Sena 7 Rotta 3
Miktub minn
u Reno Saliba RaisilluastRaAT bMeiNln a Ti ElIsa chetCu
Sena 7 Rotta 3 Miktub minn
Reno Saliba u Raisa Abela Illustrat minn
Elisa Chetcuti
Ippubblikat mill68, Triq il-Karmelitani, Santa Venera SVR1724 Tel: 2123 9039, 2149 7046 www.midseabooks.com
Copyright Editorjali © Klabb Kotba Maltin, 2022 Copyright Letterarju © Reno Saliba u Raisa Abela, 2022 Dan il-ktieb qed jinbiegħ bil-kundizzjoni li ma jistax jerġa’ jinbiegħ, jiġi stampat jew fotokopjat b’xi mod mekkaniku, elettroniku, jew diġitali, mingħajr l-awtorità bil-miktub tas-sidien tal-copyright.
Illustrazzjonijiet: Elisa Chetcuti Qari tal-Provi: Karl Coleiro
2
ISBN: 978-99932-7-891-7
Daħla MaltiMedja huwa ktieb immirat għall-istudenti tat-tmien sena li jinsabu f’rotta tlieta. Fih attivitajiet u eżerċizzji varji li jkopru l-kisbiet mit-tagħlim kollha kif meħtieġ. Huwa mqassam f’sezzjonijiet differenti u kull kapitlu jinkludi l-ħiliet kollha (smigħ, taħdit, qari u kitba) marbuta ma’ temi partikolari. Kull kapitlu fih ukoll xi eżerċizzji tal-grammatika f’kuntest, skont is-sillabu. Ħafna mis-siltiet fihom eżemplari mmarkati bil-grassett intiżi biex jiffaċilitaw l-aspetti grammatikali mistennija f’kull topik. Ġeneralment, wieħed isib punti dwar x’ser jitgħallem filbidu tal-kapitlu u lejn l-aħħar punti qosra bil-kisbiet li suppost intlaħqu kif ukoll taqsima fejn nidħlu aktar fil-fond fl-aspetti grammatikali u ortografiċi. Dan iservi sabiex jgħin lill-istudenti jkopru b’mod aktar sħiħ l-aspetti grammatikali u ortografiċi li jkunu missew, filwaqt li jkollhom referenza aktar wiesgħa u profonda fl-istudji tagħhom. MaltiMedja faċilment jintuża mill-għalliema fl-iskejjel għaliex jimxi paripassu mas-sena skolastika vis-à-vis it-temi użati waqt li jkopri dak kollu mistenni minnhom fejn jidħlu s-sillabu u l-kisbiet mit-tagħlim. Il-ktejjeb fih attivitajiet varji sabiex jilħaq l-abbiltajiet differenti tal-istudenti.
3
Werrej Kapitlu 1: Ħbieb għal dejjem......................................................................... 6 Kapitlu 2: Lura għall-Iskola........................................................................... 9 Kapitlu 3: Il-Fajl tal-Malti............................................................................... 12 Kapitlu 4: L-Iskola l-ġdida.............................................................................. 14 Kapitlu 5: Avveniment sportiv....................................................................... 19 Kapitlu 6: Fil-Kċina.......................................................................................... 23 Kapitlu 7: Ma kinitx Ċajta!............................................................................ 26 Kapitlu 8: Ma kienx Razzett........................................................................... 30 Kapitlu 9: Spiridione Manduca Montebello Gauci..................................... 34 Kapitlu 10: Riesaq il-Milied............................................................................ 38 Kapitlu 11: Ix-Xiħ tal-Presepju....................................................................... 42 Kapitlu 12: L-isbaħ Siġra tal-Milied.............................................................. 45 Kapitlu 13: Il-Pantomima li ma ninsa qatt!................................................. 49 Kapitlu 14: Bdiet Sena ġdida........................................................................ 52 Kapitlu 15: Ikla bejn il-Ħbieb......................................................................... 55 Kapitlu 16: Meta nfetħu Bwieb is-Sema...................................................... 58 Kapitlu 17: Ħarġa avventuruża..................................................................... 61 Kapitlu 18: Frar ifawwar il-Bjar.................................................................... 68 Kapitlu 19: Il-Festa ta’ San Pawl................................................................... 71 Kapitlu 20: Il-Karnival.................................................................................... 74 Kapitli Reviżorji: Id-Duluri...................................................................................................... 77 Ħaġar Qim u s-Solistizji............................................................................. 80 Wasal is-Sajf............................................................................................... 83
5
KAPITLU 6
Nitħaddtu bejnietna: Nota għall-għalliema: Din l-attività l-aħjar li ssir f’pari. L-istudenti jridu jużaw il-labirint t’hawn taħt u jagħtu direzzjonijiet lil xulxin dwar kif għandhom jaslu min-naħa għall-oħra. Min jagħti d-direzzjoni u min jisma’ u jieħu notamenti qosra bl-istruzzjonijiet.
Illum tgħallimt: • Nitkellem b’mod mexxej. • Nuża l-idjomi fit-taħdit. • Inżomm mas-suġġett.
Qari u Grammatika / Ortografija 6. X’ser nitgħallem? Nagħmel l-imperattiv b’żewġ verbi. 22
Pereżempju: erġa’ pprova, oħroġ ilgħab, aqbad u itlaq iġri issa.
(Kisba 1)
Aqra din is-silta u mmarka l-verbi tal-imperattiv.
Fil-Kċina “Toni erġa’ pprova dak ix-xogħol li tak l-għalliem, ejja iġri ħalli tlesti għax diġà qegħdin tard,” qalet ommu. Toni donnu qata’ qalbu milli jkompli xogħlu imma fis daħlet oħtu u ppruvat tgħinu. “Ejja għidli x’inhi t-tweġiba,” qal Toni lil oħtu. Marisa ħadet paċenzja bih u fehmitu mill-ġdid. “Aqbad ikteb fi kliemek dak li għedtlek,” qaltlu Marisa. Toni niżżel dak li qaltlu oħtu fi kliemu u lesta xogħlu. Omm Toni kienet fil-kċina tħejji t-tisjir, hi qalet lil Marisa, “Aħdem u ifrex l-għaġina, dawwar mal-lembuba u iksi u agħlaq il-wiċċ tat-torti.” Marisa kienet fis-seba’ sema, għax hi tħobb tgħin fit-tisjir. Toni għajjat lil Marisa, “Ejja ilgħab miegħi,” imma din id-darba Marisa ma marritx, preferiet tgħin ’l ommha fil-kċina. Kellha seba’ mitt sena biex tlesti t-torta u taħmiha, taraha lesta u finalment idduqha. Żaqqha waqgħetilha, ma felħitx tistenna; xħin kienet moħmija, aljenat lil ommha u pronta kielet iż-żokra tal-għaġina li għamlet f’nofs il-wiċċ tat-torta. Xħin saru s-sebgħa ta’ filgħaxija, Doris għajtet lit-tfal u lir-raġel, “Ejjew kulu għax l-ikel lest.” Dakinhar kellhom torta tal-lampuki, din kienet il-favorita talfamilja. L-omm indunat li Marisa kielet iż-żokra tat-torta, b’ħarsa serja ħarset lejha bla ma qalet xejn biex ma toħloqx polemiki ma’ ħuha, imma Marisa fehmet u ħarset lejn ommha b’nofs tbissima mqarba. Kielu għal qalbhom dakinhar u wara ntefgħu jaraw film sabiħ flimkien. 23
Aktar fil-fond: L-imperattiv fil-Malti jsir fit-tieni persuna singular u plural – Int u Intom. Pereżempju: int ikteb – intom iktbu. Fin-negattiv tiżdied t quddiem u x wara. Pereżempju: tiktibx – tiktbux. Xi drabi l-imperattiv ikun kompost minn żewġ verbi. Pereżempju: kompli fittex - tkomplix tfittex, komplu fittxu - tkomplux tfittxu, erġa’ ibda - terġax tibda, erġgħu ibdew - terġgħux tibdew. 1. Aqbdu (naddaf) il-mejda.
N A
2. Ibdew (Lagħab) futbol.
I
3. Iġru (Tela’) fuq.
L
4. Ħaffu (Qata’) l-kejk.
A
5. Morru (Għalaq) t-twieqi.
D D
F
U
GĦ
6. Ejjew (Bela’) l-mistura.
B
7. Isaw (Lagħaq) l-ġelat.
U
8. Ejja (Fehem) kollox.
H
9. Iġru (Ħareġ) barra.
O
10. Morru (Għamel) pudina.
M
Illum tgħallimt: • Li xi drabi nista’ nuża żewġ verbi wara xulxin fl-imperattiv.
Daqsxejn kitba: Niktbu riċetta: Immarka l-istampi bin-numri skont kif iridu jiġu wara xulxin u wara agħti istruzzjonijiet skont x’qed tara.
24
______________________________________________________ ______________________________________________________ ______________________________________________________ ______________________________________________________ ______________________________________________________ Issa agħmel l-istess sabiex tikteb il-metodu tar-riċetta skont l-istampi.
______________________________________________________ ______________________________________________________ ______________________________________________________ ______________________________________________________ ______________________________________________________
Illum tgħallimt: • Nikteb reġistri marbuta ma’ suġġetti differenti. • Nuża l-kmand biex nagħti struzzjonijiet.
(Kisba 11)
25
KAPITLU 7
Qari u Grammatika / Ortografija 7. X’ser nitgħallem? Fin-negattiv, f’verbi li jkollhom l-ie, minħabba ċaqliq tal-aċċent, din tinbidel f’i . Pereżempju: kienu – ma kinux, kienet – ma kinitx. Verbi li jispiċċaw b’appostrofu, fin-negattiv jaqa’ u ma jidhirx. Pereżempju: waqa’ – ma waqax. Aqra din is-silta u nnota l-verbi miktuba bil-grassett. Fit-tabelli ta’ taħt ikteb l-istess verbi fin-negattiv u nnota x’qiegħed jiġri.
Ma kinitx Ċajta! Kienet lejla mudlama u tal-biża’. Ir-ragħad beda jkarwat u donnu jheżżeż id-dar ta’ Turu u Sina, li kienet tinsab fit-tarf tar-Rabat u tagħti fuq ir-riħ tal-Baħrija. Ix-xita kienet nieżla bil-qliel tinstema’ tħabbat mal-loġġ tal-bejt, ittektek bla heda. Il-koppja ma setgħux jagħlqu għajn m’għajn u stagħġbu kif binthom ma kienx hemm ħossha, ħasbu li kienet rieqda fil-fond u serrħu rashom li ma kinitx qed tibża’ minkejja dik il-lejla ta’ maltemp. Ħin minnhom, Turu sema’ l-bieb iħabbat, kienu daqqu nofsillejl. Hu xtaq iqum jara min ġie dak il-ħin. Sina riedet iżżommu milli jmur jiftaħ dak il-ħin, imma Turu, li kien mibni saffejn u rasu iebsa, ma kien jibża’ minn xejn. Fid-daqqa u l-ħin, waqt li kien nieżel mis-sodda, leħħa ta’ berqa dawlet il-kamra tas-sodda. It-tnejn riedu jagħmlu kuraġġ, imma hekk kif il-leħħa xegħlet kamarthom, raw waħx liema bħalu. Turu marritlu l-arja kollha u martu baqgħet issummata b’dak li rat. Il-wiċċ ma kienx ġdid għaliha. Bdiet 26
twerżaq u tgħajjat kemm tiflaħ.
F’daqqa waħda jisimgħu lil binthom togħxa bid-daħq. Riedet tagħtihom qatgħa biex tpattilhom tal-qatgħa li kienu tawha. Turu deher irrabjat ħafna, imma Sina kkalmatu u fakkritu bil-qatgħa li kienu taw lil binthom ġimgħa qabel. Kollox spiċċa b’wiċċ il-ġid, issa kienu saru n-nofsiegħa, Turu tefa d-dawl u raqdu, filwaqt li x-xita u l-maltemp issoktaw dak il-lejl. Qatt ħadd aktar ma azzarda jagħti qatgħa lil xi ħadd…it-tagħlima ħaduha kollha kemm huma. Jidher li kienu fiequ mill-vizzju tal-qtajja’. _______________________
_______________________
_______________________
_______________________
_______________________
_______________________
_______________________
_______________________
_______________________
_______________________
_______________________
_______________________
Aktar fil-fond: Fin-negattiv nagħmlu ma quddiem il-verb u x f’tarf il-verb. Pereżempju: fetaħ – ma fetaħx. Verbi Semitiċi li jispiċċaw bl-a jbiddluha f’ie. Pereżempju: ġera – ma ġeriex. Dawk li jispiċċaw bl-appostrofu jwaqqgħuh, pereżempju: tela’ – ma telax. Verbi b’żewġ sillabi li jkollhom ie jbiddluhom f’i jew f’e, pereżempju: siefer – ma sifirx, bierek – ma berikx. Xi drabi jinbidlu f’vokali oħrajn. Pereżempju: qarben – ma qarbinx. Verbi li jispiċċaw b’x, iżidu oħra, pereżempju: jgħix – ma jgħixx.
Taħriġ B: Kompli dawn is-sentenzi fin-negattiv. 1. Maria ______________ (kiel) kulma tatha ommha. 2. Il-kappillan _______________ (bierek) it-triq kollha.
27
3. L-għalliem _______________ (fiehem) is-suġġett bl-aqwa mod possibbli. 4. Missieri
________________
(ġiegħel) lil ħija jiżbarazza kollox. 5. Ma ________________ (kien) festa din is-sena!
Illum tgħallimt: • Li verbi li għandhom ie fin-negattiv, din tinbidel f’i. • Verbi li jispiċċaw b’appostrofu, fin-negattiv iwaqqgħuh.
Daqsxejn kitba: F’madwar 250 kelma ikteb storja tal-biża’. Wara mmarka ċ-ċekkjatura sabiex tiċċekkja xogħlok. Ktibt pjan tajjeb Qassamt xogħli f’paragrafi Dħalt ’il ġewwa qabel kull paragrafu Bdejt dejjem b’ittra kapitali Spiċċajt is-sentenzi kollha bil-punt (.) Inkludejt id-dettalji kollha Imxejt f’ordni kronoloġika / Bdejt mit-tmiem u wara rrakkuntajt skont kif ġraw l-affarijiet Inkludejt xi qwiel jew idjomi Iċċekkjajt l-ortografija Ilħaqt l-ammont ta’ kliem mitlub minni
28
Illum tgħallimt: • Nikteb rakkont fittizju f’madwar 250 kelma. • Noħloq karattri, ġrajjiet u ambjenti fl-isfond.
(Kisba 5)
Smigħ: Nota għall-għalliema: Għal din l-attività jintgħażlu tliet esejs fittizji li għamlu l-istudenti u jinqraw fil-klassi minnhom stess. L-istudenti l-oħra jisimgħu l-istejjer u jippruvaw ibassru t-tmiem. Wara jiddiskutuhom u jkunu kritiċi ta’ sħabhom permezz ta’ analiżi.
Illum tgħallimt: • Inbassar dak li ser jiġri fi storja li smajt. • Nagħti xeħta differenti tal-istorja li smajt. • Inkun kritiku u nagħti l-opinjoni tiegħi dwar xogħol li smajt.
(Kisba 5)
29
KAPITLU 8
Nitħaddtu bejnietna: Inti taf x’inhi leġġenda? Taf x’karatteristiċi għandu jkollha? Kapaċi tirrakkonta xi waħda lil sħabek? Nota għall-għalliema: Din il-lezzjoni tista’ tintrabat mal-proġett talletteratura.
Illum tgħallimt: • Nitkellem fuq il-plott tal-istorja. • Nitkellem fuq il-karattri ewlenin u sekondarji. • Inpoġġi lili nnifsi minflok xi karattru fl-istorja.
(Kisba 6)
Qari u Grammatika / Ortografija 8. X’ser nitgħallem? Li mill-konsonanti tal-għerq nistgħu noħorġu kliem differenti. Pereżempju: k-s-r = kiser, kisser, inkiser. Niktbu kiteb mhux kitep, għax l-għerq huwa k-t-b. Li meta nċaqlaq il-konsonanti noħloq kliem ġdid. Pereżempju: r-s-q – resaq/q-r-s – qaras. Aqra u nnota l-għerq Semitiku fil-verbi.
Ma kienx Razzett… Pawlu u Tereża marru joqogħdu ġo razzett qrib il-Buskett. Kienu għadhom koppja żagħżugħa. Kellhom l-ewwel tarbija li kien jisimha Petra. Kull filgħaxija, hekk kif l-għabex iroxx id-dlam, kienu jaraw lit-tifla, li issa kellha tliet snin, titkellem waħedha fit-taraġ. Dan kien jinkwetahom bis-sħiħ, sa ħabtu jiddeċiedu li jeħduha 30
għal xi terapija psikoloġika, imma minn dak li ħasbu qatt ma rriżulta xejn.
Il-koppja kienu josservaw lil binthom tagħmel mossi b’idejha daqslikieku ħdejha kien hemm xi ħaddieħor jitkellem magħha. Darba fost l-oħrajn jisimgħuha titkellem bitTork, huma baqgħu imbellhin. Kif jista’ jkun li binthom titkellem bit-Tork, qajla kienet titkellem bil-Malti sew, billi kienet għadha ċkejkna. Lejla minnhom, Pawlu ddeċieda li jiġbed xi ritratti u vidjows bil-mowbajl tiegħu. Ħaġa tal-iskantament, hekk kif raw ir-ritratti u flew il-vidjow, deher tifel liebes ta’ Tork. Kellu kappell aħmar, ġilda skura, qmis bajda, sidrija u qalziet sa rkupptejh, par kalzetti jgħattulu l-qasba ta’ siequ u żarbun iswed tal-alakka. Sewwa kienet tgħid il-ġara, li f’dak ir-razzett kien jidher Tork. Li kien hemm tajjeb hu li dan it-tifel kien iġib ir-risq u lit-tifla qatt ma ħallieha nieqsa, il-karus tagħha dejjem mimli bil-flus. Fil-festi l-kbar, fosthom ewlenin, il-Milied u l-Għid, kienet issib kemxa ġmielha. In-nannu Żaren, li llum jinsab f’dar tal-anzjani, kien jaf sew b’dan ir-razzett imsaħħar, missieru kien jgħix hemm u spiss kien jirrakkonta kif dan it-Tork darba kien tah flus tad-deheb li minnhom kien għad baqagħlu tliet biċċiet fis-senduq talintrata. Dan ir-razzett kien wirtu u spiċċa f’idejn Pawlu u Tereża, li minkejja kienu jitkexkxu xi ftit jaraw dawn il-fenomini, qatt ma tħajru li jitilqu, għax il-kwalità ta’ ħajjithom ma marret lura qatt. Petra kibret u tgħarrset. Għalkemm qajla titkellem dwar il-ġid li rat, determinata li la tiret ir-razzett, tibqa’ tgħix hemm wara li tiżżewweġ.
Aktar fil-fond: Il-verb Semitiku jinbena fuq l-għerq. L-għerq huwa l-konsonanti tal-mamma. Il-mamma ssaqsi: “Hu x’għamel?” Pereżempju: nsterqet (verb imnissel) – seraq (mamma) – s–r–q (l-għerq).
31
Mill-konsonanti tal-għerq noħorġu kliem differenti, pereżempju: minn ħ–r–b noħorġu ħarab, tħarrab, ħarba, maħrub. Innota l-konsonanti dejjem iżommu posthom u ma jinbidlux anke jekk il-ħoss jinbidel. Ngħidu aħna fil-verb kiteb il-b tinstema’ p imma ladarba l-għerq hu k–t–b, tibqa’ tinkiteb b f’kull kelma mnissla.
Taħriġ: Ħares lejn il-verbi miktuba bil-grassett fis-silta u fil-kaxxi oħroġ l-għerq u xi verb ieħor li jitnissel minnu. Tinsiex! Biex issib l-għerq, l-ewwel trid issib il-mamma. Verb
Għerq
Verb ieħor
Joqogħdu
Q-GĦ-D
Qiegħed
Aqra din is-silta u nnota li meta l-għerq jitqalleb jibdel it-tifsira. Spiru resaq quddiem il-vetrina u seraq xi ċrieket tad-deheb. Firex kollox fuq il-mejda u xiref ċurkett ta’ Napuljun. Għajnejh qabżu ’l barra bil-qatgħa li ħa. Sar sinjur kbir, ħalef li jkun jiflaħ iqassam ftit mill-ġid lill-ifqar fost il-fqar. Issa li beżaq il-kelma, qabeż kull limitu li kien jiflaħ tassew u spiċċa kulħadd jiġri 32
warajh jittallab…u ħajtu saret tal-ġenn!!
Taħriġ:
Qabbel il-konsonanti tal-għerq f’kolonna A mal-verbi
f’kolonna B.
A
B
S-R-Q
Irkeb
R-S-Q
Siker
Q-R-S
Ressaqna
K-S-R
Bierek
S-K-R
Kissirtu
R-K-B
Kabbar
K-B-R
Serqu
B-R-K
Qarras
Illum tgħallimt: • Li mill-konsonanti tal-għerq, nista’ noħroġ aktar minn verb wieħed. • Jekk il-konsonanti tal-għerq jibdlu posthom, il-verb jibdel it-tifsira. Nota għall-għalliema: Din il-lezzjoni ssir fil-librerija.
Daqsxejn kitba:
Minn kotba misjuba fil-librerija, agħżel
leġġenda li togħġbok u iġborha fi stampi u kepxins fuq powerpoint. Wara ser tippreżentaha quddiem il-klassi.
Illum tgħallimt: • Nuża t-teknoloġija biex nippreżenta kitbieti. • Nuża t-tipa tal-Malti.
(Kisba 8) 33
MaltiMedja hija sensiela ta’ qari b’taħriġiet f’kuntest, immirata li timraħ fuq medda wiesgħa li tkopri rotta 3 tal-livelli kollha fis-Sekondarja Medja. Dan kollu abbażi tal-kisbiet mit-tagħlim tal-ħiliet tal-Malti, skont kif preżentat fis-sillabu aħħari. MaltiMedja għandu siltiet għall-qari segwiti b’taħriġiet f’kuntest, bil-għan li jwasslu għal ħiliet bażiċi, fosthom il-grammatika u l-ortografija, fehim it-test, kitba kreattiva, taħdit u smigħ. MaltiMedja jiffaċilita t-tagħlim u jilħaq il-miri għall-istudenti f’dawn ir-rotot u fl-istess ħin iservi ta’ għodda siewja f’idejn l-għalliema u l-ġenituri, sabiex ikopru firxa wiesgħa ta’ dak mitlub fis-sillabu.