37 minute read

Nidħlu bil-Hena fil-Palazz tas-Sultan” Ħomlu. Stinkaw. Talbu. Wettqu. Is-Santwarju tal-Karmnu jsir

P. Ivan Scicluna, Karmelitan

Daħla

Advertisement

Fl-okkażjoni tal-125 sena minn meta fil-15 ta’ Mejju 1895 il-Papa Ljun XIII ta d-dinjità ta’ Bażilika Minuri lis-Santwarju tal-Madonna talKarmnu fil-Belt Valletta, il-komunità Karmelitana li tmexxi s-Santwarju ħatret sottokumitat biex f’isimha jorganizza xi attivitajiet biex titfakkar din il-ġrajja storika. L-iskop ta’ dan l-anniversarju huwa li l-Insara li ninġabru regolarment f’dan isSantwarju biex niċċelebraw il-misteru ta’ Kristu, u biex nikbru fi mħabbitna lejn Ommna Marija, nirriflettu fuq it-tifsira li t-titlu ta’ bażilika għandu jkollu għal ħajjitna bħala Nsara u Karmelitani llum. Waħda mill-ewwel inizjattivi li ħa s-sottokumitat kienet li jagħżel motto u jħejji logo li jiġbru fihom it-tema u s-sinifikat ta’ dan l-anniversarju biex iservu ta’ ispirazzjoni għal kull min jiffrekwenta s-Santwarju. Il-motto li ngħażel, li jidher fil-qiegħ tal-logo, kif ukoll fit-titlu ta’ dan l-artiklu, huwa:

“Nidħlu bil-hena fil-palazz tas-Sultan”. Minn fejn ġie dan il-motto, u għaliex ingħażel? Kif inhu xieraq, l-ispirazzjoni għal dan il-motto ġiet mill-Bibbja, mill-Kelma t’Alla, eżattament mis-Salm li nsibu fil-bidu ta’ ħafna mis-salmi. Normalment

45,16 [I] , li jgħid hekk:

“Jittieħdu b’għajat ta’ ferħ u hena; jidħlu fil-palazz tas-sultan”. Ħa nagħtu daqqa t’għajn lis-Salm 45 ħalli hekk nifhmu aħjar it-tifsira ta’ dan il-vers fil-kuntest tiegħu, u mbagħad naraw ir-raġunijiet għalxiex nebbaħ il-motto ta’ dan l-anniversarju, u kif jista’ jispirana u jdawwalna fl-għajxien tal-ħajja Koraħ. Maskil. Għanja ta’ mħabba”.

Nisranija tagħna. Is-Salm 45 huwa fl-istess waqt salm “regali” u “nuzzjali”: “regali” għax jitkellem dwar is-sultan, u “nuzzjali” għax jitkellem ukoll dwar it-tieġ tassultan. It-titlu [III] nnifsu tas-salm isejjaħlu “Għanja ta’ mħabba”. Xi studjużi jaħsbu li oriġinarjament dan is-salm kien għanja profana li nkitbet flokkażjoni tat-tieġ ta’ sultan Iżraelit li żżewweġ prinċipessa barranija. Il-Bibbja ta’ Ġerusalemm tgħidilna f’nota għas-Salm 45 li s-sultan li f’ġieħu nkiteb dan is-salm seta’ kien jew Salamun, jew Aħab, jew Ġerobogħam II [IV] . Nistgħu ngħidu li s-Salm 45 jikkonsisti f’titlu u erba’ partijiet

Logo tal-125 sena ddisinjat minn Fabio Borg

ewlenin. Ħa narawh biċċa biċċa:

• It-titlu tas-Salm 45 Mhux dejjem ċar għalina llum ċar x’ifissru t-titli jinkludu tagħrif mużikali tekniku u istruzzjonijiet għall-kant tas-salm, kif ukoll ismijiet ta’ persuni u riferenzi għal ċirkustanzi storiċi li magħhom hu assoċjat is-salm. It-titlu tas-Salm 45 jgħid hekk: “Għall-mexxej tal-kor. Fuq ‘Il-Ġilji’. Ta’ wlied

Is-Salm 45 [II] In-nota “Għall-mexxej tal-kor” fit-titli tas-salmi nsibuha qabel it-tagħrif mużikali tekniku u l-istruzzjonijiet għall-kant tas-salm. Probabbli din in-nota kellha l-iskop li tispeċifika li t-tagħrif u l-istruzzjonijiet għall-kant tas-salm huma indirizzati lid-direttur tal-kor. Il-frażi “Fuq ‘IlĠilji’” aktarx tindika l-melodija ta’ xi għanja oħra li fuqha kien jitkanta dan is-salm. “Ta’ wlied Koraħ” probabbli turi l-ġabra ta’ salmi [V] li għaliha jappartjeni dan is-salm, jew inkella min kienu dawk li kkomponewh. Ulied Koraħ kienu familja ta’ Leviti [VI] li l-membri tagħha kienu jiffurmaw

wieħed mill-korijiet mużikali tat-tempju. Il-kelma “Maskil” [VII] fit-titlu mhux magħruf b’ċertezza xi tfisser. L-aħħar frażi tat-titlu, “Għanja ta’ mħabba,” tħabbar is-suġġett tas-salm. • L-ewwel parti tas-Salm 45: il-vers 2 L-ewwel parti tas-salm hi daħla qasira fejn issalmista jistqarr li jħossu mqanqal biex jgħanni għanja lis-sultan bl-istess ħila ta’ kittieb tassengħa. • It-tieni parti tas-Salm 45: versi 3 sa 10 Fit-tieni parti s-salmista jgħaddi biex ifaħħar ilġmiel tal-persuna tas-sultan-għarus, il-ħlewwa ta’ kliemu, il-qlubija u t-trijonf tiegħu bħala gwerrier li jwerwer l-għedewwa tiegħu, l-istabbiltà tas-saltna tiegħu, l-impenn tiegħu favur il-ġustizzja, il-ħatra tiegħu minn Alla, l-għana ta’ lbiesu u tal-palazzi tiegħu, u n-nisel irjali tan-nisa tiegħu. Fl-aħħar tat-tieni parti (fil-vers 10) l-attenzjoni tmur fuq issultana mlibbsa lbies għani, “imżejna b’deheb ta’ Ofir”. Dan id-dettall jintroduċina għat-tielet parti tas-salm li tindirizza u tfaħħar lis-sultana-għarusa. • It-tielet parti tas-Salm 45: versi 11 sa 16 Hawn is-salmista jistieden is-sultana-għarusa tinsa kulma ħalliet warajha – pajjiżha u dar missierha – biex issa ssir mart is-sultan u tagħtih ġieħ bħala sidha. Imbagħad jiddeskrivi x-xena tas-sultana liebsa għat-tieġ, kollha ġmiel, waqt li f’atmosfera ta’ ċelebrazzjoni, “b’għajjat ta’ ferħ u hena,” jeskortawha proċessjonalment lejn il-palazz irjali biex iwassluha s’għand is-sultan flimkien maxxebbiet li jiffurmaw is-segwitu tagħha. • Ir-raba’ u l-aħħar parti tas-Salm 45: versi 17 sa 18 Il-ġmiel tas-sultana jawgura futur sabiħ liddinastija tas-sultan, għax jawgura nisel li għad jitla’ warajh fuq it-tron, kif tgħid ir-raba u l-aħħar parti tas-salm (vers 17). Is-salmista jagħlaq billi jgħid lis-sultan li se jibqa’ jfakkar ismu minn ġenerazzjoni għall-oħra, u li għad jibqa’ mfaħħar għal dejjem mill-popli (vers 18; aktarx awgurju li s-suċċessuri tas-sultan fuq it-tron jibqgħu jkunu minn fost id-dixxendenti tiegħu). Minkejja li l-monarkija fost il-poplu ta’ Iżrael spiċċat meta nqerdu s-saltniet ta’ Iżrael u Ġuda rispettivament mill-imperi tal-Assirja u talBabilonja, din l-għanja xorta waħda nżammet filKtieb tas-Salmi, imma bdiet tiġi applikata f’sens teoloġiku u simboliku għall-Messija, is-Sultan li kellu jiġi, u ż-żwieġ tiegħu ma’ Iżrael imxebbah ma’ għarusa. Fit-tradizzjoni Nisranija s-Salm 45 beda jiġi applikat għal Ġesù Kristu u r-rabta intima tiegħu mal-Knisja, l-għarusa tiegħu. Xi drabi l-Knisja tapplika wkoll dan is-salm għar-rapport li jeżisti bejn Ġesù u Ommu Marija [VIII] , kif ukoll bejn Ġesù u l-qaddisin verġni. Il-Verġni Marija b’mod għal kollox speċjali, imma wkoll il-qaddisin verġni, huma fil-fatt xbieha tal-Knisja verġni u għarusa ta’ Kristu.

Fl-istorja tal-ispiritwalità Nisranija mbagħad naraw li s-Salm 45 jintuża wkoll bħala mudell tal-mixja spiritwali ta’ kull Nisrani, għax bħala membru tal-Knisja kull Nisrani singolu huwa wkoll spiritwalment “għarusa” ta’ Ġesù. San Ġwann de Ávila (1499-1569), saċerdot Spanjol u duttur tal-Knisja universali, kiteb trattat spiritwali sħiħ, jismu Audi, filia [IX] , dwar biss żewġ versi mis-Salm 45, il-versi 11 u 12. F’dan it-trattat San Ġwann de Ávila japplika dawn il-versi għall-mixja spiritwali individwali ta’ kull ruħ Nisranija, dejjem inkwantu kull Nisrani huwa membru tal-Knisja li, kif jgħid ilqaddis fil-bidu tat-trattat, għaliha jirreferu l-ewwel nett dawn il-versi.

L-oriġini u s-sinifikat tal-kelma “bażilika”

Biex nifhmu għala ttieħdet l-ispirazzjoni misSalm 45,16 għall-motto se nkomplu billi naraw minn fejn ġejja l-kelma “bażilika”. Din il-kelma mhux dejjem kienet tindika knisja mgħollija għal ċerta dinjità u mżejna b’ċerti privileġġi mill-Papa. Fil-fatt kienet teżisti ħafna qabel it-twelid talKristjaneżmu. Oriġinarjament hija mnissla millaġġettiv Grieg basilikè [X] , li hu l-ġens femminil tal-aġġettiv maskil basilejos, li jfisser “irjali”. Minnaħa tiegħu l-aġġettiv basilikè ġej min-nom Grieg basileus, li jfisser “re”, “sultan”. Fost diversi ħwejjeġ assoċjati mas-sultan, u allura kkwalifikati bħala “rjali”, insibu l-binjiet li kien jagħmel użu minnhom: palazzi, residenzi, qrati, ċentri ta’ amministrazzjoni u spazji fejn kien jilqa’ l-uffiċċjali u s-sudditi tiegħu. Fost l-oħrajn l-aġġettiv basilikè nsibuh użat biex jikkwalifika żewġ tipi partikulari ta’ binjiet klassiċi Griegi li jikkonċernawna f’dan l-artiklu, stoà u awlè, b’mod li jirriżultaw l-espressjonijiet basilikè stoà u basilikè awlè. Dawn l-espressjonijiet huma l-għeruq li minnhom hi mnissla l-kelma “bażilika” kif nifhmuha llum, kemm bħala stil ta’ arkitettura sagra, kif ukoll, fl-ambitu ekkleżjastiku, bħala titlu kanoniku mogħti mill-Papa lil knejjes ta’ ċerta importanza, anke jekk dawn ma jkollhomx struttura arkitettonika propjament bażilikali. Il-kelma stoà tfisser “passaġġ”, jew “portiku”, jew “kolonnat”. Oriġinarjament din kienet tkun passaġġ tawwali msaqqaf għall-użu tal-pubbliku. Is-saqaf kien iserraħ naħa minnhom fuq ħajt, u n-naħa l-oħra, u spiss ukoll fin-nofs, fuq ringieli ta’ kolonni.

Stoà ta’ Attalos f’Ateni. Dawn il-kolonnati ħafna drabi kont issibhom filpjazez u s-swieq ewlenin tal-ibliet Griegi. Taħthom wieħed seta’ jippassiġġa jew joqgħod għall-kenn mill-elementi tan-natura. Fil-bidu, normalment kienu jkunu maqtugħin għalihom, imma mbagħad bdew jinbnew ukoll bħala parti minn binjiet oħra, bis-saqaf jistrieħ sew fuq il-binja, kif ukoll fuq ringieli ta’ kolonni. F’Ateni tal-qedem kien hemm diversi minn dawn il-kolonnati. Spiss kienu jservu bħala postijiet fejn jinġabru u jiltaqgħu n-nies. Il-filosfu magħruf Żeno, biex inġibu eżempju, kien jgħallem ilfilosofija tiegħu fl-iStoà Poikìle, li tfisser “ilkolonnat impitter”, u propju minn din il-binja, minn din l-istoà, id-dixxipli tiegħu ħadu l-isem ta’ “Stojċi”. Waħda mill-binjiet pubbliċi l-aktar qodma u magħrufa f’Ateni kienet l-iStoà Basilejos (“il-portiku rjali”), li kienet isservi bħala s-sede tal-hekk imsejjaħ arkon basileus (il-maġistrat irjali), wieħed mill-uffiċċjali l-aktar għolja tal-belt li kien responsabbli mill-kwistjonijiet reliġjużi u mil-liġijiet. L-arkon basileus aktarx kien fdal miżżmien meta Ateni kienet għadha monarkija, qabel ma daħlet is-sistema ta’ tmexxija demokratika. FliStoà Basilejos kienet esebita kopja tal-liġijiet ta’ Ateni. Kien hawn li l-filosfu Sokrate ġie akkużat b’impjetà (nuqqas ta’ twemmin fl-allat tal-istat). F’uħud minn dawn il-kolonnati pubbliċi kien ikun hemm ukoll spazji għal ħwienet tan-negozju. Minn dan kollu li għedna naraw li dawn il-kolonnati kienu jservu għal attivitajiet ta’ ħafna xorta, sew uffiċċjali, pubbliċi u kummerċjali. Stoà basilikè tfisser speċifikament “portiku” jew “kolonnat irjali”, jiġifieri li jifforma parti minn palazz ta’ sultan. Biż-żmien però din l-espressjoni ġiet sinonima għall-palazz kollu fejn kien jgħix u mnejn kien imexxi s-sultan, u mhux biss għal xi kolonnat li kien jifforma parti minnu. Il-kelma awlè tfisser “bitħa” jew “wesgħa”. Din setgħet tkun sew imsaqqfa, sew le. Ikkwalifikata bl-aġġettiv basilikè tindika sala rjali fejn is-sultan jilqa’ l-uffiċċjali u s-sudditi tiegħu. Normalment kienet tkun imdawra b’kolonnat, jiġifieri bi stoà, sabiex il-kolonni jwieżnu s-saqaf tal-istruttura. Bħall-basilikè stoà, is-sens tal-espressjoni basilikè awlè spiss jimplika mhux biss is-sala tat-tron, imma l-kumpless kollu fejn jgħix u mnejn imexxi s-sultan [XI] .

L-istil arkitettoniku tal-kolonnati u l-wesgħat irjali Griegi ġie addottat mir-Rumani, li fosthom il-kelma basilikè ġiet latinizzata bħala basilica. Oriġinarjament fil-lingwa Latina l-kelma basilica hija nom b’tifsira tixbah l-espressjonijiet Griegi basilikè stoà u basilikè awlè: binja pubblika, jew parti minn palazz, li sservi fejn tiltaqa’ qorti tal-ġustizzja jew isiru attivitajiet oħra pubbliċi, uffiċċjali, kummerċjali u l-bqija. Din il-binja kienet taqdi r-rwol ta’ ċentru ċiviku, kif insejħulu llum, u kont issibha qrib il-forum (il-pjazza) fil-qalba ta’ kull belt Rumana.

Il-pjanta arkitettonika tal-bażilika Rumana kienet bejn wieħed u ieħor ibbażata fuq dik tal-basilikè stoà u l-basilikè awlè Griegi. Kienu jeżistu diversi varjazzjonijiet tal-bażilika Rumana li mhux il-każ noqogħdu niddeskrivuhom hawn. Karatteristiċi komuni tagħhom però kienu l-forma rettangolari, b’korsija ċentrali, spiss b’passaġġi fuq kull naħa mifrudin mill-ispazju ċentrali b’kolonnati interni. F’naħa minnhom, ġieli n-naħa l-wiesgħa, u ġieli d-dejqa, jew anke f’żewġ naħat opposti skont ilkaż, ġeneralment kien ikun hemm apside (arzella), u fl-apside (jew f’waħda minnhom fejn kien ikun hemm iżjed minn waħda) kien ikun hemm pjattaforma baxxa fejn kien joqgħod il-maġistrat u xi uffiċċjali oħra. Id-dħul, bħall-apside, ġieli kien ikun min-naħa l-wiesgħa u ġieli mid-dejqa.

Il-Bażilika ta’ Massenzju u Kostantinu fil-Forum Romanum, Ruma.

Minn dawn il-karatteristiċi naraw li kemm l-istil arkitettoniku kif ukoll l-iskop tal-bażilika Rumana ma kinux daqstant differenti minn dawk ta’ istrutturi simili fil-Greċja. Iktar ’il quddiem, meta minn repubblika Ruma saret imperjali, il-bażiliċi bdew jinbnew mhux biss fiċ-ċentri tal-ibliet Rumani, imma wkoll bħala parti mill-kumplessi talpalazzi tal-imperatur u anke tal-aristokratiċi bħala spazji fejn jilqgħu udjenzi kbar u fejn jittrattaw mad-dipendenti tagħhom. Dawn huma magħrufa bħala “bażiliċi palatini” [XII] . Fi tmiem il-persekuzjonijiet tal-Insara fl-Imperu Ruman, meta l-Knisja ngħatat il-libertà millimperatur Kostantinu bl-Editt ta’ Milan fis-sena 313 w.K., l-istruttura tal-bażilika Rumana ġiet addottata b’xi varjazzjonijiet bħala l-istruttura arkitettonika preferita għall-ispazji liturġiċi talKnisja. Għaliex ingħażel mudell ta’ binja ċivili għall-bini tal-knejjes minflok il-mudell tipiku li kien jintuża għall-bini tat-tempji tal-allat Griegi u Rumani? L-ewwel nett, liturġikament dan ma kienx possibbli minħabba differenzi sostanzjali bejn il-kult Nisrani u dak pagan. Il-kult Nisrani jikkonsisti prinċipalment fis-smigħ komunitarju tal-Kelma t’Alla u t-tisħib tal-poplu t’Alla fl-Ikla Ewkaristika, u dan jitlob spazju liturġiku wiesa’ biex jilqa’ fih lill-komunità. Il-kult Nisrani hu essenzjalment komunitarju, tant li fit-Tieni Talba Ewkaristika, pereżempju, wara l-konsagrazzjoni u qabel nitqarbnu, nitolbu lill-Missier li l-Ispirtu s-Santu jgħaqqad f’ġisem wieħed lilna li nieħdu sehem mill-Ġisem u d-Demm ta’ Kristu. It-tempju pagan Grieg u Ruman, b’differenza mill-bażilika Nisranija, ma kienx jinbena biex jilqa’ fih poplu sħiħ, imma biss biex fih tinżamm l-istatwa tal-alla li lilu t-tempju kien ikun iddedikat. Il-parti l-kbira tar-ritwali mbagħad kienet issir fuq u madwar altar f’wesgħa ’l barra mit-tempju, taħt is-sema miftuħ u l-ħarsa tal-allat. It-tieni, ma kienx jixraq li l-knejjes Insara jkunu jixbhu lit-tempji pagani, jew li b’xi mod ifakkru fihom jew ikunu assoċjati magħhom. L-għażla tal-istruttura bażilikali għall-knejjes Insara kellha wkoll l-għan għalhekk li titbiegħed mill-kulti pagani, u toħloq diskontinwità bejn ilkulti pagani u l-kult Nisrani [XIII] . L-inizjattiva għall-bini ta’ bażiliċi Nsara kbar u imponenti, l-ewwel f’Ruma, u mbagħad fi bnadi oħra tal-Imperu Ruman, bħall-Art Imqaddsa, ġiet mill-imperatur Kostantinu nnifsu, kif ukoll minn xi membri oħra tal-familja tiegħu, bħal ommu Sant’Elena. L-ewwel bażilika Nisranija wisq probabbli hija dik magħrufa bħala ta’ San Ġwann Lateran, il-knisja katidrali tal-Papa bħala l-isqof ta’ Ruma. Din inbniet fuq propjetà mogħtija millimperatur Kostantinu stess. Wara, fuq inizjattiva tal-Papa, ġew mibnija l-bażiliċi ta’ San Pietru filVatikan, San Pawl Barra s-Swar, u Santa Marija Maġġuri. It-tip ta’ bażilika ċivili Rumana li aktarx influwenzat l-aktar il-bażiliċi Nsara ma kinitx il-bażilika użata bħala tribunal, imma t-tip ta’ bażilika msejħa “palatina” li ġa semmejna, fejn l-imperatur kien jidher quddiem il-poplu fil-fond tal-apside. FilBażilika Nisranija però l-maestà ta’ Alla ħadet post dik tal-imperatur. Fl-apside ewlenija ta’ diversi bażiliċi Nsara antiki għadna sal-lum fil-fatt nistgħu ingawdu mużajċi l-ġmiel tagħhom li juru lil Ġesù intronizzat fil-glorja. Il-bażilika Nisranija kienet tkun dejjem ta’ forma rettangolari, b’korsija ċentrali u navata jew tnejn fuq kull naħa separati minn xulxin b’ringieli ta’ kolonni. L-apside u l-bieb ewlieni kienu jkunu faċċata ta’ xulxin fiż-żewġ naħat id-dojoq tarrettangolu. L-assi prinċipali għalhekk kienet tkun dik lonġitudinali, maħsuba biex tiffaċilita l-purċissjonijiet liturġiċi bis-sehem tal-kleru u l-lajċi. Fejn qabel kien ikun hemm it-tron talimperatur, fl-apside, beda jitqiegħed l-altar fuq pjattaforma mnejn kien jippresjedi l-kleru. Nistgħu ngħidu li sal-ewwel nofs tas-seklu 20, meta l-arkitetti bdew jesperimentaw b’ideat u forom ġodda, il-pjanta bażilikali baqgħet l-istil arkitettoniku l-aktar komuni fil-bini tal-knejjes fid-denominazzjonijiet Insara kollha tal-punent, hekk li l-istil Romaniku u Gotiku tal-Medjuevu, u ħafna drabi l-knejjes Barokki, ma kinux ħlief elaborazzjonijiet tal-istess tifsila bażika talbażilika Nisranija antika. Kien biss fis-seklu 18 li t-terminu “bażilika” ħa sens kanoniku bħala titlu speċjali mogħti millPapa lil knejjes partikulari. In-normi u l-kriterji

Bażilika ta’ San Pawl Barra l-Ħitan, Ruma.

Dettall tal-kwadru mirakoluż tal-Madonna tal-Karmnu meqjum fis-Santwarju-Bażilika tal-Karmnu fil-Belt Valletta, inkurunat mill-Kapitlu Vatikan fl-1881. aġġornati li jiggwidaw kif u lil liema knejjes għandu jingħata dan it-titlu fi żminijietna ġew aġġornati fid-dokument Domus ecclesiae [XIV] , maħruġ millKongregazzjoni tal-Kult Divin u d-Dixxiplina tasSagramenti nhar id-9 ta’ Novembru, 1989.

Ir-raġuni għall-għażla tal-motto tal-125 Sena Bażilika

Dak kollu li għedna dwar is-Salm 45 u l-oriġini tatterminu “bażilika” juri ċar il-ħsieb wara l-għażla tal-motto li jistedinna biex “nidħlu bil-hena filpalazz tas-Sultan”. L-ewwel nett, “is-Sultan” li għalih jirreferi l-motto huwa Alla, u b’mod partikulari, il-Mulej Ġesù [XV] , “Sultan tas-slaten u Sid tas-sidien” (Apk 19,16). Fil-Kotba Mqaddsa huma bosta r-referenzi għar-regalità ta’ Alla, kemm fit-Testment il-Qadim kif ukoll fil-Ġdid. FitTestment il-Ġdid imbagħad Ġesù kemm-il darba hu ppreżentat bħala sultan, għalkemm b’mod li m’għandu xejn x’jaqsam mas-slaten li aħna mdorrijin bihom f’din id-dinja. “Il-palazz tas-Sultan” ifakkarna fl-għeruq mnejn ġejja l-kelma “bażilika”: “id-dar tas-sultan”. Huma l-għeruq tal-kelma “bażilika” li wassluna biex nispiraw ruħna mis-Salm 45,16, li kif ġa għedna, biż-żmien ħa konnotazzjonijiet messjaniċi kemm fit-tradizzjoni Lhudija kif ukoll f’dik Nisranija. “Ilpalazz tas-Sultan” huwa tixbiha għanja mimlija sfumaturi, bħal priżma li tifred raġġ ta’ dawl f’firxa ta’ lwien. Fil-kuntest tagħna “l-palazz tas-Sultan” jirreferi għad-Dar ta’ Alla, l-ewwel nett f’sens teoloġiku u spiritwali, imbagħad ukoll f’sens materjali. Din it-tixbiha nsibuha rrappreżentata viżwalment fil-logo tal-125 Sena Bażilika middisinn stilizzat tal-koppla tal-Bażilika tagħna. Ilbażilika tal-ġebel però mhix ħlief sinjal estern li jrid ifakkarna fid-Dar vera ta’ Alla f’sens teoloġiku u spiritwali. L-istedina li jagħmlilna l-motto tal125 Sena Bażilika hija biex nidħlu bl-entużjażjmu fid-Dar ta’ Alla kemm f’sens materjali, u aktar u aktar f’sens spiritwali, sabiex flimkien, bħala komunità li temmen, niltaqgħu ma’ Ġesù, nagħrfuh u nakklamawh bħala l-Mexxej tagħna, ngħammru f’komunjoni miegħu, u, kif tgħidilna r-Regola Karmelitana, nimpenjaw ruħna biex ngħixu f’lealtà lejh u naqduh fedelment b’qalb safja u kuxjenza tajba. Ħalli nagħtu daqqa t’għajn lid-diversi sfumaturi ta’ din it-tixbiha, u naraw fiex tissarraf fil-konkret fil-ħajja tagħna l-istedina li qiegħda ssirilna biex “nidħlu bil-hena fil-palazz tas-Sultan”. • “…ħdan il-Missier” (Ġw 14,2) Il-palazz, jew dar, li fiha mistednin nidħlu ħerqanin, hija l-ewwel nett Alla l-Missier innifsu. Hu fil-Missier li jgħammar is-Sultan tagħna Ġesù, kif jgħidilna San Ġwann fil-prologu tal-Evanġelju tiegħu: “l-Iben il-waħdieni ta’ Alla (…) hu fi ħdan il-Missier (Ġw 1,18). Il-ħdan patern ta’ Alla hu d-dar fejn dan il-Missier ħanin jistenna wkoll lilna wliedu nerġgħu lura, aħna li spiss nitbiegħdu minnu bħall-iben il-ħali tal-parabbola (ara Lq 15,11-32). ’Il bogħod minn din id-dar, minn ħdan il-Missier, nisfgħu bil-ġuħ u mneżża’ mid-dinjità tagħna, filwaqt li f’dar Missierna hemm “ħobż bix-xaba’” (Lq 15,17). Meta nerġgħu lura f’dar il-Missier, huwa jiffesteġġja r-ritorn tagħna u jroddilna mill-ġdid id-dinjità tagħna bħala wliedu. Ħdan il-Missier hu d-dar tal-Missier fejn Ġesù jgħidilna li hemm ħafna postijiet. Hu d-dar fejn Ġesù mar iħejjilna biex noqogħdu, u mnejn għad jerġa’ jiġi biex jeħodna ħalli nkunu miegħu fejn jinsab hu. Biex ikun possibbli għalina li nidħlu fi ħdan il-Missier, Ġesù nnifsu sar għalina t-Triq li tieħu hemm fejn il-ferħ tagħna jkun sħiħ (ara Ġw 14,1-6; 15,11; 17,24). Jalla ċ-ċelebrazzjoni tal-125 Sena Bażilika ssaħħaħ id-deċiżjoni tagħna li nimxu f’din it-Triq, ħalli naslu fejn Ġesù fid-dar vera u definittiva tagħna fi ħdan il-Missier. • “Hu tkellem fuq it-tempju tal-ġisem tiegħu…” (Ġw 2,21) Il-palazz tas-Sultan huwa wkoll Ġesù nnifsu, għax daqskemm hu veru li Ġesù hu fi ħdan il-Missier, daqshekk ieħor il-Missier hu fi ħdan l-Iben. Ġesù jirreferi għall-Missier bħala Dak li jgħammar fih, u jistqarr lid-dixxipli tiegħu: “Jiena fil-Missier u l-Missier huwa fija” (ara Ġw 14,10). Ġesù jindika ’l Ġismu bħala t-Tempju [XVI] l-ġdid ta’ Alla. Bilmisteru tal-Inkarnazzjoni tal-Verb, magħmul bniedem f’Ġesù, il-persuna ta’ Ġesù tissupera u

tieħu post it-tempju fiżiku ta’ Ġerusalemm bħala l-imkien pereċċellenza fejn jgħammar Alla, u bħala s-sinjal effikaċi u definittiv tal-preżenza t’Alla (Ġw 2,21). Ladarba l-Verb sar bniedem, il-Missier ifittex persuni li jadurawh mhux sempliċiment f’xi tempju fiżiku li hu biss dell u xbieha, imma fl-Ispirtu u l-Verità, jiġifieri f’Ibnu Ġesù (ara Ġw 4,23). L-anniversarju li qegħdin niċċelebraw irid iwassalna biex nistaqsu: aħna minn fost dawk innies li jfittex il-Missier: dawk li jadurawh fl-Ispirtu u l-Verità?…

• “u dehret l-Arka tal-Patt… Mara, liebsa x-xemx…” (Apok 11,19.12,1) M’hemmx dubju li t-tixbiha tad-dar ta’ Alla, talpalazz tas-Sultan, tgħodd perfettament ukoll għal Marija. Billi Marija hija l-Omm li nisslet u tat liddinja l-Iben t’Alla magħmul bniedem, hija ġarritu fi ħdanha, bħal f’tabernaklu, għal disa’ xhur. Fuq kollox però, kif jgħid Santu Wistin [XVII] , ġarritu spiritwalment f’moħħha u f’qalbha tul ħajjitha kollha. Marija mhix biss waħda mill-isfumaturi tat-tixbiha tas-sultana li tittieħed għand is-Sultan b’għajat ta’ ferħ u hena biex tkun l-għarusa tiegħu [XVIII] , imma hija wkoll il-palazz innifsu tasSultan.

Mhux possibbli nidħlu f’wisq dettall, imma għallinqas irridu ngħidu li ċerti dettalji li jagħtina San Luqa fir-rakkonti tat-tħabbira tal-Mulej lil Marija (ara Lq 1,26-28) u taż-żjara ta’ Marija lil Eliżabetta (ara Lq 1, 39-45), kif ukoll xi dettalji li nsibu fid-dehra tal-mara liebsa x-xemx flApokalissi (Apok 11,19-12,1), huma intenzjonati li joħolqu paralleliżmu ċar bejn l-Arka tal-Patt il-Qadim bħala l-għamara ta’ Alla, u Marija bħala l-Arka tal-Patt il-Ġdid, l-għamara l-ġdida ta’ Alla, paralleliżmu li kull min hu midħla tal-Iskrittura jarah ċar. Kif l-Arka tal-Patt il-Qadim, maħduma minn materjali prezzjużi, kellha fiha t-twavel talLiġi ta’ Alla, hekk Marija, l-Arka tal-Patt il-ġdid, imsawra bla ebda nuqqas u mimlija bil-grazzja, iġġor fi ħdanha lil Ġesù, il-Verb Divin magħmul bniedem, li hu l-Kelma ħajja ta’ Alla u l-Liġi tal-Patt il-Ġdid. Mhux ta’ b’xejn li San Franġisk t’Assisi, fittislima tiegħu lill-Verġni Mqaddsa Marija jgħidilha hekk:

Sliem għalik, o Sinjura qaddisa, u Sultana, omm imqaddsa ta’ Alla, xebba li sirt Knisja!

Magħżula mill-Missier l-aktar qaddis tassema, u minnu kkonsagrata, flimkien ma’

Ibnu l-Għażiż u l-aktar Qaddis, u mal-Ispirtu s-Santu, id-Difensur. Fik kien hemm u hemm il-milja tal-grazzja u ta’ kull ġid. Sliem għalik, palazz tiegħu; sliem għalik, tabernaklu tiegħu; sliem għalik, dar tiegħu... [XIX] Il-mistika Karmelitana ta’ Firenze, Santa Marija Madalena de’ Pazzi, fl-erbatax-il waħda minn sensiela ta’ estażi magħrufin bħala L-Erbgħin Jum, tikkontempla wkoll ’il-Verġni Marija bħala

Tempju mill-isbaħ; u deherli li kien dak li jissejjaħ it-Tempju ta’ Salamun; jiġifieri li l-Verġni Marija kienet dan it-Tempju, irrid ngħid it-Tempju tal-veru Salamun: Ġesù.

U deherli li bdejt nifhem li l-art ta’ dan it

Tempju kienet l-umiltà ta’ din il-Verġni, l-aktar meta qalet, “Hawn jien il-qaddejja tal-Mulej” (Lq 1,38). U l-erba’ ħitan kienu l-erba’ Virtujiet Kardinali li kienu fiha, irrid ngħid il-Ġustizzja, il-Qawwa, il-Qies u l-Għaqal. U l-aktar li ħaddmithom kien waqt il-Passjoni tal-Iben tagħha Ġesù (…)

Imbagħad it-tribuna ta’ dan it-Tempju deherli li kienet ħsiebha merfugħ ’il fuq, u d-dehen imdawwal tagħha, irrid ngħid tal

Verġni Marija. Kien hemm ukoll l-Altar, u fhimt li dan kien ir-rieda tal-istess Verġni.

U t-Terħa ta’ dan l-Altar kienet il-verġinità l-aktar safja tagħha. U ċ-Ċiborju fejn jinsab

Ġesù: il-qalb tal-Verġni. Quddiem dan l-Altar rajt seba’ Msiebaħ mixgħula, li fhimt li kienu s-seba’ doni tal-Ispirtu s-Santu, li kienu lkoll fiha b’mod perfett. U fuq dan l-Altar kien hemm tnax-il Gandlier millisbaħ, li fhimt li kienu t-tnax-il Frotta tal

Ispirtu li kienu f’din il-Verġni [XX] . Iċ-ċelebrazzjoni tal-125 Sena Bażilika hija stedina biex bil-ħeġġa u bil-hena mmorru niltaqgħu ma’ Alla anke f’Marija, bħal qaribtha Eliżabetta, u bħal binha Ġwanni l-Battista, li qabeż bil-ferħ fil-ġuf xħin ħass qribu l-preżenza ta’ Ġesù fi ħdan Marija. Il-Bażilika tagħna hija ddedikata lil Alla f’ġieħ l-Imqaddsa Verġni Marija tal-Għolja tal-Karmelu, u dan għandu jinċentivana aktar biex, kif jgħallmuna l-Missirijiet tal-Knisja u l-Konċilju Vatikan II, inħarsu lejn Marija, l-Arka tal-Patt ilĠdid, bħala xbieha u mudell kemm tal-Knisja kollettivament u kemm ta’ kull wieħed u waħda minna singolarment. Bħal Marija, kif se naraw, aħna msejħin biex ikunu l-għamara ta’ Alla. Din iddimensjoni Marjana għandha tkun partikularment għal qalbna bħala Karmelitani, li nġibu l-isem tal-Ordni tal-Aħwa ta’ Marija, u bħala membri talkomunità li tiċċelebra l-fidi Nisranija tagħha fisSantwarju-Bażilika tal-Madonna tal-Karmnu. • “Ma tafux li intom tempju ta’ Alla?…”(1Cor 3,16) Il-palazz tas-Sultan huwa wkoll il-Knisja, li hi l-għaqda tagħna l-Insara flimkien fl-Ispirtu ta’ Ġesù, u li tagħha Marija, l-Arka tal-Patt il-Ġdid, hija xbieha. Bil-magħmudija aħna l-Insara tlaqqamna

f’Ġesù bħal fergħa fiz-zokk ta’ dielja (ara Ġw 15,1- 11), u hekk sirna membri tal-Ġisem tiegħu li hu l-Knisja (ara 1Cor 12,12-13.27). Imseħbin f’Ġesù, li kif ġa rajna hu t-Tempju definittiv u l-Għamara pereċċellenza tal-preżenza ta’ Alla, aħna lkoll flimkien, bħala Knisja, insiru l-post fejn jgħammar Alla, u s-sinjal tal-preżenza t’Alla fid-dinja u fissoċjetà tal-bnedmin matul iż-żminijiet. San Pawl jgħidilna: “intom il-bini ta’ Alla” (1Kor 3,9) mibnijin fuq il-pedament waħdieni li hu Ġesù Kristu” (1Kor 3,11), u jkompli: “Ma tafux li intom tempju ta’ Alla, u li l-Ispirtu ta’ Alla jgħammar fikom? (…) qaddis hu t-tempju ta’ Alla, li huwa intom” (1Kor 3,16-17). Fl-Ittra lill-Efesin l-Appostlu tal-ġnus jgħidilna li aħna “mibnija lkoll fuq is-sisien tal-appostli u tal-profeti, fejn Kristu hu l-ġebla tax-xewka. Fih il-bini kollu jintrabat sewwa, jitla’ f’tempju qaddis fil-Mulej; fih, intom ukoll flIspirtu, tinbnew flimkien f’dar fejn jgħammar Alla” (Ef 2,19-22). L-istess ħsieb insibuh ukoll fl-Ewwel Ittra ta’ San Pietru: “Ersqu, mela, lejh (Ġesù), li hu dik il-ġebla ħajja li kienet imwarrba mill-bennejja, imma magħżula minn Alla bħala ġebla għażiża. U intom ukoll, bħal ġebel ħaj, inbnew f’dar spiritwali” (1Pt 2,4-5); u fl-Ittra lil-Lhud: “id-dar ta’ Alla hi aħna” (Lhud 3,6). L-anniversarju tal-125 sena Bażilika huwa stedina biex nagħrfu s-sejħa tagħna bħala Nsara li nkunu parti integrali mid-dar ħajja ta’ Alla li hi l-Knisja, u nfittxu li ngħixu din is-sejħa b’mod iżjed sinċier. Huwa stedina biex naħdmu iżjed għall-għaqda ta’ bejnietna fil-Knisja, ħalli nkunu tassew binja marbuta sewwa, b’saħħitha u sabiħa, li tkun tempju jixraq lil Alla. L-impenn għall-komunjoni hu indispensabbli fil-ħajja tal-Knisja. Mingħajru lanqas biss inkunu Nsara, u lanqas ma nistgħu nipperswadu lid-dinja temmen f’Ġesù, kif jagħtina x’nifhmu Ġesù meta jgħidilna: “Minn dan jagħraf kulħadd li intom dixxipli tiegħi, jiġifieri, jekk ikollkom l-imħabba bejnietkom” (Ġw 12,35), u meta qabel iħalli din id-dinja biex imur għand ilMissier jitlob hekk: “nitolbok li jkunu lkoll ħaġa waħda. Kif inti fija, Missier, u jiena fik, ħa jkunu huma wkoll ħaġa waħda fina, biex hekk id-dinja temmen li inti bgħattni” (Ġw 17,21). Dan l-anniversarju huwa wkoll stedina lil min għal xi raġuni jew oħra jinsab eżistenzjalment fit-truf tal-Knisja jew barra minnha, u ’l bogħod mis-sagramenti, sabiex jidħol aktar ’il ġewwa, jew jidħol lura mill-ġdid (skont il-każ) fit-tempju ħaj ta’ Alla, fil-komunjoni tal-Knisja, billi jissieħeb b’mod aktar sħiħ u ħerqan fil-ħajja tal-komunità li temmen, tiċċelebra u tgħix il-misteru ta’ Ġesù Kristu.

Il-Madonna mal-Qaddisin Karmelitani. Ikona mpittra mis-Sorijiet Karmelitani ta’ Ravenna.

• “Jew ma tafux li ġisimkom hu tempju ta’ l-Ispirtu s-Santu?…” (1Cor 2,16) Aħna l-imgħammdin mhux biss niffurmaw id-dar vera u ħajja ta’ Alla meta bħal ġebel ħaj nibnew u nintrabtu flimkien fil-Knisja, imma – dejjem għax mseħbin fil-Knisja – kull wieħed u waħda minna hu jew hi wkoll tempju ħaj ta’ Alla anke singolarment. Ladarba aħna mlaqqmin f’Ġesù u sirna membri tal-Ġisem tiegħu, aħna nipparteċipaw ukoll filkwalitajiet li huma intrinsikament ta’ Ġesù, u għalhekk dak li għedna għal Ġesù b’xi mod jgħodd għalina wkoll, jiġifieri li daqskemm hu veru li aħna ngħammru f’Alla, daqstant ieħor Alla jgħammar fina.

San Pawl, huwa u jċanfar lill-Insara ta’ Korintu minħabba l-imġieba żienja u laxka ta’ xi wħud minnhom jgħidilhom: “Ma tafux li l-iġsma tagħkom huma membri ta’ Kristu? (…) Jew ma tafux li ġisimkom hu tempju tal-Ispirtu s-Santu, li jinsab jgħammar fikom, li għandkom minn Alla?” (1Cor 6,15.19). Għalkemm f’kuntest differenti, Ġesù jesprimi l-istess ħsieb fl-Evanġelju skont San

Ġwann meta jgħid: “Jekk xi ħadd iħobbni, iħares kelmti, u Missieri jħobbu, u aħna niġu u ngħammru għandu” (Ġw 14,23). Fl-Ewwel Ittra ta’ San Ġwann imbagħad insibu: “Kull min jistqarr li Ġesù hu l-Iben ta’ Alla, Alla jgħammar fih u hu f’Alla (…) Alla hu mħabba, u min jgħammar fl-imħabba jgħammar f’Alla u Alla fih” (1Ġw 4,15-16). Fid-dawl tal-għamara ta’ Alla f’kull wieħed u waħda minna, il-motto tal-125 Sena Bażilika jqanqalna biex b’determinazzjoni nimpenjaw ruħna wkoll sabiex nidħlu niltaqgħu ma’ Alla anke fil-qalb tagħna, fil-ġewwieni tagħna, filħajja personali u individwali tagħna. L-enfasi fuq id-dimensjoni interjuri, spiritwali, tal-ħajja Nisranija hija karatteristika partikulari tal-ħajja Karmelitana, kif kienet fil-ħajja ta’ Marija, Patruna u Mudell tagħna, li kienet tgħożż l-esperjenzi li kienet taqsam ma’ Ġesù u taħseb fuqhom bejnha u bejn ruħha (ara Lq 2,19.51). Din id-dimensjoni interjuri tal-għamara ta’ Alla ġewwa fina kienet ħafna għal qalb il-qaddisin, il-mistiċi u l-għalliema spiritwali tal-Karmelu, bħal Santa Tereża ta’ Ġesù, San Ġwann tas-Salib, Santa Marija Madalena de’ Pazzi, u Santa Eliżabetta tat-Trinità. Bir-riflessjoni li għamlu u ħallewlna bil-miktub fuq l-esperjenza tagħhom stess, dawn l-esperti tal-ħajja spiritwali jixħtulna dawl fuq il-vjaġġ ’il ġewwa li jeħtiġilna nagħmlu biex insibu lil Alla u ningħaqdu miegħu ġo fina stess. Partikularment elokwenti hi t-tixbiha li tuża u tiżviluppa Santa Tereża ta’ Ġesù fil-ktieb tagħha Kastell Ġewwieni, fejn tistedinna nħarsu lejn ruħna bħala kastell magħmul kollu kemm hu minn djamant wieħed, jew minn kristall l-aktar ċar, li fih ħafna appartamenti, bħalma fis-sema hemm ħafna għamajjar (…) imma fin-nofs tagħhom kollha, fiċ-ċentru tiegħu, hemm l-għamara ewlenija li hija dik li fiha jseħħu l-ħwejjeġ l-aktar sigrieti bejn Alla u r-ruħ [XXI] . Santa Tereża ta’ Ġesù xxebbaħ lil Alla, li dejjem jgħammar fil-fond nett tal-bniedem, ma’ “dik ixxemx kollha dija, li tinsab fiċ-ċentru tar-ruħ” [XXII] . F’talba profonda mill-isbaħ, Santa Marija Maddalena de’ Pazzi titlob lill-Ispirtu s-Santu biex dak li għamel f’Marija bil-qawwa tal-grazzja u tannatura fl-Inkarnazzjoni tal-Verb, jagħmlu wkoll fiha u f’ħutha s-sorijiet permezz tal-grazzja [XXIII] . Għalkemm bil-grazzja tas-sagramenti Alla jgħammar b’mod partikulari fin-Nisrani, ma rridux ninsew ukoll li billi kull bniedem hu maħluq xbieha ta’ Alla, kif jgħidilna l-Ktieb tal-Ġenesi (1,26-27; 5,1.3; 9,6), allura Alla jgħammar f’kull persuna. Din il-verità għandha tqanqalna biex bħala Nsara u Karmelitani nirrispettaw id-dinjità ta’ kull persuna, inħobbu l-proxxmu tagħna, u nimpenjaw ruħna soċjalment bl-għemil favur dawk kollha li jgħixu f’qagħdiet li ma jixirqux lill-bniedem. • “Imma, tgħid, tassew li Alla se jibqa’ jgħix fuq l-art mal-bnedmin?” (2Kron 6,18) Dakinhar li s-sultan Salamun inawgura t-tempju ta’ Ġerusalemm flimkien mal-kapijiet tal-poplu, mal-Leviti u mal-ġemgħa ta’ Iżrael, meta l-Arka tal-Patt tqiegħdet fis-santwarju, Salamun stagħġeb li Alla, “li lanqas is-smewwiet u s-smewwiet tassmewwiet” ma jesgħuh, għoġbu jgħammar “fuq l-art mal-bnedmin” f’“id-daqsxejn ta’ tempju” li bena hu (2Kron 6,18). L-atteġġjament tas-sultan Salamun quddiem il-preżenza ta’ Alla fit-tempju jurina kif għandu jkun l-atteġġjament tagħna quddiem il-preżenza ta’ Alla fil-knejjes tagħna. Sentejn ilu, fl-4 t’April 2018, bħala Familja Karmelitana fil-Belt u f’Malta kellna x-xorti li ngħixu l-ġrajja storika u sabiħa tad-dedikazzjoni tas-Santwarju-Bażilika tagħna minn Mons. Arċisqof Charles J. Scicluna b’rit liturġiku mill-isbaħ, solenni u sinifikattiv ħafna. Ir-rit tad-dedikazzjoni hu maħsub biex l-ewwel nett jiċċelebra u juri r-realtà u l-qdusija tal-Knisja ħajja, li hija aħna, imma wkoll biex joffri esklussivament għall-qima ta’ Alla l-ispazju liturġiku fejn il-komunità Nisranija tinġabar biex tiċċelebra l-misteru tal-għemil li bih il-Missier fdiena b’Ibnu Ġesù fl-Ispirtu s-Santu. Irrit juri l-ġieħ, id-dinjità u l-qdusija li jixirqu lil dan il-bini li jservi fl-istess waqt kemm bħala d-dar ta’ Alla kif ukoll tal-komunità ta’ dawk li jemmnu [XXIV] . Sfortunatament, l-imġiba ta’ ħafna Kattoliċi Maltin fil-knejjes tagħna llum ma tirriflettix għarfien konvint, apprezzament profond u sens ta’ stagħġib quddiem il-preżenza ta’ Alla. Sar għandna wisq kunfidenza mal-ħwejjeġ qaddisa. Aktarx dan juri nuqqas ta’ fidi, jew almenu ta’ sensittività; nuqqas ta’ ħila li niddistingwu spazju mogħti esklussivament għall-kult ta’ Alla minn kwalunkwe spazju ieħor. Spiss wisq fil-knejjes tagħna nitkellmu bejnietna bla bżonn ġenwin, ġieli anke fi gruppi u b’leħen għoli qisna qegħdin f’xi pjazza jew każin. Spiss inħallu s-sound tal-mobiles mixgħul anke waqt ilquddies, l-adorazzjonijiet u ċelebrazzjonijiet oħra, u saħansitra nwieġbu telefonati f’nofs ċelebrazzjoni bla ma mqar nindenjaw ruħna noħorġu millknisja, u bla ma nħabblu rasna li nkunu qegħdin intellfu l-konċentrazzjoni ta’ ħaddieħor f’mumenti l-aktar importanti u qaddisa, bħal waqt li Alla jkun qiegħed ikellem lill-poplu tiegħu fix-xandir

tal-Kelma, jew waqt li l-misteru tal-fidwa jkun preżenti fuq l-altar. Spirtu ta’ fidi u mħabba, u attitudni ċivili u edukata, jitolbu minna li s-sound tal-mobile nagħmluh dejjem silent meta nidħlu fi knisja, jew, jekk inkunu qegħdin nistennew xi telefonata vera urġenti, bħal meta jkollna ’l xi ħadd marid jew l-isptar, almenu nagħmluh jivvibra. Ħafna lanqas jagħtu kas tal-preżenza sostanzjali ta’ Ġesù Ewkaristija fuq l-altar jew fit-tabernaklu, u jgħaddu minn quddiemu bla ma jagħmlu reverenza, jew ukoll jagħtuh daharhom. Ħafna jidħlu l-knisja bla ma jinżlu ftit ħin għarkopptejhom (dejjem jekk is-saħħa tippermetti) quddiem Ġesù Ewkaristija, u bla ma jsellmulu b’dik li qabel konna nsejħulha “viżta” jew “żjara”. Tara bosta li malli jidħlu l-knisja l-ewwel ma jagħmlu jsellmu u jkellmu n-nies li jkun hemm, mhux lil Ġesù Ewkaristija, jew inkella jintefgħu bil-qiegħda jgħaddu l-ħin bil-mobile. Huwa veru li Alla jinsab kullimkien, imma ebda mkien mhu riżervat biss għall-qima ta’ Alla bilmod kif suppost ikunu l-knejjes tagħna. Barra minn hekk, il-preżenza ta’ Ġesù fit-tabernaklu hija l-għola forma ta’ preżenza ta’ Ġesù, għax hi preżenza sostanzjali. Tassew li Alla jinsab kullimkien, u nistgħu niltaqgħu miegħu kullimkien, imma l-knejjes għandhom ikunu bħal oażi fejn wieħed jista’ jistejqer daqsxejn mill-aljenazzjonijiet u l-istorbju tal-ħajja biex jiltaqa’ ma’ Alla fil-“ħoss ta’ skiet idamdam” [XXV] , f’epoka u f’soċjetà li, minħabba li ma tantx għandhom ħsieb ta’ Alla, sfaw qishom deżert eżistenzjali u kultant anke litterali. L-anniversarju tal-125 sena Bażilika għandu jservina biex niġġeddu fl-għarfien u l-apprezzament tal-qdusija tas-Santwarju tagħna, u biex nimpenjaw ruħna u ngħinu ’l xulxin biex inġibu lis-Santwarju r-rispett kollu li jixraqlu bħala l-għamara ta’ Alla fostna. Dan ifisser li rridu nagħmlu sforz akbar biex inħarsu s-skiet fis-Santwarju, filwaqt li kemm jista’ jkun nirriservawh biss għat-talb liturġiku u personali. Dan l-isforz jitlob l-ewwel nett missaċerdoti u r-reliġjużi li li jnisslu fil-poplu r-rispett lejn id-dar ta’ Alla bil-katekeżi, imma fuq kollox bleżempju tagħhom. Bl-imġieba eżemplari tagħna filBażilika nistgħu inkunu mezz ta’ evanġelizzazzjoni għall-ħafna barranin u turisti mhux Insara li jżuruha. Ikun faqar kbir jekk il-Bażilika tagħna tkun sempliċiment attrazzjoni turistika flok post qaddis li jlaqqa’ lill-bnedmin ma’ Alla. L-anniversarju li qegħdin infakkru huwa sejħa għalina biex nagħmlu aktar sforz ħalli ma nfallux il-quddiesa tal-Ħadd flimkien ma’ ħutna l-oħra li jemmnu, jekk mhux għal raġuni vera gravi, u biex inżuru aktar spiss is-Santwarju, speċjalment filġranet ta’ devozzjoni speċjali lejn il-Madonna talKarmnu, bħall-Erbgħat ta’ matul is-sena, l-Erbgħat tal-Udjenza, nhar ta’ Sibt, fil-festi u t-tifkiriet talMadonna, u fin-novena u l-ġranet tal-festa fixxahar ta’ Lulju. Fl-aħħar nett, dan l-anniversarju jista’ jkun ukoll okkażjoni biex naħsbu kif nistgħu ntejbu l-kwalità taċ-ċelebrazzjonijiet liturġiċi fisSantwarju tagħna b’mod li jkunu iżjed effettivi pastoralment, ħaġa li l-awtoritajiet tal-Knisja jistennew mill-knejjes li għandhom id-dinjità ta’ bażilika [XXVI] .

“il-Knisja kienet qiegħda titlob lil Alla għalih bil-ħerqa” (Atti 12,5)

Il-Ktieb tal-Atti tal-Appostli jirrakkonta li meta s-sultan Erodi medd idu fuq Pietru u tefgħu il-ħabs, il-knisja ewlenija ta’ Ġerusalemm waqfet bil-ħrara miegħu permezz tat-talb (Atti 12,1-5). Dan irrakkont huwa espressjoni mill-isbaħ tar-rabta ta’ komunjoni bejn il-komunità Nisranija u l-mexxejja tagħha, partikularment mas-suċċessur ta’ Pietru, il-Papa, maħtur biex ikun għas-servizz tal-għaqda fl-imħabba fi ħdan il-Knisja Universali. Id-dokument Domus Ecclesiae (nru 4) jgħid li meta l-Papa jagħti t-titlu ta’ Bażilika Minuri lil xi knisja ta’ ċerta importanza fil-ħajja pastorali u liturġika jkun qiegħed juri r-rabta ta’ dik il-knisja malKnisja Rumana u miegħu nnifsu. Ir-rwol u s-sejħa ta’ bażilika minuri huwa propju li tkun sinjal li jfakkar u jippromwovi l-valur tal-komunjoni bejn knisja lokali u r-Ragħaj ewlieni tal-Knisja Universali. Biex jenfasizza dan il-valur il-logo tal125 Sena Bażilika jinkludi żewġ simboli Papali u bażilikali karatteristiċi: l-umbrellun [XXVII] u s-salib bi tliet żbarri. Ir-rabta mal-Papa però ma tiqafx fis-simboli esterni. Kif jgħid Domus Ecclesiae, trid tesprimi ruħha konkretament u attivament b’inizjattivi liturġiċi, kateketiċi u pastorali. Fost id-dmirijiet propji ta’ bażilika, minn barra attenzjoni partikulari għaċ-ċelebrazzjonijiet liturġiċi, id-dokument Domus Ecclesiae (nri 7,13,14) jħeġġeġ ukoll li jsiru korsijiet ta’ katekeżi (mixja ta’ formazzjoni Nisranija) għall-poplu t’Alla, partikularment dwar it-tagħlim li nsibu fid-dokumenti li l-Papa u l-kollaboraturi tiegħu fil-Kurja Rumana joħorġu minn żmien il-żmien. Il-katekeżi organizzata mill-bażiliċi mistennija tagħti tiffoka b’mod speċjali fuq dokumenti Papali jew tas-Santa Sede li jitkellmu dwar il-liturġija (DE nru12). L-istess dokumentjgħid ukoll li biex tidher ċara r-rabta ta’ komunjoni bejn bażilika minuri u s-Sede Rumana ta’ Pietru għandhom jiġu ċċelebrati b’ċerta kura l-festa tal-Katedra ta’ San Pietru fit22 ta’ Frar, is-solennità tal-Appostli San Pietru u San Pawl fid-29 ta’ Ġunju, u l-anniversarju tal-

elezzjoni tal-Papa jew inkella tal-inawgurazzjoni tal-pontifikat tiegħu (nru 15). L-anniversarju tal-125 Sena Bażilika huwa okkażjoni f’waqtha biex nagħrfu li aħna m’aħniex waħedna, imma filwaqt li għandna identità u karatteristiċi li jiddistingwuna bħala Familja Karmelitana fil-Belt, aħna niffurmaw ukoll parti minn Familja akbar li hi l-għaqda tad-dixxipli ta’ Ġesù mxerrdin mal-erba’ rjiħat tad-dinja, f’komunjoni mal-Papa, il-Vigarju ta’ Ġesù fuq l-art.

Bażilika Minuri “Karmelitana”

Ma setax jonqos li l-logo jesprimi wkoll l-identità, is-sejħa u l-missjoni Karmelitana tas-SantwarjuBażilika tagħna billi jinkludi verżjoni stilizzata tal-arma tal-Ordni Karmelitan. Dan juri l-impenn tal-Familja Karmelitana fil-Belt Valletta, iffurmata mir-reliġjużi, sekulari professi fit-Terz Ordni u lajċi oħra, li, bix-xhieda u l-inizjattivi liturġiċi, kateketiċi u pastorali tagħha, tippromwovi l-imħabba lejn il-Patruna tagħna, l-Imqaddsa Verġni Marija tal-Għolja tal-Karmelu, li għallġieħ tagħha hu mwaqqaf l-Ordni tal-Karmelu. Iddimensjoni Marjana tal-ispirtu tal-Karmelu tiġbor fiha l-valuri kollha tal-kariżma u l-ispiritwalità Karmelitana, li huma t-tfittxija u l-familjarità ma’ Alla fit-talb, fil-ħajja fraterna, u fil-qadi tal-Knisja u tal-bnedmin fuq l-eżempju ta’ Ommna Marija u tal-Profeta Elija. Fl-għajxien tal-valuri tal-kariżma Karmelitana jgħinna wkoll l-eżempju ta’ ħutna l-qaddisin Karmelitani li waslu qabilna sal-quċċata tal-Karmel li hu Sidna Ġesù Kristu.

Konklużjoni: “Nidħlu bil-hena…”

Rajna li fis-Salm 45,15-16, mnejn il-motto hu ispirat, is-salmista jiddeskrivi s-sultana titwassal għat-tieġ ma’ sħabha fil-palazz tas-sultan “b’għajjat ta’ ferħ u hena”. Għedna li t-tradizzjoni Nisranija tara fis-sultan xbieha ta’ Ġesù, u fis-sultana xbieha tal-Knisja, l-għarusa li Ġesù “ħabb (…) u ta ħajtu għaliha (…) biex iqaddisha u jnaddafha bil-ħasil tal-ilma u l-kelma u biex iressaqha quddiemu, din il-Knisja, sabiħa, bla tebgħa, bla tikmix, bla għajb, u b’xejn minn dan, imma qaddisa u bla tmaqdir minn ħadd” (Ef 5,25-27). Is-sultana tas-Salm 45 hija wkoll xbieha ta’ kull wieħed u kull waħda minna, il-membri tal-Knisja. Jalla l-komunità Nisranija u Karmelitana tas-Santwarju-Bażilika tagħna, kif ukoll kull wieħed u waħda minna, ngħożżu u napprezzaw dak li dan is-Sultan u Għarus hekk nobbli għamel magħna, u nibżgħu għall-qdusija, għall-ġmiel u d-dinjità tal-grazzja li żejjinna bihom bil-fidwa li wettaq għalina, li biha għamilna denji li nkunu “l-Għarusa” u “l-Għamara” tiegħu, biex ikun jista’ “jitgħaxxaq” bina. Jalla l-għerusija tagħna ma’ Ġesù, kif ukoll l-għamara tiegħu fina u tagħna fih, u l-għamara tagħna flimkien miegħu fi ħdan il-Missier, tkun l-għajn tal-ferħ sħiħ tagħna, dak “il-ferħ talVanġelu,” li kif jgħid il-Papa Franġisku, “jimla l-qalb u l-ħajja kollha ta’ dawk li jiltaqgħu ma’ Ġesù. Dawk li jħallu lilU jsalvahom, jinħelsu mid-dnub, minniket, mill-vojt ġewwieni, mill-iżolament. Ma’ Ġesù Kristu dejjem jitwieled u jerġa’ jitwieled mill-ġdid il-ferħ” [XXVIII] .

Referenzi

[I] Fit-traduzzjoni Griega tat-Tesment il-Qadim imsejħa “tasSebgħin”, jew “is-Septwaġinta”, u wkoll fit-traduzzjoni Latina talBibbja magħrufa bħala “l-Vulgata”, dan is-salm hu nnumerat bħala l-44 wieħed, għax f’dawn il-verżjonijiet xi salmi huma nnumerati differenti minn kif jinsabu fil-Bibbja Ebrajka. Ħafna traduzzjonijiet moderni jimxu man-numerazzjoni Ebrajka, kif se nagħmlu aħna f’dan l-artiklu, filwaqt li jġibu n-numerazzjoni “tas-Sebgħin” filparentesi. [II] Din is-sezzjoni hija bbażata prinċipalment fuq in-noti għasSalm 45 li nsibu f’The New American Bible, Revised Edition, ippubblikata fl-2011 u aċċessibbli fuq l-internet fis-sit tal-United States Conference of Catholic Bishops (2020). Ara l-introduzzjoni ġenerali għall-Ktieb tas-Salmi : http://www.usccb.org/bible/ scripture.cfm?bk=Psalms&ch= u s-Salm 45 bin-noti tiegħu: http://www.usccb.org/bible/ psalms/45 . Għejjun oħra huma John L. McKenzie S.J., Psalms, in Dictionary of the Bible, New York – Londan, 1965, 702-706; John S. Kselman S.S. – Michael L. Barré S.S., Psalms, in The New Jerome Biblical Commentary, edited by Raymond E. Brown S.S. – Joseph A. Fitzmyer S.J. – Roland E. Murphy O.Carm., Bangalore 2000, 523- 527, 533; [III] Ħafna mis-salmi għandhom titlu fil-bidu. Fil-Bibbja Ebrajka t-titlu hu magħdud bħala l-ewwel vers tas-salm. Filwaqt li xi traduzzjonijiet, bħall-Bibbja Ebrajka, jgħoddu wkoll it-titlu bħala l-ewwel vers tas-salm, oħrajn le. Dan jispjega n-numerazzjoni differenti tal-versi tas-salmi li nsibu fi traduzzjonijiet differenti talBibbja. F’dan l-artiklu se nimxu mal-Bibbja Ebrajka li tgħodd it-titlu bħala l-ewwel vers tas-salm. [IV] Ara La Bibbia dei Gerusalemme, test bibliku minn La Sacra Bibbia tal-Conferenza Episcopale Italiana, 1971, noti u kummenti ta’ La Bible de Jerusalem, 1984, edizzjoni Taljana minn F. Viattoni u oħrajn, Bologna 1998, 1166. Dwar is-slaten Salamun u Aħab nafu li t-tnejn iżżewġu prinċipessi barranin. Dwar in-nisa ta’ Salamun ara 1Slat 11,1-3. Aħab iżżewweġ lil Ġeżabel, bint Etbagħal, sultan Feniċju (1Slat 16,31). Ġerobogħam II huwa msemmi għallprosperità ekonomika li kkaratterizzat is-saltna twila tiegħu (ara 2Slat 14,23-29). [V] Il-Ktieb tas-Salmi jiġbor fih diversi kollezzjonijiet ta’ salmi. [VI] Membri tat-tribù ta’ Levi li kienu jgħinu lill-qassisin fil-liturġija u ż-żamma tat-tempju ta’ Ġerusalemm. [VII] Il-kelma “maskil” li nsibu fit-titli ta’ xi salmi hi kelma Ebrajka li m’għandha xejn x’taqsam mal-kelma “maskil” bil-Malti, li tirreferi għall-ġeneru oppost tal-femminil. [VIII] Tant hu hekk li l-liturġija tuża siltiet minnu fis-salm responsorjali tal-quddiesa tal-jum tas-solennità ta’ Sidtna Marija mtellgħa s-sema bir-ruħ u l-ġisem. [IX] “Isma’ binti”. San Ġwann de Ávila oriġinarjament indirizza dan it-trattat spiritwali lil waħda mid-dixxipli tiegħu, Doña Sancha Carrillo. Hu l-opra l-aktar magħrufa u importanti fost ilkitbiet li ħallielna l-“Maestro Ávila”, kif kienu jsibuh fi żmienu. Baqa’ jirrevedih u jorqmu ħajtu kollha, sakemm miet. Mhuwiex biss wirt imprezzabbli ta’ direzzjoni spiritwali għall-Knisja, imma wkoll wieħed mill-aqwa eżemplari tal-letteratura Spanjola b’mod ġenerali tas-seklu 16, “is-seklu tad-deheb” Spanjol. [X] Il-kliem Grieg qiegħed jinkiteb bl-alfabett Malti u kif jinħass bilMalti. [XI] L-istess bħall-espressjoni Ingliża “royal court”. [XII] “Bażilika palatina” għax tifforma parti minn palazz. [XIII] Kien biss xi sitt sekli wara, meta l-memorja tal-kulti pagani kienet għabet għal kollox mill-memorja kollettiva popolari, li kien hemm xi każi fejn tempji Griegi u Rumani antiki ġew mibdula fi knejjes Insara. [XIV] “Id-Dar tal-Knisja”. [XV] Fi qbil mal-interpretazzjoni Nisranija tas-Salm 45,16 mnejn il-motto hu ispirat. [XVI] Tajjeb ngħidu hawnhekk li fil-Lvant Nofsani d-divinità kienet meqjusa li tgħammar fit-tempju tagħha bħal sultan fil-palazz tiegħu, u kif sultan tal-art kien ikun moqdi mill-uffiċċjali u l-qaddejja tiegħu,

hekk id-divinità kienet tkun moqdija mill-qassisin. Din l-idea tidher wara ċerti prattiċi kultwali li nafu li kienu jsiru fit-tempju ta’ Ġerusalemm. Interessanti wkoll li l-kelma Ebrajka għas-santwarju, ħêkāl, ġejja minn kelma Akkadika u Sumerjana li tfisser “dar kbira”, u li fl-Akkadiku aktar kienet tintuża għal palazz milli għal tempju. Ittempju nsibuh imsejjaħ ukoll sempliċiment bħala “d-dar tal-Mulej”. Ara McKenzie, Temple, f’Dictionary of the Bible, 872-878, u John J. Castelot – Aelred Cody O.S.B., Religious Institutions of Israel, f’The New Jerome, 1254. [XVII] Ara t-tieni lezzjoni tal-Uffiċċju tal-Qari tat-Tifkira talPreżentazzjoni ta’ Marija fil-Liturġija tas-Sigħat, iv, Kummissjoni Liturġika għall-Provinċja Ekkleżjastika Maltija, Malta 1994, 1508- 1509. [XVIII] Kif rajna aħna u nikkummentaw is-Salm 45. [XIX] San Franġisk t’Assisi, Tislima lill-Verġni Mqaddsa Marija, f’IlKitbiet ta’ San Franġisk u Santa Klara, editjat minn Ġorġ Aquilina O.F.M., traduzzjoni ta’ Ġużepp B. Xuereb O.F.M. – Marjanu Vella O.F.M. – M. Immakulata Bellizzi O.S.C., Malta 1986, 159. [XX] Santa Marija Maddalena de’ Pazzi, I quaranta giorni, in Tutte le opere […] dai manoscritti oriġinali, edited by Ermanno del SS. Sacramento, i, Firenze 1960. [XXI] Tereża ta’ Ġesù, Kastell Ġewwieni 1,1,1 : Il-Kitba ta’ Santa Tereża ta’ Ġesù, maqlub għall-Malti minn Anġeliku Busuttil O.C.D., ii, Malta 1991, 199, 200. [XXII] Ibid., 1,2,3, 204. [XXIII] Ara t-tieni lezzjoni tal-Uffiċċju tal-Qari tal-festa ta’ Santa Marija Maddalena de’Pazzi, fil-Liturġija tas-Sigħat, ii, 1584.

[XXIV] Fil-Programm tal-Festa tal-Madonna tal-Karmnu tal-Belt Valletta 2018 deher artiklu li jiddeskrivi fid-dettall ir-rit taddedikazzjoni tal-knejjes. [XXV] Ara 1Slat 19,12. Din il-frażi normalment insibuha tradotta bil-Malti bħala “żiffa ħelwa”, imma “ħoss ta’ skiet idamdam” hi aktar qrib l-oriġinal Ebrajk. Hi espressjoni letterarja paradossali millisbaħ li timplika l-alterità, l-indefinibbiltà u l-elużività ta’ Alla, li jibqa’ dejjem lil hinn mill-ħakma u l-kontroll tal-bniedem. [XXVI] Id-dokument ġa msemmi qabel Domus Ecclesiae, maħruġ fl-1989 mill-Kongregazzjoni għall-Kult Divin u d-Dixxiplina tasSagramenti biex jirregola l-għoti tat-titlu ta’ Bażilika Minuri, filparagrafu nru 7 jgħid li biex knisja tirċievi din id-dinjità “trid tispikka bħala ċentru ta’ liturġija attiva u pastorali, speċjalment permezz taċ-ċelebrazzjonijiet tal-Ewkaristija l-Aktar Qaddisa, talpenitenza, u tas-sagramenti l-oħra, ċelebrazzjonijiet li għandhom ikunu eżemplari kemm fil-preparazzjoni li ssir għalihom, kif ukoll fleżekuzzjoni tagħhom skont in-normi liturġiċi u bil-parteċipazzjoni attiva tal-poplu t’Alla”. [XXVII] Wieħed mill-insinji bażilikali li wieħed isib f’ħafna bażiliċi u li spiss jinkludu wkoll it-tintinablu u l-altar papali bil-baldakkin fuqu. It-tifsira ta’ dawn l-insinji nsibuha f’artiklu ieħor f’dan ilktejjeb. [XXVIII] Papa Franġisku, Eżortazzjoni Appostolika Evangelii gaudium (24 ta’ Novembru 2013), 1.

Ħolmu. Stinkaw. Talbu. Wettqu. IsSantwarju tal-Karmnu jsir Bażilika Minuri

Yendrick Cioffi

Is-Santwarju tal-Madonna tal-Karmnu minn dejjem kien imżejjen mhux biss bi xbiehat devoti li ġibdu lejhom id-devozzjoni tal-poplu Malti u Għawdxi u b’opri meraviljużi tal-arti, iżda anke b’Patrijiet Karmelitani li dejjem ħabbew dan is-Santwarju u ħadmu biex jagħtuh id-dinjità li jixraqlu. Ħadmu biex fl-1881 ġiet inkurunata x-xbieha devota tal-Madonna tal-Karmnu, stinkaw biex fl-1895 dan is-Santwarju ngħata d-dinjità ta’ Bażilika Minuri. Irsistew biex imlewh bl-isbaħ opri tal-arti. Ġabru l-flus biex jinbena Santwarju ġdid meta dak antik intlaqat mill-bombi tat-Tieni Gwerra Dinjija. Komplew jaħdmu biex żejnu s-Santwarju l-ġdid u fiż-żmienna raw li jitlesta minn kollox u għalhekk żejnuh b’pavimentar mill-isbaħ talirħam u kkonsagrawh kollu kemm hu lil Alla. Magħhom ħadmu missirijietna li dejjem għożżew id-devozzjoni lejn il-Madonna tal-Karmnu. Dan l-artiklu, sommarju ta’ dak li kitbu żewġ Patrijiet li ħabbew lil dan is-Santwarju, Patri Lawrenz Sammut O.Carm u Patri Valentin Borg Gusman O.Carm, dwar il-ġrajja li waslet biex isSantwarju tal-Madonna tal-Karmnu sar Bażilika, 125 sena ilu, niddedikah lil dawn il-Patrijiet ħajjin u mejtin u lil missirijietna li magħhom ħadmu id f’id u għaddew lilna l-imħabba lejn il-Madonna talKarmnu u s-Santwarju Bażilika lilha ddedikat.

14-il sena wara l-Inkurunazzjoni ... ħolma biex tal-Karmnu ssir Bażilika

Mhuwiex fil-kompitu ta’ dan l-artiklu li jidħol fid-dettall ta’ xi tfisser Bażilika. Dak jagħmluh artikli oħra f’din il-pubblikazzjoni. L-għan ta’ dan l-artiklu huwa li jfakkar fl-istorja li waslet biex isSantwarju tal-Karmnu sar Bażilika Minuri u anke l-festi kbar li ġew iċċelebrati f’Lulju ta’ 125 sena ilu kif jirrakkontaw il-gazzetti lokali ta’ dak iż-żmien. Kien biss ftit tas-snin wara l-inkurunazzjoni solenni tax-xbieha tal-Madonna tal-Karmnu li nibtet ixxewqa fost il-Patrijiet Karmelitani li s-Santwarju fil-qalba tal-Belt Kapitali jingħata d-dinjità ta’ Bażilika Minuri. Raw li s-Santwarju tal-Karmnu kellu l-kwalitajiet kollha meħtieġa u xammru l-kmiem biex it-talba waslet quddiem il-Papa Ljun XIII, Papa devot tal-Madonna tal-Karmnu.

Il-Provinċjal tal-Ordni Karmelitan Luigi Malfatti li fl-għodwa tal-14 ta’ Lulju qara d-Digriet Pontifiċju Apparti li talbu lill-Ġeneral tal-Ordni Karmelitan biex iwassalha quddiem is-Santa Sede x-xewqa tagħhom, talbu wkoll l-għajnuna tal-Isqof ta’ Malta Monsinjur Pietru Pace u s-Sur Mikiel Anġ Mizzi. Skont Patri Lawrenz, dan Sammut kien “mir-Rabat t’Għawdex u ħabib tal-Komunità Karmelitana u devot tal-Madonna tal-Karmnu, li dak iż-żmien kien Ruma bħala Kavallier tal-Papa. [I]

Is-Supplika

Fl-arkivju tal-Kunvent wieħed għadu jista’ jsib kopja manuskritta tas-supplika li l-Patrijiet bagħtu lill-Papa. Patri Valentin Borg Gusman jagħti traduzzjoni ta’ din is-supplika: Il-Knisja tal-Madonna tal-Karmnu tal-Belt Valletta, Malta, hija waħda mill-iktar knejjes li jolqtuk minħabba d-daqs u l-bini tagħha. Ukoll għax mgħammra b’għadd ta’ rqim u opri talarti. [II] Ilha ħafna li nbniet. [III] L-aqwa preġju tagħha huwa s-Santwarju, jiġifieri dik il-parti madwar l-artal maġġur, għaliex hemm ix-xbieha Mirakoluża tal-Madonna tal-Karmnu. [IV] In-nies tal-Belt u ta’ kull rokna ta’ Malta għandhom devozzjoni kbira lejn din ix-Xbieha, għax ilha minn żmien twil tagħmel magħhom mirakli u taqlgħalhom grazzji kbar. [V] Xhieda ta’ dan huma l-ex voti li hemm imdendlin mal-ħitan tasSantwarju, l-iffullar bla heda tan-nies quddiem

This article is from: