Doqqu Doqqu Milied Malti sample

Page 1

Reno Saliba POEŻIJA, QWIEL, TERMINI LETTERARJI, LOGĦOB, RIĊETTI U TAGĦRIF IEĦOR, B’RABTA MAL-MILIED. IT-TIENI EDIZZJONI

Poeżija, qwiel, termini letterarji, logħob, riċetti u tagħrif ieħor, b’rabta mal-Milied.

Reno Saliba

Disinn u tpinġija Elisa Chetcuti

Dan il-ktieb jgħodd għal tfal u żgħażagħ bejn 8 u 13-il sena.

Ippubblikat millTriq il-Karmelitani, Santa Venera SVR1724 Tel: 2123 9039, 2149 7046 www.midseabooks.com

Copyright Editorjali © Klabb Kotba Maltin, 2022 Copyright Letterarju © Reno Saliba, 2022

Dan il-ktieb qed jinbiegħ bil-kundizzjoni li ma jistax jerġa’ jinbiegħ, jiġi stampat jew fotokopjat b’xi mod mekkaniku, elettroniku, jew diġitali, mingħajr l-awtorità bil-miktub tas-sidien tal-copyright.

Disinn u tpinġija: Elisa Chetcuti

Qari tal-Provi: Karl Coleiro

ISBN: 978-99932-7-845-0

Werrej

Daħla 5 L-Istennija ta’ Miliedek 6 Il-Milied madwari. 8 Bambin ċkejken 10 Fuq l-ispalel il-Bambin. 12 Tfajjel ħelu 14 Kartolina 16 Festa sbejħa tal-Milied 18 Il-Punzjetta 20 Il-Ġulbiena 22 Noti smewwija 24 Rigal ċkejken 26 L-Għana tal-Milied 28 Il-Purċissjoni tal-Bambin .................................................................................................................. 30 Il-Ħmara u l-Baqra

32 Dil-Qalb żgħira .................................................................................................................................. 34 Il-Pitirross ........................................................................................................................................... 36 It-Tliet Maġi ....................................................................................................................................... 38 Stilla ċkejkna ..................................................................................................................................... 40 Imm... Għaliex? ................................................................................................................................. 42 Il-Pupu tiegħi ..................................................................................................................................... 44 Is-Siġra tal-Milied

46 Glossarju ............................................................................................................................................ 48

............................................................................................................................
..............................................................................................................................

Dedikat lill-egħżeż tiegħi.

Daħla

Din hi ġabra ta’ poeżiji marbuta mal-Milied, li issa ilha tinħema tul dawn l-aħħar ħmistax-il sena. Waqt li kont naħdem fl-Iskola Ewropea tal-Lussemburgu II, bħala l-ewwel għalliem tal-Malti, għamilt ħilti kollha sabiex inżomm il-kultura Maltija ħajja, fost it-tfal Maltin li kienu jattendu din l-iskola multikulturali. Għaldaqstant kont inħejji bosta attivitajiet marbuta mal-kalendarju tas-sena, fosthom fil-Milied. Kont intella’ serata soċjo-kulturali, saħansitra kont nikteb prietki tal-Milied u dawn il-poeżiji fost attivitajiet oħra, sabiex jinqraw u jkunu reċitati mit-tfal waqt din is-serata. Bosta minn dawn il-poeżiji ktibthom fi triqti minn Malta għal-Lussemburgu wara l-btajjel tas-sajf tul l-għaxar snin li domt hemm bejn l-2006 u l-2016.

Bosta minn dawn il-poeżiji kont nużahom ukoll f’serata li kont inħejji fil-Kappella ta’ San Pawl, f’Ħ’Attard. Liema kappella kont ħadt ħsieb ir-restawr tagħha. Din l-attività għadni norganizzaha s’issa u biħsiebni nkompli għaż-żmien li ġej. Tkun serata ħelwa ħafna, segwita minn quddiesa tal-Milied. Fiha jieħdu sehem bosta tfal mill-parroċċa u ’l barra minnha.

Dawn il-poeżiji dejjem intgħoġbu u nqraw ukoll fuq mezzi differenti tax-xandir għal żmien il-Milied. Bosta kienu li avviċinawni biex niġborhom u sa fl-aħħar hekk għamilt. Imma ridt li dan il-ktieb ma jkunx sempliċiment antoloġija tal-poeżiji, imma wkoll mezz didattiku, fejn wieħed jitgħallem dwar qwiel marbuta mal-istaġun, kif ukoll termini letterarji li t-tfal u żgħażagħ jiltaqgħu magħhom waqt li qed jaqraw dan ixxogħol u fl-istudji tagħhom l-iskola. Ma’ dan hemm ukoll logħob, struzzjonijiet u tisjir marbuta mal-poeżiji nnifishom u b’hekk tinżamm interazzjoni sħiħa.

Dan il-ktieb jgħodd għal tfal u żgħażagħ, minn 8 snin sa 13-il sena. Madanakollu għandu jolqot ukoll lill-adulti, billi fih temi kurrenti u tagħrif li jgħodd għal kulħadd flimkien ma’ struzzjonijiet u riċetti talMilied utli.

Nittama li bħala qarrej/ja, timraħ f’dawn il-poeżiji u toħloq dinja tiegħek li taf treġġa’ n-nostalġija fik, filwaqt li tgħix l-imgħoddi, il-preżent u tħares lejn il-ġejjieni minn lenti aktar differenti mogħnija b’dawn in-noti minsuġa f’Doqqu Doqqu Milied Malti.

5

Bambin ċkejken

Bambin ċkejken ħelu ħelu, żgħajjar bħali u gustuż, malli nara l-ħelu wiċċek, lilu nkun irrid inbus.

Bambin ċkejken ħelu ħelu, twajjeb bħali u ferħan. Malli ħarsti nitfa’ fuqek, qalbi fik issib serħan.

Bambin ċkejken ħelu ħelu, jien nitolbok tibqa’ magħna, ħalli qalbna tixgħel b’qalbek u lkoll nibqgħu żgur ferħana.

10

Qawl il-Milied: F’April u fil-Milied neħħi l-moħriet mill-wied. (F’April u f’Diċembru żmien il-ħrit ikun għadda.)

Kelma Rima: Sib kliem jirrima mal-kelmiet f’kull kolonna. Eż:

TIKKA

Rima mqabbża: meta t-tieni vers jaqbel mar-raba’ vers: a-b-ċ-b. Ritornell: vers jew għadd ta’ versi mtennija minn silta għal oħra f’poeżija.

Bambin ċkejken ħelu ħelu, twajjeb bħali u ferħan. Malli ħarsti nitfa’ fuqek, qalbi fik issib serħan.

11
BENNIENA RADDIENA ĠULBIENA ĦOSBIENA ĠUMMIENA GUSTUŻ FERĦAN MAGĦNA INBUS SERĦAN FERĦANA
Termini
Letterarji

Tfajjel ħelu

Fuq il-ponot ta' subgħajja, ersaqt siekta ħdejn it-tieqa, u b'għajnejja ftit imbexxqa, ħarist fiss lejn dik in-nieqa. Ilmaħt tfajjel ħelu ħelu, wiċċu żgħir gustuż gustuż,  kien imdawwar b'ħafna bhejjem, ġewwa għar xejn mhu lussuż. Jien tbissimtlu u tfajtlu bewsa, wiċċu ħmar daqs il-punzjetta, xtaqt li kieku nżommu miegħi,  idi f'idu lambranzetta.

Qawl il-Milied: Fil-Milied, il-lewż naqsmuh mal-bews. (Fil-Milied il-lewż naqsmuh ma’ ħaddieħor għax huwa jum ta’ ferħ u ta’ mħabba.)

X’qed nara fl-istampa: Ħares sew u ifli l-istampa u sib il-kliem f’din it-tisliba (l-għ u l-ie kaxxa waħda):

Metrika: Il-qisien, il-mod kif jitqiegħed il-kliem, biex tinkiseb l-armonija ritmika. Is-sillabar u xejriet oħra li jissarrfu f’mewġa mużikali.

Fuq il-ponot ta’ subgħajja. Fuq / il- / po / not / ta’ / sub / għaj / ja. (vers ottonarju, tat-tmienja)

15
Q
S
T
X
P
P F L D J Ħ Ħ Ġ
IE
M T
D
TIKKA Termini Letterarji

Il-Purċissjoni tal-Bambin

Isa … ma, għax diġà ħarġet,  ara t-tfal diġà mexjin. Purċissjoni kbira ġmielha! Fuq l-ispalel tal-Bambin.

Isma’ l-banda b’ritmu ħlejju, timla t-toroq b’ħsejjes sbieħ.  … U t-tfal ikantaw hienja, f’idhom għandhom xi musbieħ.

Isa … ħaffef ħalli nilħqu, post viċin Ġesù Bambin,  ħa ntennilu kemm inħobbu,  ħalli ngawdu lil xulxin.

Qawl il-Milied: Meta l-Milied taħt il-bejt, l-Għid fuq il-bejt. (Proverbju meteoroloġiku: Jekk fil-Milied tagħmel ix-xita, fl-Għid ikun temp sabiħ.)

Mill-poeżija u mit-tpinġija, islet għaxar kelmiet u imla l-vojt: (l-għ u l-ie kaxxa waħda)

P M X R M O O F A I A Ġ IE S B B N A B R T

TIKKA Termini Letterarji

Enjambment: Meta l-qari tal-poeżija jibqa’ għaddej minn vers għal ieħor mingħajr waqfa tal-punteġġjatura.

Isa … ħaffef ħalli nilħqu post viċin Ġesù Bambin u ntennilu kemm inħobbu ħalli ngawdu lil xulxin.

31

Il-Pitirross

Pitirross ta’ sidru aħmar, Ittawwalli minn ġot-tieqa. Bambin ċkejken ħelu ħelu, Mimdud hieni ġewwa n-nieqa.

Pitirross ta’ sidru aħmar, Tir u xandar din l-aħbar, Mal-irħula u l-ibliet tagħna, Lit-tfal żgħar anke lill-kbar.

Pitirross ta’ sidru aħmar, Zekzek waħda din il-għanja, Biex bil-ferħ timtela qalbna, u … l-għana tiegħek isir talbna.

Qawl il-Milied: Xħin jasal il-Milied, il-ħeġġa tax-xitwa tkun diġà bdiet. (Proverbju agrikolu: Mal-Milied kulħadd jibda jinteressah x’ser ikun it-temp, x’ser ikun ir-riżultat tal-ħidma fl-għelieqi u l-bqija, fis-sena l-ġdida.)

Il-fittiexa: Sib dawn il-kelmiet misluta mill-poeżija, “Il-Pitirros”, fil-fittiexa ta’ hawn taħt.

TIEQA IRĦULA TFAL GĦANJA FERĦ AĦMAR NIEQA PITIRROSS BLIET QALBNA

TIKKA Termini Letterarji

Epiżewski: Ir-ripetizzjoni ta’ kelma b’sens ta’ enfasi jew qawwa.

Pitirross ta’ sidru aħmar, Ittawwalli minn ġot-tieqa. Bambin ċkejken ħelu ħelu, Mimdud hieni ġewwa n-nieqa.

37
Q
P
Q
T
A
L
B
A
T
W P E R T Z F U O
A I N S D F E G H
H
IE Q A J R K L
Z I Q X Ħ Ċ Ħ V A
V R A B M N M T J
Q R T F A L Ż IE N N S O V I R Ħ U L A
C S B N M L K B GĦ
P S M X D W E R U

It-Tliet Maġi

Ajma ħej kif qlajt idejja, Dan id-deheb ma nifilħux. Iżda dan jien ridt noffrilu, Sultan bħalu ma nsibux.

Dan l-inċens qatagħli nifsi, Il-pulmuni nħoss marsusa. Imma bih ridt nagħti qima, Lit-tarbija tant gustuża.

B’din il-mirra sewwidt qalbi, Battikata hija tatni. Iżda biha ridt infakkar, Il-passjoni li salvatni.

Imma issa li wasalna, Inħossuna differenti, Bambin ħlejju mn’Alla dħalna, F’dan il-post hekk tant kuntenti.

Qawl il-Milied: Strina tajba, sena rgħiba (i.e. mimlija xeħħa). (Min iberbaq ħafna flus (i.e. fir-rigali) irid jara mnejn sa jqanċeċ u jġewweż biex jagħmel tajjeb għall-flus li ħela.)

Minn dan il-bank tal-kliem, b’rabta mal-poeżija, imla l-vojt. (l-għ u l-ie kaxxa waħda)

DEHEB SULTAN INĊENS PULMUNI TARBIJA MIRRA PASSJONI BAMBIN ĠEMEL MAĠI

S I S L N N L M M A H R A S N I E R A

Rima Alternata: Meta l-ewwel vers jirrima mat-tielet u tieni vers mar-raba’: a-b-a-b. Imma issa li wasalna, Inħossuna differenti, Bambin ħlejju mnalla dħalna, F’dan il-post hekk tant kuntenti.

39
TIKKA Termini Letterarji

Glossarju

ta’ Termini Letterarji misjuba f’dawn il-Poeżiji

Alliterazzjoni – paġna 45

Anafora – paġna 9

Antiteżi – paġna 27

Apostrofi – paġna 25

Eliżjoni – paġna 41

Enjambment – paġna 31

Epiżewski – paġna 37 Iperbole – paġna 35

Metafora – paġna 7 Metrika – paġna 15 Mistoqsija rettorika – paġna 43

Onomatopea – paġna 29 Ottonarju – paġna 17

Personifikazzjoni – paġna 23 Poeżija stil modern – paġna 7 Poeżija stil tradizzjonali – paġna 19 Polisindeto – paġna 47 Rima alternata – paġna 39 Rima mbewsa – paġna 7 Rima mqabbża – paġna 11 Sarkażmu – paġna 33

Doqqu Doqqu Milied Malti

huwa mmirat għal etajiet li jvarjaw minn 8 snin sa 13-il sena. Madanakollu għandu jolqot u jgħodd ukoll etajiet aktar maturi. Il-ktieb jiġbor fih numru ta’ poeżiji oriġinali, marbuta mal-Milied, imma mhux biss, wieħed isib l-aspett didattiku, fosthom qwiel marbuta mal-Milied u termini letterarji li tfal ta’ din l-età jsibu ma’ wiċċhom fl-istudji tagħhom. Imma, aktar minn hekk, dan il-ktieb huwa mogħni b’logħob differenti, riċetti u struzzjonijiet, dejjem marbuta mal-Milied. Dan kollu jgħin sabiex il-qarrej jimraħ f’dinja li joħloq hu stess, permezz tal-lirika misjuba, tat-tpinġijiet fl-isfond tal-poeżiji, kif ukoll permezz tal-interazzjoni li twaħħdu mal-ktieb, billi kollox jorbot, kemm il-poeżija, il-logħob, il-qwiel u l-għarfien tat-termini letterarji. Din għandha tkun esperjenza b’differenza, fejn il-qarrejja adoloxxenti jgħixu l-poeżija, jinteraġixxu magħha permezz ta’ spazji divertenti. Fejn jesperjenzaw tagħlim b’gost, li għandu jservi biex jixpruna ’l-qarrejja għat-tagħlim b’differenza fil-qasam letterarju, kreattiv, espressiv, b’rabta mal-Malti.

Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.