Arja Friska 1

Page 1

1

Arja Friska Ġabra ta’ stejjer



1

Arja Friska Ä abra ta’ stejjer

klabb kotba maltin


Ippubblikat għall-ewwel darba mill-Klabb Kotba Maltin, Triq il-Karmelitani, Santa Venera SVR1724 Tel: 21239039, 21497046 www.midseabooks.com flimkien mal-Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol Sit elettroniku tad-Dipartiment tal-Malti: malti.skola.edu.mt

Copyright Editorjali © l-awturi u l-pubblikaturi, 2014 Copyright Letterarju © Klabb Kotba Maltin, 2014 Il-jeddijiet tal-pubblikazzjoni kollha miżmuma mill-awtur. Ebda silta minn dan il-ktieb ma tista’ tkun ippubblikata jew maħruġa f’mod fotostatiku, elettroniku, mekkaniku, irrekordjat jew b’xi mod ieħor mingħajr il-permess tal-awtur.

L-illustrazzjonijiet saru bl-għajnuna tal-istudenti tal-Istitut tal-Arti u d-Disinn tal-Kulleġġ Malti tal-Arti, ix-Xjenza u t-Teknoloġija (MCAST): Luca Azzopardi, Emmanuel Borg, Mark Buttigieg, Matthew Cardona, Marisa Cassar, Monique Mangion, Joanna Portelli, Alan Sacco Decelis, Ayrton Zammit

Settjar: Mizzi Design & Graphic Services Ltd, Santa Venera Stampar: Gutenberg Press, Il-Gudja

ISBN 978-99932-7-493-3

2


Il-Werrej

Id-Daħla

5

Is-sigriet tan-nannu Alfred Debattista 9 Ġrajja ta’ żmien il-gwerra Charles Casha 15 Bob, il-kelb tal-iskwadra tat-tifi tan-nar Leo Tolstoy (traduzzjoni ta’ Charles Magro) 20 Il-kalzetti tas-suf Rita Saliba 24 Il-Kappella ta’ San Mitri f ’qiegħ il-baħar Victor Fenech 29 Żewġt iħbieb Saviour Sammut 35 Tifla teqred ġganta Patri Manwel Magri 37 Ġaħan u l-ġurdien George Mifsud-Chircop 41 3


Ir-rebħa ta’ Pupull Temi Zammit 44 Miċu Joe Friggieri 48 Is-siġar li jżommu id f ’id Lina Brockdorff 53 Il-ġennien Ġorġ Borg 58 Pitirross li ġie Malta Paul Xuereb 61 Id-dar tal-ħares Charles Flores 70 Ħarba mill-Pjaneta Bukrema Jesmond Grech 78 Demgħa Anselm Sciberras 96 Punt u dro Kilin 101 Fra Martin Ġużè Chetcuti 107 Wied Musa Ġino Muscat Azzopardi 113 L-imħatra tal-ħallelin Dun Xand Cortis 116 Żewġ sulari taraġ Carmel Cauchi 119 Biblijografija 125 4


Id-Daħla

Ix-xewqa li jkun hemm antoloġija sabiħa ta’ novelli li jieħdu gost jaqrawha l-istudenti tal-iskejjel sekondarji kienet ilha tinħass fid-Dipartiment tal-Malti tad-Direttorat għal Kwalità u Standards fl-Edukazzjoni. Minkejja l-għadd ġmielu ta’ pubblikazzjonijiet li joħorġu kull sena, meta wieħed idur u jara x’joffri s-suq Malti, jibqa’ skantat kif antoloġiji ta’ novelli mmirati għal din l-udjenza huma daqshekk skarsi. Meta ngħidu antoloġija qed nifhmu ġabra ta’ novelli ta’ ġeneri u temi varji ta’ kittieba differenti. Għalhekk id-Dipartiment tat-Tmexxija tal-Kurrikulu għoġbu jaħtar bord ta’ edukaturi biex jiġbru antoloġija ta’ novelli ppubblikati diġà f ’kotba u antoloġiji. Il-Bord kien magħmul minn membri mid-Dipartiment talKurrikulu, il-Fakultà tal-Edukazzjoni, il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb, il-Kunsill Nazzjonali tal-Ilsien Malti u għadd ta’ għalliema tal-Malti. L-għalliema kollha tal-iskejjel statali kienu mistiedna jibagħtu s-suġġerimenti tagħhom ta’ novelli jew antoloġiji li jħossuhom relevanti u jappellaw għall-istudenti tal5


ewwel sentejn tas-sekondarja. Dawn is-suġġerimenti ġew ikkunsidrati mill-Bord li fassal ċekkjatura biex tiggwidah flgħażla tan-novelli. Fost il-kriterji ewlenin li mexxew il-Bord fl-għażla tiegħu hemm li n-novelli magħżula jkunu ħielsa minn kull preġudizzju razzjali u reliġjuż. Novelli b’xi element li jista’ jweġġa’ s-sentimenti tal-qarrejja ma ġewx inklużi f ’din il-ġabra. Dan fid-dawl tal-kuntest multietniku u multikulturali li kulma jmur qed jikber fl-iskejjel tagħna. Fiċ-ċekkjatura mfassla ġew identifikati għadd ġmielu ta’ ġeneri differenti ta’ novelli. F’din l-antoloġija kull novella nżammet fl-istil oriġinali tagħha u dan biex tiġi rrispettata u apprezzata l-ħila artistika tal-awtur u l-udjenza li kiteb għaliha. Kien għalhekk li ddaħħlu ħrejjef u leġġendi popolari Maltin u novelli dwar karattru jew karattri partikulari magħrufin u maħbubin mal-istudenti tagħna bħal Mastru Gerfex, ir-Ronnie u Ġaħan. Iddaħħlu wkoll stejjer tal-fatati u l-iħirsa, novelli tal-fantaxjenza u novelli romantiċi. IlBord dejjem qies li jagħżel novella waħda ta’ kull awtur u dan biex joffri lill-qarrejja adolexxenti firxa wiesgħa ta’ stili varji li kull kittieb/a għandu/ha. Il-Bord fittex ukoll li jkollu taħlita wiesgħa ta’ kittieba magħrufa mal-istudenti. B’hekk fl-antoloġija ddaħħlu novelli ta’ kittieba bħal Temi Zammit, Patri Manwel Magri, Carmel Cauchi u Lina Brockdorff filwaqt li introduċa wkoll awturi bħal Pierre Meilak u Nora Macelli li jittrattaw temi kurrenti tas-soċjetà Maltija tal-lum li qed jgħixu fiha l-istudenti tagħna. Din l-antoloġija hija maħsuba biex l-istudenti tassekondarja jkollhom ktieb ġdid tal-qari u jieħdu gost jaqrawh. Kien għalhekk li l-Bord warrab kemm seta’ novelli mibnija fuq gwerer, imwiet u viżjoni negattiva tal-ħajja. Mhux xieraq li l-gost tal-qari jintilef jew jittiefes minn din is-swidija tal-ħajja 6


li għall-biċċa l-kbira tal-adolexxenti huma ħwejjeġ li għadhom imbiegħda jew merfugħa għad-dinja tal-kbar. F’kull antoloġija wieħed isib għadd sabiħ ta’ novelli, aktar milli hemm preskritti fis-sillabu. Dan għaliex il-qari u l-gost li jagħti huma lil hinn minn dak li jippreskrivi s-sillabu. Din l-antoloġija qed toffri lill-istudenti stejjer sbieħ li b’mod jew ieħor jolqtu l-gosti tagħhom. L-għalliema fil-klassi qed jingħataw ukoll il-possibbiltà biex mal-istudenti tagħhom jagħżlu novelli li jieħdu gost jaqrawhom fil-klassi u jiddiskutuhom. L-istudenti għandhom jitħeġġu jaqraw minn dawn in-novelli u għandhom iservuhom ta’ spunti għad-diskussjoni. Id-diskussjonijiet filklassi jistgħu jkunu kemm fuq il-kontenut tan-novella kif ukoll fuq aspetti letterarji ewlenin marbutin mal-kitba tan-novelli, bħall-isfond u l-ambjent impitter fin-novella, il-ħila fil-kitba u l-lessiku mħaddem mill-awtur, il-mod kif il-kittieb iwassal il-messaġġ u t-tqabbil tal-karattri u l-personalità li toħroġ finnovella. Ta’ min jisħaq li dawn in-novelli mhumiex maħsuba għal analiżi letterarja profonda imma l-iskop ewlieni tagħhom huwa li l-istudenti jieħdu gost jaqraw u jibdew jirreaġixxu għal dak li jaqraw. Il-ħsieb aħħari ta’ din l-antoloġija kien li lill-istudenti fliskejjel tagħna nippreżentawlhom qari bil-Malti li hu sabiħ u jogħġobhom. Permezz ta’ din il-ġabra ta’ novelli nittamaw li l-ġenerazzjoni adolexxenti tinħakem minn fewġa ta’ “Arja Friska” li tqarribha dejjem aktar lejn il-gost tal-qari bil-Malti.

George Mifsud Il-President tal-Bord Il-Furjana, Marzu 2014 7


Radd il-ħajr Radd ta’ ħajr lil David Agius-Muscat u David Muscat, Uffiċjali Edukattivi tal-Malti, kif ukoll lill-membri tal-Bord tal-Għażla li ħadmu b’mod volontarju u fil-ħin liberu tagħhom fuq l-għażla ta’ dawn in-novelli: Dr Terence Portelli, Sharon Micallef Cann, Thomas Pace, Joyce Grech, Massabielle Zammit u Dwayne Ellul. Ringrazzjament speċjali lid-Direttur Ġenerali, is-Sur Ian Mifsud, u lissinjuri Sandro Spiteri, Dr Frank Fabri u Gaetano Bugeja li taw l-appoġġ tagħhom għall-ħruġ ta’ din l-antoloġija. Ħajr ukoll lill-kumitat tal-għażla tat-testi tal-qari għall-istudenti talkompetenzi ewlenin magħmul minn George Mifsud, David Muscat, Marlon Barbara, Phyllis Debono, Claire Zerafa, Massabielle Zammit, Justin Schembri, Joyce Grech u Thomas Pace. Fl-aħħar nirringrazzja wkoll lil Joe Borg, Chris Gruppetta, Marlene Mifsud-Chircop, Joseph Mizzi, Mark Vella, Stephen Vella, Edwige Xuereb, il-Komunità tal-Ġiżwiti, Karl Coleiro u Daniela Attard Bezzina.

8



Arja Friska Ġorġ Borg Lina Brockdorff Charles Casha Carmel Cauchi Ġużè Chetcuti Dun Xand Cortis Alfred Debattista Victor Fenech Charles Flores Joe Friggieri Jesmond Grech Kilin Patri Manwel Magri Charles Magro George Mifsud-Chircop Ġino Muscat Azzopardi Rita Saliba Saviour Sammut Anselm Sciberras Paul Xuereb Temi Zammit

ISBN 978-99932-7-493-3

9 789993 274933

klabb kotba maltin


Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.