IL-PONT Diċembru 2020

Page 45

IN-NAR GĦANDU ISEM, ta’ Gioele Galea, Horizons, 2020 Dan hu rumanz ta’ ftit iktar minn 200 paġna, imma rumanz differenti, kif jindika t-titlu sekondarju fuq ilqoxra: ‘Noti Minn Paġna Intima.’ Huwa rakkont ta’ żagħżugħ li ġarrab il-ħajja fir-relazzjonijiet tiegħu ma’ numru ta’ persuni madwaru. Hija kitba magħmula minn eki li ħerġin idamdmu minn mini li jwasslu filfond ta’ qiegħ profond fejn hemm uġigħ li mhux vżibbli imma jeżisti tassew; kitba li għandha mittifkira, mill-qrara, mir-riflessjoni, mir-ribelljoni, milliżvog, u fl-aħħarnett mill-katarsi. Huwa wkoll rakkont ta’ abbuż, bosta drabi ta’ rabja espressa lejn Alla partikolari. Hu anki rumanz ta’ tiftix, vjaġġ lejn dak li Galea jsejjaħlu l-“qalba”, fejn matulu naraw lillprotagonist ‘stramb’ jissielet bejn waqtiet ta’ vojt u dlam u oħrajn ta’ nar u estasi. Hemm gradazzjoni matul ir-rakkont sħiħ li twassal għall-aħħar żewġ kelmiet tiegħu li b’xi mod jaħsdu lill-qarrej li kważi kważi jaqra dan ix-xogħol f’nifs wieħed. Hu xogħol filosofiku, riflessiv, eżistenzjali, u spiritwali. In-nar li jissemma jista’ jfakkar fid-dawl għammiexi li l-poeta Taljan Dante Alighieri jsir ħaġa waħda miegħu flaħħar tal-vjaġġ fittizzju tiegħu li jirrakkonta fidDivina Commedia.

L-INVENTARJU TAL-KAMRA L-KAĦLA, ta’ Leanne Ellul, Merlin Pubishers, 2020 Din hija l-ewwel ġabra ta’ poeżiji ta’ Leanne Ellul li għoġobha tippreżenta l-versi tagħha b’mod ordinat u oriġinali fl-istess ħin: dak alfabetiku, mill-a saz-z. Insibu mas-87 kompożizzjoni poetika. L-għażla metrika u prosodika hija dik moderna ladarba jitħaddmu l-metru u l-vers ħelsin. Bħal dejjem, hawn insibu versi fejn hemm id-djalogu bejn il-jien u lieħor, l-imħabba u d-delużjonijiet, u l-bqija. Kollox hu miġbur f’dil-kamra l-kaħla, fittizzja u reali. L-ilsien li tħaddem Ellul hu dak attwali fejn insibu taħlita pjaċevoli ta’ Malti ġej kemm mill-Għarbi u mitTaljan. Hu lsien li xi drabi tħossu jmellsek, drabi oħra tinduna tard li qatgħek fil-laħam il-ħaj. Hemm espressjoni silenzjuża ta’ wġigħ jew rabja wara dan kollu? Dawk ta’ Ellul huma poeżiji li għandhom mirripetizzjoni tal-eku, eku li għandu millalliterazzjonijiet u mill-kliem onomatopejku li jserraħ b’xi mod il-widna jew ruħ il-qarrej. Din li naqraw hawn mhix poeżija faċli, minkejja li l-kliem użat hu dak li nużaw kuljum. Huma poeżiji li jeħtieġu jinqraw iktar minn darba mhux għax jgħabbu moħħ il-qarrej b’piż li jdejjaq, imma għax iħoss li aktar ma jinqraw aktar jidħol fil-profond tal-persona/vuċi li qed tikteb.

45


Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.