Programm tal-Festa Madonna tal-Karmnu Valletta 2021

Page 22

Il-Festa tal-Madonna tal-Karmnu fil-Belt ta’ Messina Robert Cassar M.A. History of Art; B.Cons.(Hons.); B.A.(Hons.)

Għall-festa tal-Madonna tal-Karmnu tas-sena 2019, jien u l-kollega tiegħi, awtur ukoll f’din ilpubblikazzjoni, inzertajna msiefrin fil-Belt ta’ Messina. Għall-bidu meta sirna nafu li mhux ser inkunu Malta għall-festa devota li t-tnejn tant inħobbu, ħadniha ftit bi kbira, u għalhekk ladarba wasalna Messina, minnufih rajna xi manifesti mwaħħlin mal-ħitan u l-ħwienet jħabbru l-festa tal-Madonna tal-Karmnu li ssir hemm ta’ kull sena. Wara li lestejna mix-xogħol li morna għalih, minnufih għamilt riċerka dwar il-festa u l-purċissjoni li kellha ssir dakinhar u fittixt fuq il-mappa fejn kienet din il-knisja. Iddeċidejna li ladarba tlifna l-festa tal-Belt, morna biex nassistu għall-festa f’Messina u nisimgħu l-quddiesa talfesta.

L-altar maġġur armat għall-festa. (Ritratt: Robert Cassar)

20 Festa Madonna tal-Karmnu

Tlaqna mill-lukanda u qbadna mexjin mal-mappa. Wara li rajna xi monumenti storiċi tal-belt, wasalna fil-knisja tal-Karmnu. Il-knisja tista’ tgħid hija rotunda bil-kappelli madwarha u b’faċċata eklettika tas-snin tletin tas-seklu għoxrin. Għandha wkoll kampnar baxx, bħalma huma l-biċċa l-kbira tal-kampnari tal-knejjes ta’ Messina. Il-qniepen huma sett ta’ ħames qniepen minn Daciano Colbachini ta’ Padova. Il-knisja kienet mibnija mill-ġdid wara t-terrimot kbir tal-1908 li ħakem il-bliet ta’ Messina u Reggio Calabria u li qeridhom sal-art bl-arti u bit-teżori li kien fihom. Waħda minn dawn il-knejjes, kienet dik tal-Madonna talKarmnu li kienu jmexxuha l-Patrijiet Karmelitani. Il-knisja oriġinali kienet flok oħra viċin ħafna talKatridal. Però minħabba ideoloġiji antiklerikali li kienu qegħdin jrejħu f’dawk iż-żminijiet, ġie deċiż li għar-rikostruzzjoni tal-belt ta’ Messina, jħassru kull traċċa tal-knejjes kbar li kont issib f’Messina qabel it-terremot ħlief għal dawk talKatidral u tal-Franġiskani Minuri. Il-bqija, min kellu l-ħila jiġġieled, ħa biċċiet ta’ art iżgħar milli kellhom u mhux bilfors fil-post eżatt fejn kienu. Fil-fatt il-pjanta tat-toroq inbidlet totalment minn kif kienet. Il-binjiet kellhom jkunu baxxi bħall-każ tal-kampnari u l-materjal kellu jkun tal-konkos rinfurzat li kellu jilqa’ mill-ħsara f’każ ta’ terrimot ieħor.

Il-patrijiet tal-knisja tal-Karmnu f’Messina ngħataw biċċa art flok knisja oħra ’l bogħod minn fejn kienu oriġinarjament. Fil-knisja nsibu diversi altari bin-niċeċ bi statwi fihom. Fuq l-altar maġġur naraw il-vara barokka tal-Madonna bilBambin bil-labtijiet f’idejhom tagħti l-iskapular lil San Xmun Stokk għarkupptejh quddiemHom. Waqt il-festa, din kienet tinsab fil-ġenb tal-altar fuq bradella bir-roti lesta għall-purċissjoni. Din l-istatwa tidher li tgawdi ħafna devozzjoni kemm mill-ħafna devoti li ġew jinvistawha u kemm millkwantità ta’ nies li jakkumpanjaw wara l-istatwa fil-purċissjoni. Il-knisja oriġinali kienet ta’ preġju imprezzabbli għall-arti barokka li kien fiha flarti tal-iskultura u l-interzjar fl-irħam. Innutajt xi


Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.