Programm tal-Festa San Pawl Nawfragu, Valletta – 10 ta’ Frar 2012

Page 1


DRINK RESPONSIBLY

www.demajowinesandspirits.com


10 ta' Frar 2012

Tifkira tal-Festa Solenni tan-Nawfraġju ta’ San Pawl li se ssir fl-Insinji, Kolleġġjata, Matriċi, Veskovili, Parrokkjali u Prinċipali tal-Belt Valletta Programm tal-Festa San Pawl Nawfragu, Valletta – 10 ta’ Frar 2012

PROGRAMM TAL-FESTA SAN PAWL NAWFRAGU ‒ VALLETTA

3 Naħdmu flimkien bħala komunità Dun Mario Tong, Arċipriet 6 Inġeddu dak li hu siewi għalina u nagħtu tifsira lil ħajjitna Etienne Montfort, President tal-Għaqda tal-Pawlini 8 Ħarsa lura lejn 17-il sena ħidma kontinwa tal-Kan. Arċipriet Alfred Camilleri (1995-2011) Rev. Kan. John Ciarlò 11 Il-Kan. Arċipriet Dun Pawl Agius D.D. Winston L. Zammit 14 San Pawl il-Baħar u San Pawl Dr. Stanley Farrugia Randon 18 Mitt sena ilu... Rev. Kan. John Ciarlò 23 Nibdew nimxu fuq il-passi ta' San Pawl Dr. Alexiei Dingli - Sindku tal-Belt Valletta 26 Il-Pedestall tal-Papa Ljun XIII Vince Farrugia 30 1952 ‒ Il-Festa ta’ San Pawl iċċelebrata f’Mejju Martin Gravina 32 Programm tal-Festa – 10 ta’ Frar 2012 35 San Pawl differenti Charles Camilleri President tas-Soċjetà Filarmonika Nazzjonali "La Valette" 36 Il-Mudell tal-Kolleġġjata ta' Anġlu Miggiani Perit David Cassar 38 Festa li tagħmel gieħ lill-Belt Kapitali Maltija! Stephen Baldacchino 40 It-Tħejjija ta’ Don Felice Camilleri Christian Attard Ritratt tal-Kopertina: Ħajr: Daniel Cardona (PhotoCity) 54 Fuq l-aħħar passi tal-Appostlu tal-Ġnus, Missierna San Pawl Robert Cassar Il-qoxra tal-ktieb tal-Oremus li jintuża fil-festi tan-Nawfraġju ta' 59 Kwadru ta’ San Pawl fil-Knisja Parrokkjali ta’ San Girgor, Sliema San Pawl. Huwa xogħol tal-fidda Josè Borg "a martello" fuq il-bellus. Fuq ilkopertina tidher il-faċċata ta' dan 60 Ir-relikwija tal-Katina ta’ San Pawl il-ktieb bl-arma tal-Kolleġġjata Michael Galea Insinji fiċ-ċentru. Fuq wara ta' 62 San Pawl l-ewwel teologu tal-Kristjaneżmu din il-pubblikazzjoni, mbagħad insibu l-arma tad-donatur Tancred Giuseppe Pulcinelli Camilleri li ħallas biex saret din 63 Is-Saqaf tal-Kolleġġjata (II) l-opra. Huwa xogħol Malti tas-Seklu XX mill-arġentier Carmelo Pace. Robert Cassar 10 TA’ FRAR 2012

Programm Festa tan-Nawfragju ta’ San Pawl 2012.indd 1

10/01/2012 00:56

1


Għaqda tal-Pawlini Valletta

Rev.mu Kapitlu tal-Insinji Kolleġġjata San Pawl Nawfragu tal-Belt Valletta

President Onorarju (Fundatur) • Paul

Asciak LRSM. P&T, FLCM., Hon TCL., MQR

Presidenti Onorarji

• Francis Tabone • Paul • Louis Attard • Paul • Dr. Ray Bondin

J. Galea Spiteri

• Victor Enriquez • Hector Bruno

Kumitat • Etienne

Montfort

Mario Cassar

Viċi-President • Dione

Montfort

Teżorier • Salvatore

Rocco

Dir. Attiv. • Simon

Farrugia

Dir. Armar

• Paul

Grima

Segretarju Ġenerali

• Antoine

P.R.O.

• Ivan

Farrugia

Briffa Farrugia

Chairman – Kumm. Nar

• Mario

Bonello

Asst. Teżorier

Reviżuri tal-Għaqda tal-Pawlini • John Mizzi

• Gilmar

• Paul

Zammit

• Clint

Segretarju • Joswè

P.R.O.

Tabone

• Douglas

Mifsud

Asst. Segretarju • Jason

• Jean

• Antoine

Cremona

Viċi-President

• Joswè

Tabone.

Asst. Teżorier

Bord Editorjali

Cremona

Editur: Chairman

• Ryan

• Rev.

Kan. John Ciarlò, B.A., Lic. D.

Membri tal-Bord:

Polidano

• Vince

Farrugia

• David Cassar B.A. & A. (Hons.) A&CE

Montfort

• Maria Tabone • Anne • Salvina Sciberras

Bugeja

Kummissjoni Elettorali

• Etienne

Montfort

• Robert Cassar, MA (History of Art); B Cons (Hons); BA (Hons) • Marcel Zammit Marmarà B.A., Dip. LIS, M.A.

• Stephen • Pawlu

• Pawlu Mizzi, Dip. Ind. Design Baldacchino • Ivan Briffa Farrugia • Mario Bonello Cumbo

Uffiċċju Amministrattiv:

• Joseph Bartolo • James Mulholland • Marcel Zammit Marmarà, B.A. ; Dip. LIS; M.A. • Joseph Huber, LRSM., Dip. Educ. (Adm. & Mangt.)

Għaqda tal-Pawlini Dar il-Pawlini, 195 Triq Sant’ Ursola, Valletta, Malta. e-mail: info@sanpawlmalta.com sît elettroniku: www.sanpawlmalta.com

Kummissjoni Nar

Fotografu Uffiċjali: Mario Mintoff (Photocity)

• Ivan Briffa Farrugia • Salvatore Rocco • Neil Micallef • Antoine Farrugia • Vince Magro • Keith Farrugia • Jeremy Dalli • Ivan Camenzuli

Kummissjoni Armar • Simon Farrugia • Joseph Cremona • Paul Cremona

• Mario Cassar • Vince Farrugia

Kummissjoni Banda

2

Gravina

Dir. Attiv.

• Clint

Abela

Rappreżentant Fergħa Nisa

• Mariella Zammit • Grace Bruno

• Martin

Il-Ħarġa Speċjali tal-Festa hija pubblikazzjoni li l-Għaqda tal-Pawlini toħroġ darba fis-sena fl-okkażjoni tal-Festa tan-Nawfraġju ta’ San Pawl li tiġi ċċelebrata kull sena fl-10 ta’ Frar.

• Roderick

Fergħa Nisa Pawlini • Doris

Farrugia

ĦARĠA SPEĊJALI TAL-FESTA

Mifsud

Teżorier

Baldacchino

Paul Lia

Kan. Michael Zammit, S.Th. D. Lic.Ph.B. Kan. Mattew Magri, Lic. D. Mons. Alex Cordina, B.A., Lic. D. S.Th. Lic. Cap. SS. Kan. Antoine Borg • Rev. Kan. Karm Busuttil, Magister Iuris (Int. Law)., S.Th.Dip.,

B.A., (Hons)., M.A. (Human Rights & Democ.)., M.A. (Diplomatic Stud).

Rapp. Żgħażagħ Dar il-Pawlini

Membri Co-opted

• Rev. • Rev. • Rev. • Rev.

Kummissjoni Sît Elettroniku

Baldacchino

Rapp. Fergħa Żgħażagħ

• L-E.T. Mons. Paul Giglio, S.Th. D. (Greg) • Rev. Mons. Anton Galea, B.A., Lic. D. • Rev. Kan. Alfred Camilleri, B.A., Lic. D. • Rev. Mons. Philip Calleja, A.M., P.E.P., M.O.M. Cap. SS., O.S.J. • Rev. Kan. Feliċ Tabone

• Joe Micallef

Fergħa Żgħażagħ Pawlini • Stephen

Arċipriet Kan. Mario Tong Kan. Kantur Giovanni Borg Kan. Kanċellier John Ciarlò, B.A., Lic. D. Kan. Frans Perici • Rev. Kan. Karm Zammit, B.A., Lic. D. • Rev. Kan. Giuseppe Grech Cremona B.A., Lic. D. • Rev. Kan. Penitenzier Vinċenz Borg, B.S. Th. (Viċi-Parroku) • Rev. Kan. Lawrenz Zammit

Kanonċi Onorarji

President

• Rev. • Rev. • Rev. • Rev.

• Mario Cassar • Lino Bartolo

• Jonathan Grima • Joswè Tabone

• Mario Tonna • Antoine Farrugia

Ħajr lil: Daniel Cardona u Daniel Cilia (fotografi) Mitbugħ:

PROGRESS PRESS LIMITED Intornjatur Street, Industrial Estate, Mrieħel, B'Kara - BKR 3000 Malta Email. info@progresspress.com.mt Tel. +356 22764440 Fax. +356 25594236


10 ta' Frar 2012

Naħdmu flimkien bħala komunità B’ħerqa kbira qegħdin nistennew il-Festa tal-Appostlu Missierna San Pawl fil-parroċċa tagħna. Festa kbira li mhux il-Pawlini Beltin biss jiċċelebrawha fl-10 ta’ Frar iżda wkoll il-Maltin u l-Għawdxin kollha u għalhekk inqisuha bħala festa nazzjonali.

San Pawl huwa l-missier u l-evanġelizzatur li l-Mulej stess b’mod providenzjali bagħtilna fuq xtutna biex inissilna fil-fidi nisranija. Il-miġja tiegħu fostna ħalliet ħafna frott u bidlet u sawwret l-istorja talġens Malti għal kważi elfejn sena. Ittwemmin li huwa għaddielna mexxa ħafna mill-ġrajjiet u d-deċiżjonijiet li kellu jagħmel il-poplu Malti matul is-snin. Bis-saħħa tal-ħidma ta’ San Pawl fostna dan il-poplu sar poplu Nisrani għaliex minn jeddu għażel lil Ġesù Kristu bħala s-sid ta’ ħajtu u ried li l-Kelma tiegħu tkun id-dawl li tmexxieh. B’dan għandna nkunu lkoll kburin. Sar ħafna ġid fi ħdan is-soċjetà tagħna għax imxejna fuq il-prinċipji li joħorġu mill-Kelma ħajja ta’ Ġesù Kristu, Kelma li tagħti l-vera ħajja u għerf. Is-sabiħa hi li San Pawl sakemm il-providenza wasslitulna fuq xtutna ma kienx jaf bina. Anzi hu stess wissa lill-kaptan u lill-baħrin li kienu se jbaħħru fil-vjaġġ fi triqthom lejn Ruma biex ma jitilqux mill-irdoss ta’ Kreta. Bir-raġun għalhekk meta l-ġifen sab ruħu f ’dik il-maltempata, hu stess ċanfarhom talli ma kenux semgħu minnu. Barra minn hekk, kemm il-pjan tiegħu kif ukoll dak ta’ sħabu kollha fuq il-ġifen kien biss dak li jaslu Ruma. Iżda kien hemm min hu akbar minnu li kellu f ’moħħu u f ’qalbu lilna

f ’Malta kif ukoll barra minn Malta, kelli nsib ruħi magħkom u fostkom. Iżda nħossni konvint li ladarba din hija r-rieda ta’ Alla għalija, ilqajt bil-qalb u bi spirtu ta’ ubbidjenza r-rieda tal-Mulej li niġi biex naħdem fostkom.

Dun Mario Tong, Arċipriet

l-Maltin. Dan ried li permezz ta’ San Pawl aħna nsiru Tiegħu. Iva, lilna l-Maltin, għażilna Ġesù Kristu stess biex inkunu l-poplu tiegħu. Fil-festa tan-Nawfraġju ta’ San Pawl bir-raġun niċċelebraw u nfakkru l-grazzja li offrielna Alla l-Imbierek permezz tal-Appostlu kbir tiegħu Pawlu. Waqt li huwa veru li bħala Pawlini Beltin niċċelebraw b’tant entużjażmu l-patrun tal-parroċċa tagħna, iżda magħna wkoll, kif għedna, jiċċelebrawha ħutna l-Maltin u l-Għawdxin kollha għax kien permezz tiegħu li dan il-poplu rċieva d-don tal-fidi. F’dan l-ewwel messaġġ tiegħi bħala Arċipriet tagħkom, nixtieq insellmilkom ilkoll. Ġejt fostkom fiżżmien sabiħ tal-Festa tan-Nawfraġju ta’ San Pawl, żmien li fih niltaqgħu ilkoll flimkien b’ċerta qawwa u mħabba u ningħaqdu bħala komunità li temmen biex flimkien nagħtu qima lil dan il-Missier kbir tagħna. Nistqarr li nħossni xi ftit bħal San Pawl li qatt ma ppreveda li kellu jiġi fi gżiritna li tant ħabbitu u baqgħet tħobbu sal-lum. Jien ukoll qatt ma mmaġinajt jew ipprevedejt li xi darba, wara l-esperjenzi pastorali varji li kelli fi bnadi oħra kemm

Issa qiegħed inħares ’il quddiem biex flimkien magħkom ilkoll inkomplu ninbnew bħala nsara tassew, dixxipli tal-Mulej Ġesù, ilkoll aħwa fi Kristu u wlied il-Kbir Appostlu tal-Ġnus u b’mod speċjali tagħna l-Maltin u l-Għawdxin. Jekk naħdmu flimkien bħala komunità kif kien tant iħeġġeġ San Pawl innifsu lill-komunitajiet insara mwaqqfin minnu, żgur li jkun jistħoqqilna nissejħu fil-veru sens talkelma Pawlini. Irrid ukoll inrodd ħajr lill-Wisq Reverendu Kapitlu tal-mod fratern li bih laqagħni, kif ukoll lillmembri tal-Kunsill Parrokkjali li wrewni r-rieda sħiħa tagħhom li jkomplu jaħdmu miegħi għall-ġid tal-parroċċa kollha. L-istess ngħid għall-Għaqda tal-Pawlini. Grazzi lil diversi individwi oħra li diġà ltqajt magħhom u x-xewqa tiegħi hija li bil-għajnuna ta’ Alla nkompli niltaqa’ magħkom ilkoll. Irrid għalhekk nistieden lil kulħadd għaċ-ċerimonja tal-Pussess tiegħi li biha nagħti bidu b’mod uffiċċjali għall-ħidma tiegħi bħala r-ragħaj tal-parroċċa. Dan se jsir fil-jiem stess taċ-ċelebrazzjonijiet ta’ żmien ilFesta, nhar il-Ħadd 29 ta’ Jannar. Nittama li niltaqgħu lkoll biex nitolbu flimkien il-barka ta’ Alla fuq il-parroċċa tagħna u l-protezzjoni u l-interċessjoni tal-Appostlu Misserna San Pawl. Nawguralkom il-Festa t-Tajba. Kunu mberkin.

3




Programm tal-Festa tan-Nawfraġju ta’ San Pawl ‒ Valletta 2012

Inġeddu dak li hu siewi għalina u nagħtu tifsira lil ħajjitna Merħba,

Il-kultura ta’ żmienna qed tkun influwenzata minn dak li hu materjali, u l-bniedem qed jiffoka fuq il-ġid u t-titjib soċjali tiegħu. F’din id-dinja mgħaġġla u aljenata, ilbniedem mhux qed isib il-ħin sabiex jirrifletti fuq il-ħajja. F’dan il-kwadru, it-tifkira tan-Nawfraġju ta’ San Pawl għandha relevanza fl-istorja tagħna l-Maltin.

L-ewwel avveniment importanti tassena l-ġdida fl-istorja tal-Parroċċa Pawlina hija l-ħatra ta’ Arċipriet ġdid tal-Kolleġġjata, Rev. Mario Tong, li ser jieħu l-pussess ta’ Arċipriet filġranet sbieħ tal-Festa. Fiż-żewġ okkażjonijiet li ltqajt miegħu, wera li jixtieq jintegra minnufih fil-familja Pawlina u naturalment fl-Għaqda tal-Pawlini. Dan jawgura tajjeb biex inkomplu naħdmu flimkien għall-ġid talkomunità u tal-Parroċċa. Ftit tal-ġimgħat ilu, issejħet laqgħa talKumitat ma' l-Arċipriet il-ġdid fejn ġie mistieden fis-sede tal-Għaqda tagħna u hemmhekk tkellimna dwar l-attività inġenerali tal-Għaqda tal-Pawlini. Nixtieq pubblikament nagħtih merħba minn qalbi u f ’isem il-Pawlini kollha, nwegħduh l-għajnuna u l-appoġġ sħiħ tagħna f ’din il-missjoni ġdida tiegħu. Fl-istess waqt, ma nistax inħalli okkażjoni bħal din mingħajr ma nsellem lill-ex-Arċipriet Kan. Alfred Camilleri li temm il-parrokat tiegħu ftit tax-xhur ilu wara sbatax-il sena jaħdem bla waqfien f ’din il-Parroċċa. Inħossni privileġġjat li kelli x-xorti naħdem miegħu għal dawn l-aħħar snin li fihom ikkollaborajna flimkien. Meta nħares lura u nitkellem fuq l-ex-Arċipriet, ma nistax ma nsemmix iż-żewġ avvenimenti kbar li saru fil-Parroċċa fuq skala nazzjonali: is-Sena Pawlina fis-sena 2009 u l-avveniment ieħor aktar riċenti iċ-Ċelebrazzjoni tal-1950 anniversarju min-Nawfraġju ta’ San Pawl f ’Malta. L-ex-Arċipriet ser nibqgħu niftakruh għall-entużjażmu tiegħu fil-Kolleġġjata Pawlina bi proġetti importanti li saru fil-knisja ta’ San Pawl. F’isem il-Pawlini kollha, ngħidlek grazzi tax-xogħol kollu li għamilt f ’din il-Parroċċa. Ċertament

6

Etienne Montfort, President, Għaqda tal-Pawlini

il-Pawlini jibqgħu jirrikonoxxu l-ħidma tiegħek għaliex ħallejt tifkiriet sbieħ li jibqgħu marka flistorja tal-Parroċċa. X’sejrin niċċelebraw fl-10 ta’ Frar u x’inhi t-tifsira ta’ din il-Festa? Jekk il-bniedem iħoss li fis-soċjetà li qed ngħixu fiha llum, id-dinja moderna qed titlef l-orjentament tagħha minħabba t-telf ta’ valuri tradizzjonali, ċertament it-tifkira tan-nawfraġju ta’ San Pawl f ’Malta, li tiġi ċċelebrata liturġikament fl-10 ta’ Frar ta’ kull sena, iġġedded f ’kull wieħed minna dak li hu siewi għalina għaliex tagħti tifsira lil ħajjitna.

L-Għaqda tal-Pawlini tagħraf l-importanza ta’ din il-festa u l-volontarjat li jsir mill-membri tagħha jgħin biex inwasslu messaġġ permezz tal-festa. Għalhekk hija sabiħa l-Għaqda tal-Pawlini. Inħobb insemmi ripetutament, sena wara l-oħra, l-iskop li għalih twaqqfet l-Għaqda tal-Pawlini għax huwa importanti li llum aktar minn qatt qabel infittxu l-għeruq tagħna. Twaqqfet primarjament biex tkabbar l-imħabba tal-Maltin u l-Għawdxin lejn San Pawl, permezz tal-festa tan-Nawfraġju ta’ San Pawl, li ssaħħaħ l-għaqda fost dawk kollha li jgħożżu lil San Pawl bħala l-Qaddis tagħhom, u li fil-ħidma kollha tagħha jkun rifless l-impenn għat-tisħiħ spiritwali tal-membri u għall-integrazzjoni tagħhom fil-ħajja soċjali u kulturali tal-komunità parrokkjali.

“…l-għaqda fost dawk kollha li jgħożżu lil San Pawl bħala l-Qaddis tagħhom, u li fil-ħidma kollha tagħha jkun rifless l-impenn għat-tisħiħ spiritwali talmembri u għall-integrazzjoni tagħhom fil-ħajja soċjali u kulturali tal-komunità parrokkjali.”


Il-Kumitat ħabbrieki kellu sena oħra mpenjattiva u hemmhekk tapprezza il-valur tal-volontarjat fejn tiddedika mill-ħin tiegħek mingħajr ma tistenna lura l-ebda ħlas. Matul din is-sena, il-Kumitat kompla l-ħidma tiegħu fuq diversi proġetti bl-iskop li jżomm ħaj ukoll il-folklor reliġjuż li huwa essenzjali biex iżżomm attività ħajja fil-Parroċċa. Ġew organizzati diversi attivitajiet bħala sors ta’ dħul għall-Għaqda tagħna. Għall-festa tal-10 ta’ Frar ta’ din is-sena, ser inżejnu Triq ir-Repubblika b’armar ġdid u eleganti, proġett enormi li jekk alla jrid nisperaw li ngawduh u nagħlqu l-proġett fi ftit ta’ snin oħra. Irrid ngħid grazzi kbira lil dawk li matul is-sena 2011, is-sena ddedikata lillvolontarjat, tista’ tgħid għexu ħajjithom għall-festa. L-impenn sħiħ ta’ dawn ilmembri hija xhieda tal-imħabba tagħhom lejn San Pawl. Ma’ dan kien hemm ukoll proġett ieħor kbir li kien jikkonsisti f ’pedestall għal Pjazza San Ġwann biex fuqu titla l-istatwa ta’ Papa Ljun XIII. Insemmi wkoll ix-xogħol estensiv li sar fuq maħżen ieħor għall-armar fi Triq San Pawl, proġett ieħor interessanti fejn ħafna mix-xogħol sar mill-membri tal-Għaqda u bl-għajnuna tal-Arċipriet. Wasalt biex nikkonkludi dan ilmessaġġ tal-festa. Irrid nirringrazzja lill-Kumitat tal-qalb kbira tiegħu biex flimkien wasalna biex niċċelebraw festa oħra sabiħa lil San Pawl. Ma’ dan irrid ukoll nirringrazzja lill-Fergħat, il-Kummissjonijiet, ir-reffiegħa tal-vara, u l-Bord Editorjali li bħas-snin l-oħra kienu ta’ għajnuna għall-Kumitat ċentrali. Nappella lill-membri biex ma jibqgħux lura milli jieħdu sehem attiv fil-festa u jħallu l-piż jaqa’ biss fuq l-istess nukleju ta’ membri. L-Għaqda tal-Pawlini għandha bżonn l-involviment tagħkom. Nieħu din l-opportunità biex nirringrazzja lill-President u l-Kumitat tas-Società Filarmonica Nazionale La Valette għall-kollaborazzjoni li dejjem offrew fl-organizzazzjoni tal-festa. Nistedinkom sabiex issegwu l-programm tal-festa u tipparteċipaw kemm fil-festi li se jsiru fil-knisja u dawk esterni. Fl-aħħarnett, nirringrazzja lill-Wisq Reverendissimu Kapitlu tal-Kolleġġjata tal-appoġġ sħiħ fl-Għaqda tal-Pawlini. Nawgura l-festa t-tajba lil kulħadd.

7


Il-Kan. Arċipriet Alfred Camilleri jammira l-pittura li kien għadu kemm irċieva. Ħajr lil Andrew Austin ta' Telestar Photo Studio.

Ħarsa lura lejn 17-il sena ħidma kontinwa tal-Kan. Arċipriet Alfred Camilleri (1995-2011) Kan. John Ciarlò Fil-pubblikazzjoni tal-Ħarga Speċjali tal-Festa ta’ Frar tal-1995, fil-messaġġ tiegħu, il-President tal-Pawlini ta’ dak iż-żmien Hector Bruno, waqt li sellem u ta merħba lill-Kan. Arċipriet Alfred Camilleri, tliet xhur biss wara l-pussess tiegħu ta’ Arċipriet li kien sar fl-1 ta Novembru 1994, kien kiteb: “L-Arċipriet il-ġdid diġà daħal fil-qalb tal-parroċċa kollha kemm għall-karattru simpatiku tiegħu kif ukoll għad-disponibbiltà li juri wkoll lejn kull min jersaq lejh’’. Jekk fi Frar tal-1995, wieħed birraġun seta’ jsellem, jagħti merħba u jifraħ lill-Kanonku Alfred Camilleri tliet xhur biss wara l-ħatra tiegħu, f ’din il-Ħarġa Speċjali tal-Festa ta’ din is-sena, wara li fl-1 ta’ Novembru 2011 l-Arċipriet Camilleri temm

8

“…il-Pawlini Beltin flimkien mal-parruċċani, ma setgħux ma jingħaqdux miegħu biex jirringrazzjaw ’l Alla għal dak kollu li għamel miegħu matul is-snin tal-parrokat tiegħu." il-ħidma pastorali u parrokkjali tiegħu ta’ sbatax-il sena sħaħ filparroċċa tagħna, wieħed ma jistax ma jirringrazzjahx bil-qalb għal kull ma għamel u wettaq. Bir-raġun, fl-1 ta’ Novembru 2011, fl-okkażjoni tal-aħħar Quddiesa

ta’ Radd il-Ħajr li l-Arċipriet Camilleri ċċelebra flimkien malKapitlu, il-Pawlini Beltin flimkien mal-parruċċani, ma setgħux ma jingħaqdux miegħu biex jirringrazzjaw ’l Alla għal dak kollu li għamel miegħu matul is-snin talparrokat tiegħu. Fl-istess waqt ma


setgħux ukoll ma jirringrazzjawhx u ma juruhx il-gratitudni tagħhom għad-dedikazzjoni tiegħu għall-ġid spiritwali tal-parroċċa u għallproġetti kbar li wettaq fil-knisja parrokkjali u kolleġġjata tagħna, proġetti li l-Pawlini tal-lum u ta’ għada se nibqgħu ngawdu. Bir-raġun għalhekk ma nistgħux ma ngħidux li daqskemm din l-aħħar ċelebrazzjoni tiegħu ta’ Radd il-Ħajr kienet waħda mill-isbaħ u organizzata tajjeb, b’attendenza kbira min-naħa tal-Pawlini u tal-parruċċani, daqstant ieħor kienet tidher f ’wiċċ dawk kollha preżenti d-dieqa tal-firda. Fil-verità, wieħed bir-raġun jista’ jqabbel din l-okkażjoni ma' xena oħra li aħna l-Pawlini tant aħna familjari magħha: dik ta’ missierijietna li, wara li kienu laqgħu fosthom lil San Pawl u gawdew il-preżenza tiegħu għal tliet xhur sħaħ fi gżiritna, fl-aħħar kellhom bilfors kontra qalbhom u b’dieqa kbira, jinfirdu minnu u jwassluh salġifen li kellu jieħdu Ruma. Kif kien xieraq, f ’din l-aħħar ċelebrazzjoni, rappreżentanti talKapitlu, tal-Għaqda tal-Pawlini, tal-Kunsill Parrokkjali, tal-Fratellanza tal-Madonna tal-Karità u tal-Kor Saulus, jirringrazzjaw pubblikament lill-Arċipriet għal dak kollu li kien wettaq, u jippeżentawlu rigali b’sinjal ta’ apprezzament u ta’ gratitudni kif kien xieraq.

Il-Kumitat tal-Għaqda tal-Pawlini waqt il-preżentazzjoni tal-kwadru ritratt lill-Arċipriet Kan. Alfred Camilleri. Ħajr lil Andrew Austin ta' Telestar Photo Studio.

L-Arċipriet, flimkien ma sħabu l-Kanonċi tal-Kolleġġjata li magħhom ħadem f'dawn l-aħħar sbatax il-sena, waqt il-konsagrazzjoni. Ħajr lil Andrew Austin ta' Telestar Photo Studio.

Ma jistax jonqos għalhekk li f ’din il-Ħarġa Speċjali tal-Festa ta’ din is-sena, ma nfakkrux fil-qosor kemm jista’ jkun id-dedikazzjoni sħiħa u s-sens pastorali qawwi li l-Kanonku Arċipriet Alfred Camilleri dejjem wera matul is-sbatax-il sena talparrokat tiegħu biex ikun ta’ servizz pastorali u spiritwali għall-parruċċani kollha. Huwa kien dejjem moħħu fil-parroċċa u kien dejjem lest biex jilqa’ lil dawk kollha li kienu jfittxu l-għajnuna u l-pariri tiegħu. Xi ngħidu mbagħad għall-ħeġġa u l-preparazzjoni tiegħu biex iwassal il-Kelma t’Alla; biex jara li ċ-ċerimonji u l-funzjonijiet liturġiċi jsiru bl-akbar serjetà u dekor; biex jorganizza laqgħat, irtiri u korsijiet spiritwali u bibliċi; biex jieħu ħsieb id-duttrina tat-tfal, l-Ora Santa, l-abbatini, l-għaqdiet tal-parroċċa, il-kor,

L-Arċipriet fl-aħħar quddiesa solenni f'din il-kariga. Jidhru wħud mill-opri li saru fi żmien il-parrokat tiegħu, fosthom l-artal mejda, l-ambone, il-balavostri tal-presbiterju u n-niċċa tal-vara titulari. Ħajr lil Andrew Austin ta' Telestar Photo Studio.

9


Programm tal-Festa tan-Nawfraġju ta’ San Pawl ‒ Valletta 2012

l-Pawlini Beltin tal-lum u ta’ għada se nibqgħu ngawdu. Minkejja li mhux il-każ li noqogħdu nsemmu dawn il-proġetti kollha, iżda nħossu li nkunu qegħdin nonqsu jekk għallinqas ma nfakkrux firrestawr importanti tal-koppla minn barra, tal-istatwa titulari ta San Pawl, tal-gallerija tal-orgni, tal-pittura u l-iskultura tal-koppla minn ġewwa u taż-żewġ navati, tal-kampnari tal-knisja, tal-Artal Maġġur, tassagristija l-kbira, ta’ ċerti kappelel fosthom dik ta' San Mikiel, talkannierja, tal-irħam tal-knisja u tassagristiji, ta’ ċerti koppletti u niċeċ u tad-damask.

Il-Kapitlu tal-Kolleġġjata flimkien mal-Arċipriet Alfred Camilleri, waqt iċ-Ċelebrazzjoni tal-1950 anniversarju min-Nawfraġju ta’ San Pawl f’Malta. (Ħajr David Cassar)

"…Huwa kien dejjem moħħu filparroċċa u kien dejjem lest biex jilqa’ lil dawk kollha li kienu jfittxu l-għajnuna u l-pariri tiegħu." il-frattellanzi, il-letturi u l-helpers. Ilpremura tiegħu biex dejjem ikabbar l-għaqda u l-armonija fost sħabu s-saċerdoti u l-membri tal-Kapitlu, fost il-kumitati u l-membri kbar u żgħażagħ tal-Għaqda tal-Pawlini u tal-Festa, fost ir-reffiegħa u l-kumitati ta’ Soċjetajiet oħra fosthom tasSocietà Filarmonica Nazionale "La Valette". Fil-pubblikazzjoni ta’ din il-Ħarġa Speċjali tal-Festa, ta’ kull sena kien iwassal lill-parruċċani u l-Pawlini kollha messaġġi sbieħ biex iħeġġeġ lil kulħadd għall-festa li nkunu qegħdin niċċelebraw b’tant entużjażmu u biex kulħadd jifhem sew it-tifsira spiritwali tal-festa li għandha aktar tqarribna lejn Alla u ssaħħaħna

10

fil-fidi qaddisa tagħna. Ma nistgħux ma nsemmux ukoll il-premura u l-interess tiegħu fl-organizzazzjoni tal-festa tan-Nawfraġju ta’ San Pawl kemm fiċ-ċelebrazzjonijiet reliġjużi fil-knisja kif ukoll fiċ-ċelebrazzjonijiet ta’ barra. Għal dan il-għan ma kien jonqos qatt jikkollabora bis-sħiħ mal-Kumitat tal-Għaqda tal-Pawlini u mal-membri kollha nvoluti florganizzazzjoni tal-festa. L-Arċipriet Alfred Camilleri matul is-sbatax-il sena tal-ħidma tiegħu fostna, ma waqaf qatt joħlom bi proġetti meħtieġa għall-knisja tagħna, proġetti li wettaqhom kollha bl-akbar impenn u eżattezza. Proġetti li żgur li kienu jiswewlu ħafna ħsieb, taħbit u sagrifiċċji. Proġetti li aħna

Ma nistgħux ukoll ma nsemmux il-proġetti kbar tat-tliet antiporti ġodda tal-knisja, tan-niċċa ġdida ta' San Pawl, tal-vetrini fil-kuritur tas-sagristija tas-Sagrament fejn jitqiegħdu l-Ġirandola, il-ventartali tal-fidda u ċerti fided; tal-għamara kollha fuq il-presbiterju fosthom l-artal mejda, il-gradenzini, is-sedja, il-mejda tal-offerti, iż-żewġ siġġijiet, il-battisteru, kollha xogħol tal-ġewż Amerikan b’dekorazzjonijiet filbronż. Insemmu wkoll ir-restawr tal-Ġirandola u l-ventartal tal-fidda u s-siġġijiet ġodda tal-knisja. Ma’ dawn ma nistgħux ma nsemmux ukoll il-proġett ambizzjuż tadDomus Pauli li bir-raġun wieħed jista’ jsejħilha vetrina tal-istorja sagra u artistika tal-Parroċċa u talKolleġġjata tagħna. L-Arċipriet Camilleri kien dejjem ilmutur wara dawn il-proġetti kollha. Proġetti li veru li biex iwettaqhom sab l-appoġġ sħiħ ta’ tant nies li ħadmu b’xejn u ta’ tant benefatturi li bl-appoġġ finanzjarju tagħhom seta’ jwettaq dan kollu. Iżda, kif stqarr hu stess, żgur li kien ikun diffiċli wisq għalih biex jieħu r-riskji kbar li kienu meħtieġa fit-twettiq ta’ dawn il-proġetti, kieku mhux bil-għajnuna ta’ Alla u tal-Appostlu Missierna San Pawl. Ta’ dan kollu nirringrazzjawh u żgur li kemm il-Pawlini tal-lum kif ukoll dawk li għad jiġu warajna, għad jibqgħu jiftakru fih u fil-ħidma kbira li wettaq matul is-sbatax-il sena talArċipretura tiegħu.


Il-Kan. Arċipriet Dun Pawl Agius D.D. Winston L. Zammit

B.A. (Hons.), P.G.C.E., M.A.

Fost is-saċerdoti li okkupaw id-dinjità t’Arċipriet, l-ewwel dinjità tal-kapitlu Pawlin, insibu lill-kanonku Dun Pawl Agius, li okkupa din id-dinjità mill1886 sakemm miet fl-1928. Ordnat saċerdot fl-1875.1 Tliet snin wara fl-1 ta’ Settembru 1878, Dun Pawl ġie maħtur Kanonku Penitenzier tal-Kolleġġjata Pawlina.2 Tliet snin wara fl-1882 il-Penitenzier Agius kien jifforma parti mill-kumitat li kellu jieħu ħsieb jorganizza d-demostrazzjoni ad unur talKardinal Lavigerie fl-okkażjoni tażżjara tiegħu f’Malta.3 Karriera Politika F’Ġunju tal-1884, Dun Pawl ikkontesta l-elezzjonijiet tal-Kunsill tal-Gvern. Kiseb 1656 vot u kien wieħed mill-kandidati eletti.4 Iżda sentejn wara rriżenja minn kunsillier.5 Fl-1888, wara l-għotja ta’ Kostituzzjoni ġdida mill-Gvern Ingliż, il-Kanonku Agius reġa’ kkontesta l-elezzjonijiet tal-Kunsill tal-Gvern. Ġie elett b’1526 vot u kien it-tieni kandidat li l-aktar li kiseb voti.6 Fl1895 reġa’ kkontesta l-elezzjonijiet għall-Kunsill tal-Gvern iżda ma kienx elett.7 Arċipriet tal-Kolleġġjata Fil-bidu tal-1886, il-Penitenzier Agius kien maħtur Kuġitur tal-Arċipriet talKolleġġjata Pawlina Dun Ġużepp Gatt u ħa l-pussess ta’ Arċipriet Kuġitur fit-2 ta’ Frar 1886.8 Ġimgħa wara fl-okkażjoni tal-festa tan-Nawfraġju ta’ San Pawl (10 ta’ Frar) l-Arċipriet Kuġitur Agius qaddes il-quddiesa solenni tal-Festa li assista għaliha mittron l-Amministratur Appostoliku 1 2 3 4 5 6 7 8

Malta Tagħna, 3-I-1926, p. 3. Ibid., 3-III-1928. Il Portafoglio Maltese, 5-VI-1882. L’Ordine, 7-V-1884, 3-VI-1884. Ibid., 2-VI-1886. Ibid., 22-II-1888, 7-III-1888. Ibid., 30-VIII-1895. Ibid., 27-I-1886, 3-II-1886.

tad-Djoċesi ta’ Malta, Mons. Fra Antonio Maria Buhagiar OFM Cap.9 L-Arċipriet Gatt miet f’Ottubru tal-istess sena fl-età ta’ 92 sena.10 Għaldaqstant fl-20 t’Ottubru 1886, il-Kan. Agius ħa l-pussess ta’ Kanonku Arċipriet tal-istess Kolleġġjata.11 Sentejn wara fl-1888, Dun Pawl ħa sehem filpellegrinaġġ tal-Maltin li mar Ruma u li tmexxa mill-Isqof Buhagiar.12 Il-lapida tal-Kan. Pawl Agius fil-kappella tal-Kurċifiss. Fil-11 ta’ Marzu 1889, il-Papa Ljun XIII żejnu blonorifiċenza Pro Ecclesia e Pontefice.13 ta’ filgħodu l-Arċipriet Agius fakkar ilHuwa kien ukoll membru talĠublew tad-Deheb tal-Ordinazzjoni Akkademja ARCADIA ta’ Ruma.14 Saċerdotali b’quddiesa solenni filKolleġġjata Pawlina. F’din il-quddiesa Żewġ Kuġituri kien assistit minn żewġ dinjitarji Fl-1901, is-Santa Sede, fuq tal-Kapitlu bħala Djaknu u Suddjaknu rakkomandazzjoni tal-Arċisqof Pietru li kienu d-Dekan Fiteni u l-Primiċerju Pace, u bil-kunsens tal-istess Arċipriet Bartoli filwaqt li l-Arċipriet Kuġitur Agius, ħatar lid-Dekan tal-Kapitlu Dun Salv Manduca kien l-Assistent Mons. Kan. Gian Carlo Borg Olivier Presbiteru. Il-Kapitlu Pawlin assista bħala Kuġitur tiegħu15 li ħa l-pussess mill-kor stess din il-funzjoni.19 t’Arċipriet Kuġitur qrib il-festa ta’ San Pawl tal-1902.16 Iżda l-Arċipriet Sentejn wara fl-1927, blKuġitur Borg Olivier miet f’Jannar approvazzjoni tal-Kapitlu Pawlin 1913 fl-età ta’ 57 sena.17 Tliet snin fil-kappella tal-Kurċifiss, bit-tħabrik wara ingħażel Kuġitur ieħor Dun tas-Sur Ġan Pisani tqiegħdet lapida Salv Manduca li ħa l-pussess fl-20 ta’ tal-irħam bi skrizzjoni “li tfakkar Ġunju 1916.18 il-merti kbar li bihom huwa mżejjen ix-xwejjaħ Arċipriet, tant fil-Missjoni Ġublew tas-Saċerdozji tiegħu saċerdotali” kemm ukoll filNhar il-festa tal-Milied (1925) fid-9.00 qasam ċivili u letterarju.20 9 Ibid., 17-II-1886. 10 Ibid., 20-X-1886. 11 Ibid. 12 Ibid., 30-V-1888. 13 Malta Tagħna, 3-III-1928. Guida Generale di Malta e Gozo, 1908, p. 313. 14 Malta tagħna, 3-III-1928. 15 L’Ordine, 12-IX-1901. 16 Ibid., 28-II-1902. 17 Malta Tagħna, 10-I-1913. 18 Tagħrif fil-pussess tal-awtur.

L-Arċipriet Agius miet fil-Belt Valletta fit-18 ta’ Frar 1928.21 19 Malta Tagħna, 3-I-1926, p. 3. 20 Tagħrif fil-pussess tal-awtur. 21 Ibid., 3-III-1928.

11


kitchens, bathrooms & tiles 122, Valley Road, B’Kara

furniture & accessories Marina Street, PietĂ



Programm tal-Festa tan-Nawfraġju ta’ San Pawl ‒ Valletta 2012

San Pawl il-Baħar u San Pawl Dr. Stanley Farrugia Randon Wieħed mill-argumenti sodi favur il-fatt li San Pawl ġie Malta huwa t-tradizzjoni qawwija li teżisti f’San Pawl il-Baħar. Tliet monumenti ddedikati lil dan il-qaddis huma l-Funtana ta’ Għajn Rażul, il-Kappella ta’ San Pawl tal-Ħuġġieġa, u l-Istatwa ta’ San Pawl fuq il-Gżejjer. Il-Funtana ta’ Għajn Rażul Il-funtana ta’ Għajn Rażul fil-Veċċa hija monument importanti ħafna li forsi ftit nies jafu biha. Il-kelma ‘rażul’ x’aktarx hija isem Għarbi u għalhekk l-isem intiret miż-żmien meta l-gżejjer tagħna kienu taħt il-ħakma Għarbija bejn it-870 u l-1090. Fl-1647, fil-ktieb tiegħu Della Descrittione di Malta, Giovanni Francesco Abela jikteb li San Pawl waqqaf funtana fil-post fejn niżel fuq l-art u fejn il-Maltin tawħ jixrob. Ma jsemmix li kien hemm statwa malfuntana. Abela jgħidilna li l-Maltin għamlu skrizzjoni li tgħid:

Ritratt antik tal-Gżejjer ta' San Pawl.

Taħt din il-blata mħaffra, li qed tara ħdejn il-mewġ tal-baħar tinsab għajn ta' ilma tnixxi. Inti li għaddej, b'tieba qaddisa agħti qima lil din in-nixxiegħa. Dan l-ilma tahulek San Pawl nawfragu. Illum insibu skrizzjoni oħra li hija fqira meta nqabbluha ma’ dik li nsibu llum: In-Nies Kollha Jiġu, u Jfaħħruk Salm 85, AD 1725 WK Dan ifisser li l-iskrizzjoni li jsemmilna Abela nbidlet inqas minn 100 sena wara. L-istatwa li naraw illum x’aktarx hija ta’ din id-data. Ritratti u tpinġijiet antiki juru li l-funtana nbidlet fil-forma tagħha maż-żmien, l-aktar meta twessgħat it-triq wara t-Tieni Gwerra Dinjija. Dan l-aħħar sar ir-restawr fuq il-funtana u l-istatwa mill-għaqda mhux governattiva ‘Din l-Art Ħelwa’ u l-Kunsill Lokali ta’ San Pawl.

14

Pittura antika li turi l-funtana ta' Għajn Rażul.

Il-kappella ta’ San Pawl Ma nafux meta nbniet l-ewwel kappella fejn il-Maltin xegħlu l-ħuġġieġa biex Pawlu u n-nies l-oħra li kienu fuq il-bastiment setgħu jisħnu u jnixxfu l-ħwejjeġ tagħhom. Skond it-tradizzjoni din inbniet ftit wara li San Pawl telaq lejn Ruma, iġġarfet fi żmien l-Għarab u reġgħet inbniet fi żmien in-Normanni. Fis-seklu erbatax il-familji Bordino u Desquanez reġgħu bnewha u fil-bidu tas-seklu sbatax, il-Ġiżwita Girolamo Manduca kiteb li fuq il-kappella kien hemm l-armi tal-familji De Nava u Mazzara li rrestawraw minn flushom din il-kappella.

Meta fl-1610 il-Gran Mastru Wignacourt bena bl-ispejjeż tiegħu it-Torri f ’San Pawl il-Baħar (li semmieh għall-Appostlu San Pawl) fuq il-post fejn kien hemm ilkappella ta’ San Pawl, din il-kappella kellha tinħatt u tinbena mill-ġdid ftit aktar il-bogħod mit-torri. Għal din l-okkażjoni ġiet organizzata purċissjoni għat-tqegħid tal-ewwel ġebla fil-preżenza tal-Isqof. L-ewwel ta’ Frar tal-1617 hija data mportanti għall-kappella għaliex il-Gran Mastru Wignacourt waqqaf fundazzjoni biex il-Grotta ta’ San Pawl fir-Rabat u l-Kappella tal-Ħuġġieġa


jiġu annessi. Il-Kappella l-ġdida ġiet ikkonsagrata fit-3 ta’ Mejju, 1617 mill-Isqof Cagliares. Kien żmien meta l-kult Pawlin kien fl-aħjar tiegħu, u l-Gran Mastru Wignacourt kellu għal qalbu dan il-qaddis. F’din il-Kappella nsibu tliet pitturi l-ġmiel tagħhom. Dik ta’ wara l-artal turi l-mument meta s-serp gidem id San Pawl u fiha naraw il-Gran Mastru Wignacourt kif ukoll karikatura tal-figura tal-pittur innifsu. Il-pitturi l-oħra juru l-fejqan ta’ Publiju minn San Pawl u t-tluq ta’ San Pawl mill-gżejjer.

Kappella ta' San Pawl f'San Pawl il-Baħar.

Fi żmien l-Ingliżi l-kappella kienet tinkera u meta faqqgħet it-Tieni Gwerra Dinjija reġgħet bdiet tintuża bħala post ta’ talb. B’xorti ħażina f ’Marzu tal-1942 il-kappella ntlaqtet minn bomba u ġġarrfet kważi għal kollox. Il-pittura ġiet salvata millkomunità Franġiskana. Fl-1956 il-kappella reġgħet inbniet fuq il-pjanta l-antika ta’ żmien ilGran Mastru Wignacourt u sitt snin wara waqgħet taħt il-ġurisdizzjoni tad-Djoċesi ta’ San Pawl tar-Rabat, flimkien mal-Grotta ta’ San Pawl. L-Istatwa ta’ San Pawl fuq il-Gżejjer L-istatwa ta’ San Pawl hija xogħol Sigismondo Dimech (1780-1853) mill-Belt u Salvatore Dimech (18051887) minn Ħal Lija, li kien student ta’ Sigismondo. L-istatwa hija twila 4 metri u qiegħda fuq pedestall għoli 8.3 metri, li sar minn Francesco Spiteri. Il-ġebel huwa magħmul mit-travertina tat-tieni grad u t-tikħil sar b’taħlita ta’ ġir, ramel u siment bil-puzzolana tal-aħjar kwalità. Twaħħlet maduma bil-kliem magħżul mill-Latinista Dun G. Zammit (imlaqqam Brighella). ‘Lil Appostlu San Pawl, Mgħallem u Duttur tal-Knisja tal-Poplu kollu, Missier u Patrun tal-Maltin. L-istatwa hija fil-post tan-nawfraġju - flimkien ma 275 oħra fuq din ilgżira fejn hu ġie biex jgħallem il-fidi ta’ Kristu, kif jgħid il-ħabib tiegħu San Luqa fl-Atti ta’ l-Appostli Kap. XXVII. Salvatore Borg, bħala tifkira ta’ din il-ġrajja - fl-1845 - ħadem ħafna biex titwaqqaf ’.

Pittura fil-Kappella tal-Ħuġġieġa.

Il-promoturi bdew jiġbru l-fondi fl-1843. Saret lista ta’ persuni nobbli, imħallfin u professjonisti, u saret oħra għat-Tlitt Ibliet. Ħafna persuni taw il-kontribut tagħhom u Salvatore Borg offra 100 skud, minbarra li ħalla xi flus għall-manteniment tagħha. L-istatwa ġiet inawgurata fil-21 ta’ Settembru, 1845, fil-5 ta’ filgħaxija mill-kappillan tal-Mellieħa u l-qassisin tal-knisja ta’ San Pawl tal-Belt. F’dawn l-aħħar ħmistax-il sena l-għaqda mhux governattiva ‘Din l-Art Ħelwa’ ħadet f’idejha r-restawr tal-istatwa darbtejn bl-għajnuna finanzjarja tas-Sur Nazzareno Vassallo, Chairman tal-kumpanija Vassallo Builders Group. L-istatwa ta' San Pawl fuq il-Gżejjer.

15



THE BIG WINTER SALE IS NOW ON NEW ARRIVALS OF QUALITY CLOTHING, FOOTWEAR, BAGS, UNDERWEAR, ACCESSORIES, WATCHES, KIDSWEAR, DENIM... DRASTICALLY REDUCED PRICES. 2258 4400 Opening Hours Monday - Saturday 10am – 2:30pm 3:30pm – 7pm

From Valletta - Bus Nos. 51, 52, 53 From St. Julians - Bus No. 202 From Luqa Airport - Bus No. X3 Bus Stop - Warda 2


Programm tal-Festa tan-Nawfraġju ta’ San Pawl ‒ Valletta 2012

Ir-Re Ġorġ V u r-reġina fil-Palazz tal-Gvernatur il-Belt waqt iż-żjara rjali fl-1912.

Mitt sena ilu ...

Estratt mill-ktieb "La Valette" Soċjetà Filarmonika Nazzjonali - L-Ewwel Mitt Sena Storja Rev. Kan John Ciarlò B.A., Lic. D. Preżentazzjoni ta’ standard Irjali mir-Re Ġorġ V Fl-24 ta’ Jannar, 1912, ir-Re Ġorġ V u r-Reġina ġew Malta fuq żjara rjali. Hekk kif daħlu fil-Port il-Kbir fuq ir-Royal Yacht, il-“Banda King’s Own” sellmitilhom bid-daqq talInnu Nazzjonali mill-Barrakka t’Isfel, filwaqt li “La Valette” tathom merħba bid-daqq tal-istess Innu mis-Saluting Battery fil-Barrakka ta’ Fuq. Wara, il-Banda “La Valette” reġgħet sellmet lill-Maestà Tagħhom waqt li kienu deħlin il-Belt minn fuq itterrazzin tat-Teatru Rjal. Filgħaxija, waqt pranzu li ngħata fil-Palazz fil-Belt, il-Banda “La Valette” daqqet programm mużikali fi Pjazza San Ġorġ. Għall-ħabta tat-7.45p.m. fuq talba tal-Maestà Tiegħu, deputazzjoni magħmula minn membri talKumitat, immexxija mill-President Kom. Howard telgħet il-Palazz u

18

qagħdet tistenna mal-Gvernatur u bosta oħrajn il-wasla tar-Re u r-Reġina. L-Aide de Camp Kolonjali, is-Sur Teuma Castelletti, kien waqaf maġenbhom iżomm standard. Mal-wasla tal-Maestà Tagħhom, indaqq il-God Save the King millGwardji tal-Unur. Wara, il-Gvernatur qabad l-istandard minn idejn l-ajjutant u wara li tah tislima, ippreżentah lir-Re u qallu: “Il-Maestà Tiegħek jogħġobha tikkunsinna dan l-istandard lill-Filarmonika “La Valette”. Ir-Re mbagħad ħa f ’idu l-istandard, u waqt li ppreżentah lill-President tas-Soċjetà, il-Kom. Howard, qallu: Sur President, għandi pjaċir kbir li nikkunsinna dan l-istandard lillFilarmonika Nazzjonali “La Valette”. Il-Gwardja tal-Unur imbagħad reġgħet daqqet il-God Save, u l-President, wara li rċieva minn idejn

ir-Re l-istandard, u wara li sellimlu bl-akbar qima, ħareġ mill-Palazz flimkien mad-deputazzjoni li kellu miegħu. Hekk kif ħareġ barra, sab tistennieh folla kbira ta’ nies li nfexxet f ’ċapċip u għajat kbir, waqt li l-Banda laqgħet l-istandard Irjali biddaqq tal-God Save the King.


Fost dimostrazzjoni ta’ ferħ, għajat, briju u ħruq ta’ gassijiet, il-Banda mmarċjat lura mill-Palazz għall-Każin fi Triq San Ġwann. Hemmhekk sar riċeviment u sar diskors mill-President Howard li kien interrott diversi drabi b’għajat ta’ ferħ. Dan l-istandard bl-arma Rjali nħadem mill-ħajjat is-Sur Pawlu Vella. Dan kien inġabar millpartitarji fuq suġġeriment tas-Sur Arena. Standard tal-Pawlini lis-Soċjetà Fl-okkażjoni tal-festa tan-Nawfraġju ta’ San Pawl, fl-10 ta’ Frar 1912, saret preżentazzjoni oħra ta’ standard tal-Papa lis-Soċjetà Filarmonika. Fi tmiem il-Pontifikal Solenni, waqt li l-Isqof Mons. Pietru Pace kien għadu taħt it-tron, imdawwar b’żewġ kanonċi tal-Katidral u b’ħafna kanonċi u saċerdoti oħra tal-Kolleġġjata, is-Sur Pietru Guerrera għan-nom tal-Figli di San Paolo resaq quddiem l-Isqof bi standard f ’idejh. Wara li Mons. Isqof bierek l-istandard, ħadu f ’idejh u ppreżentah lill-Kom. Giuseppe Howard, President tasSoċjetà li sadattant kien resaq fuq il-presbiterju akkompanjat millmembri tal-Kumitat. Bħala sinjal ta’ rispett lejn l-Isqof, niżel għarkobbtejh waqt li laqa’ minn idejn l-Isqof l-istandard imbierek minnu. Wara li f ’diskors qasir ilPresident irringrazzja lil Mons. Isqof, niżel minn fuq il-presbiterju u ħareġ minn nofs il-knisja bl-istandard f ’idu, flimkien mal-membri tal-Kumitat. Kif wasal ħdejn il-bieb ta’ barra, ilPresident ippreżenta l-istandard lillBanda li laqgħetu bl-Innu tal-Papa fost applawsi u għajat kbir ta’ “Viva San Pawl”, “Viva Mons. Pace”, “Viva l-Banda “La Valette”. Dak in-nhar il-Kumitat fetaħ il-Każin li kien imżejjen għall-festa għallpubbliku. Għadd kbir ta’ nies marru jżuru l-Każin, fosthom membri tal-kleru, kappillani, kanonċi, professjonisti u oħrajn. Ħafna ħadu din l-opportunità biex imorru jżuru l-Każin u kulħadd kellu kliem ta’ tifħir għal mod kif dan kien imżejjen u ddekorat.

Ritratt pittura tar-Re Ġorġ V, Sir Luke Fildes, 1911.

“…“La Valette” u l-“King’s Own” kienu pparteċipaw fil-Konkors Internazzjonali tal-Mużika f ’Alġiers. Il-ġurnali kollha ta’ Algiers faħħru ż-żewġ baned Maltin, speċjalment Les Nouvelles Depeche, L’Echo d’Alger u Cri d’Alger." F’dik is-sena wkoll “La Valette” u l-“King’s Own” kienu pparteċipaw fil-Konkors Internazzjonali talMużika f ’Alġiers. Il-ġurnali kollha ta’ Algiers faħħru ż-żewġ baned Maltin, speċjalment Les Nouvelles Depeche, L’Echo d’Alger u Cri d’Alger.

Il-ġurnal Les Nouvelles fil-ħarġa tas-7 ta’ April ġab ir-ritratt tasSurmast Vitaliti u tal-President Kom. Howard flimkien mal-Aġent President il-Prof. V. Tonna Barthet. L’Echo d’Alger ġab ukoll ritratt talBanda “La Valette”.

19


Exclusively distributed by Charles de Giorgio Ltd. Tel: 25 600 500

www.dettol.co.uk

Use biocides safely. Always read the label and product information before use




10 ta' Frar 2012

Nibdew nimxu fuq il-passi ta' San Pawl Għeżież ħbieb,

Huwa pjaċir tiegħi li għal darba oħra ġejt mistieden mill-Bord Editorjali sabiex nikteb kelmtejn. Matul issena li għaddiet, il-Kunsill Lokali tal-Belt Valletta applika sabiex il-belt tagħna tingħata t-titlu ta’ Belt Kapitali Ewropea tal-Kultura fl-2018. Dan huwa unur importanti għal kull wieħed u waħda minna. Mhux biss se jkun iż-żmien meta għajnejn l-Ewropa se jkunu fuqna, iżda se tkun opportunità unika fejn aħna nistgħu nagħtu lill-għażiża belt tagħna dik l-imbuttatura li jixirqilha sabiex nerġgħu narawha ħajja s-sena kollha. Se jkun żmien fejn kull wieħed u waħda minna, se nkunu nistgħu nikkontribwixxu għall-qawmien tal-Belt. Partikolarment, se jkunu t-tfal tagħna l-atturi prinċipali f ’din is-sena. Dawn it-tfal se jkollhom l-okkażjoni sabiex jesponu t-talenti tagħhom. Tinsewx li l-Valletta 2018 mhux se tkun limitata għal xi grupp ta’ nies partikolari iżda miftuħa għal kulhadd, mill-kbir saż-żgħir. Millprofessjonisti sa dawk li mhumiex. Hija opportunità mhux biss fuq bażi lokali iżda wkoll fuq bażi individwali, għalhekk l-appell tiegħi sabiex tieħdu sehem minn issa sabiex nesponu s-sabiħ li għandna fil-Belt. Fost l-affarijiet li għandna nesponu huma wkoll il-festi tagħna. Festi importanti ħafna mhux biss għalina l-beltin iżda wkoll għall-Maltin. Naħseb wasal iż-żmien li nelevaw aktar lil dawn il-festi grandjużi u nesponu dawn il-ġojjelli tagħna mal-Ewropa kollha. Din hija l-opportunità li se tagħtina il-Valletta 2018. L-Għaqda tal-Pawlini, għaqda attiva fil-Belt u li qed tagħmel ħafna ġid

Dr. Alexiei Dingli

Sindku tal-Belt Valletta

se jkollha opportunità unika biex tikber, biex toħloq aktar attivitajiet u b’hekk tkompli tkabbar l-għarfien lejn Missierna San Pawl. Se tkun opportunità biex jittellgħu xogħlijiet fuq il-palk, kunċerti ta’ mużika u anke wirjiet fost affarijiet oħra, kollha b’tema Pawlina. Se tkun opportunità biex jiġu nvoluti aktar tfal mil-lokal sabiex mhux biss jiskopru l-valur talvoluntarjat iżda jitrawmu u jkabbru t-talenti tagħhom. Se tkun opportunità biex nerġgħu ninvolvu lil dawk l-eluf ta’ Beltin li joqogħdu barra l-Belt u nħeġġuhom jagħtu lura xi ħaġa żgħira lil dan il-post għażiż tagħna.

Biex nikkonkludi, il-messaġġ tiegħi huwa sempliċi ħafna, nitgħallmu minn San Pawl. Hekk kif hu xerred il-verb ma’ ħafna pajjiżi, hekk ukoll aħna rridu nagħmlu bħalu. Il-Valletta 2018 mhix xi ħaġa ’il bogħod iżda rridu nibdew naħdmu għaliha mil-lum. Mela x’hemm isbaħ milli nibdew nimxu fuq il-passi ta’ San Pawl u nibdew inxerrdu l-kelma permezz ta’ attivitajiet u metodi ġodda li jappellaw għan-nies differenti speċjalment dawk li mhux qed jintlaħqu bħalissa? Fl-aħħar, f ’isem il-Kunsill Lokali talBelt Valletta, nixtieq nirringrazzja lil Rev Alfred Camilleri tax-xoghol siewi u mprezzabbli li għamel filparroċċa u nawgura lil Rev. Mario Tong tal-kariga l-ġdida li ngħata. Fuq kollox inwiegħdu li l-Kunsill tal-Belt se jkun dejjem warajh sabiex inkomplu nagħmlu aktar ġid fil-Belt tagħna. Nagħlaq billi nawgura festa mill-isbaħ lill-Beltin kollha u nirringrazzja b’mod speċjali l-Għaqda tal-Pawlini tax-xogħol siewi li dejjem tagħmel għall-ġid tal-Belt.

Se tkun opportunità biex nesponu l-kitbiet ta’ Missierna San Pawl u nuruwhom b’mod frisk li jappella għan-nies. Dan sabiex aktar nies jitgħallmu u jibdew jimxu fi triq mixgħula mill-kitbiet ta’ San Pawl. Wasal iż-żmien li jseħħ dak li kien qal il-mibki Papa Ġwanni Pawlu II fiż-żjara tieghu f 'Malta meta qal li l-Maltin għandhom rwol importanti u jridu jkunu huma d-dawl talEwropa. Jien nemmen li l-Valletta 2018 se tagħtina l-opportunità li nwettqu dawn il-kliem.

23




Programm tal-Festa tan-Nawfraġju ta’ San Pawl ‒ Valletta 2012

Il-Pedestall tal-Papa Ljun XIII Vince Farrugia

Kien ħsieb għaqli tassew meta ġie propost li ssir il-vara tal-Papa Ljun XIII. Il-Papa li ħareġ il-bolla sabiex il-festa ta’ San Pawl Nawfragu tkun Kmandata, festa mhux biss għallBelt Valletta u subborg tagħha iżda għall-gżejjer ta’ Malta u Għawdex. Imqanqlin minn dan il-ħsieb, sentejn ilu ngħata bidu biex din l-opra tkun tista’ ssir realtà. Tajjeb li nsemmu li sa s-snin 30 din ilvara flimkien mal-pedestall kienu għadhom jintramaw, infatti l-aħħar darba li kienu ħarġu kien fis-sena 1933 . Sfortunatament bħal ma jiġri ta’ sikwit din l-opra ntilfet, l-unika ħaġa li kien għad fadal kienet ir-ras bi triregno li kienet għadha fi stat tajjeb ħafna. Għen il-fatt li ġie f ’idejna ritratt antik tal-Papa u l-pedestall, b’hekk seta’ jiġi skopert id-disin u l-għamla tal-vara. Dan ir-ritratt kien ġentilment mgħoddi lilna mis-Sur Oreste Spiteri. Kif semmejt hawn fuq, kien sentejn ilu li ngħata bidu għal dan ix-xogħol. Il-vara nħadmet mill-ġdid minn Ramon Camilleri McKay. Huwa seta’ juża r-ras oriġinali li ġiet restawrata. B’hekk din l-istatwa għalkemm ġdida għadna nistgħu ngawdu parti mill-originalità tagħha. Ma nkunx qiegħed niżbalja li ngħid li l-pedestall hu strutturalment monumentali. Huwa ġie maħdum mill-partitarji Pawlini b’dedikazzjoni mirquma u attenzjoni profonda. Id-disinn ġie mħażżeż minn Mario Tonna li waqt ix-xogħol strutturali tiegħu kien dejjem preżenti, ixxogħol fl-injam sar minn Carlos Scerri u Ġużi Cremona flimkien ma’ Pierre Galea. Xogħol li sar minn idejn tajbin iżda li ħareġ mill-qalb u b’dedikazzjoni kbira. Ma kinitx biċċa xogħol faċli. Dan il-pedestall għandu fih xogħol ta’ skultura antika, hemm erba’ kolonni tassew sbieħ li dawn ġew restawrati minn idejn l-iskultur bravu Eddie Hili. Hemm erba’ ornamenti oħra antiki li dawn ukoll ġew restawrati u b’xogħol miżjud biex hekk ingħataw dehra aktar

26

Xogħol fl-injam minn Pierre Galea.

Xogħol fl-injam minn Joseph Cremona.

potenti. Il-kumplament tal-iskultura saret ġdida minn idejn l-imsemmi skultur. Ix-xogħol ħa sena sħiħa biex seta’ jitwaqqaf. Kienet biċċa xogħol delikata ħafna u li riedet attenzjoni kontinwa, ir-riżultat jitkellem waħdu. Fi Frar ta’ sentejn ilu rajna din l-opra tiġi armata quddiem il-Kon-Kattidral ta’ San Ġwann: il-Papa, erba’ anġli u l-pedestall.

Hawn ta’ min isemmi li l-anġli, tlieta minnhom, kienu fi stat ħażin ħafna, tant li dawn kellhom isiru mill-ġdid. Bis-saħħa ta’ Jonathan Grima, Donald Parsons, Roderick Abela, Holger Camilleri u l-fergħa Żgħażagħ Pawlini li kkontribwew finanzjarjament biex dawn l-anġli reġgħu saru mill-ġdid mill-istess artist li ħadem il-Papa.


Ma kinitx kumbinazzjoni li dan il-pedestall ħareġ miżbugħ abjad, dan għall-fatt li ridna nuru x-xogħol li kien fih, aktar minn hekk ridna naraw li jekk hemm xi ħaġa li strutturalment trid issir, allura dan ikun jista’ jiġi finalizzat. Il-verità hi li skoprejna li kellha ssir ċinta u gwarniċa oħra mad-dawra tal-bażi u tmien parakwi żgħar għal mattromba tal-pedestall. Illum wieħed jista’ jgawdi minn opra li jekk ma tkunx taf li saret minn idejn dawk dedikati għall-festa volontarjament faċilment tgħid li dan ġie disinjat u maħdum minn idejn periti u mastri primi. Din is-sena ngħata bidu sabiex dan il-pedestall jilbes il-libsa finali tiegħu, saret il-gwarniċa u ċinta flimkien mal-parakwi, xogħol li sar minn Ġużi Cremona u Pierre Galea, ix-xogħol tal-induratura sar minn idejn Simon Farrugia, xogħol delikat għall-aħħar li r-riżultat tiegħu hu eċċezzjonali. L-irħamar sar minn Vince Farrugia. Intant waqt ixxogħol ma naqsitx l-għajnuna ta’ Frans Pace li dejjem sibnieh għal kwalunkwe għajnuna fil-qadi u l-bżonnijiet li kienu jinħtieġu ta’ kuljum. Nista’ ngħid li għalkemm konna ftit nies, konna determinati li nlestu x-xogħol f ’ħinu u f ’waqtu. Innuqqas ta’ nies kien għall-fatt li f ’din is-sena ġie maħdum sett ta’ pavaljuni għal Triq ir-Repubblika, sett ta’ pavaljuni l-ġmiel tagħhom, meravilja fix-xogħol u disinn. Tajjeb insemmu li dan il-pedestall u anki l-vara talPapa sabu sapport qawwi ta’ Mario Cassar sabiex din l-opra setgħet tiġi mwettqa. L-induratura tal-anġli tħallset mill-benefatturi Roderick Abela, Mario Cassar, Vincent Farrugia u Valhmor Montfort. Minnaħa l-oħra Mario Tonna ħallas għal erba’ fjammi tal-ħġieġ kbar għallpedestall.

Xogħol tal-induratura minn idejn Simon Farrugia.

Disinn u xogħol fuq il-pedestall, minn Mario Tonna.

Illum meta int qiegħed taqra dan l-artiklu nistiednek biex waqt li tkun qiegħed iddur fit-toroq tal-belt u tgħammira l-armar li jżejjen it-toroq tal-belt Kapitali, tasal wasla sa fuq San Ġwann fejn hemm tkun tista’ tara din l-opra monumentali unika fil-belt Valletta. Flimkien ma’ sħabi tal-maħzen talarmar nawguralkom il-festa t-tajba ta’ San Pawl Missierna.

Vince Farrugia waqt xogħol fl-irħamar fuq il-pedestall li jidher fir-ritratt.

27


NATIONAL ROAD , BLATA L-BAJDA Tel: 21241307/21220644 E-mail : itcshowroom@onvol.net

30% Discount on presentation of this advert


KEEPING THE WORLD’S COOLEST PLACES AS COOL AS THEY CAN POSSIBLY BE.


Programm tal-Festa tan-Nawfraġju ta’ San Pawl ‒ Valletta 2012

1952 ‒ Il-Festa ta’ San Pawl iċċelebrata f ’Mejju Martin Gravina

Is-sena 1952, rat il-bidu tal-festa ta’ San Pawl ġewwa l-Kolleġġjata l-Belt bl-Ottavarju li beda nhar il-Ġimgħa 25 ta’ Jannar. Fis-sitta ta’ filgħaxija kien hemm ir-reċita tar-Rużarju, priedka minn Dun Salvinu Bartoli Galea, kurunella tal-Konverżjoni ta’ San Pawl, innu, Antifona u Barka Sagramentali.1 Fl-istess żmien ma naqsux ukoll il-preparazzjonijiet għall-festa, f’dak li huwa armar kemm fil-knisja kif ukoll barra, b’mod speċjali fil-bidu tax-xahar ta’ Frar fejn in-nies tal-armar kienu fl-aqwa tagħhom f’ħidma kbira jwaqqfu l-antarjoli u armar ieħor fit-toroq tal-parroċċa.2 Wara t-tmiem tal-Ottavarju l-programm tal-festa kien jikkonsisti fit-Tridijiet fejn fihom kellu jagħmel il-priedka Patri Agostino Portelli Ph.D., O.F.M.3

Waħda mill-bolol tas-sett definittiv li kien ħareġ nhar is-17 ta’ Frar 1938. Din il-bolla ta’ 10s. turi lir-Re Ġorġ VI u l-vara ta’ San Pawl.

“…b’wiri ta’ luttu, jordna li l-Kurja, is-Seminarju u d-dipartimenti u skejjel kollha li jiddependu minnu jinżammu magħluqa dak in-nhar li l-Eċċ.za Tiegħu l-Gvernatur jiddikjara bħala jum il-funeral. Monsinjur Arċisqof jixtieq ħafna li matul dak iż-żmien kollu li jiġi determinat bi Proklama tal-Gvernatur, il-kattoliċi kollha u, l-aktar ir-Retturi tal-Knejjes ma jagħmlu l-ebda funzjoni li tista’ tittieħed bħala nuqqas ta’ luttu’’.

Il-mewt tar-Re Ġorġ VI Fil-ħdax neqsin kwart ta’ filgħodu tas-6 ta’ Frar kienet tħabbret uffiċjalment l-aħbar li r-Re Ġorġ VI fl-età ta’ 56 sena, kien miet mingħajr stennija fl-ewwel sigħat ta’ filgħodu tal-istess jum fil-Palazz Sandringham (Norfolk). F’Malta l-Familja Rjali kienet maħbuba ħafna kemm minħabba li r-Re kien onora lill-poplu Malti bl-għoti tal-George Cross bħala xhieda ta’ erojiżmu u fedeltà, kif ukoll minħabba l-fatt li huwa kien għamel aktar minn żjara waħda f’pajjiżna. Ma din l-aħbar, sar luttu kbir. Il-bnadar fuq il-bini pubbliku ttellgħu mezza lasta u baqgħu sal-ġurnata tal-funeral. It-talkies u l-postijiet ta’ divertiment kienu ġew magħluqa u l-festa ta’ San Pawl li kellha tibda mis-6 ta’ Frar u tintemm il-Ħadd 10 ta’ Frar ġiet imwaqqfa u posposta. Anki ċ-ċerimonja tal-kandlora li kellha ssir fis-7 ta’ Frar kif ukoll ilkarnival kienu tħallew għal data oħra.

Mons. Emmanuel Galea Isqof Titulari ta’ Tralles u Vigarju Ġenerali 6 ta’ Frar 1952 fl-okkażjoni tal-mewt tar-Re Ġorġ VI

30

Triq Irjali bl-armar tal-festa u l-bnadar mezza lasta bħala luttu għall-mewt tar-Re Ġorġ VI.


Immedjatament bdiet ħidma biex jiżżarma kemm l-armar li kien intlaħaq intrama fit-toroq talparroċċa, kif ukoll ta’ ġewwa l-knisja li kien lest minħabba li din il-ġurnata kienet l-ewwel jum tat-Tridu.4 Fost il-messaġġi li kienu nħarġu kien hemm dak ta’ Monsinjur Arċisqof Mikiel Gonzi li dakinhar kien għadu kemm irritorna minn Catania. Permezz ta’ notifikazzjoni tal-Isqof u Vigarju Ġenerali Monsinjur Emmanuel Galea maħruġa nhar is-6 ta’ Frar, intqal “L-Eċċellenza Monsinjur Arċisqof sema’ b’għafsa ta’ qalb l-aħbar tal-mewt tal-maħbub Sultan tagħna Ġorġ VI, li ġrat illejl li għadda. Għalhekk, b’wiri ta’ luttu, jordna li l-kurja, is-Seminarju u d-dipartimenti u skejjel kollha li jiddipendu minnu jinżammu magħluqa dak in-nhar li l-Eċċ.za Tiegħu l-Gvernatur jiddikjara bħala jum il-funeral. Monsinjur Arċisqof jixtieq ħafna li matul dak iż-żmien kollu li jiġi determinat bi Proklama tal-Gvernatur, il-kattoliċi kollha u l-aktar ir-Retturi tal-Knejjes ma jagħmlu l-ebda funzjoni li tista’ tittieħed bħala nuqqas ta’ luttu’’. 5 Il-festa f’Mejju Il-festa ta’ San Pawl kienet ġiet trasferita għall-11 ta’ Mejju fejn kien sar l-istess programm li kien ġie mfassal għall-festa ta’ Frar b’tibdil żgħir f’dak li kellu x’jaqsam mal-programm tal-festi esterni. Għalkemm mhux fix-xahar ta’ Frar, il-festa saret bl-akbar manifestazzjoni u n-nies niżlet il-Belt minn kull rokna ta’ pajjiżna. Il-Kumitat tal-Festa approfitta ruħu mit-temp sabiħ ta’ Mejju u seta’ jarma aktar tiżjin ġewwa t-toroq tagħna milli jżejjen is-soltu. Il-festi interni kienu bdew nhar is-7 ta’ Mejju li kien l-ewwel jum tatTridwu. Ġewwa l-Knisja fil-jiem tat-Tridijiet filgħaxija wara l-għasar kienu saru l-priedki minn Patri Agostino Portelli Ph.D., O.F.M., kurunella, innu, antifona u Barka Sagramentali. Il-programm għall-festi esterni, fit-tlitt ijiem tat-Tridwu kien magħmul bis-sehem tal-Baned ‘San Pawl’ ta’ San Pawl il-Baħar, ‘Queen Victoria’ taż-Żurrieq u ‘Unione’ ta’ Ħal Luqa.6 Lejlet il-festa fil-ħamsa ta’ wara nofsinhar, il-‘Banda Unione’ għamlet

Il-vara ta’ San Pawl hekk kif ħarġet mill-knisja fil-purċissjoni tal-festa li kienet saret nhar il-11 ta’ Mejju 1952.

marċ u laqgħat bl-Innu tal-Papa lill-Arċisqof huwa u dieħel il-knisja fejn imbagħad saret it-translazzjoni tar-relikwa, għasar u Barka Sagramentali. F’din il-ġurnata l-festi esterni komplew filgħaxija bil-‘Banda Unione’ tagħmel programm mużikali fi Pjazza Teżorerija u l-Banda ‘La Valette’ marċ fi Triq San Pawl.7 Il-Ħadd 11 ta’ Mejju, jum il-festa filgħodu, il-qofol kien fid-disgħa wara terza kantata, l-Arċisqof għamel ilquddiesa Pontifikali li fiha sar ukoll il-Paniġierku minn Patri Akkursju Xerri O.F.M. Il-priedka ta’ wara nofsinhar, li kienet saret fl-erbgħa, għamilha l-kappillan tal-Imsida Dun Innoċenz Zammit, segwita bl-għasar u purċissjoni li għaddiet mit-toroq tal-Belt li kienu mimlija bin-nies. Bħala għeluq, wara d-dħul tal-purċissjoni ngħatat il-Barka Sagramentali. F’jum il-festa ħadu sehem ħames baned, fejn f ’nofsinhar il-‘Banda ‘La Valette’ għamlet is-soltu marċ tradizzjonali tagħha mat-toroq prinċipali tal-Belt, filwaqt li aktar tard qabel il-ħruġ tal-purċissjoni kien hemm sfilata mill-baned ‘San Pawl’, ‘Queen Victoria’, ‘Unione’, u ‘Duke of Connaught’ ta’ Birkirkara li wara għamlu programm mużikali fuq ilplanċier tagħhom.8

lill-membri tal-Kumitat tal-festa, biex dawn ikunu jistgħu jordnaw il-fjakkoli u jqassmuhomlhom. L-intenzjoni tal-kumitat ta’ din il-fjakkolata kienet biex flimkien mal-mixgħela tal-knejjes tal-Belt, “… il-Maltin juru li l-fjakkolata tal-Fidi Nisranija għadha mixgħula xorta waħda bħal ma kienet mixgħula filqlub ta’ missirijiethom’’. 9 Riferenzi 1. Il-Berqa 25 ta’ Jannar, 1952, p.2. 2. Sunday Times of Malta, 3 ta’ Frar, 1952, p.12. 3. Leħen is-Sewwa, 6 ta’ Frar, 1952, p.1. 4. Leħen is-Sewwa, 9 ta’ Frar, 1952, p.8. Leħen is-Sewwa,, 13ta’ Frar, 1952, p.1. Times of Malta, 7th. February, 1952, p.5. 5. Leħen is-Sewwa, 13 ta’ Frar, 1952, p.6. 6. Il-Berqa, 7 ta’ Mejju, 1952, p.2. 7. Leħen is-Sewwa, 3 ta’ Mejju, 1952, p.8. 8. Il-Berqa, 9 ta’ Mejju, 1952, p.2. Il-Berqa, 12 ta’ Mejju, 1952, p.8. Times of Malta, 12th. May, 1952, p.7. 9. Leħen is-Sewwa, 3 ta’ Mejju, 1952, p.8.

Fl-okkażjoni tal-festa, il-Kumitat tal-festi esterni kien appella biex fl-10 u fil-11 ta’ Mejju ssir fjakkolata fuq ilbjut. Fl-avviż il-Kumitat kien informa biex dawk li riedu jieħdu sehem f ’din il-fjakkolata setgħu jinfurmaw

31


Tifkira tal-Festa Solenni tan-Nawfraġju ta’ San Pawl li se ssir fl-Insinji, Kolleġġjata, Matriċi, Veskovili, Parrokkjali u Prinċipali tal-Belt Valletta

Programm tal-Festa – 10 ta’ Frar 2012 Is-Sibt, 21 ta’ Jannar: ĦRUĠ TAL-ISTATWA TA’ SAN PAWL MIN-NIĊĊA 5.30 p.m. Rużarju u Barka Sagramentali. 6.00 p.m. Quddiesa konċelebrata bis-sehem tal-Kapitlu mmexxija minn Dun Mario Tong. Isir talb speċjali għas-suċċess tal-Festa. Fi tmiem il-Quddiesa tiġi esegwita l-Antifona ‘Sancte Paule’ ta’ Mro. Dott. Paolo Nani. Wara l-konċelebrazzjoni solenni, jsir il-Ħruġ tal-Istatwa ta’ San Pawl min-niċċa, tingħad il-kurunella lil San Pawl, jiġu esegwiti innijiet Pawlini u l-Istatwa devota ta’ San Pawl titpoġġa fil-knisja għall-qima tagħna. L-orkestra filknisja tkun taħt id-direzzjoni ta’ Mro. Joseph Gatt Ph.D., 9.00 p.m. Dinner Dance tal-Festa – The Buġibba Hotel organizzat mill-Għaqda tal-Pawlini b’riżq ilFesta. L-Erbgħa, 25 ta’ Jannar: FESTA TAL-KONVERŻJONI TA’ SAN PAWL 5.30 p.m. Rużarju u Barka Sagramentali. 6.00 p.m. Konċelebrazzjoni bis-sehem tal-Kapitlu. Imexxi Dun Mario Tong. Predikatur Kan. Lawrenz Zammit. Il-Ħamis, 26 ta’ Jannar: JUM L-EWKARISTIJA 5.30 p.m. Rużarju. 6.00 p.m. Quddiesa. 7.00 p.m. Adorazzjoni Ewkaristika u Barka Sagramentali. Il-Ġimgħa, 27 ta’ Jannar: JUM L-GĦAQDIET U L-OPERATURI PASTORALI 5.30 p.m. Rużarju u Barka Sagramentali 6.00 p.m. Quddiesa mmexxija minn Dun Mario Tong. Is-Sibt, 28 ta’ Jannar: JUM IL-FAMILJA NISRANIJA 6.00 p.m. Quddiesa organizzata mill-Kummissjoni Familja li fiha jiġu mistiedna l-koppji miżżewga kollha. Iqaddes Dun Mario Tong. Wara l-omelija jsir it-tiġdid tal-wegħdiet tasSagrament taż-Żwieġ.

32

Il-Ħadd, 29 ta’ Jannar: JUM IL-PUSSESS TAL-ARĊIPRIET 5.00 p.m. Ċerimonja tal-Pussess ta’ Dun Mario Tong bħala Arċipriet Kanonku tal-Knisja Kolleġġjata u Parrokkjali ta’ San Pawl Nawfragu mill-E.T. Monsinjur Arċisqof Pawl Cremona O.P. 6.00 p.m. Quddiesa Solenni. It-Tnejn, 30 ta’ Jannar: JUM IL-MINISTRI STRAORDINARJI TATTQARBIN 5.30 p.m. Rużarju u Barka Sagramentali. 6.00 pm. Quddiesa mmexxija mill-Arċipriet Kan. Mario Tong. Wara l-Evanġelju , il-Ministri Straordinarji tat-Tqarbin iġeddu l-mandat tagħhom. It-Tlieta, 31 ta’ Jannar JUM Il-KELMA T’ALLA 5.30 p.m. Rużarju u Barka Sagramentali. 6.00 p.m. Quddiesa mmexxija mill-Patrijiet Franġiskani Minuri. L-Erbgħa, 1 ta’ Frar JUM TA’ TIFĦIR LIL ALLA 5.30 p.m. Rużarju u Barka Sagramentali. 6.00 p.m. Quddiesa animata u mmexxija mill-Grupp Kariżmatiku ‘Ħniena Divina’. Il-Ħamis, 2 ta’ Frar: FESTA TAL-PREŻENTAZZJONI 5.30 p.m. Rużarju u Barka Sagramentali. 6.00 p.m. Konċelebrazzjoni bis-sehem tal-Kapitlu mmexxija mill-Arċipriet Rev. Kan. Mario Tong. Il-Ġimgħa, 3 ta Frar: JUM IT-TFAL 5.30 p.m. Rużarju. 6.00 p.m. Quddiesa animata mit-tfal u mmexxija millArċipriet Rev. Kan. Mario Tong. Jittellgħu rigali għat-tfal. ATTIVITÀ FIL-KAŻIN TASSOC. FIL. NAZ. ‘LA VALETTE’. 7.30 p.m. Kunċert Ġenerali ta’ marċi brijużi għallpartitarji fil-Każin tas-Soc. Fil. Naz. ‘La Valette’.


Is-Sibt, 4 ta’ Frar JUM L-EVANĠELIZZAZZJONI 5.30 p.m. Rużarju. 6.00 p.m. Quddiesa animata mill-Mixja Neo-Katekumenali.

10 ta' Frar 2012

Il-Hadd, 5 ta’ Frar JUM L-GĦAQDA TAL-PAWLINI 5.30 p.m. Rużarju. 6.00 p.m. Quddiesa animata u organizzata mill-membri tal-Għaqda tal-Pawlini. Iqaddes Rev. Arċipriet Kan. Mario Tong. Tieħu sehem għall-ewwel darba l-orkestra żagħżugħa ‘Valletta Ensemble’. 8.00 p.m. Riċeviment tal-Festa mogħti mill-Kumitat tas-Soc. Fil. Naz. ‘La Valette’. It-Tnejn, 6 ta’ Frar: L-EWWEL JUM TAT-TRIDWU 5.00 p.m. Għasar kantat mill-Kan. Francis Perici Calascione. 5.30 p.m. Rużarju. 6.00 p.m. Quddiesa kantata solenni. Iqaddes il-Kan. John Ciarlò. Wara l-Quddiesa, l-ewwel priedka tat-Tridwu mill-Kan. Antoine Borg. Innu, Antifona u Barka Sagramentali. Wara jsir il-bews tar-Relikwja tadDriegħ Mirakoluż. 8.00 p.m. Riċeviment tal-Festa mogħti mill-Kumitat għallmembri attivi fid-Domus Pauli. L-Għaqda talPawlini ‘Fergħa Żgħażagħ’ tippreżenta l-Premju San Pawl għas-sena 2011-12. It-Tlieta, 7 ta’ Frar: IT-TIENI JUM TAT-TRIDWU 5.00 p.m. Għasar Kantat immexxi mill-Kan. Penitenzier Vincent Borg. 5.30 p.m. Rużarju. 6.00 p.m. Quddiesa kantata solenni. Iqaddes il-Kan. Kantur Ġwann Borg. It-tieni priedka tat-Tridwu mill-Kan. Antoine Borg. Innu, Antifona u Barka Sagramentali. Wara jsir il-bews tar-Relikwja tad-Driegħ Mirakoluż. 8.30 p.m. L-Għaqda tal-Pawlini torganizza festival ta’ mużika allegra fil-Każin tas-Soc. Fil. Naz. ‘La Valette’ bissehem tas-sezzjoni tal-Brass Band taħt id-direzzjoni tas-Surmast Direttur Mro. Dominic Darmanin ALCM, LLCM, FLCM. L-Erbgħa, 8 ta’ Frar: IT-TIELET U L-AĦĦAR JUM TAT-TRIDWU 5.00 p.m. Għasar kantat immexxi mill-Kan. Lawrence Zammit. 5.30 p.m. Rużarju. 6.00 p.m. Quddiesa kantata solenni mmexxija mill-Arċipriet Kan. Mario Tong. Wara l-Quddiesa, it-tielet priedka tat-Tridwu mill-Kan. Antoine Borg. Innu, Antifona u Barka Sagramentali. Wara jsir il-bews tar-Relikwja tad-Driegħ Mirakoluż. 7.00 p.m. Manifestazzjoni bl-Istatwa ta’ San Pawl bilparteċipazzjoni tal-Għaqda Mużikali Beland – Żejtun A.D. 1861 u l-Għaqda Mużikali Sant’ Elena A.D. 1919 – B’Kara.

33


Programm tal-Festa tan-Nawfraġju ta’ San Pawl ‒ Valletta 2012

Il-marċ jibda minn Triq ir-Repubblika, Misraħ iż-Żewġ Assedji, Triq Santa Luċija, Triq San Pawl, Triq l-Arċisqof, Triq Sant’ Ursola, Triq San Kristofru, Triq San Pawl, Triq San Nikola, Triq il-Mediterran fejn tittella statwa fuq pedestal ħdejn il-ġonna tal-Barrakka t’Isfel f ’atmosfera festiva. Il-Ħamis, 9 ta’ Frar: LEJLIET IL-FESTA 10.00 a.m. Quddiesa għall-morda u għall-anzjani li fiha jiġi amministrat is-Sagrament tal-Griżma tal-Morda. Iqaddes Rev. Arċipriet Kan. Mario Tong. 5.15 p.m. Traslazzjoni Solenni mmexxija mill-E.T. Mons Pawl Cremona O.P., Arċisqof ta’ Malta. Għasar Solenni bis-sehem tal-Kor u l-Orkestra. 7.15 p.m. Quddiesa kantata ta’ lejliet il-Festa mmexxija mill-Pro-Vigarju Mons. Anton Gouder. 7.00 p.m. Il-Banda tas-Soc. Fil. Naz. ‘La Valette’ tesegwixxi marċ tradizzjonali u popolari minn Triq ir-Repubblika, Pjazza San Ġwann, Triq ilMerkanti, Triq Melita, Triq San Pawl, Triq San Kristofru, u Triq il-Mediterran. SPETTAKLU TA’ LOGĦOB TAN-NAR TAL-ART U TAL-AJRU MILL-PORT IL-KBIR L-Għaqda tal-Pawlini ‘Kummissjoni Nar’ tippreżenta spettaklu ta’ logħob tan-nar mill-Port il-Kbir. In-nar tal-art ġie manifatturat mill-Kamra tan-Nar 12th May ta’ Ħaż-Żebbuġ. Il-Ġimgħa, 10 ta’ Frar: JUM IL-FESTA TAN-NAWFRAĠJU TA’ SAN PAWL 7.00 a.m. Quddiesa. Mistiedna speċjali: il-Kappillani, is-Superjuri u r-Retturi tal-Knejjes tal-Belt. Imexxi l-konċelebrazzjoni P. Ray Francalanza O.S.A., Kappillan tal-Parroċċa ta’ Santu Wistin. 8.00 a.m. Quddiesa Mistiedna speċjali jkunu rappreżentanza mill-Kapitli tal-Kottonera u saċerdoti oħra. Imexxi l-konċelebrazzjoni l-Kan. Arċipriet Joe Grech, Arċipriet talParroċċa tal-Isla. 9.00 a.m. Jasal l-E.T. Mons. Pawl Cremona O.P. Arċisqof ta’ Malta . 9.15 a.m. Quddiesa Pontifikali mmexxija mill-E.T. Mons. Pawl Cremona O.P. Arċisqof ta’ Malta. Wara l-Evanġelju jinseġ il-paneġierku Rev. P. Martin Mamo O.F.M. Cap. 11.45 a.m. Quddiesa letta. Iqaddes Rev. Patri Robert Farrugia O.Carm.

34

11.45 a.m. Il-Fondazzjoni Wirt Artna żżomm tradizzjoni antika ta’ sparar mis-Saluting Battery tal-Belt Valletta fl-okkażjoni tal-Festa tan-Nawfraġju ta’ San Pawl, bħala l-Patrun tal-Gżejjer Maltin. 12.45 p.m. Marċ tradizzjonali u popolari mill-Banda tasSoc. Fil. Naz. ‘La Valette’. 3.45 p.m. Quddiesa bl-Ingliż għall-viżitaturi. Iqaddes Rev. Prof. Peter Serracino Inglott. 5.30 p.m. Purċissjoni Sinodali bil-vara ta’ San Pawl u r-Relikwja tad-Driegħ Mirakoluż ta’ San Pawl, immexxija minn Dun Alfred Camilleri, exArċipriet. Il-Banda Konti Ruġġieru tar-Rabat tilqa’ l-vara artistika ta’ San Pawl ħierġa mill-Knisja blInnu lil San Pawl ta’ Mro. Cardenio Botti. 6.00 p.m. Il-Banda tas-Soc. Fil. Nicolò Isouard tal-Mosta tesegwixxi marċ minn Triq ir-Repubblika għal Pjazza San Ġwann fejn hemm tassisti għallIstqarrija tal-Fidi u tkompli b’marċ sad-dħul tal-vara fil-knisja. 7.00 p.m. Fi Pjazza San Ġwann issir l-Istqarrija tal-Fidi. 9.30 p m. Dħul tal-Purċissjoni, Innu, Antifona u Barka Sagramentali. Matul il-ġranet tal-Festa jieħu sehem il-Kor Parrokkjali ‘Saulus’ taħt id-direzzjoni tas-Sur Albert Scicluna. FilĦruġ tal-vara ta’ San Pawl min-niċċa u mill-ewwel jum tat-Tridwu ’l quddiem il-Kor u l-Orkestra jkunu taħt iddirezzjoni ta’ Mro. Dr Joseph Gatt Ph.D. NOTA F’każ ta’ maltemp u l-purċissjoni ma toħroġx fil-ġurnata tal-10 ta’ Frar, il-programm ta’ filgħaxija, inkluż ilpurċissjoni, jista jitmexxa għas-Sibt 11 u/jew il-Ħadd 12 ta’ Frar 2012. 4.30 p.m. Quddiesa kantata mmexxija mill-Kan. Lawrenz Zammit. 5.30 p.m. Purċissjoni.

Fil-ġurnata tal-10 ta’ Frar 2012 se terġa’ ssir il-badge day biex din

it-tradizzjoni żżomm postha fil-festa tan-Nawfraġju ta’ San Pawl.


10 ta' Frar 2012

San Pawl differenti Għaliex il-festa ta’ San Pawl Missierna hija differenti mill festi l-oħra kollha? Dan għaliex il-festa ta’ San Pawl tiġi fl-għaxra ta’ Frar u mhux fl-eqqel tassajf bħall-festi l-oħra. Aħna dejjem konna u nibqgħu baħrin ta’ veru fejn il-maltemp qatt ma qatalna qalbna. Għalhekk aħna napprezzaw ilkaratteristiċi ta' din il-festa. Il-maltemp huwa fattur fil-festa tagħna, biss però ma jfixkilx l-entużjażmu tagħna lejn San Pawl Missierna. Ma ninsewx li l-festa ta’ San Pawl hija festa nazzjonali u għax hija festa nazzjonali, il-poplu Malti u Għawdxi kollu huwa msejjaħ biex ikun parti minn din iċ-ċelebrazzjoni. Il-ġranet xitwin ta’ qabel l-10 ta’ Frar, karatteriżżati minn temp kiesaħ u xita, jfakkruna f'dik il-ġrajja providenzjali li wasslet lil Pawlu fuq ix-xtut tagħna. Tajjeb għalhekk li permezz tal-festa nieħdu spunt sabiex

Għalhekk San Pawl huwa differenti.

Charles Camilleri

President tas-Soċjetà Filarmonika Nazzjonali "La Valette"

inkunu kapaċi nirriflettu aktar fuq ittifsira qaddisa tan-Nawfraġju ta’ San Pawl f'Malta. Missirijietna, fil-ftit xhur li San Pawl baqa’ fostna, laqgħu lil Kristu fi kliem Pawlu, bil-ferħ kollu. Għall-grazzja tal-ħanin Alla, aħna llum minkejja l-mewġ tal-kultura moderna xorta waħda għadna ngħożżu l-fidi li għaddielna Pawlu.

Marċi li ser jiġu esegwiti mill-Banda Soc. Fil. Naz. "La Valette" fl-okkażjoni tal-Festa tan-Nawfraġju ta’ San Pawl ~Valletta d 10 ta’ Frar 2012 d

U biex inġeddu dan kollu, kull sena nagħtu ġieħ lill-Appostlu Missierna San Pawl billi nagħmlu festa kif jixraq. L-Arċipriet jieħu ħsieb iċ-ċelebrazzjonijiet li jsiru fil-knisja, l-Għaqda tal-Pawlini tieħu ħsieb l-attivitajiet esterni u s-Soċjetà Filarmonika Nazzjonali "La Valette" tieħu ħsieb li tferraħ lil dawk kollha li għandhom għal qalbhom din il-festa billi ddoqq dawk il-marċi brijużi mat-toroq tal-Belt Valletta. Bħala President tas-Soċjetà Filarmonika Nazzjonali "La Valette" nieħu l-okkażjoni biex nirringrazzja lil Dun Alfred Camilleri ta’ dak kollu li għamel tul is-sbatax-il sena li serva bħala Arċipriet. Nilqa’ lil-Dun Mario Tong fostna u nawguralu snin twal f ’din il-parroċċa tant għal qalbna. Viva San Pawl Missierna. Grazzi

Excellency....................................... Joseph Azzopardi Putifar.............................................. Luigi Bongailas Gallantry......................................... Vincenzo Ciappara Dejjem Rebbieħa........................... Michael Ciantar Eccellenza....................................... Emmanuel Bugeja Primizia........................................... Angelo Pace Matador’s Prayer........................... John Theuma Zukito.............................................. John Mamo The Red Eagle March................... Orazio Cachia Como............................................... Archibald Mizzi Jean de La Valette.......................... Dominic Darmanin Ulied Pawlu.................................... James Chappelle Marcia San Paolo nru. 5............... Cardenio Botti Inno Marcia San Paolo ................ Cardenio Botti Surmast Direttur: Mro. Dominic Darmanin ALCM, LLCM, FLCM

35


Programm tal-Festa tan-Nawfraġju ta’ San Pawl ‒ Valletta 2012

Festa li tagħmel ġieħ lill-Belt Kapitali Maltija! Merħba ħbieb, f ’isem il-Kummissjoni Armar – Sezzjoni Drapp, nilqagħkom fil-Belt Kapitali Maltija fl-okkażjoni tal-festa f ’ġieħ l-Appostlu Missierna San Pawl Patrun ta’ Malta. Nistgħu ngħidu li din is-sena ma kinitx eċċezzjoni għal snin oħrajn. Sena li reġgħet rat fiha ammont kbir ta’ xogħol u ħin b’riżq il-festa tant għażiża tagħna. Stephen Baldacchino

Kummissjoni Armar - Sezzjoni Drapp

“Għaddiet!”… Din kienet l-ewwel frażi li tnisslet minn bosta partitarji Pawlini hekk kif fl-10 ta’ Frar tas-sena li għaddiet, għall-ħabta tal-għaxra neqsin kwart ta’ bil-lejl, il-vara artistika u maestuża tal-Appostlu Missierna San Pawl reġgħet sabet postha fil-Kolleġġjata tagħna. Biss fir-realtà x’għadda?

Wara li fl-1 ta’ Mejju 2011, inħatar il-Kumitat il-ġdid tal-Għaqda tal-Pawlini, mill-ewwel tfajna moħħna fuq żewġ proġetti li din is-sena, jekk il-Bambin irid, ser narawhom isebbħu lill-Belt tagħna fil-jiem tal-festa. Żewġ proġetti ta’ dimensjonijiet kbar li rrikjedew ħafna paċenzja u attenzjoni biex setgħu jitwettqu. L-indurar u l-irħamar tal-pedestall tal-Papa Ljun XIII ta’ Pjazza San Ġwann (quddiem il-KonKatidral ta’ San Ġwann) u l-pavaljuni l-ġodda ta’ Triq ir-Repubblika huma l-attrazzjonijiet prinċipali tal-Festa Pawlina Beltija 2012. Ix-xogħol fuq il-pavaljuni l-ġodda fuq disinn tal-artist Żurrieqi s-Sur

Antoine Farrugia jaħdem fuq l-isfumar tal-pavaljun.

36

Jeremy Cachia, beda eżattament fl-aħħar ġimgħa ta’ Mejju wara li aktar kmieni nxtara d-drapp kollu meħtieg. Il-grandiment tad-disinn sar mis-Sur Antoine Farrugia. Wara li tkabbar id-disinn, beda mill-ewwel jiġi mfassal u maqtugħ id-drapp. Kif tfassal id-drapp kollu, beda x-xogħol fuq it-tgħaqqid tad-drapp tal-pendenti minħabba li l-wisa' tagħhom twassal kważi għal seba’ piedi u nofs. Ix-xogħol tal-ħjata (biex jitgħaqqdu l-pendenti) sar mis-sinjuri Mariella Zammit u Mario Cassar. Wara dan bdejna niddisinjaw iddisinn fuq id-drapp tal-pendenti kif ukoll it-tixlil tagħhom. Dan ix-xogħol, li ħa aktar minn 5 xhur, sar kollu mis-sinjuri Mario Cassar, Christopher Vassallo, Stephen Baldacchino u Jane Baldacchino. Sal-aħħar tax-xahar ta’ Lulju kellna l-pendenti kważi kollha lesti. Sett ta’ 14-il pavaljun bi kważi 25 pied wisa’ jinvolvi fih 28 pendent u 14-il qalba. Kif tlesta x-xogħol tal-pendenti bdejna naħdmu fuq il-qliebi tagħhom. Ma kinitx biċċa xogħol faċli biss b’rieda tajba wasalna għalihom ukoll. Ġew imxella l-pendenti mal-qalba, saru l-patalotti ż-żgħar u l-bandiera bajda u ħamra f ’nofs il-qalba fejn fuqha ser isib postu n-nar bil-lifgħa ħierġa minnu – l-emblema tagħna l-Pawlini. Ilħjata u l-isfrundar saru mill-ħajjata, is-sinjuri Jesmond Fenech u Anthony Pizzuto filwaqt li l-isfumar tagħhom huwa fdat f ’idejn is-Sur Antoine Farrugia filwaqt li sibna għajnuna kbira mis-Sur Lino Bartolo għallpajpijiet tagħhom. Nhar il-Ġimgħa, 14 t’Ottubru 2011 ġie ppruvat l-ewwel pavaljun lest minn kollox fi Triq ir-Repubblika. Saru wkoll sett pumi ġodda għallistess pavaljuni fuq disinn tas-Sur Mario Tonna u li ġew maħduma mis-sur Albert Debono. Sodisfatti bir-rizultat, komplejna bi grinta


10 ta' Frar 2012 akbar biex niffinalizzaw dan ixxogħol. Minkejja d-dimensjonijiet kbar tiegħu, u l-ammont kbir ta’ ħin li nvolva, kburin ngħidu li x-xogħol kollu fuq dan il-proġett, apparti l-ħjata u l-isfrundar sar kollu minna l-Pawlini Beltin. Bla dubju ta’ xejn, proġett bħal dan involva finanzi kbar li għall-grazzja t’Alla ġew miġbura wkoll. Proġett li kważi laħħaq is-somma ta’ 12-il elf ewro (€12,000 – Drapp, ħjata, pajpijiet u pumi). Grazzi mill-qalb lill-kontributuri kollha li biddonazzjonijiet tagħhom għamlu dan il-proġett realtà! Biss dan ma kienx biżżejjed. L-istess Kummissjoni, fix-xhar ta’ Novembru welldet proġett ieħor tad-drapp – sett ta’ 13-il pavaljun ġdid għal Triq San Duminku fejn din is-sena ser ikollna sitta lesti mill-ħjata. Għad-disinn ġie kkummissjunat is-Sur Andrew Bugeja mill-Birgu filwaqt li bħal ma seħħ fil-proġett tal-pavaljuni ta’ Triq ir-Repubblika, ix-xogħol ta’ tifsil, qtugħ tad-drapp u tixlil sar mis-sinjuri Mario Cassar, Stephen Baldacchino u Christopher Vassallo – kollha membri Pawlini. Il-ħjata saret mis-Sur Jesmond Fenech. Proġett ieħor denju ta’ festa Nazzjonali. B’hekk, għal sena oħra qegħdin niċċelebraw festa kbira li tagħmel gieħ lill-Belt Kapitali tagħna!

Il-pavaljun il-ġdid.

Qabel nagħlaq dawn il-kelmtejn, nixtieq nieħu din l-opportunità biex f ’isem il-Kummissjoni Armar – Sezzjoni Drapp insellem u nirringrazzja mill-qalb lill-Ex Arċipriet, il-Kan. Alfred Camilleri li għal 17-il sena sħaħ ħadem bla heda għall-ġid tal-Parroċċa tagħna kif ukoll kien wieħed mill-kontributuri ewlenin fil-proġett tal-Pavaljuni l-ġodda ta’ Triq ir-Repubblika.

Viva l-Appostlu Missierna San Pawl - Patrun Ewlieni u Prinċipali tal-Belt Valletta u Missier il-Maltin kollha

Mario Cassar, Christopher Vassallo u Stephen Baldacchino waqt pawsa mix-xogħol fuq wieħed mill-pavaljuni l-ġodda li ser jiżżanżnu għall-festa ta' din is-sena.

37


Programm tal-Festa tan-Nawfraġju ta’ San Pawl ‒ Valletta 2012

Il-Mudell tal-Kolleġġjata ta' Anġlu Miggiani Perit David Cassar A.&C.E., B.E.&A. (Hons.)

Żgur li dawk li huma midħla talKnisja Kolleġġjata ta’ San Pawl Nawrfagu jiftakru lil Anġlu Miggiani. Tista’ tgħid li lil Anġlu kont issibu kuljum xi ħin jew ieħor għallquddies u wara kont tarah idur ftit mal-knisja josserva l-armar li minn ħin għall-ieħor jinbidel skont l-okkażjoni. Anġlu kellu ħolma li rnexxielu jwettaqha. Huwa ried jagħmel mudell ta’ knisja identiku għal dik ta’ San Pawl Nawfragu. Kemm -il darba kont tarah jgħid lil xi ħadd sabiex imur jara dan il-mudell ferm dettaljat li kellu armat ġewwa l-kamra tiegħu. Huwa għamel żmien twil jibni dan il-mudell flimkien ma’ ħbieb tiegħu, speċjalment is-Sur Martin Gatt. Huwa ried li l-mudell ikun bil-proporzjonijiet bħal tal-knisja Kolleġġjata li tant kellu għal qalbu. Saħansitra kellu kopji fil-minjatura ta’ diversi pitturi mpittrin identiċi għal dawk li nsibu fil-Kolleġġjata. Kull min kien imur jaraha kien jibqa’ mpressjonat bid-dettall li kien fiha kif ukoll bix-xebh mal-Knisja ta’ San Pawl. Il-mudell kont tista’ tidħol timxi fil-korsija prinċipali sabiex tasal quddiem l-artal maġġur u l-kappelluni. Fost l-oħrajn wieħed seta’ jinnota li l-artijiet kienu mpinġijin bid-disinn u l-kuluri bħal dawk tal-irħam ġewwa l-Knisja ta’ San Pawl. Id-dwal ta’ kull brazz, lampier, gandlier u saħansitra l-linef kienu jixgħelu b’sistema ta’ wires għaddejjin minn taħt il-qafas talmudell. Kull opra ġdida li kienet titwettaq ġewwa l-Kolleġġjata kien jara kif sejjer jivvinta biex jagħmlu ġewwa l-mudell tiegħu. Ta’ min isemmi li huwa rriproduċa b’mod identiku n-niċċa tal-istatwa ta’ San Pawl li saret fl-2007.

38

Dehra ġenerali tal-mudell tal-knisja minn ġewwa.

Kellu dejjem f ’moħħu li jagħmel il-koppla maġġuri iżda Anġlu qatt ma wasal biex iwettaq dan il-proġett minħabba li huwa miet fl-eta’ ta’ 77 sena fl-1 ta’ Marzu 2009. Minħabba li huwa kien dejjem wera x-xewqa tiegħu li dan il-mudell tal-knisja ma jiżżarmax u jiġi sparpaljat, il-familjari tiegħu wrew ix-xewqa mal-Arċipriet ilKan. A. Camilleri li din tingħata

lill-parroċċa u tiġi kkonservata ġewwa d-Domus Pauli. L-Arċipriet Camilleri flimkien malKummissjoni Domus Pauli laqgħu din l-aħbar b’ħeġġa kbira. Millbanda l-oħra, din kienet tirrikjedi ftit ħsieb mhux ħażin minħabba li l-mudell m’huwiex żgħir u qatt ma kien intenzjonat minn Anġlu li dan xi darba jiżżarma minn ġewwa daru.


10 ta' Frar 2012

Fl-istess żmien ir-Rev. Camilleri kien qiegħed jaħdem sabiex jakkwista lura maħżen li għandu bieb għal fuq Triq San Pawl li jista jintuża mill-Għaqda tal-Pawlini bħala maħżen għall-armar ta’ barra. Huwa rnexxielu u bis-saħħa ta’ hekk tbattlet kamra ġewwa s-sular t’isfel tad-Domus Pauli sabiex tintuża biex fiha jkun esibit dan il-mudell. Matul ix-xahar t’Awwissu 2011 is-Sur Robert Cassar, is-Sur Nazzareno Haber, flimkien miegħi żarmajna dan il-mudell biċċa biċċa. Ittieħdet nota ta’ kull dettall sabiex ladarba dan il-mudell jerġa jintrama ġewwa d-Domus Pauli, kollox ikun tqiegħed f ’postu kif kien ħallieh Anġlu. Fost id-diffikultajiet taż-żarmar ta’ dan il-mudell kienu l-wires tal-bozoz li tista’ tgħid kienu għaddejjin minn kullimkien. Problema oħra li ltqajna magħha kienet li dan il-mudell kien ġie mibni fil-post u ma kienx hemm l-ebda intenzjoni li qatt jiżżarma. Minħabba f ’hekk, ċerti partijiet mill-mudell kellhom jinqatgħu sabiex jinġarru. Problema oħra li kellna kienet li l-mudell kellu jiġi żarmat f ’biċċiet kbar kemm jista’ jkun u li ħafna drabi kienu tqal ħafna. Dawn kellhom jitniżżlu minn taraġ kemmxejn dejjaq għal tliet sulari sħaħ fuq l-idejn u jiġu trasportati lejn id-Domus Pauli. Għal dan ix-xogħol nirringrazzjaw lil Joseph Miruzzi u Jason Bezzina. Fil-ġurnata li qiegħed nikteb dawn il-kelmtejn, l-armar ta’ dan il-mudell għadu ma sarx minħabba li l-kamra tal-armar għadha qiegħda tiġi mbattla. Hemm il-ħsieb li ladarba din il-kamra tkun tnaddfet u tbajjdet, dan il-mudell jibda jiġi armat. Dan il-proċess għandu jieħu tul ta’ żmien minħabba d-dettall li fih il-mudell. Żgur li dan il-mudell sejjer ikun espost bħala parti millkollezzjoni tad-Domus Pauli kif kienet ix-xewqa ta’ Anġlu Miggiani. Minn hawn nixtieq nirringrazzja lillfamilja Miggiani ta’ din l-għotja tant sabiħa. Nixtieq ukoll nirringrazzja lill-Arċipriet, il-Kan A. Camilleri, li ħadem tant sabiex inġieb dan il-mudell ġewwa d-Domus Pauli. Fl-aħħar nett, nixtieq inrodd ħajr lil Anġlu, li tant kellu għal qalbu l-Knisja Kolleġġjata ta’ San Pawl li rnexxielu jirriproduċiha b’ tant għożża u b’ imħabba, ġewwa l-kamra tiegħu.

Anġlu Miggiani, l-awtur ta' dan ilmudell tal-knisja li kien tant iħobb.

L-artal maġġur fil-mudell tal-knisja armat għall-festa ta' San Pawl.

L-istatwa titulari ta' San Pawl armata bl-aċċessorji kollha, replika ta' dik oriġinali.

39


Programm tal-Festa tan-Nawfraġju ta’ San Pawl ‒ Valletta 2012

It-Tħejjija ta’ Don Felice Camilleri Christian Attard MA, BA (Hons)

Kull fejn tħares kont tara l-mewt. Tfal kienu jmutu bl-għama u ta’ kuljum kont tisma’ b’xi omm żagħżugħa li ħalliet dal-wied propju waqt li kienet qed iġġib ’l uliedha fid-dinja. Il-mewt u t-twelid, suppost daqshekk opposti, kienu jaħdmu f ’għalenija tal-biża’ flimkien. Il-miżerja kienet tidher fuq l-uċuh ta’ ħafna. Mhux lakemm stajt tinsa li l-ħajja hi biss passaġġ qasir. U Don Felice Camilleri, saċerdot mixxaqliba ta’ Porto Salvo, l-Belt, seta’ jinsa wisq anqas. Min jaf kemm-il quddiesa tal-mejtin kien iċċelebra matul ħajtu, proprju fil-knisja ta’ San Pawl fejn kien normalment iqaddes. Aktar minn hekk, it-tagħlim li kien ħa biex laħaq saċerdot kien ħejjieh sewwa biex jaċċetta l-mewt bħala parti ntrinsika mill-ħajja stess. Għax matul is-seklu tmintax, is-seklu li fih Don Felice għex, il-mewt kienet tasal fuqek mingħajr wisq ċerimonji. Illum hawn, għada m’aħniex, kienu jħobbu jgħidu missirijietna, u kellhom mitt elf raġun. Biss biss, mard qerriedi, bħallpesta bubonika, kellu ħabta jiġi minn imkien, iħalli ħerba tal-waħx, u meta jfettillu, jitlaq qisu qatt ma kien xejn. Imqabblin mal-lum dawn kienu żminijiet diffiċili u l-Knisja, li minnha kien jagħmel parti Don Camilleri, kienet ħafna drabi l-unika merżuq ta’ tama. In-nies, ħafna minnhom għallinqas, kienu jħarsu lejn il-Knisja b’fidi qawwija. Kienu jemmnu li fiha setgħu isibu xi forma ta’ serħan għad-dwejjaq u l-beżgħat tagħhom. Illum, anke kif jargumentaw xi studjużi, ewlieni fosthom il-Franċiż Philippe Aries, għandna ħabta naħbu l-mewt, nippruvaw ninsew li teżisti; għamilnieha sanitizzata u tfajnieha fi swali nodfa u komdi tal-isptarijiet, biex hekk inkunu nistgħu nkomplu bil-kwiet fl-illużjoni ta’ ħajjitna. Matul is-seklu tmintax, u ta’ qablu, il-mewt kont tmissha b’idejk, tiltaqa’ magħha kuljum u l-Knisja kienet tħeġġek biex tikkontemplaha biex

40

"Għid Missierna, Sliema u Requiem Æternam u itfa’ xi flus u, barra li tkun qed tgħin lill-erwieħ, ikollok dritt għal 40 ġurnata inqas fil-Purgatorju ladarba ssib ruħek hemm." Tabella tal-irħam fi Triq Santa Luċija, maġenb is-Sagristija tal-Kolleġġjata.

meta sigħatek tasal issibek lest u mħejji biex tibda vjaġġ twil, xi minn daqqiet imwiegħer, li, dejjem jekk Alla jrid, kellu jwasslek il-Ġenna. Dawn kienu tagħlimiet li, wara kollox, min jaf kemm-il darba Don

Felice kien tkellem dwarhom, kemm minn fuq il-pulptu waqt xi omelija u kemm meta kien jitkellem mal-Beltin fil-parroċċa li fiha kien jaħdem. Min jaf kemm spjega dwar it-tħejjija li kellha ttul ħajja sħiħa għall-ħajja li jmiss. Min jaf kemm għallem x’inhu


l-Purgatorju u kif kull wieħed u waħda minnhom kellu, wara mewtu, iqatta’ xi żmien hemm, f ’dawk innirien li jnaddfu, iżda mimljin tama li minn hemm, xi darba, se jitilgħu igawdu l-glorja tal-Ġenna. Is-sena 1793 ma fetħet tajjeb xejn għal Don Felice. Ta’ sitta u ħamsin sena, saħħtu kienet marret lura wisq, u minn jeddu, mar fl-isptar tal-Kavallieri, jew is-Sacra Infermeria kif kienu jsejħulu, mhux ’il bogħod wisq minn daru fil-Mandraġġ, biex ifittex ftit għajnuna. Meta nbena, u għal ħafna snin wara, dan l-isptar kien wieħed mill-aqwa fl-Ewropa, mgħammar b’kollox. Għall-Kavallieri ta’ San Ġwann, kavallieri ospitaljeri, li toffri kura lil min għandu bżonnha kienet parti importanti mis-sisien stess tal-eżistenza tagħhom. Il-ħasra hi li dan l-isptar, ma’ kull sena li bdiet tgħaddi minn fuqu, beda juri sinjali ċari ta’ telqa, sakemm, fiż-żmien li Don Felice spiċċa pazjent hemm, allura matul il-maġisteru ta’ De Rohan, kien sar biss dell imċajpar ta’ dak li darba kien. Kieku llum xi ħadd minna kellu jispiċċa fi sptar bħal dan, modern kemm kien modern għal żmienu, xorta kienet tagħtih rasu. Forsi llum diffiċli nifhmu li pazjent fis-Sacra Infermeria ma setax jippretendi li jkollu sodda għalih waħdu. Sodda, normalment, kienet tinqasam bejn xi tlieta jew erba’ pazjenti, ftit ħin kull wieħed. Kien sptar għall-irġiel biss, anzi kien hemm ordnijiet stretti biex nisa ma jersqux ’l hemm. In-nisa, allura, kellhom sptar għalihom, ilBelt stess. L-isptar tal-Kavallieri, bħal oħrajn fl-Ewropa, kien ovvjament joffri tama ta’ fejqan fiżiku, għalkemm din aktarx kienet l-eċċezzjoni aktar milli r-regola; fin-nuqqas ta’ dan, kien jifdal tama ta’ fejqan spiritwali. Tama li jekk ma ssalvax ġismek allura ssalva ruħek. Għalhekk l-isptar kien mgħammar tajjeb għal dan. Ilpazjenti, speċjalment dawk Kattoliċi, hekk kif isibu posthom, kienu mħeġġa li jqerru u jitqarbnu. Wara kollox l-idea fost il-poplu kienet li ladarba inti marid żgur li qed tpatti għal xi dnubiet li għamilt. Il-mard u d-dnub kienu twaħħdu u, għallinqas skont it-twemmin popolari, waħda

Kitba fil-ktieb tal-mejtin fl-arkivju tal-knisja ta’ San Pawl li telenka l-mewt ta’ Don Felice Camilleri li seħħet nhar it-tlieta ta’ Frar 1793

kienet bilfors konsegwenza tal-oħra. Trejqet il-pazjent lejn xi forma ta’ fejqan setgħet tibda biss meta dan jirrikonċilja ruħu m’Alla. U allura flisptar kien hemm numru ta’ kappelli u artali biex joffru faraġ spiritwali. Is-Sacra Infermeria kienet magħmula minn għadd ta’ swali; tnejn minnhom, li fil-fatt flimkien kienu jagħmlu sala waħda kbira u maestuża, kienu magħrufin bħala s-Sala Grande u s-Sala Vecchia. Nafu li fi żmien Don Felice kien hemm b’kollox 554 sodda u li dawn setgħu jitilgħu għal 900 f ’każ ta’ xi emerġenza. Pazjenti li kienu jidhru magħdurin u li saħħithom waslet fit-tarf kienu jitpoġġew fis-Saletta, sala ċkejkna fejn setgħu jingħataw kura u attenzjoni kontinwa u fejn

seta’ jiġi żgurat li l-preparazzjoni tagħhom għall-ħajja li jmiss issir kif għanda ssir. Probabbilment kien f ’din is-sala li Don Felice Camilleri qatta’ l-aħħar jiem ta’ ħajtu, jisma nies jokorbu, imma minn fejn seta’ wkoll isegwi l-quddies u attivitajiet liturġiċi oħrajn. Għax is-saletta kienet mibnija b’tali mod li l-pazjenti hemm ġew ma kinux jispiċċaw esklużi mill-ħajja spiritwali tal-isptar. Eżempju tajjeb ta’ kemm il-fejqan spiritwali kien forsi xi kultant anke jiżboq dak fiżiku fl-importanza hu Hotel Dieu, sptar medjevali gewwa Beaune, ’il barra minn Pariġi. Hawn is-sodod kollha kienu rranġati b’mod li kull pazjent seta’ jkollu dehra tajba tal-artal mpoġġi fin-naħa dejqa tas-sala u anke tax-xbieha maestuża

Il-kripta ta' San Pawl.

41


Programm tal-Festa tan-Nawfraġju ta’ San Pawl ‒ Valletta 2012

tal-Ġudizzju Universali, mdendla fuqu, mpittra minn Rogier Van der Weyden. Hekk, meta pazjent iħoss li ħajtu waslet fi tmiemha, seta’ jħares lejn l-artal, speċjalment lejn ix-xbieha tal-erwieħ ħżiena jsofru t-turmenti tal-infern, u joqgħod iħammem fuq x’hemm lest għalih! Don Felice Camilleri, moribund fis-Saletta, probabbli qatta’ l-aħħar jiem ta’ ħajtu jħares lejn u jimmedita dwar iż-żewġ altari li kien hemm, dahar ma’ dahar, fis-sala l-kbira, li seta’ jilmaħ minn soddtu, wieħed iddedikat lit-Trinità Mqaddsa u l-ieħor lill-Madonna tal-Karmnu. Għallinqas il-Kavallieri ma kinux fatalisti daqs il-Kanċillier Nicolas Rolin, il-fundatur tal-isptar ta’ Beaune. Fuq l-artali ta’ ġewwa s-Sacra Infermeria ma kienx hemm xbiehat ta’ biża’ u theżżiż ta’ snien. Mhux għax il-mewt ma kontx tħossha qribek fl-isptar tal-Ordni! Biss biss, inti u dieħel bħala pazjent, probabbli fuq xi karretta, l-aħħar dehra ta’ barra kienet tkun dik taċ-ċimiterju, tefgħa ta’ ġebla biss ’il bogħod, eżatt faċċata tal-bieb prinċipali. Fl-ewwel ta’ Frar 1793 Don Felice ħass it-tmiem qrib wisq u għalhekk beda jipprepara ruħu, qabel ma jkun tard wisq, għall-vjaġġ twil li kien hemm lest quddiemu. Din il-preparazzjoni setgħet tibda biss billi jsir testment; dokument ta’ importanza kbira meqjus, fuq kollox, bħala l-prova għall-mewt u, fih innifsu, att ta’ penitenza. Fi żmien Don Felice it-testment ma kienx sempliċiment dokument legali. Anzi, din forsi kienet l-inqas laqta importanti tiegħu. It-testment, matul dak iż-żmien, kien mogħni bi kwalitajiet kważi sagramentali u mixjietek lejn il-Ġenna kienet se tkun imxekkla serjament jekk, għal xi raġuni, kellek tmut ab intestato, mingħajr testment. Tant kien jitqies b’serjetà li saħansitra fi żmien ilpesta, meta żgur li ma kontx se ssib nutar kif ġieb u laħaq, (għax dawn kienu normalment jaħarbu ladarba l-qliegħ qatt ma seta’ jikkompensa għas-sogru) xi membri tal-Knisja qalbiena, li kienu jżuru l-morda mpestati fl-aħħar sigħat ta’ ħajjithom, kienu mħeġġin jagħmluha ta’ nutara u jħejjulhom ukoll it-testment.

42

Thomas Braithwaite, (li miet fl-1607) iħejji t-testment. (Abott Hall Gallery, Cumbria, l-Ingilterra). Hawn il-moribond qiegħed jikteb hu stess. Żgur mhux kif għamel Don Felice.

"…ħaseb li parti sostanzjali minn ġidu kellha tmur għall-quddies b’suffraġju għalruħu." Fil-preżenza tal-Prijur tal-isptar Fra Ligny de Luquiesnoy u żewġ xhieda, Don Pietro Paolo Muscat, Kanoniku u teżorier tal-knisja ta’ San Pawl u Don Paolo Garsia, Kappillan Magisterjali, Don Felice ħejja testment li bih assigura futur lil ruħu u ħejja t-tqassim ta’ ġidu materjali biex hekk ikun jista’ jagħlaq għajnejh bil-kwiet. B’din il-biċċa wġiegħ ta’ ras warajh, Don Felice seta’, bla wisq inkwiet, jinħall minn kull irbit ma’ did-dinja u, minn hemm ’il quddiem,

jaħseb biss f ’dak li kien hemm jistennieh. It-testment ta’ Don Felice, reġistrat mill-iskrivan Jules Marie Vacla, għadu merfugħ fl-arkivju talOrdni. Bħat-testmenti l-oħrajn kollha li saru l-isptar, dan jiftaħ billi jistabilixxi l-identità talmoribond – Don Felice Camilleri del fu Michele della Valletta – u jiċċara wkoll li, għalkemm Camilleri kien jinsab marid l-isptar, moħħu, il-vista u l-intellett tiegħu kienu għadhom ta’ min jorbot fuqhom – sano pero di mente, vista ed intelletto e bon retto nel suo discorso come s’ascolta dal suo parlare. Don Felice, kif kienet il-prassi, reħa ruħu f ’idejn Alla u ordna li l-katavru tiegħu, hekk kif imut, kellu jiġi midfun fil-knisja ta’ San Pawl, fil-qabar tas-saċerdoti kongregati. Bħal ma kellhom ħabta jissuġġerixxu l-Gran Mastri, li għal umiltà falza ma kienx hawn aħjar minnhom, Don Felice rrakkomanda li l-funeral tiegħu ma kellu jkun xejn aħjar minn dak li soltu kien isir lil saċerdoti oħrajn bħalu.


Don Felice, kif kien jagħmel kull min kellu xi ftit tal-flus, ħaseb li parti sostanzjali minn ġidu kellha tmur għall-quddies b’suffraġju għalruħu. Hekk, żmienu fil-Purgatorju, seta’ jiqsar ġmielu. Il-Purgatorju, għallinqas hekk kienet tgħallem ilknisja u allura anke Don Felice min jaf kemm ħambaq dwaru, kien post tal-biża’, ikrah daqs l-Infern. Iżda fejn l-Infern kien post ta’ disprament u qtigħ il-qalb, il-Purgatorju kien post ta’ tama. Tama li xi darba tara l-Mulej. Iżda l-wasla ta’ dan il-waqt glorjuż kienet tiddependi ħafna minn kemm qrabatek qegħdin jaħsbu fik. U għalhekk żmienek fil-Purgatorju seta’ jtul minn ftit ġranet sa sekli sħaħ. Fil-priedki tiegħu, Dun Ignazio Saverio Mifsud, li kien jgħix fi żmien Don Felice, kellu ħabta jagħti eżempji konkreti tan-numru ta’ snin (aktarx sekli) li xi nies kellhom iqattgħu jitbasktu fin-nirien tal-Purgatorju. Għalhekk Camilleri fit-testment tiegħu niżżel li 75 skud kellhom imorru għal ħafna quddiesiet (u kull quddies kellha tiġi tiswa 7 Tari u 4 Grani) li kellhom jiġu ċċelebrati b’suffaġju għal ruħu fil-knejjes ta’ San Pawl, tal-Isptar u tal-Erwieħ fil-Belt. Kull knisja msemmija kellha tieħu 25 skud. Tradizzjoni oħra li kienet b’xi mod tassigura li xi ħadd żgur jaħseb fik wara mewtek kienet dik li tħalli xi flus lill-foqra. Don Felice hekk għamel. Qabbad lil Don Pietro Paolo Muscat, wieħed stess mix-xhieda, u talbu li jżomm 25 skud biex dawn ikun jista’ jqassamhom, hekk kif jidher lilu, mal-aktar nies onesti u fil-bżonn. Don Felice ħalla wkoll 25 skud li kellhom jissarrfu f ’fidda għalllampier tal-kor tal-knisja ta’ San Pawl. Id-dar fejn kien jgħix, ħdejn waħda mill-funtani li kien hemm ilMandraġġ, ħallieha lil wieħed minn ħutu, Don Tommaso, qassis bħalu u li kien jgħix miegħu. Lil dan ħallielu wkoll dak kollu li kien hemm fid-dar mill-bieb ’il ġewwa, ħlief għall-flus. Lil ħutu l-oħra, Ludovico u Natale ħallielhom ukoll xi immobbli li kellu. Lil wieħed dar ċkejkna, aktarx xi gabuba, ħdejn l-Isptar tal-Kavallieri, u lill-ieħor post fil-Mandraġġ fil-parti magħrufa bħala t-tomba. Elf u mitejn skud, somma flus ġmielha li kellu merfugħa l-Bank

Kopja tat-testment ta’ Don Felice Camilleri. Ħajr lill-Bibljoteka Nazzjonali, l-Belt.

tal-Università, xtaq li tibqa’ hemm b’mod perpetwu, u l-interessi li din tirrendi kellhom jgħaddu għand ħuh Don Tommaso u malli dan imut, dawn l-interessi kellhom imbagħad jgħaddu għand il-Konfraternità tal-Erwieħ fil-Puragatorju biex l-imseħbin tagħha, fit-talb tagħhom, jaħsbu f ’ruħu u fl-erwieħ ta’ ommu Eugenia u missieru Michele. Hekk kif lesta t-testment, skont prassi stabbilità, Don Felice rċieva l-griżma tal-morda. Dan kien mument delikat ħafna. Don Felice, bħal kull moribond ieħor, kien issa fuq l-għatba għall-ħajja ta’ dejjem. F’dan il-waqt fraġli kien hemm biża’ li x-xitan seta’ jħejji l-aħħar attakk tiegħu biex jirbaħ ruħ oħra. U appuntu dak li tfisser agunija, ġejja mill-kelma Griega agon jew ġlieda. Kotba sħaħ kienu nkitbu dwar din il-battalja finali. Uħud minnhom jiddeskrivu b’ħafna dettall l-għamla tax-xitan jew xjaten li setgħu jattakkaw lill-moribond, oħrajn jagħżlu l-punti li fihom dawn ix-xjaten l-aktar li setgħu jkunu ta’ tentazzjoni. Awtur Spanjol tas-seklu ħmistax jagħraf seba’ tentazzjonijiet; xenqa li tgħix aktar; nuqqas ta’ paċenzja fl-aċċettazzjoni tas-sofferenza, fissazzjoni żejda bil-familja; fissazzjoni bil-flus; kunfidenza żejda dwar dak li wettaqt matul ħajtek; biża’ mill-infern; u negazzjoni tal-fidi. Il-patri li assisstih probabbli sema’ l-aħħar qrara ta’ Don Felice u qarbnu – it-tqarbina magħrufa bħala l-viaticum, li filfatt tfisser “teħodha miegħek”, biex b’hekk il-passaġġ lejn il-ħajja li jmiss ikun eħfef.

Il-patri li kien jassisti l-moribond normalment kien jagħmel ħin twil jitlob fuqu, imbagħad jidlek, b’żejt imbierek, l-għajnejn, il-widnejn, l-imnieħer, ix-xufftejn, l-idejn u s-saqajn tal-marid, u kull darba jlissen talba bil-Latin: Per istam sanctam Unctiónem, et suam piíssimam misericórdiam, indúlgeat tibi Dóminus quidquid per visum deliquísti. Amen qal il-patri hekk kif misslu għajnejh. Aħfirlu Mulej, bl-imħabba kbira tiegħek, dak kollu li seta’ għamel ħazin b’dawn l-għajnejn. U baqa’ sejjer hekk għal kull parti ta’ ġismu li mess. Wara li bniedem ikun lesta u ħejja kollox għall-mewt allaħares saħħtu kellha, għal xi raġuni, taqleb ghallaħjar, u ma jmutx. Flok miraklu, din il-bidla mhux mistennija f ’saħħtu, aktar kienet titqies bħala saħta. Għax matul dawk is-snin mislufin, biex insejħulhom hekk, għalkemm ħaj, dan kien aktarx jitqies daqs li kieku mejjet. Il-bqija ta’ ħajtu kien ikollu jgħixha fi spazju ambigwu li la hu hawn u lanqas hemm, post liminali, biex nużaw terminu antropoloġiku. Dan l-imsejken kellu jsum tul il-bqija ta’ ħajtu, ma setax jimxi ħafi u s-sess seta’ jroddlu salib. F’għajnejn issoċjetà u l-Knisja dan l-imsejken ma kien ikun xejn ħlief mejjet. Don Felice Camilleri ma kellux din il-problema. Miet jumejn biss wara li kien ħejja ġismu u ruħu. Indifen, kif xtaq, fil-Kolleġġjata ta’ San Pawl, fil-qabar tal-qassisin, ġewwa l-kripta taħt l-istess knisja. Ħajr lil Kanonku Vincent Borg tal-għajnuna siewja tiegħu.

43


PAVLVS

THE SHIPWRECK 60 A.D. NARRATING THE DISCOVERY OF AN ANCIENT LEAD ANCHOR, EMBOSSED WITH THE NAMES OF THE EGYPTIAN GODS ISIS AND SARAPI(S) ON THE SEABED OFF SALINA BAY ON A SUNDAY MORNING IN APRIL 2005, THIS BOOK ALSO TELLS THE STORY OF THE SEARCH FOR THE REAL SITE OF ST PAUL’S SHIPWRECK IN MALTA. IN THE PROCESS, THE AUTHOR MARK GATT SURPRISES US WITH A NOVELISTIC BUT ACCURATE ACCOUNT OF THE STORM, SHIPWRECK AND LANDING OF ST PAUL IN MALTA. HIS OWN INVESTIGATIONS ON THE SITE OF THE APOSTLE PAUL’S SHIPWRECK IS ALSO HIS OWN QUEST FOR THE SPIRITUAL MESSAGE OF SALVATION IN ST PAUL’S LIFE AND TEACHING EMBODIED IN THE REAL ‘ANCHOR’ OF CHRIST JESUS. AVAILABLE FROM LEADING STATIONERS, BOOKSELLERS AND FROM:

4, CASTILLE PLACE, VALLETTA Trade enquiries: Allied Newspapers Limited – Books Retail/Wholesale Division, ‘Strickland House’, 341, St Paul Street, Valletta. Tel: 2559 4165 Email: pgrech@timesofmalta.com



S. & T. Service Ltd. Customs Clearance Import & Export Lifting Machines & Trucking Service

Joe Phil, Ġużè Galea Street, Qormi QRM 06 Tel: 2146 2210 - Fax: 21461431 - Mob: 9942 9595


NAZZARENU HABER 34 for all types of frame making 34

293, St.Paul’s Str., Valletta tel. 2124 5957


MEllIEÓa

RaBat

MRIEÓEl

QORMI

PaOla

a B’kaR

RUN ÓaM

R NaXXa

GZIRa

GasanMamo Insurance is authorised by the MFSA

ta t E l Val

a M E I Sl

WE’RE IN Old BakERy StREEt keeping close to you. www.gasanmamo.com

173, Old Bakery Street, Valletta | tel: 2123 2666 | insurance@gasanmamo.com


Lombard Bank - Palazzo Spinola Annexe, Frederick Street, Valletta

Award for Architectural Heritage

Lombard Bank Malta p.l.c.

Head Office: 67 Republic Street Valletta Malta • PO Box 584 Valletta VLT 1000 Malta Tel: +356 25581117 • Fax: +356 25581151 • e-mail: mail@lombardmalta.com • www.lombardmalta.com • SWIFT Code: LBMAMTMT Licensed to conduct Investment Services Business by the Malta Financial Services Authority Regulated by the Malta Financial Services Authority & listed on the Malta Stock Exchange


outdoor and studio PHOTOGRAPHY for any occasion

www.photocitymalta.com www.photocitymalta.com www.photocitymalta.com www.photocitymalta.com

e : info@photocitymalta.com

21236723

27 and 57 South street, Valletta. VLT 1102

Ta’ Jimmy Green Grocer Prop. Joseph Caruana For your daily needs St Paul’s Street, Valletta




tippreżenta

IT-TIENI

EDIZZJONI

Is-Sibt 11 ta’ Frar 2012 fis-7.30pm u Il-Ħadd 12 ta’ Frar 2012 fis-6.30pm

Dati:

Post:

It-Teatru tal-Istitut Kattoliku, il-Furjana

Direzzjoni Mużikali: Mark Spiteri Lucas • Korjografija: Keith Dance Studio Booking: www.istitutkattoliku.com, www.spiterilucas.net, Booking Office: 21 238 429, Bar tal-Istitut: 21 242 551, Tereza Bazaar, Żabbar: 21 892 730, Carmen Azzopardi, Rabat: 21 454 836 jew Hotline: 9989 6638, 9946 8429


Programm tal-Festa tan-Nawfraġju ta’ San Pawl ‒ Valletta 2012

L-Abbazija ta' San Vinċenz u Anastasju. Fuq il-lemin tidher il-knisja Santa Maria Scala Coeli.

Fuq l-aħħar passi tal-Appostlu tal-Ġnus, Missierna San Pawl Rabtiet bejn l-Abbazija tat-Tre Fontane f ’Ruma u l-Kolleġġjata ta’ San Pawl Robert Cassar

M.A., B. Cons.(Hons.); B.A. Hons.

Is-sena l-oħra kelli x-xorti nżur ilkumpless tal-Abbazia tat-Tre Fontane ġewwa Ruma. Il-post, imsejjaħ Acqua Salvie minħabba l-għajn tal-ilma, ilha magħrufa minn żmien ir-Rumani, tidħol għalih minn Via Laurentina, waħda mit-toroq ewlenin tassubborgi ta’ Ruma. Dan il-post huwa kkurat mill-Benedittini tal-Ordni

54

Trappista. Fih insibu tliet knejjes, tnejn minnhom b’rabta qawwija mal-martirju ta’ San Pawl. Malli tasal fil-post malajr tintebaħ li l-post li qiegħed iżżur huwa post qaddis l-aktar minħabba s-skiet li hemm fil-kumpless kollu, kuntrast enormi mal-attività li wieħed isib fil-belt ta’ Ruma. Xhieda ta’ dan is-skiet hija

statwa kbira tal-irħam li nsibu hekk kif wieħed jaqbad miexi fil-kumpless. Din l-istatwa turina li San Benedittu b’subgħajh quddiem xuftejħ bħala ammonizzjoni lill-viżitatur sabiex minn hawn ’il quddiem jinżamm silenzju assolut. Kif wieħed jispiċċa miexi Via di


10 ta' Frar 2012

Acqua Salvie, isib ruħu ġo pjazzetta u fiha arkata magħrufa aħjar bħal ta’ Karlumanju li fl-antik kienet tagħlaq il-kumpless klawstrali mill-bqija tad-dinja esterna. Fil-pjazzetta nsibu ħanut ċkejken immexxi mis-sorijiet ta’ Ġesù u li fih jinbiegħu prodotti kemm tal-ikel kif ukoll mediċinali. Dawn il-prodotti naturali li jvarjaw minn ċikkulata, xorb, sapun sa ingwenti huma kollha xogħol l-abbaziji klawstrali, kemm tat-Tre Fontane kif ukoll minn oħrajn imxerrda malItalja. Is-sorijiet imexxu wkoll librerija kattolika li fiha jinbiegħu kotba reliġjużi. Meta tidħol mill-arkata ta’ Karlumanju ssib ruħek f’ġardina ħelwa li fiha tidher tiddomina l-abbazija bil-knisja tagħha dedikata lill-qaddisin Vinċenz u Anastasju. Din il-knisja, l-akbar waħda fil-kumpless kollu, hija bla dekorazzjoni ħlief għall-portiku mibni fuq il-faċċata u li kien iservi ta’ kenn għall-pellegrini. Minn ġewwa, il-knisja hija bla ebda dekorazzjoni ta’ xejn għajr li kull pilastru tan-nava huwa affreskat b’figura ta’ appostlu, fosthom San Pawl. Bis-sagrament dejjem espost u xi patri Trappista dejjem jinvista, il-kwiet enormi, kważi sopranaturali u mhux ta’ din id-dinja, jgħinek tersaq aktar qrib Alla permezz tat-talb. Il-knisja hija maqsuma fi tnejn permezz ta’ kanċell li jifred il-parti klawstrali, jew aħjar fejn ikun hemm il-patrijiet, u dak l-aktar qrib lejn il-bieb, użata mill-viżitaturi. Ovvjament, mal-knisja hemm kumpless sħiħ monastiku li minħabba n-natura klawstrali tiegħu, il-viżitatur ma jistax jidħol f’dawn ilpostijiet li huma riservati għat-talb u l-meditazzjoni tat-Trappisti. It-tieni knisja fil-kumpless abbazjali hija dik ta’ Santa Maria Scala Coeli. Din insibuha eżatt maġenb dik ta’ San Vinċenz u San Anastasju u li titla’ għaliha permezz ta’ taraġ. Għandha għamla ta’ rotunda b’koppla żgħira li ssaqqafha. Kien il-Kardinal Ruman, Alessandro Farnese li qabbad lill-perit Giacomo Della Porta (1533-ca.1602) sabiex jiddisinja u jibni din il-knisja minflok l-antika li kienet waqgħet bil-maltemp. Fost l-aktar partijiet importanti ta’ din il-knisja, hija l-kripta fejn jingħad bi tradizzjoni

L-iskrizzjoni fuq il-bieb ċentrali tal-knisja ta' Tre Fontane.

Is-Santwarju tat-Tre Fontane minn ġewwa.

li San Pawl inżamm f’ħabs ċkejken hawnhekk sakemm ittieħed għallmartirju fil-post ftit ’il fuq. Bejn iż-żewġ knejjes li għadna kemm semmejna nsibu trejqa dritta bis-siġar fuq kull naħa u li twassalna fl-aktar post għażiż u sagru f’dan il-kumpless kollu. Din hija l-knisja ta’ San Paolo alle Tre Fontane fejn tradizzjonalment San Pawl irċieva l-martirju ta’ qtugħ ir-ras. L-istess triq li twasslek għal dan il-post għadha oriġinali probabilment minn dak iż-żmien u tindika li għadha kif kienet tqiegħdet fi żmien l-epoka Rumana. Dan minħabba l-kwalità tal-ġebel użat kif ukoll il-forom differenti ta’ ċangatura li nsibu. Tista’ tgħid li din kienet it-triq li fuqha San

Pawl mexa l-aħħar passi tiegħu fuq din l-art. Il-knisja tat-Tre Fontane li nsibu llum għandha l-pjanta tagħha fuq salib Grieg. Din inbniet fuq waħda aktar antika ta’ età medjevali bejn l-1599 u l-1602. Dan sar fuq l-inizjattiva tal-Kardinal Pietro Aldobrandini u għal dan ix-xogħol reġa’ kien imqabbad il-perit Giacomo Della Porta. Fuq il-bieb ċentrali nsibu skrizzjoni li tgħid hekk, S PAVLI APOSTOLI MARTIYRII LOCVS VBI TRES FONTES MIRABILITER ERVPERVNT. Din tirreferi għat-tradizzjoni li tgħid li f’dan il-post, li jimmarka l-martirju ta’ San Pawl, feġġew b’miraklu tliet funtani tal-ilma fil-postijiet fejn ħabtet

55


Dettal ta' waħda minn niċeċ minn fejn jgħaddi l-ilma.

ras San Pawl hekk kif inqatgħet. Finnofs ta’ fuq il-frontispizju nsibu salib zgħir u fuq kull naħa l-istatwi ta’ San Pietru u San Pawl. Malli wieħed jidħol f ’din il-knisja, tolqtok l-ikonografija Pawlina u Petrina li tinsab ma’ kull rokna tagħha. L-ewwel li jolqtuk huma żewġ basso riljevi fl-irħam imwaħħla mal-ħajt fuq kull naħa. Waħda turi l-Martirju ta’ San Pietru fejn jidher qed jiġi mdendel mas-salib rasu ’l isfel. Fuq l-oħra naraw il-martirju ta’ San Pawl. Hawnhekk ras Pawlu mistrieħa fuq il-kolonna tinżamm soda mill-manigold li jidher qed jerfa’ x-xabla fl-għoli sabiex jagħti d-daqqa finali. Dawn ir-riljievi kienu ngħataw mill-Papa Piju IX fl-1867 meta kien ħa ħsieb li din il-knisja ta’ importanza għall-kult Pawlin tiġi restawrata mit-telqa li kienet tinsab fiha. Tajjeb ngħidu li parti mill-art ta’ din il-knisja hija tal-mużajk u tmur lura għall-epoka Rumana. Din kienet inqalgħet minn xi rovini Rumani f ’Ostia Antica bl-ordni ta’ Papa Piju IX u tqiegħdu hawn waqt ir-restawr estensiv li kien sar. Fl-intrata ta’ din il-knisja, eżatt fuq il-bieb prinċipali nsibu arkata affreskata b’pittura f ’xena notturna li turina t-Trasport tal-ġisem ta’ San Pawl mill-post tal-martirju għassepulkru fejn indifen.

56

Il-knisja tat-Tre Fontane fiha żewġ altari biss. Dawn qegħdin wieħed faċċata tal-ieħor, fiż-żewġ estremitajiet tal-knisja. Mal-itwal ħajt bejniethom, faċċata talbieb prinċipali, insibu tliet niċeċ maħduma fl-irħam ikkulurit. Dawn jirrappreżentaw it-tliet postijiet fejn ħareġ l-ilma mill-art. Fil-knisja medjevali ta’ qabel din, dawn in-niċeċ kienu mqiegħda f ’distanzi mhux uniformi minn xulxin. Jingħad ukoll li t-togħma u t-temperatura tal-ilma li kien joħroġ minn kull waħda kien differenti. Meta Giacomo Della Porta reġa’ ddisinja l-knisja, il-fontijiet għaqqadhom f ’waħda u n-niċeċ ilġodda qiegħdom f ’pożizzjoni ndaqs minn xulxin. Fin-naħa ta’ isfel ta’ kull niċċa nsibu tieqa magħluqa bi grada tal-ħadid li minnha wieħed jista’ jara u jisma dak l-ilma jgelgel minn ġewwa fihom. Fuq din it-tieqa mbagħad insibu basso riljev tal-bronż ta’ ras San Pawl f’pożizzjoni differenti f’kull waħda. Fuq wara tal-fonti ċentrali nsibu żewġ affreski b’importanza ikonografika kbira. Dan il-post li jintuża anke bħala sagristija naraw affresk kbir murali u ieħor fl-abside ta’ fuqu, it-tnejn impittra minn Ermilio u Leila Lazzaro fl-1953. L-affresk murali juri x-xena tal-Martirju ta’ San Pawl li seħħet nhar id-29 ta’ Ġunju fil-post imsejjaħ

L-istatwa ta' San Benedittu fl-entratura talKumpless Klawstrali.

Acque Salvie, maġenb siġra tal-prinjol kif hu magħruf. Fin-nofs, il-ġisem ta’ San Pawl, u aktar ’l isfel, rasu maqtugħa bit-tliet għejjun tal-ilma maġenb xulxin. Warajh il-manigold u warajh tliet suldati Rumani, Longino, Acesto u Megisto li ġabu lil Pawlu għall-martirju mill-ħabs u li minnu kienu konvertiti għall-Kristjaneżmu. Fuq quddiem tal-kwadru mbagħad naraw lit-tliet dixxipli nisa ta’ San Pawl, Lucina, Basilissa u Anastasia. San Luqa bil-ktieb f’idejh jidher jassisti din ix-xena. Warajhom kollha, folol ta’ nies li dakinhar tal-martirju kienu kkonvertew. Ix-xena talabside hija interessanti wkoll; turi rappreżentazzjoni ta’ viżjoni talmistika Maria di Oigny. L-Appostlu Missierna mtella’ s-sema qed jiġi ntrodott lis-Santissima Trinità millProtomartri San Stiefnu. Fl-estremitajiet tal-knisja nsibu żewġ daħliet bi prospettiva u altar tal-irħam f’kull wieħed. Fuq naħa waħda nsibu dak dedikat lill-Qtugħ ir-ras ta’ San Pawl u l-miraklu tat-Tliet Funtani. Il-prospettiva hija disinn ta’ Giacomo Della Porta u hija xogħol il-marmista Stefano Longo. Il-kwadru fuq l-injam tpitter bejn l-1604-1605 mill-pittur Boloniż, Passerotto de’ Passerotti. Il-pittura li hija skura ħafna minħabba ħsarat u ħmieġ min-nugrufun taxxemgħa u restawri antiki, turi il-


Ir-riljiev fl-irħam tal-martirju ta' San Pawl.

mument eżatt meta permezz tal-martirju ta’ San Pawl, feġġew tliet għejjun mill-art ġewwa Acque Salvie. Ilkwadru juri sew li skont it-tradizzjoni jingħad li minn għonq San Pawl ħareġ ħalib u ħafna dawl li għammex dawk li kienu qed jassistu. Fil-parti ta’ fuq imbagħad jidher anġlu li kien għadu kemm ħataf il-maktur li kien qed jgħatti għajnejn Pawlu waqt il-martirju u li skont it-tradizzjoni xeddithulu mara twajba Rumana bl-isem ta’ Plautilla jew Perpetua. Fost l-aktar oġġetti għeżież f’dan is-santwarju u anke għalina il-Pawlini hija biċċa kolonna tal-irħam abjad u li skont it-tradizzjoni, San Pawl medd rasu fuqha biex jieħu l-martirju. Tradizzjoni oħra tgħid li Pawlu ntrabat ma’ din il-kolonna u rasu nqatgħet fl-arja. Din il-kolonna tinsab fuq pedestall f’kantuniera qrib l-artal tad-dekollazzjoni. Din hija magħluqa wara rixtellu sabiħ tal-ħadid ferrobattuto. Qabel ma kien inbena dan is-santwarju fil-bidu tas-seklu sbatax, il-kolonna kienet miżmuma fil-knisja tal-abbazija ta’ San Vinċenz u San Anastasju. Interessanti għalina huwa l-fatt li fl-1813, Malta kienet intlaqtet minn flaġell tal-pesta. Matul din l-epidemija, il-kapitlu tal-Kolleġġjata ddistingwa ruħu għallħidma kuraġġuża. Fosthom kien hemm tliet kanonċi li kienu tilfu ħajjithom wara li sfaw vittmi tal-flaġell. Wieħed minn dawn kien il-Kanonku Prepostu, Dun Giuseppe Camilleri. Kienu dawn il-merti speċjali li fl-1817, il-Papa Piju VII ried jirregala r-relikwija Insinji tal-kolonna tal-Qtugħ ir-Ras ta’ San Pawl lil din il-kolleġġjata. Il-Papa nkariga lill-Isqof Sagrista tiegħu, Mons. Fra Giuseppe Bartolomeo Menocchio biex jagħti din ir-relikwija lill-kapitlu. Kien Menocchio li personalment mar fis-Santwarju tat-Tre Fontane fejn inqatgħet parti mill-kolonna u solennement ta l-biċċa maqtugħa lill-Kan. Giovanni Romei li rċevieha f’isem il-Kapitlu. Jigifieri l-parti tal-kolonna li għandna miżmuma b’tant għożża fil-kolleġġjata tagħna ma hija xejn ħlief biċċa mill-parti ta’ isfel li tinsab fitTre Fontane. Ovvjament peress li l-parti ta’ fuq hija ttundjata, ma setgħetx inqatgħet minn hemm. Tajjeb ukoll ngħidu li din il-kolonna ġewwa t-Tre Fontane hija aktarx maqtugħa mill-istess post fil-Greċja bħal dik li għandna fil-kolleġġjata.

L-awtur mal-funtana ċentrali ġewwa s-Santwarju.

Is-Santwarju ta' Tre Fontane.

57


Iċ-ċella ċkejkna li jingħad li fiha nżamm Pawlu sakemm ingħata l-martirju.

Waqt ir-restawr li sar fuq din il-kolonna fl-2001, ir-restawratur Taljan, Giuseppe Mantella, kien qalli li l-irħam huwa tat-tip Proconnesio. Kienet użanza normali li r-Rumani jġibu l-irħam abjad għall-kolonni mill-Greċja minħabba l-kwalità tajba tiegħu l-aktar għaliex ma tantx kien ikun fih vini. Fl-istess santwarju tat-Tre Fontane mbagħad insibu artal ieħor maħdum eżatt bħal ta’ faċċata tiegħu. Dan huwa dedikat lil San Pietru u fih naraw kopja tal-kwadru talKruċifissjoni ta’ San Pietru. L-oriġinal ta’ Guido Reni kien tneħħa minħabba l-biża’ tas-serq u l-umdità qawwija li fih il-post. Dan illum jinsab esibit filPinakoteka tal-Musei Vaticani. Fis-saqaf insibu affreski mpittra li juru tliet mottivi ewlenin. Fin-nofs insibu monogramma ta’ Kristu mdawra b’raġġi u kuruna tar-rand madwarha. Fuq in-naħa tal-kappella ta’ San Pawl insibu mottiv b’żewġ anġli jżommu vażun tan-nar filwaqt li jżommu trumbetta u palma, it-tnejn simboli ta’ San Pawl. Isfel naraw il-kliem VAS ELECTIONIS. Lejn l-artal ta’ San Pietru, mottiv ieħor juri żewġ anġli jżommu arma filwaqt li f ’idejhom l-oħra naraw salib u kuruna. Taħt insibu l-kliem ta’ San Pawl stess, DOCTOR GENTIUM. Fl-aħħar ta’ din il-mawra ġewwa dan is-santwarju ltqajt ma’ persuna li jieħu ħsieb parti mill-post u malli semmejtlu li ġejjin minn Malta, mill-ewwel qalli bil-konnessjoni li hemm bejn il-kult Pawlin f ’Malta u fil-Kolleġġjata tal-Belt ma’ dik tatTre Fontane. Semmieli wkoll diversi

58

Il-Kolonna tal-martirju ta' San Pawl.

saċerdoti Maltin u Għawdxin li kienu u għadhom imorru ta’ spiss f ’dan il-post. Tajjeb insemmu hawnhekk li filkolleġġjata tagħna kienet twaqqfet il-Kongregazzjoni tal-Martirju ta’ San Pawl li kienet marbuta direttament mar-relikwa tal-kolonna. Din twaqqfet fil-21 ta’ Ġunju 1924 fuq rikors tal-Arċipriet Don Salvatore dei Conti Manduca u kkonfermata b’digriet tal-Arċisqof Mons. Mauro Caruana. Kienet magħrufa wkoll bħala s-Sodalità tal-Kolonna. Din twaqqfet fuq l-artal tal-kor fejn konna nsibu r-relikwija tal-Kolonna tal-Martirju ta’ San Pawl qabel ma din ġiet esposta fil-Kappella ta’ Santa Tereża mill-Arċipriet Alfred Camilleri wara li din inħarġet proċessjonalment waqt iż-żjara tal-Papa Gwanni Pawlu II fl-2001. Fl1925, din il-kongregazzjoni ngħaqdet mas-Sodalità Primaria delle Tre Fontane ta’ Ruma u din kompliet issaħħaħ l-għaqda ta’ bejn dawn iżżewġ santwarji Pawlini. Nagħlaq din il-mawra f ’dan issantwarju għażiż billi nħeġġeġ lil kull min għandu għal qalbu il-kult Pawlin li jżur dan il-post qaddis fl-inħawi ta’ Ruma sabiex ikompli jissaħħaħ u jikber fil-mixja ta’ tagħlim li ħallielna l-Appostlu Missierna San Pawl. Dan huwa l-aħħar minn kullana twila ta’ postijiet li San Pawl żar fl-appostolat tiegħu lill-ġnus u huwa l-lok fejn ħalla din l-art biex jirċievi l-kuruna tal-ġustizzja u jmur jiltaqa’ malĦallieq li tant iddefenda u għallem dwaru tul ħajtu.

Affresk ta' San Pawl fl-Abbazija ta' San Vinċenz u Anastasju.

"… Jiena ġa mxerred b’sagrifiċċju, u żmien it-tluq tiegħi wasal. Tqabadt it-taqbida t-tajba, temmejt il-ġirja, ħarist il-fidi. Mill-bqija hemm merfugħa għalija l-kuruna tal-ġustizzja, li biha f ’dak il-Jum iħallasni l-Mulej, l-Imħallef ġust, u mhux lili biss, imma wkoll lil dawk kollha li jkunu għexu bix-xewqa tad-Dehra tiegħu." It-Tieni Ittra ta’ San Pawl Appostlu lil Timotju. 2 Tim 4, 6-8, 16-18 Bibljografija: Bernacchio, Nicoletta. L’Abbazia delle Tre Fontane, Jehoshu’a, Roma, 2007.


10 ta' Frar 2012

Kwadru ta’ San Pawl fil-Knisja Parrokkjali ta’ San Girgor, Tas-Sliema Josè Borg Dan il-kwadru ta’ San Pawl jinsab fil-knisja parrokkjali ta’ San Girgor, eżattament fuq il-kappellun tan-naħa tal-lemin, fin-nofs bejn il-kwadri ta’ San Publiju u dak ta’ Sant’Agata. Ta’ min jgħid li kwadri bħal dawn ftit li xejn tara minnhom fil-knejjes tagħna għas-sempliċi raġuni tal-istil li bih tkun mibnija l-knisja. Fil-każ tagħna hawnhekk qegħdin nitkellmu fuq opra li hija amalgamata mal-istil Romanesk li b’dan l-istil hija mibnija l-knisja ta’ San Girgor. Il-kwadru huwa tal-ħġieġ u fih naraw lil San Pawl b’ħalqu kemmxejn imbexxaq, qiegħed jippriedka l-evanġelju b’subgħajh fuq skrizzjoni bil-Lhudi li biha San Pawl irid jgħidilna li qiegħed hawn flok Kristu sabiex ixandar il-bxara t-tajba. Taħt il-ktieb, naraw xabla, li tissimbolizza lil San Pawl bħala difensur tal-fidi. Dan il-kwadru ġie magħmul mid-ditta Bertuzzi ta’ Milan fl-Italja u sar fuq disinn tal-artist Eleodoro Coccoli li pitter il-kwadri kollha li jinsabu f’din il-knisja li ta’ min jgħid hija opra klassika tal-istil arkitettoniku tas-seklu għoxrin.

Ta’ min jinnota l-istil sempliċi li huwa liebes San Pawl b’libsa ħamra fuq sfond abjad kif ukoll il-baħar kaħlani bilmewġ kif ukoll il-gawwija, il-blata u x-xini wara San Pawl li ta’ min jgħid li aktarx il-kwadru jissimbolizza l-ħelsien mill-għarqa meta l-appostlu salpa fuq gżiritna. Ta’ min jinnota wkoll id-disinn dettaljat u rfinut tal-kwadru nnifsu. Fuq imbagħad bi stil komplimentari malkwadru tidher skrizzjoni żgħira bl-isem tal-qaddis “Paulus” filwaqt li fil-parti t'isfel, taħt saqajn San Pawl naraw l-arma ta’ Monsinjur Arċisqof Mikiel Gonzi li kkonsagra u bierek din l-istess knisja eżattament fil-11 t’Ottubru tas-sena 1949. Hija opra sabiħa li għalkemm m’għandhiex storja twila, tkompli ssebbaħ it-tempji t’Alla fi gżiritna partikolarment f ’dan il-każ il-parroċċa ta’ tas-Sliema dedikata lil wieħed milliktar papiet importanti li qatt kellha l-Knisja Kattolika, San Girgor il-Kbir.

Badges fl-okkażżjoni tal-Festa tan-Nawfraġju ta' San Pawl Id-dħul minn dawn il-badges imur b'riżq il-Festa.

Biex tirriserva kopja kkuntattja lill-membri tal-Għaqda fuq 9945 5522 jew 9944 1961

Item 1 - €7

Item 2 - €7 59


Programm tal-Festa tan-Nawfraġju ta’ San Pawl ‒ Valletta 2012

Eku tad-XIX-il Ċentinarju ta’ San Pawl Nawfragu f ’Malta

Ir-relikwija talKatina ta’ San Pawl Michael Galea Iċ-ċelebrazzjonijiet solenni li kienu saru fid-XIX-il Ċentinarju tanNawfraġju tal-Appostlu San Pawl f’Malta fl-1960 tniżżlu b’ittri taddeheb fl-istorja tal-Knisja tal-Gżejjer Maltin. F’dik l-okkażjoni kienet inġiebet f’Malta minn Ruma l-Katina li biha kien marbut San Pawl bħala priġunier. San Luqa fl-Atti tal-Appostli jsemmi diversi drabi meta Pawlu kien mixħut fil-ħabs u marbut bil-ktajjen. Iżda f’Ruma hemm il-Katina li biha kien marbut San Pawl bħala priġunier meta kien Ruma. San Luqa fl-Atti tal-Appostli jikteb li peress li Pawlu kien appella għal Ċesri, qal lill-Lhud ta’ Ruma: “Jien sejjaħtilkom biex narakom u nkellimkom; għax minħabba t-tama ta’ Israel jien imdawwar b’ dil-Katina”. Qed insemmu dan għaliex hemm rabta mar-relikwija tal-Katina ta’ San Pawl li kienet inġiebet f’Malta fil-festi ċentinarji Pawlini tal-1960 fuq talba ta’ Mons. Mikiel Gonzi, Arċisqof Metropolita ta’ Malta. Papa Ġwanni XXIII (1958-63) kien laqa’ din it-talba. Ir-Relikwarju kien fih il-ħoloq talKatina li, skont tradizzjoni antika ħafna, kienu marbutin idejn San Pawl meta kien miżmum bħala priġunier f’Ruma bejn 61 u 63 AD. Dwar din il-Katina kiteb San Ġwann Krisostmu (c.349-407) u wkoll San Gregorju l-Kbir (590-604). Dan tal-aħħar kiteb li din ir-Relikwija għamlet ħafna mirakli u li pellegrini minn kull parti tad-dinja qiemu din ir-relikwija u talbu jiksbu frammenti u bċejjeċ tagħha (Ep. 30 Ad Constantinam Augustam). Kien tassew privileġġ uniku għal Malta li l-Papa Ġwanni XXIII ikkonċeda li din ir-Relikwija tinġieb f’Malta biex tkompli żżid fid-devozzjoni fis-sena

60

taċ-ċelebrazzjonijiet pawlini. Mill-inqas sa mit-tmiem is-seklu erbgħa, skont kif isemmi fil-kitba tiegħu San Ġwann Krisostmu, irrelikwija tal-Katina ta’ San Pawl ilha tinżamm fil-Bażilika ta’ San Paolo Fuori le Mura. Din il-Bażilika titqjies bħala l-akbar knisja f’Ruma wara dik ta’ San Pietru. Hija waħda mill-erba’ bażiliki maġġuri ta’ Ruma; inbniet mill-Imperatur Kostantinu fis-sena 314 WK fuq iċ-ċella memoriae ta’ San Pawl. Sfortunatament, mill-knisja oriġinali ma baqa’ xejn għaliex din inħarqet f’Lulju 1823. Il-knisja li hemm illum ġiet ikkonsagrata millPapa Piju IX (2846-78). Kien f’din ilBażilika li Papa Ġwanni XXIII ħabbar f’Jannar 1959 il-Konċilju Vatikan II. U l-Papa Pawlu VI (1963-78) laqqa’ sessjonijiet tal-Konċilju Ekumeniku f’din il-Bażilika. Ir-Relikwija tal-Katina ta’ San Pawl waslet f’Malta fl-20 ta’ Lulju 1960, meta wasal il-Kardinal Louis Joseph Muench, legat tal-Papa Ġwanni XXIII, biex ta bidu għaċ-ċelebrazzjonijiet pawlini fl-okkażjoni tad-XIX-il Ċentinarju tan-Nawfraġju ta’ San Pawl f’Malta. Ir-Relikwija tal-Katina nġiebet mill-Abate tal-Bażilika San Paolo Fuori le Mura, Monsignor Dom Cesario D’Amato (1904-2000), li kien akkumpanjat minn żewġ Benedettini tal-istess Abbazia, Dom Giuseppe Turbessi OSB u Dom Luca Collino OSB. Fuq lanċa, abbord membri tal-Kumitat Organizzattiv taċĊelebrazzjijiet Pawlini, ir-Relikwija tal-Katina twasslet l-art. Mal-merħba kbira u spontanja li l-poplu Malti ta lill-Legat Kardinal Muench, l-entużjażmu laħaq l-aqwa tiegħu meta minn abbord dehret nieżla r-Relikwija, u mill-Forti Sant’Anġlu nstema’ l-isparar ta’ ‘salut’.

Ir-Relikwarju tal-Katina li biha kien marbut San Pawl bħala priġunier f'Ruma u li nġiebet Malta għall-festi ċentinarji Pawlini fl-1960.

Qabel il-wasla fil-Kon-Katidral talKardinal Legat, fost dimostrazzjoni kbira waslet fuq karrozza dekorata kollha fjuri r-relikwija tal-Katina; din tqiegħdet fl-Oratorju tal-Kon-Katidral għall-qima tal-fidili. Ir-Relikwija kien ħadha lura l-Kardinal Legat fi tmiem iċ-ċelebrazzjonijiet pawlini, l-24 ta’ Lulju 1960. Meta nġiebet f’Malta fl-1960 il-Katina kellha ħdax-il ħolqa; illum għandha disa’ ħoloq (links) peress li fuq talba talArċisqof Ortodoss ta’ Atene u l-Greċja kollha, il-Beatu Papa Ġwann Pawlu II (1978-2005) ta żewġ ħoloq lill-knisja ta’ Atene f’Diċembru 2006. Fl-1960 meta saru ċ-ċelebrazzjonijiet Pawlini f’Malta, ġewwa Ruma kienu qed isiru t-tħejjijiet tal-festi biex ifakkru l-miġja ta’ San Pawl f’Ruma (1961). President tal-Kumitat Pawlin f’Ruma kien l-Abate Dom


Cesario D’Amato, li kien akkumpanja r-Relikwija tal-katina f’Malta. Bħala preparazzjoni għal dawk il-festi, ilPatrijiet Benedettini tal-Bażilika ta’ San Paolo Fuori le Mura ħadu r-relikwija għall-pellegrinaġġi madwar il-parroċċi tal-Vatikan. Dan ifisser li l-ewwel darba li r-Relikwija kienet ittieħdet ’il barra minn parroċċa f’Ruma kienet sewwasew meta nġiebet f’Malta fl-1960. Kienet ġrajja u avveniment singulari ta’ privileġġ speċjali fl-istorja ta’ din ir-Relikwija prezzjuża ta’ San Pawl; kienet l-ewwel darba li qatt ittieħdet mill-belt eterna biex inġiebet f’Malta. Din ir-relikwija tal-Katina ta’ San Pawl tfakkar ukoll fin-nawfraġju tal-Appostlu li wasal fostna bħala priġunier. Din ir-Relikwija għażiża tissokta torbot lil Malta ma’ Ruma. Il-ħoloq tal-katina ta’ San Pawl illum huma esibiti f’kaxxa artistika tal-bronż u l-kristall; għandha sfond tal-ħarir, u wieħed jista’ jara ċar id-disa’ ħoloq tal-Katina flimkien ma’ żewġ muniti Rumani fit-truf tagħha li juru wiċċ l-Imperatur Neruni biex ifakkru li San Pawl kien miżmum priġunier u ħa l-martirju taħt dan l-imperatur. Qiegħda qrib il-qabar tal-Appostlu fil-Bażilika papali ta’ San Paolo Fuori le Mura. B’dan il-mod din ir-Relikwija, meqjusa bħala l-aktar importanti tal-appostlu tal-Ġnus, hija esposta aħjar għall-qima tal-pellegrini. Meta l-Katina nġiebet f’Malta kienet tinżamm f’Ciborium tad-deheb u kristall. Fl-imgħoddi r-Relikwija kienet tinżamm fil-kappella tal-Abazia Benedettina fl-istess Bażilika. Ġie deċiż li titqiegħed fejn hija llum fuq l-altar tal-‘Confessio’ fit-28 ta’ Ġunju 2007, lejliet is-Solennità tal-martirju ta’ San Pietru u San Pawl waqt ilVespri ċelebrati fl-istess Bażilika Patrijarkali ta’ San Paolo Fuori le Mura meta l-Papa Benedettu XVI (2005- ) uffiċjalment iddikjara s-Sena 2008 dedikata li San Pawl. Ta’ kull sena waqt iċ-ċelebrazzjoni liturġika tas-Solennità ta’ San Pawl fid-29 ta’ Ġunju, il-Katina tittieħed f’proċessjoni madwar il-Bażilika millAbate ta’ San Paolo Fuori le Mura. F’dawn l-aħħar snin il-proċessjoni ħadet dimensjoni ekumenika peress li jieħdu sehem fiha ħafna nsara ortodossi u protestanti.

Il-Bażilika ta' San Pawl f'Ruma fejn tinsab ir-relikwija tal-katina ta' San Pawl Appostlu.

Ir-Relikwija Katina li biha kien marbut l-Appostlu San Pawl, maħruġa barra mirrelikwarju tagħha għall-espożizzjoni.

Il-Katina Relikwija li biha kien marbut San Pawl bħala priġunier f’Ruma, esposta għallvenerazzjoni tal-fidili fil-Bażilika ta’ San Paolo Fuori le Mura, Ruma.

61


Programm tal-Festa tan-Nawfraġju ta’ San Pawl ‒ Valletta 2012

San Pawl l-ewwel teologu tal-Kristjaneżmu

Giuseppe Pulcinelli

L-attenzjoni ewlenija tiegħu hija fuq dak li Alla wettaq fi Kristu għall-bniedem, lil hinn minn kull distinzjoni soċjali, kulturali u reliġjuża. Fl-isfond imżewwaq tal-mod kif tifhem il-Kristjaneżmu talewwel żminijiet – li jidher fil-kitbiet tat-Testment il-Ġdid – Pawlu huwa l-leħen li jingħaraf minn oħrajn u li tant drabi ma jkunx daqshekk armonizzat magħhom. Il-mod tiegħu li jikkonċentra fuq dak li huwa essenzjali muri b’mod passjonali – u xi kultant anki b’ton polemiku biex ma jċedi għal ebda kompromess – qajjem sa mill-bidu fehmiet li ma jaqblux miegħu, tant hu hekk li diġà fit-tieni u t-tielet seklu nsibu min jakkużah li huwa apostata jew appostlu tal-eretiċi. Fl-istorja tal-Knisja, l-Ittri tiegħu kellhom influwenza qawwija ħafna. Biżżejjed wieħed jara fost l-oħrajn issehem deċiżiv li l-Ittri tiegħu kellhom fuq il-konverżjoni u l-ħsieb ta’ Santu Wistin (seklu IV-V), jew l-ispirazzjoni tar-Riforma Protestanta ta’ Luteru (seklu XV). Barra minn hekk fis-seklu li għadda l-kumment li għamel Karl Barth dwar l-Ittra lir-Rumani (1922) immarka l-mogħdija mill-Protestanteżmu liberali għall-iskoperta mill-ġdid tal-grazzja ta’ Alla bħala element fundamentali talKristjaneżmu. Dan kollu jġegħilna naraw u nduqu l-għana spiritwali li wieħed jikseb meta jaqra b’attenzjoni u b’qalb miftuħa l-Ittri ta’ Pawlu; jekk nirriflettu l-messaġġ tiegħu niltaqgħu qabel xejn ma’ bniedem mibdul tassew bil-laqgħa miegħu ma’ Kristu. Il-fama magħquda mal-ġrajja ta’ Damasku għamlet minnu l-ewwel ikkonvertit kbir tal-istorja Nisranija.

Meta niġu f ’kuntatt mal-Appostlu Pawlu nsibu ruħna quddiem l-ewwel teologu veru tal-Kristjaneżmu: huwa ma wasslilniex dak li qal u għamel Ġesù iżda jittrasmettilna riflessjoni fuq Ġesù u fuq il-Knisja filwaqt li jitlaq millesperjenza konkreta tal-appostolat u x-xhieda personali. F’dan is-sens huwa jagħti sintesi ġdida biex wieħed jifhem l-Evanġelju fid-dawl tat-tħabbiriet ilqodma li saru lill-poplu tal-patt. 62

Minn Lhudi mħeġġeġ, ħarries kburi tal-Liġi, Pawlu ħalla ’l ħajtu tinqaleb u aċċetta jitlef dak kollu li għalih kien ifisser sigurtà biex jinxteħet għall-qadi tal-Evanġelju li għalih kien sinonimu mal-persuna ħajja ta’ Kristu: “Għalija l-ħajja hi Kristu, u l-mewt hi rebħ” (Fil-1:21); “Minħabba fih ridt li nitlef kollox, u ngħodd kollox bħala knis, biex nirbaħ lil Kristu, u nkun ninsab fih” (Fil 3:8-9). Il-kuntatt fil-fond ma’ Pawlu ma jistax iħallina indifferenti: ir-radikalità dejjiema tal-Evanġelju li hu pprietka twassalna biex naħsbu kif aħna tassew Insara anki llum fis-seklu XXI u hekk ma jonqosx li terġa’ tqajjem fina mill-ġdid sens ta’ meravilja u stagħġib. (Mill-Ktieb Jgħix Fija Kristu; San Pawl: il-ħajja, l-ittri, ilħsieb u l-imkejjen. Pubblikazzjoni Ruħ, Reliġjon u Ħajja, Franġiskani Konventwali. Traduzzjoni P. Paul Darmanin OFM Conv.)


10 ta' Frar 2012

Is-Saqaf tal-Kolleġġjata (II) Analiżi Teknika u ta’ Konservazzjoni Xogħol ta' restawr fuq il-pittura tal-abside

Robert Cassar

M.A. History of Art; B.Cons.(Hons.); B.A.(Hons.)

Is-sena l-oħra, f ’artiklu li kien pubblikat fil-ktieb tal-festa, kont tkellimt dwar ir-restawr li kien qed isir fuq is-saqaf tal-kappellun ta’ San Ġużepp. Ir-restawr kien kompletament lest lejn l-aħħar ta’ April. Qabel ma tneħħa l-armar minn postu, kien aċċertat li kollox kien lest u fi stat tajjeb. L-Arċipriet, il-Kanonku Dun Alfred Camilleri, flimkien mal-Kapitlu ddeċidew li jibqgħu mexjin bil-proġett tas-saqaf u ħejjew l-arranġamenti meħtieġa sabiex jinbeda r-restawr fuq is-saqaf tal-kappellun l-ieħor, dak dedikat lil San Gejtanu. Lejn l-aħħar ta’ Mejju, bil-għajnuna tas-Sur Emmanuel Cini u l-ħaddiema tiegħu, iżżarma l-armar millKappellun ta’ San Ġużepp u kollox intrama fil-kappellun ta’ faċċata. Għal dan il-għan, kellha tingħalaq ilknisja minħabba l-periklu u għalhekk xi quddies sar fl-Oratorju tal-Karità. Meta nkixef is-saqaf, kien hemm ħafna kummenti pożittivi rigward irriżultati li ntlaqgħu permezz ta’ dan ir-restawr tant meħtieġ. Din is-sezzjoni mis-saqaf talKolleġġjata nistgħu ngħidu li reġgħet ħadet il-ħajja permezz tal-vivaċità tal-kuluri u d-deheb li reġgħu ħarġu minħabba li kienu ntfew biż-żmien. Wara li l-armar kollu tqiegħed f ’postu, wieħed seta’ jara mill-viċin ilħsarat li kien hemm fis-saqaf. Minn isfel, kien diffiċli li wieħed janalizza dan minħabba l-fatt li d-dekorazzjoni tal-pasta, għajr xi titjir ’l hawn u ’l hemm, kien jidher li kollox għadu f ’qagħda tajba. Imma mill-viċin issitwazzjoni kienet turi mod ieħor. Kien jidher ċar li fil-passat kien hemm infiltrazzjoni qawwija ta’ ilma li daħal mill-bejt. Dan iddeterjora l-imsiemer tal-ħadid li kienu qed

Il-firma u data li jinsabu fuq l-abside.

iżommu d-dekorazzjoni tal-pasta. Minħabba dan, is-sadid qasam il-pasta u f ’xi każi anke waqgħu xi partijiet. Minbarra din il-ħsara, instab ukoll li l-ġebla tas-saqaf hija mimlija bl-imluħa permezz tal-ilma li kien daħal. Manifestazzjonijiet ta’ mluħa simili kienet tidher fl-affreski, speċjalment f ’dak tal-abside. Il-kompożizzjoni tax-xeni hija identika għal dik tal-kappellun ta’ San Ġużepp. B’kollox insibu erbgħa pitturi affreskati. L-akbar waħda hija dik tal-abside li turi d-dehra tal-anġlu lil San Pawl waqt il-maltempata li kienu nqabdu fiha filwaqt li jgħidilhom biex jagħmlu l-qalb. Fuq il-lemin jidhru baħrin qed jarmu t-tagħbija l-baħar. Fil-parti ta’ isfel insibu l-firma, “A. Palombi 26 Luglio 1905”. Fil-pittura tan-nofs, naraw raffigurata mara liebsa l-abjad bilqiegħda fuq

tron. Hija tirrappreżenta l-knisja u qed tħaddan l-ewkaristija f ’idejha. Maġenb saqajha, naraw il-kotba talereżija jinħarqu li minnhom ħiereġ il-ħażen forma ta’ serpent. Fil-lunetti ta’ fuq iż-żewġ twieqi, nsibu żewġ affreski oħra b’żewġ anġli f ’kull waħda. Ix-xogħol ta’ restawr involut kien simili ħafna għal dak li sar fil-kappellun l-ieħor. Dan kien jinvolvi li l-ġebla u l-partijiet l-oħra involuti jitnaddfu mill-melħ. Id-dekorazzjoni tal-pasta, f ’ċerti bnadi kellha tiżżarma, titnaddaf u terġa titwaħħal fil-post permezz ta’ pinnijiet stainless steel. F’xi każijiet sar anke konsolidament u rikostruzzjoni tal-ġibs. Sar anke tindif tad-deheb u l-partijiet talisfond fejn iż-żebgħa kienet tfarfret regħu nżebgħu bl-istess kuluri kif kienu oriġinarjament.

63


Dettall ta' wieħed mill-uċuh fl-abside fejn tidher manifestazzjoni ta' melħ.

Parti mis-saqaf fejn jidher li ż-żebgħa waqgħet minħabba l-melħ li daħal fil-ġebla.

64

Dettall tad-dekorazzjoni tal-pasta fej tidher il-ħsara permezz tas-sadid li qasam il-ġibs.


BOV Internet Banking BOV Telephone Banking BOV Mobile Banking BOV Customer Service Centre Banking

convenient, simple and secure access to your finances Visit one of our branches or log on to www.bov.com for more information.

Your success is our goal.

BOV 24Ă—7 SERVICES

BOV 28583

2131 2020 I bov.com Issued by Bank of Valletta p.l.c. 58, Zachary Street Valletta VLT 1130 - Malta



Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.