1 minute read
Messaġġ tal-Arċisqof ta’ Malta Mons.Charles J. Scicluna Napprezzaw Dak Li Għadda, Ngħixu L-Preżent, u Nħarsu ’L
Messaġġ tal-Arċisqof ta’ Malta Mons. Charles J. Scicluna
Mons. Charles J. Scicluna
Advertisement
Arċisqof ta’ Malta
It-titlu ta’ Bażilika minuri tgħaqqad knisja partikolari mal-knejjes ta’ Ruma u huwa sinjal konkret li għandu jfakkarna li aħna familja waħda b’ragħaj suprem li huwa l-Papa. Sidtna Marija kellha mħabba kbira għad-dixxipli kollha ta’ Ġesù.
Nistgħu nimmaġinaw kemm kienet tħares b’għożża lejn Pietru li binha għażel bħala l-blata. Anke meta
Pietru ċaħad lil binha Ġesù u nfexx f’bikja qawwija ta’ ndiema, wieħed jista’ jimmaġina li Marija kienet hemm tkompli l-ħarsa kollha ħniena ta’ binha Ġesù. Kienet żgur hemmhekk meta l-Ispirtu s-Santu niżel b’qawwa fuq l-appostli u Pietru ħareġ ixandar il-qawmien ta’ Ġesù ta’ Nazaret u s-salvazzjoni li wieħed isib biss fih.
Mis-santwarju tagħha l-Madonna tal-Karmnu tistieden lill-Maltin kollha biex ikunu qrib binha
Ġesù. Nawgura li dan l-anniversarju sabiħ ikun ukoll opportunità fejn is-santwarju għażiż tal
Madonna tal-Karmnu fil-Belt Valletta, jiskopri missjoni ta’ interċessjoni għall-Knisja, għallisqfijiet u b’mod speċjali għall-qdusija tiegħu l-Papa.
Nitolbu wkoll biex bl-interessjoni ta’ Sidtna Marija
Il-125 sena minn meta s-Santwarju tal-Madonna tal-Karmnu fil-Belt Valletta ġie mgħolli għaddinjità ta’ Bażilika Minuri, għandu jkun għalina okkażjoni biex nifhmu li din id-dinjità hija wkoll sejħa biex fost it-talb li joħroġ mill-qalb ta’ tant devoti li jżuru din il-knisja monumentali, ikun hemm interċessjoni kontinwa għall-qdusija tiegħu
l-Papa. l-Ordni Karmelitan ikun imżejjen b’vokazzjonijiet qaddisa għall-ħajja reliġjuża u li permezz tatTerzjarji tal-labtu għażiż tal-Karmnu, il-preżenza tiegħu fid-dinja, tkun ħmira li tħalli frott ta’ qdusija.
Bil-qalb nagħti lil kulħadd il-barka pastorali tiegħi.