Programm tal-Festa tal-Madonna tal-Karmnu, Il-Belt Valletta 2020

Page 31

Sena Speċjali f’Ċirkostanzi Straordinarji! Għaqda Festa Madonna tal-Karmnu, Valletta John Farrugia

Segretarju Għaqda Festa Madonna tal-Karmnu

Għaddiet sena oħra u reġa’ wasal Lulju, ix-xahar tal-Madonna tal-Karmnu . Din is-sena f’ċirkostanzi differenti minn tas-soltu, sfortunatamnet m’aħniex se niċċelebraw il-festa bħas-soltu. Din is-sena kellha tkun sena speċjali li fiha konna se niċċelebraw 450 sena minn mindu l-Karmelitani daħlu fil-Belt Valletta, 125 sena minn mindu s-Santwarju tagħna ġie mgħolli għad-dinjità ta’ Bażilika u 5 snin mittwaqqif tas-Sezzjoni Żgħażagħ Karmelitani Beltin.

Wara l-laqgħa Ġenerali li saret il-Ħadd 29 ta’ Settembri 2019 il-Kumitat flimkien mal-voluntiera tal-Għaqda xammar il-kmiem u beda jaħdem b’risq il-festa ta’ din is-sena . Din is-sena xi membri millKumitat kienu involuti f’kumitat li sar apposta biex niċċelebraw l-anniversarji speċjali, biex b’hekk l-għaqda wkoll ikollha shem f’dawn l-attivitajiet. F’dan il-Kumitat speċjali ġew ippjanati l-festi speċjali li kellhom isiru f’Mejju kif wkoll attivitajiet oħra tul din is-sena, u l-Festa f’Lulju.

Covid-19 laqtet il-gżejjer Maltin, u ġew imposti restrizzjonijiet għar-raġunijiet ta’ saħħa u prekawzjoni . Infatti kellhom jingħalqu wkoll għal xi ġimgħat il-Maħżen u ċ-Ċentru. Grazzi għal qalb kbira tal-voluntiera tagħna xorta baqa’ għaddej saħansitra xi xogħol tal-maħżen fid-djar tagħhom . Għalkemm il-festa ma tistax tiġi organizzata bħasL-Attivitajiet għal fundraising komplew bħassoltu xorta waħda f’Lulju xogħol fuq armar ġdid u snin ta’ qabel, Pasta Night f’Ottubru, Party taltkomplija fuq armar li diġà għandna xorta tlesta Milied f’Diċembru u ikla fiċ-Ċentru fi Frar. F’Marzu biex ikun lest għal meta s-sitwazzjoni tiġi lura reġgħu ġew organizzati l-Eżerċizzi tar-Randan għan-normal u nerġgħu niċċelebraw il-festa tant minn Patri Ramon Farrugia O.F.M. Attivitajiet oħra għażiża għalina. ġew organizzati mis-Sezzjoni Żgħażagħ. Sfortunament.minn nofs Marzu ’l quddiem kollox kellu jieqaf ħesrem hekk kif il-Pandemija tal-

Valletta 2020

Tul dan iż-żmien peress li ma stajniex norganizzaw attivitajiet ħriġna b’ideat oħrajn biex nagħmlu fundraising u fl-istess ħin nferrħu n-nies. F’Jum l-Omm għamilna bukketti tal-fjuri u min talbna morna bihom għand l-ommijiet.

Kif tennejt qabel sar xogħol kbir fil-maħżen tul din is-sena, kemm xogħol ta’ manutenzjoni fuq il-bini kif ukoll xogħol fuq l-armar. Dan ix-xogħol beda f’Awwissu wara li l-armar tal-festa kien stivat u f’postu. Fost dan ix-xogħol kien hemm: • Roof compound tas-soqfa tal-Maħzen • Żewġ twieqi • Xkaffar ġdid għall-Palk tal-Banda • Xkaffar ġdid għall-Labardi • Inxtraw xi magni li bihom jista’ jinħadem xogħol fl-injam

29


Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.