħad Ikona minn Napli, seklu sittax ma hemmx labtu, imbagħad ikona tal-Madonna tal-Karmnu, Manfredonia, seklu sbatax - issa jidher il-labtu.
164
Madonna Tal‑Karmnu minn Pittur mhux magħruf tas‑seklu sittax ‑ Mużew Djoċesan ta’ Napli
Regina Decor Carmeli –il‑Kyriotissa u Odigitria Fl-ikonografija tal-Karmelitani, hemm żewġ tipi bażiċi oħra ta’ rappreżentazzjoni tal-Omm t’Alla: Waħda hija l-Kyriotissa, li tissejjaħ hekk għax dan it-tip oriġina f’Ċipru fis-seklu VII5. Hemm ikona ta’ dan it-tip f’Nikosija li hija mdawra b’pitturi żgħar li juru l-istorja Karmelitana. Dan it-tip, bil-Madonna bilqiegħda fuq it-tron tagħha, tissuġġerixxi l-Patroċinju tal-Ordni tagħha, jiġifieri li l-Madonna hija il-Patruna talOrdni Karmelitan.
li hu “it-triq, il-verità u l-ħajja”. Odigitria ifisser ‘Dik li turi it-Triq’5. Hodegetria hija xbiha ikonografika tat-Theotokos (Verġni Marija) li żżomm it-Tifel Ġesù fuq in-naħa tagħha waqt li tindika lilu bħala għajn ta’ salvazzjoni għallumanità. Ir-ras tal-Verġni ġeneralment ixxaqleb lejn it-Tfal, li jgħolli idejh f’ġest ta’ barka. Dan it-tip ta’ Ikona oriġinat f’Biżantium u jingħad li l-ewwel ikona ta ’dan it-tip kienet miktuba minn San Luqa u tbierket mill-Madonna stess5.
Madonna del‑Popolo, Firenze
Jeżistu eżempji oħra tal-Ikona tat-tip Odigitria marbutin mal-Madonna tal-Karmnu.
Madonna tip Kyriotissa Ir‑Ritratt ‘Black and White’ hija l‑Pittura Karmelitana ta’ Nicosia
It-tielet tip ta’ ikona hija l-Odigitria, pereżempju l-pittura tal-Madonna del Carmine –Del Popolof’Firenze (1268 circa )17. F’din l-immaġni hu muri l-patroċinju tagħha tal-ordni, u li hija ‘is-Sinjura tal-Post’- tal-monasteru – din hija suġġerita mill-fatt li qiegħda fuq it-tron tagħha. Hija, b’idejha l-leminija tagħha tindika lil binha,
Bl-istess mod tal-Madonna tip Eleousa, li l-Labtu żdied mal-ikona meta l-Labtu sar strument pastorali importanti. Hekk għandna hawn żewġ eżempji, waħda mis-seklu dsatax, minn Turin, l-oħra minn dan is-seklu min Indiana, USA. F’din tal-aħħar, il-labtu isir il-mod li nistgħu insegwu lil Ġesù, it-Triq u l-Ħajja.
Dawn it-tipi tal-Odigitria u l-Kyriotissa, fejn ilMadonna qiegħda fuq it-Tron tagħha jinfluenzaw l-Ikoni tas-Seklu 19 tal-Madonna bħala r-Reġina jew il-Patrunessa ta’ Karmelu. L-eżempi l-iktar importanti huma hawn taħt; huma l-istatwi ta’ Stella Maris Monastery, fuq il-Muntanja talKarmelu, Iżrael (1836) u l-Madonna tal-Karmnu fil-Knisja tat-Traspontina, Ruma (1922).
165
Carmelite Monastery Terre Haute, INDIANA
Madonna tal‑Karmnu MadonnaTraspontina, Ruma (1922)
Iżda, aktar kmieni, fis-seklu erbatax, il-kunċett ta’ Madonna Reġina jew Sinjura tal-Karmelu fuq it-tron tagħha ngħaqdet mal-idea li l-Madonna toħroġ id-devoti tagħha mill-Purgatorju, wara li ħareġ l-istorja tal-Privileġġ Sabbatin fl-13221, 13. Hekk, saru ħafna pitturi li juru lil Madonna bħala Reġina Tagħti l-Labtu lil-Ordni u tintervjeni mal-erwieħ fil-Purgatorju. Dawk il-pitturi li għandna issa saru wara d-diskussjonijiet dwar il-Viżjoni tal-Privileġġ Sabbatin u d-deċiżjoni tal-Inkwiżizzjoni tal-1613, li sar wara li nqalgħu ħafna problemi fuq dan il-Privileġġ. B’digriet tal-20 ta’ Jannar 1613, ippubblikat filħdax-il ta’ Frar ta’ dik is-sena, il-Kongregazzjoni tal-Inkwiżizzjoni tat direttiva li fil-pitturi talMadonna tal-Karmnu, m’għandhiex tintwera li tidħol hi stess fil-Purgatorju biex tifdi l-Erwieħ Mqaddsa, imma hi għandha tkun separata, minn sħaba li żżommha fil-ġenna, mill-erwieħ li taħt il-protezzjoni tagħha jkunu qed jiġu ppurifikati bin-nar tal-Imħabba ta’ Alla.1, 18, kif naraw filPittura Inkurunata fil-Bażilika tal-Belt Valletta. Dan id-dettall storiku jissuġġerixxi li din ilPittura tal-Madonna tal-Karmnu tal-Belt saret fl-1613 jew wara. Hawnhekk naraw ukoll Stampa Popolari Qaddisa simili għall-Madonna tal-Ġebla talGżira tas-Seklu 19, li fiha, mux biss il-Madonna hija separata mill-Erwieħ Mqaddsa minn sħaba, iżda wkoll, huma l-anġli li jtellgħu l-Erwieħ filġenna, u mhux il-Madonna - dejjem skont iddigriet tal-Inkwiżizzjoni1.
Pitturi oħra f’Malta li pittru lill-Madonna talKarmnu mal-Erwieħ Mqaddsa skont id-digriet tal-Inkwiżizzjoni huma Pietro Galiardi (18001890) fil-parroċċa tal-Gudij, Rafel Bonnici Calì fil-Parroċċa tal-Fgura, u Giovanni Vella filParroċċa ta’ San Pawl, ir-Rabat21.
Reġina tal‑Karmelu Stella Maris Monastery Iżrael (1836)
166
Eżempju interessanti ta’ tentattiv biex jingħaqdu ż-żewġ kunċetti tal-Omm tal-Karmelu li tagħtina l-Labtu u l-Intervent mill-Madonna biex tħenn għall-erwieħ fil-Purgatorju huwa l-Altar talMadonna tal-Karmnu fil-Knisja ta’ San Martino ai Monti f’Ruma; hawn Madonna Elousa, billabtu inkluż hija mdawra minn pittura oħra talErwieħ Mqaddsa meħuda fil-ġenna mill-anġli.
XIX, u XX hija magħquda fiż-żmien mal-ideat flIspiritwalità Karmelitana ta’ Marja bħala Mudell ta’ Perfezzjoni fil-Vjaġġ lejn Alla u unjoni mistika ma’ Marija f’armonija perfetta mal-pożizzjoni ċentrali ta’ Kristu.1
Birkirkara 1907 Lecce, Italja. San Xmun Stock jirċievi l‑Labtu mingħand il‑Madonna, Santa Tereża toffri Qalbha lil Ġesù. Il‑Madonna hija mdaħħla bħala Reġina tal‑Ġenna fuq is‑Sħab
Ix-Xbieha inkurunata tal-Madonna tal-Karmnu Valletta
Il-Pittura Inkurunata Tagħna fil-Bażilika tal-Belt Valletta (ftit żmien wara l-1613) tgħaqqad ukoll il-Kunċett tal Madonna Reġina jew Patruna fuq it-tron mal-għotja tal-labtu lil San Xmun Stock, u qaddisin oħra biex jibbilanċjaw il-pittura. Filkaż tagħna, Sant’Agata, u qaddisa oħra. L-istess kunċett intuża fil-vara ta’ Birkirkara, li saret Lecce fl-1907. Hawn, ma’ San Xmun Stock, naraw Santa Tereża ta’ Avila. Waqt li l-Madonna trodd il-Labtu lil Xmun u sħabu il-Karmelitani, b’moviment ħelu, Tereża, f’isem il-Karmelitani kollha, trid lura Qalbha lill-Madonna u lil Ġesù, sinjal tal-għaqda interna iktar intensiva bejn il-Karmelitan u Marija u Ġesù binha, li rajnieha tiżviluppa fl-ispiritwalità tal-Karmelitani misseklu XVI ’il quddiem. Santa Tereża kienet taf li t-talb huwa relazzjoni ta’ mħabba ma’ Alla19, u li Alla jgħix ġo fina20. Din l-għaqda bejnietna u Alla hija wkoll simbolizzata mil-Labtu li tagħtina Marija, Ommu. Mhux sorprendenti li l-iżvilupp tad-devozzjoni tal-Labtu Imqaddes bħala strument pastorali (u hekk l-iżvilupp tal-Fratellanza tal-Labtu) fis-sekli XVII, XVIII,
Talb Karmelitan Tip importanti ta’ Ikona Griega li ma kienx klassikament assoċjat mal-Madonna talKarmnu huwa dak tal-Omm ta’ Alla Orans. Dan it-tip ta’ ikona jmur lura għar-raba’ seklu filKatakombi. Dan it-tip ta’ ikona qatt ma ntużat mill-Karmelitani fil-Medju Evu, sempliċement għax żviluppat qabel mal-Ordni Karmelitan beda.
F’dan it-tip, l-Omm ta’ Alla tidher wieqfa, titlob, biż-żewġ dirgħajn mtellgħin fit-talb. Hawnhekk inġibu ikona reċenti mill-Lvant Nofsani talMadonna tal-Karmnu tat-Tip Virgo Orans li għandha l-iskapular mifruxa fuq iż-żewġ idejn. San Ġwann tas-Salib u Santa Tereża ta’ Avila qegħdin f’din l-Ikona. Il-Labtu, parti mil-libsa tal-Ordni Karmelitan, huwa marbuta mat-talb tal-ordni. Meta jkun hemm it-tarbija tagħha fuq sidirha, ħafna drabi imma mhux dejjem f’mandorla, l-Ikona hija magħrufa bħala l-Madonna tasSinjal, jew Panagia, peress li Kristu huwa s-sinjal tagħna. Dan it-tip ta’ Ikoni qatt ma ntużaw millKarmelitani fil-Medju Evu, imma fi żminijiet riċenti ħafna, dehru Ikoni, li joriġinaw millKarmelu ta’ Quidenham (Monasteru Ingliż ta’
167
ġeneralment murija t-tul sħiħ b’idejha filpożizzjoni orans, u b’medaljun li juri l-immaġni ta’ Kristu bħala tifel fis-sider tagħha. Din ilmedaljun tirrappreżenta simbolikament Ġesù fil-ġuf tal-Verġni Marija fil-mument talInkarnazzjoni. Dan it-tip xi kultant jissejjaħ il-Verġni tas-Sinjal jew il-Madonna tas-Sinjal, referenza għal Iżaija 7:14: “Il-Mulej innifsu jagħtik sinjal: verġni għandha tikkonċepixxi, u jkollha tifel, u għandu jsejjaħ ismu Immanuel.”37
Ikona mill‑Lvant Nofsani tal‑Madonna tal‑Karmnu tat‑Tip Virgo Orans li għandha l‑iskapular mifruxa fuq iż‑żewġ idejn. San Ġwann tas‑Salib u Santa Tereża ta’ Avila qegħdin f’din l‑Ikona.
Our Lady of Mount Carmel – Harissa Carmelite Monastery of Nuns in Lebanon.
Madankollu, għall-Karmelitani, il-Panagia għandha tifsira speċjali; Il-preżenza tat-tifel Ġesù fil-ġuf tal-Verġni Marija tissuġġerixxi l-preżenza ta’ Alla fil-Karmelitan li jitlob, u jiskopri Kristu fl-internità tiegħu, kif tiddeskrivi Saint Tereża ta’ Avila fil-“Kastell Intern”20, u b’hekk issir simbolu tal-unjoni tal-Karmelitan ma’ Alla fit-talb. Id‑Dehra tal‑Labtu Naturalment, ladarba l-kunċett tal-Madonna li tagħti l-labtu lil San Xmun Stock sar importanti mis-seklu ħmistax ’il quddiem, ikoni ta’ dan l-avveniment saru komuni. L-istatwa talMadonna tal-Karmnu ta’ Aylesford, li nstabet f’ħanut tal-antikitajiet f’Norfolk, u x’aktarx tasseklu sittax, hija eżempju.
Sorijiet Karmelitani) ta’ Verżjoni Karmelitana tal-Omm ta’ Alla tas-Sinjal. Però din l-Ikona Moderna fil-fatt oriġinat mill-Monasteru tas-Sorijiet tal-Karmnu Larissa, Lebanon. F’din l-ikona moderna Karmelitana, f’idejha l-leminija, il-Madonna żżomm Labtu. It-tifsira tal-Ikona Panagia hija din; hija tip partikolari ta’ ikona tat-Teotokos (Omm Alla), fejn hi qed tiffaċċja l-ispettatur direttament,
168
Madonna tal‑Karmnu Aylesford
Naturalment, f’Malta, hemm ħafna pitturi filknejjes tal-għoti tal-labtu lil San Xmun Stock. Hawn nagħtu eżempju u nsemmu oħrajn.
lil San Xmun Stock hija ta’ Gianbattista Tiepolo (1696-1770) li qiegħda fl-iscuola Grande Dei Carmini, Venezja22.
Andrea Imbroll Madonna tal-Karmnu Mdina 1761
Gianbattista Tiepolo, Scuola Grande Dei Carmini Venezja Madonna tagħti l‑Labtu lil San Xmun Stock
Fost pitturi oħra Maltin jew f’Malta li pittru dan it-tip ta’ pittura kien hemm Giuseppe Calì (18461930), fis-Santwarju tas-Sacro Cuor, Tas-Sliema, fil-Kolleġġjata u Bażilika tal-Isla, fil-Parroċċa ta’ Marsaxlokk, u fil-Knisja l-Antika ta’ Santa Venera, Venuti (sec.XX), Francesco Zahra (secXVIII), filparroċċi ta’ Ħaż- Żabbar u ta’ Ħal Balzan, Lazzaro Pisani (1854-1932), fil parroċċi tal-Marsa u ta’ Ħaż-Żebbuġ, Giuseppe Hyzler (1793-1858) fil-parroċċa ta’ Ħal Lija, Antonio Caruana filParroċċa ta’ Fleur-de-Lys, Azzoppardi fil-Parroċċa taż- Żurrieq, fost oħrajn, kif ukoll Pitturi Anonimi Fl-Imdina, il-Lunzjata l-Qadima, Tal-Karmnu l-Birgu, u fil-Parroċċi ta’ Stella Maris, Tas-Sliema, tan-Naxxar, is-Siġġiewi, San Ġorg Ħal Qormi, u Birkirkara (kemm fil-Kolleġġjata u kemm filKunvent tal-Patrijiet Tereżjani)21.
L‑Ordni ta’ Marija‑ Marija Oħt il‑Karmelitani‑ ‘Sub Tuum Presidium’ Ikonografija Karmelitana oħra hija dik talMadonna tagħti kenn lill-membri tal-ordni tagħha taħt il-Mantell tagħha, kif kienu jgħidu ‘Sub Tuum Presidium’ –Taħt il-Ħarsien tiegħek. Din it-tip ta’ pittura, li tenfasizza l-protezzjoni ta’ Marija liema l-Ordni Tagħha kienet komuni ħafna fiż-Żminijiet tan-Nofs, imma l-istess kunċett kien jeżisti f’partijiet oħra tal-Knisja, pereżempju hija komuni ħafna Venezja u l-imperu tagħha.
Forsi l-iktar pittura famuża fid-dinja talMadonna tal-Karmnu li qiegħda tagħti l-Labtu
Il-Karmelitani jaraw lil Marija bħala s-Sinjura tagħhom, Ommhom u Oħthom, u jaraw lil Marija bħala l-Protrettriċi tagħhom. Din l-ikonografija tenfasizza li Il-Karmelu hu l-Ordni ta’ Marija.
Santa Tereża ta’ Avila hija marbuta mal-idea ta’ ‘Sub Tuum Presidium.’ Matul is-sena 1566, hija
169
kellha viżjoni li fiha rat il-Madonna li tkopri lis-sorijiet u l-patrijiet tal-ordni tagħha taħt ilmantell abjad tagħha. Hi ordnat l-immudellar ta’ statwa żgħira ta’ din il-viżjoni, li issa qiegħda l-Gwatemala.
tal-Apokalassi u tgħid l-istorja tal-protezzjoni tagħha fuq l-Ordni Karmelitan. Hawnhekk naraw il-Madonna li tenfasizza kemm il-Maternità Tagħha kif ukoll il-Kunċizzjoni Immakulata, bħala l-Mara l-Ġdida tal-Apokalissi, bil-Qamar f’riġlejha. Madwarha hemm sett ta’ pitturi żgħar li juru l-istorja tal-Ordni Karmelitan, inkluż pittura ta’ ‘Sub Tuum Presidium.’1
Issa li ddiskutejna t-tipi importanti ta’ Ikonografija tal-Karmelitani, ejjew naraw tip ta’ Ikonografija li żviluppat f’Malta stess fis-Seklu XVII. Madonna tal‑Karmnu Gwatemala. ‘Sub tuum Presidium’
Virgo Purissima‑Immaculata Kunċizzjoni Għadna li fis-seklu XIV, il-Karmelitani bdew devozzjoni qawwija lill-Kunċizzjoni Immakulata. Din il-pittura minn Tommaso de Vigilia (seklu XV) [Carmel di Corleone] tirrappreżenta l-Omm Alla liebsa bix-xemx - il-Kunċizzjoni Immakulata
Il‑Labtu jsir strument pastorali importanti Hemm varjant ieħor ta’ pitturi tal-Madonna tal-Karmnu li jeżistu f’Malta. Fiha, il-Madonna tiffaċċja l-ispettatur, u tippreżenta, mhux il‘Labtu Kbir’ sħiħ, imma l-verżjoni żgħira tallabtu kif jafuh l-persuni lajċi tas-seklu tmintax u d-dsatax. Tabilħaqq, ħafna mill-istatwi talMadonna huma hekk, kif għad naraw, imma wkoll xi pitturi, bħal dawk minn Giuseppe Calì (1847-1930) fil-parroċċi tal-Għargħur, Ħamrun, Ħal Balzan, L-Imsida (imma dan jinkludi l-Erwieħ Mqaddsa), Rafel Bonnici Calì (19072002) fil-parroċċa tal-Fgura, Giovanni Vella filparroċċa tal-Gżira, u waħda anonima fil-Mosta (imma din tinkludi lil Xmun Stock) u oħra anonima, flimkien ma’ Qaddisin, fil-Parroċċa ta’ Ħ’Attard. L-impressjoni hi li Calì u l-kollegi tiegħu pittru lil Marija fis-seklu dsatax bħala Omm li tippreżenta lill-ispettatur il-Labtu bħala sagramentali (li joffri salvazzjoni) taħt l-influwenza ta’ statwi proċessjonali ta’ Gafà u l-kollegi tiegħu li kienu saru u kienu jintużaw f’Malta fis-seklu sbatax (ara isfel). Dan huwa kif id-devoti u t-terzjarji tas-sekli tmintax, dsatax u għoxrin ikunu jafu u jifhmuil-labtu f’dak iż-żmien. Hekk, Calì u l-kollegi tiegħu pittru l-Labtu bħala strument pastorali, u għalhekk pittru l-Madonna tal-Karmnu b’dan il-mod1.
Karmel Ta’ Corleone Tommaso de Vigilia (seklu XV)
170
L‑Arċikonfraternità tal‑Madonna tal‑Karmnu Valletta u l‑Vari Tal‑Madonna tal‑Karmnu f’Malta. L-Arċikonfraternità tal-Madonna tal-Karmnu Valletta kienet imwaqqfa 1622. Dak iż-żmien,
il-Belt Valletta kienet għadha qed tinbena. L-Ewwel Oratorju sar fl-1622, imbagħad ġie estiż fl-1642. It-Tieni Oratorju sar fl-1655 imma fl-1896, kien imċaqlaq għall-Oratorju preżenti minħabba l-bini tat-Tribuna wara li l-Knisja saret Bażilika. Fl-1606, Pawlu V arrikkixxa l-Konfraternità tal-Madonna tal-Karmnu b’ħafna indulgenzi u għażel is-16 ta’ Lulju bħala l-festa patrunali tiegħu. Tliet snin wara (1609), il-Kapitolu Ġenerali tal-Ordni Karmelitan għażel is-16 ta’ Lulju bħala l-festa prinċipali tal-Ordni kollha. Purċissjoni ta’ kull xahar ad unur ilMadonna tal-Karmnu kienet diġà ġiet preskritta bid-digrieti tal-Kapitolu Ġenerali tal-1593. Din il-purċissjoni kellha ssir nhar il-Ħadd f’kull wieħed mill-kunventi li kieku ġiet istitwita l-Konfraternità tal-Labtu Kannella. L-ewwel Festa fil-Belt Valletta saret fl-1622. Dan jidher li ġara minħabba d-deċiżjonijiet tad-digrieti talKapitolu Ġenerali tal-1593. Allura mill-1622 sal-1657, il-purċissjoni kienet mingħajr statwa.
Giuseppe Calì Madonna tal‑Karmnu, il-Ħamrun
L‑Ewwel Statwa Proċessjonali tal‑Madonna tal‑Karmnu fil‑Gżejjer Maltin innota ċ‑Ċintill ta’ Passalaqua
L-Ewwel Statwa Proċessjonali tal-Madonna talKarmnu fil-Gżejjer Maltin saret għall-festa tas16 ta’ Lulju tal-Belt Valletta. Kien hemm tliet statwi tal-Madonna tal-Karmnu. Qed nitkellmu dwar l-ewwel vara. Fl-1657, din l-ewwel statwa kienet toħroġ fil-Purċissjoni fis-16 ta’ Lulju u fil-Purċissjoni tal-Ottava tas-16 ta’ Lulju9. Din l-istatwa nġiebet minn Ruma ftit snin qabel25. ItTieni Statwa waslet minn Napli fl-1780. Allura l-aħħar darba li l-Ewwel Statwa ntużat fis-16 ta’ Lulju jew fil-Purċissjoni tal-Ottava fl-1780. Il-festa tal-ottava ntemmet fl-1791 biex tiġi sostitwita min-Novena. Għalhekk fl-1791 kien l-aħħar darba li t-Tieni Statwa tal-Konfraternità ħarġet fil-purċissjoni fil-Belt Valletta. Din l-ewwel statwa probabbilment inġiebet minn Ruma. Hija proprjetà tal-Fratellanza talKarmnu, u issa qiegħda fuq l-artal fl-Oratorju tagħha. Patri Lawrenz Sammut O.Carm jgħid li wiċċha kien immudellata fuq dak tal-pittura (issa Inkurunata) tal-Bażilika25. Allura filpurċissjonijiet huwa daqs li kieku l-pittura issir ħajja fl-istatwa. L-awtur mhux magħruf. “Din ilVara, il-Fratelli tal-Karmnu ġibuha minn barra u aktarx minn Ruma. L-awtur tagħha ma nafux min kien.Tgħid huwa l-Kav. Bernini jew il-Ferrata, dak li għallem lil Melchiorre Gafa?”, jgħid Patri Sammut fis-Santwarju tal-Karmnu fl-195225.
171
Melchiorre Cafà (1636–1667), imwieled Melchiorre Gafà u magħruf ukoll bħala Caffà, Gafa, Gaffar jew Gafar, kien skultur Barokk Malti. Cafà beda karriera promettenti f’Ruma iżda dan intemm bil-mewt prematura tiegħu wara inċident fuq ix-xogħol. Hu kien hu il-kbir tal-iskultur Lorenzo Gafà34.
f’Balluta, fejn qiegħda illum. Għalhekk, preżumibbilment, bejn l-1780 u l-1791, din ittieni statwa ntużat fil-purċissjoni tal-Ottava.
Issa, l-ewwel statwa kienet diġà hemm fl-1657.
Huwa magħruf li Melchiorre Cafà kien għamel l-Istatwa tal-Madonna tar-Rużarju tar-Rabat fl166026, u konna naħsbu li b’hekk, Melchiorre Gafà kien beda ikonografija tal-Madonna fi skulturi oħra Maltin kkupjaw matul is-snin27. Però, għandna bil-miktub li l-istatwa talMadonna tal-Karmnu tal-Oratorju tal-Belt (li għandha xebh mal-Madonna ta’ Cafà), kient diġà hemm fl-16579. Għalhekk, tidher li din l-Ewwel Madonna tal-Karmnu talOratorju tal-Belt Valletta hija l-ewwel arketip li skulturi oħrajn, inkluż Gafà, segwew.
Gennaro Reale Madonna tal‑Karmnu Balluta 1780
It-Tielet Statwa għadha tintuża fil-festa. Tappartjeni lill-Komunità tal-Patrijiet Karmelitani. Inħadmet minn Vincenzo Dimech u saret fl-178131. Il-kuntratt tat-Tielet Statwa (dik preżenti) ma’ Vincenzo Dimech jgħid li hija mmudellat fuq l-Istatwa ta’ Melchiorre Gafa talMadonna tar-Rużarju tar-Rabat, ‘Ma un pò più snella’. Dan juri kif kompliet l-influwenza ta’ Gafà.
Melchiorre Gafà Madonna tar‑Rużarju Rabat 1660
It-Tieni Statwa kienet ġiet minn Napli. Kienet skolpita minn Gennaro Reale30. Waslet fl-1780. Kienet tappartjeni wkoll lill-Konfraternità. Fl-1859 il-konfraternità bniet l-ewwel knisja fil-Balluta. Fl-1890 huma ħadu din l-istatwa
172
Vincenzo Dimech Madonna tal‑Karmnu Valletta 1781
Wara segwiet l-ikonografija tal-Madonna talKarmnu indiġena għal Malta. Fl-Imdina, Andrea Imbroll ħadem il-vara fl-176127. Salvo Psaila ħadem il-vara taż-Żurrieq fl-1840. Dik tal-Isptar Monte Karmeli, l-ewwel statwa tal-Madonna talKarmnu magħmula mill-kartapesta nħadmet minn Karlu Darmanin fl-186133.
Karlu Darmanin Madonna tal-Karmnu, 1861
Salvatore Psaila Madonna tal‑Karmnu, iż-Żurrieq 1840
Dawn l-istatwi kolla jixbhu lil xulxin. F’din l-Ikonografija Maltija, il-Madonna tmil rasha lejna u żżomm it-tifel animat tagħha fuq idejha ix-xellug, filwaqt li b’idejha l-lemin toffrilna Labtu jew Rużarju. Aħna, l-ispettaturi, qegħdin f’pożizjoni bħallikieku qed narawha toffrilna l-labtu jew irrużarju, u narawha quddiemna. F’dan il-grupp, hekk kif nimxu mill-Manneriżmu għal Barokk, il-Moviment tal-idejn tagħha hekk kif toffrilna il-Labtu u Ġesù isiru aktar ċari. Nistgħu naraw l-influwenza ta’ Melchiorre Gafà fuq Vincenzo Dimech, partikolarment fil-moviment tar-ras, kemm f’Gafà u kemm fit-tielet statwa tal-Belt.
F’xi villaġġi, eż. Il-Mosta, fejn l-istatwa hija ta’ Pietro Paolo Zahra (1685-1747) l-istess statwa jkollha f’idejha skapular f’Lulju, ċintura
Pietro Paolo Zahra (1685‑1747) Madonna tar‑Rużarju, il-Mosta.
173
jdejha hija iżjed iebsa, u l-moviment huwa iżjed ristretta. Huwa fatt li l-istatwi tal-Madonna tal-Karmnu f’Malta huma differenti għalkollox minn dawk fl-Italja jew Spanja.
Ħafna minn dawk Taljani bħal dawk ta’ Pagani, Bagniara Calabra u Laurenzana jilbsu lbies veru. Għalkemm il-Madonna għandha l-iskapular f’idejha, hija ma toffriex lilna, l-ispettaturi.
L-ilbiesi sinjorili, irrakkmati bid-deheb talistatwi minn Spanja u l-Amerika Latina huma impressjonanti ħafna u kollha jsegwu l-istess tradizzjoni, imma mhemmx l-istess impenn bejn il-Madonna u l-ispettaturi.
Madonna tal‑Karmnu Pagani
L-Ikonografija tal-Madonna tal-Karmnu reċentement hija influwenzata ħafna mill-aħħar dehra tal-Madonna f’Fatima, meta kienet liebsa bħala soru Karmelitana28, 29. Eżempju ta’ dan hija l-istatwa tal-Gżira, li saret Lecce fl-1944. Eżempji oħrajn huma f’Bormla, Santa Venera, u Fleur-de-Lys. L-Ikonografija Maltija tal-Vari tal-Madonna talKarmnu huwa tali li jdaħħlek fih u anke tħoss
Virgen del Carmen de Chile, Templo Votivo de Maipú (Stil Spanjol)
f’Settembru, u Rużarju f’Ottubru. Din l-istatwa kienet użata wkoll fil-15 ta’ Awwissu sakemm saret l-Istatwa ta’ Santa Marija. L-Istatwa tal-Fgura, li nħadmet f’Bolzano fl196032 issegwi l-ideat tal-grupp ta’ Gafà, imma
174
Madonna tal‑Karmnu Gżira 1944 Lecce
il-moviment tiegħu u tesperjenza s-sentimenti tal-artist. Dan jissejjaħ fil-psikoloġija ‘Embodied Cognition’.35 Kien bravu ħafna l-Artist tal-Vara tal-Madonna tal-Karmnu tal-Oratorju tal-Belt, għax ispira lil Gafa biex jikkrea Ikonografija Maltija li jiġbdek biex tingħaqad mal-omm tagħna, il-Madonna. B’dan il-mod, l-iżvilupp ta’ din l-Ikonografija tipika Maltija jikkawża l-ispettatur tal-istatwi tal-purċissjoni tagħna jħoss li l-Madonna qed tirrelata miegħu. Fil-fatt, jista’ jħoss li hi qed toffrilu l-Labtu tagħha; sinjal tal-protezzjoni tagħha, għax hu qiegħed fis-servizz tagħha. Millbidu, l-iskapular kien sinjal li impjegat kien fisservizz tas-sid tiegħu, jew tas-Sinjura tiegħu36. Għalhekk mhux sorprendenti li l-ispettaturi, li tabilħaqq iħobbu l-persuna murija fl-istatwa, jirreaġixxu b’mod li jesprimu l-imħabba kbira għal dik il-persuna. Dan huwa l-arti espert taliskulturi li għamlu dawn l-istatwi.
Min-naħa l-oħra, meta nistudjaw l-ikonografija tal-Ordni Karmelitana, nistgħu nuru li dan isegwi u juri sew l-iżvilupp tal-ispiritwalità Karmelitana billi huma japprofondixxu l-unjoni tagħhom ma’ Alla fit-talb u jgħinu lil ħaddieħor, permezz tad-devozzjoni tal-Labtu Imqaddes skapulari li ikunu magħqudin ma’ Marija u ma’ Kristu, li huwa t-triq, il-verità u l-ħajja. Referenzi
Emamuele Boaga O.Carm (2001)The Lady of the Place –Mary in the history and in the life of Carmel.Edizioni Carmelitane Rome 2 Hodgson, Natasha (2007). Women, Crusading and the Holy Land in Historical Narrative. Rochester: Boydell Press. 3 Edbury, Peter (1985). Crusade and Settlement. Cardiff: University College Press. 4 Livingston, Sally (2012). Marriage, Property and Women’s Narratives. New York: Palgrave Macmillan. 5 Leonid Ouspensky, Vladimir Lossky The Meaning of Icons (1989) St. Vladimir’s Seminary Press New York. 6 Goodman, Anthony John of Gaunt: the Exercise of Princely Power in Fourteenth-Century Europe.(1992) Harlow: Longman. 7 Giulio Bertoni Il Laudario dei Battuti di Modena (1909) Halle a. S., M. Niemeyer. 8 Serafin Abela O.Carm. L-Ewwel Karmelitani F’Malta ‘ilLunzjata l-Qadima’ -(1418-1659); (1993) Edizzjoni ilKarmelu. 9 Valentine Borg-Gusman : Marian Devotion in the Maltese Carmelite Province during the 17th and 18th Century (283300) in Marian Devotions in the Island of St Paul 16001800 Edited by Vincent Borg (1983)Historical Society 10 Vincent Borg Marian Devotions in the Islands of St Paul, 1
1600-1800 (1983)Historical Society Serafin Abela O.Carm. Il-Karmelitani fil-Balluta 1890-2006 (2006) Edizjoni il-Karmelu. 12 Louis Saggi O.Carm. Saints of Carmel (1972) Carmelite Institute, Rome. 13 Joachim Smet O.Carm. The Carmelites, A history of the Brothers of Our Lady of Mount Carmel Vol.1 (1988) Carmelite Spiritual Center Darien, Illinois. 14 Lancelot C. Sheppard The English Carmelites (1943) London Burns Oates. 15 Gabriele Monaco. S.Maria del Carmine detta’La Bruna’ Storia.Culto.Folklore (1975) Napoli Laurenziana 16 Charlo Camilleri O.Carm, Walter Lobina SSP.The Damaxxena of Malta (2012) Religion u Hajja. Malta. 17 A.Ricci Breve Guida della Basilica di S.Maria del Carmine in Firenze Edizioni Becocci Firenze. 18 Charlo Camilleri O.Carm The Sanctuary of Our Lady of Mount Carmel in Valletta Mariology in Colour (2016) 19 St. Teresa of Avila Trad AllisonPeers (1978 ) The Life of the Holy Mother Teresa of Jesus Sheed and Ward London 20 St. Teresa of Avila Trad AllisonPeers (1978 ) Interior Castle Sheed and Ward London 21 Bernard Farrugia O.Carm (1951) Malta Karmelitana Lux Press Malta. 22 www.scuolagrandecarmini.it/ 23 The Marian Library/International Marian Research Institute, Dayton, Ohio 45469-1390. 24 Our Lady of Mercy Lay Carmelite olmlaycarmelites.org/ 25 Lawrenz Sammut O.Carm. Is-Santwarju tal-Karmnu (1952) Progress Press 26 Philip Mallia O.P. : The Dominican Order and the Blessed Virgin in Malta till the end of the 18th Century (301-311) in in Marian Devotions in the Island of St Paul 1600-1800 Edited by Vincent Borg (1983)Historical Society 27 Victor Caruana The Development of Maltese- Festa Processional Statues Part 1. Ilwien il-Festi Maltin Vol.2. (2012) Deer Publications. 28 Kilian Lynch O.Carm Our lady of Fatima and the Brown Scapular (1980) The Carmelite Press Faversham England 29 Louis Kondor SVD Fatima in Lucia’s Own Words (1976) 30 Mark Micallef, Andrew Borg. Ilwien il-Festi Maltin Vol.4. (2014) Deer Publications. 31 Mark Micallef, Andrew Borg. Ilwien il-Festi Maltin Vol.5. (2015) Deer Publications. 32 Mark Micallef, Andrew Borg. Ilwien il-Festi Maltin Vol.2. (2012) Deer Publications. 33 Agius M, Aquilina FF, Pace C, Grech A Stigma in Malta; A Mediterranean Perspective. Psychiatr Danub. 2016 Sep;28(Suppl-1):75-78 34 Keith Schiberras Melchiorre Cafà (Gafà) Maltese genius of the Roman Baroque (2003) Midsea Books Malta 35 Agius M.Neuroscience and Visual Art; Moving through empathy to the Ineffable. Psychiatr Danub. 2018 Nov;30(Suppl 7):541-545. 36 Valentinu Borg Gusman O.Carm, Ewgenju Tonna O.Carm. L-Erbgħat Tal-Udienza (1979) Stamperija Il-Ħajja Malta. 37 Boguslawski ‘Great Panagia, History of Russian Painting’The Blackwell Dictionary of Eastern Christianity, p. 368 38 Saint John Of the Cross. The ascent of Mount Carmel in The Collected works of Saint John of the Cross Kieran Kavanaugh O.C.D. and Otilio Rodriguez O.C.D. (1979) ICS Publications Washington D.C. 39 James Hall, A History of Ideas and Images in Italian Art, p.91, ( 1983), John Murray, London 11
175
L-Arċikonfraternità Madonna tal-Karmnu – il-Belt Valletta 2018 – Sena Impenjattiva Carmel Pace
L-Arċikonfraterità tal-Madonna tal-Karmnu li tinsab fis-Santwarju taħt l-istess titlu fil-Belt Valletta kellna sena verament impenjattiva u qed nistennew li jekk jimxu l-affarijiet kif inhuma ppjanati fl-2019/2020 għandha tkun mhux inqas minn ta’ qabilha. L-2018 kienet sena speċjali kemm għas-Santwarju Bażilika tal-Madonna tal-Karmnu u kif ukoll għall-Belt għażiża tagħna. Fid-29 ta’ Marzu 2018 il-Fratellanza kienet numeruża għall-funzjoni li saret fil-Paroċċa Bażilika tal-Porto Salvu għat-tberik tar-relikwi ta’ erba martri Karmelitani li eventwalment ittieħdu proċessjonalment b’mod solenni għallBażilika Santwarju tal-Madonna tal-Karmnu, biex waqt il-Konsagrazzjoni tal-knisja jitqiegħdu taħt l-artal Bażilikali.
Fl-4 ta’ April 2018 kien Jum il-Konsagrazzjoni, jum li jibqa’ mnaqqax f’qalb kull Karmelitan.
Fis-7 ta’ April 2018 bħala parti mill-festi li kien qed jiġu ċċelebrati matul din is-sena tal-Valletta 2018, ġiet organizzata purċissjoni storika blerba’ vari ewlenin tal-Belt Valletta. Mal-vara artistika u devota tal-Madonna tal-Karmnu ġiet akkumpanjata wkoll mill-Fratellanza tagħna. Fit-13 ta’ Ġunju saret il-vestizzjoni ta’ 5 membri ġodda fi ħdan il-Fratellanza.
176
Ovvjament il-Fratellanza ħadet sehem wkoll bħal kull sena oħra, fit-tranżlazzjoni ta’ lejliet il-festa li toħroġ mill-Oratorju u kif ukoll waqt il-purċissjoni ta’ nhar il-festa fis-16 ta’ Lulju.
Għall-festi speċjali biex jiġi ċċelebrat is-600 mitt sena mill-preżenza tal-Karmelitani fil-gżejjer Maltin f’Lulju ġew organizzati diversi kunċerti: fl-Oratorju tal-Konkatidral ta’ San Ġwann, ilKatidral tal-Imdina, fis-Santwarju Bażilika tal-Madonna tal-Karmnu, u kif ukoll fil-ProKatidral Anglikan. Bl-inizjattiva tar-Rettur Dr Mark Aguis ġab hawn Malta l-kor tant magħruf ta’ Cambridge il-Claire College Choir. Dan listess kor kanta wkoll fis-16 ta’ Lulju innijiet waqt li l-vara kienet għaddejja minn Triq ilPunent.
Il-Fratellanza tagħna ġiet mistiedna fil-5 ta’ Ottubru mill-Parroċċa ta’ San Duminku biex nieħdu sehem ukoll fil-Festa tal-Madonna tar-Rużarju li għal din is-sena fil-purċissjoni flimkien mal-vara tal-Madonna ħarġet ukoll il-vara ta’ San Duminku, u flimkien bqajna ġejjien fis-Santwarju Bażilika tal-Karmnu. Din kienet xi ħaġa verament storika fl-istorja tal-Belt Valletta għax kienet l-ewwel darba li x-xbieha tal-patrijarka daħal fis-Santwarju. Ta’ dan irringrazzja b’ittra lill-Arċikonfraternità l-Kappillan Patri Michael Camilleri O.P.
12, St Helen Square Birkirkara Tel: 2144 9514  Mob: 7748 0377
Fid-19 ta’ Marzu, l-Arċikonfraternità tagħna ġiet mistiedna mill-Arċikonfraternità ta’ San Ġużepp biex ħadna sehem fil-purċissjoni li toħroġ misSantwarju Bażilika tal-Madonna tal-Karmnu. Mill-20 sat-22 ta’ Marzu l-Arċikonfraternità organizzat tlett ijiem ta’ Eżerċizzi, il-predikatur kien Patri Ramon Farrugia OFM. Fl-aħħar jum ġiet iċċelebrata l-festa ta’ Ġesù Nazzarenu li flOratorju hemm devozzjoni speċjali.
Restawr tal‑Oratorju Din is-sena komplejna niltaqgħu u niddiskutu biex jinħarġu l-permessi neċessarji għar-restawr li jeħtieġ isir fl-Oratorju. Ovvjament, apparti t-taħbit biex isir dan ir-restawr min-naħa tagħna qed nirsistu mhux ftit biex niġbru fondi biżżejjed biex il-ħolma ta’ kulħadd issir realtà. Sibna benefatturi li kienu lesti li jgħinuna b’mod ġeneruż ħafna. Mhux se naqtgħu qalbna għax aħna nemmu li l-Madonna tipprovdi u tagħtina kuraġġ biżżejjed biex inkomplu naħdmu f’ġieħ isimHa. Fit-22 ta Frar ġie approvat il-permess millAwtorità tal-Ippjanar biex ix-xogħol fir-restawr tal-Oratorju jinbeda. Issa l-uġigħ ta’ ras kien dak loġistiku – jiġifieri kif jista’ jsir ix-xogħol bla ma jfixkel l-attivitajiet li jsiru matul is-sena, u kif ħa jiżżarmaw u jintrefgħu l-affarijiet li hemm fl-Oratorju bla ma ssir ħsara. Għalhekk ha nippruvaw biex salaħħar ta’ Mejju jinbidel is-saqaf tal-konkos u l-kumplament tax-xogħol jitkompla wara l-festa, jiġifieri għal Settembru.
Ix-xogħol se jikkonsisti xi alterazzjonijiet flelettriku, issir sistema biex titnaqqas l-umdità, bdil ta’ ġebel li ġratlu l-ħsara, iż-żebgħa, bdil tad-disinn tal-frież, u l-induratura tad-deheb tal-istess frież u tal-arkati. Se jsir tindif tas-saqaf tal-injam fid-daħla talOratorju, biex jikkomplementa mal-kumplament tal-Oratorju. Il‑Vara tal‑Madonna tal‑Karmnu Waqt li bdejna nippjanaw fejn u kif ha nbattlu l-Oratorju għall-proġett li semmejna, għajnejna daru fuq il-vara tal-Madonna tal-Karmnu li
178
qiegħda f’niċċa fuq l-artal tal-Oratorju. Beda jiġi kkunsidrat l-importanza li għandha din il-vara. Aktarx li hija l-ewwel vara tal-Karmnu fil-gżejjer Maltin. Skont Patri Sammut din inġiebet minn Ruma f’nofs is-seklu sbatax. F’dan il-perjodu f’Ruma kien hemm jaħdem Melchiorre Gafà. Il-mistoqsija hi, hemm xi konnesjoni miegħu jew mal-bottega tiegħu? Fuq dan għad trid issir aktar riċerka, u għandu mnejn li l-istorja tal-vari proċessjonali f’Malta tinbidel xi ftit ukoll…iżda dan għad irid jiġi konfermat aktar ’il quddiem b’aktar evidenza.
Ġie deċiż jekk insibux xi tip ta’ għajnuna oħra biex insalvaw din il-ġawhra moħbija. Ngħiduha kif inhi missirijietna fis-sittinijiet biż-żegħba li kienu għamlulha ħbewla dak kollu li l-bravu skultur ried juri meta skolpixxiha. Ir-Rettur Dr Mark Aguis beda jiddiskuti malKurja u ġie miftiehem li apparti xi għajnuna li lesta toħroġ mill-fond tal-Frattellanza stess, sar ftehim biex il-bank APS ikunu l-isponsors ewlenin.
Ġie maqbul bejn l-isponsor, il-Kummissjoni Patrimonju Kulturali fil-Kurja u r-rettur li r-restawr ta’ din il-vara jingħata lill-Altier del Restauro. L-istima ppreżentata mis-Sig. Valentina Lupo hija ta’ ’l fuq minn €28,000
Fil-5 ta Jannar il-Fratellanza organizzat preżentazzjoni. Bħala introduzzjoni tkellem irRettur Dr Mark Aguis li ta spjegazzjoni tal-istorja tax-xbihat tal-Madonna matul iż-żminijiet. Wara tkellmu l-Perit Daphne Fenech biex tispjega fiex jikkonsisti r-restawr tal-Oratorju u kif ukoll minn Valentina Lupo fejn spjegat fid-dettall ilproċess tar-restawr tal-vara.
Fis-7 ta’ Frar Clyde Borg flimkien ma’ għadd ta’ voluntiera rama scaffolding biex ikun jista’ jniżżel il-vara min-niċċa ta’ fuq l-artal. Ta’ dan il-fratellanza tirringrazzja lil kull min ta sehem b’mod speċjali lis-Sur Borg li uża l-għodda tiegħu u kif ukoll ħoloq winch apposta biex ilvara niżlet bla tbatija ta’ xejn. Ta’ dan ix-xogħol ġie mfaħħar ukoll mis-Sinjura Valentina Lupo. Fid-9 ta’ Frar, fit-tmienja ta’ filgħodu ġiet Valentina Lupo flimkien ma’ xi membri tal-
Fratellanza biex jippreparaw il-vara biex tiġi trasportata lejn il-laboratorju tal-Alier del Restauro.
Il-vara għażiża tal-Madonna tal-Karmnu waqt li qed tittieħed għar-restawr
L‑Arkivju Fil-25 ta Jannar intlaħaq ftehim bejn l-Arċikonfraternità tal-Karmnu, u The Hill & Manuscript Library St John’s University, Collegeville, Minnesota (USA) – fil-qosor tissejjaħ HMML dwar fotografija diġitali talkollezzjoni sabiħa ta’ manuskritti li għandna fl-arkivju. Kopja ta’ dan tingħata lill-Fratellanza u tkun disponibbli għal min ikun irid jagħmel riċerka. Fil-5 ta’ Frar il-Fratellanza ltaqgħet fl-Oratorju mas-Sinjura Claudia Garradas rappreżentanta tal-HMML biex tara l-post u tkun tista’ torganizza fejn jista’ jsir l-istudio tal-fotografija biex fi żmien ħmistax jista’ jitneda dan il-proġett. Iżda
meta bdiet tara l-arkivju hi ssuġġerit li l-ewwel il-kotba għandhom jiġu ffumugati.
Wara li rċevejna xi stimi, ġie deċiż li dawn isiru minn Prevarti. Fil-fatt ġie jara fiex jikkonsisti l-arkivju s-Sur Pierre Bugeja, u ġie maqbul li ilkotba kollha jinġabru fil-kaxxi biex sas-16 ta’ Marzu jittieħdu l-laboratorju. Bil-koperazzjoni tal-Arkivista Djoċesan Fr Nicholas Doublet li hu wkoll Fratell, l-ispejjeż ta’ din il-biċċa xogħol se titħallas mill-Kurja. Fr Nicholas nirringrazzjawh ukoll li akkwistalna żewġ cabinets tal-metal biex l-kotba jkunu jistgħu jintrefgħu aħjar u ’l boghod mill-ħsara li jista’ jikkaġuna l-injam.
Restawr taż‑żewġ niċeċ Fl-Oratorju għandna żewġ niċeċ li huma interessanti. Waħda hija tad-Duluri, li aktarx hija disinn tal-famuż perit Galizia – li għal din instab sponsor grazzi għas-Sur Josef Aquilina li se jkun hu stess li ħa jieħu ħsieb dan ir-restawr. Għaldaqstant qed nitħabtu wkoll għal sponsor ieħor biex in-niċċa l-oħra tkun tista’ tiġi restawrata wkoll.
L-aħħar u mhux l-inqas, fl-istess Oratorju hemm kwadru ferm sabiħ tal-Kunċizzjoni li hu attribwit lil Giuseppe d’Arena, li dan il-pittur famuż kien imsieħeb fl-istess Arċikonfraternità. Aħna tlabna analiżi ta’ dan il-kwadru mingħand esperti f’dan il-qasam minn Prevarti. Dawn ħarġu rapport fejn wera li dan il-kwadru għandu bżonn restawr b’mod immedjat. L-istima hija ta’ aktar minn €10,000, u ovvjament f’dan l-istadju minħabba prijorità ta’ proġetti oħra dan ikollna nwarrbuh fil-ġenb.
Kif għaddew il-festi tal-Għid se jinbeda x-xogħol ta’ restawr fl-Oratorju. Infatti nhar il-Ħamis 25 ta’ April se jinbeda x-xogħol fuq it-tibdil tas-saqaf, u fl-istess waqt intramaw żewġ scaffoldings biex jinbeda l-istudju preliminari tar-restawr millkumpanija CREAID.
Parti mill-arkivju qabel ittieħed biex jiġi ffumugat
Filwaqt li nirringrazzjaw lil kulħadd ta’ kull għajnuna kemm manwali u kif ukoll finanzjarju nawgurawlkom il-festa t-tajba u jalla l-Madonna tal-Karmnu żżomm idejHa fuqkom u fuq l-għeżież tagħkom u tħariskom minn kull hemm.
179
SAN PAOLO NAUFRAGO WINE BAR
77, St Paul Street Valletta VLT 1212 Tel: 2743 0086 Opening Hours Monday - Friday : 9.00am - 13.00pm Wednesday : 4.00pm - 7.00pm Saturday : 9.00am - 13.00pm
11, Triq Santa Luċija, Valletta VLT 1188 Tel: 2701 3353 Mob: 9951 1854 Email: kcarabott78@gmail.com
Agius Manuel (Ta’ Barabba tal-Belt)
Undertaker & Coffin Maker Funeral Service - 24 Hours To fit every budget A complete caring service in your time of need
117, West Street, Valletta Tel: 2122 5701 Mob: 9980 6779 / 9988 5977 / 9902 2141
Anthony Preca Jewellery Est. 1868 Anthony Preca - Proprietor 35, 157, St Lucia Street, Valletta
Mis-Santwarju se jkunu qed jinbiegħu diversi
souvenirs
Tel: 2122 1165 Fax: 2123 8535
fil-ġranet tal-festa.
Large assortment of Engagement Rings, Gold and Silver Giftware
Il-Ħajja fis-Santwarju
Ġew ippreżentati lill-Madonna tal-Karmnu: Carmen Mintoff, Alexandra Sciberras, Ben Magro Gili, Gregory Vella, Michael Bugeja, Emma Borg, Matteo Borg, Antonio Pace, Carmelo Pace.
Magħmudija:
Charlee Zarb Farrugia.
Żwieġ:
Christian Curmi u Marouska Camilleri, James Formosa u Vanessa Ciantar,
Redeemer Taliana u Claire Cachia, Christopher Abela u Katrina-Ann Entire, Walter Caruana u Wandy Grima, Neil Blindall u Coriane Cassar.
Ħallew din il-ħajja:
Ġużeppa Borg, Joanne Caruana, Carmel Gauci, Marietta Curmi, Mary Callus, Rose Abela, Mary Muscat, Giuseppe Mifsud Bonnici, Carmela Alimdek, Salvatore Attard, Cristina Olympia Scerri.
182
Il-Madonna tal-Karmnu tal-Kantuniera armata għall-festa. Tidher ukoll parti mill-faċċata tas-Santwarju l-antik.
183
Attivitajiet tas-Sena 2018–2019 9 ta’ Lulju – The Choir of Claire College Cambridge ħa sehem fil-Quddiesa tan-Novena
15 ta’ Lulju – Il-Quddiesa tat-tifkira tal-137 Sena tal-Inkurunazzjoni tal-Kwadru Titulari. Il-Quddiesa ġiet immexxija min-Nunzju Appostoliku Alessandro D’Errico
15 ta’ Lulju – Il-Quddiesa ta’ filgħaxija tmexxiet mill-Arċisqof Emeritus Pawlu Cremona O.P.
15 ta’ Lulju – It-Transulazzjoni tmexxiet mill-Pirjol Ġenerali Fernando Millan Romeral O.Carm.
16 ta’ Lulju – Il-Quddiesa tal-Kappillani u r-Retturi tal-Belt tmexxiet mill-Isqof ta’ Għawdex Mons. Mario Grech
16 ta’ Lulju – Il-Quddiesa kantata tal-Festa tmexxiet mill-Pirjol Ġenerali Fernando Millan Romeral O.Carm.
16 ta’ Lulju – Il-Purċissjoni tmexxiet mill-Pirjol Ġenerali Fernando Millan Romeral O.Carm.
27 ta’ Settembru – Il-Pirjol u l-Komunità ħadu sehem f’Quddiesa fil-Parroċċa tas-Sacro Cuor fl-okkażjoni tal-Inkuranzzjoni tal-Istatwa
7 ta’ Ottubru – Fil-kunvent saret wirja ta’ Statwi Titulari tal-Belt Valletta
2 ta’ Ottubru – Fl-okkażjoni tal-Festa tal-Madonna tar-Rużarju saret il-Purċissjoni mill-Parroċċa ta’ San Duminku sas-Santwarju Bażilika tal-Madonna tal-Karmnu bl-istatwi tal-Madonna tar-Rużarju u San Duminku
Diċembru – Saret wirja ta’ Bambini fil-kurutur tal-Kunvent
9 ta’ Frar – L-Istatwa li hemm fl-Oratorju tal-Madonna tal-Karmnu tniżżlet biex ittieħdet għar-restawr
8 ta’ Marzu – Ftuħ taċ-Ċentru ‘Għaqda Madonna tal-Karmnu’
9 ta’ Marzu – L-Istatwa restawrata ġiet inawgurata waqt il-quddiesa biex fetħu l-Festa tal-Patrijarka San Ġużepp
4 ta’ April – L-ewwel sena mill-Konsagrazzjoni tal-Knisja. Quddiesa mmexxija mill-Isqof Awżiljarju Joseph Galea Curmi
15 ta’ April – Sar kunċert mill-Banda San Gejtanu tal-Ħamrun li kien jikkonsisti f’mużika sagra
17 ta’ April – Via Sagra madwar it-toroq tas-Santwarju bil-Kurċifiss tal-tliet Sigħat li għadu kif ġie restawrat
April – Wirja dwar il-Ġimgħa Mqaddsa li saret fil-Kunvent
24 ta’ April – Il-kxif u t-tberik tal-kwadru tal-Madonna tal-Karmnu li ġie lura mir-restawr ta’ sena u nofs
42, West Street, Valletta Mob: 99443357
Opening Hours Monday to Saturday : 11.30am - 9.30pm Sunday : 11.30am - 2.30pm
Imqaddsa Verġni Marija tal-Għolja tal-Karmelu u l-qima lejha fil-Belt Senglea Fabian Mangion B.A., S.Th. Lic.
Fil-gżira ta’ Malta, l-Aħwa tal-Imqaddsa Verġni Marija tal-Għolja tal-Karmelu jew sempliċement, il-Karmelitani, għandhom storja li tmur ’il bogħod ħafna. Il-wasla tal-ewwel Karmelitani tidher li kienet fl-1418. F’xaqliba li sal-lum għadha tissejjaħ ‘Il-Lunzjata’, fid-daħla tar-Rabat għal min ikun ġej minn Ħad-Dingli, kien hemm knisja ċkejkna li aktarx li kienet ilha mibnija sa mis-seklu ħdax.
Artal fil‑knisja ta’ Sidtna Marija tal‑Porto Salvo Fil-fatt l-ewwel artal fi knisja fl-Isla dedikat lill-Madonna tal-Karmnu, lanqas insibuh filparroċċa, imma fil-knisja ta’ Sidtna Marija tal-
Dawn l-ewwel patrijiet bnew kunvent madwar din il-knisja tal-Lunzjata u hemm iffurmaw l-ewwel komunità ċkejkna. Din il-knisja, u l-artijiet ta’ madwarha, ingħatawlhom minn Donna Margherita, armla tan-Nobbli Giacomo di Pellegrino, li kien mid-dar irjali ta’ Aragona fi Spanja. Minn dik il-knisja, il-Karmlitani ħabirku u stinkaw kemm felħu biex ixerrdu d-devozzjoni lejn il-labtu tal-Madonna fil-gżejjer Maltin.1 F’dak iż-żmien imbiegħed, l-Isla kien baqgħalha ħafna aktar minn 150 sena biex issir parroċċa. Imma wkoll wara li l-Isla saret parroċċa fl1581, għad illi fil-knisja parrokkjali kien hemm ħafna artali dedikati lill-Madonna taħt xi titolu jew ieħor, u saħansitra l-knisja stess kienet iddedikata lit-Twelid ta’ Marija, id-devozzjoni lejn il-Madonna tal-Karmnu damet daqsxejn ma daħlet.
194
Artal tal-Karmnu f’San Filippu
Porto Salvo. Dik il-knisja nbniet mill-ġdid bejn is-snin 1670 - 1690, tkabbret, u żdiedu fiha xi artali. Wieħed minn dawn l-artali ġodda, l-ewwel wieħed fuq il-lemin tal-artal maġġur, fin-navata ċentrali, ġie ddedikat lill-Madonna tal-Karmnu.2 Huwa artal li żamm postu sal-ġurnata tal-lum. F’dan il-kwadru, xogħol il-pittur Enrico Regnaud (1692-1764),3 il-Madonna tidher flimkien ma’ Sant’Anna, San Xmun Stock, l-ewwel prijur ġenerali tal-Ordni Karmelitan, Santa Tereża ta’ Avila, soru Karmelitana li, bħala riformatriċi tal-Ordni Karmelitan, waslet biex waqqfet ilKarmelitani Skalzi, San Injanzju ta’ Loyola, fundatur tas-Soċjetà ta’ Ġesù (il-Ġiżwiti) u l-ewwel Superjur Ġenerali tagħha, u San Franġisk Saverju, kumpann ta’ San Injazju, miegħu kofundatur tas-Soċjetà ta’ Ġesù u wieħed millewwel seba’ Ġiżwiti li ħadu l-voti tal-faqar u l-kastità f’Montmartre, Pariġi, fl-1534.
Artal fil‑knisja parrokkjali Fil-parroċċa, l-ewwel li jissemma artal marbut b’xi mod mad-devozzjoni lejn il-Madonna talKarmnu, hu fl-1718. Fid-9 ta’ Jannar ta’ dik issena, ġew reġistrati l-ewwel legati marbutin ma’ dan l-artal. Fihom jingħad illi dan l-artal
għadu kemm sar ġdid, u li qiegħed fil-post fejn qabel kien hemm id-daħla lejn iċ-ċimiterju u l-kappella ta’ Santu Rokku. B’rabta ma’ din id-devozzjoni lejn Santu Rokku u San Bastjan, qaddisin prottetturi kontra l-marda tal-pesta, fil-kwadru li tqiegħed fuq dan l-artal, u li kien juri lill-Madonna bil-Bambin, u lil San Pawl, tqiegħdu wkoll dawn iż-żewġ qaddisin. Dan il-kwadru, ta’ tmiem is-seklu sbatax u l-bidu tas-seklu tmintax, illum huwa miżmum fis-sagristija tal-Bażilika.4
Tajjeb jingħad ukoll li, minn dak iż-żmien, minkejja l-ispustamenti ta’ xi artali fil-knisja, inkluż dak li sar fir-rikostruzzjoni wara l-gwerra, l-artal tal-Madonna tal-Karmnu żamm dejjem l-istess post kif għadu sal-ġurnata tal-lum. Dan l-artal jerġa’ jissemma’ fl-1720, firrelazzjoni tal-Viżta Pastorali li saret mill-Isqof Giacomo Cannaves. Hawn ukoll jingħad illi dan l-artal kien wieħed ġdid. Sadanittant, iżda, ma tissemma’ ebda fratellanza mwaqqfa jew marbuta ma’ dan l-artal.5
Titwaqqaf fratellanza Sena wara, fi żmien il-Kappillan Dun Fortunat Vella u b’digriet tal-Isqof Gaspare Gori Mancini tat-23 ta’ Awwissu 1721, twaqqfet din ilFratellanza tal-Madonna tal-Karmnu.6 Minkejja dan, il-fratellanza damet ħafna ma bdiet tiffunzjona b’mod regolari. Kellhom jgħaddu qrib il-mitt sena sa ma qabdet sewwa u bdiet tiffunzjona bħall-fratellanzi l-oħra tal-parroċċa. Xhieda ta’ dan hu l-fatt li, fir-relazzjoni tal-Viżta Pastorali li saret fl-1772 mill-Isqof Giovanni Pellerano, filwaqt li jingħad illi kien hemm devozzjoni qawwija lejn il-Madonna fuq dan l-artal, il-fratellanza lanqas biss tissemma’. Mhux talli hekk, talli l-artal hemm riferenza għalih bħala ta’ Santu Rokku u San Bastjan.7
Tal-Karmnu fis-Sagristija
Ir-rabta mal-Qaddis Santu Rokku fil-fatt damet ħafna, u għal bosta snin, minkejja l-bdil tattitular baqgħet issir festa f’ġieħ dan il-qaddis fuq dan l-artal. Saħansitra kienet issir festa bil-purċissjoni f’ġieħ Santu Rokku nhar is-16 ta’ Awwissu ta’ kull sena u li għaliha kienet tingħata għajnuna ġeneruża min-naħa tal-
195
PRESERVING OUR YESTERDAY FOR COMING TOMORROWS ReCoop offers a variety of services for objects of Cultural Heritage including Easel and Mural Paintings, Polychrome Sculptures, Ceramics, Glass, Metal, Stone and Marble Artefacts, Monuments and Architectural Sites.
Conservation & Restoration Treatments
Consultancy
Scientific and Art Historical Research
Condition Surveys & Conservation Audits
Diagnostic Investigations & Monitoring
ReCoop The Restoration and Conservation Coop Ltd, Triq l-Esportaturi, Imrieħel Industrial Estate, Imrieħel, Malta T: +356 2149 1297 | M: +356 7996 1838 | E: info@recoop.com.m | W: www.recoop.com.mt
Kunsill Popolari. Ta’ kull sena wkoll kienu jsiru festi f’ġieħ San Sebastjan fl-20 ta’ Jannar, f’ġieħ San Ġwann t’Alla nhar it-8 ta’ Marzu u f’ġieħ San Ġwann l-Evanġelista fis-27 ta’ Diċembru. Lejn dawn l-aħħar żewġ qaddisin kien hemm ċerta devozzjoni peress illi mal-prospettiva tal-artal kien hemm pittura żgħira tagħhom.8
dubju jista’ jingħad li dan kien l-ewwel kwadru fil-parroċċa li jirraffigura b’mod ċar il-Madonna tal-Karmnu.
Minkejja dan, fl-istruttura tal-artal baqa’ jsir titjib. Fis-sena 1781, kienu nksew xi partijiet minnu bl-irħam, u sena wara, sar sottokwadru tal-Madonna tal-Bon Kunsill, li kien ħallas għalih il-Kappillan Dun Salv Bonnici, li ħames snin wara, mal-għoti tal-ġieħ ta’ Kolleġġjata lill-knisja tal-Isla, sar l-ewwel Arċipriet. Dan il-kwadru kompla żied id-devozzjoni lejn ilMadonna, speċjalment matul ix-xahar ta’ Mejju.9 F’Jannar 1786, ftit xhur biss qabel ma lillParroċċa ngħatalha t-titlu ta’ Kolleġġjata, saret Viżta Pastorali mill-Isqof Vincenzo Labini. Anke fir-relazzjoni ta’ din il-Viżta, il-fratellanza ma tissemma’ xejn, daqslikieku ma kienet twaqqfet qatt.10
Iżda ż-żmien tal-qawmien ta’ din fratellanza wasal ukoll. Dan kien fl-1838, fi żmien li l-Kanonku Dun Leopoldu Fiteni kien Arċipriet tal-Isla. Biex din fratellanza ħadet ir-ruħ ġiet magħquda mal-Kongregazzjoni tad-Duttrina, u ma’ dik tal-Penitenza, li kienet imwaqqfa filknisja ta’ San Ġiljan fl-1774.11 Dan il-pass serva ta’ ġid kbir, għaliex minn dak iż-żmien, bil-mod il-mod, bdiet tqum fuq saqajha.
L-imseħbin ġew mogħtija l-permess li jġibu l-konfratija bħall-fratellanzi l-oħra u saħansitra issa bdiet tiġi wkoll ċelebrata festa f’ġieħ ilMadonna tal-Karmnu nhar is-16 ta’ Lulju blewwel u t-tieni għasar, quddiesa kantata u paniġierku.
Din il-fratellanza kienet fl-aqwa tagħha tul ittieni nofs tas-seklu 19. Dan kien żmien li fih nsibu l-akbar numru ta’ fratelli imsieħba fiha. Kienu jsiru wkoll funzjonijiet li matulhom bosta kienu jinkitbu fil-labtu tal-Karmnu.12
F’Marzu 1881, saret prospettiva ġdida għallartal, u tqiegħed kwadru titulari ġdid, xogħol is-Senglean Ġużeppi Bonnici (1835-1900).13 Bla
198
Tal-Karmnu ta’ Ġużeppi Bonnici
Statwa ta’ Vincenzo Bonnici Meta kien għad kellu biss għoxrin sena, fl-1841, l-iskultur Senglean Vincenzo Bonnici (18211865)14 ħadem statwa fl-injam tal-Madonna tad-Duttrina għall-Kolleġġjata tal-Isla.15 Dan ixxogħol sar taħt id-direzzjoni ta’ artist Senglean ieħor, Tommaso Madiona (1803-1864).16 Mażżmien din l-istatwa ġiet mibdula fi statwa talMadonna tal-Karmnu. Għal dan il-għan sarulha xi tibdiliet probabbilment imwettqa minn iben l-iskultur, Aristide.17 Ġie miżjud il-Bambin magħmul mill-kartapesta mill-istatwarju Senglean rinomat Karlu Darmanin (18251909).18 Għall-bidu, l-istatwa tal-Madonna tal-Karmnu, sarilha pedestall u bdiet tintuża f’purċissjoni fejn il-parroċċa tal-Isla tiċċelebra l-festa talKarmnu fis-16 ta’ Lulju ta’ kull sena. Illum il-ġurnata din l-istatwa m’għadhiex tintuża
Kwadru ta’ Ramiro Cali
Madonna tal-Karmnu
għall-purċissjonijiet imma tinżamm f’niċċa fissagristija ż-żgħira tal-Bażilika tal-Isla.19
Issa id-devozzjoni kienet qabdet sew, u ħafna kienu jinkitbu fil-fratellanza, jew fil-Labtu talKarmnu bħala devozzjoni. Il-fratelli komplew jistinkaw, u fis-sena 1899, għamlu artal talirħam ġdid, li ġie kkonsagrat minn Mons. Salvatore Gaffiero, Isqof Awżiljarju. Fis-sena 1921, il-kwadru ta’ Bonnici nbidel ma’ wieħed impitter minn Ramiro Calì, l-istess kwadru li naraw illum. Kien Lwiġi Paris li ħallas għal dan il-kwadru li fih naraw lill-Madonna bilqiegħda tagħti l-labtu lil San Xmun Stock, u, fuq innaħa l-oħra, hemm grupp ta’ erwieħ qed jiġu mtellgħin fis-sema minn anġlu.20 Għall-istorja tajjeb jingħad li wara li tneħħa, ilkwadru ta’ Bonnici, għamel żmien fis-Sagristija. Wara l-gwerra, dan ġie trasformat biex jirrappreżenta l-Madonna tal-Katina, u tqiegħed
bħala titular fuq dak l-artal, għaliex dak li kellu dan l-artal qabel kien inqered.21
Il-ħidma ta’ din il-Fratellanza, bħalma ġralhom xi oħrajn fl-Isla, waqfet ħesrem mal-bidu talgwerra, u qatt ma reġgħet kompliet.
Tiżjin u armar tal‑artal Minn dak li diġà nkiteb, jidher ċar li l-ħajja ta’ din il-fratellanza kienet ħafna iqsar minn ta’ oħrajn imwaqqfa fil-Parroċċa Sengleana. Iżda fiż-żmien li damet attiva, l-imseħbin fiha xorta waħda ħasbu biex sebbħu kemm setgħu l-artal fdat filkura tagħhom. Għaldaqstant, jista’ jingħad li dan l-artal ma jonqsu xejn f’dak li hu armar. Għal żmien il-festa, dan l-artal għandu sett ta’ gandlieri tal-metall abjad arġentati bil-fidda. Bejn dawn il-gandlieri jintramaw sitt statwetti ta’ qaddisin li għandhom rabta mal-Ordni Karmelitan. Dawn huma l-profeti Elija u Eliżew, u l-qaddisin San Telesforu, Papa, San Xmun Stock, San Dijonisju u San Ġwann tas-Salib. Huma xogħol ta’ Wistin Camilleri tal-bidu tasseklu 20.
199
K & Co
LIMITED
105, Mill Street, Qormi QRM 3100 Tel: 2144 2948 Mob: 9949 0481
Artal tal-Karmnu qabel il-gwerra
Il-ventartal tal-fidda, li sar fl-istess epoka, għandu disinn elaborat tas-Senglean Mikiel Degiovanni, u tispikka fih ix-xbieha ta’ Sant’Elija riekeb fuq karru tan-nar miġbud minn tlett iżwiemel. Taħt dan l-alto riliev ċentrali naqraw il-kelmiet: PERTURBINEM ELIAS ASCENDIT IN COELIUM (imħawwad Elija tela’ fis-sema).
relikwarju antik tal-fidda li f’reċipjent ovali fiċċentru tiegħu jiġbor fih EX CAPELLIS B.M.V.
Ventartal tal-Karmnu
Skannell Artal Madonna tal-Karmnu
Is-sett Karti tal-Glorji, sar mill-ġbir tal-poplu, kif tixhed kitba minquxa fuq waħda minnhom li tgħid: Fatti dalla Raccolta 1859. Il-qoxra talfidda tal-missall, li saret għal bidu tas-seklu 20, għandha fuq naħa xbieha tal-Madonna talKarmnu, u fuq l-oħra Sant’Elija. Hemm ukoll
Artal tal-Karmnu fil-festa llum
Il-lampier, xogħol tas-sena 1909, sar millfratellanza u l-ġbir mill-poplu Senglean, kif hemm imfakkar fuqu. Dan il-lampier
201
jiddendel permezz ta’ tliet ktajjen u fl-ispazji ta’ bejniethom, jiġifieri fuq it-tliet faċċati tallampier hemm: l-arma tal-Ordni Karmelitan, l-arma tal-Kolleġġjata tal-Isla u l-arma ta’ Malta bis-salib tat-tmien ponot.22
Missall u Relikwarju tal-Karmnu
Għall-purċissjoni hemm ukoll surġentina talfidda bi statwetta tal-Madonna tal-Karmnu mħaddna bejn żewġ friegħi tal-ġilju. Din hija xogħol ta’ Saverio Cannataci tas-sena 1848. Xogħol l-arġentier Michele Cachia tas-sena
Sopratvalja tal-Karmnu
1849 hu l-medaljun tal-prefett li wkoll juri fuqu xbieha talMadonna tal-Karmnu.
Matul il-jiem talfesta fuq il-mensa tal-artal titqiegħed wkoll sopratvalja talbellus irrakkmata biddeheb, b’disinn tassew elaborat, u xogħol tad-deheb verament fin. Din inħadmet fuq disinn ta’ Mastru Mikiel Degiovanni.
Għall-purċissjoni flimgħoddi kien hemm standard li iżda ntilef. Il-kruċċetta tal-fidda tiegħu, bil-monogramma ‘M’ għal Marija, imdawra bi stellarju ta’ tnax-il Lampier tal-Karmnu kewkba, illum tintuża mal-istandard tas-Santwarju. Din kienet saret f’nofs is-seklu 19, xogħol tal-arġentier Paolo Busuttil.
202
Hemm ukoll l-armar tal-vara, jiġifieri d-dijadema għal fuq ras il-Madonna, u waħda għall-Bambin, u żewġ labtijiet lkoll tal-fidda, xogħol ta’ Tommaso Nicholas.23
Bħall-artali l-oħra kollha tal-Bażilika, dan l-artal tal-Madonna tal-Karmnu, għandu wkoll armar rikk biex bih jiżżejjen fil-festi ta’ matul is-sena bħalma huma l-Milied, l-Għid il-Kbir u Pentecoste. Kruċetta tal-Karmnu
Meta kienet qed issir ir-rikostruzzjoni tal-knisja wara t-tiġrif tal-gwerra, l-artal tal-Madonna tal-Karmnu sar ġdid minn irħam rikk mid-
Medaljun tal-Karmnu
Surġentina tal-Karmnu
Artal tal-Karmnu festi sekondarji
Labtijiet tal-Karmnu
Ditta Battelli ta’ Pietrasanta, fuq disinn tal-Kav. Vincenzo Bonello. Fil-panew ċentrali ta’ dan l-artal, li ġie kkonsagrat fis-26 ta’ Settembru 1957 minn Mons. Emanuel Galea, Isqof ta’ Trallja fl-Asja u Vigarju Ġenerali, naraw millġdid il-monogramma ‘M’ għal Marija u l-labtu tal-Karmnu miżmum magħha.
203
Bonnici studja f’Ruma fl-iskola ta’ Tommaso Minardi. Xi xogħlijiet tiegħu jinsabu f’Messina, Napli, Ruma, l-Eġittu, it-Turkija u Malta. 14 Bonnici għażel l-iskultura fl-injam bħala s-sengħa artistika tiegħu. Fi żmienu kien meqjus bħala artist prestiġjuż u xogħlu kien imfaħħar qatigħ. Id-destin ried li dan l-iskultur imut f’qasir il-għomor fil-quċċata tal-karriera artistika tiegħu. (Mangion, F., “Vincenzo Bonnici (1821-1865): 150 sena mill-mewt tal-Iskultur li sawwar l-istatwa tal-Madonna tar-Rużarju,” f’Festi Solenni San Duminku ta’ Guzman,, il-Birgu, Awwissu 2015, pġ. 73-81) 15 Ferres, A., Descrizione Storica delle Chiese di Malta e Gozo, Malta 1866, pp. 249-250. 16 Madiona kien pittur u mużiċist imfittex ħafna fi żmienu. Studja l-Università ta’ Malta u ntbagħat jistudja Ruma fl-Accademia delle Belle Arte fejn studja d-disinn taħt il-professuri Tommaso Minardi u Johann F. Overbeck. Lura Malta huwa kien ġie kkummissjonat biex ipitter il-kwadru titulari ta’ Marija Bambina filKolleġġjata tal-Isla, li hu meqjus bħala kapolavur. (Mangion, F., “An artist by profession, renowned as a musician: Remembering Tommaso Madiona on the 150th anniversary of his demise,” f’The Sunday Times, 6 ta’ April, 2014, pġ. 36-37) 17 Stilistikament, din l-istatwa tal-Madonna tal-Karmnu għandha karatteristiċi partikolari li huma tipiċi għar-repertorju ta’ Vincenzo Bonnici. Dawn jidhru partikolarment fir-rappreżentazzjoni tal-wiċċ talVerġni Marija. Minħabba nuqqas ta’ dokumentazzjoni u suppożizzjonijiet storiċi żbaljati, ċerti xogħlijiet ta’ Vincenzo, bi żball, kienu ġew attribwiti lill-ibnu Aristide. Eżempju ta’ dan huwa l-każ ta’ din l-istatwa. (Debattista Briffa, N., “Aristide Bonnici (1851-1888): Discoveries and Clarifications,” fi Treasures of Malta, 51, Summer 2011, p. 70f.) 18 Darmanin tħarreġ l-arti minn missieru. Fil-bidu talkarriera tiegħu ttanta jagħmel xi skulturi fl-irħam iżda ma damx ma beda jaħdem fil-kartapesta. (Mangion, F., “Karlu Darmanin: L-istatwarju Senglean li sawwar l-istatwa ta’ San Ġiljan,” f’Lapsi 2018, l-Annwal talKnisja l-Antika ta’ San Ġiljan Ospitalier, p. 27-54) 19 Fis-snin ta’ qabel il-gwerra, din l-istatwa, ħarġet proċessjonalment għall-aħħar darba. Fis-snin ta’ wara l-gwerra, waqt li l-Bażilika kienet qed tinbena mill-ġdid, inżammet fil-knisja ta’ San Ġiljan tal-Isla u, lejn nofs is-snin sittin, sabet postha fejn tinsab illum. F’Lulju 2014 kien l-aħħar darba li din l-istatwa ntramat fil-knisja. 20 Tabone, C., “L-Artal u l-Fratellanza tal-Madonna talKarmnu,” f’Bulletin Parroċċa tal-Isla, n. 63, p. 6. 21 Tabone, C., “L-Artal u l-Fratellanza tal-Madonna talKatina,” f’Bulletin Parroċċa tal-Isla, n. 67, p. 5. 22 Il-Karti tal-Glorja, il-missall u l-lampier inħadmu wkoll fuq disinn ta’ Mastru Mikiel Degiovanni. (Tabone, C., “L-Artal u l-Fratellanza tal-Madonna tal-Karmnu,” f’Bulletin Parroċċa tal-Isla, n. 63, p. 5) 23 Caruana, M., “Il-Fratellanza u l-artal tal-Madonna talKarmnu,” f’L-Isla: Leħen il-Parroċċa, Settembru 2005, p. 45. 13
Mensa ġdida artal tal-Karmnu
Konklużjoni Fl-arkivju tal-parroċċa tal-Isla, sezzjoni DP 5.22 – DP 5.35, insibu madwar tlettax-il reġistru relatati ma’ din il-fratellanza u xi dokumenti dwar l-artal tal-Madonna tal-Karmnu. Fost dawn hemm listi ta’ dawk imsieħba fil-fratellanza kif ukoll kotba tal-kontijiet li jagħtu rendikont taddħul u l-ħruġ minn żmien għal żmien. Ħafna mit-tagħrif li bih issawwar dan l-artiklu, inkiseb ukoll minn dawn il-manuskritti.
Finalment, irid jingħad li din il-Fratellanza talMadonna tal-Karmnu tippossiedi sitt oqbra fiċ-Ċimiterju ta’ San Marija Addolorata. Dawn l-oqbra jinsabu fid-Diviżjoni Punent, Sezzjoni K, Kompartiment A, numri 75, 88, 101 u 114 u Diviżjoni Punent, Sezzjoni Q, Kompartiment A, numru 11 u 12. Referenzi
Bonnici, A., L-Istituti ta’ Ħajja Kkonsagrata, Malta, 2000, p. 41. 2 Bonnici, A., L-Isla fi Ġrajjiet il-Bażilika - Santwarju ta’ Marija Bambina, Vol. II, Parroċċa tal-Isla, 1986, p. 80. 3 Sciberras, K., L-Arti Barokka f’Malta, Malta, 2003, p. 104. 4 Bonnici, A., (1986), p. 239. 5 Arkivju Arċiveskovili, Floriana, Visit. Cannaves, XXIX, Novembru 1720. 6 Bonnici, A., L-Isla fi Ġrajjiet il-Bażilika - Santwarju ta’ Marija Bambina, Vol. III, Parroċċa tal-Isla, 1991, p. 53. 7 Arkivju Arċiveskovili, Floriana, Visit. Pellerano, XXXVIII, Mejju 1772. 8 Bonnici, A., (1991), p. 53. 9 Bonnici, A., (1986), p. 329. 10 Arkivju Arċiveskovili, Floriana, Visit. Labini, XLI, Jannar 1786. 11 Bonnici, A., (1991), p. 100. Fuq librett tal-1936, li kien jiġi mogħti lil kull fratell, insibu l-kelmiet: Congregazione di Nostra Signora del Monte Carmelo: anticamente della Penitenza e Dottrina Cristiana. 12 Fl-1895 inbeda reġistru biex jitniżżlu l-ismijiet ta’ min kien jinkiteb fil-labtu. Fl-ewwel funzjoni, li saret fis-16 ta’ Lulju 1895, kien hemm 101 li nkitbu. Fost dawk li nkitbu fl-1908, kien hemm l-Arċipriet Dun Franġisk Briffa, meta kien fl-aħħar ta’ ħajtu. (Bonnici, A., (1991), p. 226) 1
204
J.L.S.
Stoneworks G˙al kull xorta ta’ xog˙ol ta’ lavur, fireplaces, qoxra tal-fil, kisi u tibjid Tel: 21 25 0138 • Mob: 9944 3998 Showroom: 73, Barth Street, Óamrun
57/64, Old Bakery Street, Valletta Tel: 2123 0506, 2730 9247 Mob: 9926 3720 205
RITCHIE
Antique Furniture Restorers
138, Old Bakery Street, Valletta Tel: 21232555 Email: ritchieantiquerestorers@gmail.com Ritchie-Antique-Furniture-Restorers
MICELI STORE
Household Goods, Ironmonger, Plumbing, Electrical, Drainage Suppliers and Tools for Hire Monocote - Finatura - GR 1000 - Cement - Kolla tal-Madum Ramel - Xaħx - Żrar - Ġir - Stucco - Vireg – Ġipsum Water & Plastic Paint - Oil Paint for Wood 90, Triq Santa Luċija, Valletta VLT 1181 Tel: 2123 9398 Mob: 9947 2077, 9940 6082 206
Kulħadd illum iżejjen bil-fjuri Għal kull okkażjoni
FREDU DEGIORGIO Triq Teżorerija, Valletta (Fejn il-bieb il-falz tal-Palazz)
Tel: 2148 7234
Carabott Ltd. Jewellers
MC
53/54 High Street, Ħamrun Tel: 2124 0511 Fax: 2124 0576
Uptown Store All your daily needs under one roof
Delicatessen Counter • Groceries • Dairy Products Frozen Foods • Daily Fresh Bread • Detergents 12/13, Archbishop Street, Valletta
Tel: 2124 1098
Minn qalbna nirringrazzjaw lil dawk l-entitajiet li ta’ kull sena jirreklamaw f’din il-pubblikazzjoni. 207
Min irreklama f’din il-pubblikazzjoni
67 Kapitali................................................................. 23 Aaron’s Kitchen.......................................................... 4 Agius Manuel.........................................................181 Alsons Gift Centre.................................................117 Amas Co. Ltd........................................... inside front Anglo Maltese League...........................................153 Anthony Preca.......................................................182 Asti Brasserie............................................................ 46 Beati Paoli...............................................................114 Best Print Co. Ltd.................................................... 50 BOV........................................................................... 22 Cadena Restaurant.................................................. 55 Café Capitolino........................................................ 46 Café Leone..............................................................117 Carcass...................................................................... 19 Casa Asti................................................................... 46 Casa Ellul.................................................................. 29 Centro Bagno........................................................... 25 City Lounge Steakhouse......................................... 66 Cockney’s Bar & Restaurant..................................... 8 Croce Bonaci .........................................................108 D’Office bistro.......................................................... 51 D#25........................................................................121 De Robertis............................................................... 42 Dolceria Barigozzi.................................................177 Dolceria Clyde.......................................................135 E. Theuma & Company Ltd.................................108 Eddie’s Café Regina...............................................140 Ella’s Mini Market.................................................... 30 Europa Tours.............................................................. 8 Floreal....................................................................... 67 FMcore...................................................................... 71 Food Box................................................................135 Frans – All Seasons................................................. 30 Fredu Degiorgio.....................................................207 Gasan Mamo Insurance Ltd................................... 70 George Zammit & Sons.......................................... 30 Gourmet Kafe........................................................196 Helen’s Kitchen......................................................105 HSBC......................................................................... 19 Hypnos Vitafoam Mattresses...............................144 Is-Suq tal-Belt............................................................ 5 J.L.S. Stoneworks...................................................205 Jesmond Mangion.................................................112 Jewel Box.................................................................. 25
208
K & Co Limited.....................................................200 Kantina...................................................................... 84 KG Store.................................................................... 67 L-Angolo Souvenir Shop........................................ 42 Lancet Salon...........................................................121 Le 3 Sorelle.............................................................133 Little Paws Pet Shop..............................................180 Lombard Bank Malta p.l.c...................................... 54 Lourdes Opticians....................................inside back Luciano..................................................................... 77 Mandraggio.............................................................. 67 Mario Carabott Ltd...............................................207 Micallef Joe Travel................................................... 47 Miceli Store.............................................................206 Mrs. Jones...............................................................105 Musuem Café.........................................................125 Neriku Catering......................................................... 4 Old Bakery’s Kitchen.............................................112 Palazzo Preca............................................................ 15 Papannis.................................................................... 14 Petrolea..................................................................... 10 Photocity................................................................... 77 Portelli Rubber Stamps........................................... 46 Porticello................................................................... 15 Rampila..................................................................... 51 Ranieri....................................................................... 42 ReCoop...................................................................197 Ritchie.....................................................................206 Robert Debono........................................................ 71 Rubino Confectionery..........................................125 San Giovanni............................................................ 55 San Paolo Naufrago...............................................180 Soap Box.................................................................135 Sphinx Pastizzeria.................................................... 47 Str.Eat ....................................................................... 43 Tal-Ħwawar.............................................................. 25 Tango.......................................................................205 The Albion Stores..................................................121 The Cage................................................................... 14 The Undercroft......................................................... 47 The Wooden Box...................................................206 Trafalgar.................................................................... 47 Uptown Store.........................................................207 Vigo.........................................................................139 Zizka Kitchen.........................................................193