IL-PONT Diċembru 2020

Page 11

qari ta’ kitba letterarja; li nħeġġu awturi Maltin biex nagħnu l-letteratura nazzjonali; li nippubblikaw f’ilsienna xogħlijiet magħrufa ta’ awturi barranin biex nieħdu sehem fl-għana intellettwali tad-dinja; li noħolqu librerija sabiħa ta’ kotba Maltin. Illum tista’ tgħid li dawn l-għanijiet għadhom l-istess, għalkemm iż-żminijiet inbidlu u l-Klabb kellu jadatta magħhom. Naf li matul l-istorja tagħha KKM ippubblikat numru mdaqqas ta’ kotba regolarment. Liema huma s-suġġetti li jintrabtu magħhom dawn ilpubblikazzjonijiet?

INTERVISTA MA’ JOSEPH MIZZI, DAR TAL-PUBBLIKAZZJONI KLABB KOTBA MALTIN X’inhi l-pożizzjoni tiegħek fi ħdan id-Dar talPubblikazzjoni KKM? Jien nissejjaħ Direttur Maniġerjali. Fil-fatt din tfisser li tagħmel ftit minn kollox fil-proċess tal-ktieb. Minn fejn u meta twieled dan l-interess tiegħek filktieb?

Naħseb l-aktar ġeneru li l-Klabb hu assoċjat miegħu hu l-istudju tal-ilsien Malti bil-pubblikazzjoni tażżewġ dizzjunarji ta’ Aquilina u ta’ Serracino-Inglott u bil-pubblikazzjoni ta’ kotba dwar l-istorja u l-arti ta’ Malta. X’inhi eżattament Midsea Books? Kif tvarja minn KKM? Liema kienu l-ikbar proġetti fi ħdan dawn ittnejn? Ftit snin wara li twaqqaf il-Klabb Kotba Maltin, inħasset il-ħtieġa li għandhom ikunu ippubblikati

Prattikament jien twelidt fil-kotba. Meta kelli biss 6 snin il-papà ħolom li jwaqqaf dar talpubblikazzjonijiet. Minn dak iż-żmien jien, anke ta’ età żgħira, kelli nagħti sehmi u meta ma kontx inkun skola kien ikolli nagħti daqqa t’id. Fil-bidu kont nitwi l-fuljetti jew l-avviżi tal-Klabb, imbagħad indaħħal ilkotba fl-envelops minħabba li fil-bidu l-kobta konna nibagħtuhom bil-posta. Biż-żmien ix-xogħol kien ikun skont l-età tiegħi. Kemm ilha mwaqqfa l-KKM? X’kienu u x’inhuma l-għanijiet ewlenin tagħha? Naf li hawn kellu rwol importanti missierek, il-mibki Pawu Mizzi. Xi tgħid dwar dan, u kif inbidlu jew żviluppaw l-affarijiet minn dak iż-żmien ’l hawn? L-ewwel ktieb tal-Klabb, Il-Gaġġa ta’ Frans Sammut, ħareġ f’April tal-1971. Madanakollu, il-papà kien ilu mill-inqas minn nofs is-sittijiet ibegħren fuq din ilħolma tiegħu u kif jista’ jagħmilha realtà. L-għanijiet tal-Klabb kienu: li ningħaqdu biex inħeġġu l-qari bil-Malti; li nikkultivaw il-ħsieb u nwassluh maħdum bil-Malti f’kull dar Maltija; li ngħollu l-livell fl-edukazzjoni ta’ ġensna; li nħajru

11


Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.