23 minute read

Bażilika Minuri

Papa Ljun XIII din ix-Xbieha u fuq kollox, l-Inkurunazzjoni solenni tagħha, b’digriet tal-Kapitlu Vatikan. [VI]

Is-supplika titkellem ukoll dwar id-dekor u l-ġmiel ta’ kult imwettaq fis-Santwarju kemm mid-devoti li jmorru fiha kuljum u anke mill-Patrijiet li jamministrawha: Dawn joqogħdu l-ħin kollu għall-qrar, iwettqu l-ministeru tal-Kelma t’Alla bil-priedki tagħhom, u jiċċelebraw il-funzjonijiet sagri bl-akbar dekor u b’imġiba edifikanti, ħwejjeġ ta’ fejda spiritwali għall-poplu ta’ Malta. [VII]

Advertisement

Fl-aħħarnett, is-Supplika tgħid għaliex il-Patrijiet qegħdin jitolbu lill-Qdusija Tiegħu l-Papa jagħti lill-knisja tagħhom it-titli u l-unuri ta’ Bażilika Minuri:

Hija x-xewqa tagħhom li jaraw tikber dejjem iżjed il-glorja t’Alla, il-qima lejn il-Madonna talKarmnu, u l-ġid spiritwali ta’ dawk li jemmnu. [VIII]

X’kiteb l-Isqof Pietru Pace? Il-Ġeneral u Mikiel Anġ jagħtu daqqa ta’ id

L-Isqof Pietru Pace wkoll jagħmel supplika lillPapa Ljun XIII u t-talba tiegħu ġġib id-data tas17 ta’ Dicembru 1889 [IX] . L-Isqof jikkonferma dak kollu li niżżlu l-Patrijiet fis-Supplika u jżid, li minnaħa tiegħu, huwa jirrakkomanda b’qalbu kollha l-għotja tal-privileġġ. [X]

L-Isqof mhux biss jirrakkomanda l-privileġġ, imma ġab ukoll ir-raġunijiet li għalihom kellu jingħata. L-ewwelnett isemmi l-arti li hemm fil-maqdes, inklużi l-edilizja, l-ex voti u t-tagħmir sagru għallfunzjonijiet u l-kult divin. [XI] Wara, jiddeskrivi blakbar tifħir, il-konkorrenza tal-Beltin u ta’ Malta kollha f’dan is-Santwarju. [XII] Isejjes imbagħad it-tielet raġuni fuq id-devozzjoni kbira lejn ixXbieha tal-Madonna tal-Karmnu li hemm f’dan is-Santwarju hekk li, fl-1881, stħaqqilha li tkun Inkurunata b’digriet tal-Kapitlu Vatikan. [XIII] Flaħħar jagħti tagħrif tal-ogħla foħrija tal-Karmelu Malti għall-appostolat tiegħu bil-kelma u bleżempju. [XIV]

Mhux ta’ b’xejn, jgħid ukoll Patri Valetin Borg Gusman, li l-Ġeneral tal-Ordni Karmelitan ħassu fid-dmir li jibgħat irodd ħajr lill-Isqof Pace talkoperazzjoni tiegħu. [XV]

Lura għat-talba, il-Patrijiet kienu bagħtu s-supplika tagħhom lill-Ġeneral tal-Ordni biex jippreżentaha hu lill-Papa. L-istess Ġeneral ukoll għamel rakkomandazzjoni. [XVI] Jisħaq li dak kollu mniżżel fis-supplika huwa minnu, għax ra b’għajnejh dak mitkub. [XVII]

Jidher li l-Kavallier Mikiel Anġ Mizzi ma naqasx milli jagħti daqqa ta’ id anke għax il-Ġeneral, f’ittra minn tiegħi, ifaħħar l-enerġija u l-ħidma ta’ Mizzi li wasslu biex is-Santwarju tal-Karmnu ngħata d-dinjità ta’ Bażilika Minuri u jisħaq li dan għandu jitqies bħala benefattur kbir tal-Ordni, speċjalment tal-Kunvent tal-Belt. [XVIII]

Il-Bolla u r-Reskritt tal-Pivileġġ

Wieħed mit-teżori li wieħed isib fil-Kunvent talBelt żgur li hija l-bolla Bażilikali li permezz tagħha l-Papa Ljun XIII għolla għad-dinjità ta’ Bażilika Minuri lis-Santwarju tal-Madonna tal-Karmnu fit13 ta’ Mejju tal-1895. Id-digriet, “in supremo sacro Pricipatis culmine,” jiddikjara li minn dakinhar ‘il quddiem, isSantwarju tal-Madonna tal-Karmnu tal-Belt, ġie mgħolli għad-dinjità ta’ Bażilika Minuri [XIX] u li din id-dinjità tiġbor fiha mhux biss it-titlu ta’ Bażilika “Basilica nuncupari”, imma ukoll l-istatus tagħha: “atque uti talis haberi. ” Għalhekk fil-funzjonijiet solenni li jsiru fil-pubbliku u fil-purċissjonijiet jista’ jintuża l-Umbrellum Bażilikali, l-istess bħallBażiliċi Minuri ta’ Ruma. [XX] Flimkien mal-privilegġ tal-umbrellun, ingħataw lill-istess maqdes, ilprivileġġi l-oħra kollha li tgawdi kull waħda minn dawk il-Bażiliċi mingħajr ebda differenza. [XXI]

Id-digriet, li jagħmel ukoll referenza għaddevozzjoni kbira li l-Maltin u l-Għawdxin għandhom lejn ix-xbieha Inkurunata tal-Madonna tal-Karmnu jiddikjara li l-privileġġi mogħtija lillBażilika tal-Karmnu, ma jistgħu qatt u għall-ebda raġuni u mill-ebda awtorità, jiġu rrevokati jew inkella mibdula [XXII] . Jgħid li kull attentat kontrihom minn xi awtorità jew dinjità, anke jekk stess talOrdinarju, Kardinal jew Nunzju, huwa invalidu. [XXIII] Għalhekk kull min jazzarda jeħodha kontra d-digriet tat-twaqqif, tad-dinjità u tal-konċessjoni,

Id-Digriet tal-Għoti tal-Bażilika ikompli jgħid id-digriet, jiġbed fuqu l-korla ta’ Alla u tal-Qaddisin tiegħu, l-Appostli San Pietru u San Pawl. [XXIV]

Fid-9 ta’ Lulju, tal-istess sena, inħareġ ukoll Reskritt mill-Vatikan li huwa parti integrali millBolla [XXV] u li l-għan tiegħu kien li jneħħi kull dubju dwar il-privileġġi mogħtija mill-Papa lill-Bażilka tal-Papa. Dan id-dokument Pontifiċju huwa ffirmat mill-Prefett, il-Kardinal A. Bianchi u mibgħut lillProvinċjal [XXVI] . Jagħti dan it-tagħrif: • L-Umbrellun Bażilikali jrid ikun mirqum b’sitt armi: tal-Qdusija Tiegħu l-Papa Ljun

XIII, tal-Ordni Karmelitan, tal-Eminenza

Tiegħu l-Kardinal Protettur tal-Ordni (Vincenzo Vannutelli), tal-Pirjol Ġenerali tal-Ordni (Luigi M. Galli), tal-Isqof ta’ Malta (Pietro Pace), u tal-Belt ta’ Malta. [XXVII] • Ir-reffiegħ tal-Umbrellun Bażilikali jrid ikun liebes suttana sewda tal-ħarir damaskat, bit-tixmiriet ta’ lewn il-kannella, bħall

Mazzier tan-Nadur. [XXVIII] • Minflok l-artal maġġur jista’ jitqiegħed ieħor ta’ għamla orjentali, jiġifieri jħares lejn in-nies. Jorqmuh erba’ kolonni li fuqhom jitwaqqaf il-baldakkin jew ċelu, jigifieri t-Tribuna, l-istess bħall-erba’ Bażiliċi Minuri ta’ Ruma, għaliex bħalhom is-Santwarju tal

Karmnu ġie ddikjarat Bażilika. [XXIX]

Jibdew il-festi! Jaslu Malta l-Umbrellun, itTintinnablu u d-Dokumenti

Fatt importanti u li ta’ min wieħed isemmi huwa li kemm il-Bolla u r-Reskritt u anke l-ewwel Tintinnablu u umbrellun waslu Malta direttament minn Ruma u wassalhom il-Kav. Anġ Mizzi. Dan huwa kkonfermat kemm mill-ittra tal-Ġeneral talOrdni Karmelitan u anke mill-istess Mizzi li jikteb il-gazzetta ‘Il Portafoglio Maltese.’ [XXX] Dan wasslu Malta fit-12 ta’ Lulju tal-1895. Dan kien ifisser ukoll spejjeż li għal dak iż-żmien ma kinux żgħar u fi kliem il-Ġeneral kienu xierqa għallprivileġġ li nkiseb. [XXXI] B’kollox, dawn kienu jlaħħqu s-somma ta’ erbat elef u tlieta u għoxrin lira. Lura għall-wasla tal-bolla u l-insinji Bażilika, fil- ’Portafoglio Maltese’ jitniżżel kif Mizzi wasal Malta abbord il-bastiment ’Carola.’ Kienu bosta dawk li marru jilqgħuh u hekk kif il-vapur deher fil-bokka tal-Port il-Kbir, telqet lanċa ppakkjata bin-nies biex tagħtih merħba. Kif rabat mal-moll, tkompli tgħid il-gazzetta, kien hemm ħafna nies li telgħu abbord iċapċpu u jgħajtu bil-ferħ. Magħhom kien hemm il-Pirjol Patri Bert Grech. Mizzi tah il-bolla oriġinali u anke r-reskritt flimkien ma’ bolla legali tal-bolla. L-umbrellun u t-Tintinnablu ġew fdati f’idejn uħud minn dawn li nġabru li waslulhom b’mod ”trijonfali” sas-Santwarju Karmelitan. Min-naħa tiegħu, Mikiel Anġ Mizzi baqa’ sejjer dritt għall-Palazz tal-Arċisqof u l-gazzetta ‘Il Portafoglio Maltese,’ tikteb li l-Isqof Pietru Pace feraħ immens bl-aħbar tal-wasla ta’ Mizzi u qallu: “mhux biss nhar it-Tlieta nassistu mit-tron għall-Quddiesa Solenni tal-festa tal-Karmnu, imma wkoll nhar ilĦadd għall-qari tal-Bolla Appostolika. [XXXII]

It-Tribuna u l-Artal Papali

Hawn ta’ min niefqu ftit mir-rakkont tal-ġrajja biex infakkru li apparti l-privileġġ tal-insinji Bażilikali, il-Papa Ljun XIII ta lill-Karmelitani il-privileġġ talArtal Papali, uniku f’Malta għal dak iż-żmien. Patri Valentin Borg Gusman jikkwota ittra talĠeneral tal-Ordni li bagħat lill-Provinċjal Malti biex jikkonfermalu li ngħata wkoll dan il-privileġġ. [XXXIII] Minnufih bdiet il-ħidma biex jinbidel l-artal maġġur. Tellgħu tribuna proviżorja u ma damux ma ordnaw waħda tal-irħam, biċ-ċelu tal-bronz indurat bid-deheb. [XXXIV]

Fuq il-parir ta’ persuni kompetenti, huma għażlu l-abbozz ippreżentat mid-Ditta Lo Turcota Messina u fis-7 ta’ Marzu 1898, għamlu magħha l-kuntratt quddiem in-Nutar Carlo Micallef de Caro. [XXXV] Ilmissier Francesco u ż-żewg uliedu, Isidoro u Mario Antonio, intrabtu li jwettqu huma x-xogħol tattribuna u tal-Artal Papali. Għal tmiem Settembru tas-sena ta’ wara (1899), ix-xogħol kien lest hekk, li fis-6 t’Ottubru ta’ dik issena, l-Artal Papali kien ikkonsagrat minn Mons. Salvatore Gaffiero, Delegat tal-Isqof Mons. Antonio

It-Tintinnablu li nġab fl-1895 Buhagiar, Amministratur Appostoliku tad-Djoċesi ta’ Malta u Isqof ta’ Ruspa. [XXXVI]

Patri Valentin ikompli jgħid li mid-dehra d-Ditta Lo Turco naqset f’xi ħaġa li biha ntrabtet fil-kuntratt, għaliex, fl-14 ta’ Novembru 1899, il-Patrijiet iddeċidew li jirrexindu l-kuntratt. [XXXVII] Tliet gimgħat wara, fl-4 ta’ Diċembru, huma ddelegaw lill-Pirjol, Patri Bert Grech, biex jagħmel kuntratt ieħor mas-Sur Federico Bonetti, ħalli jieħu hu x-xogħol tal-irħam tal-erba’ kolonni tat-Tribuna u tal-kapitelli tagħhom, bil-prezz ta’ £100 (mitt lira sterlina). [XXXVIII] Iċ-ċelu mbaghad tat-Tribuna u l-ornamenti tal-bronz ta’ mal-kolonni ġew fdati f’idejn ċertu Piju Cellini. [XXXIX]

L-inawgurazzjoni tal-Bażilika

Lura għaċ-ċelebrazzjonijiet li saru 125 sena ilu. Jekk il-15 ta’ Lulju tal-1881 tniżżel b’ittri taddeheb fl-istorja tal-Karmelitani Beltin, dak tal-14 ta’ Lulju tal-1895 mhux b’inqas. Dakinhar kien jum l-inawgurazzjoni tal-Bażilika Minuri, fil-qalba talBelt Kapitali. Kien għall-ħabta tal-4:00pm meta l-Patrijiet Karmelitani, lebsin il-kappa l-bajda, marru jilqgħu lill-Eċċ. Tiegħu Monsinjur Pietru Pace u wassluh bil-mixi mill-Palazz tiegħu sas-Santwarju. L-Isqof kien liebes l-ilbies Pontifikali u kien assistit millMons. Vigarju Ġenerali u minn Kanonku Kapitulari. Kif ħa postu fuq it-tron, imħejji għall-okkażjoni, ilProvincjal, il-W.R.P. Maj. Luigi Malfatti, qara l-Bolla Appostolika tat-twaqqif tal-Bażilika u r-Reskritt. Wara ġie intonat it-Te Deum b’radd il-ħajr lil Alla. Wara l-Isqof ta lin-nies il-Barka Sagramentali. Matul it-Te Deum il-knejjes kollha tal-Belt daqqew bil-kbir. Kif spiċċa, in-nies, li ppakkjaw kull rokna tas-Santwarju u anke ta’ Triq it-Teatru, infexxet f’ċapċipa li jtarrax, filwaqt li serbut twil ta’ musketterija beda jfaqqa’ waħda f’waħda. Il-briju u l-entużjażmu tal-poplu kompla żdied x’ħin l-Isqof deher ħiereġ mill-Bażilika. Saħansitra xi wħud riedu jneħħu ż-żwiemel minn malkarozzella u jiġbdu huma lill-Isqof. Imma hu ma ħallihomx, anke għax kien hemm ħafna nies. Għalhekk għażel li jmur bil-mixi sal-Palazz fost dimostrazzjoni ta’ applawsi u għajjat ta’ ferħ ta’ eluf ta’ ilħna. [XL]

Fuq il-bibien tal-Bażilika kienet twaħħlet skrizzjoni li kienet talba ta’ radd il-ħajr għal din l-okkażjoni unika.

Festi kbira fil-bqija tal-ġranet

Il-festa tal-Madonna tal-Karmnu tal-Belt minn dejjem kienet waħda magħrufa għall-armar, iċċelebrazzjonijiet u l-eluf ta’ devoti li tiġbed lejha iżda dik is-sena kienet waħda speċjali u dan jixhduh il-gazzetti, b’mod partikolari il-gazzetti ”Public Opinion” u ”The Malta Times and United Service Gazette.”

Impossibbli nsemmu kollox fi spazju limitat. Se nsemmi biss il-punti ewlenin. Nibdew bil-festi interni. L-Isqof Pietru Pace kien reġa’ assista mit-tron għall-Quddiesa tal-festa tas16 ta’ Lulju. [XLI] Kien hu wkoll li ta l-barka wara li daħlet lura l-purċissjoni bil-vara tal-Madonna talKarmnu. [XLII]

Dik is-sena, kien mexxa l-Għasar Solenni ta’ Lejlet u Nhar il-Festa u l-Quddiesa Solenni tal-festa, ilProvinċjal tal-Patrijiet Franġiskani Minuri, il-W.R.P. Ġwann Evanġelista Spiteri. [XLIII]

Tnejn mill-aktar paniġeristi magħrufa ta’ dak iż-żmien kienu d-Dumnikan, il-W.R. Lettur P. Vincenzo Giovanni Cremona, u r-Rev Dun Carmelo Schembri tal-Kolleġġjata ta’ San Pawl tal-Valletta. [XLIV] Għalhekk il-Patrijiet għażlu lilhom għallpaniġierċi ta’ nhar il-festa tal-Madonna talKarmnu. Id-Dumnikan għamel dak ta’ filgħodu bitTaljan, u l-ieħor niseġ il-paniġierku waranofsinhar, bil-Malti. [XLV]

Fil-funzjonijiet ta’ lejliet u nhar il-Festa, l-orkestra tmexxiet minn Dr. Paolo u Antonio Nani li għasSantwarju Bażilika tal-Karmnu kitbu fost l-isbaħ mużika.

Festi esterni kbar u mhux fil-Belt biss

Jekk il-festa kienet kbira fil-Bażilika l-ġdida, l-istess fit-toroq tal-Belt Valletta u lilhinn. Fil-fatt, nhar is-Sibt 13 ta’ Lulju, mix-xatt ta’ Tas-Sliema għal Ta’ Xbiex, [XLVI] kienet saret it-tiġrija taż-żwiemel li għaliha attendew eluf. Aktar gazzetti jsemmu l-mixegħla u t-tiżjin li kien hemm fit-toroq tal-Belt, l-aktar f’Misraħ San Ġorġ. Min kiteb li l-Belt kollha ”chienet donna ħuġġieġa uaħda bil-luminazzjoni” [XLVII] , u min kiteb, li ”Splendida oltre ogni dire riusci la generale illuminazione” [XLVIII] . Il-gazzetta “The Daily Chronicle” tikteb hekk: “On all hands the opinion was expressed that the street and other decorations this year were more elaborate than ever. Palace Square was brilliantly illuminated, the many coloured glasses and transparencies being most effective”. [XLIX]

Il-gazzetta ”La Stilla Levantina” tgħid li “fl-aħħar erbat ijiem qabel il-festa, ma kontx tara ħlief baned jiġru mat-toroq tal-Belt bl-istandardi”. [L]

Fil-fatt tissemma l-banda tal-Militar, u tmien baned oħra lokali: “Duke of York” (Birgu), “San Giorgio” (Bormla), “La Vincitrice” (Isla) “Sant’ Andrea” (Luqa), “Armonia” (Msida), “San Giorgio” (Qormi), “San Gaetano” (Hamrun), u “La Vallette” (Valletta). [LI]

Is-Soċ. Fil. Naz. La Valette daqqet f’Misraħ San Ġorġ kemm fl-14 ta’ Lulju u kemm l-għada. Saħansitra, fil-15 ta’ Lulju, akkumpanjat kor ta’ tfal orfni li kantaw innu tal-Madonna tal-Karmnu, miktub mill-Karmelitan P. Franco Carbonaro, u mmużikat mis-Surmast ta’ dik il-Banda: Il-Kav. Vincenzo Carabott. [LII]

L-istess innu ndaqq l-għada nhar il-Festa, taħt ittmexxija tas-Sur Benedetto Perez, bil-mużika tasSur Gaetano Grech, is-Surmast tal-banda “Duke of Edinburgh”. [LIII]

Dan l-innu nkiteb għall-okkażjoni tat-twaqqif talBażilika, kif jidher ċar minn din l-istrofa: “Ratto arriva sull’ali del vento A Valetta la santa parola ‘Del Carmelo la Chiesa, oh portento” Leon Papa Bazilica fé”. [LIV]

Il-logħob tan-nar ma jonqosx. Jissemma b’mod partikolari l-ġigġifogu li beda fl-10.00p.m fuq ilgħolja ta’ Triq l-Ifran. [LV]

Fl-aħħarnett il-purċissjoni. Mit-tagħrif mogħti filgazzetti 125 sena ilu l-Purċissjoni kienet tgħaddi

Il-libsa tar-reffiegħa tal-Umbrellun Bażilikali mit-toroq li għadha tgħaddi minnhom illum: Punent, Arċsqof, Merkanti, San Ġwann, Rjali (Repubblika) u Teatru.

Il-gazzetta “Il Portafoglio Maltese,” tiddeskrivi din ilpurċissjoni bħala “popolare” u “imponentissima”. [LVI]

Lanqas l-armar ma naqas. Biss biss insemmu l-istatwa tal-Papa Ljun XIII li qiegħed jagħti lillKarmelitani l-Bolla Appostolika tal-Bażilika. Din l-istatwa nħadmet fl-1895 mill-artist magħruf Karlu Darmanin u dik is-sena kienet tqiegħdet fi Triq Zekka. [LVII] Dan ifisser li l-istess statwa li għadha tintrama sal-lum fit-toroq tal-Belt Valletta, din is-sena qed tagħlaq 125 sena.

Għeluq

Permezz ta’ dan l-artiklu, għal darb’oħra qed inġeddu l-istorja sabiħa li wasslet biex is-Santwarju Bażilika tal-Madonna tal-Karmnu ngħata dinjità ta’ Bażilika Minuri. Xtaqna li dan l-anniversarju jkun iċċelebrat bil-kbir, l-istess kif sar 125 sena ilu u 25 sena ilu meta kien iċċelebrat l-ewwel ċentinarju tal-Bażilika. Sfortunatament, anke jekk il-programm kien imħejji kollu, minħabba l-pandemija tal-COVID-19, dan ma kienx possibbli. Nixtieq minn qalbi nirringrazzja lill-Pirjol u lil sħabi membri tal-Kumitat Organizzattiv 125 Sena Bażilika li kien inkarigat mill-festi speċjali li kellna niċċelebraw din is-sena. Minn dan kollu, ilħaqna organizzajna biss il-Wirja “125 Sena Bażilika, Nisġa ta’ Storja u Devozzjoni,” li saret fi Frar u li fakkret dan l-anniversarju tant għal qalbna. Kienet wirja tassew dinjituża li żaruha diversi dilettanti u dinjitarji, fosthom il-President tar-Repubblika l-Eċċ. Tiegħu George Vella flimkien mas-Sinjura tiegħu. Għal Mejju kellna programm sħiħ ta’ ċelebrazzjonijiet li kellhom jitħassru. Fost dawn insemmu l-fatt

li l-vara għażiża tal-Madonna tal-Karmnu kellha tqatta’ aktar minn ġimgħa għall-qima tad-devoti fil-Bażilika ta’ Sidtna Marija ta’ Porto Salvo u San Duminku. Minn qalbi nirringrazzja lill-Kappillan u Pirjol, Patri Michael Camilleri O.Carm li kien ħejja programm sabiħ għal dik il-ġimgħa. Nhar l-10 ta’ Mejju filgħodu, kellu jsir pelegrinaġġ kbir bil-vara tal-Madonna tal-Karmnu mill-istess knisja tad-Dumnikani sas-Santwarju Bażilika talKarmnu. Dan kellu jkun akkumpanjat mis-Soċ. Fil. Naz. La Valette u anke mis-Soċ. Fil. King’s Own, iżżewġ baned tal-Belt Valletta li laqgħu l-istedina blakbar ferħ. Kellhom jieħdu sehem ukoll l-għaqdiet kollha tal-festi Beltin. Il-programm kellu jkompli wkoll fil-ġranet ta’ wara b’kunċert, velja Marjana u anke Pontifikal Solenni nhar it-13 ta’ Mejju minn Monsinjur Arċisqof Charles Scicluna. F’Lulju wkoll kellhom isiru ċelebrazzjonijiet kbar. Fost dawn insemmu l-fatt li għan-Novena kienu se jiġu mistiedna l-Bażiliċi kollha ta’ Malta u Għawdex, b’dawk Maltin kienu se jkunu mistiedna wkoll biex jakkumpanjaw fil-purċissjoni tas-16 ta’ Lulju. Dan apparti l-festi esterni u anke armar ġdid li l-Għaqda Festa Madonna tal-Karmnu kienet qed tħejji għal din is-sena speċjali. Sfortunatament minn dan mhu se jsir xejn. Iżda minn dan kollu nemmen li ħareġ il-pożittiv ukoll. Is-Santwarju Bażilika kellu jagħlaq il-bibien tiegħu għal diversi ġimgħat. Kienet għafsa ta’ qalb għalina lkoll. Kellna għatx kbir biex naraw is-Santwarju Bażilika miftuħ mill-ġdid u għad għandna dak l-għatx biex kollox jirritorna għan-normal biex nimlew mill-ġdid kull rokna ta’ dan is-Santwarju għażiż! J’Alla dan l-għatx li ħassejna biex niftħu beraħ ilbibien tal-Bażilika tagħna jibqa’ magħna kuljum għall-bqija ta’ ħajjitna u nibqgħu mħeġġa kif kienu missirijietna għat-tempju ta’ Alla. J’Alla, kull meta nirfsu l-għatba tas-Santwarju Bażilika, ngħixu vera l-motto ta’ dawn il-festi: “Nidħlu bil-Hena fil-Palazz tas-Sultan.”

Referenzi

[I] Is-Santwarju tal-Karmnu, p. 137 [II] AKV. Acta Conventus & Ordinis, La supplica dei Padri per la Basilica: “ La chiesa...è in Valletta, una delle piu notevoli, e cospicue tanto per la capacità e struttura, quanto per la ricchezza degli ornati, e opere d’arte che la decorano”. [III] Ibid.: “é una delle piu antiche e note nella Storia dell’Isola.” [IV] Ib. “Quello pero che costituisce il pregio principale della madesima si è il celebratissimo Santuario ivi esistente “ab antiquo”... Vi si venera infatti con straordinaria devozione, e splendidezza di culto la taumaturga Immagine della Vergine SS. Del Carmelo. [V] Ib. “…, a cui (Santuario) fan capo I fedeli tutti della grande Città non meno, che della intiera Isola. Vi si venera infatti...la taumaturga Immagine della Vergine SS. Del Carmelo, che da piu remoti tempi ha prodigato insigni favori e grazie sengnalatissime ai buoni Maltesi.” [VI] Ib. “…, di chef anno fede gli innumerevoli voti appesi alle pareti del Sacro Tempio, il continuo affollarsi dei fedeli dinnanzi al venerato Simulacro, e quello che è di piu , la solenni Incoronazzione, che or sono pochi anni, decretata dal Primo Capitolo Vaticano, venne eseguita con tale e tanta pompa a tale e tanta devotissima esultanza di tutto il popolo del’ Isola, che altra simile non ne rammentano le storie di Malta.” [VII] Lb. “La ricordata Chiesa poi, come per lo passato, cosi pure al presente è ufficiata con tutto quel decoro, e splendore di culto, che si addice ad una primaria Chiesa, mentre frequentata come è da quotidiano e numeroso concorso, di fedeli, è con ogni lodebole premura servita da uno cospicua Comunità di Sacerdoti Carmelitani, che ivi attendono incessantemente alle Confessione, alle Predicazione, ed alle Sagre funzione celebrata sempre con tutto il decoro, e con grandissima edificazione, e spirituale vantaggio del buon popolo Maltese”. [VIII] Ib. “Per la qual cosa gli Umili Oratori anumato dal desiderio di promuovere sempre piu la maggior Gloria di Dio, e la venerazione della Madre SS. Del Carmelo, come pure la devozione, ed il bene spirituale de’ fedeli, pregano la Santità Vostra, poichè si degni di accordare alla di loro menzionata Chiesa, il Titolo, e gli onori di Basilica minore a maggior decoro della Casa di Dio, e piu splendido incremento del Sacro Culto, cui gli Oratori si dedicano con ogni indefessa cura”. [IX] Ib., “Datum Melitae 17 Dec. 1889.” [X] AKV, Miscellanea, (s.n) “Quum hujus Dioceseos Frates Carmelitae antiqua observantiae enixe a S.V. efflagitaverint ut B.V. de Monte Carmelo Sanctuarium ipsorum coenobio hac in urbe adnexum, Basilicao Minoris titulo et honoribus donaretur, libenti perjucunduque animo pro petita gratia commendo...” [XI] “Quod templum de quo in precibus sit vere omni decore praefulgens, sive ars, qua edificium extructum, ac innumberabilia votive munera quibus a fidelibus ditatum est spectentur, sive ad sacras functiones aliaque ad divinium cultum pertinentia attendatur.” (Ittra tas-sbatax ta’ Dicembru 1889). [XII] Ib., Quod totius Insulae fidelium civium praesertim Vallettensium cultus et veneration erga Sanctuarium illud, plumaris jam ab hinc saeculis ipsis per Patres transmissa, omnium exsuperat cogitationem. Quo fit ut, cum omni ex Insula die noctoque frequens sit ad illam sacram aedem fidelium concurses, uberrimi exinde salutis fructus, singulis dere horis, collingantur,magisque in dies pietates in Virginemm Deiparam augeantur.” [XIII] Ib., “Quod ipisius Virginis imago quae ibi colitur, tantum exspiret devotionem, ut ommnes qui illam semel wiserint ad se mirabitur trahat: idque causa fuit cur anno 1881 Revmum Capitulum Vaticanum decrevit ipsam dignam esse quae coronetur, quod splendidissimo quidem ritu, universe populo paludente, factum est.” [XIV] Ib., “Tandem quod numerosa Carmelitarum familia, quae in hac Dioecesi tota est ut Religionem tum verbo tum exemplo in animis fidelium firmet, pietatem in Deum Deiparaeque cultum foveat, Sedique Apostolicaw debito obsequio ac devotione piorum corda magis magisque onstringat de hac insula sit optime merita.” [XV] AKV, ms. Cit., “Ho scritto al me.o Monsig. Vescovo ringraziandolo per la cooperazione avuta, e Voi co.i Padri farete lo stesso. Melius est abundare.” [XVI] AKV, Acta Conv, & Ord. Supplica: “Ideo precibus Oratorum humillimas meas preces partier adnecto, enixe rogans S. V. ut begnine dignetur titulum et honores Basilicae Minoris concedere praedictae Ecclesiae”. [XVII] Ib., “Bme Pater, Cum ea quae Oratores exponut in hoc supplici libello quaque versus sint, ut egomet novi de visu…” [XVIII] Ib., “Al d.o. Cav. Mizzi e dovuto il pronto e felice esito di si’ importante negozio. E incredibile con quale e quanta energia ed accorgimento ha saputo condurre e portare a termine le cose... Potente dunque, e dovete considerare il d.o. Cavaliere come grande Benefattore e Benemerito dell’ Ordine, specialmente del Conv. Di Valletta”. [XIX] “…dictam Beatae Mariae Virginis a Carmelo Ecclesiam in Basilicam minorem Apostolica Auctoritate perpetuo erigimus.” (Ara n. 25) [XX] Ib., “…ut in publicis solemnibus functionibis ac processionibus Conopeum, vulgo “Padiglione”, ad instar Basilicarum monorum de Urbe geri ac respective praeferri”. [XXI] Ib., “…nec non omnibus et singulis privilegiis, gratis, indultis,

atque honoribus quibus aliae Ecclesiae simili Basilica minoris titulo decoratae fruntur…, sine ulla differentia.” [XXII] Ib., “Decernentes praesentes nullo umquam temper ex quocimque capite, vel oraetextu…. Illas sub quibusvis similum vel dissimilium gratiarum revocationibus, limitationibus, derogationibus, aut allis contrariis dispositionibus comprehendi.” [XXIII] Ib., “… per quoscumque ludices ordinaries, vel Delegatos quavis aucturitate fulgentes, vel dignitate fulgentes, etiam causarum Palatti Apostolici Auditores, ac S.R.E. Cardinales, etiam de latere Legatos, Vice Legatos et Ap(osto)Licaw Sedis Nuncios....irritum quoque et inane si secum super his a quaquam quavis auctioritate scienter, vel ignoranter contingerit attentari.” [XXIV] Ib., “Nulli ergo omnino hominum liceat paginam Nostrae…. erectionis, elationis concessionis indulti, Decreti...infringere... Si quis autem hoc attentare praesumpserit indignationem Omnipotentis Dei ac Beaturoum Petri et Pauli Apostolorum ejus se noverit incursurum.” [XXV] Ib. [XXVI] Ib., “Alla Signora Vostra molto Reverenda come Provinciale dei Padre Carmelitani in malta…, mentre con distinta stima mi professo di V.S. Molto Reverenda – Dalla Dataria Ap(osto)lica, li 9 Luglio 1895 – Devotissimo Servitore A. Card. Bianchi pref”. [XXVII] Ib., “1. Che il Pagiglione debba essere ornato con sei stemmi, cioè: di Sua Santità Leone Papa XIII, dell’ Ordine Carmelitano, dell’Eminentissimo Cardinale Protettore dell’Ordine, del Priore Generale Dell’Ordine, Dell’Arcivescovo Vescovo di Malta, Della Città di Malta.” [XXVIII] Ib., “2. Che la persona destinata a portare l’ombrello Basilicale abbia li suo vestito talare, di seta nera damascata, con le rivolte cannella, fattor alla foggia di quello del Mazziere del Nadur”. [XXIX] Ib., 3. Che all’attuale Altare Maggore, possa essere sostituito un altro do forma orientale, cioè rivolto al popolo, ornato di quattro colonne sormontate da un Baldacchino, come lo hanno le quattro Basiliche minore di Roma, a forma delle quali è stato eretto in Basilica il summenzionato insigne santuario.” [XXX] AKV, Miscellanea, “Il Cav. Mizzi, che parti ieri, porta seco la Bolla di ereziona e Basilica, e piu un Rescritto di ampliamento, e di dichiarazione dei alcuni punti. Porta seco anche il Padiglione e Tintinnabolo con accessori. Tutto è in piena e perfetta regola” (L-ittra hija indirizzata lill-Provincja ta’ Malta). Mizzi: “La Bolla Apostolica, unitament al il Padiglione o Ombrello...il tintinabbolo..., e finalmente il lavoro dello stemma.” [XXXI] Ib., “Il Sig. Cav. Mizzi vi presenterà la nota delle spese, che non sono poche, ma per quello che è ottenuto, possono sembrar anche decenti”. [XXXII] Dan it-tagħrif meħud kollu minn fuq il-gazzetta “Il Portafoglio Maltese”, tal-15 u t-18 ta’ Lulju 1895. [XXXIII] Ib. [XXXIV] Ib., Grech, o.c., p. 16; “Il Portafoglio Maltese”, tal-15 u t-18 ta’ Lulju 1895. [XXXV] AKV, Lib. Prop. IV, p. 139: “2 Marzo 1898: Avendo I Padro Vocali di questo Vndo Convento scelto, dietro parare di persone competenti, l’ Archetipo della Tribuna dei Signori Lo Turco”. – Kopja awtentika tal-kuntratt tinsab f’ AKV, Miscellanea, taħt l-isem ta’ Kuntratt tal-Erezzjoni tat-Tribuna”, u fil-Gabreo B, pp. 284- 286. Il-kontraenti, min-naħa tal-Patrijiet, kienu l-Pirjol tal-Belt, P. Bert Grech, u l-Majjistru P. Elizew Zarb. Ix-xhieda mbagħar kienu s-Saċerdot Dun Gius. Francalanza u s-Sur Ed. Gouder. [XXXVI] Cfr. Sammut, p. 141: Grech, p. 16. [XXXVII] AKV, Lib. Prop. IV, p. 163: ”Il M.R.P. Mro. Provle Eliseo Zarb, convocata capitolarmente la Vnda Comunità, le fe conoscere essere espediente rescindere il contratto già fatto coi Signori Lo Turco pei lavori della Tribuna. La Comunità annui di buon grado, abilitando il Provle ed il Priore per rescindere detto contratto”. [XXXVIII] Ib., p. 165: “Radunatasi la Vnda Comunità capitolarmente, assieme al P. Priore Alberto Grech, delegò a pieni voti il surriferito P. Priore a stipulare il contratto con il Signor Federico Bonetti per fare le quatro colonne e rispettive capitelli di marmo per la Tribuna al prezzo di Ls. 100 (cento).” Żgur li kien għad baqa’ xi xogħol ieħor ta’ rħam xi jsir fit-Tribuna, għaliex fil-5 t’ Ottubru 1904, ilPirjol oppropona lill-Komunità “se volesse ordinare dal marmista Sig. Russo gli ultimi pezzi in marmo della Tribuna”. U l-Komunità “vedendone la necessità, a pieni voti aunnui” (lb., p. 218) [XXXIX] Cfr. Sammut, pp. 70.141; Grech, p. 16. Jekk dan Cellini huwa l-istess wieħed li ddisinja bacir kbir tal-fidda biex jintuża għall-ħasil tal-idejn fil-quddies solenni li jsir fil-Karmnu, mela ma kienx jismu Pietru Pawl, kif jgħid Sammut (p. 70), imma Piju (Cfr. Lib. Prop IV, p. 247). [XL] Tagħrif mehud kollu minn “Il Portafoglio Maltese”, fil-ħarġiet tal-15 u t-18 ta’ Lulju 1895. [XLI] “Pub. Opinion”, ib.: “On Tuesday morning His Grace the Archbishop will assist at the High Mass as “Presbyter Assistens” from under the throne especially erected for the occasion”; “Il Portafoglio Maltese” (18.7.1895): “Martedi mattina Monsignor Arcivescovo assistette dal Tron alla Gran Messa”. [XLII] “Il Portafoglio”, ib.: “Entrata nella Basilica la divota e solenne Processione, Mons. Arcivescovo imparti la trina Sagramentale Benedizione, colla quale ebbe termine all’interno del Tempio la gran Festa, che rimarrà memorabile negli religiosi dell’Isola nostra”. [XLIII] “Pub Opin”, ib: “Monday July 15… Solemn Vespers will be sung by the Very Rev. Father Giovanni, provincial of the Minor Observants…Tuesday July 16…Solemn High Mass will be sung by the Very Rev. Father Provincial Giovanni, M.O….Solemn Vespers by the Very Rev. Father Prov. Giovanni, M.O.”; “Il Portafoglio” (18.7.95); “Martedi mattina Monsignor Arcivescovo assiste dal Trono alla Gran Messa celebrate dal M. Rev. Padre Guardiano dei Minori Osservanti, coll’assistenza della Communità del Suo Ordine”. [XLIV] Dun Car. Schembri huwa dak li wara kien sar Kan. ta’ San Pawl, Direttur tal-istitut ta’ San Gakbu, u ukoll Monsinjur. Cfr. Mons. Dun Paul Gaunci, “Chelmtejn ta Hasra” (Valletta, 1927); Mons. Luigi Farrugia, A Mons. Carmelo Can. Schembri (Malta 1927). Dan ifaħħar lil Schembri bhala predikatur: “Don Carmelo Schembri ….si segnalo come oratore sacro non solo in dialetto maltese, ma andhe nella lingua italiana…Come predicatore, Egli fece il giro dei pergami di tutte le parrocchie, non esclso quello della Concattedrale ove predico la Santa Quaresima” (p. 17). [XLV] “Pub, Opin.” Ib.: “The Orchestra will be under the skilful bapton of Professor Dr. Paolo and Antonio Nani”; “Il Portafoglio”, ib.: “Tutte le funzione sacre…furono accompagnate dalla bella e melodiosa musica dei valenti Maestri Dr. Paolo ed Antonio Nani”. [XLVI] “The Malta Stand.”, ib.: “The usual horse races in connection with this festival took place from the Marina of Sliema last Saturday evening. Notwithstanding the intense heat, the couse from Sliema to Ta’ Xbiex point was crowded by thousands of all classes. The different events were well comtested, and no accident, it is marvellous to say, happened to mar the proceedings”., Cfr. Pub. Opin., Ib.: “li Stil. Lev.” (20.7.’95), p.2. [XLVII] “Li Stil, Lev.”, ib. [XLVIII] “Il Portafoglio”, ib. [XLIX] July 18th 1895, p.5. [L] Fil-harga ta’ l-20 ta’ Lulju 1895, Il Festa tal Carmnui, p. 2. [LI] Cfr. “Pub. Opin.”, ib.: “The Malta Times & Un. Serv. Gaz.” (12.7.1895), ib.: “The daily Malt. Cron”, ib; “Li Stil. Lev.”, ib. [LII] “Pub Opin.” Ib.: “Sunday, July 14 5-7p.m.: “La Vallette’ Band on St. George’s Square….A Hymn to Our Lady of Mount Carmel will be sung on St. Geoge’s Square, Valletta by the Boys of the Valletta Orphanage, on Monday….The Hymn is written by Father F. Carbonaro, O. C. , and set to music by Chev. V. Carabott Director of the “La Vallette” Band, by whom the hymn will be played”: “Li Stil. Lev”, ib.: L’Innu cantat mit-tfal maghmul mil-Cav. V. Carabott”: “The Daily Malt. Chron.” Ib.: “In the centre of St. Georges’s Square, the familiar platform with its emblematic figures looked very well, especially so, when it was occupied by the “La Vallette’ Band, which played choice selections”. Dan l-Innu mhux dak li nkiteb u ndaqq fl1875, u li minnu jitkellem il-Kan. Cialo (o.c. p. 14), imma iehor gdid miktub apposta ghall-okkazzjoni tat-twaqqif tal-Bazilika. [LIII] “ Pub.Opin.”, ib.: “On Tuesday afternoon, during the procession, the same Hymn will be sung with full orchestral accompaniment, under the direction of Signor Benedetto Perez, on the same square. The music is by Mr. Geatano Grech, Director of the “Duke of Edinburgh;s Own” Band. It will be sung by the boys of the orphan Asylum”: “Il Portafoglio” (18.7.95): “Piacque moltissimo il seguente Inno compost dal Padre Franco V. Carbonaro, Carmelitano, e musicato per la circostanza dal Maestro G. Grech.” [LIV] Din u l-istrofi l-ohra kollha ta’ l-Innu jinsabu fuq “Il Portafoglio Maltese” (18.7.95). [LV] Ib. [LVI] “ Il Portafoglio”, ib.: “…imponentissima riusci la popolare Processione, la quale traverse la strada Ponente, Vescovo, Mercanti, San Giovanni (Piazza), Raele, Piazza S. Giorgio e via Teatro, che erano tutte stipate dalla popolazione accorso dale Quattro città, dalla Campagna ed anche dal Gozo”. [LVII] Il Portafoglio (18.7.95): “In strada Zekka poi si ammirava una bella Statua in platica, lavoro del Signor Darmanin, raffigurante il Somme Pontefico nell’atto di porgere ai Carmelitani la Bolla Apostoloca della Basilica”.

This article is from: