IL-PONT Diċembru 2020

Page 3

IMFAKKAR IS-SEBA’ ĊENTENARJU TAL-MEWT TA’ DANTE ALIGHIERI

MARGARET PRESTIĠJUŻ

ATWOOD

TIRĊIEVI

AWARD

F’nofs Settembru li għadda nfetħu f’Ravenna ċċelebrazzjonijiet li se jfakkru s-seba’ anniversarju talmewt tal-poeta u missier il-Lingwa Taljana, Dante Alighieri, li għalkemm twieled f’Firenze (1265), miet bħala eżiljat f’Ravenna fil-lejl ta’ bejn it-13 u l-14 ta’ settembru 1321. Għall-okkażjoni kien mistieden ilPresident tal-Italja, Sergio Mattarella, li żar il-qabar tal-Poeta nazzjonali u attenda għal kunċert fi Pjazza San Franġisk ta’ Ravenna, fejn inqara wkoll mill-attur Elio Germano l-aħħar kant tad-Divina Commedia. Iċċelebrazzjonijiet se jibqgħu għaddejjin sa Settembru tal-2021: fost dawn, se jittellgħu numru ta’ wirjiet mhux biss f’Ravenna, imma fl-Italja kollha. JINGĦATA L-PREMJU LETEO LIL KITTIEB RUMEM

Margaret Atwood

Mircea Cărtărescu

Il-Premju Leteo 2020 - wieħed mill-premjijiet letterarji l-iktar prestiġjużi fi Spanja - ingħata lil Mircea Cărtărescu, il-kittieb l-iktar tradott firRumanija. Dan seħħ lejn l-aħħar ta’ Ottubru. Premju bħal dan fl-imgħoddi ngħata lil kittieba bħal Fernando Arrabal, Michel Houellebecq, Amélie Nothomb, Martín Amis, Paul Auster, Juan Gelman, u oħrajn. Mircea Cărtărescu twieled fl-1 ta’ Ġunju 1956, f’Bukarest, ir-Rumanija. Huwa Professur talLetteratura fl-Università ta’ Bukarest. Huwa wkoll poeta, rumanzier, kritiku letterarju u ġurnalist. S’issa ppubblika iktar minn 30 ktieb, bosta artikli, u xogħlu ġie maqlub f’iktar minn 20 lingwa. Kotba tiegħu li jistgħu jinqraw fl-Ingliż huma Nostalgia, Blinding, u Why We Love Women.

Lejn nofs Settembru li għadda Margaret Atwood ingħatat mid-Dayton Literary Peace Prize lAmbassador Richard C. Holbrooke Distinguished Achievement Award 2020, imsemmi f’ġieħ dan iddiplomatiku Amerikan. Premju bħal dan jinkludi skultura ta’ Michael Bashaw u għaxart elef dollaru Amerikan. Dan il-premju ntrebaħ fl-imgħoddi minn kittieba bħal Marilynne Robinson, Elie Wiesel, u Colm Tóibín. Atwood hija awtriċi ta’ iktar minn 50 ktieb li jinkludu rumanzi, poeżija, u saġġi. L-iktar rumanz imsemmi tagħha huwa The Handmaid’s Tale li ttella’ anki bħala serje televiżiva. Atwood rebħet ilPremju Booker darbtejn permezz ta’ The Blind Assassin fis-sena 2000 u The Testaments, sequel ta’ The Handmaid’s Tale fl-2019. Atwood temmen li lqari jista’ jqarreb lill-bnedmin lejn xulxin u b’hekk iwassal għall-paċi fid-dinja. ŻEWĠ LAQGĦAT VIRTWALI DWAR IX-XOGĦLIJIET TA’ ELENA FERRANTE Nhar il-15 ta’ Ġunju li għadda ttellgħet lejla letterarja virtwali organizzata mill-Europa Editions (ilpubblikaturi tax-xogħlijiet tal-kittieba Taljana lil hinn mill-Italja) f’kollaborazzjoni mal-London Review Bookshop. Waqt dan l-avveniment ħadu sehem Ann Goldstein, it-traduttriċi mit-Taljan għall-Ingliż ta’ Ferrante, Laura Snapes, ġurnalista ma’ The Guardian, Daniela Petracco mill-Europa Editions, u

3


Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.