Mid-Dinja Ċkejkna Tiegħi Għawdxin li għadna niftakru
PAWLU MIZZI
PAWLU MIZZI twieled fit-28 ta’ Ottubru 1929 fir-Rabat, Għawdex u studja fis-Seminarju ta’ Għawdex, fil-Kulleġġ tal-Għalliema u fl1966 iggradwa B.A. (Gen.) mill-Università Rjali ta’ Malta. Huwa kiseb ukoll id-Diploma bħala Assistent Librar mill-MCAST. F’żgħożitu kien membru attiv fil-kumpanija teatrali ta’ Don Bosco kif ukoll f ’għadd ta’ tims tal-futbol f ’Malta u f ’Għawdex. Huwa għallem f ’numru ta’ skejjel kemm tal-gvern kif ukoll privati (1948-1968) u serva bħala Assistent Librar tal-MCAST mill-1968 sal-1973. Mizzi kien ukoll korrispondent mal-Allied Malta Newspapers u pproduċa kif ukoll ippreżenta għadd ta’ programmi għat-TV b’rabta ma’ Għawdex. Kien ukoll ir-rapporteur uffiċjali tal-Gvern Malti meta sar is-summit ta’ bejn Bush u Gorbachev f ’Malta fl1989. Huwa kien direttur tal-istamperija Il-Ħajja (1978-1981) u kien konsulent kif ukoll direttur tal-kumpanija Mediterranean Film Studios (1987-1990) fi żmien meta nħadmu numru ta’ films importanti, fosthom Cristoforo Colombo u l-film Pirates ta’ Roman Polanski. Mizzi kien pijunier u pilastru importanti fil-qasam talpubblikazzjonijiet Maltin u fl-1970 waqqaf il-Klabb Kotba Maltin. Minn dik iż-żmien waqqaf u mexxa Midsea Books Ltd li llum hi magħrufa bħala waħda mill-aqwa djar tal-kotba Maltin u minnha ħarġu numru kbir ta’ kotba prestiġjużi. Pawlu Mizzi kien membru tal-Akkademja tal-Malti u minbarra l-enċiklopedija Heritage nieda wkoll sensiliet magħrufa fosthom Maltese Social Studies u Archivum – ġurnal għal dawk li għandhom għal qalbhom l-Istorja. Miet fil-5 t’Awwissu 2019. Kien miżżewweġ lil Maria née Scicluna u kellu tliet ulied: Annamaria, Ginette u Joseph. Fi kliem l-eks Prim Ministru Dr Lawrence Gonzi, waqt is-serata fl-okkażjoni ta’ għeluq it-tmenin sena tiegħu, li saret fil-Mużew tal-Arkeoloġija, il-Belt, nhar is-27 ta’ Ottubru 2009: “Huwa ħadem fis-settur tal-ktieb Malti billi wera fiduċja filkapaċità tal-moħħ Malti, ta’ kull min fehem li seta’ jagħti kontribut fl-iżvilupp tal-kultura verbali, miktuba tagħna l-Maltin. Tant kotba li huwa ppubblika matul medda ta’ tant snin turi qabelxejn il-fiduċja tiegħu fil-moħħ Malti, imħaddem fl-oqsma kollha tal-atttività. Minbarra l-kwantità tassew kbira ta’ kotba u pubblikazzjonijiet oħra li ppreżenta lill-poplu Malti, hemm ukoll il-fatt li huwa fittex li jwessa’ dejjem aktar id-definizzjoni tal-ktieb Malti, miktub f ’kull kundizzjoni u f ’kull settur tal-esperjenza umana.” Il-poplu Malti jibqa’ midjun għall-kuraġġ li wera s-Sur Mizzi meta terraq fil-pubblikazzjonijiet bil-Malti u baqa’ dejjem jara li l-ktieb Malti jilħaq il-livell professjonali li tant tixraqlu. (Dettalji bijografiċi mid-Dictionary of Maltese Biographies)
klabb kotba maltin Dar il-Ktieb Malti, 6 Triq id-Dejqa, Valletta www.midseabooks.com
PAWLU MIZZI
Mid-Dinja Ċkejkna Tiegħi Għawdxin li għadna niftakru
SERGIO GRECH EDITUR
klabb kotba maltin
iv
MID-DINJA ĊKEJKNA TIEGĦI
Ippubblikat mill-Klabb Kotba Maltin Dar il-Ktieb Malti, Triq id-Dejqa, Valletta Editur: Sergio Grech Assistent tal-Editur: Francesco Pio Attard
Copyright Letterarju © Pawlu Mizzi, 2019 Copyright Editorjali © Klabb Kotba Maltin/Sergio Grech Copyright ritratti © skont kif immarkat Il-jeddijiet tal-pubblikazzjoni miżmuma. Dan il-ktieb qed jinbiegħ bilkundizzjoni li ma jistax jinsilef, jerġa’ jinbiegħ jew jingħata b’xejn f ’xi għamla jew legatura oħra ħlief kif inhu ppubblikat. Ma jista’ jsir ebda tibdil. Ebda silta minnu ma tista’ tkun ippubblikata jew maħruġa f ’mod fotostatiku, elettroniku, mekkaniku, irrekordjat jew b’xi mod ieħor mingħajr il-permess tal-pubblikatur. NOTA DWAR IR-RITRATTI F’dan il-ktieb għamilna użu ta’ għadd ta’ ritratti li ġew minn għadd ta’ kollezzjonijiet u sorsi. Dawn jinkludu l-Arkivju Nazzjonali, Rabat Malta; Heritage Malta u Peter J. Schield; Dr Giovanni Bonello; John Cremona; Fr Charles Cini sdb; u l-arkivji ta’ Midsea Books. Ma’ kull ritratt hemm miktub is-sors u l-jeddijiet għar-riproduzzjoni huma miżmuma. Nirringrazzjaw lil kull min tana permess. Is-sezzjoni tar-ritratti huma meħuda minn Peter J. Shield li kien Malta fl-aħħar tas-snin erbgħin tas-seklu XX. Ħafna mill-postijiet li ġibed Shield illum tbiddlu ħafna, b’uħud inqerdu, imma fuq kollox juru r-realtà Għawdxija li fiha kiber u għex Pawlu Mizzi. Ir-ritratti ta’ Shield huma llum miżmuma minn Heritage Malta. NOTA DWAR ID-DJALETT Id-djalett użat f ’dan il-ktieb hu d-djalett oriġinali Għawdxi wżat minn Pawlu Mizzi u ġie deċiż li jitħalla kif inkiteb mill-awtur. Ħafna minn dawn il-kitbiet dehru fir-rivista djoċesana Il-Ħajja ta’ Għawdex bejn l-2003 u l-2005.
Qari tal-provi: Karl Coleiro Ringrazzjamenti: Joe M. Attard, Leonard Callus, Joe Camilleri, Alan Cini, John Cremona, Charles J. Farrugia, Russell Muscat, Terence Portelli, Alvin Scicluna, George Scicluna, Anton Tabone, u Heritage Malta Settjar: Raymond Miceli u Joseph Mizzi Stampar: Gutenberg Press, Gudja ISBN 978-99932-7-756-9
SPJEGAZZJONI
v
Werrej
Spjegazzjoni Sergio Grech.......................................................................................... ix Ċokon li ma jċekkinx Mark-Anthony Falzon........................................................................... xiii Jien u l-oħrajn Daħla ta’ Pawlu Mizzi.......................................................................... 1 Ir-Rabat u l-inħawi tiegħu (mappa)......................................................... 6 Sir Arturo Mercieca.................................................................................... 11 Dun Anton Tal-Magna.............................................................................. 17 Pawlu Tal-Lingi.......................................................................................... 21 Ġużeppa Ta’ Ġannpatist............................................................................ 27 Karmnu Tal-Aħmar................................................................................... 31 Fredu Tar-Reverist..................................................................................... 37 Ċensu Cordina .......................................................................................... 43 Ġanni Gerit................................................................................................. 49 Ġoġò Tax-Xejxier...................................................................................... 55 Karmenu Ta’ Finda.................................................................................... 61 Marija Tal-Gabillott................................................................................... 67 Ċikku Tal-Erwieħ...................................................................................... 73 Bastjan Tal-Presepju.................................................................................. 79 Joe Qassisu.................................................................................................. 83 Ġirġi Tal-Mestizz....................................................................................... 89 Salvina Bezzina Tal-Qala.......................................................................... 93
vi
MID-DINJA ĊKEJKNA TIEGĦI
Tunoj Tal-Mozz......................................................................................... 99 Charlotte ta’ Ċikka Ta’ Wrinjiw............................................................... 105 Il-Brejbex.................................................................................................... 111 Ġanni Tal-Ħaruf......................................................................................... 117 Manwil Tan-Nunu..................................................................................... 123 Toni Bonnici Ta’ Terna............................................................................. 129 Is-Sinjura Dimech...................................................................................... 135 Dwardu Ta’ Fittet....................................................................................... 141 Ketutu.......................................................................................................... 147 Dun Ġużepp Tal-Anġolin......................................................................... 153 Mariroż........................................................................................................ 159 Mastru Mikiel Tal-Badiku......................................................................... 165 Serafinu....................................................................................................... 171 Zolla Tal-Baħbuħa..................................................................................... 177 Ġanġu Ta’ Nawwiela................................................................................. 183 Gejtu Tal-Fanal........................................................................................... 189 Ġorġ Ta’ Delina......................................................................................... 195 Majsi Tal-Għadmu..................................................................................... 197 Fonzu u Dolora.......................................................................................... 201 Is-Surmast Giardini Vella.......................................................................... 207 Il-Ministru Dun Klement.......................................................................... 213 Il-Professur Ġużè Aquilina....................................................................... 221 Mary Mejlak............................................................................................... 229 Ninu Cremona............................................................................................ 235 L-Avukat Anton Calleja............................................................................. 241 It-Tabojb Antun, Il-Prinċipol................................................................... 247 Is-Sur Ġeġè Tal-Mużew............................................................................ 253 Patri Akkursju Xerri................................................................................... 259 Wistinu Tal-Vari......................................................................................... 265 Dun Pawl Tal-Oratorju.............................................................................. 271 Frenċ Tal-Għarb......................................................................................... 279 Il-Professur Andrew Vella......................................................................... 287 Indiċi ta’ Persuni........................................................................................ 295
DEDIKA Lil dawk kollha li għamlu parti mill-ħolma ta’ Pawlu Mizzi
SPJEGAZZJONI
ix
Spjegazzjoni
I
S-SUR JOSEPH MIZZI, id-Direttur Maniġerjali tal-Klabb Kotba Maltin u Midsea Books, talabni niġbor u neditja s-sensiela ta’ artikli Għawdxin li Għadna Niftakru ta’ Pawlu Mizzi li kienu dehru l-ewwel darba f ’Il-Ħajja f ’Għawdex. Din tal-aħħar hija rivista tad-djoċesi Għawdxija li bdiet toħroġ fl-1945 u llum qabżet l-elf ħarġa. Pawlu Mizzi fl-1969 waqqaf il-Klabb Kotba Maltin. F’għeluq ittmenin sena tiegħu, Oliver Friggieri tah iċ-ċertifikat ta’ “Missier il-Ktieb Malti Modern” għal dak kollu li rnexxielu jagħmel fis-settur tal-ktieb Malti. Min jaf kemm talenti letterarji ġew skoperti minnu u ngħataw il-possibbiltà li xogħolhom ma jibqax manuskritt, mitluf f ’kexxun għad-dlam. Fil-fatt, ilKlabb għandu niċċa ewlenija fl-istorja tal-ktieb Malti. Għal Pawlu Mizzi żgur li ma kienx ġest faċli li jitlaq minn Għawdex, jinżel Malta u jagħmel li għamel. Mhux biss minħabba l-indifferenza lejn il-qari ta’ dawk iż-żminijiet, imma anki minħabba l-fatt li kellu jitlaq l-art u l-ambjent li wellduh u lil familtu u fl-istess ħin jipprovdi l-ħobż għal martu u wliedu. Mizzi hu eżempju ieħor ta’ emigrazzjoni interna fejn matul is-snin diversi Għawdxin, minħabba n-nuqqas ta’ opportunitajiet marbuta ma’ studju, ħobż, xogħol u għajxien, għamlu l-bejta tagħhom f ’Malta. F’kelma waħda, Pawlu Mizzi rnexxielu jirbaħ l-iżvantaġġi li ġġib id‘DNA Għawdxija’ u flimkien ma’ oħrajn bena b’mod sod l-industrija talktieb Malti. Kien hu wkoll li webbel lill-gvern tal-ġurnata jibda l-Fiera talKtieb li llum hija avveniment nazzjonali. Dan l-aġir tiegħu sfida dak li kien hemm min sejjaħlu s-sottomissjoni psikoloġika tal-Għawdxin lejn il-Maltin fejn skont dan l-argument bosta drabi l-Għawdxin jistennew lill-Maltin biex jgħidulhom x’għandhom jagħmlu. ix
SPJEGAZZJONI
xiii
Ċokon li ma jċekkinx
Anki jien twarrabt minn dak l-ambjent saħħari ta’ tfuliti. Ma nftamt qatt, imma, għalkollox minnu. Fuq it-Tomba, fejn Santu Wistin u l-Oratorju Don Bosco, kienu magħġunin f ’demmi. U bla ma kont irrid, kull meta nirfes ir-Rabat, saqajja jmexxuni lejn dawk l-inħawi.
A
KTAR MA bniedem jikber, aktar jifhem li x’aktarx qatt mhu se jsib iċ-ċertezzi u l-wens li dejjem fittex. Għalhekk jirrikorri, konxjament jew le, għal dinja li m’għadhiex teżisti, jiġifieri dik tat-tfulija. Għattfal, jew almenu għat-tfal kif jiftakruhom il-kbar, l-ambjent u n-nies li jgħixu fih jinħassu qishom kienu hemm minn dejjem, u se jibqgħu għal dejjem. U sa ċertu punt veru jibqgħu ħajjin għal dejjem, qishom tableaux vivants li ma jħallux lill-memorja tistrieħ. “Aktar ma nikber aktar donnhom jitfaċċaw quddiemi l-uċuħ u l-ġrajjiet li fi tfuliti kienu jferrħuni,” jikteb Pawlu Mizzi. Ir-rakkonti miġbura f ’dan il-ktieb ilaħħmu dak li seta’ baqa’ fantażmagoriku. Bħal Fellini f ’Amarcord, l-awtur jagħti n-nifs tal-ħajja lill-postijiet u lill-persunaġġi ta’ tfulitu. Iddifferenza hi li r-Rabat ta’ Mizzi mhuwiex ir-Rimini ta’ Fellini, fejn jgħixu karattri (jew karikaturi?) eċċentriċi, tad-daħk u tal-biki fl-istess ħin – appuntu karattri Fellinjani, jiġifieri bbażati fuq ir-realtà imma mibdula skont l-esiġenzi artistiċi u l-kreattività tad-direttur. Mizzi jikteb fuq nies li għexu verament, nies imsemmija bħala individwi, u għalhekk m’għandux il-libertà kreattiva li kellu Fellini. Il-qassisin li “kullimkien kien imdawwar bihom”, il-majjistri, l-għalliema, u anke n-nies tal-palk, tal-għana u l-mużika vernakulari, kollha għandhom il-ferħ u d-dwejjaq tagħhom. Huma deskrizzjonijiet, aktar milli karikaturi. xiii
1
Jien u l-oħrajn
G
RAZZI MINN QALBI lil kull min kitibli jew ċempilli fuq l-‘Għawdxin li għadni niftakar’. Tassew, grazzi lil kulħadd. Anke lil dawk li ma tantx niżlulhom. Ħadt gost b’kulma qalu. Naċċertakom li kull kelma tħeġġiġni. Sinċerament, l-interess tagħkom jagħmilli kuraġġ. Għawdex tagħkom hu l-istess Għawdex tiegħi. U, minkejja l-bogħod li hawn jifridna, jibqa’ hu dejjem id-dinja ċkejkna tiegħi li ma ninsa qatt. U ma tagħtunix tort! Jien twelidt u trabbejt Fuq it-Tomba. L-iktar rokna ferrieħa tal-gżira. Għalija l-ewwel subborg li taqbad malli tħalli r-Rabat. Fejn Tal-Mazz u fejn kien joqgħod ukoll Ġanni Tal-Ħaruf. Hemm qattajt tfuliti. Nilgħab fuq il-ħaxix. Ma’ tfal oħra. Ta’ Xaqqaq, Ta’ Sufa, il-Kaptanijiet, Tal-Mejkel u ma nafx kemm oħrajn. U, kultant niġġieldu. Daqqa fuq xi ħofra tal-gejm li ma tkunx tidher u daqqa fuq ilballun taċ-ċarruta li jkun qed jitqatta’. U niġru u nixxabbtu mal-ħadid taċċimiterju ta’ fejn Santu Wistin. Ma ninsiehx dan tfuliti! Ħafna, kont imqareb. U, la kont naħsibha u lanqas nibża’. Darba, biex ommi ma ssibnix, tlajt fuq l-bejt u staħbejtilha fuq iċ-ċinta ta’ barra talapramorta! Lanqas biss għaddieli minn moħħi li stajt naqa’. Tassew, ma kontx naħsibha. Nivvintah kont il-periklu. Imbagħad, ta’ disa’ snin, daħħluni boarder is-Seminarju. Domt sitt snin maqful. Xorta, imma, ma nbdiltx. Li jfettilli f ’rasi kont nagħmlu. Illum, ma niltaqax ma’ Toni Falzon Tax-Xirmi jew mat-Tabib Karistu Tax-Xagħra li ma jsemmulix xi praspura li kont nagħmlilhom. U l-Arċisqof Mercieca! Iżomm żaqqu biddaħk meta nfakkru kif konna niffrankaw xi siegħa Latin ma’ Leach. Il-Bambin biss jaf kemm paċenzja ħa bija! 1
Lejn Ta ’ Pinu
TRI
TRIQ SANT’ORSOLA
QS AN T’O RSO LA
TR
IQ
GE
DR
IN
TRIQ
TA’ WARA GEDRIN TRIQ K
MON
S. V E L
PJAZZA SAVINA
LA
Savina
ERĊEM
TR
IQ
TRIQ SANTA MARIJA
M.
A.
TRIQ L-ASSUNTA
CASSAR
Il-Każin tal-Ljun (sal-1976)
IŻI
TR
ANTA
RANĊ
TRIQ S
TRIQ
-F K TAL BLOK L-IM
MARIJ
A
TRIQ AR
ĊIPRIET
IL-MANDRAĠĠ
WARA SAN ĠORĠ TRIQ SAN ĠORĠ
TRIQ IL-PROVIDENZA
EF
IQ
SA
NĠ
OR
Ġ
IL-LIBRERIJA
TR
SAN ĠORĠSan TALĠorġ Tal-Ħaġar ĦAĠAR TRIQ
ALL
L-Oratorju
-TOM R A TAT WWA ID-DA
FUQ IT-TOMBA
TRIQ IL-LIBRERIJA
DU
MIC
BA
TRIQ
WL N PA
Ir-Rabat u l-inħawi tiegħu
Santu Wistin
FEJN SANT WISTIN
MARIA HILI
PJAZZA SANTU WISTIN
L-GĦAJN
Lu d ilWie ċem n j Le a’ Ker uT
Lejn Kbiral-Għajn ilu x-X lendi TRIQ TA
ta nzja
TRIQ L-ISKOLA
TRIQ ALFONS
IL-VAJRINĠA TRIQ VAJ R
INĠ
A
L-Iskola Prima
Le u M jn i PU ar l-Ka ĊĊ I sa p u NI lfo ċċ rn in i
IT-TELGĦA TAL-BELT
Iċ-Ċittadella
Q IL
-KA
Teatru Astra
TRI
Banca Giuratale
TRIQ IR-REP
PJAZZA INDIPENDENZA
San Ġakbu
IT-TIĠRIJA IT-TIĠRIJ
EFA
UTIRJ
AL
.R
FUQ GĦAJN QATET
TRIQ T AĦT P
PJAZZA SAN ĠORĠ
San Ġorġ N
Ġ
TRIQ MONS. ĠUŻEPP FARRUGIA
IRJAL
SA
R ĠO
TAĦT PUTIRJAL ĦT PUT
RIQ
A
Triq ir Lejn -Repubb l-Imġ li arr ka
Il-Kurja
LO
IT-TOKK
UBBLIK A
TRIQ PALMA TRIQ ID-DEJQA
TRIQ TAĦT
PUTIRJAL
TRIQ
IL-K
ARIT À
Il-venda tal-linja
TRIQ VAJRINĠA
Is-Seminarju
Lejn Ta’ Pom Taċ-Ċawla u pej Ta’ Sannat
arja
TRIQ TA
Ġ
FEJN SAN FRANĠISK PJAZZA SAN FRANĠISK
San Franġisk
L-Isptar il-Qadim
Dehra tat-Tokk u l-knisja ta’ San Ġorġ miċ-Ċittadella. (Ritratt: Midsea Books)
37
Fredu Tar-Reverist
M
A’ FREDU Tar-Reverist għaddejt l-iskola primarja kollha. Kellna l-istess żmien. It-tnejn tad-disgħa u għoxrin. Dħalna flimkien meta kellna ħames snin. Bdejna fil-klassi tal-‘Ma u Pa’ − mas-Ser Buhagiar − u bqajna flimkien sat-‘third’ tas-Ser Attard Tal-Arkitett. Għax kellna t-tnejn Serijiet Attard u t-tnejn jgħallmu t-‘third’. Attard l-ieħor kien mix-Xagħra bħas-Ser Buhagiar. U bħalu kien jaf imur mat-tfal. Qatt ma ltqajt ma’ tifel li gerger minnhom. Buhagiar għadu ħaj u llum għandu xi erbgħa u disgħin sena. Minn qalbi nsellimlu u nixtieqlu mitt sena għomor. Minn taħt idejh Fredu u jien konna bdejna triqtna ’l quddiem. Tlajna f’tas-Ser Marċell Ta’ Nina − Alla jagħtih mitt ġenna! − u wara fil-‘first’ mas-Ser Koli Ta’ Ġannozz. Fis-‘second’ kien jgħallimna s-Ser Formosa. Mhux kulħadd kien tela’. Imma magħna kienu baqgħu ħbieb oħra. Pawlu Tal-Merguli, Ġużeppi Tas-Siku, Passetti, Pawlu Ta’ Prinu, Ġużeppi Zammit Tal-Patri, Toni Ta’ Grezzja ta’ Hili, iċ-Ċimella... barra oħrajn li bħalissa ma niftakarx. Dawn kienu sħabi li sawruli tfuliti. Imqarbin kemm tridhom, imma, kull wieħed kien tajjeb f’xi suġġett jew ieħor. Barra minn hekk, ilkoll konna dejjem kollha lesti li naqbżu għal xulxin u ngħinu wieħed lill-ieħor. Fredu kien champion għall-Malti. Ma kienx hemm poeżija fil-ktieb li ma kienx jafha bl-amment. Minn kif jirfes siequ fil-bitħa filgħodu kantaliena waħda: “Jisbaħ Toninu / Jibki kuljum / Għaliex mis-sodda / Ma jridx iqum.” Toni Ta’ Hili ġieli kien jaħbat jieħu għalih, l-iktar xħin jarana nidħku. Imma Fredu kien malajr jibdel id-diska, jaqbad labranzetta ma’ Ġużeppi Tal-Patri u jkanta: “Għandi pupa wisq sabiħa / Aħmar wiċċha bħall-peprin / Par għajnejn minn lewn is-sema / Bħalhom żgur ma ssibx ħelwin.” Kien fih għors dan Fredu. Għax ferrieħi u ma jiħux għalih. Hu fost sħabi kollha l-iktar li baqa’ stampat f’moħħi. 37
294
It-television jasal Għawdex.
MID-DINJA ĊKEJKNA TIEGĦI
295
Indiċi tal-Persuni
A Abela, Fredu (Bamboċċu), 41 Agius de Soldanis, Kanonku Ġan Piet, viii, 4, 76, 153, 213, 226, 276, 288 Anastasi, Johnnie, 148 Apap, Koli, 41, 183, 259 Apap, Willie, 12 Aquilina, Biċe, 228 Aquilina, Professur Ġużè, viii, 222, 224, 229, 291 Aquilina, Marija, 229 Attard, Kavallier Joe M., ix Attard, Dun Karm, 28, 64 Attard, Marija, 29 Attard, Pietru, 15, 46, 58 Attard, Willie, 127 Attard, Surmast Willie, 127 Axiaq, Bastjan, 79-82 Axisa, Joe, 173 Axisa, Spiru, 23 Azzopardi, Peppi, 30, 62 B Badger, George Percy, 5, 157, 238 Baldacchino, Frans (Budaj), 41 Ballucci, Mary, xii, 27, 28, 29, 30 Barrington, Br Leo, 69, 287 Bartolo, Sir Augusto, 225 Barzoni, Vittorio, 261 Bencini, Supretendent, 150 Benigni, Roberto, 43, 47 Bianco, Manwel, 258 Blackman (fotografu), 168
Boffa, Charles J., 291 Boffa, Prim Ministru Pawlu, 204, 275, Bonanno, Fra Diegu, 257 Bonello, Kavallier Ċensu, 269 Bonnici, Ġużè, 223 Bonnici, Toni, 129-133 Bonnici Calì, Kavallier Rafel, 171 Borelli, Padre, 213 Borg, Ewġenju, 254 Borg, Dun Ġużepp, 153 Borg, Gejtu, 193 Borg, Avukat Joe, 120 Borg, Dun Salv, 46 Borg Olivier, Prim Ministru Ġorġ, 124 Borg Pisani, Carmelo, 174 Borg Xuereb, Rita, 160 Boissevain, Jeremy, xiii, 50 Bosco, Don Giovanni, xi, xii, 2, 23, 24, 28, 46, 47, 63, 64, 65, 69, 77, 103, 107, 162, 250, 257, 261, 267, 271, 273, 278 Bosio, Giacomo, 196 Braudel, Fernard, 226, 288, 289 Bres, Onorato, 213 Briffa, Joseph, 126, 209, 268, 269, 284 Briffa, Rużar, 64, 223, 224, 232 Bugeja, Dun Joe, 132 Bugeja, Kelinu, 219 Buhagiar, Ġużi, 175 Busuttil, Salvatore, 269 Butler, Samuel, 155 Buttigieg, President Anton, viii, 41, 141, 229
295
296
MID-DINJA ĊKEJKNA TIEGĦI
Buttigieg, Dun Mikiel, 96 Buttigieg, Isqof Mikiel, 96 Buttigieg, Toni (Surmast mill-Qala), 25 C Cachia Zammit, Tabib Alexander, 162, 250 Calì, Isqof, 257 Calì, Giuseppe, 116, 268 Calleja, Avukat Anton, 241-245 Calleja, Larry, 169 Calleja, Marija, 127 Camilleri, Avukat Ġiġi, 225 Camilleri, Kanonku Ġużepp, xii, 28 Camilleri, Joe, 80, 81 Camilleri, Karmenu, 15 Camilleri, Sir Luigi, 213 Caruana, A.E., 83 Caruana, Marciol, 268 Caruana, Marija, 229 Caruana Dingli, Robert, 92, 97, 268 Casolani, Carolina, 28 Cassar, Anton, 173 Cassar, Dun Karm, 219 Cassar, Marija, 70 Cassar, Pawlu, 46, 57 Cassar, Arċipriet Saver, 23 Catania, Pawlu, 138, 253 Cauchi, Kolin, 259 Cauchi, Dun Pawl, 175 Cefai, Dun Anton, 17-20 Chaplin, Charlie, 44, 190 Chetcuti, Patri Bonaventura, 61 Ciantar, Effie, 41 Cini, Adelaide, 257 Cini, Antonio, 175 Cini, Doris, 71 Clews, Charles, 46 Cohen, Professur, 228 Copperstone, Caroline, 161 Coppi, Fausto, 228 Cordina, Ċensu, 43-47, 235 Cordina, Monsinjur, 43 Cremona, Feliċ, 213 Cremona, Ġanni, 45 Cremona, Prim Imħallef Giovanni, 175 Cremona, Ġużeppi, 46 Cremona, Ninu, viii, 4, 15, 47, 84, 226, 229, 233, 235-240
Crispi, Prim Ministru Francesco, 261 Croce, Benedetto, 260 Curè, Madame, 204 Curmi, Monsinjur, 119 Curmi, Sindku Pawlu, 228 Cuschieri, Patri Anastasju, 229 Cutajar, Ġużeppi, 171, 259 Cutajar, Wiġi, 262 D De Filippo, Eduardo, 47 De Marco, President Guido, 82 De Trafford (familja), 94 Darmanin, Karlu, 113 Debono, Dun Anton, 27 Debono, Fr, 2, 65 Debono, Ġużeppa, xi, 27-29 Debono, Tabib Pietru Pawl, 225 Debrincat, Dun Ġużepp, 154 Debrincat, Karmenu, 63, 64 Debrincat, Madre Margerita, 28, 106 Debrincat, Dun Salv, 228 Delia, Gio Batta, 137 Desira, Joe, 96 Diacono, Dun Ġużepp, 106 Dickens, Charles, 213 Dimech, Dun Ġwann, 135 Dimech, Manwel, 76, 174 Dingli, Adriano, 23 Dingli, Paolo, 23 Dolci, Carlo, 266 Duca, Ġużè, 268 E Ellis (fotografu), 168 Ellul, Manwel, 86 Ellul Mercer, Ġużè, 229 F Fra Baskal, 281 Fra Grazzja, 153, 173 Fra Gulielm, 153 Falzon, Gio Batta, 238 Falzon, Toni, 1 Farrugia, Dun Ġużepp, 262 Farrugia, Michele, 168 Farrugia, Mikiel, 166, 210 Farrugia, Pawlu, 148 Federiku II, 288
INDIĊI TAL-PERSUNI
Felice, Augusto, 169 Felice Pace, Joe, 228 Fiorini, Sinjora, 106 Fiorini, Tabib, 204 Fogarty, Prof. Owen, 226 Formosa, Sir, 27 Formosa, Ġuża, 161 Formosa, Karmenu, 191 Formosa, Dun Sidor, 257 Fiteni, Kummissarju, 284 Flynn, Errol, 241 Franco, Ġeneral Francisco, 92 Frank, Mr, 93, 94, 95, 96, 97 French, Mary, 207, 216, 217 Frendo, Ġorġ, 207, 210 Freud, Sigmund, 135 Friggieri, Professur Oliver, vii, 160, 291 Frontici, Prof., 209 G Gafà, Lorenzo, 162 Galea, Alfons Maria, 213 Galea, Nutar Anton, 124 Galea, Ġorġ, 124 Galea, Dun Ġwann, 173 Galea, Lorry, 34 Galea, Dr Louis, 228 Galizia, Perit E.L., 80 Ganado, Dr Herbert, 15, 27, 291 Garrone, John, 67 Garrone, Rose, 67 Garibaldi, Giuseppe, 156, 213 Gatt, Mariroż, 159-163 Gauci, Monsinjur Anton, 219 Gauci, Ġiġi, 130 Gauci, Marija, 223 Gemelli, Patri Agostino, 260 Giardini, Surmast Giuseppe, 46, 47, 112, 207-212 Gigli, Beniamino, 59 Giordano, Luca, 266 Gioiosa, Dun Ġużepp, 153 Gonzi, Arċisqof Mikiel, 32, 126, 127, 138, 214 Gray, Thomas, 77 Grech, Dun Anton, 153 Grech, Charles, 169 Grech, Dwardu, 25, 57 Grech, Fernand, 86
297
Grima, Miss, 190 Grima, Dun Ġorġ, 30 Grima, Dun Gulielm, 123 Grima, Mikiel, 124 Grima, Dun Mikielanġ, 213, 268 Grima, Karmni, 13, 281 Grima, Dr Willie, 248 H Hili, Arċipriet Alfons, 153 Hili, Ġużè, 47 I Ingrassia, Ciccio, 165 Isserlin, Professur, 223 K Keninmonth, Christopher, 282, 286 Kerr, Walter, 23 Ketèlbey, Albert, 132 Kopper, Karl, 292 L Laferla, A.V., 68, 106, 225, 273 Lanfranco, Guido, 231 Lanzon, Dirjanu, 58 Lapira, Sur, 56 Lévy, Bernard-Henri, 258 Lewis, George, 261 Luke, Sir Harry, 239 M Magri, Patri Manwel, 53 Mahnuk, Dun Nikolanġ, xii, 28 Mallia, Carlo, 175 Mamo, Dun Salv, 76 Mamo, Salvu, 238 Masini, Bennardu, 121, 183 Masini, Bernardo, 212 Masini, Dun Effie, 46 Masini, Franco, 73 Meilak, Dun Ġanpatist, 124 Meilak, Patri Ġużepp, 124 Mejlak, Mary, 192, 223, 229-233 Mercieca, Sir Arturo, 11-16, 175, 213, 225 Mercieca, Ġużeppi, 57 Mercieca, Dun Menwil, 153 Micallef, Marija, xii, 69, 86
298
MID-DINJA ĊKEJKNA TIEGĦI
Micallef, Nerik, 205 Micallef, Dun Pawl, 144 Mifsud, Alfredo, 213, 288 Mifsud Bonnici, Avukat Ugo, 132, 138 Mikallef Buħaġar, Karmen, 2, 84, 87, 239 Mintoff, Prim Ministru Duminku, 27 Mizzi, Dun Alwiġ, 285 Mizzi, Annamaria, 283 Mizzi, Fortunato, 24 Mizzi, Fra Ġorġ, 21, 153 Mizzi, Marcell, 229 Mizzi, Mikiel Angelo, 261 Mizzi, Prim Ministru Nerik, 23, 171, 213 Mizzi, Rużar, 76 Mizzi, Toni, 45, 211 Mizzi, Vitorin, 29 Montanaro, Edgar, 175 Morello, Marco, 35 Mortimer, Margaret, 69 Mother Comerford, 68 Muscat, Ġanni, 96 Muscat Azzopardi, Anton, 210 Muscat Azzopardi, Ġino, 238 Mussolini, Benito, 92 N Navarro, Johnnie, 46, 136 Nelson, Ammirall Horatio, 214 Newman, Kardinal John, 244 O Orwell, George, 214 P Pace, Antoine, 207 Pace, Avukat, 64, 278 Pace, Ġanninu, 173 Pace, Ġovann, 59 Pace, Karmenu, 279 Pace, Kikku, 259 Pace, Patist, 38 Pace, Peppinu, 173 Pace, Isqof Pietru, 15, 28, 59, 236, 257, 261 Pace, Victor, 136 Pace Forno, Isqof Gaetano, 28 Papa Ljun X, 257 Pas, John, 84 Pascal, Blaise, 151
Patri Pelaġju, 58 Pellegrini, Avukat Vincenzo Maria, 175 Perrone, Johnnie, 253, 254 Pinto, Gran Mastru Manoel, 213 Pisani, Ġorġ, viii, 45, 124, 221, 223 Pisani, Lazzaro, 209 Pisani, Prof. S.L., 161 Pisi, Carlo, 25 Pizzuto, Patri Anġ, 153, 154 Portelli, Franġisk, 281 Portelli, Dun Franġisk (Iz-Zopp), 112, 124 Portelli, Dun Ġużepp, 262 Portelli, Pawlu, 23 Portelli, Wiġi, 229 Preca, Annibale, 238 Preca, Dun Ġorġ, 256, 257, 258 Preziosi, Leandro, 169 Psaila, Dun Karm, 230 R Ragonesi, René, 137, 155, 253, 254 Refalo, Ċikku, 91 Refalo, Giuseppe, 124 Reġina Eliżabbetta, 25, 128, 291 Reġina Vittorja, 137, 179 Reid, Gvernatur William, 150 Ropa, Laurent, 84, 87 Rosato, Luigi, 238 Ross, Pawlu, 124 Rossetti, Gabriele, 261 Rossini, Giacomo, 55 Ruggerio, Settimo, 261 Ruskin, John, 230 S Sant, Prof. Carmelo, 231 Saliba, Dun Ġorġ, 225 Saliba, Ġużeppi, 125 Savio, San Domenico, 163, 267, 276 Savona, Sigismondo, 261 Saydon, Monsinjur Pietru Pawl, 229, 238 Sceberras, Sir Filippo, 56 Schembri, Liberata, 161 Schickluna, Louis, 85 Scicluna, Ġorġ, 193, 269 Scicluna, Monsinjur Karm, 108 Scicluna, Leli, 253 Scicluna, Roger, 193
INDIĊI TAL-PERSUNI
Scicluna, Sunta, 70 Scicluna, Toni, 45 Scicluna, Tonina, 161 Serracino Inglott, Erin, 291 Serracino Inglott, Dun Peter, 137 Shakespeare, William, 3, 58, 130, 203 Shaw, Bernard, 226 Sillato, Ġiġi, 183 Sillato, Spiru, 41 Sordi, Alberto, 46, 47 Spiteri, Dun Franġisk, 153 Storace, Joe, 28 Strickland, Prim Ministru Gerald, 15, 21, 22, 125, 169, 275 Strickland, Mabel, 23, 25, 68, 259 Sultana, Francesca, 161 T Tabone, Ministru Anton, ix, 46 Tabone, Tabib Anton, 24, 248 Tabone, President Ċensu, 204, 205 Tabone, Ġorġa, 161 Tabone, Dr Mario, 44 Tanti, Gio Antonio, 35 Testa, Avukat Carmelo, 108 Thackery, William, 203, 260 Theuma, Ġorġ, 18, 223 Tommasi, Padre, 213 Trump, Professur David, 24 V Valenzia, Turu, 229 Vassallo, Anton, 25
299
Vassallo, Ġanni, 192, 193, 226, 237, 238 Vassallo, Karmenu, 229, 232, 241 Vassallo, Leli, 280, 281, 282, 286 Vassalli, Mikiel Anton, 4, 5, 157, 221, 237, 239, 274 Vella, Dun Andrea, 216 Vella, Ċikku, 91 Vella, Francesco, 238 Vella, Ġanni, 115, 209, 210 Vella Haber, Kelinu, 229, 259 Vella Muscat, Joe, 91, 244 Verga, Giovanni, 112 Viani, Baruni, 124 X Xerri, Patri Akkursju, 24, 259-263 Xerri, Ġorġ, 144, 250 Xuereb, Monsinjur Carmelo, 173
Z Zammit, Dun Ġużepp, 173, 256 Zammit, Sir Temi, 204 Zammit Clapp, Emilia, 257 Zammit Hamet, 168 Zerafa, Ġużeppa (omm), 70 Zerafa, Ġużeppa (bint), 70 Zerafa, Neriku, 70, 205 Zerafa, Ruġġier, 70 Zerafa, Tereża, 70
F’din il-ġabra qed ikunu ppreżentati sensiela ta’ profili miktuba minn Pawlu Mizzi, il-fundatur tal-Klabb Kotba Maltin, u li kienu dehru l-ewwel darba f ’Il-Ħajja f ’Għawdex, pubblikazzjoni taddjoċesi Għawdxija. F’dawn il-kitbiet, Mizzi jlaqqagħna ma’ Għawdxin li għamlu isem filħajja pubblika lokali imma wkoll figuri oħrajn li lewnu tfulitu, żgħożitu u rġulitu li wisq probabbli jafuhom ftit ħafna. Il-profili tiegħu, li qed jidhru fil-ktieb, huma pinzellati mill-isbaħ u joffru wkoll riflessjonijiet fuq il-ħajja li qed tinbidel b’ritmu mgħaġġel. Il-ktieb jimla vojt ieħor dwar l-istorja ta’ Għawdex.
SERGIO GRECH twieled iż-Żejtun fit-30 ta’ Ottubru 1975. Studja l-Istorja fl-Università ta’ Malta. Awtur ta’ erba’ bijografiji u rumanz. Editur tas-sensiela Bejn Storja u Miti. Xandar ta’ għadd kbir ta’ programmi b’xeħta kulturali. Kien l-ewwel Direttur Eżekuttiv tal-Kunsill Nazzjonali talKtieb. Impjegat mad-Dipartiment tal-Edukazzjoni. FRANCESCO PIO ATTARD twieled il-Belt Victoria, Għawdex fl-1985. Hu studja t-Teoloġija fis-Seminarju ta’ Għawdex u fl-Università ta’ Malta, mnejn kiseb Baċellerat bl-Unuri fit-Teoloġija u Masters fil-Youth Ministry. Jaħdem bħala Assistent tal-Arkivju fl-Arkivju Nazzjonali ta’ Għawdex. Il-kitba, il-poeżija u l-ġurnaliżmu bil-Malti huma l-passjoni tiegħu, u kien strumentali fit-tħejjija ta’ bosta pubblikazzjonijiet, speċjalment traduzzjonijiet. Kitbiet tiegħu dehru f ’għadd ta’ ġurnali u rivisti bil-Malti. Sa minn tliet snin ilu hu l-editur tar-Rivista djoċesana IlĦajja f ’Għawdex. KARL COLEIRO twieled fl-10 ta’ Frar 1969. Iggradwa fil-Malti u fl-Għarbi mill-Università ta’ Malta fl-1991. Ilu jaħdem bħala qarrej tal-provi mill-bidu tad-disgħinijiet u fl-2007 kiseb iċ-Ċertifikat tal-Qari tal-Provi. Fl-2001 iggradwa bħala Counsellor mill-Università ta’ Malta u llum huwa l-uffiċjal edukattiv responsabbli mis-servizzi tal-Counselling fl-iskejjel tal-Istat.
Ritratt tal-qoxra: Triq Sir M.A. Refalo, fil-ġenb tal-Banca Giuratale madwar is-snin 50 tas-seklu XX Ritratt tal-qoxra ta’ wara: Pawlu Mizzi, fl-età ta’ madwar 20 sena
klabb kotba maltin