MaltiMedja Sena 8 Rotta 3 Sample

Page 1

Sena 8 Rotta 3

Miktub minn

u Reno Saliba RaisluastRaAT bMeiNln a il

Ti ElIsa chetCu



Sena 8 Rotta 3 Miktub minn

Reno Saliba u Raisa Abela Illustrat minn

Elisa Chetcuti

1


Ippubblikat millTriq il-Karmelitani, Santa Venera SVR1724 Tel: 2123 9039, 2149 7046 www.midseabooks.com

Copyright Editorjali © Klabb Kotba Maltin, 2022 Copyright Letterarju © Reno Saliba u Raisa Abela, 2022 Dan il-ktieb qed jinbiegħ bil-kundizzjoni li ma jistax jerġa’ jinbiegħ, jiġi stampat jew fotokopjat b’xi mod mekkaniku, elettroniku, jew diġitali, mingħajr l-awtorità bil-miktub tas-sidien tal-copyright.

Illustrazzjonijiet: Elisa Chetcuti Qari tal-Provi: Karl Coleiro

2

ISBN: 978-99932-7-892-4


Daħla MaltiMedja huwa ktieb immirat għall-istudenti tat-tmien sena li jinsabu f’rotta tlieta. Fih attivitajiet u eżerċizzji varji li jkopru l-kisbiet mit-tagħlim kollha kif meħtieġ. Huwa mqassam f’sezzjonijiet differenti u kull kapitlu jinkludi l-ħiliet kollha (smigħ, taħdit, qari u kitba) marbuta ma’ temi partikolari. Kull kapitlu fih ukoll xi eżerċizzji tal-grammatika f’kuntest, skont is-sillabu. Ħafna mis-siltiet fihom eżemplari mmarkati bil-grassett intiżi biex jiffaċilitaw l-aspetti grammatikali mistennija f’kull topik. Ġeneralment, wieħed isib punti dwar x’ser jitgħallem filbidu tal-kapitlu u lejn l-aħħar punti qosra bil-kisbiet li suppost intlaħqu kif ukoll taqsima fejn nidħlu aktar fil-fond fl-aspetti grammatikali u ortografiċi. Dan iservi sabiex jgħin lill-istudenti jkopru b’mod aktar sħiħ l-aspetti grammatikali u ortografiċi li jkunu missew, filwaqt li jkollhom referenza aktar wiesgħa u profonda fl-istudji tagħhom. MaltiMedja faċilment jintuża mill-għalliema fl-iskejjel għaliex jimxi paripassu mas-sena skolastika vis-à-vis t-temi użati waqt li jkopri dak kollu mistenni minnhom fejn jidħlu s-sillabu u l-kisbiet mit-tagħlim. Fil-fatt, wieħed isib ukoll xi noti għall-għalliema u anke ħoloq ta’ vidjows biex jintużaw bħala riżorsi waqt il-lezzjonijiet. Il-ktejjeb fih attivitajiet varji sabiex jilħaq l-abbiltajiet differenti tal-istudenti.

3



Werrej Kapitlu 1: Lura għall-Iskola.........................................................................6 Kapitlu 2: Il-Ħarifa........................................................................................9 Kapitlu 3: Il-Ġardina tan-Nannu.................................................................13 Kapitlu 4: Il-Gżejjer Maltin...........................................................................16 Kapitlu 5: Ħarġa edukattiva li nibqa’ niftakar..........................................21 Kapitlu 6: L-Għadam tal-Mejtin..................................................................27 Kapitlu 7: Il-Ħolm..........................................................................................31 Kapitlu 8: Il-Btajjel tal-Milied......................................................................35 Kapitlu 9: Il-Milied........................................................................................39 Kapitlu 10: Jannar........................................................................................44 Kapitlu 11: L-Edukazzjoni, l-Isport u l-Ambjent jimxu Id f’Id..................47 Kapitlu 12: Mid-Djarju tan-Nannu..............................................................51 Kapitlu 13: Il-Bir tal-Kappella ta’ San Pawl...............................................56 Kapitlu 14: In-Nanna Wenza.......................................................................60 Kapitlu 15: Il-Farsa tal-Karnival..................................................................63 Kapitlu 16: Il-Karnival..................................................................................67 Kapitlu 17: Għażiża Maja............................................................................71 Kapitlu 18: Mawra s’Għawdex...................................................................74 Kapitlu 19: Id-Dinja qed tisħon...................................................................78 Kapitlu 20: L-Għid........................................................................................81 Kapitlu 21: Dieta tajba.................................................................................85 Kapitlu 22: Mixja f’Lejla ta’ Qamar kwinta...............................................88 Kapitlu 23: Meta kollox ried jittanta..........................................................91 Kapitlu 24: Kif tagħmel Platt Spagetti tajjeb............................................95 Kapitlu 25: Id-Dinja ċatta............................................................................99 Kapitlu 26: BBQ maz-Zija Layla.................................................................102 Reviżjoni: Is-Sajf magħna.............................................................................107

5


KAPITLU 13

Nitħaddtu bejnietna: • Int issegwi aħbarijiet? • X’tip ta’ ġrajjiet nisimgħu fuqhom? • Liema huma l-aktar aħbarijiet li jinteressawk? • X’jidhirlek mir-rata t’omiċidji li jseħħu f’pajjiżna? • Int tħossok sigur hawn Malta? Għaliex?

Illum tgħallimt: Inħaddem strateġiji biex niċċara dak li nkun smajt u nikkonferma li fhimt sewwa meta nitħaddet fuq mezzi ta’ komunikazzjoni bħat-televixin. (Kisba 3) 13. X’ser nitgħallem? Naf nikteb sentenzi sempliċi u komposti li jkun fihom is-suġġetti u predikati oħra fosthom dawk nominali, verbali u aġġettivali. Pereżempju: John, it-tifel il-kbir ta’ Pawlu, mexxa l-kelb u wara mar id-dar ta’ sieħbu. Aqra din is-silta u wara wieġeb il-mistoqsijiet.

Il-Bir tal-Kappella ta’ San Pawl Frar ifawwar il-bjar, jgħid il-qawl Malti. Ġanni, il-ġar tagħna, li għandu mas-60 sena skorruti, jieħu ħsieb kappella ħelwa ddedikata lil San Pawl. Tgħidx kif iżommha, bil-Malti ngħidu …pinna. Issa li riesqa l-festa ta’ San Pawl, arah jaqla’ z-zokklatura, ikaħħalha u jagħtiha tibjida sew. M’għandniex xi ngħidu, wara, martu Speranza, mara bieżla u nadifa, tagħti tindifa sew kif tmiss il-liġi. Din is-sena għamlet xita bil-qliel u din il-kappella għandha ġardina żgħira fuq wara u bir ta’ żmien il-Kavallieri. Fis-sajf rajt lil Ġanni jnaddfu waħda sew, qala’ l-ħama kollu sal-konka u daru dawra kif imiss. Din ix-xitwa, bix-xita li 56

għamlet, il-bir imtela sax-xifer. Hekk kif marret timla satal ilma, Speranza


ħadet il-qatgħa ta’ ħajjitha. Kif fetħet il-ħerża talbir, ma’ wiċċha feġġet ras ta’ skeletru bis-snien tad-deheb għadhom imwaħħlin. F’kemm trodd salib, pulizija, pumpiera, maġistrat u ċorma nies daru mal-post. Ta’ min setgħet kienet dik ir-ras? Ġanni spjega lill-pulizija li fis-sajf naddfu l-bir u żgur li ma kien hemm xejn fil-qiegħ tiegħu, allura li sar, sar wara li tnaddaf ilbir. Saru l-investigazzjonijiet mill-pulizija u nstab li għal Settembru kien sar delitt li baqa’ mhux solvut. L-inkjesta damet għaddejja u l-post inżamm magħluq, inkluż il-Kappella ta’ San Pawl. Ġanni inkwieta sew, bejn għax spiċċa daħal f’din il-basla u bejn għax il-festa ta’ San Pawl setgħet titħassar minħabba l-investigazzjonijiet. L-10 ta’ Frar wasal u l-festa saret taħt id-dell ta’ dak li kien seħħ. Il-pulizija għamlet tfittxija kif mistħoqq u raġel barra mir-raħal ittella’ l-qorti akkużat b’omiċidju. Sadanittant għall-festa n-nies ġiet xorta waħda u l-Kappillan għamel quddiesa konċelebrata biex titfakkar il-miġja ta’ San Pawl fostna. Wara kien hemm festin żgħir fil-ġardina. Speranza ma riditx toħroġ, minkejja li kien hemm bosta nies. Qatt aktar ma reġgħet fetħet il-ħerża kemm damet ħajja. Minn dakinhar Ġanni rama katnazz b’saħħtu u għamel bieba tal-ħadid, b’hekk assigura ruħu li ħadd aktar ma jazzarda jiftaħ il-bir bla permess. Biss Speranza baqgħet tibża’ mill-ġardina.

Taħriġ A: Wieġeb il-mistoqsijiet. 1. Mis-silta sib frażi li turi kif Ġanni jżomm l-istat tal-kappella. _________________________________________________________ 2. Kif jiddeskrivi lil mart Ġanni n-narratur? _________________________________________________________ 3. X’ġara darba fost l-oħrajn fil-bir tal-kappella? _________________________________________________________

57


4. Xi skoprew il-pulizija dwar dak li nstab? _________________________________________________________ 5. X’effett ħalliet din il-ġrajja fuq Speranza? _________________________________________________________

Taħriġ B: Ħares lejn is-sentenzi miktuba b’tipa skura. Iddiskuti f’pari fejn u kif qed tiġi użata l-virgola f’dawn is-sentenzi.

Aktar fil-fond Sentenza sempliċi hija sentenza li fiha biss suġġett, verb u oġġett u għaldaqstant tkun qasira u ma tagħtix wisq dettall. Pereżempju, John ħareġ lill-kelb. Sentenza komposta hija sentenza li tagħti aktar dettall u għaldaqstant tkun xi ftit aktar ikkumplikata. Pereżempju, John, it-tifel ta’ Pawlu, ħareġ u mar dawra bil-kelb mid-dar tiegħu sal-knisja.

Illum tgħallimt: • Nikteb sentenzi sempliċi u komposti li jkun fihom is-suġġett u predikati oħra fosthom dawk nominali, verbali u aġġettivali.

Daqsxejn kitba Immaġina li inti ġurnalist, fid-dawl ta’ dak li qrajt, ikteb rapport dwar qtil li sar qrib id-dar tiegħek f’Settembru li għadda.

Illum tgħallimt: • Nikteb kitbiet fattwali, fosthom rapport, wara li nkun irriċerkajt dwaru. 58

(Kisba 4)


il-mistoqsijiet.

Taħriġ A:

KAPITLU 14

Smigħ: Isma’ l-kanzunetta ‘Ħdejk’ ta’ Julie Zahra u wara wieġeb

1. Din il-kanzunetta hija indirizzata lil a)

Maħbub

b)

Membru tal-familja

ċ)

Ħabib li ilha ma tara.

2. Il-kantanta tħares lejn min qed tindirizza a)

B’rabja

b)

B’ammirazzjoni

ċ)

B’nostalġija.

3. F’liema ħin tixtieq tkun qrib din il-persuna l-kantanta? _________________________________________________________ 4. X’jiġbidha l-aktar lejn din il-persuna? _________________________________________________________ 5. X’taħseb li hu l-messaġġ li tixtieq twassal il-kantanta lil din il-persuna? _________________________________________________________

Illum tgħallimt: • Naqbad punti speċifiċi, dettalji u espressjonijiet waqt li nkun qed nisma’ lil xi ħadd.

(Kisba 1)

Nitħaddtu bejnietna: • Min hi l-aktar persuna importanti f’ħajtek? • Għaliex tqisha importanti daqshekk? • Kif tiddeskriviha fi ftit kliem?

59


• X’tagħmel differenti minn persuni oħra? • Taħseb li kulħadd ikollu l-persuna li ma jgħixx mingħajrha? • Kemm hu importanti li jkollok dik il-persuna f’ħajtek li dejjem issibha lesta biex tgħinek?

Illum tgħallimt: • Nagħti bil-fomm u fid-dettall deskrizzjonijiet u rakkonti. • Inżomm mas-suġġett.

(Kisba 2)

14. X’ser nitgħallem? Naf nuri d-differenza grafika kemm bil-kelma miktuba kif ukoll stampata bejn is-sinjal tal-appostrofu u dak tal-aċċent, hekk li meta nikteb jew nittajpja nuża tajjeb dawn is-sinjali.

In-Nanna Wenza In-nanna Wenza tiġi omm il-papà u tgħidx kemm hi ħelwa, għandha karattru tal-ġenn. Niftakar meta darba marret Ruma u ġiet tiftaħar li kienet fuq quddiem nett fil-Vatikan u rat lill-Papa, anzi kien mar jgħannaqha b’dik l-umiltà kollha. In-nanna Wenza qatt ma marret università, madanakollu ma tagħmillhiex bżieq fuq imneħirha, xejn ma kien jaħarbilha u xi ħaġa bit-Taljan kienet iċċekċek. Dakinhar li żaru l-Vatikan, il-grupp kollu tela’ fuq il-koppla enormi, imma n-nanna baqgħet isfel u qagħdet iddur mad-daħla maestuża ta’ Bernini, xi ġmiel ta’ kolonni donnhom idejn jilqgħuk. Malli beda jifforma l-kju biex jidħlu għall-udjenza mal-Papa, hi kienet fuq 60

quddiem nett. Setgħet tisma’ d-diversità ta’ lingwi mitħaddta fosthom il-Malti.


Bilġri marret tiġri lejn gwida Malti u talbitu biex tibqa’ miegħu sakemm ikunu ġol-Vatikan u dan aċċetta bla tlaqliq. Malli fetħu l-bibien hi daħlet bil-kumdità kollha, intasbet fuq quddiem u kellha l-isbaħ xena tal-altar bil-baldakkin hekk sabiħ. Pruvat tittawwal tara tarax il-grupp tagħha, imma dawn kienu fuq wara nett. Kemm ħassitha kburija li b’għaqalha sabet dak il-post stupend. Malli ħareġ il-Papa, tkellem fuq l-universalità tal-imħabba u s-solidarjetà bejnietna l-bnedmin. Wara mar dritt idur lin-nies u l-ewwel fosthom kien hemm innanna Wenza. Wiċċha xegħel dak il-ħin u ħalfet li qatt aktar mhi ser taħsel ġbinha fejn il-Papa għamillha salib. Wara li spiċċa kollox u l-formalità taċ-ċerimonja għaddiet, is-sagristan tefa d-dwal u bdew ħerġin. Hi reġgħet ingħaqdet mal-grupp tagħha u rħewlha lejn ristorant tajjeb, tefgħa ta’ ġebla ’l bogħod mill-Vatikan. Lura Malta għaddiet mis-sigurtà tal-ajruport u sabet lilna nilqgħuha. Kemm għannqitni dakinhar. Illum in-nanna ħallietna imma l-memorja sabiħa tagħha għadha minquxa f’moħħi u hemm ser tibqa’ għal dejjem. Kemm dħakna flimkien, dik sinċerità! Mara li magħha tħoss dik is-sigurtà li tinħtieġ, mara ferriħija, għaqlija u twajba. Nanna li ma ninsa qatt!!

Aktar fil-fond L-appostrofu fil-Malti jinkiteb kemxejn għat-tond. Dan dejjem jinkiteb fl-aħħar tal-kelma u nużawh minflok il-konsonanti ‘għ’. Għaldaqstant ma ssirx enfasi fuq l-aħħar sillaba meta ngħidu kliem li jispiċċa bl-appostrofu. L-aċċent min-naħa l-oħra jinkiteb qisu linja u mhux għat-tond. Dan nużawh sabiex nagħmlu enfasi fuq l-aħħar sillaba.

Taħriġ:

Aqsam il-kliem miktub fil-grassett fi 3 kolonni separati:

dawk li għandhom aċċent, dawk b’appostrofu u dawk li m’għandhom xejn. Wara prova ppronunzjahom u ara tagħrafx id-differenzi ta’ bejniethom.

61


Bl-aċċent

Bl-appostrofu

B’xejn

__________________

__________________

__________________

__________________

__________________

__________________

__________________

__________________

__________________

__________________

__________________

__________________

__________________

__________________

__________________

__________________

__________________

__________________

__________________

__________________

__________________

________________

________________

________________

Illum tgħallimt: • Nuri d-differenza bejn l-aċċent grafiku u l-appostrofu. F’madwar 250 kelma, iddeskrivi l-aktar persuna li ma tgħaddix mingħajrha. Ippjana xogħlok u ara li jkollok kemm dettalji fiżiċi kif ukoll dawk karatterjali.

Illum tgħallimt: 62

• Nikteb kitbiet deskrittivi ta’ madwar 200-250 kelma dwar persuni. (Kisba 5)


• X’tifhem bil-kelma farsa? • Fiex tfakkrek din il-kelma? • Liema hija l-karatteristika ewlenija ta’ farsa?

KAPITLU 15

Nitħaddtu bejnietna:

• Ġieli rajt xi farsa tajba? • Tista’ tirrakkonta farsa li rajt jew anke li għamilt int? 15. X’ser nitgħallem? Naf li wara abbrevjazzjonijiet li juru l-ewwel parti biss mill-kelma sħiħa, nagħmel il-punt. Pereżempju: L-Inġ. Roberta Grech, l-Av. James Hili, il-Prof. Mizzi, ir-Rev. Magro.

Il-Farsa tal-Karnival L-iskola ta’ kull sena jkollna farsa mill-għalliema għalina l-istudenti. Jekk hemm xi ħaġa li ma nitlifx hija din. Ikun hemm stennija kbira mill-istudenti. Mument fejn jaraw l-għalliema tagħhom minn perspettiva differenti u jkunu jistgħu jidħku daħka tajba. Is-sena l-oħra l-farsa kienet dwar kawża l-Qorti, kien hemm bosta karattri, dawk prinċipali kienu: Il-Prim Imħallef Oscar Lucas, li l-parti ħadimha l-għalliem tal-Ingliż is-Sur Alfred Massa u l-Inġ. Robert Bartolo, li l-parti ħadimha l-għalliem tal-Matematika, is-Sur Joe Filletti. Karattru ieħor kien l-Av. Mario De Martino, li l-parti ħadimha s-Sur Peter Sammut, l-għalliem tax-Xjenza. Kien hemm ukoll il-Prof. Mizzi li l-parti ħadmitha s-Sa Manwela Grima, l-għalliema tal-Malti u s-Sa Ġuża Borg kienet l-akkużata, maħduma mill-għalliema tal-Edukazzjoni Fiżika, is-Sa Brenda Falzon. L-aħħar u mhux l-anqas kien hemm il-karattru talKappillan Rev. Magro li ħadimha s-Sur Vella tar-Reliġjon. Kien hemm imbagħad karattri sekondarji li kienu l-Onor. Ministru talEdukazzjoni, li ħadmitha l-għalliema tal-Franċiż, is-Sa Yoland Trigona u l-oħrajn kienu parti mill-udjenza fl-Awla tal-Qorti. Ix-xenarju u s-sett ħejjieh l-għalliem

63


tat-Taljan, is-Sur Francalanza u l-iskript kien f’idejn l-għalliem tal-Malti, is-Sur Remigio Bartolo. Kienet farsa verament tajba, qatt ma dħakt daqstant f’ħajti. L-istorja teħodna lura fis-snin 60, żmien ta’ bidliet kbar f’Malta u d-dinja. L-akkużata ġiet mixlija li kienet studenta li serqet in-noti tal-karta tależami ta’ Prof. Mizzi sewwasew qabel ma għamlet l-eżamijiet finali. Din ċaħdet kategorikament u sostniet li kien l-istess professor li tilef in-noti billi qabditu dimensja ċerebrali. Sadanittant jidħlu l-Av. De Martino u r-Rev. Kappillan finnofs biex iressqu xi provi u attestjar li kellhom, wieħed dwar l-akkużata u l-ieħor dwar il-professur. Ma setax jonqos li jissejjaħ il-Ministru tal-Edukazzjoni. It-taħwid fid-diskors, il-kliem imdawwar b’tali mod li joħloq drama burleska li tħallik tidħak bla nifs ta’ xejn. Kull battuta tinftiehem il-kuntrarju. Trid tara lill-istudenti jsikktu lil xulxin biex ma jitilfux kelma waħda, imma tidħak bilfors. Verament ħaqqu prosit l-għalliem tal-Malti, is-Sur Remigio Bartolo, tal-iskript tajjeb li tana u, m’għandniex xi ngħidu, l-atturi kienu eċċellenti. L-ilbies kien tal-epoka u qagħad imqaxxar fuqhom. Iġri tasal ilfarsa ta’ din is-sena, ninsab ħerqan biex naraha…dawn l-għalliema tajbin 64

wisq!!


Taħriġ: Ikteb dawn l-abbrevjazzjonijiet b’mod sħiħ. L-Inġ. -

_________________________

L-Av. -

_________________________

Il-Prof.-

_________________________

Ir-Rev. -

_________________________

Kompli n-nota: Qed ninnota li meta l-kliem ikun miktub fil-qasir ________ _____________________________________________________________

Illum tgħallimt: • Li wara abbrevjazzjonijiet li juru l-ewwel parti biss mill-kelma sħiħa, nagħmel il-punt.

Daqsxejn kitba Segwi dramm jew film tal-għażla tiegħek. Wara ikteb reċensjoni dwaru f’madwar 250 kelma.

Illum tgħallimt: • Nikteb reċensjoni ta’ film/dramm li nkun rajt. • Nagħti l-opinjoni teigħi dwar il-produzzjoni artistika, il-ġrajja, il-karattri eċċ.

65


KAPITLU 16

Smigħ:

Jissemma’ l-innu tal-Karnival u l-istudenti jwieġbu dawn il-

mistoqsijiet. (https://www.youtube.com/watch?v=60brb5h0oow) 1. Liema frażi mill-kanzunetta turi li kulħadd iħobb il-Karnival? ________________________________________________________ 2. X’atmosfera jġib miegħu l-Karnival? ________________________________________________________ 3. Sib 2 kelmiet mill-kanzunetta li jirrimaw. _______________ _______________ 4. X’jintqal ta’ spiss dwar dan iż-żmien? ________________________________________________________ 5. Semmi 5 kelmiet li nassoċjaw mal-Karnival. _______________ _______________ _______________ _______________ _______________ 6. Skont il-kantanta, kemm idumu jinħadmu l-karrijiet? ________________________________________________________ 7. Semmi 2 avvenimenti li n-nies imorru f’dan iż-żmien. ____________________________

___________________________

8. X’inhi l-aktar ħaġa importanti meta nipparteċipaw fil-kompetizzjonijiet li jsiru? ________________________________________________________ 9. X’tip ta’ ħelu jissemma marbut ma’ dan iż-żmien? ________________________________________________________ 10. Għal xiex jitolbu d-dilettanti tal-Karnival? ________________________________________________________

Illum tgħallimt: • Inkun kapaċi nitkellem u nelabora fuq test li nisma’. 66

• Nislet xi kliem ewlieni.

(Kisba 8)



MaltiMedja hija sensiela ta’ qari b’taħriġiet f’kuntest, immirata li timraħ fuq medda

wiesgħa li tkopri rotta 3 tal-livelli kollha fis-Sekondarja Medja. Dan kollu abbażi

tal-kisbiet mit-tagħlim tal-ħiliet tal-Malti, skont kif preżentat fis-sillabu aħħari.

MaltiMedja għandu siltiet għall-qari segwiti b’taħriġiet f’kuntest, bil-għan li jwasslu għal ħiliet bażiċi, fosthom il-grammatika u l-ortografija, fehim it-test, kitba kreattiva, taħdit u smigħ. MaltiMedja jiffaċilita t-tagħlim u jilħaq il-miri għall-istudenti f’dawn ir-rotot u fl-istess ħin iservi ta’ għodda siewja f’idejn l-għalliema u l-ġenituri, sabiex ikopru firxa wiesgħa ta’ dak mitlub fis-sillabu.


Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.