Programm tal-Festa Madonna tal-Karmnu Valletta 2016

Page 1

Programm tal-Festi Solenni

Madonna tal-Karmnu Valletta 2016



Il-Belt Kapitali - Valletta fis-sena li qed tiċċelebra l-450 sena mit-tqegħid tal-ewwel ġebla tagħha, tilqagħkom għall-Festi Solenni f ’ġieħ, il-Verġni Marija, l-Omm u Ġmiel tal-Karmelu, bejn l-1 u is-16 ta’ Lulju, fis-Sena tal-Ġublew tal-Ħniena


Werrej

Ritratt tal-Qoxra ta’ Quddiem: Il-vara Mirakoluża tal-Madonna talKarmnu skolpita fl-injam fl-1781 minn Vincenzo Dimech.

Ritratt tal-Qoxra ta’ Wara: Dettall mil-Labtu tal-Madonna. Dan il-Ktieb huwa maħruġ millKomunità Karmelitana u l-Għaqda Festi Esterni Madonna tal-Karmnu - Valletta Bord Editorjali: P. Alex Scerri O. Carm, Christian Pace, Ryan Catania, Julian Vassallo, Carmel Pace Reklami: Christian Pace, Ryan Catania, Carmel Pace, Isaac Mckay Qari tal-Provi: Carl Farrugia u Christian Pace Ritratti: Mark Micallef, Joe Bartolo, George Farrugia, Christian Pace, Carl Farrugia u Kollezzjoni Giovanni Bonello Ħajr lil Kevin Borg u John Farrugia għaxxogħol li għamlu għall-permessi tal-Festa Website: www.karmelitanivalletta.org Facebook: Festa Madonna tal-Karmnu - Valletta Carmelite Priory - Valletta Issettjat u stampat:

Bestprint Co. Ltd.

Żurrieq Road, Qrendi Tel: 21 680 789

2

Messaġġ mill-Pirjol...........................................................................................3 Messaġġ tal-Provinċjal....................................................................................6 Messaġġ mis-Sindku........................................................................................7 Messaġġ miċ-Chairman Fondazzjoni Valletta 2018...........................8 450 Sena mit-Twelid ta’ Santa Marija Maddalena de’ Pazzi, Karmelitana..............................9 Birkirkara u l-Madonna tal-Karmnu It-Tieni Parti (1800 - 1899).................................................................... 12 Amadeo Preziosi: 200 sena mit-twelid ta’ artist Belt li bilkemm jissemma fl-istorja tal-arti lokali.................................. 14 Il-Festa tal-Madonna tal-Karmnu ħamsin sena mill-ewwel Inkurunazzjoni f’Malta......................... 28 Niċeċ ta’ devozzjoni lejn il-Madonna tal-Karmnu fil-Gżejjer Maltin................................................................ 38 Mro. Cardenio Botti (1890-1973) Esponent Mużikali Taljan f’Malta bejn iż-Żewġ Gwerer............ 41 Il-Poeta li għamel ġieħ lill-Karmelitani................................................. 49 Fis-Santwarju tal-Karmnu.......................................................................... 51 Baned fil-Festa tal-Karmnu fis-Seklu 19.............................................. 52 San Luwigi Maria de Montfort u d-Devozzjoni lejn il-Verġni Mqaddsa.............................................. 54 Messaġġ Għaqda Festi Esterni Madonna tal-Karmnu ................... 57 Umbrellun ġdid għas-Santwarju.............................................................. 62 Programm tal-Festi Solenni Madonna tal-Karmnu 2016............. 65 L-Ewwel Festival Internazzjonali tal-Kunċerti ad Unur il-Madonna tal-Karmnu 2016.............................................. 73 Restawr fuq il-Bukketti tal-Vara tal-Madonna tal-Karmnu.......... 74 Xbihat fis-Santwarju u fil-Kunvent tal-Karmnu tal-Belt ta’ Santa Maria Maddalena de’ Pazzi.................................................. 76 450 sena ta’ Beltna........................................................................................ 84 Il-Fided tal-Fratellanza tal-Madonna tal-Karmnu .......................... 89 Is-Santwarju Bażilika tal-Madonna tal-Karmnu jintlaqat mill-bombi fit-Tieni Gwerra Dinjija u l-ħsieb ta’ bini ta’ Santwarju ġdid.................................................... 97 Kartolini - Programm tal-Festa tal-Karmnu fil-Bidu tal-1900 u Banda Sqallija f’Malta.............109 L-Għoljiet u l-Muntanji fil-Bibbja.........................................................117 Il-purgatorju fil-ħsieb tal-ewwel Insara.............................................121 L-ewwel Karmelitani f’Malta: 1441-1575.........................................124 Mons. Francesco Saverio Toppi Saċerdot ta’ fama qaddisa li żar is-Santwarju tagħna...............128 Proġett ta’ Restawr tal-Oratorju tal-Madonna tal-Karmnu........129 Rendikont tad-Dħul u tal-Ħruġ 2015..................................................130 Sit ġdid għas-Santwarju............................................................................131 Ħajja fis-Santwarju minn Lulju 2015 sa Ġunju 2016....................132 Apprezzament lejn l-Arċisqof Ġużeppi Mercieca u l-Arċisqof Paul Giglio...........................................................................133 Attivitajiet tas-Sena 2015 – 2016..........................................................138 Min irreklama f’din il-pubblikazzjoni.................................................152

Festa Madonna tal-Karmnu

Valletta 2016


Messaġġ mill-Pirjol

Sliem għalik Sultana, Omm tal-Ħniena Patri Alex M. Scerri O. Carm Pirjol u Rettur tas-Santwarju

Fit-tislima tagħna li aħna nagħtu lill-Verġni Marija, fit-talba sabiħa tas-Salve Regina, hekk nibdew din it-talba: insellmulha bħala OMM TAL-ĦNIENA. Il-Verġni Marija, hija Omm Alla u allura hija Omm l-istess Ħniena ta’ Alla.

F’dan il-Ġublew tal-Ħniena huwa tajjeb illi filwaqt li ser niċċelebraw il-Festa tant għażiża għalina talMadonna tal-Karmnu, niċċelebraw ukoll dan, mill-aspett li fih, flimkien mal-Knisja kollha qegħdin nagħmlu f’din is-Sena tal-Ġublew.

Il-Karmelitan, matul ħajtu dejjem intelaq f’idejn Dik li hija l-Omm tal-Ħniena, għax jaf li fiha jsib tassew il-faraġ u l-kenn. B’dan f’moħħna nixtieq illi din is-sena niċċelebraw il-festa lill-Patruna tagħna, il-Verġni Marija Omm il-Karmelu. Flistorja tiegħu l-Ordni Karmelitan minn dejjem ħass u qala’ minn għandha l-protezzjoni li talabha, xhieda ta’ dan huwa l-Labtu talKarmnu, sinjal u tarka tal-protezzjoni materna u tal-imħabba u l-ħniena tagħha magħna bħala Karmelitani wliedha u aħwa tagħha. Is-Santwarju tagħna huwa wkoll xhieda filgżejjer tagħna ta’ din il-Ħniena kollha mħabba, li kull min jiġi hawn, jirċievi u jaqla’ kull meta ninxteħtu f’riġlejn il-Madonna tal-Karmnu. Il-Madonna tal-Karmnu, li aħna tant inħobbu

u niċċelebraw il-festa tagħha ta’ kull sena f’dan ix-xahar għażiż ta’ Lulju, qed terġa’ tfakkarna, lilna bħala Familja Karmelitana li hija kkonsagrata lilha, fil-wegħda li għamlet magħna li tkun dejjem hi li tidħol għalina quddiem Binha Ġesù. Għaldaqstant, nistedinkom biex matul il-festa ta’ din is-sena minnaħa tagħna aħna nġeddu l-impenn u l-konsagrazzjoni tagħna lilha biex aħna wkoll inkomplu induqu din il-ħniena kollha mħabba li Alla joffrilna u jagħtina fil-ħajja tagħna ta’ kuljum. Niċċelebraw allura kif inhu xieraq u kif nafu nagħmlu aħna l-Karmelitani, il-Festa tant għażiża nhar is-16 ta’ Lulju biex lill-Madonna tal-Karmnu, nirringrazzjawha ta’ dak kollu li tagħmel magħna fil-ħajja spiritwali tagħna u filħajja tagħna ta’ kuljum. F’isem ħuti l-patrijiet ta’ dan is-Santwarju nawguraw lil kull min ser jingħaqad magħna f’dawn il ġranet sbieħ, li ser ngħixu flimkien bħala Familja Karmelitana biex niċċelebraw festa sabiħa lill-maħbuba Patruna u Omm tagħna l-Madonna tal-Karmnu, li jduq il-ferħ li Alla biss jaf jagħti fil-ħajja tagħna.

Ommna Marija l-Ġmiel tal-Karmelu l-OMM TALĦNIENA u t-tama tagħna, timliena b’kull grazzja u tressaqna dejjem lejn Binha Sidna Ġesù Kristu. Viva l-Madonna tal-Karmnu

Festa Madonna tal-Karmnu

Valletta 2016

3


San Paolo Naufrago Wine Bar

11, Triq Santa Luċija, Valletta VLT 1188 Tel: 2701 3353 Mob: 9951 1854 Email: kcarabott78@gmail.com

77, St Paul Street Valletta VLT 1212 Tel: 2743 0086 Opening Hours Monday - Friday : 9.00am - 13.00pm Wednesday : 4.00pm - 7.00pm Saturday : 9.00am - 13.00pm


K & Co

Limited

105, Mill Street, Qormi QRM 3100 Tel: 2144 2948 Mob: 9949 0481


Messaġġ tal-Provinċjal

Fi ħnientek nistkennu, Qaddisa Omm Alla Patri Alexander Vella O.Carm. Pirjol Provinċjali

Hija u tfaħħar lil Alla fid-dar ta’ Żakkarija u Eliżabetta, Marija tikkontempla l-ġrajja tal-poplu tagħha bħala ġrajja mħaddna kollha kemm mill-ħniena tal-Mulej: “Ilħniena tiegħu tinfirex f’kull żmien fuq dawk li jibżgħu minnu” (Lq 1, 50). Issa din l-istorja ta’ ħniena kienet waslet fil-milja tagħha. Filqalb ħanina tiegħu, Alla kien ġej mill-għoli biex iżur lill-poplu tiegħu b’mod definittiv fil-persuna ta’ Ibnu Ġesù Kristu u joffri s-salvazzjoni mhux lil Iżrael biss, imma lill-bnedmin kollha (ara Lq 1, 78). Dan kien se jseħħ permezz ta’ Marija, Omm il-Feddej. Biha l-ħniena tal-Missier kienet se tieħu wiċċ uman. Għalhekk Marija tassew jistħoqqilha l-isem ta’ Omm il-ħniena.

Il-ħniena ta’ Alla Marija ġarrbitha iktar minn kulħadd għax bi ħniena bla tarf Alla kien salvaha b’mod speċjali u uniku billi ħelisha milli tiċċappas bid-dnub tan-nisel, ħalli tkun għamara xierqa għall-Feddej. Imħaddna millħniena ta’ Alla sa mill-bidu u magħġuna ħaġa waħda ma’ Binha, l-għajn dejjiema tal-ħniena tal-Missier, Marija mtliet bil-ħniena għaddixxipli ta’ Binha u għall-bnedmin kollha, kif turina l-ġrajja tat-tieġ ta’ Kana (ara Ġw 2, 1-11). Il-qalb tagħha ta’ omm timtela bil-ħniena meta tara d-dinja nieqsa mill-ferħ (irrappreżentat mill-inbid) li jista’ jiġi biss milli nisimgħu minn Binha u ngħixu kif jurina hu fl-Evanġelju. L-Insara dejjem urew fiduċja kbira fil-ħniena ta’ Marija. Ġa fis-seklu 3, insibu fl-Eġittu din it-talba sabiħa: Fi ħnientek nistkennu, Omm Qaddisa ta’

6

Festa Madonna tal-Karmnu

Valletta 2016

Alla. La twarrabx minn quddiemek it-talb li nagħmlulek fi ħtiġijietna, iżda eħlisna dejjem minn kull tiġrib, o Verġni glorjuża u mbierka. Kemm-il darba l-Madonna ġiet irrapreżentata bil-mant miftuħ ħa tkennen fih lill-bnedmin. Din ir-rappreżentazzjoni tissejjaħ preċiżament Mater misericordiæ, Omm il-ħniena. Hija rappreżentazzjoni ħafna għal qalb l-Ordni Karmelitan. Insibuha mpittra jew skolpita f’ħafna knejjes u kunventi tal-Ordni u stampata f’ħafna kotba Karmelitani. Saħansitra hemm min jaħseb li l-arma tal-Ordni kif nafuha llum mhix għajr rappreżentazzjoni grafika tax-xbieha ta’ Marija bil-mant miftuħ qiegħda tkennen fih lil uliedha Karmelitani.

It-talba antika Flos Carmeli, li t-tradizzjoni Karmelitana rabtet ma’ San Xmun Stock u d-dehra tal-Madonna li tagħtu l-libsa tal-Ordni bħala sinjal ta’ protezzjoni fil-ħajja u l-mewt, titlob lill-Madonna biex turi ħniena malKarmelitani, Carmelitis esto propitia. Innu ieħor antik Karmelitan isejjaħ lill-Madonna Omm ilħniena, Omm il-maħfra, Omm it-tama u Omm ilgrazzja. Aħna u niċċelebraw il-festa tal-Madonna talKarmnu f’dan il-Ġublew tal-Ħniena, ejjew nintelqu f’idejha u nitolbuha: Dawwar lejna dawk l-għajnejn tiegħek tal-ħniena u wrina wara dan it-turufnament lill-frott imbierek tal-ġuf tiegħek, o ħanina, o pija, o ħelwa Verġni Marija.


Messaġġ mis-Sindku Prof. Alexiei Dingli

Għeżież ħbieb,

Ninsabu f’nofs l-anniversarju tant importanti għalina lkoll; l-450 sena minn meta l-Gran Mastru Jean De Valette qiegħed l-ewwel ġebla tal-Belt Kapitali tagħna, il-Belt Valletta. Belt li kellha tkun il-Belt Konventwali tal-Ordni ta’ San Ġwann.

Dan ma kienx ikun possibbli kieku mhux għallAssedju l-Kbir, li għammed lil din l-art, biddemm ta’ tant ħutna Maltin. Għal darb oħra, il-Maltin reġgħu kkonfermaw il-fidi tagħhom. Għalhekk nistgħu nikkunsidraw, il-bini tal-Belt bħala l-monument li jikkomemora din il-fidi. U b hekk, matul l-2016, qegħdin niċċelebraw l-450 minn mindu nbniet il-Belt Valletta. Belt li tagħtina isimna u li tagħmilna kburin.

Il-Kunsill Lokali tal-Belt Valletta flimkien malgħaqdiet kollha tal-Belt, qiegħed jaħdem biex jiżgura li dan l-anniversarju jiġi ċċelebrat kif jixraqlu. Nixtiequ li dan ikun avveniment talpoplu fejn kull resident iħossu parteċipi f’dawn l-attivitajiet. Se jkun anniversarju fejn sejrin niċċelebraw mhux biss l-arkitettura tal-Belt iżda fuq kollox il-ġebel ħaj, in-nies.

Jekk inħarsu lejn l-istorja tal-Belt taħt mikroskopju, malajr nindunaw bl-importanza tal-għolja Xiberras. Matul iż-żmien, il-Belt ma kinitx biss il-Kapitali ta’ Malta iżda inkubatur għall-personalitajiet distinti fosthom Presidenti, Prim Ministri, Isfqijiet u ħafna oħrajn. Dawn ilpersuni ssawru ġo bosta għaqdiet li twieldu u għadhom jiltaqgħu l-Belt. Huwa importanti li

nirrikonoxxu l-valur tax-xogħol volontarju u ta’ kwalità li jagħmlu dawn l-għaqdiet. Huma l-Beltin tal-Passat u dawk tal-Preżent flimkien ma’ dawn l-għaqdiet li għamlu lill-Belt Valletta dik li hi llum. Fuq kollox, dan huwa l-anniversarju tagħhom.

Għalhekk huwa importanti ferm li r-residenti u l-għaqdiet iħossuwhom parteċipi f’dawn l-avvenimenti. Ippermettuli nagħmel appell lil kull min jixtieq jikkontribwixxi (kemm b’ideat jew b’kollaborazzjonijiet) sabiex jikkuntatjani u b’hekk niżguraw li kull Belti jkollu sehem attiv f’dawn l-anniversarji. Apparti minn dan ix-xogħol, ma rridux ninsew li l-Kunsill Lokali tal-Belt Valletta rnexxielu wkoll iġib it-titlu ta’ Belt Kapitali Ewropea talKultura fl-2018. Dan huwa unur importanti għal kull wieħed u waħda minnha. Mhux biss se jkun iż-żmien meta għajnejn l-Ewropa se jkunu fuqna, iżda se tkun opportunità unika fejn aħna nistgħu nagħtu lill-għażiża Belt tagħna dik l-imbuttatura li jixirqilha sabiex nerġgħu narawha ħajja s-sena kollha. Fl-aħħar, f’isem il-Kunsill Lokali tal-Belt Valletta, nixtieq nirringrazzja lill-Pirjol Rev. Patri Alex Scerri O. Carm ta’ kemm ħdimna flimkien matul dawn l-aħħar xhur. Nagħlaq billi nawgura festa mill-isbaħ lill-Beltin kollha speċjalment liddevoti tal-Madonna tal-Karmnu u nħeġġiġhom ikomplu jifirxuh it-tagħlim tagħha mal-Beltin kollha sabiex nagħmlu mill-Belt tagħna post aħjar.

Festa Madonna tal-Karmnu

Valletta 2016

7


Messaġġ miċ-Chairman tal-Fondazzjoni Valletta 2018 Jason Micallef

Għeżież ħbieb,

Din is-sena hija waħda speċjali fejn il-Fondazzjoni Valletta 2018, flimkien mal-komunità Beltija, qed tiċċelebra l-450 anniversarju minn meta tqiegħdet l-ewwel ġebla f’din il-Belt Kapitali glorjuża tagħna. Din il-belt maestuża, belt li se jkolla t-titlu talKapitali Ewropea tal-Kultura fis-sena 2018, hija ċ-ċentru tal-kultura fil-gżejjer tagħna, mimlija ħajja u enerġija. Iżda hija wkoll belt li batiet ħafna, speċjalment waqt it-Tieni Gwerra Dinjija – belt li qatt ma ċediet, grazzi għall-kuraġġ ta’ niesha.

Mill-bidu tal-vjaġġ tagħna fl-2011, minn dejjem kellna għal qalbna l-komunità. It-titlu, fl-aħħar mill-aħħar, huwa opportunità għall-komunità. Ix-xogħol li jsir waqt il-festi, irridu nkomplu nħarsuh fil-kuntest kontemporanju. Il-festi, ilkarnival, ir-riti, u dak kollu li jagħtina l-identità tagħna bħala Maltin għandna niċċelebrawh u niżviluppawh waqt il-vjaġġ tagħna lejn l-2018.

Dan ma jfissirx li għandna nibqgħu ankrati malpassat, iżda għandna ukoll nħarsu ’l quddiem u noħolqu legat b’saħħtu li jibqa’ jgħix anke wara s-sena 2018. Irridu noħolqu attivitajiet ġodda li jiċċelebraw lil Malta preżenti u li jiġġeneraw lil wirtna. Irridu nkunu kapaċi noħolmu biex naraw il-kultura tagħna minn lenti differenti. Kif ġa tafu, ix-xogħol ta’ riġenerazzjoni mibdi mill-Fondazzjoni Valletta 2018 għaddej ġmielu u l-effett pożittiv ġa qed jibda jinħass. Ma nistax ma nsemmix ix-xogħlijiet ta’ restawr tas-Suq tal-Belt, ir-riġenerazzjoni ġewwa Strada Stretta,

8

Festa Madonna tal-Karmnu

Valletta 2016

ir-restawr tal-binja tal-Biċċerija li fil-futur se topera bħala l-Valletta Design Cluster, u l-MUŻA, il-Mużew tal-Arti Nazzjonali li se jkun ġewwa l-Berġa tal-Italja u li ġa kellu konnessjoni malkomunità Beltija permezz tal-proġett Naqsam il-MUŻA. Filfatt wieħed mill-parteċipanti li ħa sehem f’dan il-proġett huwa l-President talGħaqda Festa Esterna, Madonna tal-Karmnu, Julian Vassallo. Apparti x-xogħlijiet ta’ riġenerazzjoni, l-għan tagħna huwa li nagħmlu l-kultura iktar aċċessibli. Qed nagħmlu dak kollu possibbli sabiex dawn il-proġetti li għadni kif semmejt, ikollhom, fil-qalba tagħhom, lill-komunità. Flimkien ma’ sħabi, nistedinkom tipparteċipaw f’attivitajiet kulturali tal-Fondazzjoni Valletta 2018 u tkunu attivi fil-preparazzjonijiet għassena 2018. Flimkien nistgħu nxerrdu l-arti mhux biss ma’ kull rokna tal-Belt Valletta, iżda ma’ Malta kollha. B’hekk inkunu qed intejbu l-livell tal-għixien, mhux biss fil-Belt, iżda malGżejjer Maltin kollha u, fl-istess waqt, inkomplu nsaħħu d-djalogu mal-komunitajiet Maltin, kemm fil-Belt u kemm barra s-swar tagħha. Nixtieq nagħlaq billi nirringrazzja lill-Pirjol Patri Alex Scerri O. Carm tax-xogħol kollu li jagħmel għal komunità tal-Karmnu fil-Belt Valletta, kif ukoll għall-appoġġ li dejjem ta lili u lil sħabi.

Nerga’ nappella, għal darb’oħra, biex tingħaqdu magħna waqt l-attivitajiet kulturali tagħna u biex ma toqogħdux lura. Din iċ-ċelebrazzjoni hija tagħkom. Minn qalbi nawguralkom festa mill-isbaħ!


450 Sena mit-Twelid ta’ Santa Marija Maddalena de’ Pazzi, Karmelitana

Il-Verġni Mqaddsa Marija fil-Ħajja u t-Tagħlim ta’ Santa Marija Maddalena de’ Pazzi Patri Charlò Camilleri O.Carm.

7 ta’ Settembru 1590, lejlet il-Bambina, Santa Marija Maddalena de’ Pazzi, mitlufa f’estażi tara r-ruħ ta’ ommha Marija di Lorenzo Buondelmonti, fis-sema, sabiħa ħdejn il-Verġni Marija. Skont il-qaddisa ommha kellha l-grazzja fis-sema toqgħod ħdejn il-Verġni Marija, mhux biss għax kien jisimha għaliha u kellha devozzjoni kbira lejn il-Madonna imma wkoll għax kienet twaqqaf kull fejn tmur Fratellanzi tar-Rużarju. Mingħand ommha tgħallmet din id-devozzjoni tar-rużarju u bħalha, l-qaddisa kienet sa minn ċkunitha tgħallem lill-fqar u l-illitterati fil-fidi t-talba tas-Sliema u l-Qaddisa flimkien mal-katekiżmu. Il-preżenza ta’ Marija f’ħajjitha kienet waħda importanti u mhux b’kumbinazzjoni li l-Ewwel Tqarbina rċevietha wkoll nhar il-25 ta’ Marzu 1576, festa talLunzjata. Bħal f’Marija dakinhar il-Verb ta’ Alla ngħaqad fi żwieġ mistiku ma’ Caterina de’ Pazzi (kif kien jisimha l-qaddisa qabel saret Karmelitana). Mhux ta’ xejn lanqas li isimha bħala reliġjuża kien Maddalena del Verbo Incarnato, jiġifieri, “Maddalena tal-Kelma li saret Bniedem”. Il-qaddisa tagħna twieldet nhar it-2 ta’ April 1566 mill-familja nobbli u importanti de’ Pazzi li kellha influwenza mhux żgħira fil-ħajja politika u soċjali ta’ Firenze li baqgħet magħrufa għall-Congiura dei Pazzi kontra Giuliano dei Medici nhar l-Għid waqt il-quddiesa. Fil-familja de’ Pazzi nsibu wkoll il-figura qaddisa tal-Beata Caterina de’ Pazzi, soru Franġiskana li mietet fl-età ta’ 29 sena. Fis-seklu 16, Camillo Geri de’ Pazzi, missier il-qaddisa tagħna kien igawdi rispett kbir mill-familja de’ Medici u ntgħażel ukoll bħala kummissarju u gvernatur tal-Gran Duka. Camillo żżewweġ lil Maria di Lorenzo

Buondelmonti nhar l-1 ta’ Ottubru 1559 u minn dan iż-żwieġ titwieled il-qaddisa tagħna li filmagħmudija ngħatalha l-isem ta’ Caterina. Sa minn tfulitha ddistingwiet ruħha għall-ġibda lejn Alla u l-ħwejjeġ qaddisa, speċjalment fittaħdita intima ma’ Alla fit-talb u l-meditazzjoni u l-ħarba mill-frugħat tal-ħajja nobbli li kienet imdawra bihom, minkejja li kemm ommha u missierha kienu nies devoti u nsara twajba. Kienet tingħata b’ruħha u ġisimha għall-karità u l-għemejjel tal-ħniena. Bħala tfajla nobbli rċeviet l-edukazzjoni tagħha għand is-Sorijiet Cavalieresse di Malta, li nafuhom bħala s-Sorijiet ta’ Santa Ursola. Fil-Monasteru tal-Cavalieresse rċeviet l-Ewwel Tqarbina u ftit wara għamlet il-vot tal-verġnità. Nibtet fiha sa minn ċkunitha s-sejħa għall-ħajja reliġjuża u ssieħbet malKarmelitani. F’Mejju tal-1584 kellha tagħmel il-professjoni reliġjuża b’urġenza minħabba marda, aktarx tuberkolożi, li wasslitha f’xifer il-mewt. Minn dakinhar sal-1590 “sofriet” esperjenzi mistiċi qawwija li baqgħet magħrufa għalihom bħala l-akbar estatika fl-istorja tal-Knisja. Minn dawn is-sitt snin ħarġu l-manuskritti mimlija bid-duttrina mistika talqaddisa miġbura minn fommha stess waqt ittaħdit tal-estażijiet. L-għerf u l-profondità li joħroġ minn dawn il-manustkritti huwa tassew impressjonanti meta tqis li f’dan il-perjodu kellha minn 18 sa 24 sena u wkoll li qatt ma studjat teoloġija u filosofija! Ta’ min isemmi iżda l-qari assidwu li kienet tagħmel u wkoll il-formazzjoni soda li ngħatat fil-monasteru mill-konfessuri u l-predikaturi li tagħhom għad għandna miżmuma b’għożża t-traskrizzjonijiet tal-konferenzi. Il-Kitbiet mistiċi tagħha jistgħu jinqasmu fi tnejn: 1) Mill-1584 sal-1585: Għarfien tal-misteru tal-grazzja u espożizzjoni Festa Madonna tal-Karmnu

Valletta 2016

9


kollha dawl tal-misteri ta’ Alla u 2) mill-1585 sal-1590 Għarfien profond tal-misteru talħażen u espożizzjoni tal-qagħda mwegħra li fiha ninsabu personalment u kollettivament f’dinja u Knisja li tinsab ’il bogħod minn Alla. Tikteb ittri mqanqla lill-Papiet u nies influwenti għar-riforma urġenti tal-Knisja. Il-bqija ta’ ħajjitha sal-1607 għaddiethom fil-moħbi u s-skiet kontemplattiv taqdi lil ħutha s-sorijiet u lil kull min kien iħabbat il-bieb tal-Monasteru għall-pariri tagħha, fosthom Maria de Medici li ġiet imżewġa kontra qalbha mas-Sultan ta’ Franza Enriku IV. Kellha għal qalbha r-riforma tal-Knisja u kienet iżżomm ruħha aġġornata fit-taqlib tax-xiżmi li fflaġellaw il-Knisja filĠermanja, Franza, l-Ingilterra u l-bqija. Għal kulħadd hija kienet tassew omm spiritwali u d-diliġenza tagħha speċjalment fil-konfront talfoqra u l-morda kienu tassew eżemplari, hekk li bosta kienu jqisuha omm spiritwali u materjali. Mietet nhar il-25 ta’ Mejju 1607 wara żmien ta’ tbatija ġewwenija, fiżika u mentali li waħħditha għal kollox ma’ Kristu Msallab li jgħajjat: “Alla

L-istatwa tal-Madonna tal-Karmnu li f’riġlejha għamlet il-Professjoni Santa Marija Maddalena de’ Pazzi

10

Festa Madonna tal-Karmnu

Valletta 2016

tiegħi, għaliex tlaqtni?” Il-fama tal-qdusija tagħha xterdet mill-ewwel u sena wara saret l-eżumazzjoni tal-fdalijiet fejn ġisimha nstab sħiħ, kif għadu sa llum. Ġiet beatifikata millPapa Urbanu VIII nhar it-8 ta’ Mejju 1626 u kanonizzata mill-Papa Klement IX nhar it-28 ta’ April 1669. Il-Papa Benedittu fl-2007 kif ukoll il-Papa Franġisku f’din is-sena li qed infakkru l-450 anniversarju tat-twelid, għarfuha bħala “Għalliema tal-Ħajja Spiritwali”.

Fil-ħames volumi għanja b’kitbet u tagħlim siewi għall-ħajja tar-ruħ, tidher b’mod diskret imma qawwi l-preżenza ta’ tal-Verġni Marija. Nistgħu ngħidu li d-devozzjoni li rċeviet mingħand ommha fil-familja, kibret fiha f’ħajja Marjana hekk kif din misset mal-Karmelu. Fil-familja ddistingwiet ruħha mill-frugħat tan-nobbiltà li nsibu fl-iktar familja importanti ta’ Firenze wara dik tal-Medici. Għal din l-istmerrija hija kienet tiġi mwaqqgħa għaċ-ċajt u ż-żufjett. Biex tibqa’ soda fil-fehma tagħha li tingħata għallġid li jibqa’ għal dejjem hija ntefgħet quddiem xbieha tal-Madonna li kellhom fil-Palazz u ntelqet f’idejha kważi b’att ta’ konsagrazzjoni jew affidament. Il-Preżenza ta’ Marija kellha tibqa’ ssaħħaħ il-ħajja spiritwali ta’ Maddalena fil-mixja tagħha wara Kristu. Maddalena kienet fil-fatt tqis li ħadd ħlief il-Verġni Marija ma wassluha lejn il-Karmelu u “kif hi wasslitha lejn il-Ħajja Reliġjuża fid-Dar tagħha, hekk hi issa riedet tirċievi minn Marija l-grazzja li tifhem irRieda ta’ Alla u l-grazzja li twettaqha”. U tassew donnu li kienet Marija li akkumpanjata filKarmelu. Hija bdiet l-esperjenza fil-monasteru fil-Vġili ta’ Santa Marija, bdiet il-postulantat filfesta tal-Immakulata Kunċizzjoni. Il-Professjoni reliġjuża wkoll għamlitha fuq l-altar talMadonna u iktar tard f’Lulju tal-1587, ġeddet il-Professjoni “f’idejn is-safa ta’ Marija” hija u żżomm idejha ma’ id ix-xbieha tal-Madonna. Naturalment fil-Monasteru Karmelitan iddedikat lil Santa Marija tal-Anġli, hija sabet ħajja Marjana profonda għax il-Karmelu huwa kollu kemm hu Marjan. Hemmhekk hija tgħallmet li kull kunvent Karmelitan huwa “d-Dar ta’ Marija”. Maddalena kienet tħobb issejjaħ il-kunventi Karmelitani bħala “t-tabernaklu” li jżomm fih il-preżenza ħajja talMadonna. Kull filgħodu mal-offerta lit-Trinità


Qaddisa tal-ġurnata hija kienet ukoll tintelaq f’idejn Marija. Ta’ spiss kienet tħoss li l-Karmelu huwa mħares taħt il-mant tal-Verġni Marija u allura l-Karmelitani kellhom id-dmir li ma jaċċettaw lil ħadd fosthom li jista’ jtebba’ l-isem tajjeb tad-Dar ta’ Marija, imma jfittxu li jikbru fil-virtujiet tas-Sidt tagħhom: l-Umiltà, il-Faqar, u l-Imħabba. Għall-Maddalena l-Madonna hija l-għaxqa tat-Trinità u l-aspirazzjoni tal-Profeti u n-nies ġusti, għax minnha kellu jitwieled Kristu l-Messija.

Misteru kbir li kien għal qalb il-Maddalena, kien dak tat-Tħabbira tal-Mulej lil Marija għax fih hija tara mhux biss l-għaqda mistika tal-Verġni Mbierka ma’ Ġesù l-Iben ta’ Alla magħmul bniedem, iżda wkoll l-għaqda tal-Umanità kollha mad-Divinità. F’Marija għalhekk iseħħ dan iż-żwieġ mistiku bejn Alla u l-Bniedem, żwieġ li jġib is-Sliem li huwa Kristu. Għal dan ilmisteru Marija kienet imħejjija sa mill-eternità mit-Trinità Qaddisa sabiex il-Verb jinżel fiha u jitlaħħam minnha u hekk jittrasformaha, jiddivinizzaha. Hija għalhekk l-ewwel waħda li ħadet sehem mill-frott tal-fidwa u s-salvazzjoni. Il-milja tal-fidwa sseħħ fuq is-Salib. Hemmhekk Marija wkoll hija preżenti ma’ Ġesù u kif fitTħabbira laqgħet il-Verb Divin hekk taħt isSalib hija tinfetaħ ħalli tilqa’ lilna l-bnedmin. F’waħda mill-esperjenzi mistiċi tagħa hija tara lil Marija ġġorr fi ħdanha lil Ġesù Bambin li mbagħad jinbidel f’Ġesù Mejjet. Marija Omm Alla fit-Twelid issir bl-istess mod l-Addolorata li qalbha tinfetaħ biex tilqagħna lilna li tajniha lura lil Ġesù mejjet wara li hi tatulna ħaj. Għal Maddalena Marija ssir għalhekk mhux biss ommna, imma wkoll ħabiba tagħna li timxi magħna fil-ħajja ta’ dixxipli.

Dan Marija tagħmlu bi ħniena u grazzja kbira. Hija spiss issejħilha l-Omm tal-Ħniena għallimħabba u l-għożża kbira li biha hija tgħożżna. Xi mindaqqiet hija taraha fl-estażijiet tagħha, idejha miftuħa beraħ biex tilqgħana fi ħdanha u tfarraġna billi toffrielna l-Ħniena ta’ Alla

li hu Ġesù Kristu. Għall-Maddalena l-ħniena Marija turiha magħna meta tħaddem fina l-għaqda ma’ Alla u r-rabta mal-Knisja li tagħha hija l-Omm, permezz tas-safa tal-qalb li hi tagħtina. Ġesù fl-Evanġelju jgħallimna li dawk li huma safja f’qalbhom jaraw lil Alla. Għalhekk Marija fl-esperjenza mistika tal-Maddalena hija dik li tagħtina s-safa tal-qalb tagħha biex inkunu nistgħu tassew nilqgħu lil Kristu fina u nintrabtu ma’ Alla. Naturalment din is-safa ta’ Marija mhijiex tagħha, imma ġejja minn Alla. Hi mlibbsa biha u tara kif tagħmel biex tlibbisna b’din l-istess safa tagħha.

Il-Madonna tagħti l-velu abjad tal-purità lil Santa Marija Maddalena de’ Pazzi

Nistgħu ngħidu tassew li Marija Maddalena de’ Pazzi għexet ħajja tassew Marjana fl-għaqda tagħha ma’ Kristu għax hi libset l-istess ħajja u spirtu ta’ Marija, li wassalha sal-quċċata talgħolja tal-perfezzjoni nisranija.

Festa Madonna tal-Karmnu

Valletta 2016

11


Birkirkara u l-Madonna tal-Karmnu It-Tieni Parti (1800 - 1899) Winston L. Zammit B.A. (Hons) P.G.C.E. M.A.

Din is-sena se nkomplu mal-artiklu tas-sena l-oħra u nitkellmu fuq id-devozzjoni lejn il-Madonna talKarmnu fir-raħal ta’ Birkirkara Fil-Kolleġġjata Elenjana mibnija bejn l-1727 u l-1745, hemm artal iddedikat lill-Madonna talKarmnu.

3. Li l-imsemmija Fratellanza kellha ta’ kull sena tiċċelebra l-festa tal-Madonna tal-Karmnu, fil-Ħadd ta’ fuq is-16 ta’ Lulju ta’ kull sena.

Fl-1805, Mikiel Pace li kien il-Prokuratur talartal tal-Madonna tal-Karmnu għamel rikors lill-Isqof Labini. Fih semma li kienet żdiedet ħafna d-devozzjoni tal-poplu ta’ Birkirkara lejn il-Madonna tal-Karmnu. Billi kienet ix-xewqa ta’ Mikiel Pace u ta’ ħafna devoti li jżommu ħajja din id-devozzjoni singulari, kienu ddeċidew li jwaqqfu Fratellanza taħt it-titlu tal-Madonna tal-Karmnu fl-imsemmi artal, skont l-istatut li kienu qed jippreżentaw lill-Mons. Isqof.

Il-Kurja wara li rċeviet dan ir-rikors, fil-5 ta’ Ġunju 1805, ordnat li jingħata lill-Kan. Prepostu Dun Pietru Pawl Micallef, biex jagħti l-parir tiegħu. Ir-risposta tal-Preposta Micallef li ġġib id-data tat-8 ta’ Ġunju 1805, kienet favorevoli. Għaldaqstant nhar it-8 ta’ Lulju 1805, l-Isqof Labini waqqaf il-Fratellanza tal-Madonna talKarmnu fil-Kolleġġjata Elenjana1 .

Il-Fratellanza tal-Madonna tal-Karmnu Fis-seklu dsatax id-devozzjoni lejn il-Madonna tal-Karmnu, kompliet tissaħħaħ bit-twaqqif talFratellanza tal-Madonna tal-Karmnu, fl-istess Kolleġġjata.

Fl-istess rikors, talbu lill-Mons. Isqof biex jagħtihom l-Kunsens tiegħu, u li jikkonferma l-istess statut, billi jżid dak kollu li l-Eċċellenza Tiegħu kien iħoss li hu ta’ vantaġġ u ta’ utilità għall-istess Fratellanza. L-Istatut Fl-istatut anness mat-talba ippropona dawn l-affarijiet:

Mikiel

Pace

1. Li kull fratell fid-dħul tiegħu kellu jħallas 15il tari, 4 tari kull sena. Dawn il-fondi kellhom jintużaw għall-manteniment u l-ispejjeż talFratellanza; 2. Li l-fratelli kellhom jilbsu konfratija bajda, u muzzetta vjola, bil-buttuni suwed; 12

Festa Madonna tal-Karmnu

Valletta 2016

4. Li l-imsemmija Fratellanza kellha tieħu sehem fil-Purċissjonijiet li kienu jsiru millKolleġġjata Elenjana u f’dawk tal-Fratellanzi l-oħra, kellhom jieħdu sehem fil-purċissjoni li din il-Fratellanza kienet sejra tibda tagħmel fil-Ħadd fl-Ottava tal-festa tal-Madonna talKarmnu.

Il-Fratellanza u l-Prokuratur tagħha Mill-atti tal-Vista Pastorali tal-1849, nafu li l-Prokuratur tal-Fratellanza kien Luigi Purtanier. Mill-istess Viżta nafu li l-Fratellanza kienet tagħmel purċissjoni fil-Festa talKarmnu2. Fl-1866 il-Prokuratur kien Mastru Giuseppe Sammut3. Fis-26 ta’ Novembru 1890, l-Arċisqof Pietru Pace ħatar lill-Kanonku Teologu Dun Alwiġ Debono bħala Prokuratur tal-Fratellanza.4

L-Artal tal-Madonna tal-Karmnu Il-Fratellanza kienet tieħu ħsieb il-kappella u l-artal tal-Madonna tal-Karmnu. Fl-1878 a spejjeż ta’ Rożina Attard il-paviment talkappella u t-taraġ tal-artal ġew miksija blirħam5, filwaqt li fl-1886, l-artal inbidel u sar


tal-irħam a spejjeż ta’ Kalċidonja Casha. Fl-1897 il-pittur Venuti pitter il-koppla u l-lunetti6 Referenzi 1 (A)rkivju (K)urja (A)rciveskovili, Suppliche 1786 -1808, Suppliche Vol II, f.784v-785r, 785 2 Arkivju Katidral Malta, Document Volume Unico della Prima Vista Pastorale de Mons Sant, 1849, f207v, 208r 3 A.K.A suppliche 1866 f’331. 4 Ara ritratt tal-lapida li hemm fil-kappella tal-Madonna tal-Karmnu 5 Ara ritratt tal-lapida li hemm fil-kappella tal-Madonna tal-Karmnu 6 V. Buhagiar, Tagħrif fuq il-Bażilika ta’ Sant’Elena f’Birkirkara (1984) p431

L-Artal iddedikat lill-Madonna tal-Karmnu fil-Kolleġġjata ta’ Sant’Elena f’Birkirkara

13, St John’s Street, Valletta Tel: 2713 7491

Hypnos-Vitafoam Mattresses Hypnos Vitafoam AC Calleja 334, St Paul Street, Valletta Tel: 2123 8163 Vitafoam Factory Industrial Estate, San Ġwann Tel: 2148 4992/3 Marsa Stores Tel: 2123 9817 Mob: 7923 9817

Festa Madonna tal-Karmnu

Valletta 2016

13


Amadeo Preziosi

200 sena mit-twelid ta’ artist Belti li bilkemm jissemma fl-istorja tal-arti lokali Fabian Mangion B.A., S.Th. Lic. L-istorja tal-Arti Maltija fiha ħafna sorpriżi. Waħda minn dawn hija l-figura tal-artist Malti li kiseb fama f’Istanbul, fi żmien meta din ilbelt kienet il-qalba ta’ imperu kbir, l-Imperu Ottoman. Dan il-bniedem hu aktar magħruf fi Franza u l-Ingilterra milli fit-Turkija u f’pajjiżu, Malta.

Amadeo Preziosi huwa meqjus bħala wieħed millpitturi l-aktar ċelebri fl-akkwarella tas-seklu dsatax. Ismu, għalkemm bilkemm jissemma flistorja tal-arti lokali, kien mifrux b’mod wiesa’ fil-Lvant fejn kien hemm konċentrazzjoni ta’ bosta artisti mogħnija bit-talent li kienu ġew mill-Ewropa. Victor Champier (1851-1929),

kritiku tal-arti kontemtemporanju, jiddikjara li, minn fost l-artisti tal-Bosforu, Preziosi kien “l-unika wieħed li ta ħajja lis-sigrieti tal-kulur fl-orizzont ta’ Istanbul.”1

Din l-iskoperta ta’ Champier ma ħaditx lid-dinja b’ħasda. F’Pariġi, Preziosi kien diġà tfaħħar bħala “pittur Taljan kbir” ta’ dixxendenza Franċiża, filwaqt li fil-Bosforu stess, it-Torok kienu jqisuh bħala tagħhom. Il-bijografu, Gulserem Ramazangolu, sostna li matul il-ħajja tiegħu, Preziosi “sinċerament aġixxa bħala Tork u rnexxielu jkun wieħed minnhom.” Adolphe Thalasso, kritiku ieħor tal-arti, kien tal-istess opinjoni. Fil-fatt, fil-ktieb tiegħu L’Art Ottoman: Le Paintres de Turque, ippubblikat f’Pariġi fl1912 huwa inkludieh fil-lista ta’ pitturi Torok.2

Iben il-Belt Valletta Madankollu, Amadeo Preziosi kien Malti. Huwa twieled fit-2 ta’ Diċembru 1816 millKonti Giovanni Francesco Preziosi3 u Margerita mwielda Renò4. Huwa kien ġie mgħammed flistess jum fil-Knisja Parrokkjali ta’ Sidtna Marija Porto Salvo fil-Belt Valletta minn Dun Ġwann Battista Grech, Kappillan tal-Parroċċa tanNaxxar.5 Fil-fonti, dan l-ewwel wild,6 ġie mogħti l-ismijiet ta’ Aloysius, Rosarius, Amadeus, Raymondus u Andreas iżda missieru pprefera li jsejjaħlu Amadeo, probabbilment b’rispett lejn ir-Re Vittorio Amadeo II ta’ Sardinja u Duka ta’ Savoia.7 Il-parrini fil-Magħmudija kienu l-Konti Luigi Preziosi u Modesta Renò.8

Il-Konti Amadeo Preziosi (1816 – 1882)

14

Festa Madonna tal-Karmnu

Valletta 2016

Ir-reġistrazzjoni tal-Magħmudija ta’ Amadeo Preziosi mill-Arkivju Parrokkjali tal-Parroċċa ta’ Porto Salvo u San Duminku tal-Belt Valletta


Ftit li xejn huwa magħruf dwar il-ħajja bikrija ta’ Amadeo. Skont xi rakkonti tal-familja kemm hu, kif ukoll ħuh Leandro, kienu mogħnija b’talenti straordinarji. Fil-fatt, Leandro kien dotat fix-xjenza b’mod partikolari fil-fotografija li, f’dik il-ħabta, kienet xi ħaġa ġdida fl-Ewropa kollha. Amadeo kien aktar inklinati lejn l-arti tradizzjonali. Hu ħabb l-istudju tal-lingwi u l-letteratura iżda kellu wkoll interess fit-tpinġija u d-disinn. Hu qatta’ sigħat twal jipprattika firritratt statiku u fil-perspettiva. Giuseppe Hyzler, l-għalliem tiegħu li kien pittur ferm apprezzat f’Malta, bosta drabi kienet jibqa’ impressjonat bil-preċiżjoni tad-dettalji tiegħu u bil-ħeffa li biha huwa kien jiddisinja u jpinġi l-uċuħ. 9

Minkejja dan, il-pittura kienet l-aħħar ħaġa li l-Konti Giovanni Francesco kien irrakkomanda lil ibnu għall-karriera. Amadeo kien werriet ta’ titolu li rekwiżiti għalih kienu ogħla minn kull tip ta’ parteċipazzjoni fix-xogħol li jagħmluh ħaddiema baxxi. Barra minn hekk, kienet għadha kkonsidrata bħala l-prerogattiva talmissier nobbli li jiddeċiedi hu l-futur tal-ewwel iben tiegħu u effettivament hu ma kienx lest li jippermetti lill-iben bit-titlu jikser tradizzjoni twila tal-familja bħala amministraturi tal-istat.

Kien, għalhekk, biss naturali għall-Konti Giovanni Francesco li jinsisti fuq ibnu Amadeo li jagħżel karriera ta’ stima.10 Għal dan il-għan, Amadeo ntbagħat l-Università ta’ Malta minn fejn iggradwa fil-ġurisprudenza u wara offra li jimla post importanti fis-sistema amministrattiva ġdida introdotta minn Sir Thomas Maitland.

Il-missier xtaq li jibgħat lil ibnu Amadeo jistudja l-Liġi f’Sorbonne. Madankollu, Amadeo, ma kellux l-istess opinjoni ta’ missieru. Huwa qies lilu nnifsu matur biżżejjed u tant ieħor għani biex jiddeċiedi għalih innifsu l-għamla ta’ ħajja li ried jgħix. L-akkwarelli tiegħu, bħal dawk ta’ Schranz u Bellanti, li kienu kontemporanji tiegħu, tawh aktar sodisfazzjon minn elf diskors elokwenti fil-hanut tax-xorb. Aktar minn kollox, hu kien iħobb jgħix ħajja bla nkwiet ta’ xejn u bħall-antenati tiegħu, li kienu korsari, l-ġibda għall-ivvjaġġar u għall-avventura kienet fih bħal tqanqila naturali.

Franza L-ewwel vjaġġ ta’ Amadeo barra mill-pajjiż ħadu lejn Pariġi. Għalkemm mhuwiex magħruf meta dan il-vjaġġ seħħ, hu probabbli li huwa kien akkumpanjat minn ħuh Leandro, magħruf ukoll bħala Alessandro.

F’Pariġi, l-aħwa Preziosi marru għal triqthom. Leandro sfoga fil-fotografija taħt il-gwida taċċelebri Lemaitre. Aktar tard, huwa ġie lura Malta fejn fetaħ l-ewwel studju fotografiku.11 Amadeo ssieħeb fl-École des Beaux-Arts12 u fil-pront ġie mxierek fl-interess muri fil-ħajja kontemporanja l-aktar permezz tal-artisti Honoré Daumier13 u Gustave Caurbet (1819 – 1877).14 Għal sentejn sħaħ f’din l-Akkademja, huwa pperfezzjona l-ħiliet tiegħu fid-disinn tal-figura umana u b’hekk akkwista biżżejjed finezza fit-teknika tal-pittura. Dan il-perjodu qasir f’Pariġi saħħaħ fi Preziosi l-filosofija tal-arti. Amadeo kien min-natura tiegħu artist tal-iskola romantika, influwenzat ħafna mill-arti konvenzjonali ta’ Giuseppe Hyzler, l-għalliem bikri tiegħu. Huwa kien, madankollu, miftuħ għal ideat ġodda ta’ artisti Pariġini żgħażagħ, li għalkemm rivoluzzjonarji fit-tendenzi ġodda tagħhom ta’ romantiċiżmu, qasmu miegħu l-ħsieb neoklassiku tal-arti. Huma kkonvinċewh li r-reqqa u l-eżattezza jiffurmaw il-bażi ta’ kull teknika fit-tpinġija. B’hekk huma qarrbuh lejn twemmin artistiku antik li l-bniedem u l-aspetti kollha tal-ħajja kienu s-sors ta’ ispirazzjonijiet artistiċi. Meta temm l-istudji tiegħu fl-École des BeauxArts, Amadeo reġa’ lura Malta. Fil-gżira sab taqlib politiku mhux żgħir: il-qgħad kien kiber, politiċi Maltin kienu ansjużi, u d-drittijiet talMaltin kienu qed jiġu abbużati u misħuqa millamministraturi Brittaniċi ġodda. Għaldaqstant, huwa ma sabx f’Malta l-ambjent mixtieq millartist u, biex tgħaxxaq, kellu wkoll jitħabat malantagoniżmu li missieru kien għad kellu lejn l-arti, li ma wera l-ebda sinjal ta’ ndiema.15

Konsegwentement, Amadeo, ma kien fadallu l-ebda għażla oħra ħlief dik li jfittex xi mkien ieħor, ambjent ’l bogħod mill-influwenza ta’ missieru u li, fl-istess waqt, jkun aktar jaqbel ma’ Festa Madonna tal-Karmnu

Valletta 2016

15


dak li jħobb hu u għall-gosti tiegħu. Hu għażel li jħalli l-gżira u jimxi lejn il-Lvant, qasam li kien imfaħħar mill-artisti kollegi tiegħu f’Pariġi. Issena tat-telaq tiegħu minn Malta għal Istanbul mhix magħruf, iżda huwa maħsub li kienet bejn l-1840 u l-1842.16

It-Turkija It-tpinġijiet l-aktar bikrija tiegħu ta’ Istanbul, juru d-data ta’ Novembru 1842.17 Sentejn wara, fl-1844, Preziosi kien ġie kkummissjonat minn Robert Curzon, is-segretarju privat tal-Ambaxxatur Brittaniku f’Istanbul, Lord Stratford Canning, l-Ewwel Viskonti Stratford de Redcliffe, biex jifformula album bl-isem Costumes of Constantinople.18 Wara, u għallgħaxar snin li segwew, il-kittieba tal-bijografija tiegħu jaħsbu li hu seta’ għex ħajja nomada, jiġifieri jivvjaġġa bejn Pariġi u pajjiżi differenti tal-Lvant.19 Fl-1854 jidher li hu stabbilixxa ruħu f’Kostantinopli u waqaf permanement f’dik ilbelt.

Għażla tax-xogħlijiet bikrija tiegħu ġiet ippubblikata fl-1858 mil-litografu Franċiż Lemencier f’album li jġib l-isem Stamboul Souvenirs d’Orient. Dan kien jikkonsisti fi tmienja u għoxrin litografija li kienu bħal kampjun rappreżentattiv tal-komunità multikulturali ta’ Kostantinopli. Fost dawn, The Boatmen, The Loaf Vendors, The Porter, The Public Letter Writer, The Cup of Coffee, Water Carrier, u Sweetmeat Shop, tant kienu straordinarji li frekwentement kienu jiġu riprodotti f’kartolini u kalendarji madwar it-Turkija kollha.20 Preziosi żżewweġ lil Iphygenie Merchant, mara Griega minn Istanbul, u kellhom erbat itfal: Mathilde, Giulia, Caterina u Roberto.

Preziosi kien profiċjenti fil-lingwi tar-reġjun, jiġifieri l-Grieg u t-Tork, kif ukoll il-lingwi prinċipali Ewropej bħall-Ingliż, il-Franċiż u t-Taljan. Huwa ħadem bħala deputat draguman tal-Ambaxxata Ingliża kif ukoll bħala l-ewwel draguman tal-legazzjoni Griega. L-Eġittu Fl-1862, flimkien mal-ħabib tiegħu Du Bo, l-Ambaxxatur Olandiż, Amadeo żar l-Eġittu. Il16

Festa Madonna tal-Karmnu

Valletta 2016

vjaġġ kien wieħed memorabbli għaliex kemm hu kif ukoll Du Bo, li kien ekoloġista, ħadu nota ta’ siti fuq ix-xmara Nil li llum huma estinti. Kieku ma kienx għall-illustrazzjonijiet ta’ Preziosi, l-għarfien għal ċerti gruppi etniċi, li llum spiċċaw, setgħu baqgħu mhux magħrufa għaċ-ċiviltà. Il-Camel Caravans u Camel Drivers flimkien ma’ The Hashish Dealers at the Murustan Market u The Dervish Selling Arms huma eżempji eċċellenti tal-bravura u l-ħila ta’ Preziosi u sieħbu li impenjaw ruħhom u kienu lesti li jħabbtu wiċċhom ma’ perikli u moħqrija f’dawk ir-reġjuni mbiegħda u mhux magħrufa tal-Lvant Nofsani.21

F’dik l-istess sena 1862, ġie ppubblikat t-tieni album tiegħu taħt l-isem ta’ Souvenir de Caire li fih jidhru l-aqwa avventuri tiegħu f’Kostantinopli u fil-Kajr.22

Lura fit-Turkija Din l-avventura fl-Eġittu kellha rwol deċiżiv fuq il-karattru umanitarju ta’ Preziosi. Hekk kif reġa’ lura lejn it-Turkija, huwa fittex li jgħix f’post fejn seta’ jkun qrib lejn dawk anqas ixxurtjati minnu. Għalhekk, hu mar lejn Yesilkoy, subborg ’l bogħod, u li ma kienx wisq maqtugħ mill-kuntatti Ewropej. Hemm hu stabbilixxa r-residenza ġdida tiegħu fi Triq Hamalbaşi Sabagi, fir-reġjun tal-Pera,23 fejn kien hemm il-Konsulat Brittaniku. Huwa waqqaf ukoll l-bottega permanenti tiegħu li fiha ddedika ħafna mill-ħin ipitter il-kobor tal-Torok u l-manjifiċenza tal-passat tagħhom.

Din il-bottega kienet spiss iffrekwentata minn turisti li jkunu jixtiequ jirritornaw lejn djarhom b’tifkira ta’ Istanbul. Fost il-mistednin tiegħu, f’April 1869, kien hemm Albert Edward, Prinċep ta’ Wales,24 u l-għarusa tiegħu l-Prinċipessa Alexandra Christina. Huma żaru l-bottega talartist u xtraw diversi akkwarelli mingħandu.25 Lura Malta Bejn l-1863 u l-1869 Amadeo żar Malta millinqas darbtejn. Ittra indirizzata lil ħuh Leandro, tirreferi għall-“jiem ta’ kuntentizza” li għadda fil-gżira. F’dik l-okkażjoni huwa ppreżenta lil ħuh stampa minjatura ta’ martu li magħha jidher li ma kellux relazzjonijiet eċċellenti.


F’dawn il-vjaġġi lejn art twelidu, Amadeo ġeneralment kien jagħmel waqfiet f’Ateni u f’Pariġi fejn jingħad li kellu kuntatti ma’ litografi interessati fil-pubblikazzjoni ta’ pitturi tiegħu. Għandu jiġi nnutat li Preziosi kien ħerqan ħafna fuq it-tip ta’ teknika użata fir-riproduzzjonijiet tat-tpinġijiet tiegħu. Fl-1858, meta kien ippubblikat l-ewwel album tiegħu mal-famuż litografu Pariġini Lemecier fejn hu stess kien issorvelja x-xogħol biex jassigura li l-litografiji jagħtu kreditu lill-reputazzjoni tajba li kien bena.

Ir-Rumanija F’Ġunju tal-1868, Preziosi interrompa waħda minn dawn il-vjaġġi ta’ negozju lejn Pariġi biex ikun jista’ jmur Bucharest. Bucharest kienet ġenna orjentali oħra u ma setax jirreżisti l-istedina li kienet saritlu mill-awtoritajiet għolja ta’ dik il-belt. Ir-Rumanija dejjem affaxxinatu u sabiex jirreġistra ħafna minn dak li hu ra, kuljum ħadem iebes biex ipproduċa minn ħames sa sitt abbozzi fi tliet jew erba’ sigħat imdawla bix-xemx.

Bħal dejjem, is-suġġett favorit tiegħu kienu n-nies. Dawk sempliċi u oppressi dejjem ħadu prominenza fil-pitturi kollha tiegħu u sew jekk kienu bejjiegħa tal-monti, nisa tat-triq jew sewwieqa tal-iġmla, kienu dejjem ippreżentati b’bixra ferrieħa li kienet tant karatteristika firrazez maħqura tal-Lvant.26

The Bucharest Fishmarket hija waħda mill-aħjar pitturi fuq ir-Rumanija. Hija tirrappreżenta l-istorja ta’ poplu fejn it-trobbija u t-tbatija mhumiex riflessi fit-tikmix tal-uċuħ tal-irġiel iżda fil-vivaċità ta’ disinji kumplessi fuq ilkriepet tan-nisa. Żewġ pitturi ugwalment importanti huma Filaret, li ġġib id-data tal-1 ta’ Lulju 1868, u Obor, bid-data tal-31 ta’ Lulju 1868. Tal-ewwel turi l-veduta mimlija ġmiel ta’ Filaret, subburg ta’ Bucharest, li Preziosi abbozza minn altitudni. L-oħra turi l-fiera tradizzjonali talbhejjem f’Bucharest, u li għaliha jattendu bosta bdiewa minn madwar il-pajjiż kollu. Fuq din ittema partikolari tal-folklor, Preziosi pinġa millinqas żewġ pitturi oħra. It-tnejn li huma kienu ġew esegwiti waqt iż-żjara tiegħu f’Buzau. Waħda hija msejħa Dragaica. Din hija purament

kompożizzjoni kkulurita li turi l-eċitament talbdiewa waqt il-fiera. L-oħra hija Returning from the Buzau Fair li, skont xi kritiċi tal-arti, Preziosi hawn seta’ kien influwenzat minn pittura simili bl-isem Return From the Fair at Flagey impinġija mill-Franċiż Courbet, li Preziosi nnifsu kien jammira ħafna.27

The Bucharest Fishmarket. Xogħol tal-1868

Preziosi għamel it-tieni żjara tiegħu f’Bucharest fis-sajf tal-1869. Fis-29 ta’ Ġunju hu pitter idDimbovita at Radu-Vada li turi x-xmara ġġelben tul id-Distrett ta’ Tabacu. Fiha aspett pjuttost baxx tal-ħajja tal-belt. L-element uman huwa, bħas-soltu, evidenti ħafna: bdiewa għajjiena jagħmlu l-ħasil, dawk li jġorru l-ilma ħerqana jimlew il-bramel tagħhom u l-kurjużi li ma jħobbu jagħlu xejn, dejjem lesti biex iferrxu l-aħbarijiet u jpaċpċu. Iżda l-pittura hija nieqsa mill-qawwa tad-dawl tas-soltu u l-atmosfera ta’ ferħ tant karatteristika ta’ Preziosi. Pittura partikolari, imħollija mhux mitmuma, normalment tiġbed l-attenzjoni ta’ bosta ammiraturi. Hija imsejħa Vidin u ddatata 9 ta’ Ġunju 1869. Fiha, l-orizzont tħalla bil-lapes u l-ftit djar u xi mewġiet li kienu intiżi biex jiffurmaw iċ-ċentru tal-attrazzjoni tagħha kienu maħżuża mingħajr finezza. Il-pittura tista’ ma tfisser xejn għall-kollettur, imma għallkritiku tal-arti tipprovdi minjiera tad-deheb ta’ informazzjoni dwar it-teknika ta’ Preziosi.

Ġeneralment huwa għamel użu mill-akkwarella, imma ż-żejt ma kien ta’ ebda diffikultà. Hu seta’ jagħmel użu minnu bil-faċilità ta’ mgħallem tar-Rinaxximent Taljan. Sunset on the Nile, li kienet esebita fir-Royal Academy ta’ Londra, hija eżempju mill-aqwa tal-pitturi tiegħu biżżejt. L-istess ħaġa jista’ jingħad għan-Naval Battles Scenes li tinsab fit-Topkaki Museum ta’ Kostantinopli. Festa Madonna tal-Karmnu

Valletta 2016

17


Maltese dishes like mama used to at

Maltese Mama Restaurant 19-21, Paceville Avenue, St Julians Tel: 2737 7024 Mob: 7780 5312 www.maltesemama.com

info@badboycleaners.com

Emergency 24 hour T: 9949 3440

T: 2258 2828 Fax: 2132 0459

www.badboycleaners.com

National Road, Blata l-Bajda. HMR9010.

Chillax...It’s clean

Open: 6.30pm onwards (Mon-Sun) Booking is advisable


Xogħlijiet ta’ Amadeo Preziosi 1816 - 1882

The Grand Bazaar f’Istanbul. Impinġija minn Preziosi fit-tieni nofs tas-seklu 19

Pittura tal-1857 turi Albaniżi, merċenarji fl-armata Ottomana

Istanbul Café. Xogħol fl-akkwarella li sar minn Preziosi qrib is-sena 1850

The Silk Bazaar hija biċċa xogħol oħra li Preziosi għamel bl-akkwarella lejn l-aħħar tas-seklu 19

Amadeo Preziosi fil-bottega tiegħu mpittra mill-artist innifsu

L-ewwel ħanut tal-ħelu Haci Bekir f’Bahçekapı, Istanbul

The Spice Sellers impittra minn Preziosi fis-sena 1882

Festa Madonna tal-Karmnu

Valletta 2016

19


Preziosi għadda l-aħħar għaxar snin ta’ ħajtu jaħdem fl-istudju tiegħi fi Triq Hammalbaşi. Beyoglu pprovdielu kollox: simpatija, ħbiberija, divertiment, u l-paċi li hu ma kien jibdel ma’ xejn aktar fid-dinja.

Jindarab u jmut Fis-27 ta’ Settembru, 1882 waqt li kien għallkaċċa fil-kampanja ta’ Yeşilköy, hu mmaniġġa ħażin l-ixkubetta tiegħu waqt li kien qed jgħaddiha lil sieħbu, u l-grillu, aċċidentalment, spara. Skont dak li ġie ppubblikat l-għada f’Levant Herald, ġurnal ta’ Istanbul, “Peziosi ġie midrub b’riżultat tal-isparatura.”28 Il-pittur intilef minn sensih u miet fil-jum ta’ wara.

L-aħbar tal-mewt traġika tiegħu waslet f’Malta inqas minn ġimgħa wara. F’obitwarju li deher fil-ġurnal Il Risorgimento tat-3 ta’ Ottubru, 1882 l-artist popolari Malti Giuseppe Calì kiteb: “Ilgżira ta’ Malta saret taf b’niket liema bħalu li l-Kavallier Amadeo Preziosi kien midrub għallmewt f’Istanbul fis-27 ta’ Settembru 1882 u miet bla ma reġa’ ġie lura f’sensieh. L-artist famuż temm din il-ħajja u ħalla warajh tlett ibniet (Mathilde, Giulia u Catherine) u lil ibnu (Roberto). Aħna naqsmu n-niket tal-familja mġarrba u l-ħbieb tiegħu.” Wara l-mewt mhux mistennija tiegħu, it-tielet album, bl-isem Encyclopédie des Art Decoratifs de L’Orient - Stamboul Moeurs et Costume, u li ġabar fih għażla mill-aktar wiesgħa ta’ xogħlijiet tiegħu ġie ppubblikat immedjatament. Iż-żjara tiegħu fir-Rumanija ġiet irreġistrata fir-raba’ album li juri kemm kien tassew miġbud lejn ilLvant u l-popli tiegħu.

Il-popli wkoll ippruvaw jirreċiprokaw din l-imħabba. Huma attendew il-funeral tiegħu bleluf u ħafna minn kull qasam tal-ħajja, inkluż rappreżentant tas-Sultan u membri distinti tal-missjonijiet diplomatiċi varji f’Istanbul,29 segwew fis-skiet il-korteo funebri tiegħu hekk kif għadda mit-triq dejqa ta’ Beyoglu lejn iċĊimiterju Kattoliku ta’ San Stefano f’Yeşilköy fejn ġie midfun.30 Skrizzjoni sempliċi minquxa fuq il-ġebla taqra: A La Memoire du Comte Amedee Preziosi, ne 20

Festa Madonna tal-Karmnu

Valletta 2016

a Malte le 30 Novembre 1816, decede a San Stefano le 27 Septembre 1882 – ses enfants eplores – priez pour lui. Qabar umli huwa dak li baqa’ jfakkar fil-kobor ta’ dan l-artist Malti li, minkejja l-qagħda politika konfuża li kien hemm dakinhar fil-Lvant, “huwa qatt - kif stqarr Ondes Osman fil-ktieb tiegħu Istanbul: Assigi Ressam Preziosi – ma bill il-pinzell tiegħu fil-kuluri taddemm u tal-vjolenza.”31

Il-qabar fejn ġie midfun Amadeo Preziosi fiċ-Ċiminterju Kattoliku San Stefano f’Yeşilköy

Imfakkar wara mewtu Il-fama tal-Konti Preziosi u x-xogħlijiet tiegħu kienu minsija għal għexieren ta’ snin wara mewtu. Iżda fis-snin 1858, 1863 u 1867, għadd ġmielu ta’ pitturi tiegħu ġew esibiti f’Pariġi u f’Londra.32 F’Bucharest, ix-xogħlijiet tiegħu ġew ippreżentati mill-ġdid lill-pubbliku fl1934, u fl-1985, xi wħud mix-xogħlijiet tiegħu kienu murija f’wirja ddedikata lilu mtellgħa filVictoria u Albert Museum ta’ Londra.33 Fl-2003, wirja oħra ta’ xogħlijiet tiegħu f’Bucharest kienet organizzata mill-Mużew ta’ Bucharest. L-arti ta’ Amadeo Preziosi tinsab sew f’Malta kif ukoll barra minn xtutna. Filwaqt li għad mhux żgħir ta’ xogħlijiet tiegħu jinsabu filkollezzjonijiet privati, xi pittura ta’ dan l-artist tinsab fil-Mużew Nazzjonali tal-Arti fil-Belt Valletta. Fil-fatt, f’dan l-istess mużew, f’April tal-1996 ġiet imtellgħa wirja tal-pitturi tiegħu u b’hekk, il-pubbliku Malti kellu l-opportunità li jara diversi akkwarelli u pitturi li jiffurmaw parti mill-kollezzjoni Nazzjonali u minn kollezzjonijiet privati li normalment, minħabba l-fraġilità tagħhom, ma jkunux esebiti b’mod permanenti.

Amadeo Preziosi ġie mfakkar fil-Konvenzjoni tal-Maltin li jgħixu barra minn Malta u mtellgħa


mill-Ministeru tal-Affarijiet Barranin fl-2010 permezz ta’ wirja inawgurata mill-Onorevoli Dr Tonio Borg, li allura kien Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Affarijiet Barranin.34 Nhar il-25 ta’ Lulju 2012, il-Konsulat Ġenerali ta’ Malta ġewwa Istanbul, it-Turkija organizza ċerimonja ta’ tqegħid ta’ fjuri fuq il-qabar tal-pittur Orientalista Malti, il-Konti Amadeo Preziosi. Il-Konslu Ġenerali ta’ Malta f’Istanbul, Reuben Gauci għamel diskors fuq il-qabar ta’ Amadeo Preziosi fejn fost l-oħrajn qal li “l-imħabba li kellu l-Konti Preziosi għal Istanbul, il-Belt addottiva tiegħu, hija sinjal ċar tal-konnesjoni bejn Malta u t-Turkija. Hekk kif Malta u t-Turkija qegħdin isaħħu r-relazzjoni bilaterali ta’ bejniethom, u hekk kif Malta tixtieq tiġbed lejha turisti u negozjanti Torok, wieħed ma jistax ma jiftakarx li l-ebda Malti ma kellu f’moħħu viżjoni daqshekk ċara tat-Turkija aktar mill-Konti Preziosi li ħalla warajh numru kbir ta’ pitturi ta’ dan il-pajjiż sabiħ.”35 Il-Konslu Ġenerali rrimarka li bħala Malti tipiku, il-Konti Preziosi wera interess fit-turiżmu tant li kien ibiegħ tpinġijiet ta’ Istanbul u l-madwar lil turisti Ewropej li kienu jżuru lil din il-Belt.36

Neħħi lil Kostantinopli mill-bijografija ta’ Amadeo Preziosi u l-ħajja tiegħu u x-xogħol tiegħu immedjatament isiru inkonċepibbli. Ilbelt kapital l-antika tal-Imperu Ottoman hija hekk intimament marbuta mal-akkwarelli u l-litografiji ta’ Preziosi li wieħed jista’ fis jikkonkludi li din il-belt kienet direttament responsabbli biex tagħmlu l-artist li aħna faċilment nirrikonoxxu llum. Ironikament, dan kollu kien magħmul possibbli mill-kunflitt ta’ opinjonijiet bejn Giovanni Francesco, ir-Raba’ Konti Preziosi (il-missier) u Amadeo, il-Ħames Konti Preziosi (l-iben). Preziosi jibqa’ kapitlu prezzjuż ta’ talent Malti esportat. Referenzi: 1 Jista’ jingħad li Malta, ma kienet bl-ebda mod ħielsa mill-faxxinu għall-Orjent li aħna jassoċjaw, aktar minn kulħadd, ma’ Amadeo Preziosi. Fil-fatt, kien hemm artisti oħrajn ibbażati f’Malta li kienu miġbuda lejn il-Lvant tal-Mediterran qabel Preziosi. Fost dawn insemmu lil Antoine de Favrey li waqaf f’Kostantinopli bejn l-1761 u l-1770. Qabel Preziosi, insibu wkoll kemm lil Giuseppe, Antonio, Marguerite u Francesco, aħwa Schranz kif ukoll lil Federico, Francesco u Luigi,

it-tlieta membri tal-familja Brockdorff. (Cutajar, D., “Amadeo Preziosi: Exceptional Artist of the Orient,” fi Treasures of Malta, 2, Easter 1996, p. 9 u Mizzi Paul, “Amadeo Preziosi,” f’Heritage, nru. 42, p. 827) 2 Ibid. Mizzi. 3 Giovanni Francesco kellu rwol għoli flamministrazzjoni lokali u kien irrappreżenta lill-poplu Malti fin-negozjati tat-Trattat ta’ Amiens li kien ġie ffirmat fil-belt ta’ Amiens, fi Franza, fil-25 ta’ Marzu 1802. 4 Margerita Renò kienet ta’ oriġini Franċiża. Iż-żwieġ tagħha ma’ Giovanni Francesco seħħ fl-1813. 5 Grach kien is-sbatax-il Kappillan tan-Naxxar u mexxa lil din il-parroċċa mill-1808 sal-1834. 6 Wara Amadeo, kien hemm żewġ ulied oħra: Leandro u Giuseppe. 7 Fil-fatt, huwa kien imnissel minn familja li kienet emigrat minn Korsika lejn Malta fis-seklu 17. Filbidu tas-seklu tmintax, il-familja ta’ Preziosi kienet waħda mill-aktar għonja. It-titlu ta’ Konti Preziosi kien twaqqaf mir-Re Vittorio Amadeo II ta’ Sqallija u Duka ta’ Savoia li fid-19 ta’ Ottubru 1718, f’Rivoli, bil-motto Pretiosum quod utile, li jfisser ‘Prezzjuż daqsjkemm siewi’. Giuseppe Preziosi, l-Ewwel Konti, imlaqqam “Il Tripolino” imwieled f’Korsika, kien Kaptan ta’ bastiment privat mgħammar bin-nies u bl-armi meħtieġa, biex jiġi wżat bil-permess tal-Gvern kontra xi għadu, l-aktar għall-qbid ta’ dgħajjes merkantili u merkanzija. Hu ġġieled favur id-Duka ta’ Venezja filgwerra ta’ Morea u ġie ppremjat b’pensjoni xierqa u maħtur kavallier fl-Ordni ta’ San Mark ta’ Venezja fl1700. Giuseppe huwa figura ċentrali f’din il-familja u jista’ jitqies bħala l-fundatur tal-fergħa Maltija tagħha. Nisimgħu għall-ewwel darba dwaru f’Malta fis-Sajf tal1702, meta daħal fl-Port il-Kbir bi tliet bastimenti kbar Torok. Huwa kien akkumpanjat minn ħuh Giovanni Andrea Preziosi, u l-ħabib tiegħu Antonio Fournier. Meta fl-1718, forza Spanjola mblukkat Sqallija, l-Ammirall ta’ Sqallija l-Markiż Rivarolo talab għallgħajnuna meħtieġa mingħand il-Gran Mastru Perellos. Il-Gran Mastru bagħat lil Preziosi u dan ipprovda kulma kien meħtieġ biex il-flotta ta’ Sqallija tkun tista’ tkisser l-imblokk Spanjol. Eventwalment, bejn is-snin 1722 u 1729 huwa kien ġie appuntat Secreto tal-Ordni mill-Gran Mastru de Vilhena. Dan kien pożizzjoni millaktar prestiġjuża li n-nobbli Malti kien jaspira li jijilħaq għaliex, taħt il-Kavallieri ta’ San Ġwann, postijiet ħafna amministrattivi kienu riżervati għall-membri talOrdni. Għal raġunijiet ta’ saħħa, hu kellu jħalli dan ilpost fl-1729. (Ara Attard Montalto, J., “Il Tripolino – a legendary corsair,” f’The Sunday Times, 28th March 2004, p. 46-47 u Cuschieri, L., Il-Konti Professur Sir Luigi Preziosi, Reġistru Pubbliku, il-Belt, Malta, 1992, p. 7) Ibnu, Giovanni Francesco, it-Tieni Konti, okkupa l-istess kariga għal 32 sena bejn 1741 u 1773. Jista’ jingħad li Giovanni kellu mħabba kbira lejn il-kotba. Wara mewtu, il-kollezzjoni li kellu, li kienet tikkonsisti f’251 ktieb u 575 volum ta’ manuskritti, giet katalogata b’reqqa kbira. (Ara Caruana Dingli, N., “Count Giovanni Francesco Preciosi: a Maltese nobleman and his French books,” fi Treasures of Malta, 37, Christmas 2006, Festa Madonna tal-Karmnu

Valletta 2016

21


BOV ECO Loan Special Scheme The BOV ECO Loan Special Scheme provides an affordable, customised solution designed to help you finance the purchase of photovoltaic systems and solar water heaters, whilst safeguarding our environment. your success is our goal

BOV PERSONAL LOANS

2131 2020 I bov.com

Representative example of a BOV ECO Loan Special Scheme based on a loan amount of €6,300 made available by Bank of Valletta p.l.c. at a variable interest rate of 4.45% p.a. (interest margin of 2% plus Consumer Lending Bank Base Rate of 2.45%): Loan will be repayable by customer in 36 equal monthly instalments of €111.11 over a term of 3 years plus the Regulator for Energy and Water Services (REWS) grant payment of €2,300. The interest due on the loan will amount to €284.32 and will be settled in full by the retailer participating under the BOV ECO Loan Special Scheme. No processing fees are payable. All personal loans are subject to normal bank lending criteria and final approval from your BOV branch. Term of loan must not go beyond retirement age. Terms and conditions apply. Issued by Bank of Valletta p.l.c., 58, Triq San Żakkarija, il-Belt Valletta VLT 1130


Old Theatre Street, Valletta

Tel: 2122 8144


p. 33- 39) It-Tielet Konti kien Luigi, iben Giovanni Francesco. Il-familja kienet irvinata finanzjarjament lejn nofs l-istess seklu. Fl-1757, ir-Raba’ Konti Giovanni Francesco Preziosi (missier Amadeo) kien obbligat li jiddisponi mill-fided kollha tiegħu għaliex kellu dejn li kien jammonta għal eluf ta’ skudi. Għalkemm ilKonti kien impjegat ma’ Pinto, kien dan l-istess Gran Mastru li ġiegħel lil Preziosi jbiegħ ħafna minn dak li kien jippossjedi u ordna l-irkant tal-oġġetti prezzjużi tal-Konti biex b’hekk jħallas lura xi ftit mill-djun kbar, b’mod partikolari lil oħt il-Konti. Huwa probabbli li Preziosi kien nefaq ammonti kbar fil-kostruzzjoni talvilla meraviljuza tiegħu f’Ħal Lija. (Għal aktar tagħrif żur is-sit: http://user.orbit.net.mt/fournier/preziosi2. htm u http://www.maltagenealogy.com/libro%20 d’oro/preziosi.html) 8 Liber Baptizatorum Parroċċa Porto Salvo u San Duminku, Valletta, Vol. 27 (1811-1817), p. 433. Ilparrini kienu n-nannu patern u n-nanna materna. 9 Ġużeppi Hyzler, imwieled il-Belt Valletta fl-4 ta’ Ottubru 1787, studja l-arti f’Ruma taħt Andrea Pozzi u ġie attirat ferm minn grupp ta’ artisti Ġermaniżi magħrufa bħala Nazzareni. Huwa ngħaqad mal-grupp u stabbilixxa ħbiberija ma’ Friedrich Overbeck, li kien il-mexxej tagħhom. Fl-1822, huwa ġie lura Malta u fetaħ bottega u skola tal-arti u ġie kkummissjonat bosta xogħlijiet fi knejjes, l-aktar kwadri titular. Hu kien imexxi l-Moviment tan-Nazzareni f’Malta. Hyzler miet fl-20 ta’ Jannar 1858. (Strickland, L., “Amadeo Preziosi and things oriental,” f’The Times, 22 ta’ April 1996, p. 23) 10 Hu kważi ċert li, fiċ-ċirkustanzi, il-missier kellu wkoll il-ħsieb li ibnu Amadeo jaqbad karriera politika. 11 Biż-żmien, Leandro sar l-ewwel fotografu-artist professjonali f’Malta. Cutajar, D., “Amadeo Preziosi: Exceptional Artist of the Orient,” fi Treasures of Malta, 2, Easter 1996, p. 10) 12 Din hija waħda mill-aktar skejjel influwenti tal-arti fi Franza. Għandha storja ta’ kważi 370 sena u tara l-oriġini tagħha fis-sena 1648 meta l-Académie dea Beaux-Arts twaqqfet mill-Kardinal Mazarin biex jifforma fil-puttura, fl-iskultura u fl-arkitettura lil dawk l-istudenti li l-aktar kellhom talent. 13 Imwieled fis-26 ta’ Frar 1808 kien karikaturist, pittur u skultur Franċiż. Huwa l-awtur ta’ iktar minn 500 pittura, 4000 litografija, 1000 inċiżjoni fuq l-injam, 1000 tpinġija u 100 skultura. Ix-xogħlijiet tiegħu huma bħal kummentarju fuq il-ħajja soċjali u politika ta’ Franza fis-seklu 19. Hu miet fl-10 ta’ Frar 1879. 14 Fiorentino, E., “Providentially precious Preziosi,” f’The Sunday Times, 28 ta’ April 1996, p. 23. 15 Fiorentino, E., “Providentially precious Preziosi,” f’The Sunday Times, 28 ta’ April 1996, p. 23. 16 Fid-dokumentazzjoni ċerta tal-vjaġġi tiegħu minn u lejn Malta hemm: it-18 ta’ Ġunju 1841 meta Preziosi telaq minn Malta lejn il-Lvant permezz tal-isteamer Franċiż Tancrede, fl-10 ta’ Lulju huwa ġie lura mil-Lvant permezz tal-isteamer Lesostris u it-28 ta’ Settembru 1842 meta huwa reġa’ telaq lejn il-Lvant permezz talisteamer Eurotas. Jidher, għalhekk, li Amadeo għamel vjaġġ esploratorju ta’ tlettax-il xahar fil-Lvant, ġie lura 24

Festa Madonna tal-Karmnu

Valletta 2016

Malta għal xahrejn, preżumibbilment biex jagħmel xi arranġamenti familjari, u f’Settembru 1842, huwa telaq definittivament minn Malta lejn Kostantinopli. (Cutajar, D., “Amadeo Preziosi: Exceptional Artist of the Orient,” fi Treasures of Malta, 2, Easter 1996, p. 11) Dan kien żmien meta artisti Ewropej kienu sejrin bi ħġarhom lejn il-Lvant, filwaqt li Istanbul kienet magħrufa bħala “Is-Sultana tal-ibliet” u, taħt din l-influwenza, Preziosi ġabar iż-żebgħa u l-pniezel u telaq minn Malta fi vjaġġ li l-ewwel ħadu lejn l-Italja u mbagħad wasal Istanbul. Billi hu kien mill-Mediterran, seta’ jifhem aktar mill-qrib il-ħajja ta’ dan il-pajjiż mimli kuntrasti. L-arti tiegħu kellha ħaġa li kienet tgħinu ħafna. Din kienet l-abbiltà fid-disinn. (Camilleri, J.C., “Min hu Amadeo Preziosi?” f’In-Nazzjon, 22 ta’ Lulju 1996, p. 16) 17 Din tikkonsisti minn akkwarella fil-kollezzjoni Searight. 18 Is-suġġett li kien ġie mitlub biex ipinġi kien jikkonsisti fil-karattri indiġeni ta’ Kostantinopli. Dan l-album illum jinsab fil-kollezzjonijiet tal-British Museum. Ilfatt li huwa kien minn Malta, li kienet taħt il-ħakma tal-Imperu Britanniku, kien ifisser li Amadeo Preziosi kellu passaport Ingliż. Huwa għalhekk stabbilixxa ħbiberiji mill-qrib mhux biss mas-soċjetà tal-Lvant ta’ Péra, iżda wkoll ma’ familji tal-Lvant li kienu ta’ dixxendenza Brittanika. Huwa kien artist imfittex b’mod speċjali mill-missjoni diplomatika Ingliż. Bosta pitturi li ħarġu minn idejn Preziosi, li kien rispettat ħafna mir-Re u mir-Reġina tal-Ingilterra, jiffurmaw parti mill-kollezzjani tal-Palazz Ingliż. (Micallef, M. “Preziosi returns to Malta,” f’The Sunday Times of Malta, 19 ta’ Mejju 1996, p. 44) 19 Fl-1850, matul il-Gwerra tal-Krimea, il-Western Press talbet lil Preziosi biex ipinġi l-vapuri tal-gwerra, l-armata Ingliża, u xeni varji mhux tas-soltu fuq ilBosforu. Preziosi kien pitter ħafna xogħlijiet matul dan il-perjodu. 20 F’era meta l-kartolini postali, flimkien mal-arti fotografika, kienu għadhom fil-bidu tagħhom, Preziosi offra lit-turisti Ewropej u viżitaturi ta’ Istanbul, tpinġijiet tal-belt u tal-inħawi. 21 Ibid. Mizzi, p. 829. 22 Dan l-album kien ukoll ġie ppubblikat minn Lemercier. (Strickland, L., “Amadeo Preziosi and things oriental,” f’The Times, 22 ta’ April 1996, p. 23) 23 F’dik il-ħabta, dan ir-reġjun kien abitat mill-Franki u mill-Griegi. Illum huwa r-reġjun Beyoglu fin-naħa ta’ fuq ta’ Istanbul. (Strickland, L., “Amadeo Preziosi and things oriental,” f’The Times, 22 ta’ April 1996, p. 23) 24 Ir-Re Dwardu VII kien l-iben il-kbir tar-Re Ġorġ V u r-Reġina Marija. Huwa sar Priċnep ta’ Wales meta għalaq sittax-il sena, disa’ xhur wara li missieru sar Re. Dwardu kien Re tar-Renju Unit bejn l-20 ta’ Jannar 1936 sa ma abdika fil-11 ta’ Diċembru tal-istess sena. 25 Il-fama tiegħu xterdet lejn l-Ingilterra tant li fl-1858 waħda mill-pubblikazzjonijiet Ingliżi Illustraded London News sejħet lil Amadeo Preziosi bħala “the well known of oriental subjects.” (Fiorentino, E., “Providentially precious Preziosi,” f’The Sunday Times, 28 ta’ April 1996, p. 23) Il-kittieb Ingliż Murrey, fil-


ktieb tiegħu Hand-book for Travellers in Turkey (1871), irrakkomanda lit-turisti biex jaraw id-disinji tiegħu li kienu mimlijin lwien. (Camilleri, J.C., “Min hu Amadeo Preziosi?” f’In-Nazzjon, 22 ta’ Lulju 1996, p. 16) 26 F’Bucharest huwa pinġa diversi xeni li xi wħud minnhom kienu juru lill-Prinċep Karlu I. L-abbozzi mpinġija kienu aktar tard jinbidlu f’akkwarelli filbottega tiegħu ta’ Istanbul, u kienu jinxtraw millPrinċep tar-Rumanija għall-prezz li jvarja minn 300 sa 1200 Franki. Bejn it-30 ta’ Mejju u l-15 ta’ Lulju tas-sena ta’ wara, Preziosi qatta’ perjodu ta’ żmien ieħor fir-Rumanija. It-tpinġijiet tiegħu bil-lapes, billinka u akkwarelli nġabru fil-kollezzjoni La Valachie par Preziosi, u llum jinsabu fil-Mużew Muniċipali f’Bucharest. 27 Ibid. Mizzi, p. 833. 28 “Messieur Preziosi, watercolor painter and famous artist of our city, was in the countryside around Yeşilköy the day before yesterday with his servant for the purpose of hunting. After spending some time there, he decided to return home and handed his rifle to his servant. But the rifle slipped from his hand and fell to the ground setting off the trigger, and Messieur Preziosi was wounded in the spray of shrapnel that followed the explosion. The shrapnel settled in the artist’s ribs. He is severely injured and his condition is grave.” 29 Preziosi, fl-għabex tal-karriera tiegħu, kien sar ilpittur uffiċjali tas-Sultan Abdul Hamid II li kien jirrenja fit-Turkija bejn l-1876 u l-1909. (Fiorentino, E., “Providentially precious Preziosi,” f’The Sunday Times, 28 ta’ April 1996, p. 23 u Micallef, M. “Preziosi returns to Malta,” f’The Sunday Times of Malta, 19 ta’ Mejju 1996, p. 44) 30 Dan iċ-ċimiterju jinsab qrib l-Airport Ataturk u jagħmel parti mill-Kunvent tal- Kappucini f’Yeşilköy. F’xi kitbiet dwar Amadeo Preziosi, ingħad li dan ilmidfen Kattoliku, illum, ma għadux jeżisti għaliex kien ġie mneħħi biex jagħmel wisa’ għal bini ta’ runway ġdida fil-mitjar ta’ Istanbul. (Strickland, L., “Amadeo Preziosi and things oriental,” f’The Times, 22 ta’ April 1996, p. 23; Fiorentino, E., “Providentially precious Preziosi,” f’The Sunday Times, 28 ta’ April 1996, p. 23; Cutajar, D., “Amadeo Preziosi: Exceptional Artist of the Orient,” f’Treasures of Malta, Easter 1996, Vol. II, No. 2, p. 13) 31 Fil-memoirs tiegħu, huwa jfakkar li kellu l-intenzjoni li jdum biss sentejn, imma tant ħassu assorbit millatmosfera li ssaħħar ta’ Istanbul, li hija ħakmitu bħal kalamita, u hu bilkemm intebaħ bill-mogħdija tas-

snin. Bi ktieb tal-iskeċċi taħt abtu huwa dar mat-toroq tagħha, assorbit fi mħabba dejjem tikber għall-belt u għall-poplu tagħha. Istanbul irreċiprokat l-affezzjoni ta’ Preziosi, u kien milqugħ kullimkien, fil-ħwienet iżżgħar, fi djar tal-kafè u f’postijiet ta’ qima. Fuq it-tila tiegħu huwa mmortaliza d-dehriet ordinarji tal-ħajja ta’ kuljum: bejjiegħ tat-triq, mara timla’ l-ġarra tagħha bl-ilma mill-funtana tat-triq, u l-bqija. Naraw ukoll l-ilmijiet koħol tal-Bosforu. Il-pitturi tiegħu, mibjugħa kemm fost il-klijenti lokali kif ukoll fost il-barranin, ġew mdendla fuq il-ħitan ta’ djar kbar u ta’ palazzi. 32 Żur is-sit: http://levantineheritage.com/note142.htm 33 Il-biċċa l-kbira tax-xogħlijiet ta’ Preziosi, li jikkonsistu prinċipalment minn akkwarelli u litografiji, tinsab f’mużewijiet barranin, bħal Victoria u Albert Museum ta’ Londra (b’madwar 1500 biċċa), il-Mużew Topkai Sarey f’Istanbul, u l-Muzeal de Arta f’Bucharest. Dan kollu apparti minn biċċiet oħrajn li jinsabu f’kollezzjonijiet privati, speċjalment fir-Renju Unit u fl-Istati Uniti. (Fiorentino, E., “Providentially precious Preziosi,” f’The Sunday Times, 28 ta’ April 1996, p. 23). Il-katalgu ta’ din l-esibizzjoni li saret f’dan il-mużew prestiġjuż tal-Londra, jġib l-isem The People and Places of Constantinople – Watercolours by Amadeo Count Preziosi (1816-1882). C. M. Kauffman li kien ilpersuna responsabbli mit-taqsima tad-disinji u pittura ta’ dan il-mużew, kiteb hekk dwar dan l-artist kbir Malti: “Preziosi’s name is now little known except to specialists, but in the period 1840-70 he was by far the most renowned artist in Constantinople. He was only retrieved from the critical neglect into which he had fallen in the 20th century by Rodney Searight who began to appreciate his importance while building up his unsurpassed collection of views of the Near and Middle East.” (Camilleri, J.C., “Min hu Amadeo Preziosi?” f’InNazzjon, 22 ta’ Lulju 1996, p. 16) 34 Din l-esebizzjoni kienet saret fil-Pardo Hall, filMinisteru tal-Affarijiet Barranin, il-Belt Valletta. (The Malta Independent, 13 ta’ Marzu 2010) 35 Ministry of Foreign Affairs, Press Release, 26 ta’ Ġunju 2012. 36 Jista’ jkun li llum Amadeo Preziosi huwa partikolarment magħruf għall-pittura li ġġib l-isem ta’ Haci Bekir. Din il-pittura turi lil Ali Muhiddin Haci Bekir, d-dulċier magħruf Tork, fid-dolċerija tiegħu. Din il-pittura ta’ Preziosi magħmula mill-akkwarella u li tinsab filLouvre Museum, hija stampata fuq il-kaxxi tal-lakumja tad-ditta Haci Bekir, liema lakumja tinbiegħ matTurkija kollha.

Madonna tal-Karmnu, Kun int l-hena tag˙na. Fid-dar ta’ kull Malti Kun l-Omm u s-Sultana. Festa Madonna tal-Karmnu

Valletta 2016

25




Il-Festa tal-Madonna tal-Karmnu

ħamsin sena mill-ewwel Inkurunazzjoni f’Malta Martin Gravina

Dip. Educ. (Adm & Mangt.)

Deliberazione da prendersi riguardo un pedestallo d’Argento per la statua di N.S. del Monte Carmelo in occasione delle Feste cinquantinaria della Solenne Incoronazione. Ven. da Confraternita della B.V. Del Monte Carmelo di Valletta Dall’Oratorio, 24 Luglio, 1930 Fis-sena 1931, fl-okkażjoni tal-ħamsin sena mill-ewwel inkurunazzjoni f’Malta, dak tattitulari tal-Madonna tal-Karmnu, kienu saru festi maestużi u devoti. Għal din l-okkażjoni kienu żżanżnu tliet opri t’arti. Hawn qiegħed nirreferi għall-pedestall tal-vara tal-Madonna tal-Karmnu, it-Tintinnablu u sitt anterni tal-fidda li jinħarġu fil-purċissjoni biex jakkumpanjaw irrelikwija tal-Madonna. Il-Pedestall L-akbar opra minn dawn, bla dubju ta’ xejn hija l-pedestall fejn dwaru sibt xi informazzjoni millarkivji li għandha l-Fratellanza tal-Madonna tal-Karmnu tal-Belt. Din l-opra kienet rigal li din il-fratellanza kienet tat fl-okkażjoni ta’ dan il-ġublew tad-deheb. Dan kien it-tielet wieħed għal din il-vara u li kien sar minflok dak li llum jinsab taħt il-vara tal-Madonna tal-Karmnu fil-

Tifkira tad-donazzjoni tal-pedestall

28

Festa Madonna tal-Karmnu

Valletta 2016

parroċċa ta’ Santa Venera.

F’konsulta ġenerali li nżammet nhar id-29 ta’ Lulju, fis-sitta ta’ filgħaxija għall-fratelli tal Konfraternità tal-Madonna tal-Karmnu tal-Belt, il-konfratelli preżenti approvaw li fl-okkażjoni tal-ħamsin anniversarju tal-inkurunazzjoni talkwadru titulari, jagħtu bħala rigal, pedestall talfidda għall-vara tal-Madonna. Il-maġġoranza tal-fratelli riedu li din il-bidla tkun approvata b’akklamazzjoni, imma r-rettur tal-fratellanza Salvatore Borg ipprefera li ssir il-proċedura tassoltu - dik tal-vot sigriet. Mid-disgħa u għoxrin vot, kollha kienu favur u ħadd kontra. Fil-5 t’Awwissu 1930, is-segretarju tal-fratellanza, Vincenzo Angelo Bugeja għamel rikors li kien ippreżentat lill-Kanċillier tal-Kurja nhar l-14 t’Awwissu 1930 fejn minbarra li semma x-xewqa tal-fratelli, issemma wkoll li d-disinn huwa talartist Abram Gatt (1863-1944) u li x-xogħol kellu jsir għand id-Ditta Ghezzi ta’ Milan. Kien ukoll stmat li għax-xogħol kollu l-ispiża kienet se tkun ta’ £1,050, liema somma ma dehritx li se tkun problema biex titħallas. Dan ir-rikors kien ġie approvat nhar il-31 t’Ottubru 1930. F’nota maħruġa mill-kunvent ta’ San Ġiljan biddata tat-12 ta’ Novembru 1930 mibgħuta minn Patri Giovanni M. Azzopardi O.C., tgħid li hu bħala Provinċjal tal-Karmelitani kien qiegħed jaċċetta f’isem il-komunità tal-Belt, il-pedestall li l-Konfraternità tal-Karmnu kienet qiegħda tagħti lill-patruna tagħha fl-okkażjoni talħamsin sena mill-Inkurunazzjoni solenni.

F’ċirkolari mis-segretarju Vincenzo Angelo Bugeja, u li ġġib id-data tal-4 ta’ Diċembru 1930, hemm miktub li ntalbet Konsulta Ġenerali nhar id-9 ta’ Diċembru. Suġġett mill-aġenda kien jgħid li kien ser isir il-qari tar-rikors, jinqara d-digriet tad-Djoċesi tal-aċċettazzjoni li jsir il-pedestall, kif ukoll li kellha ssir ħatra ta’ kummissjoni


“Il-Vara tal-Madonna tal-Karmnu waqt il-Purċissjoni qabel is-sena 1931”. Jider it-tieni pedestal li kellha l-vara. Illum dan il-pedestall qed jintuża għall-vara tal-Madonna tal-Karmnu tal-Parroċċa ta’ Santa Venera.” (Kollezzjoni Giovanni Bonello)

Festa Madonna tal-Karmnu

Valletta 2016

29


Our kitchen is open all day, every day from 11.30am until 10.00pm (Fridays and Saturdays to 11.00pm). D’Office is perfect for lunch in the city, convenient to offices, shops or when visiting the wonderful sights that Valletta has to offer. Come in for a cosy dinner or just to call by at any time to relax. You can have a full meal or platter at any time of the day accompanied by a glass or two of wine from our carefully selected wine selection from Maltese and foreign vineyards.

Rampila is a unique restaurant situated in the historic bastions of Valletta, Malta’s capital city. Rampila comprises a Restaurant, a Wine Bar, a Terrace and an Exhibition. The location has a fascinating history. Designed and built by the Knights of St. John in the sixteenth century as part of the defensive bastions guarding the newly constructed city of Valletta, Rampila is now a haven for good food and wine set against a spectacular Baroque backdrop.


Tel: 2123 6065 Mob: 9949 6328 / 9929 1171 Email: cockney@maltanet.net www.cockneysrestaurant.com


biex tara li dan ix-xogħol isir. Il-Kummissjoni maħtura kienet komposta minn Salvatore Borg li kien sinjur u rettur tal-fratellanza talMadonna tal-Karmnu, il-Pirjol tal-komunità tal-Karmnu tal-Belt Patri Alberto Zammit O.C., Monsinjur Kanonku Arċipriet Salvatore dei Conti Manduca, in-negozjanti Emmanuele Zammit u Ġużeppi Pace, Cav. Emmanuele Borg P.A.A., u s-Segretarju Vincenzo Angelo Bugeja. L-ewwel seduta tal-Kummissjoni nżammet fit-12 ta’ Diċembru 1930 fl-erbgħa ta’ waranofsinhar, fejn l-ewwel li tkellem kien il-Pirjol. Dan, filwaqt li wera diversi korrispondenzi, identifika wkoll il-vantaġġi li kienet toffri kumpanija oħra barra dik ta’ Ghezzi. Hawn huwa kien qiegħed jirreferi għad-ditta Ġermaniża Württembergischer Metallwarenfabrik fejn semma li x-xogħol mingħand din il-fabbrika kien ser ikun bejn wieħed u ieħor ta’ £1,005. Din is-somma kienet tinkludi l-ispiża tal-pedestall, l-assigurazzjoni u t-trasport sa Malta. Huwa qal li x-xogħol fuq ilpedestall kellu jsir bil-proċess ta’ electroplating u rfinut bl-idejn permezz taċ-ċiżillar għallħxuna ta’ millimetru u tliet kwarti, piż massimu ta’ mija u għoxrin kilogram u fidda ta’ 950/1000. Issemma wkoll li d-disinn hu ta’ Abram Gatt, filwaqt li l-mudell kellu jsir mill-iskultur Vincenzo Apap (1909-2003) taħt id-direzzjoni ta’ Abram Gatt bil-kundizzjonijiet u l-patti msemmija. Hawn kulħadd qabel li x-xogħol jingħata lil din id-ditta Ġermaniża. Imbagħad, daħal f’din il-laqgħa is-Sur Pawlu Galea li kien irrappreżentant Malti tad-ditta Ġermaniża f’isem il-kumpanija Carmelo Galea fu Filippo li l-ħanut tagħhom kien f’numru 27, Triq Merkanti, il-Belt u li lilu ġie spjegat kollox dwar it-talba tagħhom. Dan min-naħa tiegħu approva.

It-tieni laqgħa nżammet nhar it 18 ta’ Diċembru 1930, u fiha kienu preżentati żewġ abbozzi ta’ ftehim mal-kumpanija Carmelo Galea fu Filippo. Is-segretarju wara li qal it-talba, qara l-ewwel abbozz ta’ ftehim li kellu jsir mal-kumpanija Carmelo Galea fu Filippo. F’dan l-abbozz barra l-ispeċifikazzjonijiet tal-pedestall, kien imsemmi wkoll li l-pagament lid-ditta Ġermaniża kellu jsir fi tliet partijiet1. F’dan l-abbozz issemma wkoll li l-pedestall għandu jintbagħat mhux aktar tard mill-20 ta’ Mejju 1931. Is-segretarju semma x’tibdil kellu jsir fl32

Festa Madonna tal-Karmnu

Valletta 2016

Il-pedestall kien deher fi ktieb żgħir bit-titlu “Die Gelvenoplastik in der Kunst”, ippubblikat mill-fabrika Ġermaniża Wurttembergisher Metallwarenfabrik, u ipprintjat fl-1939


ewwel abbozz ta’ ftehim, fosthom li l-membri tal-kummissjoni kellhom jissemmew, tibdil f’dak li jirrigwarda (Art. 4) dwar il-pagamenti1 u meta l-pedestall kellu jintbagħat mill-Ġermanja. Fit-tieni abbozz inkiteb li l-pedestall kellu jkun f’Malta u preżentat għall-approvazzjoni sa mhux aktar tard mill-20 ta’ Ġunju 1931. F’din il-laqgħa, Monsinjur Salvatore dei Conti Manduca ppropona li meta l-pedestall jasal f’pajjiżna, dan ried ikun approvat mhux biss mill-Kummissjoni imma anki min-nies tekniċi. Fil-laqgħa ssemma wkoll tibdil dwar il-ħlas. Intqal li jsir ħlas ta’ £300 malli ssir l-ordni u l-kumplament jitħallas mal-wasla tax-xogħol li jkun approvat mill-Kummissjoni u mill-persuna teknika. Il-Pirjol spjega lir-rappreżentant Pawlu Galea dwar dawn l-emendi u wara diskussjoni, r-rappreżentant aċċetta l-ftehim.

Fil-kuntratt li kien sar fil-25 ta’ Frar 1931 mad-Ditta Carmelo Galea fu Filippo minbarra l-ispeċifikazzjonijiet imsemmija aktar qabel, inkiteb ukoll il-mod tal-pagamenti2 u ż-żmien tal-wasla tal-pedestall għall-approvazzjoni ta’ mhux aktar tard mill-20 ta’ Ġunju 1931. Fil-ġurnal tal-Leħen is-Sewwa tas-27 ta’ Ġunju 1931 p.10, insibu miktub “Smajna li l-Kunvent tal-Patrijiet tal-Karmnu u l-Konfraternità talBelt waslula żewġ bċejjeċ xogħol tal-fidda t-tintinnablu u l-Pedestall għall-istatwa”. Skont

Immaġini tal-Vara tal-Karmnu fuq l-ewwel Pedestall

Avviż ippubblikat fil-Leħen is-Sewwa 27 ta’ Ġunju 1931

verżjonijiet li kienu qalu xi patrijiet u reliġjużi, li malli Abram Gatt ra l-pedestall l-espressjoni tiegħu kienet “dak verament xogħol perfett u sabiħ”. Kien intqal ukoll li meta Abram ġie biex jagħmel id-disinn, ried li l-Madonna titpoġġa fuq il-pedestall l-antik, jiġifieri l-ewwel wieħed (illum qiegħed jintuża għall-vara ta’ Sant Elija). L-iskop tiegħu kien li joħroġ il-qisien li ħarġu issbuħija ta’ vara żnela u maestuża bħalma kienet oriġinarjament.

Dettall mill-isbaħ tal-pedestall li juri lil Sant’Anġlu Martri. Jidher xebh fil-forma ġenerali ta’ dan il-pedestall mal-ewwel pedestall li kellha l-vara tal-Karmnu

Festa Madonna tal-Karmnu

Valletta 2016

33


21/22 T Merchants Street Valletta Telephone

2123 6212

Luxury living couldn’t get any better at CASA ELLUL - Valletta’s intimate Boutique Hotel. Situated a stone throw away from the Carmelitan Church in Old Theatre Street, CASA ELLUL gives Valletta’s magic a high end and echoes the grandeur of long gone times, when the City was full of life and charm. The stunning CASA ELLUL is a magnificent celebration of a marriage between the past and the future when it comes to style, architecture, design and decor. Every little item within this extraordinary quarter has been individually selected to promote perfection - prestigious local and global antiques individually selected from world renowned Parisian markets. Attention to detail and comfort at your finger tips - this magnificent palazzo has it all. CASA ELLUL is the Ellul brothers’ new venture, an undertaking which has brought them a long way from their established niche in Wines and Spirits. Undoubtedly this is a gem not only for them, but for Valletta. This palazzo proudly hosts eight personalized suites, many of which adorn the magnificent court yard.The decor has been uniquely designed by architect Chris Briffa from thoughtful approaches that fluently integrate space and function into a haven of personal luxury, intended to provide its guests with all that they might require for their city escapade. For more information on CASA ELLUL Visit: www.casaellul.com or join us on facebook: CASA ELLUL or contact us on info@casaellul.com

34

Festa Madonna tal-Karmnu

Valletta 2016


F’invoice maħruġa mid-ditta Galea fu Filippo li ġġib id-data tad-9 ta’ Ġunju 1931 insibu din iddeskrizzjoni: Pedestall b’erba’ figuri3, skont id-disinn ta’ Gatt u l-mudell ta’ Apap b’għoli ta’ 90 ċentimetru, bażi ta’ 115 x 115 ċentimetru fil-fidda solidu, 106.3kg. Il-kostruzzjoni ta’ ġol-pedestall bl-injam u r-ramm, flimkien mal-ispejjeż għal xi xogħol li sar fuq il-mudell tal-ġibs. Għall-eżekuzzjoni fil-fidda u l-irfinar tax-xogħol permezz taċ-ċizillar Dazju Spejjeż oħra Somma totali

£255

£139

£598

£170. 12s. £3 £1,165. 12s.

Lill-mastrudaxxa Francis Camilleri għall-mudell talinjam Lill-modellatur Ċensu Apap għall-mudell fit-tafal u ġibs Lill-iskultur J.M. Teuma għaxxogħol ta’ skultura fl-injam Lid-ditta Meli Bugeja & Co. għall-injam li kien hemm bżonn biex saret il-kaxxa talmudell Lill-kumpanija C. Galea fu Filippo għall-ħlasijiet biex intbagħat il-mudell Lit-tekniku Edgardo Lupi talanaliżi tal-fidda tal-pedestall għall-kwalità tagħha Lill-Abram Gatt għad-disinn u l-assistenza ta’ Vincenzo Apap Lid-ditta Carmelo Galea fu Filippo inkluż id-dazju Spiża totali

£15.5s.

£45 £4.5s.

14s.4d.

£7.2s.

£1.5s.

£25 £1,165.12s £1,264.3s.4d.

Il-Vara tal-Karmnu fuq il-pedestall preżenti. Pedestall li jikkumplimenta ferm din il-vara u jkompli joħroġ is-sbuħija tagħha

It-tielet laqgħa li nżammet nhar it-Tnejn 3 t’Awwissu 1931, fl-għaxra u nofs ta’ filgħodu, il-Pirjol Patri Alberto Zammit O.C. ippreżenta ċertifikat tekniku ta’ Edgardo Lupi li jġib iddata tat 2 ta’ Lulju 1931 u li kien approvat. Kien ukoll mgħoddi l-bilanċ lill-aġent tal-kumpanija Carmelo Galea fu Filippo lis-Sur Pawlu Galea, skont il-ftehim tal-25 ta’ Frar 1931. Il-laqgħa spiċċat nofs siegħa wara u kienet ġiet aġġornata sine die. Rendikont li jġib id-data tad-19 ta’ Jannar 1932, jippreżentalna stampa sħiħa tal-ispejjeż kollha involuti biex sar dan il-pedestall.

Il-Faċċata tal-Pedestall preżenti bl-arma tal-Ordni Karmelitan fuq quddiem u l-istatwi ta’ S. Pier Tumas u Sant’Andrija Corsini

… u l-Festa Wieħed jista’ jgħid li l-qofol tal-festi bdew misSibt 11 ta’ Lulju, fejn fil-ħamsa u nofs ta’ filgħaxija kien hemm translazzjoni solenni tar-relikwija bis-sehem ukoll tal-fratelli mill-Oratorju talMadonna tal-Karmnu. Ġewwa l-Belt kien hemm ambjent ta’ festi kontinwi u straordinarji minħabba l-okkażjoni t’għeluq il-ħamsin sena tal-inkurunazzjoni tal-Madonna tal-Karmnu. Il-Bażilika Santwarju tal-Madonna tal-Karmnu kienet imżejna mill-aktar, kemm f’dak li huwa Festa Madonna tal-Karmnu

Valletta 2016

35


tiżjin ta’ festa kif ukoll f’funzjonijiet l-aktar solenni. Ma naqsitx fit-toroq l-illuminazzjoni, l-armar, id-devozzjonijiet, il-baned u l-briju li jġibu magħhom il-festi tagħna kif ukoll poplu kbir minn kull naħa ta’ Malta u anki minn Għawdex minkejja li s-sħana kienet filfurja tagħha. Mis-Sibt ’il quddiem kien hemm divertiment kbir fuq il-baħar, bħalma huma tiġrijet, tiżjin ta’ dgħajjes u ġostra.

F’dawn il-festi pparteċipaw diversi persuni distinti. Hekk naraw li t-Tlieta 14 ta’ Lulju, fissitta ta’ filgħodu, il-quddiesa bit-tqarbina kienet iċċelebrata minn Monsinjur Ġużeppi De Piro, Dekan tal-Katidral. Fid-9.00a.m.,wara l-kant tatTerza, il-kapitlu ta’ San Pawl Nawfragu mexxa quddiesa solenni kantata. Għal din l-okkażjoni kien hawn ukoll fostna Monsinjur Francesco Maria Raiti (1864 – 1932) Isqof Karmelitan ta’ Trapani (1906 -1932), li assistit mill-patrijiet Karmelitani, fil-funzjonijiet ta’ filgħaxija kanta l-vespri solenni. Wara saret prietka li kienet bil-Malti mill-Penitenzier tal-Katidral, Monsinjur Ant. Vella. Fl-aħħar kien hemm mutett bil-mużika u barka sagramentali (Trina Benedizione) mill-Isqof Raiti.

Monsinjur Francesco Maria Raiti (1864 - 1932)

Lejlet il-festa, b’tifkira tal-inkurunazzjoni, fiddisgħa kien hemm kant tat-terza u quddiesa solenni kantata mill-Isqof ta’ Trapani Monsinjur Raiti, assistit mill-komunità Karmelitana. Wara l-Evanġelju sar il-paniġierku bit-Taljan minn Dun L. Catania, kappillan ta’ Ħaż-Żabbar. Flaħħar ta’ dan il-pontifikal sar il-kant tar-Regina Coeli u tat-Te Deum. 36

Festa Madonna tal-Karmnu

Valletta 2016

Waranofsinhar kien hemm laqgħa solenni tal-kapitlu tal-Katidral mal-Isqof t’Għawdex Monsinjur Mikiel Gonzi. Tkantaw il-vespri solenni mmexxija mill-Isqof t’Għawdex u l-Kapitlu tal-Katidral. Fl-aħħar, wara l-kant talkompjeta u mutett bil-mużika, ingħatat il-Barka Sagramentali. Is-16 ta’ Lulju, Jum il-Festa filgħodu kmieni, kien hemm il-matutin b’responsorju mmużikat. Fil-quddiesa solenni, l-Isqof Monsinjur Mikiel Gonzi kien assistit mill-monsinjuri tal-Katidral. F’dan il-pontifikal, reġa’ sar paniġierku ieħor bit-Taljan mill-Ġiżwita P. Attard. Fl-erba’ ta’ waranofsinhar, kif kienet id-drawwa f’dawk iż-żminijet, kien hemm il-paniġierku billingwa Maltija minn Monsinjur Enrico Bonnici, segwit minn vespri solenni mmexxija millKapitlu tal-Katidral. Il-qofol intlaħaq filgħaxija bil-purċisssjoni solenni mmexxija mill-Isqof t’Għawdex Monsinjur Gonzi. Għal din ilpurċissjoni, attendew il-kanoniċi ta’ San Pawl Nawfragu, il-kanoniċi tal-Katidral, it-terzjarji u diversi konfraternitajiet tal-Madonna talKarmnu. F’din il-purċissjoni li kienet twila, ħareġ ukoll għall-ewwel darba it-tintinablu li kien inħadem fl-istess fabbrika Ġermaniża fuq disinn ta’ Abram Gatt u mmudellat mill-Prof. G. Spiteri Sacco, kif ukoll għall-ewwel darba l-vara tal-Madonna bil-pedestall tal-fidda. Il-mużika f’dawn il-festi kienet taħt id-direzzjoni tassurmast Paolo Nani (1906 - 1986), maestro di Cappella tas-Santwarju. Il-ġurnali taw kull tifħir lil dan is-surmast żagħżugħ - li kien għad kellu biss 24 sena - għall-eżekuzzjonijiet mużikali tajba li ta.

Il-programm tal-festi esterni ma kienx nieqes mis-sehem ta’ diversi baned u attivitajiet. Hekk il-programm isemmi li fl-14 ta’ Lulju, fit-tmienja ta’ filgħaxija filwaqt li kien hemm illuminazione parziale a luce elettrica, il-Banda Filarmonika Slimiża Sacro Cuore esegwiet programm f’Misraħ Teżorerija. F’dan il-ħin ukoll, il-Banda Nicolo Isouard (Mosta) għamlet programm fuq il-palk li kien armat ħdejn il-knisja. Il-15 ta’ Lulju, Jum l-inkurunazzjoni filgħodu, fost konkorrenza kbira ta’ nies, il-Banda Filarmonika La Valette għamlet marċ brijuż


b’numru ta’ standardi fit-toroq tal-purċissjoni. Filgħaxija, filwaqt li kien hemm illuminazzjoni ġenerali bid-dawl elettriku, dawn il-baned komplew żiedu fl-atmosfera festiva billi tellgħu programmi mużikali: il-Banda Filarmonika La Valette f’Misraħ Teżorerija, il-Banda San Ġużepp tal-Ħamrun f’Misraħ San Ġorġ, ilBanda San Gorġ ta’ Ħal Qormi f’Misraħ 8 ta’ Settembru filwaqt li l-Banda Sacro Cuore ta’ tas-Sliema għamlet il-programm tagħha ħdejn is-Santwarju.

Triq it-Teatru fl-ewwel 30 sena tas-seklu għoxrin

Fis-16 ta’ Lulju, Jum il-Festa, filwaqt li kien hemm illuminazzjoni ġenerali, numru ta’ baned taw is-sehem tagħhom f’diversi postijiet talBelt. F’Misraħ Teżorerija, tellgħet programm il-Banda Duke of Edinburgh tal-Birgu, filwaqt li f’Misraħ San Ġorġ kien hemm il-Banda ta’ Santa Elena. Il-Banda Mater Gratiae għamlet programm f’Misraħ 8 ta’ Settembru filwaqt li ħdejn il-knisja ttella’ programm mill-Banda Duke of Connaught. Il-festi kienu ġew fi tmiemhom bil-logħob tan-nar tal-art kif ukoll bl-isparar ta’ murtali tal-kulur, liema xogħol kien sar minn F. Gaffarelli ta’ Katanja, Pawlu Attard tas-Siġġiewi u Ġużeppi Chircop ta’ Ħal Għaxaq.

Minkejja t-taqlib u t-tibdil li seħħ matul iżżminijet, il-ġurnata tas-16 ta’ Lulju għadha tiġbed lejn is-Santwarju tal-Karmnu ġewwa l-Belt nies minn kull rokna ta’ pajjiżna, biex b’hekk fi kliem il-poeta tal-Madonna l-Professur Patri Anastasju Cuschieri “Fil-Festa tal-Madonna tal-Karmnu”, ilkoll insellmu:

…Sliem għalik, Omm tal-Karmelu! Inti l-għaxqa tal-Maltin Minn tfulitna sal-mewt tagħna B’qalbna miegħek marbutin. Bibljografija: Libro No. 130 Libro documenti 1930 – 1931. Libro di Consulta e documenti. (Knisja tal-Karmnu VallettaFratellanza tal-Karmnu l-Oratorju). Libro No. 131 Libro documenti 1932 – 1933. Libro di Consulta e documenti. (Knisja tal-Karmnu VallettaFratellanza tal-Karmnu l-Oratorju). Malta Tagħna 18 ta’ Lulju 1931 p.4. Malta 11 ta’ Lulju 1931 p.3., 14 ta’ Lulju 1931 p.3., 13 ta’ Lulju 1931 p. 3. Malta 20 ta’ Lulju 1931 p.2, 3. The Malta Herald 15 ta’ Lulu 1931 p.2. Leħen is-Sewwa 27 ta’ Ġunju 1931 p.10. Leħen is-Sewwa 11 ta’ Lulju 1931 p.10. Programm tal-Festa Lulju 1994 Madonna tal-Karmnu Valletta p.9.

Noti: Fl-ewwel abbozz dwar il-pagamenti Art 4: Un terzo con cheque su Londra all’ordine del suddetto Signor Paolo Galea al momento della spedizione dei modelli. Un terzo all’arrivo del piedistallo appena sarà approvato della Commissione nominate a tale scopo, in nessun caso non piu tardi di due giorni dall’arrivo. c. Un terzo con tratta a sessanta giorni dall’arrivo. Fit-tieni abbozz dwar il-pagamenti Art 4: Un terzo con cheque su Londra all’ordine del rappresentante al momento della spedizione dei modelli da Malta. Un terzo all’arrivo del piedistallo appena sara` approvato da detta Commissione, non piu tardi di otto giorni dalla consegna. Un terzo con tratta a settanta giorni data consegna. Art. 4: ………(£1005), pagabile in due cioe’ La somma di tre cento sterline appena fermata la presente convenzione, Il resto all’arrivo dei piedistallo appena sarà approvato la detta Commissione a mezzo di persone tecniche non piu’ tardi di dieci giorni dalla consegna dello stesso. L-erba’ figuri li nsibu fit-truf tal-Pedestall huma qaddisin karmelitani - S. Pier Tumas, Sant’Andrija Corsini, Sant’Anġlu u Sant’Albert. Fin-nofs tal-pedestall taħt il-vara minn quddiem hemm l-arma tal-Ordni Karmelitan, fuq wara hemm in-“nome di Maria” u fuq kull ġenb hemm żewġ armi tal-papiet, waħda tal-Papa Piju disgħa u l-oħra tal-Papa Piju ħdax.

Festa Madonna tal-Karmnu

Valletta 2016

37


Niċeċ ta’ devozzjoni lejn il-Madonna tal-Karmnu fil-Gżejjer Maltin Victor Scerri

Fil-Programm tal-Festa ta’ xi snin ilu kont ktibt artiklu dwar niċeċ iddedikati lill-Madonna talKarmnu li jinsabu fil-Belt Kapitali ta’ pajjiżna, Valletta, u kont niżżilt ukoll xi tagħrif dwar l-istess kult, tal-Madonna tal-Karmnu. F’dan l-artiklu se niffoka fuq il-225 niċċa ddedikata lill-Madonna tal-Karmnu, mhux biss fil-Belt Valletta, imma mxerrda madwar Malta u Għawdex kollu. Meta taqra dan l-artiklu tintebaħ kemm:

• Il-Maltin baqgħu jħobbu lill-Madonna talKarmnu b’imħabba qawwija;

• L-attenzjoni li jiġbdu kemm minn dawk li jemmnu kif ukoll li ma jemmnux iżda japprezzaw l-arti f’dawn in-niċeċ.

Il-Kult u n-Niċeċ iddedikati lill-Madonna talKarmnu Il-Kult lejn il-Madonna tal-Karmnu fil-gżejjer Maltin huwa wieħed qadim ġmielu. Il-Maltin u l-Għawdxin, ilhom snin twal jemmnu, jħobbu u jitolbu lill-Madonna tal-Karmnu. Xhieda ta’ dan huma l-bosta ismijiet imsemmija lill-Madonna tal-Karmnu bħal: Karmenu, Karmena, Carmel, Carmen, Lino, Lina u oħrajn.

• Ir-resposabbiltà lokali lejn dawn in-niċeċ biex jibqgħu jinżammu fi stat tajjeb; u

Id-Devozzjoni Karmelitana f’pajjiżna tmur lura ħafna snin. Dan nistgħu wkoll narawh mill-festi kbar li jiġu ċċelebrati f’ġieħ l-Omm u Ġmiel tal-Karmelu; marċi, innijiet, poeżija miktub f’ġieħha, kurunelli, huma xhieda tal-imħabba li ġensna għandu lejn Sidtna Marija “tal-Karmelu”.

Santa Venera

Ir-Rabat (Malta)

• Kemm hija kbira l-kapaċità artistika talawturi tagħhom;

38

Festa Madonna tal-Karmnu

Valletta 2016


Dan kollu juri li din id-Devozzjoni hija mnaqqxa f’qalbna u għalhekk aħna naqqaxniha wkoll fid-diversi niċeċ li nsibu. Statwi u pitturi li juru x-xbieha tagħha; b’dik il-fjura ħelwa, kif nimmaġinawha fil-ġenna, b’id waħda terfa’ lil Binha Ġesù tarbija u bl-oħra qed tagħti l-Labtu Imqaddes. Xbieha li nafuha llkoll għax familjari magħna fil-225 niċċa li nsibu fi triqatna. Fejn jinsabu dawn in-niċeċ tal-Madonna talKarmnu Din il-lista tagħti l-ammont ta’ niċeċ li nsibu f’kull lokalità f’Malta u Għawdex, iddedikati lillMadonna tal-Karmnu.

Ħ’Attard (1), Il-Birgu (3), Birkirkara (17), Birżebbuġa (1), Bumarrad (1), Ħad-Dingli (2), Il-Fgura (5), Fleur-de-Lys (1), Il-Furjana (2), Il-Fontana (1), Għajnsielem (5), L-Għarb (1), L-Għasri (1), Ħal Għaxaq (3), Il-Gudja (2), IlGżira (4), Il-Ħamrun (4), L-Isla (1), Kerċem (1), Ħal Lija (3), Ħal Luqa (2), Il-Marsa (5), L-Imdina (1), Il-Mellieħa (4), L-Imġarr (2), Il-Mosta (8), L-Imqabba (1), L-Imsida (1), Il-Munxar (2), TalPietà (1), In-Nadur (5), In-Naxxar (5), Ħal Qormi (25), Il-Qrendi (2), Ir-Rabat, Għawdex (3), IrRabat, Malta (10), Raħal Ġdid (1), Ħal Safi (1), San Ġiljan (4), San Ġwann (2), San Pawl il-Baħar (1), Ta’ Sannat (2), Santa Venera (3), Is-Siġġiewi

Il-Mellieħa

(9), Tas-Sliema (14), Ħal Tarxien (2), Il-Belt Valletta (22), Ix-Xewkija (1), Ħaż-Żabbar (2), Ħaż-Żebbuġ (5), Iż-Żejtun (8) u Iż-Żurrieq (12).

In-Niċeċ tal-Madonna tal-Karmnu f’pajjiżna f’kuntest Nisrani Għalkemm dawn in-niċeċ tal-Madonna talKarmnu f’pajjiżna huma wirt interessanti, storiku u li jagħtina identità l-ewwel u qabel kollox it-twemmin tagħna jrid ikun iċċentrat fuq Alla l-ħallieq li jista’ kollox u li minnu ġej kollox.

Madanakollu minkejja l-mixja tal-progress ma jfissirx illi għandna nwarrbu minn ħajjitna l-wirt reliġjuż. Minbarra t-tifsira u l-ġrajjiet li bosta niċeċ iħaddnu jagħtu dehra mill-isbaħ talpajsaġġ Malti u jqanqlu nostalġija fil-passat. In-Niċeċ tal-Madonna tal-Karmnu juru kemm din id-devozzjoni għadha fil-qalb tal-poplu Malti u kemm il-Madonna tal-Karmnu għadha tqanqal in-nies.

Dawn il-mitejn u ħamsa u għoxrin niċċa huma imħabba sinċiera ta’ ġens ħabrieki, lejn din l-Omm li twitti r-rotob u xxejjen id-differenzi ta’ bejnietna. Huma wkoll testimonjanza ta’ poplu li jemmen f’din l-Omm ħanina li x-xbieha tagħha tkun bħal soljev fil-mixja tagħna ta’ kuljum.

Għajnsielem

Festa Madonna tal-Karmnu

Valletta 2016

39


Special Offers

Johann Farrugia

Vjal Sir Paul Boffa, Paola T: 21697916/27823247 M: 79472720/99446854 E: centrobagno@onvol.net W: www.centrobagnomalta.com L-Aqwa KwalitÀ, bl-OrĦos Prezzijiet

15, St John Street, Valletta Tel: 2123 6553

R.Zampa Vestis Fashionwear

St John Square, Valletta VLT 1155 Malta

Rubino Confectionery 53, Old Bakery Street, Valletta Tel: 2122 4656 • Mob: 9949 3579 www.rubinomalta.com info@rubinomalta.com

40

Festa Madonna tal-Karmnu

Valletta 2016

Tel: 2123 6562 zampavestis@gmail.com


Mro. Cardenio Botti (1890-1973)

Esponent Mużikali Taljan f’Malta bejn iż-Żewġ Gwerer Dr Mattia Felice LL.B., Dip. N.P., LL.D.

Minbarra l-fatt illi l-Banda tas-Soċjetà Filarmonika Nazzjonali La Valette hija l-banda residenti fil-festa tal-Madonna tal-Karmnu ċċelebrata fil-Belt Valletta, dak illi vera jorbot l-isem ta’ Mro. Cardenio Botti ma’ din il-festa huwa L-Inno Marcia ‘Fior del Carmel’ kompost minnu fis-sena 1933. Dan l-Inno Marcia kien ukoll akkwistat mis-Soċjetà Karmelitana u l-Banda Queen Victoria taż-Żurrieq x’aktarx b’riżultat tal-ħbiberija li kien hemm bejn Botti u s-saċerdot Żurrieqi Dun Luret Zammit kif ukoll mas-Segretarju tal-Banda, Francesco Bugeja1. Fil-fatt, sal-lum il-ġurnata, l-uniċi żewġ baned illi jdoqqu l-Fior del Carmel huma s-Soċ. Fil. Naz. La Valette u l-Banda Queen Victoria li t-tnejn jieħdu sehem fiċ-ċelebrazzjonijiet esterni talfesta tagħna.

Mro. Cardenio Botti (1890 - 1973)

Cardenio Botti twieled fis-sena 1890 fir-raħal ta’ Magliano Sabino li jinstab madwar ħamsin kilometru ’l fuq minn Ruma2. Fl-età ta’ tnaxil sena huwa kien jifforma parti mill-iSchola Cantorum tal-Kulleġġ Gregorjan f’Ruma. Botti kien ukoll ingħaqad mal-kor tal-Cappella Sistina tal-Vatikan li f’dak iż-żmien kien immexxi miċċelebri Mons. Lorenzo Perosi (1872-1956) li kien ukoll jagħti taħriġ mużikali lill-koristi. Eventwalment, Botti wasal biex studja l-mużika fil-Conservatorio Musicale Santa Cecilia f’Ruma. Wara l-istudji tiegħu, Botti beda jistabilixxi l-karriera mużikali tiegħu fl-Italja fejn wara li rebaħ konkors nazzjonali, ġie maħtur bħala Direttur tal-Banda Militari tat-35 Regimento Fanteria ta’ Bologna3.

Minn madwar l-aħħar tas-Seklu Dsatax sal-bidu tat-Tieni Gwerra Dinjija, kienet prattika komuni f’Malta illi diversi soċjetajiet filarmoniċi prominenti jinkarigaw surmastrijiet diretturi barranin – partikolment Taljani. Is-Soċjetà La Valetta, imwaqqfa fis-sena 1874, kienet waħda minn dawn li kienet fuq quddiem nett f’dan ir-rigward u sa mis-sena 1899, kien hemm insistenza illi l-banda għandha tkun diretta minn surmast barrani. F’seduta tas-27 ta’ Ottubru ta’ dik is-sena, is-segretarju Virgilio Germani kien ressaq proposta biex jiġi maħtur surmast direttur barrani. Fil-11 ta’ Jannar 1900 il-kumitat irnexxielu jinkariga lil Mro. Gregorio Lucia, li allura kien l-ewwel surmast direttur Taljan4. Sas-sena 1923, is-Soċjetà kellha żewġ surmastrijiet Taljani oħrajn: Mro. Giuseppe Vitaliti u Mro. Ettore Mattioli.

Ir-relazzjoni bejn Cardenio Botti u s-Soċ. Fil. Naz. La Valette bdiet bħala riżultat tal-influwenza ta’ Mro. Alessandro Vessella (1860-1929) li kien wieħed mill-għalliema ta’ Botti fil-Conservatorio ta’ Ruma iżda kien ukoll midħla u benefattur Festa Madonna tal-Karmnu

Valletta 2016

41



Petrolea, Valley Road, Msida Tel: 2123 4501 / 2123 5487 Email: showroom@petroleamalta.com Opening hours: Mon-Fri: 9.30-7.00 & Sat: 9.30-12.45

petroleamalta.com


tas-Soċjetà La Valette ta’ Malta. Meta La Valette spiċċat mingħajr surmast direttur, Vessella kien għarraf lil Botti b’din l-opportunità u Botti, minnaħa tiegħu, kien kiteb lill-Kumitat u informa illi huwa kien dispost illi jiġi Malta biex jieħu l-kariga fi ħdan is-Soċjetà. Fis-seduta tal-Kumitat tas-27 ta’ April 1923, il-President tas-Soċjetà, l-Onor. Dr Ugo P. Mifsud introduċa lil Botti lillmembri l-oħra tal-Kumitat. Fl-indirizz tiegħu lill-Kumitat, Botti stqarr illi huwa ‘kien ġie Malta bil-ħsieb li jaqdi missjoni – dik li jipprova jmexxi ’l quddiem l-edukazzjoni mużikali’5. Fil-fatt, kif imbarka fuq l-inkarigu tiegħu, Botti għamel diversi tibdiliet fil-mod ta’ kif topera l-banda. Fost ir-riformi li implimenta nsibu żidiet fiddixxiplini u insistenza fuq istudju kontinwat tal-mużika. Botti beda jagħti wkoll diversi lezzjonijiet lill-alljievi tas-Soċjetà. Appena beda jidderiġi l-Banda, Botti kkompona l-Innu ‘La Valette’ li ġie deskritt bħala wieħed ‘immortali’6. Sa Diċembru 1923 wieħed jista’ jgħid illi l-perjodu ta’ prova ta’ Botti kien għadda u li huwa kien iddistingwa ruħu bil-kbir. Sewwasew fl-4 ta’ Diċembru 1923, ġie konkluż il-kuntratt tal-inkarigu bejn is-Soċjetà u Mro. Botti. L-impenn ta’ Botti lejn l-edukazzjoni mużikali strutturata joħroġ bl-aktar mod ċar meta huwa waqqaf l-Iskola Mużikali ‘La Valette’ li kienet toffri taħriġ mużikali bla ħlas lill-allieva tasSoċjetà. L-ewwel parti tal-kors kienet tikkonsisti f’tagħlim tat-teorija mużikali taħt Botti stess. Ladarba l-istudent kien ikun profiċjenti fitteorija, huwa kien jagħżel l-istrument illi jixtieq idoqq. Kien hemm imwaqqfa żewġ klassijiet – waħda tal-istrumenti tar-ramm u l-oħra talistrumenti tal-injam. Kienu jsiru l-eżamijiet kull sitt xhur. Din l-iskola kienet l-ewwel waħda ta’ dan it-tip f’pajjiżna u li l-mudell tagħha għadu segwit minn ħafna baned sal-lum il-ġurnata. Wieħed jista’ allura jikkonkludi illi Botti kien fil-fatt pijunier tat-tagħlim mużikali formali f’pajjiżna. Taħt id-direzzjoni ta’ Botti, il-Soċjetà La Valette kisbet suċċess wara ieħor. F’Mejju tas-sena 1926, il-Banda daqqet f’Tuneż, Palermo u Messina u f’Awwissu tal-istess sena, il-Banda reġgħet ġiet mistiedna ġewwa Sqallija sabiex iddoqq waqt il-Festi f’ġieħ Sant’Agata ġewwa 44

Festa Madonna tal-Karmnu

Valletta 2016

Catania. Iżda l-akbar suċċess li kellha tikseb is-Soċjetà taħt id-direzzjoni ta’ Mro. Botti kien f’Como, l-Italja f’Awwissu 1927. F’dan ilkonkors bandistiku internazzjonali, is-Soċjetà La Valette kisbet l-ewwel premju fil-konkors ta’ eżekuzzjoni. Mro. Botti wkoll ġie onorat bilpremju tad-direzzjoni.

Il-karriera mużikali ta’ Cardenio Botti f’Malta ma kinitx limitata biss għas-Soċjetà La Valette. Huwa kien involut fil-preżentazzjoni ta’ diversi kunċerti sinfoniċi fit-Teatru Rjal b’xogħlijiet vokali u strumentali ta’ diversi kompożituri famużi inkluż Berlioz, Schubert, Elgar u Wagner7. L-involviment ta’ Botti fit-Teatru Rjal kien jikkompriża wkoll id-direzzjoni mużikali ta’ produzzjonijiet operistiċi inkluż ir-Rigoletto ta’ Giuseppe Verdi fis-sena 19238. Botti kellu wkoll rwol ċentrali fil-fondazzjoni tas-Soċjetà Filarmonika Sliema li twaqqfet fl-istess sena. Sa mill-bidu nett tal-kariga tiegħu bħala surmast direttur tas-Soċjetà La Valette, Botti immedjatament għamel impatt qawwi fix-xena mużikali lokali li mar lilhinn mis-swar tal-Belt Valletta. Il-fatt li kien Taljan poġġa lil Botti fuq in-naħa l-oħra tal-arena hekk kif beda jinġemgħa s-sħab iswed tat-Tieni Gwerra Dinjija lejn l-aħħar tatTletinijiet. Minkejja li kien għamel tant ġid matul il-perjodu ta’ ħidmietu f’Malta, Botti kien issa wieħed mill-għadu. Madankollu, wieħed irid iqis dan il-fatt mill-ottika tal-politika ta’ dak iż-żmien fejn kien hemm saħansitra għadd numeruż ta’ Maltin li kienu aktar disposti jappoġġjaw lill-Italja milli l-Ingilterra: l-hekk imsejħa rredentisti li kienu jemmnu li post Malta kien f’alleanza mal-Italja u mhux malIngilterra u dan minħabba similaritajiet soċjali u kulturali.

Fis-snin Tletin, Mussolini kien beda juri intenzjonijiet illi jkabbar l-influwenza tiegħu filMediterran u dan l-aġir inkwieta mhux ftit lillGvern Ingliż. Din kienet waħda mir-raġunijiet għalfejn il-bosta Taljani li kienu residenti f’Malta bdejn jitqiesu b’suspett u animosità. Sas-sena 1934 kien twaqqaf id-Defence Security Office li l-għan tiegħu kien illi jżomm viġilanza fuq persuni li jistgħu possibilment ikunu


nvoluti f’operazzjonijiet ta’ spjunaġġ għallGvern faxxista tal-Italja u jorganizza l-arrest u d-deportazzjoni tagħhom. Ġara li nhar it-30 ta’ Settembru 1935, inħarġu ordnijiet għaddeportazzjoni ta’ għadd ta’ ċittadini Taljani residenti f’Malta nkluż Cardenio Botti u l-Commendatore Mazzone, il-Konslu għallItalja f’Malta9.

Matul it-Tieni Gwerra Dinjija, Botti reġa’ rritorna għall-karriera Militari tiegħu ġewwa l-Italja fejn ingħata l-grad ta’ Kaptan. Kien jifforma parti minn dak li kien magħruf bħala ‘Centro Militare “G”’ li kien sezzjoni mill-militar Taljan komposta minn 34 persuna li kienu midħla tat-territorju Malti. Bħal Botti, il-maġġoranza ta’ dawn kienu residenti f’Malta fis-snin preċedenti u sfaw deportati. Din is-sezzjoni kienet maħluqa sabiex tiffaċilita l-loġistika f’każ ta’ invażjoni fiżika ta’ Malta kif kien il-pjan ta’ Hitler u Mussolini10. Din l-invażjoni qatt ma seħħett. Minkejja li r-relazzjoni bejn Botti u pajjiżna ntemmet ħesrem fil-kuntest tat-Tieni Gwerra Dinjija, l-isem ta’ dan is-surmast ċelebri baqa’ wieħed ferm familjari speċjalment fost ilbandisti, partitarji u diriġenti tas-Soċjetà La Valette. Fl-okkażjoni tal-għoxrin anniversarju mir-rebħa f’Como, Botti ġie offrut rigal misSoċjetà illi huwa aċċetta b’ferħ kbir. Fis-

sena 1962, Botti reġa’ rritorna Malta, iżda din id-darba għal btala qasira. Huwa ntlaqa’ b’entużjażmu kbir minn dawk kollha li kienu għadhom jiftakru l-kontribut enormi illi huwa kien ta’ fil-qasam mużikali f’Malta.

Cardenio Botti ħalla din id-dinja nhar it-28 ta’ April 1973 fl-età ta’ 83 sena. Żgur illi l-ispirtu tiegħu jibqa’ jgħix fostna fil-kompożizzjonijiet tiegħu illi huma tant għal qalbna u li jnisslu emozzjoni ġdida kull darba li jindaqqu. Referenzi 1 Alfred Camilleri, L-Istorja tas-Soċjetà Karmelitana u l-Banda Queen Victoria – Żurrieq http:// karmnuzurrieq1.webs.com/storjasocjetaubanda.htm (aċċessat 01.06.2016). 2 Tagħrif bijografiku meħud mill-ktieb tar- Rev. Kan. John Ciarlò, Soċjetà Filarmonika Nazzjonali ‘La Valette’: L-Ewwel Mitt Sena ta’ Storja 1874-1974 (Malta, 1994). 3 Joseph Vella Bondin, Il-Mużika ta’ Malta fis-Sekli Dsatax u Għoxrin (PIN, 2000) p. 200. 4 http://www.socnazlavalette.com/banda.html (aċċessat 01.06.2016). 5 John Ciarlo’, Op. Cit, p.145. 6 Ibid., p.147. 7 Joseph Vella Bondin, Op. Cit., p. 162. 8 Ibid., p.151 9 Eddie Attard, Deportations of Italians from Malta and Espionage Convictions in the 1930s (The Sunday Times of Malta, 27.01.2013). 10 Stefano Fabei, La Legione Straniera di Mussolini (Mursia, 2008) p.279-238.

Festa Madonna tal-Karmnu

Valletta 2016

45




Ella’s Mini Market 58, St Patricks Street, Valletta Mob: 9944 7998, 7764 6540

Fawkner Store (Karina)

9920 9460

5, Marina Street, Msida Tel: 2124 1965 Mob: 9924 1965

Email: mrsjones@melita.com

48

Festa Madonna tal-Karmnu

Valletta 2016


Il-Poeta li għamel ġieħ lill-Karmelitani Patri Hermann Duncan O.Carm

Fost il-ħafna patrijiet u reliġjuzi Karmelitani nsibu bosta li baqgħu jissemmew għal tliet ħwejjeġ li għamlu: Il-qdusija ta’ ħajjithom, l-għerf li żejjinhom Alla bih u l-ħidma appostolika li huma wettqu. Illum qed nikteb dwar patri li kien mogħni bl-għerf. Dan hu Patri Anastasju Cuschieri, magħruf bħala l-poeta tal-Madonna u tal-ilsien Malti. Żgur li mhux ħa niktbu kollox fuqu għax saru ħafna studji u riċerki fuqu. Niktbu biss dak li hu meħtieġ biex ikun jiswa għall-qarrejja tagħna. Patri Anastasju twieled ġewwa l-parroċċa tal-Madonna talPortu Salvu magħrufa aktar bħala ta’ San Duminku l-Belt Valletta nhar is-27 ta’ Jannar 1876. Ftit jiem wara ġie mgħammed fil-knisja parrokjali tal-istess parroċċa fejn tawh l-isem ta’ Pawlu.

It-Tagħlim tiegħu mhux biss baqa’ bejn il-ħitan tal-Università iżda sab ruħu mitbugħ fir-“Rivista di Filosofia Neo-Scolastica” ta’ Milan. Bħala professur għaddew minn taħt idejh ħafna żgħażagħ li magħhom nqeda bid-doni li tah Alla biex ikun jista’ jgħinhom. Għadu mfakkar għallezzjonijiet sbieħ li kien jagħmel fejn kien juża d-dehen li kellu u dak ta’ poeta mħallat mal-mod ħlejju li kien jgħallem bih. Għalhekk l-istudenti kellhom ġibda kbira lejh.

Huwa mhux biss kien maħtur Professur tal-Filosofija imma wkoll għal darbtejn ġie maħtur bħala Pirjol Provinċjali talProvinċja Karmelitana Maltija mis-26 ta’ Novembru 1906 sal-14 ta’ April 1910, u mill-1 ta’ Settembru 1913 sas-26 ta’ Ġunju 1916.

Bħala tifel kien imur l-iskola Ukoll għal darbtejn kien P. Anastasju Cuschieri O.Carm primarja minn fejn għadda għallmagħżul bħala Senatur malLiċeo. Ta’ 15-il sena daħal fl-ordni Karmelitan Gvern ta’ dak iż-żmien biex jirrappreżenta u beda n-novizzjat fil-25 ta’ April 1891. l-gradwati Universitarji: darba fis-sena 1927 u Hawnhekk huwa biddel l-isem tiegħu għal dak darb’oħra fl-1932. ta’ Anastasju kif kienet l-użanża tal-patrijiet f’dawk iż-żminijiet. Nhar il-28 ta’ Awwissu 1892, Kienet aħbar kerha meta l-poplu tagħna sar jaf huwa għamel il-professjoni sempliċi. Wara li li nhar il-15 t’Awwissu 1959 huwa ġie milqut beda l-istudji tiegħu hawn Malta, is-superjuri minn marda qerrieda li ħallietu paralitiku. Dam tiegħu bagħtuħ Ruma biex jistudja l-Filosofija b’dik il-marda għal 3 snin sħaħ fejn kien ikkurat u t-Teoloġija fl-Università Gregorjana. Fis-sena ħafna min ħutu l-patrijiet. Fis-17 ta’ Lulju 1898 huwa għamel il-professjoni solenni tiegħu 1962, Patri Anastasju għadda għall-ħajja aħjar. fl-Ordni Karmelitan u iktar tard fl-istess sena Hawnhekk naraw li ntemmet waħda mill-ħajjiet ġie ordnat saċerdot. Fl-1902 huwa ħa l-grad ta’ iben għaref tal-gżira tagħna. Il-funeral tiegħu ta’ dottorat fil-Filosofija u f’dik l-istess sena sar fis-Santwarju Bażilika tal-Karmnu l-Belt u inħatar Professur fl-Università Rjali ta’ Malta għalih attendew bosta persuni distinti kif kien fejn dam f’din il-ħatra għall-37 sena jiġifieri jistħoqqlu. Huwa ġie midfun fil-kripta tal-Knisja sas-sena 1939. tal-Madonna tal-Karmnu fl-Imdina. Festa Madonna tal-Karmnu

Valletta 2016

49


Patri Anastasju huwa magħruf bħala l-Poeta tal-Madonna, għall-ħafna poeżiji tiegħu b’tema Marjana, li huma fost l-aqwa fil-letteratura Maltija. Huwa poeta ta’ stil romantiku u klassiku. Hu beda jikteb il-poeżija bil-Malti fl1909, tliet snin qabel Dun Karm Psaila. L-ewwel poeżija tiegħu ġġib l-isem Fil-Festa tal-Madonna tal-Karmnu. Fost il-bosta poeżiji ta’ P. Anastasju Cuschieri nistgħu nsemmu dawn li huma l-iktar popolari: Fis-Santwarju tal-Karmnu, Ilsien Pajjiżi, Il-Kelma Maltija, Qtigħ il-Qalb, Oqbra u Ħolm

Barra minn hekk nsibu diversi poeżiji li aktar tard ġew immużikati bħala innijiet sagri bħalma hija “Sliem għalik Omm tal-Karmelu” li għandha versi tant sbieħ li juru l-imħabba li kellu lejn ilMadonna.

Fost dawk li kitbu dwaru nistgħu nsemmu tnejn partikolari; il-poeta magħruf Ninu Cremona u l-kittieb Ġużè Aquilina. Ninu Cremona qal hekk dwar P. Anastasju: “Il-poeżiji ta’ Cuschieri… qajmu għagħa ta’ ħeġġa kbira fost il-kittieba tal-Malti li għal xi ftit kienu nsew il-versi ta’ kull poeta ieħor. Il-versi bil-Malti ta’ Cuschieri dlonk dehru bħala l-isbaħ mudelli ta’ poeżiji letterarji fil-kotba tal-Qari għat-tfal tal-iskejjel Sekondarji u għall-istudenti tal-Università ma’ poeżiji oħra”.

Waqt li Ġużè Aquilina kiteb, “Dawk li studjaw taħtu jafu kemm il-filosofija kien jagħmilha ħajja u kemm kien iqajjem interess fost l-istudenti. Il-Professur Cuschieri, barra li kien jaf sewwa s-suġġett tiegħu, kien jaf ifisser ruħu bit-Taljan għax dak iż-żmien il-Filosofija kienet tintgħallem b’din il-lingwa. Kien membru tal-Kunsill Ġenerali fl-Università fejn irrappreżenta l-Fakultà taxXjenza u mbarra dan, membru tal-kummissjoni tal-eżaminaturi tal-Lingwa u Letteratura Taljana....Id-diskorsi li għamel kemm dam senatur jitfgħu dawl fuq il-prinċipji u l-karriera tiegħu politika li dik il-ħabta, mhux bħal fi żminijietna, kienet imsejsa l-aktar fuq l-hekk imsejħa kwestjoni tal-Lingwa, il-ġlieda għal status uffiċjali bejn it-Taljan u l-Ingliż li ħafna drabi l-Malti sab ruħu mgħaffeġ bejniethom, imdeffes minn min ried jinqeda bih għal ħsieb ta’ politika u mħares minnhom it-tnejn u studjużi oħra tal-Malti li riedu li lsien il-poplu jieħu li ħaqqu f’art twelidna mingħajr ma jiċċappas malpolitika. Din il-qagħda politika kienet ta’ twegħir għal nies li kienu jħobbu l-Malta bħal Cuschieri u Dun Karm. Dawn iż-żewġ poeti għexu f’dan iżżmien ta’ deċiżjonijiet. Li t-tnejn kienu jħobbu l-ilsien Malti u riduh jieħu li ħaqqu u jibqa’ safi u bla tinġiż ħadd ma jista’ jmieri.” Tajjeb li ngħidu li Patri Anastasju f’ħajjtu, għamel bosta paneġierki li ħafna minnhom baqgħu jissemmew kemm bit-Taljan u kemm bil-Malti. Wieħed mill-iktar li baqa’ magħruf kien dak li għamel fis-Solennità tan-Nawfraġju ta’ San Pawl fil-Kolleġġjata talBelt.

Intemm din il-kitba żgħira tiegħi dwar ħuna P. Anastasju Cuschieri b’din il-poeżija tiegħu dwar ilMadonna.

Ninu Cremona

50

Festa Madonna tal-Karmnu

Valletta 2016

Ġużè Aquilina


Fis-Santwarju Tal-Karmnu Qabel norqod fil-għaxija Lilek inkellem U nsellem, Marija.

Kif mir-rqad jistrieħ il-ġisem, Narġa jien niftaħ għajnejja, Lilek, ja Sbejħa, L-ewwel sejħa, L-ewwel kelma ta’ xofftejja;

Meta l-leħen tal-qanpiena Donnu jitlob ix-xemx bil-ħniena Biex ittik l-aħħar tislima, Lejk minn fommi, Ja Ommi, Lejk minn qalbi Ma’ talbi Jitla’ l-bews tal-akbar qima. Jekk in-niket jiġi jżurni F’daqqa U tfaqqa’ Inħoss qalbi u sat-tama Nitlef jien li għad nithenna,

Lejk indur, minnek nistenna, Faraġ; int lejja Tħares, f’widnejja Donnok tgħidli u ssemmagħli: Xejn la tibża’, ħadd mhu bħali! Ħadd mhu bħalek, ja Marija; F’Liema tarf ta’ għolja kbira, Sajf u xitwa Bil-ward miksija, Rajtek jiena, ja Madonna, Tiddi, bajda, qalb il-ħdura?

Sħab ileqq kellek ma’ dwarek Ta’ kull lewn u ta’ kull sura; Int hemm waħdek Tħares ’l isfel lejn il-ġonna, Tħares ’l isfel, ja Magħżula, Lejn il-bliet u lejn ir-rħula.

Tapit aħdar taħt saqqajja Ifewwaħ, Weraq irewwaħ Tal-palm fuq rasi, Ħdejk tlajt nilheġ, Omma l-ħajja; Int kif rajtni, Fjur tal-Karmnu, ilbiesek tajtni. Kont żagħżugħ: l-imrar tal-ħajja Ma kienx għadu mess xofftejja, U jekk qatt demgħa Fuq ħaddejja Daqqiet taqbeż minn għajnejja, B’wiċċ il-ħelu ta’ dik Ommi Tarġa tleħħ id-daħka f’fommi. Hawn fejn lilek qed inkellem U nsellem, Hawn fil-għodu u fil-għaxija Kont tarani fi tfuliti; Hawn, Marija, kont jien niġi Leħni nsamma’ Fis-sejħat tal-litanija, Fit-tnehid ta’ Ġeremija.

Fejnek issa, żmien ta’ dari, Ja żmien ħelu taż-żgħożija, Meta kollox kien ġo fija Għana u dija? Ah! Marija, ja Marija, Kemm dmugħ żdied issa ma’ tiegħi! X’dalma din! X’lejla waħxija! Omm u xbejba ta’ kull ħlewwa, Li bik biss qalbi tithenna, Tħallinix aktar nistenna, Tħallix iżjed lili nara Dix-xmara Ta’ dmugħ għaddejja: Ejja, ejja; Fuq is-sodda, tal-mewt tiegħi Ejja fis agħlaq għajnejja: Lilek, ja sbejħa, L-aħħar kelma ta’ xofftejja.

27.2.1917

Festa Madonna tal-Karmnu

Valletta 2016

51


Baned fil-Festa tal-Karmnu fis-Seklu 19 Lorenzo Zahra

L-ewwel baned li bdew jieħdu sehem fil-festi tagħna fi żmien l-Ingliżi kienu l-Baned talMilitar. Dan nafuh billi fil-festa ta’ San Lawrenz tal-Birgu, meta ntemmet l-Ordni u ġew l-Ingliżi, mal-uffiċjalità Għolja Ingliża, kienet tieħu sehem ukoll Banda Militari, ħaġa li fl-1813 kellha tkun sospiża minħabba l-pesta1. Jidher però li meta għadda ż-żmien fl-1840 nsibu banda Militari Ingliża tiegħu sehem fil-Festa tal-Madonna tal-Karmnu tal-Belt Valletta. Ma nistgħaġbux li f’ġurnali ta’ dak iż-żmien kien hemm min ipprotesta għax deherlu li bandisti barranin ta’ reliġjon oħra ma kienx xieraq jieħdu sehem fil-festi reliġjużi tagħna2. F’rapport tassena 1858 jidher li ħadu sehem żewġ baned, waħda taħt is-Surmast Domenico Amore però ma jissemmix ebda isem ta’ banda3. Is-sena ta’ wara cioè fl-1859 fil-pjazza San Giorgio (illum il-Main Guard) kien sar palk tal-injam apposta ħalli joqgħodu fuqu l-mużikanti fil-festa talKarmnu4.

Fis-sena 1862 kienu ħadu sehem żewġ baned Militari, li kienu dik tal-Artilliri Maltin u oħra tar-Regt 23 R.W. Fusiliers5. Jidher li l-banda tar-reġiment spiss kienet tieħu sehem b’dan l-isem, kif irrappurtaw il-ġurnali fl-1862 u 1866 u ġeneralment kienu jdoqqu fil-pjazza San Giorgio6.

Fis-sebgħinijiet tas-seklu 19 dehret il-Banda La Valette li bdiet tieħu sehem kważi kull sena. Fl-1875 kienet taħt il-bakketta ta’ Carabott, filwaqt li is-sena ta’ wara taħt Bartoli7. Fis-sena 1879 kienet ħadet sehem ukoll il-banda ta’ Birkirkara8. Fis-sena 1877 kienu ħadu sehem iż-żewġ baned tal-Isla, cioè l-Banda Vincintrice u l-Banda La Sengle li kellhom programm f’idejhom billi sena qabel kienu ħadu sehem meta kellna ż-żjara tal-Prince of Wales f’Malta9 u ġew imfaħħra ferm. Fis-sena 1880, il-Banda La Valette kienet żanżnet innu ġdid għall-festa imma dan żanżnitu fit-Teatru Manel fejn intlaqa’

Il-palk tal-injam li fuqu kienet titla’ l-banda. Dan il-palk għadu jeżisti għalkemm m’għadux jintrama.

52

Festa Madonna tal-Karmnu

Valletta 2016


tajjeb ferm. F’dik is-sena mal-banda La Valette fil-festa kien hemm ukoll iż-żewġ banded talIsla kif ukoll il-banda Militari tal-R.M.F.A10. Fissena 1885 kienet ħadet sehem il-Banda Duke of Edinburgh tal-Birgu. Jidher li fid-disgħinijiet tas-seklu 19, il-baned tat-tlett ibliet spiss kienu jieħdu sehem fil-festi tal-Karmnu talBelt Valletta li allura kienu popolari wisq. Hekk insibu fis-sena 1894 dik ta’ Bormla, Banda San Giorgio, it-tnejn tal-Isla, il-Banda Vincitrice u La Sengle u dik tal-Birgu li kien jisimha ”Vittoriosa” li llum hija msemmija Prince of Wales11. Fis-sena 1895 kien hemm ukoll il-Banda tal-Birgu Duke of Edinburgh, dik tal-La Valette kif ukoll dik ta’ San Gejtanu tal-Ħamrun. Fis-snin ta’ wara jidher li l-Banda Duke of Edinburgh baqgħet tieħu sehem taħt it-tmexxija tas-Surmast Gaetano Grech. Wieħed għandu jżid jgħid li fl-1898 għall-Festa tal-Madonna tal-Karmnu kien hawn banda barranija, cioè l-Banda ta’ Siracusa li kienet milqugħa b’ferħ anke mill-baned lokali12.

Hekk tajna xi tagħrif fuq is-sehem tal-Baned filFesta tal-Madonna tal-Karmnu fil-Belt Valletta fis-seklu 19, meta l-festa kienet diġà waħda ferm popolari mal-poplu Malti.

Referenzi 1 Atti Ċivili – Arkivju Arċidjoċesi 2 The XXX p40 (1840) 3 Mediterraneo 24/7/1858 4 XXX 20/7/1859 5 Mediterraneo 19/7/1862 L’Ordine 18/7/1962 6 XXX 19/7/1865; 17/7/1866; 18/7/1868 7 Op. cit 13/7/1875 – Public Opinion 8 Op. cit 25/7/1879 9 Op. cit 18/7/1877 – Ricordio della Visita di Prince of Walse 6-10 April 1876 10 Op. cit 12/7/1880; 15/7/1880 11 Public Opinion 14/7/1894 – Banda Vittoriosa Public Opinion – 13/7/1895 Banda Duke of Edinbough Public Opinion – 11/7/1895 Banda tal-Birgu – Direttur: Grech Public Opinion – 12/7/1895 Banda La Vincitrice – Senglea Public Opinion – 15/7/1899 – Banda Duke of Edinbough – Vittoriosa Il XXX Malta No 120 – 14/7/1899 12 Il Patriota 13/7/1898

Festa Madonna tal-Karmnu

Valletta 2016

53


San Luwigi Maria de Montfort u d-Devozzjoni lejn il-Verġni Mqaddsa

Wara li fil-programm tas-sena l-oħra tajna tagħrif fuq ir-rabta bejn San Ġwann Bosco u l-Madonna din is-sena ser niffukaw fuq San Luwigi Maria de Montfort li bħal San Ġwann Bosco kien ukoll devot kbir tal-Madonna. L-istatwi ta’ dawn iż-żewġ qaddisin se jkunu l-ewwel tnejn minn sett ta’ statwi li għandhom rabta speċjali mal-Madonna u li ser jiġu mżanżna fit-triq tal-Knisja.

isem ta’ Marija mal-isem tiegħu Luwigi. Dan seħħ meta rċieva l-Griżma tal-Isqof. Għamel l-istudji umanistiċi u dawk filisofiċi fil-kulleġġ ta’ San Tumas Becket f’Rennes taħt il-gwida tal-Ġiżwiti fejn tnisslet ħbiberija bejnu u l-futur kanoniku Jean-Baptiste Blain (1674 – 1751) li ħallielna xhieda prezzjuża tal-ħajja tal-qaddis.

Id-devozzjoni kbira li kellu lejn il-Verġni Mbierka tidher fit-tagħlim kollu tiegħu. Huwa kien ta’ spiss isostni illi l-Madonna u Ġesù huma inseparabbli u għalhekk kien dejjem jipprietka l-Konsagrazzjoni lil Ġesù permezz ta’ Marija. Kien iqis id-devozzjoni Marjana bħala l-iktar devozzjoni li thenni l-qlub u tikkonforta l-erwieħ.

Fil-ħarifa tas-sena 1692 mar joqgħod Pariġi biex jistudja t-teoloġija fis-Sorbona, u daħal, fis-seminarju ta’ San Suplizju grazzi għall-borża ta’ studju. Fil-5 ta’ Ġunju tas-sena 1700 ta’ 26 sena ġie ordnat saċerdot u daħal għall-ħidma ta’ appostolat fost il-poplu meta bit-tagħlim u l-eżempju tiegħu kien joffri skola ta’ fidi lil ta’ madwaru.

San Luwigi Maria de Montfort (1673-1716)

San Luwigi Maria de Montfort, kien qassis minn Franza kittieb u predikatur ta’ fama kbira. Filfatt huwa meqjus bħala wieħed mill-ewwel kittieba fil-qasam Marioloġiku (studju fuq ilMadonna).

Ta’ età bikrija beda juri sinjali ta’ ħajja qaddisa, ħidma għall-appostolat u devozzjoni mill-qalb lejn il-Verġni Mqaddsa espressa biż-żieda tal54

Festa Madonna tal-Karmnu

Valletta 2016

F’Novembru tas-sena 1701 l-Isqof djoċesan Mons. Claude de la Poype de Vertrieu nnominah kappillan tal-isptar ta’ Poiters. Huwa ħadem ħafna f’dan l-isptar biex inissel ordni u riformi fejn kien hemm it-taħwid u ta’ eżempji kbar ta’ ċaħda tiegħu nnifsu. Flimkien ma’ Marie Louise Trichet, il-futura beata Suor Marija Luisa ta’ Ġesù, bint ilprokuratur ġenerali, waqqaf il-kongregazzjoni ta’ Ulied il-Karità li kienu jagħtu s-servizz tagħhom fl-isptar u joffru għajnuna lit-tfal. L-għedewwa tal-knisja, l-aktar il-Gansenisti għamlu gwerra kontra tiegħu, tant qalila, li wara erba’ snin kellu jabbanduna l-inkarigu li tiegħu kien responsabbli, dik tat-tmexxija tal-isptar, minkejja l-gratitudni tal-morda li wrewha blaktar mod klamoruż.


Baqa’ sena oħra Poiters bit-tama li jikkonverti dawk l-infidili. Wara mar pellegrinaġġ bil-mixi lejn Ruma biex jikkonsulta ruħu mal-Vigarju ta’ Kristu, il-Papa Klement XI (1700 – 1721). Il-Papa inkorraġġieh biex ikompli l-appostolat tiegħu fi Franza. Minħabba li ostakolawh li jidħol Poiters huwa mar jevanġelizza lokalitajiet oħra fi Franza. Il-missjoni tiegħu kienet karaterizzata mill-predikazzjoni, tagħlim tal-katekiżmu u manifestazzjonijiet pubbliċi ta’ kult, fuq kollox purċissjonijiet li kienu jilħqu l-quċċata tagħhom billi l-parteċipanti jġeddu l-wegħdiet tal-magħmudija. Kien jorganizza dawn ilmanifestazzjonijiet biex juri b’mod viżibbli l-veritajiet tal-fidi nisranija fil-beraħ u anke wkoll biex jeħodha kontra dawk li kienu qed jattakkaw dawn il-wirijiet reliġjużi pubbliċi. Kien iħeġġeġ l-użu tal-kant popolari li ħafna minnhom ikkomponihom hu stess billi dawn mhux biss kienu jittrażmettu l-messaġġ nisrani, imma wkoll iħeġġu l-qalb. Waqqaf il-kumpanija ta’ Marija, kongregazzjoni ta’ saċerdoti li kellhom il-vot li jorganizzaw

missjonijiet fost il-poplu. Fis-sena 1708 f’Nantes waqqaf għaqda ta’ lajċi msejħa Ħbieb tas-Salib. Huwa kien iħeġġihom biex jaċċettaw is-salib li hu parti mill-ħajja nisranija. Is-salib, kien jgħallem, iressqek aktar qrib lejn Kristu.

F’Pontchateau huwa ġabar numru kbir ta’ nies ta’ kull età biex jibnu l-Kalvarju li kellu jkun lok għall-pellegrinaġġi. Lejliet li kellu jiġi mbierek, l-isqof ipprojbixxa li jiġi mbierek billi sema’ li kellu jkun distrutt minn ordni tar-re ta’ Franza li kien influwenzat mill-Gansenisti, setgħa eretika kontra l-knisja Kattolika. Meta sema’ din l-aħbar huwa qal lill-eluf miġbura għat-tberik tiegħu: “Kienet it-tama tagħna li nibnu Kalvarju hawn; ejjew nibnuh fil-qalb tagħna. Ikun imbierek Alla.” Ma kienx jibża’ jipprietka minkejja li vvalenawh għalkemm dan l-attentat ma kienx fatali. Kompla jaħdem bla ma qata’ qalbu, jgħallem u jwaqqaf skejjel għat-tfal, imma mikdud millħafna xogħol u mard miet f’April 28 tas-sena 1716, fl-età ta’ 43 sena. Huwa ġie kkanonizzat mill-Papa Piju XII nhar l-20 ta’ Lulju 1947.

Il-Komunità Karmelitana tal-Belt Valletta tawgura festa qaddisa u devota lil kul˙add

F. Zammit & Sons F l or i st

The Flower Kiosk Republic Street, Valletta Tel/Fax: 2123 8324 Web: www.fzammitgardencentre.com Email: info@fzammitgardencentre.com Festa Madonna tal-Karmnu

Valletta 2016

55


Mob: 9942 0516

Francis Ellul

bedlinen

a household name for 50 years towels nightwear underwear babywear

170, Old Bakery Street, Valletta VLT 1454 Malta Tel: (+356) 21237099 Fax: (+356) 21246931

56

Festa Madonna tal-Karmnu

Valletta 2016

660 St. Joseph High Street, Ă“amrun HMR 1012, Malta Tel: (+356) 21242762/3 Fax: (+356) 21244857


Messaġġ Għaqda Festi Esterni Madonna tal-Karmnu - Valletta

Inkomplu ninsġu flimkien il-libsa tal-Festa Julian Vassallo

Bħal kull sena f’dan il-messaġġ tiegħi nagħtu ħarsa ħafifa lejn il-bosta xogħol li l-Għaqda Festa Esterni Madonna tal-Karmnu kienet qed twettaq mill-festa li għaddiet ’l hawn. Grazzi għall-bosta voluntiera kif ukoll għall-bosta nies li għandhom għal qalbhom il-Festa tal-Madonna tal-Karmnu fil-Belt Valletta nkunu nistgħu dejjem insebbħu l-libsa tal-festa, li l-belt kapitali tagħna tilbes f’Lulju, libsa li tagħmel unur lillBelt Valletta biex b’hekk tkun imżejna kif jixraq għall-festa tal-Patruna tagħna l-Omm u l-Ġmiel tal-Karmelu. Nieħu din l-opportunità biex nirringrazzja minn qalbi lil bosta voluntiera li jaħdmu bla heda biex ikomplu jkabbru din il-festa kif ukoll lil bosta nies li permezz tal-preżenza tagħhom fil-bosta attivitajiet ta’ fund raising li ntellgħu, ikunu qed jagħtuna s-sostenn tagħhom b’mod finanzjarju. Is-sur ta’ Marsamxett Għas-sur ta’ Marsamxett saru 8 arbli ġodda tal-ħadid, xogħol li sar minn T.J. Forace. Għal hawnhekk sar l-isfumar ta’ 2 bnadar oħra li qed jirrappreżentaw il-kunjomijiet tal-pirjoli li kellu s-Santwarju matul is-snin. Dan ix-xogħol ta’ sfumar sar mill-artist Radian Micallef. Xogħol fuq il-bejt tal-kunvent Matul din is-sena sar ħafna xogħol ta’ manutenzjoni ta’ arbli u bnadar li jittellgħu fuq il-bejt tal-kunvent. Fosthom sar ir-restawr u manutenzjoni ta’ arblu kbir li jittella’ filkantuniera. Għal dan il-għan kellu jitniżżel qabel ma bdiet ix-xitwa u reġa’ ttella’ ftit ġranet qabel l-aħħar Erbgħa tal-Udjenza tal-Madonna tal-Karmnu. Dan ix-xogħol ta’ żebgħa u restawr fuq dan l-arblu sar minn Emanuel Sultana. Sar ukoll ir-restawr u ż-żebgħa tal-ħadid talarbli ta’ fuq il-bejt minn Omar Camilleri. Għallfontispizju tas-Santwarju saru wkoll 2 arbli

ġodda tal-ħadid minn T. J. Forace, kif ukoll 2 bnadar ġodda. Il-ħjata ta’ dawn il-bnadar huwa xogħol Brian Borg. Għall-arbli tal-bejt tal-Kunvent saru wkoll 10 fustuni tad-dawl minn Daniel Armeni.

Waqt ix-xogħol ta’ restawr tal-arbli tal-kunvent

Pjazza Indipendenza Wara li s-sena l-oħra sar ir-restawr tal-vara tal-Madonna tal-Karmnu li tintrema f’din ilpjazza ħsibna li nkomplu ninvestu aktar flarmar ta’ din il-pjazza. Fil-fatt ġew irħamati l-erba’ kolonni tal-anġli li jintramaw f’din ilpjazza. Dan l-irħamar sar minn Manuel Micallef filwaqt li l-indurar sar minn bosta voluntiera mill-maħżen tagħna. Għal din il-pjazza sar ukoll l-irħamar tal-Kolonna tal-Madonna minn Manoel Micallef. Bħalma dejjem ngħidu l-aqwa u l-aħjar jixraq għall-Patruna tagħna. Għalhekk l-induratura kollha li saret għal din il-kolonna sar b’folji taddeheb ta’ 22.5 karat. Dan ix-xogħol sar minn bosta voluntiera mill-maħżen tagħna filwaqt li parti mix-xogħol sar minn Jonathan Farrugia. Il-pumi tal-bandalori ta’ din il-pjazza wkoll ġew indurati, liema xogħol sar minn Ryan Catania. Festa Madonna tal-Karmnu

Valletta 2016

57


ditta Armstrong u Joram Frendo. Apparti dan ix-xogħol sar ukoll bosta xogħol ta’ ħadid fuqu fosthom it-taraġ tiegħu u l-poġġamani kif ukoll il-ħadid kollu ta’ wara li ġie rregalat minn Harry Vidal.

Xogħol fuq l-induratura tal-pumi

Il-palk tal-banda Wara li għal bosta snin il-palk tal-banda ma kienx jintrama, din is-sena ħsibna li jsir ir-restawr fuqu u jibda joħroġ għall-festa tal-Madonna talKarmnu. Dan il-palk huwa opra kbira fl-injam u jkompli jżid mal-kollezzjoni ta’ armar denju li għandna biex iżżejjen il-belt kapitali.

Wara li nqala’ minn fejn kien merfugħ, intrama bi prova għan-Notte Bianca u l-kummenti pożittivi li qlajna minn bosta nies tal-arti kompla ħeġġiġna biex napprezzaw aktar din l-opra u nieħdu ħsiebha kif jixraq. Ħafna mix-xogħol biex jintrama għall-ewwel darba f’Ottubru sar minn Clyde Borg, T.J. Forace u Ilario DeGiovanni. Wara li għaddiet in-Notte Bianca żżarma u beda x-xogħol ta’ tqaxxir ta’ żebgħa u irfinar mid-

Triq Zekka Matul din is-sena tkompla l-proġett ta’ sfumar ta’ dawn il-pavaljuni. Dan l-isfumar qiegħed isir minn Radian Micallef. Għal din is-sena sar ukoll il-pedestall ġdid tal-anġlu, fuq disinn ta’ Illario DeGiovanni. Ħadmu fuq dan il-pedestall, Clinton Debono u David Gafà u Julian Vassallo. Triq l-Ifran Wara li s-sena l-oħra tajna bidu għall-proġett ta’ pavaljuni f’din it-triq, din is-sena ser inkunu qed inżanżnu t-tieni pavaljun, sfumat u lest minn kollox. Il-ħjata ta’ dawn il-pavaljuni qed issir minn Samuel Sultana filwaqt li l-isfumar qiegħed isir minn Ryan Sultana. Triq ir-Repubblika Il-pavaljuni ta’ Triq ir-Repubblika żgur li huma ġawhra mill-isbaħ mill-kuruna ta’ armar li biha tiġi nkurunata il-Belt Kapitali għall-festa talPatruna. Din is-sena saru l-pumi ta’ dawn ilpavaljuni filwaqt li saru ġmiemem ġodda. Għal din it-triq din is-sena tlesta wkoll ir-restawr fuq 2 anġli oħra ta’ Karlu Darmanin biex issa nistgħu ngħidu li jonqos biss ir-restawr ta’ anġlu wieħed biex jiġu rrestawrata it-12 li huma. Dan ir-restawr qiegħed isir minn Rennie Abela.

Quddiem il-Qorti Għall-pedestall il-kbir ta’ quddiem il-Qorti saret l-iskultura, indurata mill-membri tal-maħżen tagħna. Saru wkoll 3 pitturi ġodda għallbandalori ta’ quddiem il-Qorti. Dawn il-pitturi saru minn Kurt Friggieri u dan il-proġett ta’ 16il bandalora bil-pittura ġie konkluż. Għal dawn is-16-il bandalora tal-pittura ġew restawrati wkoll is-sopraporti tagħhom fejn sar xi xogħol ta’ tiswija u żebgħa fuqhom. Dan ix-xogħol sar minn Juan Carlos Farrugia.

Waqt ix-xogħol ta’ żebgħa fuq l-art tal-palk

58

Festa Madonna tal-Karmnu

Valletta 2016

Triq il-Merkanti Għal tarf Triq il-Merkanti saret liedna ġdida forma ta’ Nome di Maria. Ix-xogħol fuq il-liedna sar minn Noel Muscat.


Fuq San Ġwann Għal fuq San Ġwann tkompla l-proġett ta’ sfumar ta’ 4 bandalori oħra. Dan ix-xogħol ta’ sfumar qiegħed isir minn George Spiteri filwaqt li l-pittura fuq il-labtijiet ta’ dawn il-bandalori qiegħda ssir minn Kurt Friggieri. Għall-arbli ta’ fuq San Ġwann saru wkoll sett ta’ kuruni talliedna biex jitilgħu fil-jiem ta’ qabel il-festa. Dan ix-xogħol sar minn Isaac McKay. Waqt xogħol ta’ liedna għat-Triq tas-Santwarju

wkoll numru ta’ kuruni ġodda minn Bernice Zammit.

Waqt ix-xogħol ta’ kuruni għall-arbli ta’ fuq San Ġwann

Pjazza Reġina Din is-sena komplejna naħdmu wkoll fuq ilproġett ta’ restawr ta’ dawn l-istatwi. Din issena ġiet irrestawrata l-istatwa ta’ Papa Ljun XIII minn Joseph Grioli.

Triq it-Teatru Matul is-sena inħadmet il-liedna kollha ta’ Triq it-Teatru. Din il-liedna nħadmet minn Joseph Pace. Għall-parti t’isfel ta’ din it-triq saru wkoll fustuni ta’ liedna minn John Farrugia. Għal din it-triq ser nagħtu bidu wkoll għall-proġett ta’ statwi li kellhom devozzjoni partikolari lejn ilVerġni Mqaddsa. Dawn l-istatwi huma xogħol l-artist Pawlu Aquilina u din is-sena ser inkunu qed inżanżnu l-ewwel tnejn li jirrappreżentaw il-qaddisin, San Ġwann Bosco u San Lwiġi Maria de Montfort. Wara li s-sena l-oħra żanżanna l-ewwel minn sett ta’ bandalori għall-pjazza San Ġorġ li jirrappreżentaw titli Marjani, din issena ser inkunu qed inżanżnu t-tieni waħda fuq disinn ta’ Joseph Cauchi.

Triq Santa Luċija Għal din it-triq saru pajpijiet ġodda għallpavaljuni kif ukoll liedna ġdida minn Joseph Pace. Saru wkoll pumi ġodda kemm tal-pavaljuni kif ukoll tal-arbli. Dan ix-xogħol sar minn A.J. Caruana, Isiah Zammit u Justin Piscopo. Saru

Triq l-Arċisqof Għal din it-triq saru fustuni ġodda tal-liedna minn John Farrugia.

Librett ġdid Din is-sena ħsibna ukoll biex niġbru xi marċi u innijiet li jindaqqu fil-festa tal-Karmnu talBelt f’librett ġdid. Dan il-librett sar minn Omar Coleiro. L-Għaqda Festi Esterni ġiet ukoll irregalata żewġ marċi ġodda, wieħed mis-Surmast Andrew Coleiro u l-ieħor minn Omar Coleiro bl-isem ta’ “Karmelitani Beltin”. Nirringrazzjawhom mill-qalb ta’ din l-għotja sabiħa.

Żgħażagħ Karmelitani Beltin Matul din is-sena ġie ffurmat il-grupp Żgħażagħ Karmelitani Beltin li jkompli jaħdem biex jgħin lill-Għaqda tal-Festa Esterni Madonna talKarmnu fl-organizzazzjoni tal-festa ta’ barra. Kulma jmur dan il-grupp dejjem qiegħed jikber u qed ikun ta’ sostenn tajjeb anke b’bosta attivitajiet li jtella’ bħalma kienet il-carwash kif ukoll il-Playstation Tournament li ntlaqgħu tajjeb ħafna u kienu suċċess. Bħalma tistgħu taraw din is-sena reġa’ kellna sena mill-aktar impenjata. Apparti dan ixxogħol jsir bosta xogħol ieħor li mhux dejjem jidher imma li jkun bżonnjuż. Apparti hekk kull xahar isiru attivitajiet varji biex b’hekk inkunu nistgħu niġbru xi ftit mill-fondi li jkollna bżonn biex b’hekk nibqgħu għaddejjin fil-ħidma tagħna b’risq il-Festa tal-Madonna tal-Karmnu. Grazzi lil kulħadd. Festa Madonna tal-Karmnu

Valletta 2016

59


r

Groce

POST OFFICE

PULIZIJA

NiNsabu qrib tiegÓek

Valletta 173, Triq l-Ifran

gasanmamo.com

173, Triq l-Ifran, Valletta | Tel: 2123 2666 | insurance@gasanmamo.com | gasanmamo.com GasanMamo Insurance Ltd hi awtorizzata mill-MFSA.



Umbrellun ġdid għas-Santwarju Lawrence Caruana

Kien Ottubru tas-sena 2015 meta rċevejt telefonata mingħand ir-Reverendissimu Pirjol Patri Alex Scerri fejn infurmani li għandu bżonn ikellimni. Iffissajna appuntament sabiex niltaqgħu l-Knisja Bażilka tal-Karmnu l-Belt Valletta. Meta ltqajna, l-Pirjol wera x-xewqa li nagħmlu xogħol ta’ trasport tal-armi tad-deheb li kien hemm fuq l-umbrellun eżistenti li kien sar mill-familja Pizzuto. Jiena issuġerejt li ma nirvinawx l-umbrellun preżenti u jitħalla għallfesti sekondarji. Il-Pirjol sema’ mill-parir tiegħi li jsir umbrellun ġdid. Wara li ġie konkluż il-ftehim mal-Pirjol minnufih beda x-xogħol fuq id-disinn tal-armi eżistenti. Dan sar billi l-ewwel ġew ikkupjati l-armi u saru wkoll xi modifiki fejn sar disinn oriġinali taliskudett. Meta d-disinji kienu lesti ġew murija lill-Pirjol fejn ikkonferma li min-naħa tiegħi nista’ nipproċedi bix-xogħol. Ftit jiem wara ġie

62

Festa Madonna tal-Karmnu

Valletta 2016


miftiehem u mixtri d-drapp il-ġdid kif ukoll ilglalen u l-freneż tad-deheb. Kif kellna d-drapp f’idejna stajna minnufih nibdew ix-xogħol tarrakkmu.

B’suġġeriment tiegħi fuq ir-rakkmu użajna sistema differenti minn dak li kien hemm fuq l-umbrellun eżistenti. Ir-rakkmu l-ġdid ġie maħdum b’sistema li nsejħulha ‘alzato’ fejn l-imsemmi rakkmu jiġi mqabbeż. B’hekk qabel poġġejna d-deheb kien hemm bżonn li jsir ixxogħol ta’ tela. Meta l-armi tlestew mir-rakkmu fuq il-patalotti minnufih beda x-xogħol ta’ tfassil kif ukoll tal-ħjata tal-umbrellun. Għaldaqstant nirringrazzja lill-Wisq Reverendissimu Pirjol tal-fiduċja li wera fija kif ukoll lis-Sur Charlie Cauchi għad-disinn tal-armi. Nirringrazzja wkoll lis-Sinjura Marvic Long talgħajnuna tagħha fil-ħjata tal-umbrellun.

Fjur tal-Karmelu, Dielja bil-frott mog˙nija; Dija tas-sema, Xebba li wa˙danija, B’©ie˙ Omm tifta˙ar.

Omm l-aktar ˙elwa, Li ©mielek qatt ma ttabba’, Lill-Karmelitani Óniena uri u m˙abba, kewkba tal-Ba˙ar. Festa Madonna tal-Karmnu

Valletta 2016

63


Agius Manuel (Ta’ Barabba tal-Belt)

Undertaker & Coffin Maker Funeral Service - 24 Hours To fit every budget A complete caring service in your time of need

117, West Street, Valletta Tel: 2122 5701 Mob: 9980 6779 / 9988 5977


Programm tal-Festi Solenni

Madonna tal-Karmnu Valletta 2016


Programm tal-Festi Solenni

li l-Provinċja Karmelitana Maltija tiċċelebra f’ġieħ il-Madonna tal-Karmnu bħala l-Festa Patronali tal-Ordni Karmelitan fis-Santwarju Bażilika Tagħha fil-Belt Valletta mill-1 sas-16 ta’ Lulju 2016 Il-Ġimgħa, 1 ta’ Lulju

Ħruġ tal-Istatwa min-Niċċa 6.15pm Rużarju Karmelitan 7.00pm Quddiesa mill-W.R.P Alex Scerri O.Carm, Pirjol u Rettur tas-Santwarju, bis-sehem tal-għaqdiet kollha tas-Santwarju. Jiġi inawgurat u mbierek l-Umbrellun Bażilikali l-ġdid u jingħata l-mandat lir-Reffiegħa u wara ssir l-ħruġ min-niċċa tal-Istatwa tal-Madonna talKarmnu.

Is-Sibt, 2 ta’ Lulju

Jum Ewkaristiku Inħejju ruħna spiritwalment għall-festa biex permezz tagħha l-Verġni Marija xxerred kotra ta’ grazzji fuqna 10.00am Quddiesa u wara Ġesù Ewkaristija jiġi espost sa nofsinhar 12.00pm Talba ta’ Nofs il-Jum mill-Komunità tas-Santwarju 4.30pm Espożizzjoni u Adorazzjoni 6.00pm Rużarju quddiem Ġesù Ewkaristija 6.30pm Quddiesa bil-ħsieb fuq l-Verġni Marija fiċ-Ċenaklu

Il-Ħadd, 3 ta’ Lulju

Jum tal-Familji Karmelitani 10.00am Quddiesa organizzata mill-Arċikonfraternità ta’ San Ġużepp, bis-sehem tal-Familji Karmelitani. Mistiedna dawk l-għarajjes li żżewġu fis-Santwarju fl-aħħar sena u dawk li qed jiċċelebraw xi anniversarju importanti miżżwieġ tagħhom. Janima l-kant is-Sur Vince Fabri.

It-Tnejn, 4 ta’ Lulju

Jum it-Terzjarji Karmelitani 6.00pm Rużarju 6.30pm Quddiesa bis-sehem tat-Terz’Ordni Karmelitan li fiha ssir il-vestizzjoni u l-professjoni tat-Terzjarji l-ġodda.

Il-Tlieta, 5 ta’ Lulju

66

Jum iż-Żgħażagħ u l-Vokazzjonijiet Karmelitani Ġurnata ta’ Talb għal aktar Vokazzjonijiet fl-Ordni Karmelitan matul il-ġurnata kollha 6.00pm Rużarju 6.30pm Quddiesa għaż-żgħażagħ tal-Carmel Youths, animata minnhom stess, li fiha jsir talb għall-Vokazzjonijiet Karmelitani

Festa Madonna tal-Karmnu

Valletta 2016


Mill-Erbgħa 6 ta’ Lulju sal-Ħamis 14 ta’ Lulju

Novena f’ġieħ il-Madonna tal-Karmnu Kuljum: 6.00pm Rużarju bil-Litanija Karmelitana 6.30pm Quddiesa bl-omelija u wara Ċelebrazzjoni Marjana bilKant tas-Salve Reġina u Flos Carmeli u Ċelebrazzjoni Ewkaristika Predikaturi tan-Novena u Tema għal kull ġurnata:

L-Erbgħa, 6 ta’ Lulju

Niftakru f’ħutna li ħallewna Il-Verġni Marija, Bieb tas-Sema 6.00pm Rużarju kantat 6.30pm Quddiesa tan-novena mmexxija mill-W.R.P. Jurgen Cucciardi O. Carm, Pirjol tal-Komunità ta’ Santa Venera l-Qadima, li għaliha huma mistiedna l-familjari talgħeżież mejtin ħutna li ħallewna matul din is-sena

Il-Ħamis, 7 ta’ Lulju

Jum il-Fratellanzi Il-Verġni Marija, Tempju tal-Mulej 6.00pm Rużarju kantat 6.30pm Quddiesa tan-novena mmexxija mill-W.R.P. Maurice Abela O. Carm., Kappillan tal-Parroċċa ta’ Santa Venera, u animata mill-Fratellanza tal-Madonna tal-Karmnu u dik tal-Arċikonfraternità ta’ San Ġużepp

Il-Ġimgħa, 8 ta’ Lulju

Jum il-Ħajja Konsagrata Il-Verġni Marija, qaddejja tal-Mulej 6.00pm Rużarju kantat 6.30pm Quddiesa tan-novena mmexxija mill-W. R. Kan. Dun Vinċenz Cachia, Prepostu-Arċipriet tal-Parroċċa Kolleġġjata u Bażilika Sant’Elena, Birkirkara

Is-Sibt, 9 ta’ Lulju

Filgħodu - Jum l-Anzjani, il-Morda u Persuni b’Diżabilità 10.00am Quddiesa bit-tema Il-Verġni Marija, Saħħa tal-Morda, bis-sehem tal-anzjani u l-morda minn diversi Djar u Residenzi, li fiha jiġi amministrat is-Sagrament tadDilka tal-Morda. Ċelebrant il-W.R.P. Michael Camilleri O.P., Kappillan tal-Parroċċa ta’ San Duminku, Il-Belt Valletta Filgħaxija - Jum l-Għaqda Festi Esterni – Il-Verġni Mbierka Marija, il-mara l-ġdida 6.00pm Rużarju kantat 6.30pm Quddiesa tan-novena mmexxija mill-W.R. Dun Andrew Schembri, Saċerdot Novell, bis-sehem tal-Għaqda Festi Esterni tal-Madonna tal-Karmnu Valletta; wara filportiku jitbierek xi armar li se jiżżanżan fil-festa ta’ din is-sena 8.00pm Kunċert imtella’ mill-Valletta Ensemble u l-Kor Vocem organizzat mill-Fratellanza tal-Madonna tal-Karmnu, IlBelt Valletta

Festa Madonna tal-Karmnu

Valletta 2016

67


Il-Ħadd, 10 ta’ Lulju

Jum it-Tfal Il-Verġni Marija, Sultana tal-Familja 10.00am Quddiesa bis-sehem tat-Tfal u t-Trabi li jiġu ppreżentati lill-Madonna tal-Karmnu u miktuba fil-Labtu tagħha; wara ssir manifestazzjoni ferriħija madwar it-toroq tasSantwarju 6.00pm Rużarju kantat 6.30pm Quddiesa tan-novena mmexxija mir-Rev.du Patri Colin Sammut O.F.M.Conv., Gwardjan tal-Komunità Frangiskana Konventwali tal-Belt Valletta

It-Tnejn, 11 ta’ Lulju

Jum il-Helpers tas-Santwarju Il-Verġni Marija, mara li ġġib l-għaqda 6.00pm Rużarju kantat 6.30pm Quddiesa tan-novena mmexxija mill-W.R.P. Dun Karm Mercieca, Arċipriet tal-Parroċċa ta’ Santa Katarina taż-Żurrieq

It-Tlieta, 12 ta’ Lulju

Nitolbu għal dawk li għaddejjin minn xi problema Il-Verġni Marija, Omm u Għalliema Spiritwali 6.00pm Rużarju kantat 6.30pm Quddiesa tan-novena mmexxija mill-W.R.P. Victor Paul Farrugia O. Carm., Pirjol talKomunità Karmelitana tal-Parroċċa ta’ Santa Venera

L-Erbgħa, 13 ta’ Lulju

Jum l-Għaqda Armar tas-Santwarju Il-Vergni Marija, Sultana tal-Appostli 6.00pm Rużarju kantat 6.30pm Quddiesa tan-Novena mmexxija mill-W. R. Kan. Dun Vincent Borg, Arċipriet tal-Parroċċa Kolleġġjata ta’ San Pawl Nawfragu, Il-Belt Valletta, u animata mill-grupp li jżejnu s-Santwarju għall-festi.

Il-Ħamis, 14 ta’ Lulju

L- Aħħar Jum tan-Novena: Jum l-Għaqdiet Soċjali, Ċivili u Kulturali tal-Belt Valletta Il-Verġni Marija, Omm u Ġmiel tal-Karmelu 6.00pm Rużarju kantat 6.30pm Quddiesa mmexxija mill-W. R. Kan. Dun Mark André Camilleri, Kappillan tal-Parroċċa ta’ Kristu Re, Ir-Raħal Ġdid, li għaliha huma mistiedna l-Kunsill Lokali tal-Belt Valletta u l-għaqdiet soċjali kollha tal-Belt

Il-Ġimgħa, 15 ta’ Lulju

Lejlet il-Festa – Jum it-Tifkira tal-Inkurunazzjoni 8.00am Quddiesa u wara tibda katina ta’ Rużarju quddiem ix-Xbieha Inkurunata tal-Madonna talKarmnu

68

Festa Madonna tal-Karmnu

Valletta 2016


10.00am Quddiesa Solenni f’għeluq il-135 sena tal-Ewwel Inkurunazzjoni f’dawn il-Gżejjer, dik tax-xbieha mirakoluża tal-Madonna tal-Karmnu meqjuma fis-Santwarju. Ċelebrant: l-E.T. Mons. Arċisqof Emeritu Pawl Cremona O.P. Wara l-Evanġelju jinseġ kuruna ta’ tifħir lillVerġni Marija Inkurunata l-W. R. Mons. Paul Carmel Vella 5.30pm Rużarju u Kurunella 6.00pm Quddiesa mir-Rev.du Patri Alex Cauchi O.S.A., Pirjol tal-Komunità Agostinjana fil-Belt Valletta 7.00pm Tranżlazzjoni Solenni tar-Relikwa, Għasar Solenni u Barka Sagramentali. Ċelebrant: ilW.R.P. Alexander Vella O.Carm., Provinċjal tal-Karmelitani

Is-Sibt, 16 ta’ Lulju

Jum it-Tifkira Solenni tal-Imqaddsa Verġni Marija tal-Għolja tal-Karmelu Il-Quddies filgħodu jkun fil-5.30, 6.00, 6.30, 7.00, 8.30, 11.30 (fl-oratorju) u f’nofsinhar 7.30am Konċelebrazzjoni mill-Provinċjali, Kappillani u Retturi tal-Knejjes tal-Belt. Ċelebrant: l-E.T. Mons. Emmanuel Barbara O.F.M. Cap., Isqof ta’ Malindi, Il-Kenja 9.30am Il-Provinċja Karmelitana Maltija tiċċelebra Quddiesa Solenni Prelatizja f’Jum il-Festa Patronali tal-Ordni mmexxija mill-W.R.P. Alexander Vella O.Carm, Provinċjal talKarmelitani. Jinseġ il-paniġierku l-W.R.P. Renald Lofreda O. Carm., Pirjol u Kappillan talParroċċa tal-Madonna tal-Karmnu, Il-Fgura. 5.15pm Għasar Solenni mill-W.R.P. Alex Scerri O. Carm., Pirjol u Rettur tas-Santwarju 6.00pm Quddiesa Kantata mill-E.T. Mons. Charles J. Scicluna, Arċisqof Metropolita ta’ Malta 7.00pm Purċissjoni Solenni bl-Istatwa devota u mirakoluża tal-Madonna tal-Karmnu mmexxija mill-W.R.P. Alexander Vella O.Carm, Provinċjal tal-Karmelitani. Waqt il-pellegrinaġġ tingħad it-talba tar-Rużarju 8.00pm Il-purċissjoni tasal fuq iz-zuntier tal-Kon-Katidral ta’ San Ġwann, fejn issir ilkonsagrazzjoni lill-Madonna tal-Karmnu 10.15pm Dħul tal-Purċissjoni fis-Santwarju Bażilika, kant tal-Flos Carmeli u Ċelebrazzjoni Ewkaristika

L-Erbgħa, 20 ta’ Lulju

Solennità ta’ Sant’Elija, Profeta u Missier Tagħna, u Ċelebrazzjoni ta’ Radd il-Ħajr 6.00pm Rużarju 6.30pm Quddiesa ta’ Radd il-Ħajr lil Alla tal-festi li għaddew u wara jsir id-dħul tal-Vara talMadonna tal-Karmnu fin-niċċa Korijiet li ser jieħdu sehem matul dawn il-jiem: Matul in-novena jkanta l-Kor tas-Santwarju mmexxi minn Mro. Seb. Camilleri Fil-ħruġ tal-istatwa u fil-Quddiesa tal-Inkurunazzjoni l-Kor Tota Pulchra tal-Parroċċa Kolleġġjata ta’ Marija Immakulata ta’ Bormla, akkumpanjat mill-orkestra u mmexxi mis-Sur Walter Tonna u Mro. Michael Camilleri Fil-Quddiesa tal-Morda jkanta l-Kor Parrokkjali tal-Balluta mmexxi mis-Sinjura Marie Therese VassallO. Lejlet u nhar il-Festa jkanta l-Kor Collegium Musicum, akkumpanjat mill-orkestra taħt id-direzzjoni tal-Mro. Prof. Dion Buhagiar, Maestro di Cappella tas-Santwarju Bazilika; tindaqq il-mużika ta’ Mro. Paolo Nani

Fuq stedina tal-Papa Franġisku, fl-okkażjoni tal-Ġublew Straordinarju tal-Ħniena, matul il-ġranet tal-festa se nkunu qed niġbru l-ismijiet ta’ dawk kollha li jixtiequ jagħmlu nofstanhar volontarjat fid-Dar tal-Providenza fis-Siġġiewi. Fis-Santwarju Bażilika, matul il-ġranet, se jkun hemm post apposta, biex dawk kollha li jixtiequ jħallu isimhom u d-dettalji, biex aktar tard fis-sena jingħaqad grupp, jew aktar ta’ voluntiera.

Festa Madonna tal-Karmnu

Valletta 2016

69


Festa Madonna tal-Karmnu 2016

Programm tal-Festi Esterni Il-Ħadd 10 ta’ Lulju 2016

10.00a.m. Quddiesa bis-sehem ta’ tfal u wara tingħata bidu għall-manifestazzjoni ta’ tfal bl-istatwa żgħira tal-Madonna tal-Karmnu. Jakkumpanjaw din ilManifestazzjoni it-‘Tikka Banda’ li tibda minn quddiem is-Santwarju u tgħaddi minn dawn: Triq il-Punent, Triq l-Arċisqof, Pjazza San Ġorġ u Triq it-Teatru l-Antik fejn imbagħad isir id-dħul talistatwa lura fis-Santwarju f’atmosfera ferrieħa ta’ tfal.

L-Erbgħa 13 ta’ Lulju 2016

8.00p.m. Marċ mis-Soċjetà Muzikali Madonna tal-Ġilju talImqabba li jibda minn Pjazza L-Assedju l-Kbir u jkompli f’dawn it-toroq: Repubblika, Teatru l-Antik, L-Ifran, Arċisqof, Punent, Teatru L-Antik, l-Ifran, Santa Luċija, San Patrizju, San Ġwann, Punent, Santa Luċija, Zekka, Teatru l-Antik fejn jintemm fil-11.00 p.m. quddiem is-Santwarju. Fuq inizjattiva taż-Żgħażagħ Karmelitani Beltin fil-11.00 p.m. jibda programm qasir fuq il-Palk fi Triq Zekka mill-Big Friends Guggen Musik Malta (AD 2008). Dan jintemm f’atmosfera ferriħija fil11.30p.m.

Il-Ħamis 14 ta’ Lulju 2016

8.30p.m. Marċ mill-Banda Marija Reġina tal-Marsa li jibda minn Pjazza l-Assedju l-Kbir, ikompli f’dawn it-toroq: Repubblika, Teatru l-Antik, l-Ifran, l-Arċisqof, Zekka, Teatru l-Antik sa ħdejn isSantwarju fejn l-istess Banda tilqa’ l-istatwa tal- Madonna tal-Karmnu u l-Marċ ikompli minn Triq il-Punent, San Ġwann, Zekka, Teatru l-Antik, il-Punent u jispiċċa fil-11.30 p.m. bit-tlugħ tal-Madonna fuq pedestall artistiku fi Pjazza Indipendenza. Wara nassistu għal spettaklu kbir tal-karti sinkronzzati mal-mużika f’din l-istess Pjazza.

Il-Ġimgħa 15 ta’ Lulju 2016

70

Festa Madonna tal-Karmnu

Valletta 2016

Lejlet il-Festa filgħodu 10.30a.m. L-Għaqda Mużikali Madonna tal-Karmnu talBalluta tagħmel il-marċ tradizzjonali ta’ filgħodu li jibda minn Triq ir-Repubblika, Teatru l-Antik, Zekka, Arċisqof, Punent, Santa Luċija, Zekka, Teatru l-Antik u jintemm fis-2.00 p.m. fost il-briju tal-partitarji quddiem is-Santwarju. Lejlet il-Festa filgħaxija 8.00p.m. Il-Banda Dekana u Ċittadina L’Isle Adam tarRabat tal-Imdina tibda marċ minn Triq irRepubblika li jkompli fi Triq it-Teatru l-Antik,


fejn nassistu għal feature mtellgħa mill-Għaqda Festi Esterni bit-tema ‘135 Sena Inkurunata fi Qlubna’. Il-marċ ikompli għal Triq il-Punent sa Pjazza Indipendenza. Wara l-marċ, fil-10.45p.m. jkun hemm il-logħob tan-nar tal-art fi Triq Marsamxett (quddiem il-Pilar).

Is-Sibt 16 ta’ Lulju 2015

5.30p.m. Marċ mill-Banda Queen Victoria taż-Żurrieq li jibda minn Triq ir-Repubblika, Teatru l-Antik u jintemm fejn is-Santwarju wara li toħroġ ilPurċissjoni. 6.30p.m. Is-Soċjetà Filarmonika Nazzjonali La Valette tibda marċ minn quddiem l-istess sede tasSoċjetà fi Triq ir-Repubblika u jkompli fit-Triq it-Teatru l-Antik, sa ħdejn is-Santwarju. Wara l-istess banda tkompli b’marċ fi Triq l-Ifran (ħdejn l-iskola ta’ St. Albert). Kif l-istatwa tasal ħdejn il-banda, l-istess banda sselmilha bl-innu Fior del Carmel ta’ Mro. Cardenio Botti. 7.00p.m. Tibda ħierġa l-purċissjoni Solenni mis-Santwarju. Hekk kif toħroġ l-istatwa devota u mirakoluża talMadonna tal-Karmnu, il-Banda Queen Victoria taż-Żurrieq issellmilha bl-innu Fior del Carmel ta’ Mro. Cardenio Botti 7.15p.m. L-Għaqda Muzikali Madonna tal-Karmnu tal-Fgura tibda marċ minn Triq il-Merkanti (quddiem is-Suq) u tkompli bis-servizz tagħha fi Pjazza San Ġwann quddiem il-Kon-Katidral, fejn l-istess banda tkompli takkumpanja l-istatwa talMadonna tal-Karmnu b’innijiet Marjani sad-dħul lura fis-Santwarju. Kif l-istatwa tal-Madonna tal-Karmnu tasal fi Pjazza San Ġorġ jkun hemm spettaklu ta’ logħob tan-nar tal-ajru. 10.15p.m. Dħul Solenni tal-istatwa devota u mirakoluża tal-Madonna tal-Karmnu fis-Santwarju Bażilika tagħha bil-Kant tal-Ave Maria u l-antifona Flos Carmeli ta’ Mro. Paolo Nani.

Festa Madonna tal-Karmnu

Valletta 2016

71


Programm tan-Nar Il-Ġimgħa 15 ta’ Lulju 8.00a.m. Ħruq ta’ murtali u murtaletti 12.00p.m. Ħruq ta’ murtali u murtaletti 7.00p.m. Salut tal-bomba, kaxxa infernali, ħruq ta’ murtali u murtaletti bil-logħob. 10.45p.m. Ħruq tan-nar tal-art fi Triq Marsamxett (Quddiem il-Pilar).

Is-Sibt 16 ta’ Lulju

8.00a.m. Ħruq ta’ murtali u murtaletti 12.00p.m. Ħruq ta’ murtali u murtaletti 7.00p.m. Salut u kaxxa infernali. Diversi settijiet ta’ murtali u murtaletti bil-logħob jakkumpanjaw il-purċissjoni. In-nar tal-arju se jkun maħdum mill-Kamra tanNar San Ġużepp ta’ Ħal Kirkop, mill-Kamra tanNar Madonna ta’ Lourdes tal-Qrendi u Eddie Ellul Fireworks Factory. In-nar tal-art huwa xogħol ilKamra tan-Nar 15 t’Awwissu tal-Mosta.

72

Festa Madonna tal-Karmnu

Valletta 2016


L-Ewwel Festival Internazzjonali tal-Kunċerti ad Unur il-Madonna tal-Karmnu 2016

Dejjem Inkurunata f’Qalbna

Kunċert mill-Valletta Ensemble u l-Kor Vocem fid-9 ta’ Lulju fit-8:00 p.m. Bażilika Madonna tal-Karmnu, Il-Belt Valletta

Canon Sanctus

- Pachelbel/Anonymous

Panis Angelicus

- C. Callus Tenor Charles Vella Zarb

Ave Maria

- F.Schubert Soprano Hannah Bonnici

Ubi Caritas

Laudate Dominus

- W.A Mozart Soprano Hannah Bonnici

Ave Maria

- R. Camilleri Sopran Hannah Bonnici Sopran Anita Vella Bondin

Gloria - Vivaldi

Innu lill-Madonna tal-Karmnu – Montfort

Kunċert mis-Solisti ta’ Clare College Cambridge and Friends 14 ta’ Lulju fit-8:00 p.m. fil-Katidral Anglikan ta’ San Pawl, Il-Belt Valletta Is-solisti f’dan il-kunċert u ż-żewġ kunċerti tal-orgni qed jagħtu l-ħin tagħhom mingħajr ħlas biex jinġabru flus għar-restawr tal-Oratorju tal-Madonna tal-Karmnu. Programm li jinkludi: Tallis, Bach, Mozart, Schubert, Fauré, Duruflé, Rutter

Kunċert tal-Orgni fil-Katidral Anglikan ta’ San Pawl, Il-Belt Valletta 13 ta’ Lulju fis-1:00 p.m. Matthew Jorysz

Kunċert tal-Orgni fil-Kon-Katidral ta’ San Ġwann, IlBelt Valletta 15 ta’ Lulju fil-5:20 p.m. Matthew Jorysz Festa Madonna tal-Karmnu

Valletta 2016

73


Restawr fuq il-Bukketti tal-Vara tal-Madonna tal-Karmnu Carmel Pace

Is-sena l-oħra waqt il-purċissjoni l-bukketti li jkunu f’id il-Madonna u l-Bambin ġarrbu xi ħsarat sforz is-snin twal li għadda minn fuqhom. Għalhekk eżatt wara l-festa ġie deċiż li jiġu restawrati u mnaddfa għall-istat oriġinali tagħhom. Grazzi għas-Sur Silvio Sultana, dan ix-xogħol tant delikat daħal għalih is-Sur Kevin Ellul, li barra li hu arġentier tal-affari tiegħu huwa wkoll devot kbir tal-Madonna tal-Karmnu u għalhekk xogħol bħal dan żgur li għamlu blakbar żelu. Dawn il-bukketti huma maħduma tal-filugranu bil-fil irqiq, li jissejjaħ skaċċatt. Dan isir billi l-ewwel issir il-burdura ta’ barra filwaqt li tingħata l-forma li jkun hemm bżonn. Imbagħad dan jimtela bil-mili, bl-idejn. Il-mili użat huwa tat-tip matti, genwieża, għajnugorn u ħafna aktar li huma kollha magħmula mir-rizzoll.

L-ewwel biċċa xogħol kienet li jiġu studjati dawn il-bukketti biex jiġi innotat il-ħsara li kellhom. Minn analiżi tax-xogħol instab li dawn il-bukketti huma tas-seklu 18. Minbarra li kellhom ħafna weraq u anke ward nieqes, il-bukketti kienu tħammġu ħafna u mhux daqshekk professjonali fejn iz-zkuk tal-fjuri ġew issaldjati flimkien.

74

Festa Madonna tal-Karmnu

Valletta 2016

Fejn kien hemm il-ħsara, din ġiet imsewwija u wara li ġew maħduma mill-ġdid il-biċċiet neqsin bit-teknika l-antika, beda l-proċess ta’ tindif permezz tas-sħana tal-burner qabel ma


Il-Bukketti qabel u wara x-xogħol ta’ restawr fuqhom

ntefgħu fl-aċtu. Dan il-proċess kellu jiġi rripetut tliet darbiet. Wara, ix-xogħol kollu ġie ppolixxjat u mnixxfin skont ma titlob is-sengħa. Is-Sur Ellul qalilna li ħa gost ħafna jaħdem fuq dan il-proġett ta’ responsabbiltà kbira. Dan ixxogħol fakkru b’mod partikolari f’ħabib tiegħu, is-Sur Joseph Mizzi (magħruf bħala Ġoġo taddeheb) li kien devot ħafna tal-Madonna tal-

Karmnu u ħadem is-sandli tal-Madonna li jintlibes matul is-sena.

Hu apprezza ħafna l-fiduċja tagħna fih li ġie fdat b’teżor daqshekk uniku, u awgura lin-nies japprezzaw is-sbuħija u r-rikezzi li għandha l-vara tal-Madonna tal-Karmnu. Mhux ta’ b’xejn l-għaxqa tagħna!

Ranieri

Restaurant - Cafeteria

Tel: 2780 0812 Mob: 7711 1224 7796 5037 Email: radiocitymalta@yahoo.com

39, Republic Street, Valletta Tel: 2124 9063

Streaming: www.ustream.tv/channel/ radiocitymalta

Festa Madonna tal-Karmnu

Valletta 2016

75


Xbihat fis-Santwarju u fil-Kunvent tal-Karmnu tal-Belt ta’ Santa Maria Maddalena de’ Pazzi P. Victor Paul Farrugia O.Carm

Matul din is-Sena qed jiġi ċċelebrat l-450 sena mit-twelid ta’ Santa Maria Maddalena de’ Pazzi, Verġni u Serafina tal-Karmelu li twieldet fil-Belt ta’ Firenze fit-2 ta’ April 1566. Għalhekk iddeċidejt li ndur dawra kemm masSantwarju tagħna kif ukoll mal-Kunvent u nara ftit jekk niltaqax ma’ xi xbihat ta’ din il-qaddisa u naqsamhom magħkom f’din il-paġna flimkien ma’ xi informazzjoni dwarhom. Pitturi

1. L-ewwel xbieha hija dik li nsibu fil-Bażilka bħala sotto-kwadru fl-artal tal-Beatu Franco

ta’ Siena. F’dan il-kwadru tond Santa Maria Maddalena de’ Pazzi tidher b’għajnejha jħarsu ‘l fuq, u jidhru wkoll is-sinjali talPassjoni li hi ġarret f’ġisimha, iżda li ma kinux jidhru bl-għajnejn umani, jiġifieri ilkuruna tax-xewk u l-pjagi. Dan il-kwadru hu xogħol il-pittur Paul Busuttil u sar fl1990. Fl-iskultura tal-prospettiva nsibu l-anġlu l-kbir ta’ fuq li f’idejh għandu salib u ġilju, iż-żewġ puttini li jinsabu fin-naħa ta’ fuq ta’ kull panew f’idejhom wieħed għandu il-ġilju u l-ieħor il-kuruna tax-xewk rispettivament, li huma s-simboli ta’ din ilqaddisa. L-anġlu l-kbir tan-naħa tax-xellug għandu f’idejh l-iskrizzjoni bil-kelmiet: Irrid inbati għal Ġesù. Kliem li jirriflettu l-ħajja u l-ispiritwalità tal-qaddisa.

2. It-Tieni kwadru huwa dak li nsibu fisSagristija, fuq il-bieb. Dan jixbah ħafna lil

76

Festa Madonna tal-Karmnu

Valletta 2016


dak li hemm fil-knisja, li probabbilment sar fuqu. Huwa juri lill-qaddisa b’għajnejha mitfugħa ‘l fuq, u b’idejha marbuta fuq sidirha.

3. Ix-xbieha oħra tinsab fil-Kuritur ta’ isfel tal-Kunvent, dan huwa l-kwadru tal-bidla tal-qalb ta’ Sr. Maria De Domenicis (1645– 1703). Dan il-Kwadru juri lill qaddisa

imwieżna mill-Verġni Marija, li qed tgħollilha l-iskapular, minn fejn tidher qalbha. Warajhom naqra aktar ’il fuq jidher anġlu qed iżomm kuruna f’idu u jgħolli l-mant talVerġni Marija. Fuq in-naħa l-oħra naraw lil Ġesù li qed joħroġ qalbu minn sidru biex jibdilha ma’ dik tas-Serafina tal-Karmelu. Innaħa t’isfel jidher anġlu b’ġilju f’idu. Wara l-qaddisa Fjorentina tidher Santa Katerina ta’ Siena li spiss kienet preżenti fl-estażijiet tal-qaddisa. Dan il-kwadru kien irrestawrat ftit tas-snin ilu. Festa Madonna tal-Karmnu

Valletta 2016

77


We are a Gourmet Pizzeria and Pasticceria specializing in fine pizza and sweets. Our aim is to be innovative and expressive with our food so you will always find something unique at Kriscenti.

Kriscenti Officine Alimentari 40, Ordinance Street, Valletta  •  Tel: 2713 6609


Baystreet, Level 0 St. Julians 21381569 Ordnance Street Valletta 21224804 Gauda of Paola Piazza Antoine De Paule 21665419

kingshoeshop.net

St. Julians Road San Gwann 21378433 4, Tower Shoes Tower Road, Sliema 21333777 Tigrija Palazz Victoria, Gozo 21569423


4. Fl-istess Kuritur insibu pittura antika ħafna li fiha tidher ukoll il-qaddisa. Fiċ-ċentru ta’ din il-pittura naraw il-Verġni Marija bilBambin qed tippreżenta il-Labtu Mqaddes lil San Xmun Stock, li jidher in-naħa ta’ isfel fuq ix-xellug, warajh jidher saċerdot qaddis, b’ġilju f’idu. Fuq in-naħa tal-lemin tidher Santa Marija Maddalena de’ Pazzi qed tħares lejn Ġesù Bambin, li hu wkoll qed iħares lejha. Qalbha tidher ħierġa minn sidirha. Warajha jidher Sant’ Anġlu ta’ Sqallija. Innaħa t’isfel fin-nofs tal-kwadru jidhru żewġ puttini wieħed bil-ġilju u l-ieħor bil-kuruna tax-xewk, is-simboli tal-qaddisa.

5. Fis-Sala tar-Rikreazzjoni tal-Kunvent insibu kwadru mdaqqas ta’ din il-qaddisa. Santa Marija Maddalena de’ Pazzi tidher għarkubbtejha, quddiemha hemm artal, filwaqt li ħdejn riġlejha hemm ktieb miftuħ 80

Festa Madonna tal-Karmnu

Valletta 2016

bil-kelmiet “S. Maria Magdl de’ Pazzi Flore” b’ġilju abjad fuqu. Fil-kantuniera ta’ fuq tannaħa tax-xellug tidher it-Trinità Qaddisa, Il-Missier u l-Iben qed iħarsu lejha, filwaqt


li l-Ispirtu s-Santu qed jittajjar lejha. Dan ilkwadru ukoll kien irrestawrat ftit tas-snin ilu.

6. F’din l-istess sala insibu kwadru żgħir ħafna, li juri lil Santa Maria Maddalena de’ Pazzi flimkien ma’ Ġesù u Marija. Il-qaddisa tidher fuq in-naħa tax-xellug għarkubbtejha, filwaqt li quddiemha hemm Ġesù li qed jippreżentalha s-salib u l-Verġni Marija qed tippreżentalha l-velu abjad, tas-safà.

7. Fil-kappella tal-kunvent insibu pittura ċkejkna mill-isbaħ li turi lill-Verġni Marija qed tagħti l-Labtu mqaddes lil San Xmun Stock. Fuq in-naħa tal-lemin tidher Santa Marija Maddalena de’ Pazzi b’salib kbir f’idha, bl-isponża u bil-lanza, filwaqt li ilBambin Ġesù li qiegħed f’ħoġor il-Verġni Marija qed ilibbsilha l-kuruna tax-xewk. Dan il-kwadru għandu ġwarniċ indurat biddeheb, imżejjen bi fjuri tal-fidda.

Inċiżjonijiet 8. L-ewwel inċiżjoni li nsibu turi lil Santa Marija Maddalena de’ Pazzi bis-simboli talPassjoni f’idha fosthom is-salib, il-lanza, l-isponza u l-kolonna. Fil-kantuniera taxxellug jidhru xi raġġi neżlin lejha bl-isem ta’ Alla miktub fihom bl-Ebrajk. Fuq in-naħa t’isfel insibu skrizzjoni bil-Latin li maqluba għall-Malti tgħid hekk: Santa Marija Maddalena de’ Pazzi, Verġni Karmelitana li sabet l-għaxqa tagħha fit-tbatija ta’ Kristu hekk li għażlet it-tbatija mis-sebħ tal-mewt. Hija ġiet ikkunsmata b’din ix-xewqa u ħarġet għat-tieġ mal-Għarus tagħha fis-sena 1607 fl-għomor ta 41 sena. 9. It-tieni inċiżjoni naraw lill-Verġni Marija b’Binha Ġesù fuq ħoġorha bilqiegħda fuq tron, imdawra bl-anġli. Taħt il-Madonna maqsuma f’żewġ partijiet jidhru numru ta’ qaddisin Karmelitani. Fil-parti ta’ fuq jidhru San Elija u San Eliżew Profeti, Sant’Anġlu ta’ Sqallija u San Pier Tumas. Filwaqt li filparti ta’ isfel jidhru San Albert ta’ Trapani, San Andrea Corsini, Santa Tereża ta’ Ġesù u warajha Santa Maria Maddalena de’ Pazzi li tidher qed tħares lejn il-kurċifiss li għandha f’idha. Fin-naħa ta’ fuq ta’ din l-inċiżjoni hemm il-frażi ‘Jingħata lilha l-Ġmiel talKarmel’ (Iżaija 32, 2), filwaqt li n-naħa t’isfel tidher il-frażi ‘Għall-ikbar Glorja tal-Ordni Karmelitan’. 10. L-aħħar inċiżjoni li fin-naħa t’isfel tagħha naraw miktub b’ittri kbar ‘Gloria Carmeli’ turi lill-Verġni Marija b’Binha Ġesù fi ħdanha qed tagħti l-Labtu Mqaddes lil San Xmun Stock, imdawra b’diversi qaddisin Karmelitani, fin-nofs insibu il-qaddisin nisa, Festa Madonna tal-Karmnu

Valletta 2016

81


li fosthom tidher Santa Marija Maddalena de’ Pazzi, li qiegħda propju fiċ-ċentru taħt il-Verġni Marija. Hi tidher għarkubbtejha b’salib imdaqqas f’idha u bil-kuruna taxxewk fuq rasha, interessanti li qed tħares fil-ġenb. Jidhru wkoll il-pjagi f’idha.

Bassoriliev 11. Xbieha oħra ta’ din il-Verġni Karmelitana nsibuha fit-Tribuna Bażilikali li żżejjen is-Santwarju tagħna. Fil-bażijiet tal-erba’ kolonni tal-irħam li jżommu fuqhom iċċelu fil-bronż maħdum minn Pio Cellini, nsibu 16 il-skudett li juru diversi qaddisin Karmelitani f’bassoriliev maħdumin b’reqqa kbira fl-irħam. Naraw lil Santa Maria Maddalena de’ Pazzi f’mument ta’ estażi, hija tinsab għarkubtejh fuq ġinokkjatur b’idejha miftuħa, bil-kuruna tax-xewk fuq rasha. Jidhru wkoll raġġi ta’ dawl neżlin missema. Ix-xogħol tal-irħam fuq it-Tribuna sar minn Francesco Lo Turco u uliedu Isidoro u Mario Antonio minn Messina fl-1898.

Oħrajn 12. Fil-parti tan-nofs tal-pivjali magħruf bħala ‘tal-pappagall’, li jintuża fil-ġranet tal-Festa 82

Festa Madonna tal-Karmnu

Valletta 2016

insibu xbieha ta’ din il-qaddisa. Naraw ilVerġni Marija bil-Bambin Ġesù fuq ħoġorha, hi qed tiġi inkurunata minn żewġ anġli filwaqt li qed tagħti l-Labtu lil San Xmun Stock, fuq in-naħa tax-xellug tidher Santa Marija Maddalena de’ Pazzi għarkubbtjeha qed tgħannaq is-simboli tal-Passjoni, issalib, is-sellum, il-lanza u l-frosta.


13. Insibu wkoll statwa minn sett ta’ 10, li jiġi armati fuq l-artal ta’ San Elija Missierna għall-Festa tiegħu fl-20 ta’ Lulju. Dawn jirrappreżentaw żewġ Papiet u 6 isqfijiet Karmelitani, u 4 sorijiet Karmelitani fosthom Santa Marija Maddalena de’ Pazzi, li tidher wieqfa bil-kuruna tax-xewk f’rasha u b’salib kbir f’idha l-leminija u qed turieh bix-xellugija.

14. Wieħed mill-baċiri tal-fidda li jintużaw fil-Festa tal-Madonna tal-Karmnu huwa iddisinjat a martello, fih naraw erba’ ċrieki li fihom erba’ qaddisin Karmelitani, f’wieħed minnhom insibu lil Santa Maddalena de’ Pazzi, li tidher qed tgħannaq is-simboli talPassjoni, jiġifieri is-salib, l-isponża u l-lanza u bil-kuruna tax-xewk fuq rasha.

Kulħadd illum iżejjen bil-fjuri Għal kull okkażjoni

Fredu Degiorgio Triq Teżorerija, Valletta (Fejn il-bieb il-falz tal-Palazz)

Tel: 2148 7234

Papannis Gianmarco Zalayeta (Managing Director) Address

55, Strait Street, Valletta VLT 1447 Telephone

2722 0031 (Restaurant) Mobile

7939 6593 E-mail

Papannis@live.com

Festa Madonna tal-Karmnu

Valletta 2016

83


450 sena ta’ Beltna Carl Farrugia

450 sena. Din is-sena l-Belt Valletta, il-belt tagħna mwaqqfa mill-Gran Mastru Jean de Valette tagħlaq 450 sena minn meta bdiet ilħajja tagħha li għadha ħajja sal-lum il-ġurnata. Kien it-28 ta’ Marzu 1566, sitt xhur wara li l-Kavallieri taħt it-tmexxija tal-qalbieni Gran Mastru rebħu l-Assedju l-Kbir kontra t-Torok li tpoġġiet u tbierket l-ewwel ġebla. Din ilbelt il-ġdida li ħadet isem il-Gran Mastru saret sabiex issaħħaħ id-difiża tal-pajjiż u b’hekk ġiet mibnija. Il-Kunsill tal-Ordni ta’ San Ġwann ta l-isem lil din il-belt bħala “Humillima Civi tas Vallettae”, il-Belt Umli ta’ Valletta fl-14 ta’ Frar 1567.

Il-Gran Mastru de Valette u l-Knisja tal-Vitorja

Fil-ġurnata tat-28 ta’ Marzu 1566, il-Gran Mastru de Valette, l-Isqof ta’ Malta Fra Domenco Cubelles, il-Pirjol Ġenerali tal-Knisja Konventwali Fra Antonio Cressino u diversi kavallieri tal-lingwi tal-Ordni flimkien ma’ numru ta’ Maltin telqu mill-belt l-antika, ilBirgu għall-Għolja Sciberras. Fis-sit fejn inbniet il-knisja tal-Madonna tal-Vitorja twaqqaf artal għall-okkażjoni. Il-Viċi Pirjol tal-Knisja Konventwali Fra Jean Pierre Mosquet qaddes quddiesa solenni. IlPatri Agostinjan Fra Spirito Pelo Angusciola li ppriedka f’din l-okkażjoni qal, “Jekk qatt kien hemm Belt Kristjana li twaqqfet b’ċerimonja solenni, b’devozzjoni kbira, b’ferħ universali tal84

Festa Madonna tal-Karmnu

Valletta 2016

popli u n-nazzjonijiet kollha, din.... jistħoqqilha li tkun inawgurata... b’akklamazzjoni universali tan-nazzjonijiet kollha insara.” Fra Mosquet bierek il-postijiet fejn kellhom jinbnew ilfortifikazzjonijiet. Iċ-ċerimonja laħqet il-qofol tagħha bit-tqegħid tal-ewwel ġebla. Kien ilGran Mastru de Valette li poġġa l-ewwel ġebla f’postha filwaqt li ngħata s-salut minn kull fortizza. Taħt l-ewwel ġebla tpoġġew diversi muniti u midalji tad-deheb. L-iskrizzjoni fuq l-ewwel ġebla kienet tgħid “tpoġġiet l-ewwel ġebla tal-Belt, li ried li tissejjaħ b’ismu Valletta wara li ta għall-arma tagħha l-iljun tad-deheb fuq sfond aħmar.” Il-Karmelitani fil-Belt il-Ġdida Il-Kuntratt Il-Patrijiet Karmelitani kienu ilhom bix-xewqa li jiftħu kunvent ieħor barra dak barra tar-Rabat tal-Imdina minħabba li n-numru tal-Patrijiet kien qed jiżdied u l-kunvent ma kienx kbir biżżejjed. Meta bdiet tinbena l-belt il-ġdida, ilPatrijiet ħasbu biex jixtru biċċa art biex jibda l-bini ta’ knisja u kunvent.

Mappa tal-Belt Valletta ta’ żmien il-Kavallieri

Fis-27 ta’ Lulju 1570, il-Karmelitani ffirmaw il-kuntratt quddiem in-Nutar Placido Habel tax-xiri tal-art għall-bini ta’ kunvent u knisja. Preżenti għall-Ordni Ġerosolimitan kien preżenti Fr Kristofanu Leboullens, Fr Rajmondu Fortuin, Fr Ġorġju Caccheranu, Kummissarji tal-istess Belt u l-Arkitett Ġerolamu Cassar.


Min-naħa tal-Ordni Karmelitan kien hemm Patri Ġwann Vella, Vigarju tal-Provinċjal ta’ Sqallija. Patri Ġwann kien delegat biex f’isem il-Provinċjali jixtri biċċa art li fil-pjanta tal-Belt il-ġdida kienet fil-kwadru 53, li kienet fi Triq San Mikiel, San Sebastjan u fi Triq l-Imqaddes Salvatur (illum Triq it-Teatru l-Antik) ta’ 396 qasba kwadra. Il-prezz tal-art kien ta’ 66 skud, jiġifieri żewġ tari’ għal kull qasba kwadra. Nofs il-prezz tħallas dakinhar tal-bejgħ filwaqt li l-kumplament Patri Ġwann wiegħed li se jagħtih nhar il-Festa tal-Qaddisin kollha tal-istess sena, skont id-Digriet Maġisterjali li kien ħareġ fl-4 ta’ Lulju 1570. Din il-parti tas-somma ma tħallsitx minħabba li l-Gran Mastru Del Monte b’digriet tat-3 ta’ April 1571 ta grazzja lill-Patrijiet biex ma jħallsu it-33 skud li kellhom iħallsu. B’digriet ieħor fid-19 ta’ April 1571 l-istess Gran Mastru ta lura t-33 skud li kienu ħallsu l-patrijiet dakinhar tal-kuntratt.

Professjonijiet tal-Kavallieri fil-Knejjes talKarmnu Bejn l-1570 u l-1680 kienu diversi l-professjonijiet li saru mill-Kavallieri flOratorju u l-Knisja tal-Karmnu. Bl-ewwel waħda fis-16 ta’ April 1571. L-għadd ta’ professjonijiet li l-Kavallieri ta’ San Ġwann saru fl-oratorju tal-Lunzjata bejn l-1571 u l-1586 u fil-Knisja tal-Madonna tal-Karmnu matul is-snin 1586 sal-1680 kienu ta’ madwar erba’ mija. L-akbar numru ta’ professjonijiet ġie mill-Prijorati Spanjoli b’aktar minn mitejn kavallier filwaqt li t-tieni kien tal-kavallieri Taljan b’aktar minn disgħin. Fit-28 ta’ Ġunju 1705 Manuel Pinto, l-futur Gran Mastru għamel il-voti solenni ta’ 24 sena fil-knisja tal-Karmnu.

Il-knisja bħala l-ewwel knisja pubblika u sagramentali fil-Belt Wara x-xiri tal-art beda sew ix-xogħol tal-bini tal-Knisja u tal-Kunvent. L-ewwel inbniet knisja żgħira li Patri Romeo Grech O. Carm jaħseb li kienet fil-parti ta’ Triq it-Teatru bejn l-Oratorju tan-Nazzarenu u l-bieb il-qadim tal-kunvent. Wara li tlestiet il-kbira nħattet il-knisja ż-żgħira. Qabel l-aħħar tas-sena tal-1570 il-knisja u parti mill-Kunvent kienu lesti u dan nafuh għax f’Diċembru tal-1570 ġie mwaqqaf artal ieħor “It-Tlugħ tal-Madonna fis-Sema” skont l-Atti tan-Nutar Ġużeppi de Govara, 14 ta’ Diċembru 1570. Kif ukoll fil-knisja ġew amministrati s-Sagramenti: magħmudija, żwieġ u l-ewwel tqarbina tat-tfal.

Dan kien isir minn Dun Teramo Balzan kif insibu fil-Viżta ta’ Mons. P. Duzzina. Dun Balzan kien ntbagħat jeżerċita l-uffiċċju ministerjali tiegħu mill-maġġur parti tal-Kapitlu tal-Katidral u blordni tal-Vigarju Ġenerali, Sede Vacante, Mons. D. Antonio Bartolo. Kitba tas-16 ta’ Jannar 1571 kienet tgħid li mill-20 ta’ Diċembru Dun Teramo Balzan se jkun qed jamministra s-Sagramenti fil-Knisja tal-Parroċċa tal-Belt Valletta. Dun Teramo kien ntbagħat fil-knisja tal-Karmnu biex jamministra s-Sagramenti għax ma kienx hawn Knisja oħra sagramentali fil-belt il-ġdida.

Il-Gran Mastru Pinto li għamel il-voti solenni fil-Knisja tal-Karmnu

Il-Karmelitani u l-Kavallieri Fost dawk li kienu jiffrekwentaw il-Knisja talKarmnu fil-bidu tagħha kien hemm il-Kavallieri tal-Ordni ta’ San Ġwann tal-Lingwa ta’ Aragona, Bavarja u Ġermanja. Dawn billi kellhomx ilBerġa tagħhom qrib il-Knisja u ma kellhom il-knisja tagħhom kienu jagħmlu s-servizz tagħhom reliġjuż f’din il-knisja. Festa Madonna tal-Karmnu

Valletta 2016

85


Fi żmien il-Kavallieri ta’ San Ġwann il-Gran Mastru flimkien mal-Gran Croci u l-Kbarat talOrdni Ġerosolimitan kien jattendu għall-festa tal-Madonna tal-Karmnu. Lill-Gran Mastru kienu jilqgħuh bil-kappa l-bajda li kienet riservata għalih biss. Fatt kurjuż huwa li fis-16 ta’ Lulju 1773 l-Isqof Mons. Tellerano ried li l-patrijiet jilqugħ bil-kappa l-bajda iżda l-Patrijiet weġbuh li skont il-konswetudni li l-Gran Mastru biss jintlaqa’ bil-kappa l-bajda. Fil-festi tal-Ġimgħa l-Kbira u tal-Għid il-Gran Mastru l-Gran Croci kienu ta’ kull sena jibgħatu l-offerti ta’ flus għas-Sepurklu. Kien hemm ukoll użanza fost il-Kavallieri u l-kbarat ta’ Malta li japplikaw biex iżommu ċ-ċavetta tal-Kapsula u dak li tmissu x-xorti li jżommha kien jagħti offerta ġmielha.

Geronimo Fosses u tal-Lunzjata minn Fra Fabrizio Cagliola kif ukoll ta’ Kommendatur Fra Francesco Silos li għamel fundazzjoni talquddies kantat bl-espożizzjoni u bil-ministri u l-orgni fl-Erbgħat kollha ta’ matul is-sena u għal dejjem minbarra sitt Erbgħat fis-sena li jaħbtu fejn ma jsirux espożizzjonijiet.

Il-Kavallieri ta’ San Ġwann kienu jitolbu li filfunerali kienu jixtiequ li l-Karmelitani jmorru jgħidulhom l-offiċċju tal-mejtin preżenti katavru u jakkumpanjawhom sad-difna. Qabel ma jmutu kien wkoll jitolbu wkoll l-għadd ta’ Karmelitani u jieħu tari’ għal kull reliġjuż. Fuq ix-xwieni l-Kavallieri ta’ San Ġwann sew biex ikunu jistgħu jikkontribwixxu għall-bini tal-Knisja tal-Madonna tal-Karmnu kif ukoll biex qatt ma jonqos iż-żejt quddiem il-Madonna poġġew fuq ix-xwieni u l-bastimenti kollha tagħhom kaxxa u fuqha jiktbu li l-ġbir imur għall-Madonna tal-Karmnu. Hekk ukoll għamlu fil-Bereġ tagħhom ta’ kull lingwa. Fuq eżempju tagħhom il-kaptani tal-bastimenti li ma kinux tal-Ordni għamlu wkoll kaxxetta għall-Madonna tal-Karmnu u bħalma nsibu f’dokumenti antiki kull meta kienu jaslu fil-port il-baħrin bħala ħajr lill-Madonna kienu jitfgħu xi ħaġa fil-kaxxetta. Eżempju ta’ dan seħħ fis-6 ta’ Novembru 1690 fejn mill-ġabra mill-kaxxetti tax-xwieni daħlu 25 tari’.

L-inkwatru tal-Madonna tal-Pilar

Il-Kavallieri ta’ San Ġwann ħallew bosta fondazzjonijiet fil-Knisja tal-Karmnu b’turija ta’ devozzjoni lejn il-Madonna tal-Karmnu. Fosthom insemmu dik tal-Pilar mill-Kavallier 86

Festa Madonna tal-Karmnu

Valletta 2016

Kienu diversi l-Kavallieri li taw offerti lill-Knisja tal-Karmnu fost dawn insibu lill-Kavallier Melchiorre Olvero Pinto li fl-1705, ħallas l-ispejjeż tal-faċċata kollha tal-altar maġġur kif ukoll tal-istatwi ta’ Sant’Elija Profeta u Sant’Eliżew Profeta. F’din il-kappella kienu jiffunzjonaw il-Kavallieri Kastiljani u hawn kienu jinġemgħu għad-devozzjonijiet kollha għax il-kappella kienet meqjusa bħala tagħhom. Il-Kavallier Fra Tiburzio Dolz, Araguniż fis-sena 1705 ta l-kwadru tal-Madonna tal-ħelsien u ta l-flus biex isir altar fil-kuritur t’isfel li jieħu għas-sagristija u biex issirilha l-festa. Fis-6 ta’ Jannar 1730 meta Pirjol P. Pier Antonio Olivieri, il-Kommendatur Fra Rosalbo Cavalcant f’isem il-Gran Mastru Antonio Manoel de


Vilhena b’devozzjoni lejn il-Madonna talĦelsien ħalla 300 skud tad-deheb biex jagħmel festa fil-Kappella tagħha. Bibliografija Is-Santwarju tal-Karmnu, P. Lawrenz Sammut O. Carm Il-Bażilika Santwarju tal-Karmnu fir-Raba’ Mitt Sena tatTwaqqif tagħha, P. Romeo Grech O. Carm Laying of the City’s Foundation Stone and the Knight Passage From Borgo, Canon A. Zammit Gabarretta,

Times of Malta Special Centenary Number, March 28th, 1966 The Religious Orders in Valletta, Chev. Fr. Bonaventure Fiornin O.F.M. Conv., Times of Malta Special Centenary Number, March 28th, 1966 Iż-Żewġ Knejjes tal-Patrijiet Karmelitani u Membri ta’ l-Ordni Ġerosolimitan ta’ San Ġwann Battista fil-Belt Valletta tul is-snin 1570-1680, P. Feliċjan Bezzina O.Carm, Programm tal-Festi Solenni Madonna talKarmnu, Il-Belt Valletta 2005.

Modern Butcher 229, High Street, Ħamrun Tel: 2123 7243 Prop: Joseph Bugeja

For fresh & frozen meat

Free delivery

Miceli Store

Household Goods, Ironmonger, Plumbing, Electrical, Drainage Suppliers and Tools for Hire 90, Triq Santa Luċija, Valletta VLT 1181 Tel: 2123 9398 Mob: 9947 2077, 9940 6082

Festa Madonna tal-Karmnu

Valletta 2016

87


AN URBAN CA S UA L LO O K

ST. LUCY STREET, VALLETTA FB.COM/ENERGIEMALTA

88

Festa Madonna tal-Karmnu

Valletta 2016


Il-Fided tal-Fratellanza tal-Madonna tal-Karmnu Emmanuel Magro Conti

Kif rajna is-sena l-oħra, il-Fratellanza talMadonna tal-Karmnu, imwaqqfa ġewwa l-knisja tal-patrijiet Karmelitani tal-Belt Valletta fit22 ta’ Frar 1622, għandha ammont sostanzjali ta’ fided li jżejnu l-artal tal-Kurċifiss magħruf bħala ta’ Sant’ Anjeże. Għidna wkoll, li jekk Alla jrid għal din is-sena, nitkellmu fuq opri tal-fidda oħrajn li għandha din il-fratellanza hekk antika li fortunatament għadha attiva taħt it-tmexxija tar-Rettur Dr Mark Agius.

minnhom sfortunatament nieqsa) u oħrajn ta’ imitazzjoni fuq il-kuruna.

Bħalma għamilna s-sena l-oħra, se nibda millaktar oġġett antik tal-fidda. Il-Fratellanza għandha sfera li fiha jiġi espost is-Santissimu Sagrament li b’sorpriża, nista’ ngħid, hija tasseklu sbatax, bi stil prelevanti ta’ nofs dan isseklu. Oġġett antik daqshekk fil-fidda ma ssibx bi kwantità fil-parroċċi u knejjes oħra, aħseb u ara għand fratellanza. Din l-isfera m’għandhiex marki ċari imma l-istil u l-fattura hemm qegħdin u għalhekk din l-isfera hija l-aktar biċċa fidda antika li tippossedi din il-fratellanza. Hija pjuttost sempliċi, għajr dekorazzjonijiet balzati ħafif ħafif madwar iċ-ċrieki tal-kristalli minn fejn jidher is-Santissimu Sagrament u żewġ putti taħt ir-raġġiera, kemm quddiem u kemm fuq wara ta’ l-isfera bla ħafna dekorazzjonijiet li soltu naraw fi sferi tas-seklu sbatax. Aktarx fis-seklu dsatax jew fil-bidu tas-seklu għoxrin, żdiditilha kuruna fuq ir-raġġi. Ma jidhirx li għandha marki imma hija talfidda. Din il-kuruna saret biex forsi l-isfera tidher akbar u fil-proċess tneħħew xi stilel u kwiekeb fejn ġiet il-kuruna li jidhru li huma tad-deheb fuq ir-raġġi dritti u serpenti sempliċi għajr linji inċiżi fuqhom. Kien intervent mhux f’postu xejn li ħassar xi ftit l-oriġinalità u l-arja sempliċi tagħha imma grazzjuża fl-istess ħin ta’ din l-isfera. B’mod devot ġew miżjuda xi ħaġar prezzjuż madwar il-kristalla ta’ quddiem (erba’

Festa Madonna tal-Karmnu

Valletta 2016

89


Ħaġa sabiħa fil-poplu Malti hija l-fidi u l-ħerqa ta’ bosta minnha li wara xi għawġ li bl-interċessjoni tal-Madonna jew il-Mulej inkunu għaddejna minnu, noffru xi ħaġa lil xi knisja, santwarju eċċ. li permezz tagħha nuru l-grazzja li qlajna u l-imħabba tad-Divin għalina fuq din l-art. Ħafna drabi, din it-turija tal-fidi kienet tieħu l-forma ta’ immaġini impittra, hekk imsejħa ex-voto tabella li kienet turi ix-xena tal-miraklu jew tal-għajnuna divina. Drabi oħra, speċjalment in-nisa, kienu jagħtu d-deheb favorit tagħhom. Oħrajn, ammont ta’ xemgħa. Jidher li x’aktarx, fratell ta’ din il-konfraternità, offra biċċa fidda domestika għall-użu fuq l-artali tal-fratellanza bħala Lava Dita b’ringrazzjament għal xi grazzja li kien qalgħa jew, jista’ jkun il-każ ukoll, b’sempliċi żelu u mħabba lejn il-fratellanza. Din il- biċċa fidda domestika oriġinarjament kienet zukkariera tal-fidda li fortunatament għadha intatta, li permezz tad-daqs, l-għamla grazzjuża tagħha u tal-marka tal-assay li hemm fuqha, nafu li saret fl-ewwel terz tas-seklu tmintax jew fi żmien il-Gran Mastru Ramon Perellos Y Roccaful (1697-1720) jew fi żmien il-Gran Mastru Antonio Manoel De Vilhena (17221736). Il-marka tal-arġentier ma tidhirx. Fuqha nsibu din l-iskrizzjoni: Dono di F. Gatt 1877

Wieħed ma jridx jinsa li z-zokkor fi żmien isseklu tmintax kien xi ħaġa tas-sinjuri, l-użu tiegħu mal-kafè kien meqjus ukoll u għalhekk il-forma żgħira ta’ zukkarieri bħal din f’dan il-perjodu. F’nofs is-seklu dsatax, meta dan F. Gatt offra din il-biċċa fidda, sa ma naraw illum il-ġurnata, din it-tip ta’ fidda domestika hija miżmuma b’ċertu għożża u meqjusa bħala wirt kbir fost il-familji. Kienet diġà meqjusa bħala antikità tajba u ta’ valur meta ġiet mogħtija. F’dak iż-żmien, aktar mil-lum il-ġurnata, kienu jifhmu u japprezzaw aktar milli naħsbu aħna. Għalhekk l-għoti ta’ dan l-eżemplari bilfors li kien ġej b’fidi kbira b’tali mod li ċ-ċaħda minnha kienet ekwivalenti għat-telf li kien sejjer iġarrab dan F. Gatt fil-ħajja.

Il-fratellanza jidher li ma kellhiex xi għadd kbir ta’ relikwi, biss il-ftit li hemm, huma ta’ interess kbir. Teka li fiha ħames relikwi assoċjati mal90

Festa Madonna tal-Karmnu

Valletta 2016

ħajja tal-Madonna u binha Ġesù, tidher li kienet ferm għażiża għall-membri ta’ din il-fratellanza. Waħda minn dawn ir-relikwi hija parti żgħira mill-Velu tal-Madonna. Fuq wara ta’ dan tarrelikwarju, imdawra b’girlanda ta’ rand eċċ., insibu skrizzjoni, kollox żbalzat, li tgħid hekk: EX VELO B.M.V. QUO INVOLVT PVERVM IESU FILIUM EIUS 1725


OPUS SVMPTIBVS CONFRA TERNITATIS B.M.V. MON CARMELI CIVIT VALLE:

Bil-Malti din l-iskrizzjoni tfakkar li l-Madonna kienet geżwret lil binha Ġesù (tarbija) f’dan ilvelu. Għajr li ma jidhrux marki, stilistikament, dan ir-relikwarju huwa xogħol Malti tal-bidu tas-seklu tmintax u fortunatament huwa wkoll datat fl-għeluq ta’ din l-iskrizzjoni permezz taddata ta’ meta sar, ukoll żbalzata li turina s-sena 1725.

Skrizzjoni oħra fuq wara ta’ dan ir-relikwarju, taħt din ta’ hawn fuq, din id-darba inċiża, turi min ħallas għal din l-opra li ma kinitx għajr ilkonfraternità stess:

Ix-xogħol dekorattiv fuq dan ir-relikwarju huwa kollu żbalzat b’għadd ta’ weraq u putti li jiddominaw id-dehra ġenerali speċjalment żewġ anġli li qegħdin iżommu il-gwarniċ tarrand magħqud b’żigarelli li fih hemm it-teka bir-relikwiji. Id-dekorazzjoni tintemm b’tużell forma ta’ kuruna sermontat b’salib. Jidher li l-manku, bi stil pjuttost differenti mill-pedestall u mill-imrewħa li fiha hemm it-teka, kien tbiddel possibilment minħabba ħsarat fis-seklu dsatax. Dan ir-relikwarju kien u għadu jintuża għaddevozzjonijiet Marjani ta’ din il-fratellanza.

Relikwarju importanti ieħor huwa dak talVero Ligno. Jidher stramb kif din il-fratellanza għadha fil-pussess tagħha Vero Ligno, imma xejn minn dan, għax wieħed irid jiftakar li din ilfratellanza hija mwaqqfa fuq l-artal tal- Kurċifiss magħruf bħala ta’ Sant’ Anjeże. Għalhekk dan il-Vero Ligno kien jintuża possibilment fil-festi assoċjati mal-festi tal-Kurċifiss Imqaddes li Festa Madonna tal-Karmnu

Valletta 2016

91


kienu jsiru fuq dan l-artal. Ir-relikwarju talVero Ligno għandu s-solitu forma ta’ salib imma għandu element xejn tas-soltu peress li fuq nett tal-manku, għandu relikwija oħra, dik ta ’biċċa mill-kolonna li magħha Ġesù ġie marbut biex jiġi fflaġellat. Il-biċċiet żgħar mis-salib li fuqu ġie msallab Sidna Ġesù Kristu, il-Vero Ligno proprju, huma magħluqa ġewwa speċi ta’ kristall li jissejjaħ cristallo di rocca, formazzjoni naturali pjuttost trasparenti qisha silġ li sa minn żmien ir-Rumani sal-bidu tas-seklu dsatax, kien meqjus bħala xi ħaġa rikka. Dan il-cristallo di rocca jista’ jiġi skulturat jew imnaqqax kif kien hemm bżonn. L-akbar użu tiegħu kien f’xogħol żgħir bħal dan peress li ma jinstabx b’forma kbira fl-istat originali tiegħu. L-artist, li b’possibilità kbira kien Taljan ħadem dan il-materjal b’forma ta’ salib li jifforma it-teka proprju tar-relikwija. Arġentier Malti ħadem ilfinimenti żgħar tal-filigranu li żejnu din it-teka kollha kemm hi tal-cristallo di rocca li wara ġie mqiegħed ġewwa dan ir-relikwarju tal-fidda. Dan il-Vero Ligno għadu intatt bla ħsarat ta xejn. Stilistikament huwa barokk, bi spirazzjoni zgħira tar-Rokkoko ristrett ferm speċjalment fil-finementi tal-idejn tas-salib u madwar ilgwarniċ tar-relikwija tal-kolonna li hija wkoll magħluqa bil-cristallo di rocca. Huwa mmarkat bil-marka tal-konslu tal-arġentiera ta’ Malta ta’ żmien il-Gran Mastru Emmanuel Maria de Rohan (1775-1797), b-R b’kuruna fuqha li turi il-finezza tal-fidda ala Romana ta’ 11-il denier u il-marka ta’ l-arġentier possibilment dik ta Michele Angelo Farrugia li kien ħa l-licenżja ta’ arġentier fl-1781.

Kaxxa tonda żgħira, li bil-Malti ġeneralment tissejjaħ kaxxa tal-ostji, hija sempliċi għallaħħar. Il-manku tal-għatu, li jinfetaħ ’il barra huwa b’forma ta’ globu sermontat minn salib li dawn tal-aħħar huma maħsula bid-deheb u li jidher li huma xoghol aktar tardiv li biddlu dawk oriġinali. Normalment kaxxa bħal din setgħet tintuża għal żewg skopi. L-ewwel bħala tagħmir fuq il-bankun tas-sagristija, ġeneralment pjuttost akbar minn dan l-eżemplari. Il-qassis jew patri li kien ser iqaddes kien jieħu ostja minnha, sintendi mhux ikkonsagrata u jpoggiha fil-patena ta’ fuq il-kalċi tiegħu qabel ma joħrog iqaddes. L-użu l-ieħor kien dak li sservi ta’ 92

Festa Madonna tal-Karmnu

Valletta 2016

kustodja għas-Santissimu Sagrament bil-qamar tad-deheb b’kollox wara xi espożizzjoni, barka jew kwaranturi u li fl-aħħar taċ-ċerimonja kienet titpoġġa ġewwa t-tabernaklu.

Il-marki tal-fidda joffru xi ftit ta’ enigma minħabba li ġew xi ftit imħassra bit-tindif. U mhux biss. Naraw fuqha żewġ marki tal-finezza tal-fidda, dik M (10 ½ Deniers) u dik F (11 ½ Deniers) li n-naħa ta’ fuq tat-tnejn li huma sfortunatament huma mħassra bit-tindif. Jidher xi ftit ċar ukoll il-boll tal-arġentier bil-marki GC li jistgħu jkunu ta’ xejn inqas minn sitt arġentiera li huma: Giuseppe Caruana (li ħa l-liċenzja ta’ arġentier fl-


1749), Giuseppe Cousin (1779), Gaetano Cauchi (1805), Giuseppe Cremona (1810), Giuseppe Cauchi (1850) u Giovanni Carabez (1872). Stilistikament ma tantx tista’ tgħid wisq fuqha biex taqbad il-perjodu/data, għax bosta minn dawn il-kaxxi ssibhom sempliċement f’kull perjodu li qed nitkellmu fuqhom. F’bosta ċerimonji fil-knisja jintuża l-ilma mbierek u l-fratellanza għal dan il-għan, għandha kemm l-Aspergis kif ukoll is-Sasla. M’humiex sett u dan juri li jew kien hemm oħrajn tal-fidda li għal xi raġuni kienu mibdula jew, aktar probabbli, li ta’ qabilhom kienu tar-ramm u ġew mibdula għal dawn tal-fidda permezz ta’ donazzjonijiet minn żewġ fratelli f’temp ta’ anqas minn għaxar snin. L-Aspergis ġie mogħti l-ewwel mill-viċi Rettur tal-fratellanza fl-1795. Fuq il-manku ħessagonali tiegħu insibu din l-iskrizzjoni inċiża: Joannis Fenech Pro Rector dedit anno 1795

Il-boċċa tiżżarma permezz ta’ skorfina dekorata biex fiha titpoġġa biċċa sponża li meta l-Aspergis jitniżżel fis-Sasla, din l-isponża timtela’ bl-ilma mbierek li jidħol minn għadd ta’ toqob żgħar li jiffurmaw għadd ta’ disinji fuq il-boċċa tal-fidda. Hemm marka tal-arġentier pjuttost imħassra fuq iċ-cirku li minnu jista’ jiġi mdendel l-Aspergis li hija forma ta’annimal miexi fuq erba’ saqajn li kienet il-marka tal-anqas tnejn mis-sitt arġentiera mill-familja Troisi, li jidher l-ewwel ma użaha kien Massimiliano (liċenzjat fl-1721). Dan l-Asperges huwa aktarx ta’ Francesco Troisi (1755). Hemm inizjali oħra inċisi li huma G. F. li s-sinifikat tagħhom mhuwiex ċar. Is-Sasla hija wkoll tal-fidda imma l-marki huma wisq imħassra. Fiha parenza b’għamla tonda forma ta’ satal żgħir bil-manku tond. Minn fuq

ras ta’ żewġ puttini, mas-Sasla jaqbad dan ilmanku li fin-nofs tiegħu għandu boċċa u ħolqa minn fejn l-abbati jew fratell seta’ jżomm din is-Sasla. In-nofs t’isfel taż-żaqq tas-Sasla huwa ffaċettjat għat-tond u fis-sieq hemm gost komplimentali, sempliċi forma ta’ linji orizzontali u fix-xifer hemm din l-iskrizzjoni li tfakkar l-għotja mingħand ir-Rettur talfratellanza fis-sena 1804: Xaverius Micallef rector .S.M. Dedit anno 1804

Ħasra li l-marki ma jidhru xejn. Stilistikament, din is-Sasla hija sempliċi u tiddetta ideat ristretti tal-bidu tas-seklu dsatax. Din is-Sasla hija l-unika biċċa fidda li rajna din is-sena li saret fis-seklu dsatax.

Xi ħadd, li sa issa mhux magħruf, taha lil din il-fratellanza, kurċifiss u salib fuq pedestall kollu tal-fidda. Dan it-tip ta’ salib, li soltu ssibu bil-kurċifiss, l-I.N.R.I., finimenti, is-simbolu talmewt eċċ. tal-fidda fuq injam eżotiku, kienu popolari ħafna mas-sinjuri madwar l-Ewropa speċjalment fis-seklu dsatax. Interessanti huwa l-fatt li dan mhuwiex xogħol Malti imma huwa xogħol minn Ruma, l-Italja, peress li għandu l-marka ta’ Ruma hekk imsejħa tal-Ombrellone tal-aħħar nofs tas-seklu dsatax. Fil-knejjes Maltin issib numru ta’ affarijiet tal-fidda b’din il-marka, l-aktar kalċijiet. Dan it-tip ta’ salib huwa domestiku u kien jinżamm fil-kamra tas-sodda tas-sid taddar bejn żewġ gandlieri bix-xemgħa u terħa taħthom jew fil-kaxxun tal-komodina jew talgradenza fuq xiex dawn kienu jkunu armati. Kienu jkunu dejjem lesti għall-użu tagħhom proprju - is-siegħa tal-mewt ta’ persuna fid-dar, meta l-qassis jew il-patri kien iżur il-moribond u jamministralu l-aħħar sagramenti. Matul ħajtu, għas-sid u l-familja tiegħu, dan is-salib armat kif spjegajt aktar ’l fuq, kien iservi ta’ twissija fuq l-aħħar mument ta’ ħajjet il-bniedem u li l-mewt tista’ tiġi fuqek għall-għarrieda u bħassalib dejjem armat, wieħed kellu dejjem ikun lest għall-aħħar mument ta’ ħajtu.

Dawk li ma setgħux jixtru salib rikk bil-kurċifiss tal-fidda, kienu jixtru wieħed tar-ramm, ġieli Festa Madonna tal-Karmnu

Valletta 2016

93


bbanjat bil-fidda ghal dan l-iskop u b’hekk tista’ tgħid li l-ebda familja ma kienx ikollha kurċifiss id-dar. Minħabba dan u l-imħabba lejn is-salib u l-kurċifiss, għadna nsibu numru mhux ħażin ta’ slaleb sbieħ ta’ dan it-tip li fis-sekli sbatax u tmintax kienu jsiru minn numru ta’ materjali rikki bħalma huwa: alabastru, tartaruga, madre perla, injam eżotiku bħal abbanu, ambra, deheb, fidda u rħam. Din is-sena, il-fratellanza sejra torganizza eżebizzjoni ta’ kurċifissi fin-Notte Bianca ġewwa l-intrata tal-kunvent.

L-għata tal-fidda tal-missal tal-fratellanza mhuwiex xi wieħed antik ħafna. Fl-1 ta’ Dicembru 1920, Malta bdiet tintuża marka ġdida mill-assay b’salib ta’ Malta f’ċirku żgħir li taħtu ikun jidher numru. Fil-każ tagħna talgħata tal-missal, dan in-numru huwa 917 li juri l-ammont ta’ fidda pura minn 1000 parti talkompożizzjoni totali ta’ l-oġġett tal-fidda. Din issistema, imsejħa millims kienet issostitwiet dik tad-diniers u għadha użata sal-lum, biss id-daqs tas-salib u l-bordura tiegħu inbidlu tliet darbiet fis-snin 1964, 1974 u fl-1982 u għalhekk nafu li din l-għata saret bejn l-1920 u l-1964.

Imma data oħra tgħinna nqassru dan il-perjodu ta’ żmien. Il-missal bil-Latin li din l-għata tgħatti, kien ġie mibjugħ il-Belġju fl-1935 u wieħed għalhekk jiġi għall-konklużjoni li din l-għata saret wara l-1935 u għalhekk setgħet saret f’perjodu ta’ ftit anqas minn tletin sena bejn l-1935 u l-1964. Il-marka tal-arġentier mhijiex ċara għax ma ġietx immarkata sew. Tista’ tkun C. E. għal Emmanuele Camilleri (liċenzjat fl-1909) jew C.F. ta’ Francesco Cassar (liċenzjat fl-1924), b’dan tal-aħħar l-aktar probabbli. Fuq quddiem tidher xbieha tal-Madonna bil-Bambin bil-labtu u fuq wara l-arma tal-Karmnu. Il-kumplament tad-dekorazzjoni hi l-istess kemm quddiem u kemm wara b’għadd ta’ fjuri u weraq u disinji linjari.

94

Festa Madonna tal-Karmnu

Valletta 2016

Bdejt dan l-artiklu b’sorpriża u ser nispiċċah b’oħra, permezz ta’ żewġ lampieri żgħar talfidda tal-oratorju ta’ din il-fratellanza. Huma spirati mil-lampieri bi stil Barokk Malti tasseklu tmintax, imma bid-differenza li huma magħmulin għax-xemgħa u mhux għat-tazza taż-żejt. Huma jiddendlu minn tlett ktajjen kompluti ‘bl-istilel’f’nofshom idendlu dawn illampieri minn tliet weraq kbar magħqudin mażżaqq tiegħu. Hawn minn jgħid li dawn ‘l-istilel’, li bosta drabi kienu jkunu forma tas-simbolu ta’ xi qaddis eċċ., kienu jsiru biex ikun hemm aktar riflessjoni taż-żejt/xemgħa mixgħulha ’l isfel fil-lampier proprju. Bejn dawn il-weraq hemm tliet skudetti tondi, waħda bil monogramma IHS, oħra bl-arma tal-Karmnu u l-oħra in-Nome di Maria. Ix-xogħol huwa kollu żbalzat għajr l-armi li huma inċiżi. Sa hawn kollox normali. Issorpriża hi fost il-ħames marki tal-fidda. Tlieta


huma ta’ Malta, dik bis-salib ta’ Malta f’ċirku tond, in-numru 917, li kif rajna aktar ’l fuq, juri l-finezza tal-fidda u C.PIROTTA. Carmelo Pirotta li kien arġentier li ħa l-liċenzja tiegħu fl-1923 u sar konslu tal-arġentiera u ta’ dawk li jaħdmu iddeheb fl-1958 u din il-marka hija tiegħu bħala Konslu li turi li dan il-lampier sar bejn l-1958 u l-1961 meta sar l-arġentier Joseph Azzopardi. Imma ż-żewg marki oħra huma Ingliżi li juru li saru f’Birmingham (simbolu tal-ankra) u l-ittra ‘a’ f’bordura partikolari li turi s-sena 1900-1901. Dawn is-sett ta’ marki jinstabu fuq żewġ biċċiet ta’ dawn iż-żewġ lampieri. Li kien fidda b’purezza ta’ fidda kif jintuża fl-Inġilterra, wieħed kien isib dak li jissejaħ Lion Passant li juri li l-fidda hija Sterling ta’ 925 purezza minn

1000 millims. X’ġara hawn, b’dawn il-lampieri, li kemm l-użu u l-istil mhuma xejn Inġliżi, pjuttost diffiċli tgħid, ħlief li kienet sorpriża!

Jekk Alla jrid, is-sena d-dieħla, naraw fided oħra fosthom dawk proċessjonali u biċċtejn fidda li fihom infushom huma dokument tal-istorja ta’ Malta.

Festa Madonna tal-Karmnu

Valletta 2016

95


Mater Misericordiae

“Insostni li m’hemmx devozzjoni Marjana aqwa minn dik tal-Labtu li tagħmel is-salvazzjoni tagħna hekk ċerta, u li magħha għandna nintrabtu b’iktar kunfidenza u żelu.”

San Claude de la Colombiere

Din il-paġna hija miġjuba bix-xewqat tajba ta’ Fausto


Is-Santwarju Bażilika tal-Madonna tal-Karmnu jintlaqat mill-bombi fit-Tieni Gwerra Dinjija u l-ħsieb ta’ bini ta’ Santwarju ġdid Christian Pace

B.Com (Hons) M.A. (Econ)

Kif ilkoll nafu, qabel ma beda jinbena s-Santwarju preżenti fl-1958, kien hemm knisja oħra ferm iżgħar minn dik li naraw illum, li kienet mekka ta’ devozzjoni Karmelitana filGżejjer Maltin. Għalkemm din il-knisja rat bosta tibdil matul iż-żminijiet nistgħu ngħidu li kienet knisja mill-isbaħ mibnija fuq stil barokk fuq ilpjanti tal-arkitett famuż Ġlormu Cassar1.

Il-Knisja tal-Madonna tal-Karmnu kellha għaxar artali: l-artal maġġur, żewġ artali laterali, tliet artali fuq il-lemin u erba’ artali fuq ix-xellug. Matul is-snin kien hemm bosta tibdil fiddedikazzjoni ta’ dawn l-artali kif jidher fil-pjanti t’hawn taħt2.

Ritratt meħud lejn l-aħħar tas-seklu 19 li juri l-Knisja l-antika tal-Madonna tal-Karmnu. Fih jidher l-artal maġġur li kien hemm qabel ma saret it-Tribuna. Dan l-artal maġġur illum qiegħed fil-Knisja Parrokkjali ta’ Marija Bambina fil-Mellieħa

Il-pjanta tal-faċċata tal-Knisja l-antika xogħol l-arkitett Ġlormu Cassar

Minkejja ċ-ċokon li kellu dan is-Santwarju nistgħu ngħidu li kien simbolu tad-Devozzjoni Karmelitana. Nhar it-Tlieta 24 ta’ Marzu 1942 kienet ġurnata sewda għall-Karmelitani kollha. Fis-2.30pm waqt air raid, bomba laqtet il-Kor tas-Santwarju. Minkejja li din il-bomba ma ġarrfitx is-Santwarju kollu għamlet ħafna ħsara b’mod speċjali fin-naħa tal-Kor fejn iġġarrfet parti sew mis-saqaf. Festa Madonna tal-Karmnu

Valletta 2016

97


Micallef Joe Travel 93, Triq San Tumas, Hamrun Tel: 21228586 Mob:99471167

Giti Sajf 2016 

   

Ġiti ta’ ġurnata lejn Sqallija fosthom xiri mis-suq ta’ Catania / Taormina / Etna Ragusa Ibla / Gole d’Alcantara / Noto... Erbat’ijiem lejn Taormina u Catania Ħamest’ijiem lejn Palermo Gruppi lejn reggio Calabria u Bari Sitt’ijiem għal festa ta’ Santa Marija

Dawn u aktar issibuhom fil-browxer Sajf 2016 Kopja tal-browxer tista’ tinġabar mill-aġenzija ĦADD MA’ JISTA’ JURIK SQALLIJA AĦJAR!



Immaġini ta’ kif kienu ddedikati l-artali fil-Knisja tal-Madonna tal-Karmnu fis-Seklu 17

Immaġini ta’ kif kienu ddedikati l-artali fil-Knisja tal-Madonna tal-Karmnu fis-Seklu 18

Immaġini ta’ kif kienu ddedikati l-artali fil-Knisja tal-Madonna tal-Karmnu fis-Seklu 19

Immaġini ta’ kif kienu ddedikati l-artali fil-Knisja tal-Madonna tal-Karmnu fl-1952

100

Festa Madonna tal-Karmnu

Valletta 2016


L-ittra tkompli billi tikkummenta illi grazzi għattħabrik tal-Pirjol Patri Gerald Pace l-affarijiet l-aktar prezzjużi ma kinux fis-Santwarju iżda f’post aktar sigur. Għalhekk, ‘‘the venerated Sanctuary, pride of the Carmelites and the ‘‘Tribuna’’ are safe.’ F’din l-ittra ġiet imfaħħra b’mod partikolari l-ħidma tal-Komunità Karmelitana li b’kuraġġ u determinazzjoni baqgħu fil-Belt Valletta qalb ilBeltin, jikkonfortaw il-fidili, iqaddsu l-Quddies u jagħtu s-Sagramenti lill-fidili li kienu jmorru fis-Santwarju tal-Madonna tal-Karmnu. Din l-ittra tagħlaq billi tgħid illi għalkemm il-Knisja ġarrbet ħsara b’mod speċjali fil-kor, m’hemmx ħsara li ma tistax tissewwa bl-għajnuna talawtoritajiet.

Il-ħsara li ġarrab is-Santwarju wara li l-bomba laqtet il-Kor tas-Santwarju

Hekk kif seħħet din it-traġedja minkejja d-dispjaċir tad-devoti, kulħadd imtela bilkuraġġ u kulħadd beda jnaddaf kemm jista’ biex is-Santwarju jkompli jaqdi l-ħtiġijiet u s-servizzi normali. Fil-fatt l-għada filgħodu, festa ta’ Marija Annunzjata fis-6.00am xorta waħda saret l-ewwel quddiesa.

Ittra li dehret fit-Times of Malta tal-Ħamis, 26 ta’ Marzu 1942, tagħti ftit aktar tagħrif fuq din il-ġurnata sewda u ż-żmien ta’ biża’ u tensjoni li kienu qed jgħixu l-Maltin. Din l-ittra tiftaħ billi turi d-dispjaċir tagħha għal dan l-attakk fuq is-Santwarju Karmelitan li għalkemm ma ġarrafx għalkollox din il-knisja, għamel ħsarat konsiderevoli.

‘‘‘By divine Providence the ‘Basilica’ was by no means knocked out, but it is heartrending for several thousand of faithful who throughout the year and especially on the seven Wednesdays popularly known as ‘ta’ l-Udienza’’, congregate in fever prayer, to discover that the site of the famous Sanctuary is scarred, blasted and disrupted.’’

Is-Santwarju armat għall-festa tal-Madonna tal-Karmnu fis-sena 1942 jew fis-snin ta’ wara. Jidher il-ħajt provisorju li tela’ fil-kor minħabba t-tiġrif li sofra fil-gwerra

Fil-fatt wara dan l-attakk fil-ġranet ta’ wara beda jinbena ħajt biex b’hekk ma tidħolx xita fis-Santwarju. Is-Santwarju baqa’ jaqdi l-ħtiġijiet normali tiegħu tant illi l-għada talattakk, l-Erbgħa 25 ta’ Marzu ġiet iċċelebrata xorta l-Festa ta’ Marija Annunzjata.

L-istess ġara għall-festa tal-Madonna talKarmnu, inqas minn 4 xhur wara, fejn minkejja b’forma ridotta ħafna bħall-festi kollha li kienu jsiru fi żmien il-gwerra, nhar l-Erbgħa 15 ta’ Lulju fis-7.00 ta’ filgħodu tkanta l-Martiroloġju, tqaddset quddiesa solenni mill-Komunità Karmelitana u tkantaw ir-Regina Coeli u Te Deum bħala ringrazzjament u tifkira talInkurunazzjoni, kif għadu jsir sal-lum. Fil5.30pm saret t-Translazzjoni bir-Relikwa, u tkantaw il-Vespri Solenni, Salve Regina, Litanija, Flos Carmeli, Tantum Ergo u Barka Sagramentali. Festa Madonna tal-Karmnu

Valletta 2016

101


Untitled-2 1


Silver Issue Commemorating 450th Anniversary of the City of Valletta 1566 - 2016

Lombard Bank Malta p.l.c. is issuing a limited edition silver ingot to commemorate the 450th Anniversary of the City of Valletta. The ingot is struck in 999.0 Fine Silver being practically the purest possible level of silver content. Each ingot is individually numbered and the issue is limited to a maximum of 2,000 pieces. As per images below 100 grams 999.0 Fine Silver 35mm x 60mm x 4.53mm Brilliant Uncirculated (Proof-like) 2,000 individually numbered Boxed + Certificate of Authenticity €110.00

NDIAL •

Reverse United Nations Educational, Scientific and Cultural Organization

MO

E

AG

I

N

IT

R

(actual size)

E WORLD H

Obverse

NIO MUN D

MO RI

L IA

PA T

Technical details: Design: Weight: Composition: Dimensions: Condition: Issue limit: Packing: Price (VAT included):

E

PATRIM

O

City of Valletta inscribed on the World Heritage List in 1980

For online ordering: www.maltacoins.com

Lombard Bank Malta p.l.c.

Head Office: 67 Republic Street Valletta Malta • PO Box 584 Valletta VLT 1000 Malta Tel: +356 25581117 • Fax: +356 25581151 • e-mail: mail@lombardmalta.com • www.lombardmalta.com • SWIFT Code: LBMAMTMT

Licensed to conduct Investment Services Business by the Malta Financial Services Authority • Regulated by the Malta Financial Services Authority & listed on the Malta Stock Exchange

I enclose cheque (payable to Lombard Bank Malta p.l.c.) for the amount of €_________ covering my order as follows: Name & Surname:

ID. No:

Mobile/Tel No:

Address:

Postcode:

E-mail:

Delivered to my address - please add €7.00 per order.

I will collect from the following Lombard branch: Balzan

Sliema (Tower Road)

St. Julians

Qormi (San Bastjan)

Valletta

Victoria Gozo.


L-għada, nhar is-16 ta’ Lulju, il-quddies beda mill-5.00 ta’ filgħodu ma jaqta’ xejn sa nofsinhar. Il-quddies tas-6.30 ta’ filgħodu kienet saret minn Mons. Manuel Galea, Isqof Awżiljarju ta’ Malta. Fl-4.00 ta’ waranofsinhar tkantaw il-Vespri Solenni, Benedizzjoni Papali u Purċissjoni. Wara li daħħlet il-Purċissjoni tkantat l-Antifona u Barka Sagramentali. Minkejja li s-Santwarju baqa’ jaqdi l-ħtiġijiet normali tiegħu, beda jinbet ħsieb li din il-knisja titwaqqa’ għalkollox biex tinbena oħra ġdida. Mhux kulħadd kien għalkollox favur din l-idea fosthom il-Professur Anastasju Cuschieri li kien dejjem jirrimarka u jsaqsi ‘‘demolire un Santuario?’’3 Minkejja diversi ideat konfliġġenti, bdiet ilkorrispondenza ma’ diversi awtoritajiet għallpermessi meħtieġa. F’ittra datata 8 ta’ Mejju 1945 mill-perit li ġie mqabbad mill-Komunità Karmelitana lill-Antiquities Committee intalab

il-permess li jitwaqqa’ s-Santwarju l-antik u l-bini tal-Knisja l-ġdida. Skont din l-ittra r-raġunijiet li kienu nġiebu kienu erbgħa: • Minħabba l-ħsara li kienet saret minħabba l-gwerra l-pedamenti kienu ġarrbu ħsara kbira; • Is-Santwarju kien żgħir wisq għall-ħtiġijiet tad-devoti Karmelitani.

• Peress li d-djar fejn qed tiġi propost li titkabbar il-knisja l-ġdida ġew imwaqqgħin kollha kien aktar faċli li jittieħed dan l-ispazju għall-Knisja l-ġdida; • Matul is-snin kien sar ħafna tibdil lisSantwarju l-antik, u għalhekk ma kien għad fadal kważi xejn mis-Santwarju oriġinali. F’ittra oħra din id-darba mibgħuta millProvinċjal tal-Karmelitani, nhar it-28 ta’ Mejju

Il-Purċissjoni nhar is-16 ta’ Lulju 1942. Kif jidher fir-ritratt il-purċissjoni ma kinitx issir bil-vara preżenti fi żmien il-Gwerra imma bil-vara li llum tinsab fl-Oratorju tal-Fratellanza tal-Madonna tal-Karmnu.

104

Festa Madonna tal-Karmnu

Valletta 2016


Il-Pittura tal-koppla xogħol ta’ Ramiro Calì li sar fl-1918.

tal-Karmnu fil-Belt Valletta, bl-intenzjoni li flistess post, tinbena Knisja oħra ġdida, aktar kbira u artistika”, skont kif imniżżel fl-ittra tat-8 ta’ Mejju.

Hu maħsub li fil-ġranet ta’ wara ntalbet aktar informazzjoni fuq il-Knisja l-antika għax nhar it-12 ta’ Ġunju intbagħtet ittra oħra millProvinċjal lill-Kurja Vescovile ta’ Malta. F’din l-ittra jgħid li l-Knisja kienet inbniet fl-1575 kif jirriżulta mill-Vista Pastorali ta’ Mons. Duzzina. Qabilha kien hemm knisja oħra żgħira li kienet inbniet ħames snin qabel. F’din l-ittra huwa enfasizzat il-fatt li għalkemm il-Knisja kienet mibnija skont il-pjanta tal-perit Ġlormu Cassar ġiet modifikata ħafna drabi matul is-sekli, b’bosta żidiet u alterazzjonijiet tant illi mill-Knisja li bena Ġlormu Cassar ma kien fadal kważi xejn. Hawn tissemma wkoll il-pittura tal-koppla u tikkonferma li kienet talPittur Ramiro Calì u saret fl-1918. 1945, reġgħet saret it-talba lil Antiquities Committee biex jeżaminaw jekk humiex għallkuntrarju tal-proġett ‘‘li fih ser titwaqqa’ l-Knisja

Rigward iż-żewġ lapidi li kien hemm fuq l-oqbra ta’ Caterina Vitale u Caterina Scappi l-ittra tikkonferma illi dawn ser jinqalgħu u jerġgħu jitwaħħlu fil-knisja l-ġdida kif fil-fatt sar. Festa Madonna tal-Karmnu

Valletta 2016

105


Il-Pjanti tas-Santwarju l-ġdid

Is-Santwarju l-ġdid beda jinbena fl-1958 fuq pjanta ta’ Ġużè D’Amato, u tlesta fl-1981 flokkażjoni tal-festi li saru f’għeluq il-100 sena Inkurunazzjoni tal-Kwadru Inkurunat. Wara l-mewt ta’ Ġużè D’Amato fl-1963, il-faċċata u l-koppla ġew mibnija taħt is-sorveljanzi talarkitetti, Louis Naudi u Patri Franco Falzon O. Carm. Fis-sena 1985, is-Santwarju l-ġdid beda jiżżejjen bi skultura mill-isbaħ fil-ġebla Maltija mill-Kavallier Joseph D’Amato.

Waqt il-bini tas-Santwarju l-ġdid

106

Festa Madonna tal-Karmnu

Valletta 2016

Referenzi 1 Ġlormu Cassar kien l-arkitett prinċipali tal-Ordni ta’ San Ġwann. Kien responsabbli mill-bini ta’ bosta binjiet importanti fil-Belt Valletta fosthom is-seba’ bereġ, il-Palazz tal-Gran Mastru, is-Sacra Infermeria, il-Knisja Konventwali ta’ San Ġwann kif ukoll il-Knejjes ta’ San Pawl Nawfragu, San Duminku, tal-Madonna tal-Karmnu u ta’ Santu Wistin. Il-Knisja tal-Madonna tal-Karmnu mibnija skont il-pjanta ta’ Ġilormu Cassar kienet l-ewwel waħda fil-Belt bin-navi kif ukoll bilkoppla. 2 Vella, Amanda Ann, The Old Carmelite Church, Valletta: History, Architecture and Works of Art (1570-1958) May 2010. 3 Charles Coleiro, Programm tal-Festa tal-Madonna talKarmnu - Valletta, Festa 2014, L-Imgħoddi ta’ Tfuliti madwar ‘‘Il-Karmnu” - Ġabra ta’ tifkiriet pp 17-19.


Is-Santwarju l-Antik

Festa Madonna tal-Karmnu

Valletta 2016

107


EMOW Bakery 45, Triq l-Isqof Mauro Caruana Furjana

Mob: 9993 1826 Nagħmlu ukoll delivery

L’Angolo S o u ve n i r S hop Statwi Reliġjużi Souvenir ta’ Malta Xogħol fin tal-filugranu 62, Old Teatre Street, Valletta

Bl-aqwa Prezzijiet !!!

108

Festa Madonna tal-Karmnu

Valletta 2016


Kartolini - Programm tal-Festa tal-Karmnu fil-Bidu tal-1900 u Banda Sqallija f’Malta Giovanni Bonello

Eks-Imħallef tal-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem

Il-posta ta’ Malta kienet fost l-aħħar nett flEwropa li ppermettiet l-użu tal-kartolini postali. Sal-1898, tista’ tgħid li l-Ewropa kollha kienet adottat il-postcard bħala mezz li tibgħat messaġġ qasir bi stampa miegħu u b’nofs l-ispiża ta’ ittra magħluqa. Għal xi raġuni mhux ċara, l-awtoritajiet ta’ Malta webbsu rashom kontra l-kartolini, u kien biss fl-1898 li dawn saru legali u tħallew jintużaw f’Malta. Wara dik id-data, il-kartolini saru komuni ferm, u bdew jintużaw sew għall-korrispondenza, kif ukoll bħala reklam għall-pubbliċità.

Imma l-kartolini sabu użu ieħor, wisq anqas magħruf. Id-dilettanti tal-festi u tal-baned ħasbu li jużaw in-naħa ta’ wara tal-postcard, biex fuqha jistampaw il-programmi mużikali li kienu ser jindaqqu f’xi okkażjoni. Dawn ilkartolini-programm kienu jitqassmu b’xejn lil kull min kien interessat, u kienu jservu bħala promozzjoni tal-ħidma tal-baned. Jien naħseb li tul is-snin ġew stampati mijiet ta’ programmi differenti, fil-bliet u fl-irħula ta’ Malta u Għawdex. Imma bħalma jiġrilhom l-affarijiet kollha li għandhom utilità qasira (imsejħa effirmera), dawn il-kartolini kienu aktarx jintremew l-għada tal-festa. Illum saru rari ferm u ftit jidher li fadal minnhom. Il-kollezzjonisti jiġġieldu għalihom meta titfaċċa xi waħda.

L-ewwel kartolina-programm li naf biha hija tal-Banda Furjaniża La Vilhena meta daqqet repertorju ta’ mużika tal-opri u biċċiet popolari fuq il-Fosos tal-Furjana nhar il-Ħadd 23 ta’ Lulju, 1899, taħt is-Surmast Angelo Mellili (18541913). Fost is-siltiet kien hemm il-kanzunetti li kienu ħadu sehem fil-konkors ta’ Piedigrotta,

Napli, fl-1898, u l-God Save the Queen. F’dak ilkonkors Naplitan kienet rebħet l-ewwel premju l-kanzunetta O Sole Mio, li għadha popolari sallum u li forsi kien f’Malta li ndaqqet l-ewwel darba mill-Italja. Wara dan il-bidu, saru numru kbir ta’ kartolini-programm, imma ftit minnhom għadhom jeżistu.

Il-kartolina nnifisha ma kinitx magħmula f’Malta - anke dawk b’suġġetti Maltin kienu jiġu kollha importati minn barra. Imma l-programm mużikali kien jiġu stampat fi gżiritna, ġieli xogħol sabiħ, u ġieli xogħol batut. Fil-bidu, il-programm kien jiġi stampat bit-tipa fuq id-dahar tal-kartolina, imma, fis-snin c.1920 daħlet moda ġdida. Kien jiġi mqabbad il-pitturdekoratur Henry (jew Enrico) Zarb biex ipinġi vinjetta artistika ta’ dak il-programm mużikali, b’simboli u ritratti tal-mużiċisti kompożituri, u dan id-disinn kien imbagħad jiġi riprodott bilfotografija f’daqs ta’ kartolina f’numru ġmielu ta’ kopji li kienu jitqassmu b’xejn. L-aktar li kienet tidħol għal dan ix-xogħol kienet id-ditta tal-fotografija Chrètien & Co. Xi kultant in-naħa illustrata tal-kartolina kienet tkun ritratt tal-maestro tal-banda, bħal dik talprogramma tal-King’s Own tal-4 ta’ Ġunju 1922. Din kellha ritratt sabiħ tal-Maestro Aurelio Doncich, imwieled Trieste (dak iż-żmien parti mill-imperu Austo-Ungariku) fl-1867, li kien direttur tal-King’s Own qabel l-Ewwel Gwerra. Doncich kien ġie arrestat u mitfugħ il-ħabs bħala priġunier tal-gwerra tul il-konflitt kollu, imma hekk kif inħeles wara li l-gwerra spiċċat, reġa’ ġie mitlub isir il-maestro tal-istess banda.1 Festa Madonna tal-Karmnu

Valletta 2016

109


Biex ikopru l-ispejjeż tal-kartolini mogħtija b’xejn lill-pubbliku u dawk tal-istampar tal-programm, l-organizzaturi kienu jfittxu jakkwistaw sponsorship permezz ta’ riklami, kważi kollha għas-sigaretti. Dak iż-żmien kien hawn diversi produtturi tas-sigaretti f’Malta, b’konkorrenza akkanita bejniethom: Cousis, Marich, Colombos, Portelli, Sclivagnotis, Scerri, Licari, Atlam eċċ,.2 Qabel il-gwerra, it-tabakk ippreferut millMaltin ma kienx il-Virġinja Amerikan bħalma hu llum, imma t-tabakk Tork, Grieg, Eġizzjan u tal-Macedonia, u l-biċċa l-kbira tas-sigaretti kienu jinħadmu Malta. Il-fabbriki tas-sigaretti kienu iħallsu għall-kartolini-programm li jitqassmu b’xejn, basta jkollhom reklam talprodotti tagħhom taħt il-programm tal-mużika. Għalkemm il-maġġoranza kienu reklami ta’ prodotti tat-tabakk, kien hemm xi ftit oħrajn li jagħmlu pubbliċità għal stabbilimenti jew pubblikazzjonijiet, u xi ftit kienu bla reklami xejn. Dawn il-kartolini-programm, meta ssibhom, huma tassew minjiera ta’ informazzjoni, l-aktar fuq il-gosti mużikali ta’ dawk iż-żminijiet. Uħud mis-surmastrijiet tal-baned Maltin ewlenija kienu Taljani, u l-Maltin ta’ żmien ir-reġina Vittorja u r-re Dwardu kienu dilettanti ferm talmużika tal-opri, operetti u kanzunetti Taljani - opri, kanzunetti, marċijiet, innijiet, operetti u intermezzi. Mużika ta’ kompożituri Ingliżi, Franċiżi, Spanjoli jew Ġermaniżi ssib xi ftit ukoll, imma huma aktarx rari f’dawn il-programmi.

Ma’ dan l-artiklu qiegħed nippubblika erba’ kartolini-programm tal-festa tal-Karmnu. Tlieta għandhom id-data sħiħa, inkluża s-sena, waqt li oħra għandha biss “Il-Ġimgħa, 15 ta’ Lulju” mingħajr is-sena. Kif diġà għedt, għandu jkun hemm numru kbir ta’ dawn il-programmi stampati tal-festa tal-Karmnu, għallinqas wieħed kull sena, imma s’issa ma jidhirx li dawn instabu. Tkixxift mal-kollezzjonisti kollha li naf, u ħlief dawn l-erbgħa, s’issa ma tfaċċa xejn. L-ewwel kartolina-programm li qiegħed nirriproduċi mhix tas-soltu, għax tal-Karmnu, f’dik l-okkażjoni, barra milli stiednu banda Maltija, ġabu ddoqq Malta l-Banda Muniċipali ta’ Noto, Sqallija, taħt id-direzzjoni tas-Surmast Taljan Rosario Mulè Vella, mużiċist rispettat ġo Sqallija. Dan ġara fis-sena 1904. Għalkemm il-kartolina ssemmi l-ġurnata u x-xahar, imma mhux is-sena, dan huwa l-programm tal-festa tal-Karmnu tal-1904.

Il-programmi nfushom kienu stampati bitTaljan, b’xi eċċezzjoni rari ta’ dawk li juru l-programmi ta’ banded ta’ reġimenti militari li kienu jkunu bl-Ingliż. Anke każin ta’ baned magħrufa li kienu favur l-imperu Ingliż, bħallKing’s Own tal-Belt, kien ikollhom il-programmi tagħhom bit-Taljan. Qatt ma rajt programm bilMalti.

Il-Festa tal-Karmnu kienet iċċelebrata b’solennità kbira, mhux inqas minn dik talparroċċi Beltin ta’ San Pawl u ta’ San Duminku. Il-Karmnu ma kellux każin tal-banda marbut miegħu, bħalma kellhom San Pawl (La Valette) jew San Duminku (King’s Own). Allura kienu jqabbdu banda jew baned ta’ każini oħra biex dawn jiġu jferrħu l-festa tal-Karmnu fil-Belt. 110

Festa Madonna tal-Karmnu

Valletta 2016

(Fig. 1) Il-Kartolina – Programm tas-sena 1904


Il-programm ġie stampat fuq id-dahar ta’ kartolini, bl-użu ta’ żewġ kuluri - l-aħmar u l-aħdar, ovvjament biex flimkien mal-abjad tal-kartonċin jiffurmaw il-kuluri tal-bandiera Taljana. (Fig. 1)

Is-Surmast Mulè Vella għażel sitt siltiet, li xi wħud minnhom għadhom jindaqqu sallum. Beda b’overture ta’ Antonio Bazzini Saul, u biċċa mit-Traviata ta’ Giuseppe Verdi. Kompla bil-Mefistofele ta’ Arrigo Boito u b’serenata ta’ Giuseppe Mulè (aktarx jiġi mid-direttur), u spiċċa b’biċċtejn, waħda A Santa Lucia ta’ Pietrantonio Tasca u l-oħra mill-opra Arlessiene ta’ Georges Bizet. Dan ma kienx l-uniku programm li daqqet il-banda ta’ Noto f’Malta. L-għada, is-Sibt 16 ta’ Lulju, fid-disgħa ta’ bil-lejl esegwiet programm ieħor fil-pjazza talMain Guard. Is-Surmast Mulè Vella għażel sitt biċċiet popolari għal dan it-tieni kunċert: issinfonija mill-Aroldo ta’ Giuseppe Verdi, silta mill-Carmen ta’ George Bizet, intermezz millPuritani ta’ Vincenzo Bellini, is-Saltarello di Montagna ta’ Giuseppe Mulè, silta millGermania ta’ Alberto Franchetti u potpourri mill-kanzunetti ta’ Piedrigrotta arranġati għallbanda minn Raffaele Caravaglios. Il-kartolina-programm ta’ dan ittieni kunċert għadha ma nstabitx. Barra mill-banda ta’ Noto, filfesta tal-Karmnu tal-1904 ħadet ukoll sehem il-banda ta’ San Ġużepp il-Ħamrun taħt ittmexxija tas-Surmast Antonio Miruzzi. Din tat tliet kunċerti, ilĦamis, il-Ġimgħa u s-Sibt, dejjem fid-9.00 ta’ filgħaxija, imma ħdejn il-Knisja. Il-kartolini ta’ dawn il-kunċerti wkoll għadhom ma nstabux, imma l-programmi ġew ippubblikati mill-gazzetti. 3

Bħalma jiġri spiss, iż-żjara tal-banda ta’ Noto qajmet polemiċi u kummenti kbar, u spiċċat biex isservi ta’ pika politika u razzista. Mal-banda ġew Malta l-Isqof ta’ Noto, Mons. Giovanni Blandini, is-Sindku u numru kbir ta’ passiġġieri jew turisti Sqallin (carovanisti jew gitanti) gazzetta waħda qalet 600, waqt li oħra semmiet 269. Hemm min ħa gost bl-Isqallin u hemm min isserva bil-miġja tagħhom biex ixewwex inkwiet partiġġjan li tassew ma kien jixraq xejn għall-okkażjoni. Il-gazzetta MALTA għada TAGĦNA kienet l-aktar żbukkata fit-tgħajjir razzista tagħha u fil-mibegħda kontra l-Isqallin. F’kumment editorjali kitbet: “Nifmuha jaħasra darba għal dejjem li dawn in-nies m’għandniex xi rriduhom; baned Maltin għall-festi għandna biżżejjed. L-Isqallin għalina huma saħta ta’ Malta ... Iva, l-Isqallin huma s-saħta, u mhux għal Malta biss, imma għad-dinja kollha kif iddur, u ma tarax ħlief min hemm keċċewhom u min hawn ser ikeċċuhom. U minħabba dawn il-ħmerijiet u ksuħat tagħna ma nistgħu qatt inkunu armonija mal-Gvern tagħna (Ingliż).” Skont din il-gazzetta, in-nuqqas ta’ dawn l-Isqallin kien li ma ġabux ħafna flus magħhom u ma nefqux wisq fil-ħwienet: ‘‘kienu xotti aktar mill-frawli ... imġewħin għall-aħħar”. Qatt smajtu, staqsiet din il-gazzetta, “li meta l-Maltin imorru pajjiżhom, imorru jbiegħu s-santi, l-imriewaħ, il-papri, ikantaw u jdoqqu filħwienet!? Hekk għamlu wħud minn dawn il-ġitanti, barra milli qagħdu jduru jitolbu isibux fejn jidħlu jaħdmu. U mhux żgur li ma fadalx xi salt minnhom”. Il-gazzetta żiedet: “F’dawk ilġranet li qagħdu fostna, ġibulna swied ta’ qalb l-aktar kbir ... Jekk il-Maltin imorru pajjiżhom, imorru jarmu l-flus u le biex jeħdulhom xogħolhom.”4 Festa Madonna tal-Karmnu

Valletta 2016

111


Minkejja dan l-ispirtu negattiv, il-Malta rrappurtat li dik is-sena l-festa tal-Karmnu irnexxiet oltermodo splendida e brillante. IlMalta Times qalet li dik is-sena s-suċċess tal-festa eklissa għal kollox dak tas-snin ta’ qabel5. It-toroq kollha kienu mixgħula bil-gas u bil-lumini taż-żejt u dekorati bil-pavaljuni u bandalori. Sar logħob tan-nar fuq nett ta’ Strada Forni (fuq il-Fossa?). Fil-bidu, il-banda ta’ Noto kellha tiġi Malta, fuq stedina tal-Każin La Valette, f’Ġunju, imma fuq insistenza tal-patrijiet Karmelitani, aċċettaw li jiġu x-xahar ta’ wara, f’Lulju, għall-festa tal-Madonna. Dawn il-bidliet taw lok għal xi malitiżi, u meta fil-fatt l-Isqallin waslu Malta, kien hemm xi ‘‘inċidenti dolorużi” li setgħu jiġu evitati. Il-gazzetti ma jsemmux dawn l-inċidenti x’kienu. Imma kollox intesa meta l-banda u l-mijiet li ġew magħhom ġew milħuqa bi briju u ħbiberija kbira minn kulħadd, speċjalment meta żaru l-Każin ta’ La Valette fi Strada Rjali. Il-kbarat tad-delegazzjoni Sqallija qagħdu filHotel Australia, il-Belt.

aħmar b’tipa u b’freġju art nouveau, stil modern u kontemporanju li f’Malta qisu qatt ma qabad wisq. L-istampar ġie mħallas mid-ditta tassigaretti Cousis li kellha l-uffiċċji u ħanut fit-triq tal-Karmnu, 130, Strada Teatro. L-isponsor ewlieni tal-programmi mużikali talKarmnu kienet id-ditta A.G. Cousis & Co li kellha l-fabbrika l-kbira tagħha fi Strada Sant’Ursola, Valletta. Id-ditta kienet bdiet fl-1861 filMacedonia u l-kummerċ tagħha f’Malta kienet immexxi min-neguzjant is-Sur Joseph Howard (1862 - 1925), li wara l-Gwerra l-Kbira sar l-ewwel Prim Ministru ta’ Malta f’isem il-partit Unione Politica Maltese (ta’ Panzavecchia) meta Malta kisbet is-self-government fl-1921. Howard kien imdaħħal sew fil-baned għax sar ukoll president tal-Filarmonika La Valette tal-Belt. L-aktar sigaretti fini ta’ Cousis kienu d-Dubec, li skont nota ta’ dak iż-żmien “kont issibhom fil-palazzi tar-rejiet, fl-aktar clubs esklussivi, għand id-dilettanti tat-tabakk l-aktar

Meta l-banda daqqet fil-pjazza tal-Palazz, l-esekuzzjoni ġiet imfaħħra bħala splendida u qalgħet ċapċip kbir. Il-kumitat tal-Każin La Valette ppreżentalhom standard tal-ħarir bilbandiera ta’ Malta u b’ċoff bil-kuluri Taljani u b’dedika fuqhom. Fl-għeluq daqqew l-innu Taljan Marcia Reale u l-God save the King. Wara baqgħu sejrin il-Każin għal riċeviment. Is-Sindku ta’ Noto għamilha ċara li kien jaf li l-Każin ta’ La Valette ma kellu x’jaqsam xejn mal-inċidenti koroh ta’ filgħodu. Stedinhom biex imorru Noto għall-festa ta’ San Korrado, ilqaddis patrun tal-belt tiegħu. L-Isqof Blandini għamel diskors twil fuq l-istorja ta’ Malta u ta’ Noto u fisser kif ma tistax tħobb lil artek mingħajr ma tħobb il-fidi. Imbagħad kulħadd xorob ix-xampanja mit-tazzi tal-fidda. Mons. Blandini rregala lill-Każin ta’ La Valette relikwa ta’ San Korrado, f’teka tal-fidda miżmuma f’kaxxa artistika, li l-kumitat wiegħed li jqiegħed għad-devozzjoni pubblika.6

It-tieni kartolina-programm li naf biha jien hija dik tal-festa tal-1905. Din hija stampata bl112

Festa Madonna tal-Karmnu

Valletta 2016

Il-Kartolina – Programm tas-sena 1905


esiġenti u kulfejn laħqet daħlet iċ-ċiviltà vera”. Kienu jagħmlu sigaretti għall-gosti kollha 130 kwalità differenti. U għall-bwiet kollha: minn 200 fil-prezz ta’ xelin u tliet soldi (għaxar sigaretti inqas minn sold!) sa erba’ liri għal elf sigarett.7

Fil-festa tal-Karmnu tas-sena 1905 ħadu sehem żewġ baned, il-Filarmonica San Giorgio ta’ Cospicua, taħt id-direzzjoni tas-Surmast Angelo Melilli li daqqet fil-5.30pm u s-Soċjetà San Giuseppe tal-Ħamrun, immexxija mis-surmast Antonio Miruzzi (1861-1929) li esegwiet ilprogramm tagħha fid-9pm, it-tnejn fil-pjazza tal-Palazz. L-ewwel banda daqqet biċċiet ta’ Colossanti, Gioacchino Rossini, Giacomo Puccini, Hecker, Giuseppe Verdi u Felice de Matteo. Waqt il-biċċiet mill-opri La Gazza Ladra, La Boheme u La Forza del Destino għadhom popolari sal-lum, l-oħrajn aktarx intesew. Il-programm juri li l-banda tal-Ħamrun, immexxija mill-maestro Miruzzi, daqqet sitt biċċiet. Fosthom mużika ta’ Migliorini, Giovanni Battista Frosali, Giuseppe Verdi, Giuseppe Silvestri, Antonio Carlos Gomez, u l-valse Baci, kompożizzjoni tad-direttur stess. Ħlief għassilta ta’ Gomez li kien Spanjol, kollha mużika moderna Taljana.

It-tielet kartolina-programm hija dik tal-festa tal-1907 li fiha reġgħet daqqet il-banda San Giuseppe tal-Ħamrun, immexxija mill-ġdid mill-maestro Antonio Miruzzi. Hija esegwiet il-programm fil-pjazza tal-Main Guard nhar itTlieta, 16 ta’ Lulju. Miruzzi daqq siltiet mużikali tal-kompożituri Pietro Gagna, Antonio Carlos Gomez, Charles Gounod, Giuseppe Verdi u Pavesi (Stefano?). Magħhom Miruzzi, bħalma kienu jagħmlu spiss id-diretturi tal-baned, żied Capriccio per Corno tiegħu stess. Il-programm huwa stampat fuq id-dahar ta’ kartolina u fih reklam tas-sigaretti ‘Nazzjonali’ Croce di Malta ta’ Cousis. Pakkett ta’ għaxra kien jinbiegħ żewġ soldi. Fis-sena 1909 l-organizzaturi tal-festa talKarmnu stiednu lis-Soċjetà Filarmonika Queen’s Own ta’ Senglea biex tagħti żewġ kunċerti filPjazza tal-Palazz, l-ewwel wieħed fil-5.00pm u

Il-Kartolina – Programm tas-sena 1907

t-tieni fid-9.00pm. Sa ftit qabel, il-banda kien jisimha La Vincitrice. Id-direttur tal-banda, bħal Miruzzi u Melilli, kien Taljan ieħor, il-Kavallier Gennaro Parisi, li fetaħ il-programm b’marċja ta’ lealtà kolonjali miktuba minnu stess, Omaggio al Re. Daħħal ukoll kompożizzjoni tal-mużiċist Malti Gaetano Grech (1855-1938), il-biċċa llum aktarx minsija La Figlia del Re Pipino. L-ewwel kunċert kien fih ukoll siltiet mill-opra l’Africana ta’ Giacomo Donizzetti. Il-kunċert ta’ bil-lejl kien jinkludi marcia ta’ Giuseppe Alfonso Cinà u biċċiet ta’ Giuseppe Verdi, Sidney Jones u Gatt (Luigi?). Cousis reġgħu daħlu għall-ispejjeż, u fil-qiegħ tal-programm żiedu reklam tassigaretti Dubec, Memphis, Clio u Melita. L-aħħar kartolina-programm (dejjem li naf biha jien) kienet dik tal-Filarmonika Nazzjonali La Valette għall-festa ta’ San Pawl fl-10 ta’ Frar, 1931, li daqqet bosta xogħlijiet tas-Surmast tagħha, Cardenio Botti (1890-1973). Dan ilmaestro Taljan kien mużiċist bravu ferm u Festa Madonna tal-Karmnu

Valletta 2016

113


Cadena Restaurant 38, merchant Street, Valletta

Mob: 9989 7216

Be tempted by our new Frostino flavours.

#costacoffeemalta

Costa Coffee is now open in Balzan, Spinola Bay; St. Julian’s, Marsaxlokk and at The Embassy Shopping Complex; Valletta, The Point, Bay Street and Malta International Airport.

Coffee Cream

Strawberry Cheesecake

Caramel Shortbread


Sicilia Bar & Tavola Calda Prop. Anthony Vella

1a, St John Street, Valletta

Tel: 2124 0569 • Fax: 2168 9766


kompożitur tal-innu Flor del Carmel (kliem ta’ Patri Anastasio Cuschieri). Żmien wara, fit-30 ta’ Settembru 1935, ġie mkeċċi minn Malta millGvern Ingliż għax kien akkużat b’simpatija lejn il-moviment faxxist.8 Wara l-1930 qisha naqset sakemm spiċċat għal kollox il-moda tal-kartolini-programm.

Ringrazzjamenti lil Anthony Abela Medici, Anna Borg Cardona, Maroma Camilleri, John Gafà, Tony Terribile, Hadrian Wood u Temi Zammit li għenuni f’din ir-riċerka.

Il-Kartolina – Programm tas-sena 1909

Referenzi 1 National Archives of Malta, The Salter Album, Malta, 2014 p. 79. 2 Anthony Zarb-Dimech, The Maltese Tobacco Scene, Malta, 2005 3 Malta, 11 ta’ Lulju, 1904. 4 MALTA għadha TAGĦNA. “Il-Banda ta’ Noto’’ 30 ta’ Lulju, 1904 5 The Malta Times, 22 ta’ Lulju, 1904 6 Malta, 16 ta’ Lulju, 1904 7 Alister Macmillan, Malta and Gibraltar Illustrated, Londra, 1915, pp.314 - 317 8 Eddie Attard, ‘‘Deportations of Italians from Malta’’ in The Sunday Times, 27 ta’ Jannar, 2013.

Kull min għandu xi ritratti antiki li jixtieq li nippubblikawhom fil-programmi tal-festa tas-snin li ġejjin għandu jagħmel kuntatt magħna b’e-mail fuq

vtkmalta@gmail.com

Carabott Ltd. Jewellers

MC 116

Festa Madonna tal-Karmnu

Valletta 2016

53/54 High Street, Ħamrun Tel: 2124 0511  Fax: 2124 0576


L-Għoljiet u l-Muntanji fil-Bibbja minn Fr Charles Buttigieg

Il-Muntanja fl-Antik Testment L-għoli tal-muntanja fil-Bibbja huwa marbut mal-kobor ta’ Alla. Il-quċċata tal-muntanja hija marbuta mal-post tal-laqgħa ta’ Alla malbniedem, il-post tal-alleanza jew tal-patt. Hekk naraw pereżempju fil-ġrajjiet ta’ Abraham u Mosè. Mosè jiltaqa’ ma’ Alla fuq il-Ħoreb (ilmuntanja ta’ Yahweh) u Alla jagħtih l-għaxar kmandamenti fuq il-Muntanja Sinaj – Har Sinai li hija għolja madwar 7,500 pied (ara Es 3:1 u 1 Slat 19:8). Isem ieħor għas-Sinaj huwa ‘Jabal Musa’ jiġifieri l-muntanja ta’ Mosè. Il-kelma ‘ħoreb’ tfisser ‘ħuġġieġa’ jew ‘sħana’ u għalhekk b’rabta max-xemx. Hawnhekk Mosè ra s-siġra taqbad bla ma tinħaraq u li dan kien post sagru (Esodu 3:5). Elija jiltaqa’ ma’ Alla fuq il-muntanja tal-Karmelu fejn hemm Jebel Mar Elias jew ilmuntanja ta’ San Elija. Anke Elija żar il-Ħoreb (1 Slat 19:8). Il-muntanja Ħoreb hija ffavorita fit-tradizzjoni Jahwista u saċerdotali tal-Antik Testment filwaqt li s-Sinaj tissemma dejjem fit-tradizzjoni Elohista u Dewteronomista. Xi studjużi jorbtu l-Ħoreb u s-Sinaj ma’ preżenza ta’ vulkan estint b’rabta mal-ħruq u t-theżżiż u ragħad li jissemmew fil-Bibbja. Il-Biblista Amerikan jorbot l-isem tas-Sinaj mal-kelma sumera ‘zen’ jew ‘zuen’ li kien l-alla qamar meqjum bħala Namnat f’Urr u f’Harran jew il-kelma aramajka ‘seneh’ jew ‘sanya’ li tfisser ‘għollieqa’ u għalhekk b’rabta mar-rivelazzjoni ta’ Alla lil Mosè. Il-kittieb Josephus jorbot is-Sinaj mal-Arabia Petraea (mal-Jebel alMadhbah f’Petra) filwaqt li l-ġeografu talUniversità ta’ Tel Aviv, il-professur Menashe Har-El, jorbotha mal-muntanja Sin Bishar. Muntanja importanti hija l-muntanja Sijon li fuqha hi mibnija Ġerusalemm li hija msemmiha 150 darba fl-Antika, filwaqt l-isem tal-muntanja Morija huwa imsemmi biss darbtejn. Muntanji oħra li huma marbuta mal-Bibbja huma Ararat, Ebal, Ephraim, Gaash, Gebel Basan, Gerizim,

Gilboa fejn inqatel Sawl u ibnu Ġonatan, Hazor, Libanu, Hattin, Hermon (jew is-Sirjon), Hor, Mizar (Ġebel Misar), Nebo, l-għolja taż-Żebbuġ, Pisgah, Safed, Saron, Seir, Sodom, Tabor, Zafon (Jebel el-Aqra) u Petra.

Ġesù u l-Muntanja Ġesù wkoll fil-vanġelu ta’ San Mattew jagħti t-tagħlim tiegħu fuq il-Muntanja (ara d-Diskors tal-Muntanja). Ġesù jinbidel u jsir glorjuż fuq il-muntanja Tabor jew il-Muntanja tatTrasfigurazzjoni jew Jebel et Tur (il-muntanja tal-muntanji) fil-pjanata ta’ Esdraelon xi 7 km ’il bogħod minn Nazareth. Hawnhekk Deborah niżlet bħal ferħ ta’ naħal bis-suldati tagħha biex tattakka lil Sisera. Ġesù jifdina bis-salib fil-għolja tal-Kalvarju. L-Għolja taż-Żebbug hija marbuta ma’ David meta kellu jaħrab lejn id-deżert kif naqraw f’I Samwel 15:23-30 fejn David beka għax ħalla l-belt, hekk ukoll għamel Ġesù meta wasal hawnhekk qabel ma kellu jbati l-Passjoni huwa beka fuq Ġerusalemm. Din l-għolja bejn Ġerusalemm u d-deżert hija mlaqqma l-għolja tat-tranżizzjoni, minn fejn ukoll Ġesù tela’ s-sema quddiem l-appostli.

Il-Muntanja Tabor fejn saret t-Trasfigurazzjoni ta’ Gesù

Il-Muntanja ta’ Elija L-Għolja ta’ Elija jew tal-Karmelu niltaqgħu magħha fl-Ewwel Ktieb tas-Slaten 17:16-40 Festa Madonna tal-Karmnu

Valletta 2016

117



Pubblikazzjoni ġdida f ’edizzjoni limitata ħierġa fil-jiem li ġejjin Tifsira Mistogoġika tas-Santwarju tal-Madonna tal-Karmnu fil-Belt Valletta.

Ktejjeb li kull devot tal-Madonna tal-Karmnu għandu jkollu. Min hu interessat għandu jordna kopja mingħand Fr. Alex Scerri.

Situated in the heart of Sliema, Il-Fortizza Bar & Restaurant is open daily from 9am till late serving an exquisite à la carte menu. From mouth-watering pizzas, pasta and grills to some of Malta’s most traditional dishes, il-Fortizza caters for people of all ages and tastes. While a wide choice of local or foreign wines is also available to accompany your meal, the desserts will leave your taste buds satiated and make your dining experience a memorable one. Whether you’re opting for a mid-week lunch break, dining with your family or looking for a few relaxing cocktails with friends while enjoying one of Malta’s most breathtaking views, Il-Fortizza is the ideal venue for your gatherings and events.

Bookings for private functions, large groups or special events are also welcomed.

Il-Fortizza Bar & Restaurant is also the ideal venue if you are interested in live sports. Showing all types of sports including football, rugby and tennis on its TV screens, Il-Fortizza is a hub for sport fanatics all year round but more so on the occasion of international sport events such as the World Cup, Premier Leagues, US Open, French Open, the Olympics and so much more.

For more information do not hesitate to call on: 99421296 / 79251410

Finally, free private parking is available for the restaurant’s clientele, on first come first served basis. Book your table now to avoid disappointment.

Trafalgar

Giftware & Art Gallery

22, City Gate, Valletta VLT 1010  Tel: 2123 6467 ‘Manor Complex’, Triq il-Maskli, Qawra SPB 1481 Tel: 2158 5599  Email: trafalga@maltanet.net

Restaurant

P a r ty a n d C e r emo n y


fl-episodju tal-Profeta Elija u l-qassisin talalla falz Baal. Din il-muntanja hija għolja 525 metru. Il-quċċata tal-Karmelu magħruf bħala ‘Al Muhraqa’ huwa l-post mela tas-sagrifiċċju u tal-ħruq. Marbuta mal-Karmelu hemm serje ta’ muntanji li jkomplu sejrin għal 24 km li s-sbuħija tagħhom hija mfissra mill-profeta Isaija: “Ħa tifraħ fuq li tifraħ, taqbeż u tgħanni. Sebħ il-Libanu jingħata lilha l-ġmiel tal-Karmel u tas-Saron’ (35,2). Din il-Muntanja hija fuq kollox marbuta mal-Madonna u mal-Ordni Karmelitan. Il-Madonna tal-Karmelu hija għalhekk dak is-sellum ta’ Ġakobb, dik l-għolja u dik il-muntanja li permezz tagħha naslu għal għand Alla fis-Sema.

Biblijografija Albright, W.F., Yahweh and the Gods of Canaan, London 1968. Berder, M., “Nell’Antico Testamento, il luogo di una esperienza fondante”, in Il Mondo della Bibbia 108 (2011) 11-13. Biedermann, H., The Wordsworth Dictionary of Symbolism, New York 1996. Fohrer, G., Introduction to the Old Testament, London 1970. Fontaine, J., La Bibbia nella sua terra. Metodo per leggere la Parola di Dio in Terra Santa, Padova 2010. Leon-Dufour X., Dictionary of Biblical Theology, London 1969. Levenson, J.D., Sinai and Zion: an entry into the Jewish Bible, Minneapolis 1985. Lurker, M., Dizionario delle Immagini e dei Simboli Biblici, Cinisello Balsamo (Milano) 1990. Manns, F., Il Giudaismo e l’Israele di Dio. Ambiente del Nuovo Testamento e le origini cristiane, Bologna 2013. Ollenburger, B.C., Zion the city of the great King: A theological symbol of the Jerusalem Cult, JSOTSS 41, Sheffield 1987. Vuk, T., “Religione nazione e stato nel vicino oriente antico e nella Bibbia”, in LA 40 (1990) 105-158.

J.L.S.

Stoneworks G˙al kull xorta ta’ xog˙ol ta’ lavur, fireplaces, qoxra tal-fil, kisi u tibjid Tel: 21 25 0138 • Mob: 9944 3998 Showroom: 73, Barth Street, Óamrun 120

Festa Madonna tal-Karmnu

Valletta 2016


Il-purgatorju fil-ħsieb tal-ewwel Insara Rev. Kan. Dr Jonathan Farrugia

Dettall komuni ħafna fix-xbihat, speċjalment filkwadri, tal-Madonna tal-Karmnu huma l-erwieħ tal-Purgatorju. Dawn ġeneralment jidhru qed iħarsu lejn il-Madonna bil-labtijiet f’idejha jistennew l-interċessjoni tagħha biex jittieħdu l-ġenna. Xi drabi jidhru wkoll l-anġli qed itellgħu l-erwieħ minn ġol-fjammi waqt li jippuntaw lejn il-Madonna. Xhieda tal-popolarità ta’ din id-devozzjoni hija l-fatt li nsibu xbihat talerwieħ tal-purgatorju lebsin il-labtijiet anke f’pitturi fejn ma tidhirx il-Madonna tal-Karmnu u fi knejjes fejn m’hemmx imwaqqfin fratellanzi jew artali ddedikati lill-Madonna taħt dan ittitlu1.

it-twemmin f’dan il-post ta’ tisfija ilu ħaj għal ħafna sekli fost l-Insara. Insibu tliet raġunijiet għalfejn l-insara jemmnu li jeżisti dan il-post.

L-ewwel nett hemm il-pedament bibliku, sew fit-Testment il-Qadim kif ukoll fil-Ġdid. IlLhud kienu jemmnu f’post jismu Xeol (xi drabi msejħa “art l-imwiet”, bħal fis-Salm 6, 6 u Salm 31, 18) fejn kienu jmorru l-erwieħ kollha, sew ittajbin kif ukoll il-ħżiena, wara l-mewt u jibqgħu hemm, fi stat qisu ta’ raqda, għal dejjem. FitTieni Ktieb tal-Makkabin insibu r-rakkont ta’ meta Ġuda l-Makkabi jagħmel ġabra biex issir offerta fit-tempju għat-talb ta’ dawk li mietu waqt battalja, u jiġi mfaħħar għax kien jemmen fil-qawmien mill-imwiet2. Dan diġà juri li kien hemm bidla fil-ħsieb Lhudi dwar l-eżistenza tar-ruħ wara l-mewt. Fit-Testment il-Ġdid ilħsieb huwa aktar ċar, bħalma naraw fl-Ewwel Ittra lill-Korintin fejn San Pawl jitkellem dwar in-nar li jsalva wara li juri s-siwi tal-ħidma ta’ kull bniedem3. It-tieni fundament li fuqu hu mibni dan ittwemmin hija l-fidi fil-ħniena kbira ta’ Alla li tagħti ċans għat-tpattija tad-dnubiet mhux gravi anke wara l-mewt.

Għalkemm il-kelma purgatorju li tirreferi għall-post fejn l-erwieħ jgħaddu minn żmien ta’ purifikazzjoni qabel imorru l-ġenna tintuża għall-ewwel darba fil-medjuevu, fis-seklu XII,

Fl-aħħar nett, u forsi din hi l-aktar waħda li tappella għall-bnedmin, hemm ir-rabta li hemm bejn il-ħajjin u l-mejtin. Din ir-rabta tidher f’forma ta’ solidarjetà reċiproka fejn il-ħajjin jitolbu għal dawk li għadhom qed jissaffew minn dubiethom sabiex dawn, meta jaslu filġenna, jinterċedu għall-ħajjin tul ħajjithom. Insibu diversi eżempji tal-qawwa ta’ dawn issuffraġji f’kitbiet insara tal-bidu bħalma huma l-Acta Pauli4 u l-Passio Perpetuae et Felicitatis5.

Immexxija minn dawn it-tliet punti l-għorrief Insara tal-ewwel sekli jiktbu fuq dan il-post Festa Madonna tal-Karmnu

Valletta 2016

121


ta’ tisfija u stennija. Fuq il-konsegwenzi talmewt għall-ħżiena ma kienx hemm wisq xi tgħid: dawn imorru dritt l-infern, f’post fejn ipattu għal dejjem għal ħtijiethom u qatt ma jaraw lil Alla. Dwar it-tajbin kien hemm aktar lok għal diskussjoni. L-ewwel nett insemmu li t-tajbin jinqasmu f’żewġ kategoriji: dawk li jmutu martri u dawk li jmutu mewta naturali jew b’inċident jew li jinqatlu għal raġunijiet oħra. Kien mistħajjel li l-martri jmorru dritt il-ġenna għax il-għotja ta’ ħajjithom għall-fidi kienet titqies bħala prezz tajjeb għat-tpattija tad-dnubiet li seta’ jkollhom. Il-post ta’ stennija kien imħejji għal dawk li jgħixu ħajja tajba, imma li jmutu fi stat ta’ dnub venjal li ħabba fih ma jistgħux jidħlu fil-ġenna mill-ewwel.

Waħda mill-ewwel diskussjonijiet fuq dan ilpost insibha fit-trattat Fuq ir-ruħ ta’ Tertulljanu (c.155-c.240). Fl-aħħar kapitlu huwa jitkellem fuq l-istat tar-ruħ wara l-mewt u ninnutaw li l-istampa li jippreżenta tieħu spunt minn dik l-idea oriġinali li kellhom il-Lhud tax-Xeol, iżda b’xi differenzi. Għedna li fix-Xeol imorru l-erwieħ kollha u jibqgħu fi stat qisu ta’ raqda. Bl-istess mod Tertulljanu jgħid li l-erwieħ kollha jmorru f’dan il-post intermedju u hemm jistennew il-ġudizzju, li jista’ jkun jew ta’ ferħ jew ta’ dnewwa; dan juri li fil-ħsieb ta’ dalkittieb il-ħżiena wkoll isibu posthom hemm. Iżda hu jinsisti li f’dan il-post l-erwieħ ma jkunux fi stat ta’ raqda (bħalma kienu jgħidu l-Lhud) għax hu jemmen li r-ruħ qatt ma torqod, anqas meta tkun għadha fil-ġisem. Meta mistoqsi x’jagħmlu l-erwieħ waqt li jistennew, hu jwieġeb li anke f’dan il-post jeżistu l-kastigi u l-konsolazzjonijiet, li ġa jagħtu ħjiel ir-ruħ ta’ xi jkun ġej għaliha għall-eternità6.

Fl-istess żmien kien jgħix San Klement, li kien l-isqof ta’ Lixandra (c.150-c.215). Dan probabilment kien l-ewwel kittieb nisrani li jiddeskrivi dan il-post tranżitorju bħala wieħed li fih in-nar li jsaffi l-erwieħ. Dan naqrawh filħames u fis-seba’ ktieb ta’ ġabra ta’ ħsibijietu msejħa Stromateis. Fil-ħames ktieb jgħid li din l-idea ta’ post li fih nar spiritwali li jippurifika r-ruħ (li hija spirtu) kienet teżiti sew fost l-insara kif ukoll fost il-pagani u jġib xi eżempji mill-kitbiet ta’ Platun u ta’ Eraklitu fost oħrajn7. 122

Festa Madonna tal-Karmnu

Valletta 2016

Fis-seba’ ktieb, imbagħad, jitkellem fuq is-siwi ogħla li għandu t-talb għall-erwieħ tal-mejtin milli għandhom is-sagrifiċċji tal-annimali, u għal darb’oħra jiċċita xi testi minn poeti pagani li wkoll jgħidu li l-allat aktar jippreferu t-talb tal-fidili milli d-demm u l-intestini tal-annimali8.

Dettal tal-Kwadru Inkurunat fejn fih jidru l-Erwieh tal-Purgatorju

In-nar li jsaffi r-ruħ mit-tbajja jidher ukoll flomeliji ta’ Oriġene. F’waħda mill-omeliji fuq l-evanġelju ta’ San Luqa dan il-kittieb jispjega li l-“magħmudija tan-nar” li fuqha jitkellem Ġwanni l-Battista (Lq 3, 16) mhi xejn għajr it-tisfija li ssir wara l-mewt permezz ta’ nar spiritwali li jnaddaf dak li huwa immaterjali. Oriġene jieħu ħsieb isemmi wkoll li din it-tisfija jista’ jgħaddi minnha biss min ikun irċieva l-magħmudija matul ħajtu, jiġifieri f’dan ilpost intermedju m’hemmx lok għall-persuni li mhumiex Insara9.

Fil-Punent insibu kitbiet li jippreżentaw ħsieb aktar ċar b’terminoloġija aktar teknika dwar dan l-istat intermedju bejn il-mewt u l-ġenna. Wieħed mill-ewwel ħassieba nsara li juża l-verb purgare biex jispjega minn xiex tgħaddi r-ruħ kien San Ċiprijanu ta’ Kartaġni (c. 200-258); dan insibuh fl-ittra tiegħu lin-nies ta’ Thibaris li fiha jħeġġiġhom ma jaħarbux quddiem il-martirju10. Dan wassal biex seklu wara, lejn is-seklu IV, l-aġġettiv purgatorius beda jirreferi għan-nar li jnaddaf l-erwieħ. Dan l-istess ħsieb jidher ukoll f’xi kitbiet ta’ Missirijiet oħra tas-seklu IV, fosthom San Ambroġ ta’ Milan u San Girgor ta’ Nyssa. Ambroġ (340-397) jafferma li wara l-mewt ir-ruħ tgħaddi minn pieni ta’ tisfija fl-omelija


tiegħu fuq Salm 36, waqt li Girgor (c. 335-c. 395) fl-omelija tiegħu fuq il-mejtin jitkellem dwar id-dieqa li tħoss ir-ruħ meta tagħraf ilħażin li għamlet u hija din id-dieqa li tpatti għall-ħsara11.

L-aħjar deskrizzjoni u l-aktar waħda dettaljata nsibuha f’diversi kitbiet ta’ Santu Wistin (354430). Dan l-isqof kbir jibda billi juri d-differenza li hemm bejn il-piena u l-purifikazzjoni permezz tan-nar u jispjega kif il-piena hija t-tbatija li tgħaddi minnha r-ruħ waqt li l-purifikazzjoni hija l-proċess li jwassalha biex tkun imnaddfa12. Hu jkompli jiċċara kif hemm rabta bejn il-gravità tad-dnubiet li jridu jitpattew u t-tul taż-żmien li r-ruħ trid tgħaddi f’dan il-post ta’ turment13. Wistin jitkellem ukoll fuq is-siwi tat-talb għallerwieħ li qed jiġu msoffija14. Xi snin wara Santu Wistin insibu l-kitbiet ta’ qaddis ieħor li mexa fuq l-istess passi. Dan hu San Ċesarju ta’ Arles (468-542) li jwissi lill-midinbin li wara mewthom se jkunu ttorturati millfjammi sakemm jitnaddfu minn dnubiethom u jħajjarhom jevitaw dawn it-turmenti billi jagħmlu l-penitenza tul ħajjithom15.

Il-Papa San Girgor il-Kbir (540-604) ukoll ta kontribut kbir għall-ħsieb dwar il-post ta’ tisfija. Hu jitkellem fuq purgatorius ignis (“tisfija permezz tan-nar”) li jieħu ħsieb iħassar it-tbajja ta’ dnubiet ħfief qabel il-ġudizzju16 u jagħti xi eżempji ta’ kif jista’ jkun dan il-proċess permezz ta’ xi viżjonijiet u stejjer17. Dan il-Papa qaddis iwissi lill-ħajjin li jistgħu jgħinu lill-erwieħ li qed ibatu bit-talb, bil-karità u billi joffru l-Ewkaristija għalihom18. Dan kien, fil-qosor ħafna, il-ħsieb tal-Knisja tal-bidu dwar x’jiġri mir-ruħ tal-bniedem wara li din tħalli l-ġisem u qabel ma ssib is-serħan dejjiem. Ninnutaw li sa mill-bidu kien hemm it-twemmin li t-talb tal-ħajjin kien ta’ utilità kbira biex jitqassar iż-żmien ta’ dawn l-erwieħ purganti. Kien biss sekli wara li l-figura talMadonna tal-Karmnu ġiet assoċjata mal-erwieħ tal-purgatorju, meta lejn is-seklu XIV skont it-tradizzjoni19 l-Madonna dehret lill-Papa Ġwanni XXII u rrikmandatlu jħabbar il-privileġġ Sabbatin għal dawk li jmutu bil-labtu fuqhom.

Referenzi 1 Wieħed mill-eżempji huwa l-kwadru titulari tal-knisja ta’ San Bażilju fl-Imqabba, li sar fl-1677, fejn jidhru l-erwieħ lebsin il-labtijiet fil-parti t’isfel tal-pittura. 2 “Ġuda l-Makkabi għamel ġabra minn fost in-nies tiegħu u bagħat Ġerusalemm is-somma ta’ elfejn drakma talfidda biex isir sagrifiċċju tal-purifikazzjoni; għamel ħaġa sabiħa u sewwa billi ħaseb fil-qawmien millimwiet. Li kieku ma kienx jemmen li l-mejtin jerġgħu jqumu, kienet tkun bluha u ħaġa żejda titlob għallmejtin. Iżda billi hu ġieb quddiem għajnejh il-ġmiel tal-ħlas li hemm lest għal dawk li jorqdu r-raqda talmewt fil-ħbiberija ma’ Alla, il-ħsieb tiegħu kien qaddis u twajjeb. Għalhekk offra sagrifiċċju tal-purifikazzjoni, biex il-mejtin jinħelsu minn dnubhom.” (2 Mak 12, 4346) 3 “ix-xogħol ta’ kulħadd għad jidher; il-Jum għad jurih u n-nar għad jikxfu u jipprova x’jiswa x-xogħol ta’ kull wieħed. Jekk il-bini li wieħed ikun bena jżomm sħiħ, min jagħmlu jieħu ħlasu; jekk il-bini jinħaraq, ħlasu jitilfu; iżda huwa jsalva, imma jkun għadda minn ġonnar.” (1 Kor 3, 13-15) 4 Fil-paragrafi 28 u 29 tissemma l-ġrajja ta’ meta r-reġina Tryphaena tara f’ħolma lil bintha Falconilla, li kienet mejta, tgħidilha biex tieħu magħha lil Tecla sabiex din titlob għaliha sabiex bit-talb tagħha titwassal fil-post fejn hemm l-erwieħ tal-ġusti. 5 Fil-paragrafi 7 u 8 Perpetua jkollha viżjoni ta’ ħuha ta’ 7 snin, mejjet, li kien jinsab f’post mudlam, maħmuġ u bil-għatx; wara xi żmien titlob għalih, terġa’ tarah nadif, ferħan u jixrob minn għajn li ma tispiċċax waqt li jilgħab ma’ tfal oħra. 6 Tert., De anima, 58. 7 Clem., str. V, 14. 8 Clem., str. VII, 6. 9 Or. Hom XXIV in Lc. 10 Cypr. Carth., Ep. LV. 11 Greg. Nys., Mort. 12 Aug., Civ. Dei XXII, 26 13 Aug., Ench. LXIX 14 Aug., Conf. IX, 13 15 Caes. Arl., Hom. CLXVII 16 Greg. Mag., Dial. IV, 55 17 Greg. Mag., Dial. IV, 42. Eżempju ta’ dan hija l-istorja tar-ruħ tad-djaknu Paskasju li tgħaddi minn żmien ta’ tisfija minħabba li matul ħajtu kien għamel xi dnubiet ħfief. 18 Greg. Mag., Dial. IV, 55 19 Użajt din il-kelma għax illum ħafna studjużi, fosthom anke Karmelitani bħall-istoriku Benedict Zimmerman O.Carm. li ħareġ il-Monumenta historica Carmelitana, iqisu l-bulla tal-privileġġ Sabbatin bħala inawtentika u li fir-realtà inħolqot fis-seklu XV fi Sqallija flok fisseklu XIV f’Ruma. Fil-fatt fir-reġistri tal-Papa Ġwanni XXII ma tissemma mkien.

Festa Madonna tal-Karmnu

Valletta 2016

123


L-ewwel Karmelitani f’Malta: 1441-1575 Prof Stanley Fiorini

Il-Karmelitani jafu l-bidu tagħhom f’Malta lillqalb ġeneruża tan-Nobbli Margarita d’Aragona, mart Ġakbu Peregrino. Margarita għamlet ittestment tagħha fil-5 ta’ Ġunju 1418 quddiem in-Nutar Antonio Azzopardo. Fost il-ħafna legati li ħalliet, it-testatriċi ħalliet il-qasam art kollu madwar il-Knisja tal-Lunzjata fl-inħawi ta’ San Anard u Wied Liemu, fil-Punent tarRabat, li dak l-ordni reliġjuż li kien lest iwaqqaf monasteru madwar dik il-knisja li hi stess kienet reġgħet bniet mill-ġdid matul ħajjitha.1 Ma nafux eżatt sew meta l-Karmelitani ħadu dan l-inkarigu, biss nistgħu nqarrbu sew lejn din id-data mixtieqa, kif ser naraw.

Il-Maltin kienu determinati li jeħilsu minn Monroy u għalhekk qablu li jroddulu lura minn buthom it-tletin elf fjorin li kien ħallas lir-Re. Ittrattati u l-ġbir tal-flus b’għaraq ta’ ġbin il-fqir damu jkaxkru s-snin sakemm sa fl-aħħar dawn il-gżejjer seħħilhom jinfdew minn idejn Monroy. Lanqas laħqet għaddiet din il-kriżi ta’ faqar u nkwiet li, f’Settembru 1429, dawn il-gżejjer ma ġewx attakkati bi ħruxija liema bħalha millgħadu mislem li sfoga kontra tagħhom biex ipattiha lil Alfonsu talli ħuh Pedro kien attakka l-gżejjer ta’ Kerkenna. Taħt it-tmexxija ta’ Qa’id Ridwan, forza ta’ eluf ħabtu għal Malta, ħarbtu r-raba’ kollu u sa waslu sa taħt is-swar talImdina. Sakemm telqu laħqu kaxkru magħhom fil-jasar mat-3,500 ruħ, terz tal-popolazzjoni tal-gżira.2

Is-snin ta’ wara l-mewt ta’ Margarita, l-aktar l-għaxar snin wara l-1421 kienu snin fost l-aktar imqallba fl-istorja ta’ gżiritna. Ir-Re Alfonsu l-Manjanimu, li kellu bżonn il-flus biex isostni Fost il-ħerba li ħallew warajhom kien hemm l-gwerer li kien indaħal għalihom, kien rahan ukoll il-qirda tal-Knisja tal-Agostinjani firdawn il-gżejjer lil Konsalvu Monroy flRabat, tefgħa ta’ ġebla mill-bieb tal1421 għas-somma kbira ta’ 30,000 Imdina. Minn dokument fil-Vatikan fjorin t’Aragona. Dan il-ħakkiem tal-1432 joħroġ li l-Agostinjani ġdid, li kien għadu kemm ħallas f’dik is-sena kienu l-uniċi lir-re tiegħu dawk il-flus patrijiet f’dawn il-gżejjer,3 kollha, beda jara kif jagħmel u għalhekk nistgħu ngħidu biex jiġbor li ħareġ minn li l-Karmelitani kienu taxxi fuq il-poplu, li tnaffar għadhom ma rifsux sħiħ għalih. Ma damitx ma artna sa dik is-sena. qamet rewwixta kontrih Imma sa tmien snin meta beda juri snienu, wara għandna x’juri l-ewwel f’Għawdex li li l-preżenza tagħhom mbagħad infirxet ukoll hawn kienet bdiet tinħass f’Malta, fejn il-Maltin qamu għax f’kuntratt tal-24 ta’ għalih u saħansitra ħatfu Jannar 1441 niltaqgħu ma’ u sakkru lil martu Kostanza żewġ patrijiet Karmelitani f’Sant Anġlu. Alfonsu, min-naħa qegħdin jagħmluha ta’ xhieda. tiegħu, ma għoġbitu xejn din ilDawn kienu Fra Guliermu Cassar biċċa u, wara ħafna theddid, bdew Pirjol tal-Kunvent tal-Lunzjata u Fra Periconus.4 negozjati biex jaraw kif setgħet Margarita d’Aragona (Pittura li tinsab fil-Kunvent tal-Imdina) tirrisolvi ruħha dis-sitwazzjoni. 124

Festa Madonna tal-Karmnu

Valletta 2016


Qabel ngħaddu ’l quddiem, ta’ min jgħid kelma dwar din il-benefattriċi tal-Ordni f’Malta. Margarita mill-familja rjali ta’ Aragona kienet miżżewġa lill-Kavallier Katalan Ġakbu Peregrino minn Messina li mhux biss kien ilħakem tal-gżira sa mill-1356 imma kellu f’idejh ukoll l-ogħla karigi oħra kollha, fosthom dawk ta’ kastellan ta’ Sant’Anġlu, ġustizzjier talgżejjer u prokuratur tar-Re Ludovico ta’ Sqallija hawnhekk. Kellu f’idejh il-fewdi ta’ Ġnien isSultan, Għajn Qajjed, Għajn Tewżien, Marnisi, Għajn Tuffieħa, Benwarrad u oħrajn li kienu jirrendulu sew, imma kien ukoll jagħmel kemxa sew fuq il-baħar mill-piraterija. F’din l-attività tiegħu kiser difru mar-Re u wasslet għal ribelljoni ta’ Peregrino li ħaseb li, bil-konnessjoni ta’ martu Margarita mal-familja rjali ta’ Aragona, kien ser jgħaddiha ħafif. Ludovico ħasibha xort’oħra. Biex irażżnu, fl-1372, kellu jinvadi Malta u jassedjaha. Peregrino spiċċa l-ħabs fleżilju u għalhekk għandna naħsbu li għal martu Margarita dan kien żmien diffiċli u ta’ tbatija. Nafu li tant kienet ftaqret li Ludovico, li kien jiġi minnha, kellu jħenn għaliha u joħorġilha pensjoni ta’ 50 uqija fis-sena u tliet snin wara, fl1375, hi u wliedha seħħilhom jieħdu lura żewġ terzi ta’ sehemhom mill-proprjetà tal-familja; it-terz l-ieħor ħaduh mal-mewt ta’ Ġakbu f’Settembru 1375. Miż-żwieġ ta’ Margarita ma’ Ġakbu ħarġu tliet ulied bniet, Franza li żżewġet lil Ludovico de Plozasco, Leonora li żżewġet lil Matteo del Carretto u Cesarea miżżewġa lil wieħed minn ta’ la Habica, ilkoll familji għolja. Margarita kellha ħafna ġid u artijiet kif jidher mit-testment tagħha. Barra l-oqsma tal-Marnisi, il-Baħrija u Dejr l-Imara kellha djar fl-Imdina li waħda minnhom ħallietha lill-Knisja talLunzjata f’Wied Liemu, li semmejna, u li allura għaddiet f’idejn il-Karmelitani meta dawn daħlu l-Lunzjata. Ħallitilhom ukoll l-artijiet kollha li kellha ġewwa Għawdex barra dawk kollha filqasam ta’ San Anard.5 Il-Ħajja tal-Patrijiet Il-kunvent tal-Lunzjata kien, u għadu sallum, maqtugħ għalih u maħluq għall-ħajja kontemplattiva li tixraq lill-Karmelitani. Minn diversi dokumenti sirna nafu min kienu l-patrijiet li kienu jgħixu fih. Mir-riċerki li għamel Patri Serafin Abela nistgħu nisiltu l-ismijiet tal-

Pirjoli u Sotto-Pirjoli li ġew maħtura fil-kapitli provinċjali f’Modica fi Sqallija li minnhom Malta kienet u baqgħet għal żmien twil tiddependi. Fl1452 insibu lil Fra Franġisk minn Malta bħala Pirjol u Sottopirjol Fra Guliermu Cassar li konna ltqajna miegħu fl-1441. Fis-sena ta’ wara dawn bidlu l-uffiċċji tagħhom u reġgħu bħal qabel fl1455. Naraw li fl-1457 laħqu Pirjol Fra Luqa minn Malta u Sottopirjol Fra Periconus li wkoll iltqajna miegħu fl-1441. Sentejn wara nerġgħu nsibu lil Fra Franġisk u Sottopirjol li Fra Luqa filwaqt li s-sena ta’ wara il-Pirjol inbidel u laħaq wieħed barrani, Fra Ġwann minn Savarino.6

Il-Kappella tal-Lunzjata (limiti tar-Rabat), l-ewwel Knisja u Kunvent Karmelitan

F’dokumentazzjoni uffiċjali tal-Ordni rari joħroġ il-kunjom tal-individwu imma aktarx ikun deskritt bil-lokalità minn fejn ikun oriġina, imma minn kuntratti stipulati Malta il-kunjomijiet joħorġu. Hekk naraw mill-atti tan-Nutar Pawlu Bonello li f’Ottubru tal-1467 Fra Luqa Cap u Fra Periconus Buhagiar jidhru bħala ekonomi tal-kunvent qegħdin jagħmlu ftehim ma’ ċertu Indrì Dingli biex idaħħluh jaħdem magħhom fil-kunvent biex jaqdi ’l-patrijiet fi ħtiġijiethom għal sena bi ħlas ta’ 7 uqijat, flus Maltin, żewġ salmi qamħ u oħra xgħir u li jipprovdulu żarbun xi jxidd. Wieħed mix-xhieda fil-kuntratt kien Fra Guliermu Lukis.7 Il-patrijiet kienu jħaddmu magħhom barranin oħra bħal meta qabblu l-artijiet tagħhom lin-Nobbli Manfred Caxaro lejn is-sena 1518.8 Dawn l-artijiet, li bejn dawk ta’ Malta u dawk ta’ Għawdex kienu jlaħħqu firxa art ta’ madwar il-50 salma, kienu jirrendu biżżejjed biex iżżomm il-komunità kif jidher mill-fatt li l-Pirjol, fl-1459, irrivela lill-kolletturi Festa Madonna tal-Karmnu

Valletta 2016

125


tat-taxxa tal-Vatikan li l-qligħ kollu tal-kunvent kien jammonta għal għaxar uqijat fis-sena.9 Dan id-dħul kien biżżejjed għas-sosten tal-komunità għall-ħajja ta’ kuljum, imma ma kienx ilaħħaq ma’ spiżi kapitali, hekk li meta fl-1533 il-patrijiet ħtiġilhom jagħmlu xi xogħlijiet ta’ struttura filkunvent kellhom jissellfu 50 uqija mingħand ilprokuraturi tal-Katidral.10

Minn kuntratt ieħor f’Settembru 1487 insiru nafu li l-Pirjol dik is-sena kien Fra Guliermu Curmi.11 Xi sittin sena wara għandna deskrizzjoni sħiħa tal-komunità kollha meta fis-17 ta’ April tal-1551 kienet saret inkjesta dwar tbagħbis ta’ flus. Taħt theddida ta’ skomunika telgħu jixhdu l-patrijiet kollha: Fra Elija de Federico Pirjol, Fra Wistin Vella Sottopirjol, Fra Bartilmew de Albano, Fra Bert Ellul, Fra Pawl Farrugia u Fra Dumink Ferraro.12 Il-kunvent tal-Lunzjata kien iservi bħala dar ta’ formazzjoni sa minn dan iż-żmien bikri. Dan nistgħu ngħiduh mill-fatt li fl-1470 il-Kunsill talUniversità tal-Imdina kien iddeċieda li s-salarju tas-surmast tal-iskola tal-grammatika tal-belt kellhom jikkontribwixxu għalih barra l-Isqof u l-Università nnifisha, il-Katidral, l-Agostinjani u l-Karmelitani tal-Lunzjata. Dan ifisser li xi studenti mill-kunvent kienu qed jattendu dik l-iskola ma’ dawk il-kjeriċi sekulari u studenti Agostinjani.13

Imma l-patrijiet kienu jinvolvu ruħhom ukoll fil-ħajja pastorali u ċivili. Għal din l-attività kien ikollhom iterrqu lejn ir-Rabat u l-Imdina biex jiltaqgħu mal-poplu u hawn kienet taqdihom sew id-dar tal-Imdina li kienet ħallitilhom Margarita. Din id-dar, li tinsab fi Triq San Pietru tal-lum, serviet biex madwarha u madwar ilknisja ta’ Santa Maria della Rocca fil-qrib, jibnu l-kunvent tagħhom tal-Imdina fis-seklu sbatax.14 Imma sadattant, xi ħjiel għandna tal-attivitajiet tal-Karmelitani fiż-żmien aktar bikri? Il-ħidma pastorali kienet bdiet tħalli l-frott kif jidher mill-fatt li fl-1511 diġà kienu bdew jissemmew it-terzjarji Karmelitani. Jissemmew ’l hawn u ’l hinn fid-dokumentazzjoni quddies li kien jitqaddes mill-patrijiet fir-Rabat – f’Sant’Agata, f’Santa Katerina u fil-Grotta ta’ San Pawl – kif ukoll predikazzjoni.15 126

Festa Madonna tal-Karmnu

Valletta 2016

Fost patrijiet ħabrieka f’dak iż-żmien niltaqgħu fid-dokumenti tal-1470 ma’ Fra Pietru Borg, Fra Guliermu Lukis u Fra Luqa tal-Lunzjata li kienu jipproduċu l-parċmina mill-ġlud tan-ngħaġ għall-użu tal-katidral. Bejn l-1496 u l-1499, l-organista tal-katidral kien il-Karmelitan Fra Antoni Pericuni,16 u bejn l-1535 u l-1539 is-surmast tal-iskola tal-grammatika kien ilKarmelitan Patri Ġwann Bugeja,17 dan biex ma nsemmux il-karattru mżewwaq u mlewwen ta’ Fra Ġwann Antoni La Pulcella li kien jieħu ħsieb kemm tal-artillerija tal-Imdina bejn l-1483 u l-1506,18 u nsibuh ukoll ipitter fil-knejjes bejn l-1486 u l-1508.19 Lanqas ma kienu minsijin il-Karmelitani mill-bqija tan-nies. Sal-bidu tas-seklu sbatax, il-kanonċi tal-katidral kienu jagħmlu purċissjoni mill-katidral għall-Lunzjata f’jum il-festa. Il-kunvent kien ukoll imfittex għall-kwiet tiegħu minn nies bħall-Gran Mastru L’Isle Adam li ried li qalbu tindifen fil-knisja fejn il-monument, imwaqqaf fl-1607, għadu jfakkar dan sal-lum.20

Il-Karmelitani lanqas ma naqsu li jinvolvu ruħhom f’dik li nistgħu nsejħulha ‘politika reliġjuża’. Fi żmien meta kwistjonijiet ta’ preċedenza ma kinux jitqiesu ħmerijiet banali u antievanġeliċi, insibu lill-Karmelitani, flimkien mal-Agostinjani, qed jipprotestaw kontra l-Franġiskani Osservanti (Ta’ Ġieżu) fl-1511 dwar min minnhom kellu jkollu l-post tal-unur f’ċerti okkażjonijiet pubbliċi bħal ma kienu purċissjonijiet bħal dik ta’ San Girgor. Imma żewġ deċiżjonijiet fi qrati differenti nqatgħu kontrihom.21

L-istima li kellu l-poplu ta’ dak iż-żmien lejn ilKarmelitani toħroġ minn għadd ta’ għotjiet li ħallewlhom wara mewthom diversi nies. Hekk naraw kif fl-1 ta’ Ottubru tal-1517 il-koppja Nikol u martu Violans Seguna ħallew lillkunvent kalċi tal-fidda ndurat jiżen 25 uqija.22 Insibu wkoll li Katerinella Sillato, il-mara ta’ Bernard Cassar, fl-1562 ħallitilhom, fl-atti tanNutar Brandan Caxaro, medda art ġmielha f’San Ġiljan li tinfirex minn qrib il-Knisja ta’ Lapsi, Triq tal-Karmnu, Telgħet Birkirkara u ’l isfel sa xatt il-baħar. Xhieda tar-rabta malKarmelitani ta’ din l-art huma t-toroq tal-lokal b’ismijiet marbuta mal-Ordni, bħal Tal-Karmnu,


San Elija u Sant’Anġlu, kif ukoll ħnejja li għadha teżisti f’tarf Triq Sant’Anġlu (waħda minn tnejn li baqa’; l-oħra kienet fi Triq il-Karmnu) li fuqha għad hemm irħama li tgħid Ex bonis coenobii Carm(elitarum) Civ(itatis) Not(abilis) [Mill-proprjetà tal-Kunvent tal-Karmelitani talImdina].23 Wara l-Assedju l-Kbir Wara t-trawma tal-1565, żmien li fih għandna naħsbu li l-Karmelitani qattgħuh fid-dar li kellhom l-Imdina, il-bini tal-Belt Valletta ngħata prijorità mill-Kavallieri u s-swar ma damux biex jibdew telgħin. Dawn ġibdu għadd kbir ta’ Maltin u Għawdxin għall-kenn tagħhom u l-Karmelitani tal-Lunzjata ma naqsux li jaqraw sew is-sinjali taż-żminijiet u ħasbu biex imorru mal-bqija tal-poplu biex jaqduhom fil-ħtiġiet spiritwali tagħhom. Ma damux jaħsbuha għax sa Lulju 1570 kienu diġà qed jiffirmaw il-kuntratt għax-xiri tal-art fil-Belt fl-atti tan-Nutar Placido Abela. Il-ħsieb kien li jibnu fuqha knisja talMadonna tal-Karmnu u kunvent għalihom. Dan kollu sar bit-tħabrik ta’ Fra Ġwann Vella li barra l-ħidma tiegħu għal dan il-għan, ta sussidju ta’ 100 skud fis-sena għal 40 sena sħaħ.

Hawn ukoll daħlet il-‘politika reliġjuża’ għax sa dak iż-żmien il-promontorju Ta’ Xiberras kien territorju tal-parroċċa ta’ San Ġorġ ta’ Ħal Qormi. Fit-2 ta’ Lulju 1570, id-Dumnikani seħħilhom jiksbu ittri appostoliċi mingħand il-Papa (San) Piju V, Dumnikan, biex iwaqqfu parroċċa filbelt il-ġdida. Dan kien imur kontra l-interessi tal-Isqof (dak iż-żmien, Rojas de Portalrubio) li, fit-8 ta’ Awwissu 1571, permezz tal-kapitlu tal-katidral tiegħu, iddekreta li l-kappillan ta’ Ħal Qormi, Dun Marjanu Briffa, kellu l-belt ilġdida taħt il-ġurisdizzjoni parrokkjali tiegħu. Fl-istess waqt ħatru lil Dun Erasmu Balzan għall-amministrazzjoni tas-sagramenti fitterritorju l-ġdid. Il-Karmelitani sabu ruħhom bejn il-basla u qoxritha għax, kif jgħidilna Mons. Dusina, Dun Erasmu kien qiegħed jinqeda bilknisja tagħhom għall-pastorali li kien iwettaq u fiha kien saħansitra twaqqaf fonti battesimali.

Dun Erasmu dam f’din il-ħidma sat-18 ta’ Ġunju 1574 meta għadda l-inkarigu lil Dun Gaspar Prat li, min-naħa tiegħu, baqa’ jwettaq dan ixxogħol bil-għajnuna tal-Karmelitani sal-1577. Minn dan kollu nikkonkludu li sa dik is-sena il-Knisja tal-Karmnu tal-Belt kienet ġa nbniet u bdiet taqdi l-funzjoni pastorali tagħha.24

Bibliografija Abbrevjazzjonijiet: DSMH Documentary Sources of Maltese History (Malta: University Press 1996-2106) editjat minn S. Fiorini et al. Mandati S. Fiorini, The ‘Mandati’ Documents at the Mdina Cathedral, Malta: 1473-1539 (Malta: Printjob 1992).

Referenzi Arkivju Notarili, Valletta, Not. Andrea Allegritto R16/28 (1.vii.1613) ff. 808-827v. 2 DSMH II/2, xvi-xix. 3 DSMH IV/2, Doc. 168. 4 A.T. Luttrell, The Making of Christian Malta (Variorum 2002) XVI, 301. 5 DSMH II/1, xvi-xviii. G.F. Abela, Della Descrittione di Malta (Malta 1647) 393-6. 6 S. Abela O.C., L-Ewwel Karmelitani f’Malta (Malta 1976) 7-8. 7 DSMH I/3, Doc. 97. 8 Mandati, 194-5, Appendix XV. 9 V. Borg, Melita Sacra, 3 vol. (Malta 2008-2015) i, 831. 10 Mandati M3, f. 55. 11 DSMH I/1, Doc. 295. 12 DSMH I/3, Doc. 214. 13 G. Wettinger, Acta Juratorum (Palermo 1993) Doc. 392. 14 M. Buhagiar and S. Fiorini, Mdina – The Cathedral City of Malta, 2 vol. (Malta 1996) i, 339-42. 15 Abela 1976, 49-52. 16 S. Fiorini, ‘The Earliest Surviving Accounts Books of the Cathedral Procurator: 1461-1499’, Proceedings of History Week 1992, 109-10. 17 Mandati, M3, ff. 395, 436, 479, 517, 593, 677. 18 Mandati, M36, f. 49; M1, f. 6. 19 G. Wettinger, ‘Artistic Patronage in Malta: 1418-1538’, in: A.T. Luttrell (ed.), Ħal Millieri (Malta 1976) 111-4. 20 Abela 1647, 395-6. 21 G. Aquilina and S. Fiorini, The Origins of Franciscanism in Late Medieval Malta (Malta 1995) 86-7, Doc. XII. 22 DSMH I/3, Doc. 150. 23 S. Fiorini, San Ġiljan mitt sena parroċċa: 1891-1991 (Malta 1992) 33-4, 130-1. 24 Borg, ii, 491-3. 1

Festa Madonna tal-Karmnu

Valletta 2016

127


Mons. Francesco Saverio Toppi

Saċerdot ta’ fama qaddisa li żar is-Santwarju tagħna Waqt diskors li l-Isqof ta’ Pompei kien qed jagħmel fl-okkażjoni tal-25 sena anniversarju tal-Episkopat tiegħu, semma lill-Mons. Francesco Saverio Toppi bħala saċerdot milliktar eżemplari. Nistgħu ngħidu illi tassew ixxurtjati illi Mons. Toppi żar is-Santwarju tagħna xi snin ilu. Mons. Toppi twieled fis-26 ta’ Ġunju 1925 u ġie ordnat saċerdot fid-29 ta’ Ġunju 1948. Iggradwa fil-Biblioteconomia fl-1949 u fl-Arkivistika fl-1950. Is-sena ta’ wara, iggradwa fl-istorja Eċċleżjali mill-Università Gregoriana.

Kien Provinċjal tal-Kappuċċini ta’ Napli mill-1959 sal-1968 kif ukoll Provinċjal talKappuċċini ta’ Palermo mill-1971 sal-1976. Fis7 ta’ Diċembru 1990 kien ġie kkonsagrat bħala Arcivescovo-Prelat ta’ Palermo. Il-fama ta’ qdusija ta’ Mons. Francesco Saverio Toppi hija kkonfermata minn kull min b’xi mod jew ieħor iltaqgħu miegħu matul ħajtu u kulħadd itenni illi wara kull laqgħa miegħu tħoss paċi kbir li tħallik mibdul minn ġewwa. Mons. Toppi, kien jagħti importanza kbira lil Kristu bħala r-ragħaj spiritwali li jiggwidana matul il-mixja tagħna fuq din l-art. L-Ewkaristija kienet ukoll ferm għal qalbu bħala l-mezz li biha seta’ jingħaqad ma’ Kristu b’mod totali. B’mod

Mons. Francesco Saverio Toppi

partikolari Mons. Toppi kellu qima lejn il-Verġni Marija u kien iqisha bħala dik li qagħdet dejjem għas-sejħa t’Alla u għalhekk mudell mill-aqwa għalina.

Huwa miet fit-2 t’April 2007 u fit-2 t’April tal2014, infetħet il-kawża tal-Beatifikazzjoni Tiegħu.

May’s Costume Rental

Specialized in Epoch Costumes • Medieval, Maltese Traditional 20s, 30s & 40s Period Costumes • Carnival and many other costumes Contact May Vassallo 39, Old Mint Street, Valletta Tel: 2122 1315 Email: mayv@onvol.net

128

Festa Madonna tal-Karmnu

Valletta 2016


Proġett ta’ Restawr tal-Oratorju tal-Madonna tal-Karmnu Mark Agius M.D.

Rettur tal-Arċikonfraternità tal-Madonna tal-Karmnu tal-Belt Valletta

L-Oratorju tal-Madonna talKarmnu, fi Triq it-Teatru eżatt maġenb is-Santwarju huwa post li jissimbolizza u jiġbor fih devozzjoni kbira lejn ilMadonna tal-Karmnu li tmur lura bosta sekli. Xhieda ta’ dan huma n-numru kbir ta’ ex-voto li jżejnu l-ħitan ta’ dan l-Oratorju.

Minbarra bosta xogħlijiet tal-arti minn diversi artisti rinominati, f’dan l-Oratorju nsibu wkoll l-ewwel statwa proċessjonali tal-Madonna L-Oratorju tal-Madonna tal-Karmnu armat għall-festa tal-Karmnu, li tmur lura għall-1657. Din l-istatwa inġiebet minn Ruma u Għal dan il-għan filwaqt li b’fiduċja nitolbu lillżżanżnet fil-purċissjoni ta’ dik is-sena nhar is- Omm u Ġmiel tal-Karmelu tberikna u tħarisna f’dan il-proġett, induru fuqkom devoti tal16 ta’ Lulju. Madonna tal-Karmnu biex kif għamiltu dejjem, Iż-żmien għamel tiegħu fuq dan l-Oratorju tgħinuna nwettqu din il-ħolma tagħna, tant wkoll u issa qed jinħass il-bżonn ta’ restawr bżonjuża. professjonali b’mod speċjali fuq l-istruttura u l-binja tiegħu. Ftit ta’ żmien ilu sar studju minn Għalhekk kull min jixtieq ikun parti minn dan perit fuq il-qagħda tiegħu, u kienet evidenti il-proġett permezz ta’ xi donazzjoni għandu l-bżonn urġenti ta’ restawr anke minħabba jibgħatha lil: l-bosta opri tal-arti li jżejnu dan l-Oratorju. John Farrugia Minn stimi preliminarji li ħadna jidher illi biex Fratellanza tal-Madonna tal-Karmnu ir-restawr kollu li huwa meħtieġ isir, l-ispiża Kunvent tal-Karmnu ser tavviċina l-€100,000, minbarra spejjeż Triq il-Punent, ta’ permessi u VAT. Għal dan il-għan aħna qed Il-Belt Valletta nibdew kampanja ta’ ġbir ta’ fondi sabiex nirrestawraw fejn meħtieġ biex b’hekk ngħaddu jew fratellanzatalkarmnuvalletta@gmail.com din il-binja storika li hija ġawhra arkitettonika fil-Belt Kapitali fl-aħjar kundizzjoni possibbli Minn qalbna nirringrazzjawkom bil-quddiem. lill-ġenerazzjonijiet futuri.

Festa Madonna tal-Karmnu

Valletta 2016

129


Rendikont tad-Dħul u tal-Ħruġ li sar fil-Festa tal-Madonna tal-Karmnu Valletta 2015 Patri Alex Scerri O. Carm Pirjol u Prokuratur tal-Festa

Dħul:

Attivitajiet ta’ Fund Raising: Ġbir waqt il-Funzjonijiet fil-Knisja: Reffiegħa tal-Vara: Fratellanza tal-Karmnu: Arbural: Arbural mill-ħwienet: Fjuri u xemgħa: Vetrina (souviners): Donazzjonijiet minn kumpaniji: Riklami tal-programm: Donazzjonijiet tal-programm: Kalendarju 2014: Donazzjoni Banda 13 ta’ Lulju: Donazzjoni Ċentru Familja: Diversi Donazzjonijiet matul is-sena: Tour għal Lourdes: Total tad-Dħul

€7,887 €6,786 €200 €250 €1,420 €535 €400 €1,907 €4,545 €5,233 €848 €400 €932 €300 €2,796 €540 €34,979

Nar: Arms (meters): Insurance Nar: Dawl ta’ Barra: Inġenji għal armar : 7 Baned : Banda Festa ta’ Tfal : Repos bandisti: Speakers fit-toroq: Permessi: Protezzjoni Ċivili: Spejjeż marbuta mal-Funzjonijiet tan-Novena u predikaturi: Mużika : Fratelli: Daqq tal-qniepen : Servizzi fil-Liturgija: Tiżjin ta’ fjuri: Programm (stampar): Total Ħruġ:

€6,000 €790 €1,000 € 5200 €900 €7,228 €204 €814 €690 €361 €768 €460 €3,783 €538 €300 €210 €1,000 €4500 €34,748

Dħul: Ħruġ: Bilanċ:

€ 34,979 € 34,748 €231

Ħruġ:

130

Grazzi u Prosit lil Kulħadd

Festa Madonna tal-Karmnu

Valletta 2016


Sit ġdid għas-Santwarju Carl Farrugia

Matul din is-sena saret ħidma fuq sit ġdid għasSantwarju Bażilika tal-Madonna tal-Karmnu, Il-Belt Valletta sabiex is-Santwarju jkollu sit aġġornat bl-aħħar aħbarijiet u avviżi. L-għan ta’ dan is-sit huwa sabiex wieħed ikun jista’ jsegwi dak li qed jiġri fis-Santwarju kif ukoll sabiex wieħed isir jaf iktar is-Santwarju u l-istorja marbuta miegħu.

F’dan is-sit wieħed se jkun jista’ jsib informazzjoni u ritratti tal-knisja l-antika kif ukoll dik preżenti b’informazzjoni fuq kull artal u dak kollu li għandu x’jaqsam miegħu. Minbarra dwar il-bini tas-Santwarju f’dan issit wieħed se jkun jista’ jaqra dwar il-komunità, l-istatwi, il-konfraternitajiet u fratellanzi tas-

Santwarju kif ukoll dwar il-ħidma tal-Għaqda Festi Esterni.

Bdiet issir ħidma wkoll sabiex il-programmi tal-festa kollha li nħarġu matul is-snin jinġabru u jkunu aċċessibli online. Fil-programmi talfesta wieħed isib diversi artikli interessanti dwar l-istorja u dak kollu li għandu x’jaqsam mas-Santwarju. Wieħed ma jistax jonqos isib speċjalment fi żmien il-Festa ritratti u filmati ta’ dak li jkun qed jiġri fis-Santwarju sabiex min ma jistax jkun preżenti fiżikament jkun jista’ jgawdi l-festa mid-dar. L-indirizz tas-sit huwa: http://karmelitanivalletta.org

Screenshot tal-website tas-Santwarju

http://karmelitanivalletta.org In˙e©©u lid-devoti Karmelitani biex fil-purçissjoni jΩommu d-devozzjoni b’im©iba u ilbies xieraq

Festa Madonna tal-Karmnu

Valletta 2016

131


Ħajja fis-Santwarju minn Lulju 2015 sa Ġunju 2016 Irċevew is-Sagrament tal-Magħmudija nhar Sibt il-Għid

Jack Caruana Roberts, Jenna Scicluna Briffa, Scarlet Azzopardi Mifsud

Ġew Ippreżentati lill-Madonna u Kitba fil-Labtu tal-Karmnu Jahel Cowles, Matthias Stapley, Shaydon Camilleri, Monique Grech, Charlon Grech, Chriena Zammit, Guilia Diprima, Valentina Agius, Rita Caruana, Catherine Mercieca

Ingħaqdu fis-Sagrament taż-Żwieġ Craig Paul Camilleri ma’ Analise Zammit Carlos Dingli ma’ Daniela Bruno Charles Portelli ma’ Mariana Panzavecchia Matthew Zammit ma’ Margaret Meilaq

Għaddew għall-Ħajja ta’ Dejjem Saviour Camilleri, Salvina Zahra, Carmela Pace, Twannie Borg, Angela Bondin, Lino Curmi, M’Concetta Aquilina, Doris Azzopardi, Alfred Buttigieg, Frida Gatt, Alfredo Borg, Carmela Mallia, Gaetano Pace, Carmela Scalpello, Saveria Azzopardi, Vinnie Attard, Ġużi Schembri

Li kont warda kollni fwieħa, B’weraq sbieħ qatt ma jidbielu, Minn ħdejk qatt ma kont nitbiegħed, O Reġina tal-Karmelu.

132

Festa Madonna tal-Karmnu

Valletta 2016

Li kont għanja qatt ma tiskot, Li kont leħen ta’ qanpiena, Ismek dejjem kont intenni, Omm u xbejba ta’ kull ħniena.

Profs. Anastasju Cuschieri O.Carm


Apprezzament lejn l-Arċisqof Ġużeppi Mercieca u l-Arċisqof Paul Giglio

L-Arċisqof Ġużeppi Mercieca 1928-2016 Twieled ir-Rabat, Għawdex, fit-12 ta’ Novembru 1928. Studja fis-Seminarju ta’ Għawdex u filCollegio Capranica, Ruma. Kien ordnat saċerdot fit‑8 ta’ Marzu 1952, minn Mons Ġużeppi Pace. Kompla l-istudji tiegħu fl-Università Gregorjana u fl-Università tal-Lateran, f’Ruma, minfejn kiseb id-dottorat fit-Teoloġija u fil-Liġi tal-Knisja. Fl‑1959 inħatar Rettur tas‑Seminarju ta’ Għawdex, sakemm fl‑1969 ġie nominat imħallef tas‑Sacra Romana Rota u konsultur tal‑Kongregazzjoni tas‑Sagramenti u tal‑Kongregazzjoni għad‑Duttrina tal‑Fidi.

Fis-27 ta’ Lulju 1974, Mons Ġużeppi Mercieca ġie nominat awżiljarju ta’ Mons Mikiel Gonzi u fid-29 ta’ Settembru tal-istess sena, ġie ordnat isqof titulari ta’ Gemelle fin-Numidja. Qeda l-uffiċċju ta’ Vigarju Ġenerali għal sentejn, sa ma ġie nominat Arċisqof ta’ Malta fid-29 ta’ Novembru 1976.

Mons Ġużeppi Mercieca ħa l‑pussess ta’ Arċisqof fit‑12 ta’ Diċembru 1976. Għażel bħala motto tiegħu «Ilkoll aħwa fi Kristu». Għalih, din kienet il-missjoni tiegħu, jiġifieri li jgħaqqad lill-poplu Malti wara s-snin koroh tas-sittinijiet. L-għan tiegħu leħqu, imma mhux mingħajr sagrifiċċi

Festa 1980

Festa Madonna tal-Karmnu

Valletta 2016

133


Festa 1981

100 Sena Provinċja

kbar minħabba ż-żminijiet imqallba li seħħew fi żmienu. Minkejja li kellu jħabbat wiċċu ma’ problemi kbar u jieħu deċiżjonijiet importanti ħafna, bħala veru ragħaj spiritwali, huwa ħadem bla mistrieħ, fis-skiet, biex imexxi ’l quddiem l-Knisja f’Malta. Kien fi żmienu li seħħew iżżewġ żjarat tal-Papa Ġwanni Pawlu II fil-Gżejjer tagħna, fejn f’Mejju 2001 kienu bbeatifikati Dun Ġorġ Preca, Adeodata Pisani u Nazju Falzon. 134

Festa Madonna tal-Karmnu

Valletta 2016


Festa 2013

Fil-11 ta’ Novembru 2003, Mons. Mercieca offra lill-Papa r-riżenja minn Arċisqof ta’ Malta, skont kif titlob il-liġi tal-Knisja dwar l-Isqfijiet Djoċesani li jkunu għalqu l-75 sena. Huwa rtira minn Arċisqof fit-2 ta’ Diċembru 2006, fl-età ta’ 78 sena, wara li kien nominat l-Arċisqof il-ġdid, Mons. Pawlu Cremona, O.P. Mons. Mercieca miet fil-21 ta’ Marzu 2016, fl-età ta’ 87 sena. Ilfuneral sar jumejn wara fil-Kon-Katidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta, u ndifen fil-Katidral ta’ San Pawl, l-Imdina. Matul il-tletin sena fit-tmexxija tad-Djoċesi ta’ Malta, Mons Ġużeppi Mercieca ma kienx jitlef l-okkażjoni biex jieħu sehem u jkun qrib talProvinċja Karmelitana Maltija. Insemmu biss ftit ċelebrazzjonijiet: l-ewwel ċentinarju mit-twaqqif tal-Provinċja Karmelitana Maltija (1991); għeluq il-125 sena mill-Inkurunazzjoni tax-xbieha talMadonna tal-Karmnu fis-Santwarju Bażilka talBelt Valletta (2006); il-konsagrazzjoni tal-knisja parrokkjali tal-Fgura, u tal-knisja u l-altar talknisja parrokkjali tal-Balluta; il-ftuħ u t-tberik tal-knisja parrokkjali ta’ Santa Venera (2005); il-ftuħ tal-Ġublew Karmelitan (2007); il-50

Anniversarju mit-tqegħid tal-ewwel ġebla talknisja parrokkjali tal-Balluta (2008); it-tberik tal-istatwa restawrata tal-Madonna tal-Karmnu fil-Belt Valletta (2012); il-ħatra ta’ diversi reliġjużi Karmelitani bħala delegati tiegħu f’xi uffiċċju tad-djoċesi; u fuq kollox daħħal flOrdni tad-Djakni u tal-Presbiteri lil madwar 20 reliġjuż tal-Provinċja. Mons. Ġużeppi Mercieca kien devot kbir tal-Madonna. Diversi drabi, fis16 ta’ Lulju, huwa kien jidħol fis-Santwarju talBelt biex jinvista, f’forma privata, lill-Madonna tal-Karmnu. Festa Madonna tal-Karmnu

Valletta 2016

135


L-ewwel Quddiesa fis-Santwarju wara li nħatar ArÄ‹isqof

136

Festa Madonna tal-Karmnu

Valletta 2016


Mexxa l-purċissjoni tal-1995

L-Arċisqof Paul Giglio 1927-2016 Twieled il-Belt Valletta fl-20 ta’ Jannar 1927. Studja fil-Liċeo, fis-Seminarju u fl-Università Pontifiċja Gregorjana, Ruma, minfejn kiseb il-Liċenzja fit-Teoloġija u d-Dottorat fil-Liġi Kanonika. Kien ordnat Presbiteru f’Ruma, fl1952. Wara kompla jistudja d-diplomazija flAccademia Ecclesiastica u ssieħeb fis-servizz diplomatiku tas-Santa Sede. Serva bħala Segretarju fin-Nunzjatura tan-Nikaragwa (1958-59), tal-Arġentina (1960-62) u tal-Iran (1963-65). Bejn l-1965 u l-1970 kien Awditur fid-Delegazzjoni Appostolika f’Saigon, filVjetnam t’Isfel, u fil-Jugoslavja. Serva wkoll bħala Kunsillier fid-Delegazzjoni Appostolika fl-Amerka (1971-72) u bħala Kunsillier finNunzjatura Appostolika tal-Brażil (1973-75). Is-sentejn ta’ wara kien Kunsillier u Kap Deputat tal-Missjoni fin-Nunzjatura ta’ Franza, u Chargè d’Affaires fin-Nunzjatura Appostolika ta’ Tajwan (1978-86). Fl-1986 Monsinjur Giglio nħatar Arċisqof titulari ta’ Tindari mill-Papa Ġwanni Pawlu II. Kien ikkonsagrat Isqof fil-Kon-Katidral ta’ San Ġwann mill-Arċisqof Ġużeppi Mercieca. Fl-istess sena, inħatar Nunzju Appostoliku tan-Nikaragwa u fl-1995 Nunzju Appostoliku fl-Eġittu, fejn baqa’ sal-2002, meta rtira misServizz Appostoliku u ġie lura f’Malta. Kien joqgħod ma’ ħutu x-xebbiet, il-Belt Valletta, qrib is-Santwarju tal-Madonna tal-Karmnu. Ta’ kull filgħaxija kien jiġi għall-quddiesa u jieħu sehem man-nies. L-aħwa Giglio huma benefatturi tas-Santwarju. L-aħħar rigal li l-Arċisqof Paul ħalla lis-Santwarju kien salib pettorali biex jintrama fuq l-istatwa ta’ San Ġużepp fil-festa tiegħu. Mons. Paul Giglio kien Terzjarju Karmelitan u abbonat f’Il-Karmelu.

Miet fis-6 ta’ Marzu fl-età ta’ 89 sena. Il-funeral sar fil-Konkatidral San Ġwann, fid-9 ta’ Marzu u tmexxa minn Mons. Pawlu Cremona, OP.

Funeral

Festa Madonna tal-Karmnu

Valletta 2016

137


Attivitajiet tas-Sena 2015 – 2016

17 ta’ Settembru Quddiesa ta’ ringrazzjament fl-għeluq tad-Dar tas-Sorijiet tal-Ursolini

4 ta’ Ottubru Il-kwadru Pellegrin fil-Knisja ta’ Santa Tereża Birkirkara għall-Kungress tat-Terzjarji Karmelitani u Tereżjani. 138

Festa Madonna tal-Karmnu

Valletta 2016


3 ta’ Ottubru Jintrema l-Planċier antik tal-Festa fi Triq Zekka wara 60 sena fl-okkażjoni tan-Notte Bianca.

3 ta’ Ottubru Wirja ta’ Pitturi ta’ Fabio Borg

Festa Madonna tal-Karmnu

Valletta 2016

139


16 sat-23 ta’ Ottubru Il-Madonna tar-Rużarju meqjuma fil-Parroċċa ta’ San Duminku ġiet fisSantwarju mill-Parroċċa ta’ San Pawl. Wara ġimgħa fis-Santwarju ġiet meħuda għall-Parroċċa ta’ Santu Wistin. 140

Festa Madonna tal-Karmnu

Valletta 2016


21 ta’ Jannar – L-istatwa ta’ Santa Rita ġiet fis-Santwarju fl-ewwel Ħamis tagħha. Festa Madonna tal-Karmnu

Valletta 2016

141


142

Festa Madonna tal-Karmnu

Valletta 2016


27 ta’ April sal-4 ta’ Mejju – Il-Kwadru Pellegrin ġie meħud fil-Knisja ta’ San Duminku.

10 ta’ Mejju sal-11 ta’ Mejju – Il-Kwadru Pellegrin ġie meħud fil-Knisja ta’ Sant’Ursola minfejn ġie lura f’forma ta’ pellegrinaġġ lejn is-Santwarju fl-aħħar Erbgħa.

Festa Madonna tal-Karmnu

Valletta 2016

143


9 ta’ Ġunju Funeral ta’ Ġużi Schembri (missier Fr. Martin O.Carm)

144

Festa Madonna tal-Karmnu

Valletta 2016


Soap Box Detergents 2, Pjazza 7 ta’ Ìunju, Óamrun (Ódejn Radio Galaxy) Mob: 7977 7723 • Special Offers every Monday • Very Discounted Prices Opening Hours: Mon – Fri : 08.00 – 13.00, 16.00 – 19.00 Sat : 08.00 – 13.00

FOOD Box

Self Service

11, Pjazza 7 ta’ Ìunju, Óamrun (Ódejn Radio Galaxy)

Mob: 7977 7723 Opening Hours: Mon – Fri : 06.00 – 13.00, 16.00 – 19.00 Sat : 06.00 – 13.00

57/64, Old Bakery Street, Valletta Tel: 2123 0506, 2730 9247 Mob: 9926 3720 Festa Madonna tal-Karmnu

Valletta 2016

145




Cafè Leone

72, Old Theatre Street, Valletta

The Albion Stores

Offering a wide selection of snacks including tuna rolls, baked rice, timpana, chicken burgers, fish & chips, sweets, minerals & spirits, etc.

For all that is needed in making and baking cakes, dishes and sweets

All items on the menu can be packaged for take-away For small or large orders just dial

2122 1280

Tel/Fax: 2122 4694

Alsons

Anthony Preca

Gift Shop

Jewellery Est. 1868

Għal rigali ta’ kull okkażjoni

Anthony Preca - Proprietor

Naċċettaw Wedding Lists Savoy Shopping Centre St John Street, Valletta Il-Festa t-Tajba lil kulħadd 148

199, Merchant Street Valletta VLT 1172 Malta

Festa Madonna tal-Karmnu

Valletta 2016

35, 157, St Lucia Street, Valletta Tel: 2122 1165 Fax: 2123 8535

Large assortment of Engagement Rings, Gold and Silver Giftware


A Snack in the Heart of the City

The open-air Restaurant in the centre of Valletta. We specialise in Maltese food, fresh local fish, pizza and steaks. We offer a large selection of snacks, coffee and ice-cream specialities. Seating is either open-air or inside in our fully air-conditioned restaurant. Open at 9.00-22.00

Republic Square, Valletta  Tel: 2124 6454

Festa Madonna tal-Karmnu

Valletta 2016

149


99, St Lucia Street Valletta Tel: 2124 8608 Mob: 9982 9311

s

on i s a c c o l l a r o f We cater

Tik.s Bar

g˙al Drinks u ApitiΩers ©enwini f’atmosfera familjari

Triq Santa Luċija, Il-Belt Valletta


il kapitali artisan café & bar

il ka pi ta l i .co m // i n fo @ il ka pi ta l i .co m // 273 8 0 0 1 0 // 67 O l d B a ker y S tre et , Va l l etta , M a l ta

o pe n i n g t i m e s m o nd a y tuesday we d n e s d a y th u r s d a y friday s a t u rd a y s und a y

9am 9am 9am 9am 9am 9am 9am

-

6pm 6pm 6pm l a te l a te l a te 4pm

“A hidden treasure” “What a gem!” “Amazing experience” “Wonderful spot in the city”


Min irreklama f’din il-pubblikazzjoni

Aaron’s Kitchen........................................................... 31 Agius Manuel............................................................... 64 Alsons Gift Shop........................................................148 Anglo Maltese League.............................................. 45 Anthony Preca...........................................................148 Bad Boy Cleaners....................................................... 18 Best Print Co. Ltd.....................................................146 BOV.................................................................................. 22 Cadena Restaurant..................................................114 Café Leone...................................................................148 Camilleri.......................................................................147 Casa Ellul....................................................................... 34 Centro Bagno............................................................... 40 City Lounge Steakhouse.......................................... 23 Cockney’s Bar & Restaurant.................................. 31 Costa Coffee................................................................114 Croce Bonaci Caterers.............................................. 99 D’Office Bistro............................................................. 30 De Robertis Roof Top Restaurant........................ 98 Dolceria Clyde............................................................150 E. Theuma & Company Ltd.................................... 47 Eddie’s Café Regina.................................................149 Ella’s Mini Market...................................................... 48 Emow Bakery.............................................................108 Energie........................................................................... 88 F. Zammit & Sons Florist......................................... 55 Fawkner Store............................................................. 48 Food Box......................................................................145 Fortizza Bar & Restaurant....................................119 Francis Ellul.................................................................. 56 Fredu Degiorgio.......................................................... 83 Gasan Mamo Insurance........................................... 60 George Zammit & Sons..........................................115 Ħamrun Kiosk.............................................................. 98 Haribo............................................................................. 56 HSBC..............................................................................118 Il Kapitali.....................................................................151 J.L.S. Stoneworks......................................................120 K&Co Limited..................................................................5 Kantina Café & Wine................................................. 53 Kevin Curmi Light Design....................................... 26 King Shoe Shops......................................................... 79 Kriscenti Officine Alimentari................................ 78 152

Festa Madonna tal-Karmnu

Valletta 2016

Ktieb Ilwien il-Festi Maltin..................................... 47 L’Angolo Souvenir Shop.........................................108 La Cave Wine Cellar & Wine Bar......................... 99 Lancet Salon...............................................................108 Lion Brand..................................................inside front Little Paws Pet Shop....................................................4 Lombard Bank Malta p.l.c.....................................103 Lourdes Opticians.................................... inside back Luciano........................................................................... 34 Maltese Mama Restaurant...................................... 18 Mandraggio Restaurant.........................................119 Mario Carabott Ltd..................................................116 May’s Costume Rental............................................128 Micallef Joe Travel...................................................... 98 Miceli Store................................................................... 87 Mint Sparrow............................................................... 18 Modern Butcher.......................................................... 87 Mrs Jones....................................................................... 48 Neriku Catering........................................................... 46 Palazzo Preca Restaurant....................................... 26 Papannis........................................................................ 83 Petrolea.......................................................................... 43 Photocity........................................................................ 34 Pizza Prit......................................................................102 Pubblikazzjoni ġdida ktieb ta’ Fr Charlò........119 R. Zampa........................................................................ 40 Radio City...................................................................... 75 Rampila Restaurant & Wine Bar.......................... 30 Ranieri............................................................................ 75 Rubino Confectionery.............................................. 40 San Giovanni...............................................................102 San Paolo Naufrago Wine Bar..................................4 Scoglitti........................................................................... 46 Sicilia Bar & Tavola Calda.....................................115 Soap Box Detergents...............................................145 Str.Eat Whisky & Bistro........................................... 42 Tal-Ħwawar.................................................................. 40 Tango.............................................................................145 The Albion Stores.....................................................148 Tik’s Bar.......................................................................150 Trafalgar.......................................................................119 Wembleys....................................................................108




Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.