EvErything wE do is focusEd around you A strong instinct combined with good business acumen and backed by years of experience has made us leaders in our field. We have always worked towards one goal - ‘to meet our customers needs as precisely and efficiently as possible, without negatively impacting our surroundings’. This is what drives us, what inspires us to be at the top of our league.
Head Office: Msida Road, Gzira GZR 1405, Malta | Tel: 21 345 123 Fax: 21 345 377 | insurance@gasanmamo.com
www.gasanmamo.com GasanMamo Insurance is authorized to carry on business of Insurance regulated by the MFSA
Programm tal-Festa tan-Nawfraġju ta’ San Pawl ‒ Valletta 2011
Tifkira tal-Festa Solenni tan-Nawfraġju ta’ San Pawl li se ssir fl-Insinji, Kolleġġjata, Matriċi, Veskovili, Parrokkjali u Prinċipali tal-Belt Valletta Programm tal-Festa San Pawl Nawfragu, Valletta - 10 ta’ Frar 2011 3 Missierna San Pawl Mexxina u Ħarisna Rev. Kan. Alfred Camilleri, Arċipriet 6 San Pawl, blata tal-fidi Etienne Montfort, President tal-Għaqda tal-Pawlini 8 Proġetti fil-Knisja Kolleġġjata ta’ San Pawl Nawfragu Rev. Kan. Alfred Camilleri, Arċipriet 14 San Pawl ta’ Messina ġewwa San Pawl tal-Belt Valletta Mons. Ġwann Azzopardi 19 Inżommu t-tradizzjonijiet ta’ missirijietna ħajjin Dr. Alexiei Dingli, Sindku tal-Belt Valletta 22 Il-Wirja “San Pawl f’Malta’’ fil-Berġa ta’ Kastilja Rev. Kan John Ciarlò 28 San Pawl għand is-Sorijiet ta’ Sant’ Ursola L-Onorevoli Dr Tonio Borg, Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Affarijiet Barranin 30 Soċjetà li kulħadd iħares lejha b’rispett Charles Camilleri, President tas-Soċjetà Filarmonika Nazzjonali "La Valette" 31 Marċi li ser jiġu esegwiti mill-Banda Soċ. Fil. Naz. "La Valette" 38 1950 sena ta’ tifkira Pawlina - Vincent Farrugia 42 Programm tal-Festa fil-Knisja 46 Programm tal-Festa Esterna 48 Restawr tal-kaxxarizzi barokki fis-sagristija tal-Kolleġġjata Josef Aquilina 55 Apprezzament - Vince Farrugia 58 2001-2011 Għaxar snin ta' ħidma u suċċessi - Antoine Farrugia 62 Is-Saqaf tal-Kolleġġjata - Analiżi Teknika u ta’ Konservazzjoni - Robert Cassar 68 Analiżi tal-Innu Popolari lil San Pawl Appostlu Christopher Bonnici 70 Mons. Emanuele Debono DD (1841-1907) Winston L. Zammit 73 Festa 1911 - Martin Gravina 74 Tagħrif storiku - Mitt sena ilu Kan. John Ciarlò 78 L-Isqof Lorenzo Astirias u l-Kolleġġjata tal-Belt Michael Galea
Ritratt tal-Kopertina: Kwadru: In-Nawfraġju ta' San Pawl Artist: Francesco Vincenzo Zahra (1710 - 1773) Post: Kurja Arċiveskovili, Floriana
1
Għaqda tal-Pawlini Valletta
Rev.mu Kapitlu tal-Insinji Kolleġġjata San Pawl Nawfragu tal-Belt Valletta
President Onorarju (Fundatur) • Paul
• Rev. Arċipriet Kan. Alfred Camilleri, B.A., Lic. D. • Rev. Kan. Kantur Giovanni Borg
Asciak LRSM. P&T, FLCM., Hon TCL., MQR
Presidenti Onorarji
• Francis Tabone • Paul • Louis Attard • Paul • Dr. Ray Bondin
J. Galea Spiteri
• Victor Enriquez • Hector Bruno
Kumitat • Etienne
Montfort
• Mario
Cassar
• Paul
Grima
• Dione
Montfort
• Paul
Spiteri
• L-E.T. Mons. Paul Giglio, S.Th. D. (Greg) • Rev. Mons. Anton Galea, B.A., Lic. D. • Rev. Mons. Philip Calleja, A.M., P.E.P., M.O.M. Cap. SS., O.S.J. • Rev. Kan. Feliċ Tabone
Segretarju
Teżorier
MSc (Strat IT Mgmt); BSc (Hons); MIMIS (Grad); MIAP; MCP; MSCA; OSS
P.R.O./Assistent Teżorier
• Joseph
Cremona
Direttur Armar
• Antoine
Farrugia
Direttur Artistiku
• Mario
Tonna
• Ivan
Kummissjoni Sît Elettroniku • Paul
Direttur – Dar il-Pawlini
Mizzi
• Joe
Baldacchino
• Paul
• Douglas
Mifsud
• Clint
President
Segretarju
• Roderick Abela • Clint Cremona • Ryan Polidano
ĦARĠA SPEĊJALI TAL-FESTA
Il-Ħarġa Speċjali tal-Festa hija pubblikazzjoni li l-Għaqda tal-Pawlini toħroġ darba fis-sena fl-okkażjoni tal-Festa tan-Nawfraġju ta’ San Pawl li tiġi ċċelebrata kull sena fl-10 ta’ Frar.
Cremona
Viċi-President
Bord Editorjali
Mifsud
Teżorier
• Gilmar Zammit • Alan Xerri
Magro
• Joswè
Montfort
Rappreżentant Fergħa Nisa • Mariella Zammit • Salvina Sciberras
• Maria
Kummissjoni Elettorali
Tabone
• Joseph Bartolo • James Mulholland • Marcel Zammit Marmarà, B.A. ; Dip. LIS; M.A. • Donald Parsons, Dip. Hlth. Sc., B.Sc., (Hons.) M.L.S. • Joseph Huber, LRSM., Dip. Educ. (Adm. & Mangt.) • Simon Farrugia • Holger Camilleri • Jeremy Dalli
• Salvatore Rocco • Vince Magro • Shaun Bonaci
Kummissjoni Armar
• Mario Cassar • Joseph Cremona • Antoine Farrugia • Simon Farrugia • Paul Cremona • Mario Tonna • Stephen Baldacchino
2
• Rev.
Kan. John Ciarlò, B.A., Lic. D.
• Vince
Tabone
Fergħa Nisa Pawlini
Kummissjoni Nar
Editur: Chairman Membri tal-Bord:
Membri Co-opted
• Grace Bruno • Anne Bugeja
Spiteri
(Strat IT Mgmt); BSc (Hons); MIMIS (Grad); MIAP; MCP; MSCA; OSS
Micallef
• Stephen
• Doris
Kan. Michael Zammit, S.Th. D. Lic.Ph.B. Kan. Mattew Magri, Lic. D. Mons. Alex Cordina, B.A., Lic. D. S.Th. Lic. Cap. SS. Kan. Antoine Borg • Rev. Kan. Karm Busuttil, Magister Iuris (Int. Law)., S.Th.Dip.,
B.A., (Hons)., M.A. (Human Rights & Democ.)., M.A. (Diplomatic Stud).
Briffa Farrugia
Fergħa Żgħażagħ Pawlini
• Karl
• Rev. • Rev. • Rev. • Rev.
Asst. Dir. Armar
Reviżuri tal-Għaqda tal-Pawlini • John
Kan. Kanċellier John Ciarlò, B.A., Lic. D. Kan. Frans Perici • Rev. Kan. Karm Zammit, B.A., Lic. D. • Rev. Kan. Giuseppe Grech Cremona B.A., Lic. D. • Rev. Kan. Penitenzier Vinċenz Borg, B.S. Th. (Viċi-Parroku) • Rev. Kan. Lawrenz Zammit
Kanonċi Onorarji
President Viċi-President
• Rev. • Rev.
Farrugia
• Etienne
Montfort
• Robert Cassar, MA (History of Art); B Cons (Hons); BA (Hons)
• David Cassar B.A. & A. (Hons.) A&CE
• Marcel Zammit Marmarà B.A., Dip. LIS, M.A.
• Pawlu
• Ivan
Cumbo
• Stephen
Baldacchino
Briffa Farrugia
• Pawlu
Mizzi, Dip. Ind. Design
Uffiċċju Amministrattiv:
Għaqda tal-Pawlini Dar il-Pawlini, 195 Triq Sant’ Ursola, Valletta, Malta. e-mail: info@sanpawlmalta.com sît elettroniku: www.sanpawlmalta.com
Fotografu Uffiċjali: Mario Mintoff Ħajr lil: Paul Xuereb (fotografu) Mitbugħ:
PROGRESS PRESS LIMITED 341 St Paul Street Valletta VLT 1211 Malta Email. info@progresspress.com.mt Tel. (356) 2124 1464 Fax. (356) 2124 1336
Programm tal-Festa tan-Nawfraġju ta’ San Pawl ‒ Valletta 2011
Missierna San Pawl Mexxina u Ħarisna
Jien ċert li għadhom friski f ’moħħna l-festi kbar li ċċelebrajna fl-okkażjoni tal-1950 sena mill-miġja ta’ San Pawl fostna. Ktibna paġna ġdida fl-istorja tal-Parroċċa meta għallewwel darba l-purċissjoni bl-istatwa ta’ San Pawl niżlet fil-qalba tal-parroċċa, fiż-żona tal-Arċipierku. Kemm ferħu l-Pawlini li jgħixu hemm b’din l-inizjattiva! Żgur li baqgħet stampata f ’qalbna x-xena kommoventi meta poġġejna l-istatwa ta’ San Pawl quddiem ilmonument tat-Tifkira, faċċata tal-bokka tal-port meraviljuż u tlabna bil-ħerqa kollha biex San Pawl ibierek dak kollu li b’xi mod jew ieħor jidħol fil-gżejjer Maltin u jbiegħed minna dak li jagħmlilna l-ħsara speċjalment dak li jolqot ħażin il-wirt nisrani li l-Appostlu ħallielna. F’dan l-anniversarju għedna grazzi lil Alla li permezz ta’ Pawlu waslitilna l-aħbar it-tajba tant kmieni, u għedna grazzi wkoll lil missirijietna li matul dawn l-1950 sena minkejja tant diffikultajiet, tfixkil u taqlib soċjali, irnexxielhom iwasslulna bla mittiefsa l-fidi u l-valuri kollha nsara.
Rev. Kan. Alfred Camilleri, Arċipriet tal-Kolleġġjata San Pawl Nawfragu
Illum tinħass fostna ċerta arja ta’ pessimiżmu. Huwa veru li l-valuri ta’ ġensna llum m’għadhomx bħal dawk ta’ qabel. Veru wkoll li hawn ċerta bruda u indifferenza għall-ħwejjeġ qaddisa, iżda nħoss li nkunu niżbaljaw jekk naċċettaw l-impressjoni li xi wħud iridu jagħtu, li pajjiżna ċaħad għal kollox ir-ruħ nisranija tiegħu. Bil-ħażin u bittajjeb tagħna, ma naħsibx li nkunu realistiċi jekk ngħidu li s-soċjetà Maltija warrbet dak li għal tant żmien kien għażiż għaliha. Quddiem l-isfidi kbar li għandna quddiemna, l-Insara Maltin hemm bżonn li jsaħħu lilhom infushom filfidi, jitolbu aktar, jisimgħu u jaqraw aktar il-Kelma t’Alla, u jieħdu sehem aktar ta’ spiss fiċ-Ċelebrazzjoni Ewkaristika. J’Alla ż-żmien tal-festa jkun żmien ta’ barka fuqna lkoll. Huwa żmien fejn kulħadd ikun mistieden jiġi d-dar t’Alla ħalli jiċċelebra u b’qalb mimlija ferħ u entużjażmu jiftaħ qalbu għal-leħen tal-Maħbub. Nitolbu lil Missierna San Pawl isaħħaħna fl-imħabba tagħna lejn Ġesù li għalih Hu kien lest li jitlef kollox. Nixtieq il-festa t-tajba lil kulħadd.
3
BOV Internet Banking BOV Telephone Banking BOV Mobile Banking BOV Customer Service Centre Banking
convenient, simple and secure access to your finances Visit one of our branches or log on to www.bov.com for more information.
Your success is our goal.
BOV 24Ă—7 SERVICES
BOV 28583
2131 2020 I bov.com Issued by Bank of Valletta p.l.c. 58, Zachary Street Valletta VLT 1130 - Malta
Programm tal-Festa tan-Nawfraġju ta’ San Pawl ‒ Valletta 2011
San Pawl, blata tal-fidi Nagħtikom merħba. Għal sena oħra reġa’ mess lili biex nikteb dan il-messaġġ fl-okkażjoni tal-festa ddedikata lin-Nawfraġju ta’ San Pawl iċċelebrata bl-aktar mod dinjituż fil-kapitali tagħna. Għadna kif ħriġna mill-festi natalizji u bdejna sena oħra ġdida mimlija sfidi għas-soċjetà tagħna. Jalla dawn l-isfidi ngħarrfu nindirizzawhom flimkien b’mod li s-soċjetà tagħna tibqa’ b’saħħitha għall-ġenerazzjonijiet futuri.
Din hija l-gżira ta’ Pawlu. Aħna lkoll nissejħu wliedu għax kien hu l-ewwel wieħed li ġabarna fil-Knisja ta’ Ġesù u bdejna nissejħu nsara. Għalhekk huwa dmir u obbligu tagħna lkoll li dan il-patrimonju reliġjuż li għaddewh lilna missirjietna, inkunu aħna stess li ngħadduh bla mittiefes lil ta’ warajna. Għaddew għaxar snin mill-bidu tat-tielet millennju u meta nqallbu l-paġni tal-istorja malajr insibu dawk il-ġrajjiet memorabbli li għadda minnhom dan in-nazzjon. Biss però ma niqfux hemm. Warajha nagħmel il-mistoqsija: Għaliex ġara dan kollu? Tajjeb li wieħed jirrifletti ftit meta wieħed jintebaħ li qed ngħixu f ’dinja mgħaġġla li qed iżżommna
6
Etienne Montfort, President, Għaqda tal-Pawlini
kontinwament aljenati fejn ġrajja taqla’ lill-oħra mingħajr ma nieqfu u naħsbu fuq is-sinjifikat ta’ dawn il-ġrajjiet. Xtaqt naqsam magħkom il-ħsibijiet tiegħi dwar tliet avvenimenti li tista’ ssejħilhom eċċezzjonali meta fis-sena 2001 ġie fostna l-Qdusija Tiegħu, il-Papa Ġwanni Pawlu II, żjara memorabbli fuq il-passi ta’ Missierna San Pawl biex jibbeatifika lil tliet ħutna Maltin. Ftit tassnin wara, il-Papa Benedittu XVI ipproklama s-Sena Pawlina 20082009 għall-Knisja Universali li fiha l-Knisja Maltija kellha sehem importanti biex jitfakkar l-2000 sena
mit-twelid tal-Qaddis San Pawl. Biex tiġi fit-tmiem tagħha s-Sena Pawlina, il-Papa Benedittu XVI bagħat fostna d-Delegat Tiegħu, il-Kardinal Ennio Antonelli biex jagħlaq dawn iċċelebrazzjonijiet. F’April tas-sena 2010, tfakkar l-1950 anniversarju mill-miġja ta’ San Pawl f ’Malta. Il-Qdusija Tiegħu l-Papa Benedittu XVI kien hawn fostna biex imexxi huwa stess dawn iċ-ċelebrazzjonijiet fl-okkażjoni ta’ dan l-anniversarju daqshekk importanti għall-Knisja u l-kommunità Maltija. Ċertament għexna esperjenzi sbieħ fejn nistgħu ngħidu li kienu mumenti ta’ grazzja kbira għal dan il-poplu privileġġjat u mbierek minn San Pawl. Tgħid San Pawl reġa’ qed ikellem lil uliedu Maltin f ’dawn iż-żminijiet permezz ta’ dawn il-ġrajjiet? Naħseb li kien żmien opportun biex ilfamilja Maltija terġa’ ddur lejn l-għeruq tagħha u fejn il-knisja f ’Malta kellha terġa’ tiżra’ fina t-tagħlim li għaddielna Missierna San Pawl permezz ta’ diversi forom li kienu jinkludu katekeżi Pawlina, rappreżentazzjonijiet, u esibizzjonijiet konnessi mal-ħajja tal-Qaddis.
Il-Parroċċa Pawlina kienet attiva ferm f ’dawn l-aħħar snin fejn kienet protagonista f ’dawn iċ-ċelebrazzjonijiet kbar li m’għandix dubju li ħallew fina ħafna ġid spiritwali filfamilji tagħna. L-Għaqda tal-Pawlini kellha sehem importanti u ħadet diversi inizjattivi biex setgħu isiru dawn il-festi kbar li ħallew il-marka tagħhom fl-istorja tal-Għaqda u talParroċċa tagħna. Ma nistax f ’din il-kitba ma nsemmix il-festa li saret f ’Ottubru li għadda fejn il-Parroċċa tagħna għalqet iċ-ċelebrazzjonijiet tal-1950 anniversarju min-Nawfraġju ta’ San Pawl f ’Malta. Kienet festa oħra memorabbli ċċelebrata fil-Parroċċa fejn inkitbet ukoll paġna ġdida fl-istorja tal-Parroċċa meta l-vara devota ta’ San Pawl imxiet proċessjonalment fit-toroq tal-Parroċċa fil-qalba tal-Pawlini. Kienet festa indimentikabbli u l-merħba li ngħatat mill-parruċċani kienet waħda speċjali. Reġgħet waslet il-festa tal-10 ta’ Frar. Festa oħra ta’ San Pawl. Tista’ tgħid li l-Kumitat tal-Għaqda f ’dawn l-aħħar snin ma waqaf xejn. Fuq perjodu ta’ sentejn, iċċelebrajna ħames festi kbar u wara dawn l-esperjenzi sbieħ li għaddejna flimkien, ħidma bla waqfien biex norganizzaw dawn l-avvenimenti hekk kbar, bħal donnu waqgħet ċertu għeja fost il-membri attivi tagħna.
“…F’xi mument fil-ħajja tagħna, ilkoll ser niltaqgħu ma’ nawfraġju fejn bħal San Pawl, irridu nikkumbattu mal-mewġ biex insalvaw. “Ne Timeas Paule In Insulam Oportet Devenire” Madankollu, il-festa tal-10 ta’ Frar ser nagħtuha l-istess importanza għax permezz tal-festa tan-Nawfraġju nkunu qed infakkru din il-ġrajja qaddisa li nsibuha fil-Ktieb talAtti tal-Appostli. Għalkemm aħna l-Pawlini niċċelebraw bil-ferħ din il-festa tal-Patrun tagħna San Pawl, il-ġrajja tan-Nawfraġju ta’ San Pawl kienet ġrajja li ġabet magħha biża’, inkwiet, u f ’waqtiet minnhom ħabbtu wiċċhom saħansitra mal-mewt. Meta wieħed jaqra dan ir-rakkont u jirrifletti ftit fuq din il-ġrajja, wieħed faċilment jista’ jgħid li n-nawfraġji jiġru fil-ħajja ta’ kuljum b’esperjenza diffiċli li ħafna drabi jistgħu jkunu wkoll traġiċi. F’xi mument filħajja tagħna, ilkoll ser niltaqgħu ma’ nawfraġju fejn bħal San Pawl, irridu nikkumbattu mal-mewġ biex insalvaw. “Ne Timeas Paule In Insulam Oportet Devenire” La tibżax Pawlu, jeħtieġ li taħbtu ma’ gżira. San Pawl ħalla f ’idejn il-providenza Divina. U proprju dan hu l-messaġġ tiegħi għal din il-festa li ser niċċelebraw flimkien fi ftit tal-ġranet oħra biex min ġie f ’idejh din il-Ħarġa Speċjali tal-Festa u forsi għaddej minn
xi kriżi, minn mumenti diffiċli fil-ħajja tiegħu, iħares lejn San Pawl, blata tal-fidi, biex jagħmel il-kuraġġ, iqawwi qalbu u jafda fil-Mulej Ġesù sabiex imexxih Hu. San Pawl jgħidilna li aħna lkoll imsejħa biex inġorru s-Salib biex niksbu s-Salvazzjoni. Wasalt biex nagħlaq il-messaġġ tiegħi għal din il-festa u nkun qed nonqos jekk ma niħux din l-opportunità biex nagħmel ir-ringrazzjamenti tiegħi lil dawk li kienu ta’ għajnuna matul is-sena kollha biex wasalna għall-festa oħra. Nibda billi nirringrazzja b’mod speċjali lill-Kumitat, Rev. Arċipriet u l-Kapitlu li flimkien ilħaqna l-għanijiet nobbli tagħna, ħidma bla heda fuq bażi volontarja li ma tistax ma tapprezzax is-sagrifiċċji tal-membri tagħna. Ringrazzjamenti oħra nixtieq inwassalhom lill-Fergħa Żgħażagħ, il-Fergħa Nisa, u l-Kummissjonijiet li huma ta’ sostenn għall-festa. Ringrazzjament ieħor imur lillmembri tal-Bord Editorjali li għal sena oħra qed joħroġ din il-Ħarġa Speċjali tal-Festa bl-aktar mod professjonali. Nappella wkoll biex il-qarrejja jagħmlu użu mis-servizzi u l-prodotti li għal sena oħra taw l-appoġġ sħiħ tagħhom biex toħroġ din il-pubblikazzjoni filwaqt li nirringrazzja wkoll lill-kontributuri ta’ din il-Ħarġa. Ma’ dan nixtieq nestendi r-ringrazzjamenti tiegħi għannom tal-Kumitat lill-Kunsill Lokali Valletta, is-Sindku u l-membri tal-Kunsill li dejjem sibna kollaborazzjoni sħiħa, l-istess il-Korp tal-Pulizija u l-Proġett għar-Riabilitazzjoni tal-Belt Valletta. Jekk Alla jrid bi ħsiebna niċċelebraw festa oħra kbira filkapitali u għalhekk nagħmel is-solitu stedina lill-Maltin u l-Għawdxin kollha biex jidħlu bi ħġarhom nhar il-Ħamis 10 ta’ Frar għal din il-festa li tgawdi stima u rispett minn kulħadd. Viva l-Appostlu Missierna San Pawl.
7
Programm tal-Festa tan-Nawfraġju ta’ San Pawl ‒ Valletta 2011
Proġetti fil-Knisja Kolleġġjata ta’ San Pawl Nawfragu Arċipriet Kan. Alfred Camilleri Kif isir kull sena f ’din il-paġna se nġib il-lista ta’ proġetti li saru filParroċċa tagħna bejn il-festa tas-sena l-oħra u issa. Fis-sagristija ż-żgħira tpoġġiet vetrina biex fiha jitpoġġew xi pjaneti tal-knisja kif ukoll il-kotba li jintużaw waqt il-Liturġija. Din il-vetrina kienet ta' Mons. Amante Buontempo iżda wara l-mewt tiegħu, fuq talba tal-Arċipriet, ingħatat lillknisja tagħna mis-sorijiet Benigna Buontempo u Ermanna Buontempo. Fuq din il-vetrina nxtrat mera kbira biex tkun tista’ tintuża mis-saċerdoti waqt l-ilbies liturġiku. Il-kamra tas-sagristan ġiet restawrata. Il-ħafna kisi ta’ siment kien qed joħloq ħafna umdità u ħsara fil-ġebla. Għalhekk kien deċiż li din tinbarax kollha mit-tikħil u tinkixef il-ġebla. Ir-riżultat kien sodisfaċenti. Minbarra li ġiet sabiħa, l-arja umda tnaqqset ħafna. Minħabba li l-kamra tas-sagristan jew kif inhi magħrufa l-kamra taxxemgħa għandha saqaf għoli, ġie deċiż li jsir raff biex fuqu jintrefgħu ħafna affarijiet tal-knisja. Dan irraff inħadem gratis mis-Sur Dione Xuereb. Sar xogħol tajjeb ħafna. Saru żewġ brazzi ġodda tal-ħġieġ (Murano), li tpoġġew ħdejn l-antiporta l-kbira. Dawn ħadu post żewġ brazzi oħra li kienu nferjuri u kien fihom ħafna ħsara. Dawn il-brazzi tħallsu mis-Sur Anthony Cassar. Qamu €800. Bħala tifkira tas-Sena Pawlina, saret lapida biex tfakkar il-festi li ġew organizzati f ’din l-okkażjoni. Din il-lapida twaħħlet mal-ewwel pilastru prinċipali taħt il-pulptu. Din il-lapida tħallset minn Ms. Mary Camilleri. Qamet €1000.
8
Il-baċir tal-fidda
Saret lapida oħra simili li twaħħlet in-naħa l-oħra biex tfakkar il-festi li kienu organizzati b’tifkira tal-1950 sena mill-miġja ta’ San Pawl f ’Malta. Din il-lapida bhall-oħra nħadmet mill-marmista Ronnie Pisani. Qamet €1000 u tħallset mis-Sur Anthony Cassar. Inxtara kompjuter ġdid għall-użu tal-uffiċċju parrokkjali. Issa l-uffiċċju parrokkjali jinsab online mal-Kurja tal-Arċisqof. Inxtrat photocopier ġdida għall-użu fl-uffiċċju parrokkjali. Din ħadet post
dik li kien hemm qabel għax kienet qdiemet ħafna. Sar, u għadu jsir, ħafna xogħol ta’ manutenzjoni fuq il-ħitan ta’ barra tal-knisja fuq in-naħa ta’ ġewwa bejn il-kappelluni. Ħafna mill-fili nfetħu u oħrajn kienu mkaħħla ħażin. Sar tikħil ġdid b’materjal apposta. B’hekk qed nevitaw li l-ilma tax-xita jidħol mill-fili tal-ħitan u jumda l-pittura. Sar xogħol ta’ manutenzjoni fuq il-water proofing membrane kemm tal-korsija tal-knisja kif ukoll fuq issaqaf tal-Oratorju tal-Karità. Dan ġie
miżbugħ mill-ġdid u reġa’ ħa dehra ta’ oġġett ġdid. Għall-aħħar tas-sena l-oħra sar xogħol ta’ manutenzjoni fuq il-koppla tal-knisja. Din ġiet miżbugħa mill-ġdid. Beda l-ġbir ta’ fondi biex jinbidlu s-siġġijiet kollha li hemm fil-knisja. Dawn is-siġġijiet se jkunu puliti ħafna li jixirqu lill-knisja monumentali tagħna. Se jkunu maħdumin millballut (oak) u magħhom se jkun hemm ġinokkjatur. Meta jitħallsu kważi kollha, ikunu ordnati. Dawn se jinħadmu Għawdex għand idditta rinomata FXB Ltd. Għalkemm m’humiex irħas, ħafna kienu dawk li b’sagrifiċċju kienu lesti jħallsu wieħed.
Wieħed miż-żewġ brazzi ġodda tal-Murano
Beda x-xogħol ta’ restawr fuq ilpittura u d-dekorazzjoni tas-saqaf maestuż tal-knisja. Dan se jkun proġett kbir u ta’ importanza kbira. Wara li kellna l-proġett approvat mill-Kummissjoni tal-Arti Sagra, ilKapitlu qabbad lis-Sur Robert Cassar, restawratur kwalifikat biex ikun responsabbli tal-proġett. Ir-restawr tal-pittura se jkun taħt is-sorveljanza tas-Sur Anthony Spagnol, artist professjonali. Dan il-proġett ambizzjuż se jqum ħafna flus u għalhekk se jieħu ċertu żmien. L-Onorevoli Dr. Austin Gatt ġentilment offra l-għajnuna tiegħu u se joffri s-somma ta’ €20,000 għal dan ir-restawr u se jittieħdu mill-Good Causes Fund.
Lapida kommemorattiva tal-1950 sena min-Nawfraġju ta’ San Pawl
Biex seta’ jsir ir-restawr tas-saqaf kellna bżonn l-armar. Hawn tidħol l-akbar spiża. Barra l-ħlas lillħaddiema kellna nixtru ħafna materjal ġdid li qamilna ħafna flus. Il-materjal l-ieħor kien diġà merfugħ għandna wara li sar xogħol ta’ restawr fuq il-pittura tal-koppla. Is-Sur Emanuel Cini huwa responsabbli mill-armar. Wara kważi erba’ snin taħbit erġajna ħadna f ’idejna store kbir ħdejn idDomus Pauli li kien mikri għand kumpanija għal ħafna snin. Dan l-istore se jintuża mill-Għaqda tal-Pawlini biex jintuża għall-armar tal-festa. B’hekk id-Domus Pauli m’għandux għalfejn jibqa’ jintuża bħala store fil-ġranet tal-festa. Ilkamra li kellhom f ’idejhom il-Pawlini se tittieħed lura biex tintuża millKummissjoni Domus Pauli.
Lapida ta’ tifkira tas-Sena Pawlina
9
Programm tal-Festa tan-Nawfraġju ta’ San Pawl ‒ Valletta 2011
Matul dawn l-aħħar tliet snin, fi żmien is-sena Pawlina u f ’okkażjonijiet oħra, bandalori sbieħ ħafna twaħħlu mal-pilastru prinċipali tal-artal maġġur. Dawn saru fuq disinn tas-Sur Alan Xerri u nħadmu mill-mamà tiegħu Marcelline. Dawn tħallsu minnhom stess. Grazzi ħafna u prosit tassew. Mrs. Marcelline Fenech qed tkompli bla waqfien ir-restawr tad-damask. Minħabba li issa d-damask qdiem, kull meta jintuża jsirlu ħafna ħsara. Dan minkejja li s-Sur Noel Debono li hu responsabbli mill-armar tiegħu jagħmel ix-xogħol tiegħu b’għaqal u galbu.
L-Impulluzzi tal-fidda
Tajjeb ngħidu grazzi lill-helpers li jieħdu ħsieb l-indafa tal-knisja tagħna, is-sagristan, is-Sur Joe Miruzzi li b’ħeġġa kbira jara li kollox f ’postu u nadif u grazzi lillmembri tal-Konfraternitajiet li huma responsabbli mill-artali partikulari tagħhom li dejjem jaraw li l-artali huma fi stat impekkabbli. Proset. Fil-quddiesa Pontifikali tal-festa tassena l-oħra, intużaw buqar u baċir tal-fidda għall-ewwel darba. Ħaġa taliskantament kif fil-knisja tagħna ma kienx hemm buqar tal-fidda. Kellna wieħed tar-ram ibbanjat. Dawn inħadmu bl-idejn mid-Ditta Victor Azzopardi. Is-Sur Azzopardi wera l-apprezzament tiegħu li kellu x-xorti jaħdem xogħol tal-fidda għall-knisja monumentali tagħna. Fil-fatt dawn inħadmu minnu stess u tana prezz speċjali. Qamu €6,500 (LM2,700). Dawn tħallsu mis-Sinjorina Mary Camilleri. Fl-istess okkażjoni ntużaw par impulluzzi ġodda tal-fidda maħduma Malta. Dawn inħadmu wkoll misSur Victor Azzopardi u tħallsu wkoll minn Ms. Mary Camilleri. Qamu €2,795 (LM1,200). B’dawn l-oġġetti ġodda tal-fidda maħduma Malta, issa żidna l-oġġetti prezzjużi li l-knisja tagħna għandha għad-dispożizzjoni tagħha. Grazzi mill-qalb lill-benefattriċi s-Sinjorina Mary Camilleri.
Il-buqar
10
NAZZARENU HABER 34 for all types of frame making 34
293, St.Paul’s Str., Valletta tel. 2124 5957
S. & T. Service Ltd. Customs Clearance Import & Export Lifting Machines & Trucking Service Joe Phil, Ġużè Galea Street, Qormi QRM 06 Tel: 2146 2210 - Fax: 21461431 - Mob: 9942 9595
Programm tal-Festa tan-Nawfraġju ta’ San Pawl ‒ Valletta 2011
San Pawl ta’ Messina ġewwa San Pawl tal-Belt Valletta Mons. Ġwann Azzopardi
Il-Knisja Kolleġġjata ta’ San Pawl talBelt, bħal u aktar minn knejjes oħra Pawlini fil-gżejjer tagħna, hi mimlija b’opri tal-arti dwar Missierna San Pawl: pitturi, skulturi, fided, irħam, rakkmu eċċ. Dawn juru l-ħajja kollha ta’ San Pawl u speċjalment il-ġrajja tant għażiża għalina l-Maltin tan-Nawfraġju f ’Malta. Il-ġrajja tan-Nawfraġju ta’ San Pawl kif jiddeskriviha San Luqa tinkludi l-għarqa, il-ħuġġieġa, il-miraklu tal-lifgħa, il-fejqan ta’ missier Publiju u tal-morda Maltin, u t-tluq tiegħu minn Malta b’ħafna unuri mogħtija lilu mill-Maltin. Ma’ dawn il-fatti jiżdiedu t-tradizzjonijiet Maltin li ma qalhomx Luqa għal ċertu prudenza fi żmien il-ħakma Rumana: il-predikazzjoni ta’ Pawlu, il-Konverżjoni tal-Maltin, ilmagħmudija u l-konsagrazzjoni ta’ San Publiju, iċ-ċelebrazzjoni talEwkaristija Mqaddsa. Dawn huma konklużjonijiet leġittimi li naslu għalihom. San Pawl dam Malta tliet xhur sħaħ. Fil-ħeġġa dinamika tiegħu
ma kienx jaf jagħmel ħaġa oħra ħlief ixandar lil Kristu. Ma’ dawn jiżdiedu tradizzjonijiet u leġġendi oħra, frott tal-entużjażmu tal-Maltin u tal-imħabba tagħhom lejn San Pawl u lejn il-belt jew raħal tagħhom. Dan ma nsibuhx biss f ’Malta iżda f ’ħafna postijiet oħra fejn San Pawl għadda. Minn Malta fi triqtu lejn Ruma, San Pawl għadda tlitt ijiem f ’Sirakuża, Sqallija. Hemm ukoll insibu qima lejn San Pawl u tradizzjonijiet, li fuqhom ma jsemmi xejn San Luqa. Fost dawn hemm id-dħul (jew nawfraġju) fil-port ta’ Messina, il-konsagrazzjoni tal-Isqof San Bakkilu u l-ambaxxata li bagħat San Pawl għand il-Madonna f ’Ġerusalem li min-naħa tagħha tathom ittra mkebba bix-xagħar tal-istess Madonna. F’Messina hemm devozzjoni qawwija lejn din it-tradizzjoni. Ħadd ma kien joħlom li ġol-Belt Valletta jiġi kummissjonat ventaltar
Il-ventartal tal-artal tal-Madonna tal-Karità li kien inġab minn Messina
14
tal-fidda mill-isbaħ biex ifakkar din ilġrajja. Safrattant il-Konfraternità talKarità ta’ San Pawl tal-Belt għandha dan il-ventaltar. Ventaltar mill-isbaħ, b’partijiet fil-bronż indurat, tas-seklu 17, li fih tliet xeni mill-isbaħ fl-isfond ta’ tliet arkati, jidher San Pawl, tidher il-Madonna, jidher iċ-ċenturjun Ruman, u jidher il-fanal tal-port ta’ Messina. Fil-ħarġa tal-ktieb tagħkom tal-festa tas-sena 2005, Robert Cassar (p.56) iddeskriva dan il-ventaltar. Iżda dan kif wasal hawn? Fin-nuqqas ta’ riċerka serja, kien jingħad li meta sar it-terremot ta’ Messina fl-1908, il-Messiniżi kellhom bżonn il-flus u bdew ibiegħu xi opri tal-arti. Il-Fratellanza tal-Karità biex tgħinhom xtrat dan il-ventaltar. Snin ilu, studjuża li toqgħod Messina, Giusy Larina, innotat il-marka tal-Belt ta’ Messina fil-fidda. Aktar tard, studjuża oħra Daniela Pistorino studjatu sewwa u ppublikatu flimkien miegħi fir-rivista Kalos fis-sena 2007, wara li jien bl-għajnuna ta’ Lorenzo Zahra fittixt id-dokumenti fuqu flarkivju tal-fratellanza tagħkom. Fit-13 t’Ottubru 1879 is-Sodalità tal-Karità tal-Belt żammet Konsulta Ġenerali, li fiha l-Prokuratur Ġenerali l-Kanonku Dr. Giuseppe Dingli urihom dan il-ventartal u qalilhom li dan kien għall-bejgħ fil-belt Valletta. Fisser kemm għandu disinn kif ukoll xogħol sabiħ. Naturalment raw ixxbihat ta’ San Pawl, ta’ nawfraġju, taċ-ċenturjun, u x-xbiha tal-Madonna (is-Sodalità tal-Belt hi dedikata lillMadonna tal-Karità). Il-prokuratur ħeġġiġhom jixtruh. Qalilhom li s-sodalità preżentament m’għandhiex fil-kont ġenerali dik is-somma kollha, iżda jaħseb li jkollha dalwaqt u sadattant jista’ jissellef xi flus mill-legati piji tal-istess Sodalità. Dejjem bl-approvazzjoni tal-Isqof. Is-sodali qablu u ħatru żewġ
Programm tal-Festa tan-Nawfraġju ta’ San Pawl ‒ Valletta 2011
kummissarji, Francesco Borg u Francesco Saverio Muscat biex jgħinu lil dan il-prokuratur. Dan insibuh f’Dokument nru. 1. Sar minnufih ir-rikors lill-Isqof Carmelo Scicluna missegretarju tas-sodalità Francesco Saverio Imbroll u proprju l-għada tas-seduta ġenerali, jiġifieri fl-14 t’Ottubru 1879, l-Isqof Scicluna ta l-approvazzjoni. Ara Dokument nru. 2. Is-self sar mill-Fondazzjoni Fioccari li l-prokuratur tagħha kien Dr. Antonio Caruana u kien jammonta għal 1440 skud li tħallsu lura f’erba’ darbiet. L-ewwel ħlas ta’ 600 skud sar fi żmien 23 xahar fit-3 ta’ Settembru 1881. It-tieni ħlas kien ta’ 300 skud u sar fil-11 ta’ Mejju 1882. It-tielet ħlas kien ta’ 300 skud u sar fis-7 ta’ Diċembru 1883. Ir-raba’ u l-aħħar ħlas kien ta’ 240 skud. Dan sar fil-25 ta’ Lulju 1884. B’hekk f’inqas minn ħames snin tħallas is-self kollu ta’ 1440 skud lill-Fondazzjoni Fioccari tal-istess Sodalità. Ara Dokument nru. 3. Mistoqsijiet: (1) Min kien in-negozjant li ġabu l-Belt minn Messina? (2) Is-somma ta’ 1440 skud kienet tkopri l-prezz totali tal-ventaltar jew kienet biss is-self ma’ dak li ħareġ ilProkuratur mill-kont ġenerali? Tajjeb issir aktar riċerka.
Il-ventartal tal-artal tal-Madonna tal-Karità - dettal li juri d-daħla ta' San Pawl fil-Port ta' Messina
Dokument nru. 1 Sodalità della Carità, Valletta: Consulte, vol. 17, pp. 390-1 (p.390) 13 ottobre 1879 D’Ordine del nostro Governatore l’Onorabile Dr. Francesco Curmi, Ingegnere e colla presidenza del medesimo, e coll’intervento del Canonico deputato Dr. Giorgio Magri e di alcuni Consodali si tenne Consulta Generale nella quale venne diliberato quanto segue. Il Rev.do Can.co Dr. Giuseppe Dingli Procuratore Generale fece vedere agli Consodali in Consulta un Paliotto d’argento che si trova in vendita promettendo da esso procuratore che se il Sodalizio intendesse di fare l’acquisto sebbene la procura al momento mancante dell’intera somma ma fra poco sara’ nel caso di pagare l’intero ammonto, la Consulta considerando l’ottimo lavoro e disegno di detto paliotto d’argento deliberasse di acquistarlo. (p. 391) a tale effetto vennero eletti in commissarii in assistenza col ditto Signor Procuratore I Signori Francesco Borg, Francesco Saverio Muscat, e coerentemente venne abilitato il ditto Rev. Canonico Dingli Procuratore a prendere a titolo di mutuo da qualunque depositi dei legati amministrati dal nostro
Il-ventartal tal-artal tal-Madonna tal-Karità - dettall li juri l-wirja tal-ittra tal-Madonna lill-poplu Messiniż
15
Exclusively distributed by Charles de Giorgio Ltd. Tel: 25 600 500
www.dettol.co.uk
Use biocides safely. Always read the label and product information before use
Programm tal-Festa tan-Nawfraġju ta’ San Pawl ‒ Valletta 2011
sodalizio per risparmio di lucro, ovvero dai depositi dei legati Pii quale somma che egli crede bisognevole, autorizzandolo a devenire all’opportuno contratto di compra a vendita però sotto l’approvazione di Monsignor Diocesano. Dokument nru. 2 Archivio Arcivescovile, Floriana: Suppliche, vol. 80 (1879) f. 332 rv Eccellenza Reverendissima, Umile preghiera del sottoscritto Espone riverentemente, Che la Veneranda Confraternità della Beatissima Vergine sotto titolo della carità della Valletta nella Consulta Generale tnuta il di 13 ottobre 1879, il Reverendo canonico Giuseppe Dingli Procuratore Generale della stessa fece vedere agli Consodali presenti un paliotto d’argento che si trova in vendita; assicurando esso Procuratore se il Sodalizio desiderasse di fare tale acquisto, che sebbene al momento la procura è mancante dell’intiera somma, peraltro fra breve sarà nel caso di pagarne l’ammonto. Considerando la stess Consulta, essere meritoria di essere comprata, stante la sua eleganza ed ottimo lavoro ha deliberato di farne l’acquisto, ed ha eletto a tale scopo in Commissari I Signori Francesco Borg, Francesco Saverio Muscat (f.332v) in assistenza al suddetto Procuratore raccomandando loro cercare tutti i mezzi di economia possibile al Sodalizio. A tale oggetto venne pure abilitato il suddetto procuratore Generale a prendere a titolo di mutuo l’approssimativa somma di scudi mille e cinquecento da qualunque deposito delle fondazioni amministrate dal nostro Sodalizio a risparmio di lucri ovvero occorrendo dai depositi di legati pii, salva l’approvazione di Monsignor Diocesano. Pertanto l’Esponente ossequiosamente in tale sua qualità prega a Sua Eccellenza Reverendissima volersi degnare approvare la presa deliberazione. Di sua Ecc. Rev.ma Umile servo Francesco Saverio Imbroll Segretario Del su lodato Sodalizio 14.10.1879 Attentis expositis adprobamus jam captam deliberationem modo in precibus expresso. Datum in Palatio Nostro Archiepiscopali Vallettae, die 14 octobris 1879. Carmelus Archiepiscoptus, Episcopus Melitae.
18
Il-ventartal tal-artal tal-Madonna tal-Karità - dettal li juri lill-Madonna tal-ittra
Dokument nru. 3 Sodalità della Carità, Valletta: Libro Conti, vol 74 (p.447) 3 Settembre 1881 Pagati al Signor Dr. Antonio Caruana Procuratore della Fondazione Fioccari scudi seicento acconto del capitale di scudi 1440 presi senza lucro per l’acquisto di un pagliotto d’argento con bronzi dorati come per Consulta Generale del di 18 ottobre 1879, approvata con decreto di S.E. Rev. ma del di 14 ottobre del corrente anno sc. 600. (p.450) 11 maggio 1882 Al Signor Dr. Fisico Antonio Caruana procuratore del legato Fioccari scudi trecento acconto del capitale di scudi 1440 secondo pagamento sc. 300. (p.452) 7 decembre 1883 Al Signor Dr. Fisico Antonio Caruana quale procuratore della Fondazione Fioccari scudi trecento acconto del capitale di scudi 1440 preso il paliotto d’argento terzo pagamento sc. 300. 25 luglio 1884 Al Signor Dr. Fisico Antonio Caruana quale Procuratore Maria Fioccari scudi duecento e quaranta il saldo del capitale di scudi 1440 mutuato per compra di un paliotto d’argento come per Consulta Generale del di 13 ottobre 1879 e come per decreto di S.E.R.ma del 14 ottobre sc. 240
Programm tal-Festa tan-Nawfraġju ta’ San Pawl ‒ Valletta 2011
Inżommu t-tradizzjonijiet ta’ missirijietna ħajjin Għeżież Ħbieb, Huwa ta’ pjaċir tiegħi li għal darb’oħra ġejt mistieden mill-Bord Editorjali sabiex nikteb kelmtejn flokkażjoni tal-festa tan-Nawfraġju ta’ San Pawl. Matul is-sena li għaddiet, kelli bosta okkażjonijiet sabiex niltaqa’ ma’ ħafna beltin. Fost dawn il-laqgħat, bdejt ukoll inlaqqa’ l-Kumitat talfesti prinċipali tal-Belt taħt is-saqaf tal-Kunsill sabiex naraw kif nistgħu naħdmu aktar flimkien u ngħinu lil xulxin. Waqt dawn il-laqgħat, xi ħaġa li ħarġet u li laqtitni partikolarment hija l-bżonn li aktar nies jagħtu s-sehem tagħhom sabiex il-festi tal-Belt jibqgħu ħajjin. Sena wara l-oħra, ilvoluntiera dejjem qed jonqsu u dan ifisser li kull sena l-organizzazzjoni tal-festa dejjem qed tkun aktar diffiċli. Min-naħa l-oħra, matul din is-sena ltqajt ma’ ħafna beltin li joqogħdu barra l-belt u ma’ oħrajn li mhumiex beltin iżda li għandhom xi qarib tagħhom belti. Kollha jitkellmu fuq l-imħabba tagħhom lejn il-Belt.
Dr. Alexiei Dingli
Sindku tal-Belt Valletta
Biss huma ftit ħafna dawk li qed jagħtu kontribut lil dawn il-festi. Għaldaqstant, jekk vera nħobbu lill-Belt tagħna, jeħtieġ li nżommu t-tradizzjonijiet ta’ missirijietna ħajjin. Dan nagħmluh billi ngħinu l-festi tagħna matul is-sena. Ix-xogħol tista’ tgħid ma jiqafx u għalhekk, l-iċken għajnuna hija importanti jekk ilkoll irridu li naraw il-festi tagħna jissaħħu. Ma ninsewx li l-festa mhix biss ġurnata ta’ ċelebrazzjoni iżda hija wkoll avveniment soċjali li jlaqqa’ n-nies flimkien sabiex il-ferħ tal-Patrun tagħna nsaħħu l-għaqda ta’ bejnietna.
Qed naqsam magħkom dan ilmessaġġ f ’din il-Ħarġa Speċjali tal-Festa għaliex il-festa ta’ Missierna San Pawl mhix biss festa tal-Beltin iżda tal-Maltin u l-Għawdxin kollha u jien nemmen li l-Pawlini kollha għandhom dmir u obbligu li jaraw li din il-festa tibqa’ żżomm ilpopolarità tagħha f ’dak li hu folklor reliġjuż u fl-istess waqt il-festa ta’ San Pawl għandha tkun dawl għallfesti l-oħra li jiġu ċċelebrati fl-ibliet u l-irħula tagħna. Biex nikkonkludi, il-messaġġ tiegħi huwa sempliċi ħafna, nitgħallmu minn San Pawl. Meta sema’ s-sejħa, ma ħallihiex taqa’ fuq widnejn torox. Kull wieħed u waħda minna huwa msejjaħ biex jaqdi din issejħa. Nerġgħu nwaqqfu l-festi fuq saqajhom biss jekk inwarrbu l-materjaliżmu u nerġgħu niskopru mill-ġdid il-valuri nsara. Fl-aħħarnett, f ’isem il-Kunsill Lokali tal-Belt Valletta, nixtieq nawgura festa mill-isbaħ lill-Beltin kollha u nirringrazzja b’mod speċjali l-Għaqda tal-Pawlini tax-xogħol siewi li għamlu tul dawn l-aħħar snin.
19
THE BIG WINTER SALE IS NOW ON NEW ARRIVALS OF QUALITY CLOTHING, FOOTWEAR, BAGS, UNDERWEAR, ACCESSORIES, WATCHES, KIDSWEAR, DENIM... DRASTICALLY REDUCED PRICES. 2258 4400 Opening Hours Monday - Saturday 10am – 2:30pm 3:30pm – 7pm
kitchens, bathrooms & tiles 122, Valley Road, B’Kara
furniture & accessories Marina Street, PietĂ
Programm tal-Festa tan-Nawfraġju ta’ San Pawl ‒ Valletta 2011
Il-fonti tal-ilma mbierek miġjub mill-Kolleġġjata tal-Għarb (Ħajr David Cassar)
Il-Wirja “San Pawl f ’Malta’’ fil-Berġa ta’ Kastilja Rev. Kan John Ciarlò B.A., Lic. D.
Fl-okkażjoni tal-1950 sena minNawfraġju ta’ San Pawl u ż-żjara memorabbli tal-Papa Benedittu XVI f ’Malta, bejn is-7 u d-19 ta’April tas-sena l-oħra, fil-Berġa ta’ Kastilja l-Belt Valletta, ittellgħet wirja bittema “San Pawl f ’Malta u t-tiswir ta’ identità ta’ nazzjon’’ imtella’ millUffiċċju tal-Prim Ministru u kkurata minn Mons. John Azzopardi, Kuratur tal-Mużew Wignacourt tar-Rabat u minn Anthony Pace, is-Supretendent tal-Wirt Kulturali. Din il-wirja ġabret taħt saqaf wieħed numru sabiħ ta’ oġġetti sagri, artistiċi u storiċi b’rabta
22
kbira ma’ dak kollu li jorbot l-identità Maltija ta’ pajjiżna mar-rabta qawwija tal-patrimonju reliġjuż tal-poplu Malti li jaf il-bidu tiegħu lill-miġja ta’ San Pawl fostna 1950 sena ilu.
jiċħad ir-rabta qawwija millennarja bejn San Pawl u l-identità nazzjonali Maltija mhux biss fil-qasam reliġjuż, iżda wkoll dak ċivili matul l-istorja mqallba ta’ pajjiżna.
Kif kiteb tajjeb il-Prim Ministru Dr Lawrence Gonzi, “l-istorja ta’ pajjiżna tixhed il-mod kif missirijetna u ommijietna matul is-sekli dejjem għarfu jinsġu flimkien ir-relazzjoni tagħhom ma’ Alla, ma’ dak kollu li għadda minnu pajjiżna”. Għalhekk wieħed ikun qed jiċħad l-istorja ta’ pajjiżna jekk jipprova jnessi jew
Mhux għaġeb għalhekk li matul issnin li għaddew minn fuq pajjiżna, għalina l-Maltin tal-bieraħ u tal-lum, il-kult Pawlin baqa’ dejjem jagħġen it-twemmin nisrani mal-identità Maltija. Mhux ta’ b’xejn li dan il-kult ma naqas qatt li jispira lill-poplu ta’ dawn il-gżejjer u wasslu biex jiċċelebra u jnaqqax in-Nawfraġju
Programm tal-Festa tan-Nawfraġju ta’ San Pawl ‒ Valletta 2011
Pawlin kif deskritt tant tajjeb fl-Atti 27 u 28, fit-tradizzjonijiet, fl-arti, fil-mużika, fil-folklore, fid-drawwiet, fil-letteratura u l-pajsaġġ Malti. Kapitlu 28 tal-Atti Ma setax jonqos għalhekk li fil-wirja ma jispikkax fuq kollox ir-rakkont tal-għarqa u l-miġja providenzjali fostna ta’ San Pawl kif naqraw f ’Kapitlu 28 tal-Atti. Mhux ta’ b’xejn li s-sala kbira tal-Berġa ta’ Kastilja li fiha saret il-wirja ġiet irranġata b’mod li l-viżitatur seta’ jħoss ruħu bħallikieku kien qiegħed hu stess fl-istiva tal-ġifen li wassal lil San Pawl fuq xtutna. Kien għalhekk li ma’ kull naħa wieħed seta’ jilmaħ arbli, ċimi, ħbula u oġġetti oħrajn li jfakkruk fl-apparat ta’ ġifen tal-qlugħ. Kienet idea tajba wkoll li huwa u dieħel fissala, il-viżitatur seta’ jisma’ ħsejjes u rbumbjar tal-mewġ qalil tal-baħar mediterranju f ’tempesta qalila, waqt li jisma’ wkoll noti solenni u ferrieħa ta’ kant Gregorjan. Matul is-sekli, ma setax jonqos li artisti, kittieba, mużiċisti, poeti, skulturi u tant oħrajn ma jispirawx ruħhom mill-fenomenu Pawlin li ħalla marka tant qawwija u profonda fl-istorja reliġjuża u ċivili ta’ pajjiżna u li biż-żmien saret l-identità Maltija. Fil-wirja għalhekk il-viżitatur seta’ jara b’għajnejh mat-42 oġġett differenti, fosthom manuskritti, pitturi, skulturi, midalji, ikoni, ornamenti, oġġetti tal-fidda, opri letterarji u mużikali, fdalijiet arkeoloġiċi u fossili ta’ interess folkloristiku, ilkoll ispirati u marbuta mal-kult Pawlin ta’ Malta b’rabta mattradizzjonijet u n-narrattivi Pawlini. Manuskritti u Skultura Fil-wirja ma setax ma jispikkax qabel xejn dak li x’aktarx huwa l-eqdem kodiċi tat-Testment il-Ġdid u l-Atti magħruf f’Malta. Il-manuskritt huwa bil-Grieg u datat c.1445, skont il-Prof Andre’ Jacob ta’ Ruma. Flimkien ma’ dan, wieħed mill-aktar oġġetti prezzjużi fil-wirja kienet il-folja tallemin ta’ dittiku tal-avorju tal-bidunett tas-seklu ħamsa mill-aktar ċelebri, misluf għal din il-wirja mill-Mużew Bargello ta’ Firenze li juri l-mirakli ta’ San Pawl f’Malta, fosthom il-miraklu tal-lifgħa, li ċertament hija waħda mill-eqdem xeni tan-nawfraġju Pawlin fuq gżiritna.
F’wirja pawlina kienet tassew f ’postha l-Bibbja bil-Malti, b’manuskritt oriġinali tat-traduzzjoni minn Mons. Pietru Pawl Saydon, miftuħ fuq Atti: 28. Hekk ukoll mappa rari li turi l-vjaġġ ta’ San Pawl f ’Malta ta’ Pieter van den Keere (1571 – wara l-1646). Fil-wirja kien hemm ukoll għallwiri numru ta’ kotba ta’ skulari li matul is-snin iddefendew il-każ talassoċjazzjoni tan-nawfraġju ta’ Pawlu f ’Malta u mhux ma’ postijiet oħra filMediterran. Fost dawn insemmu lil Girolamo Manduca (1573-1643), Fra Giacomo Buonamici, Padre Pelagio (1708-81), il-Konti Antonio Ciantar (1696-1778), Pietro Francesco Agius de Soldanis (1712-1770). Ta’ interess kbir fil-wirja kienu ż-żewġ fontijiet tal-ilma mbierek; l-ewwel wieħed mill-bottega ta’ Domenico Gagini (1432-1492), b’dekorazzjoni l-aktar eleganti li fil-punt ċentrali tagħha jidher medaljun bil-figura ta’ San Pawl qed iserraħ xabla fuq spalltu l-leminija; hekk ukoll il-fonti tal-ilma mbierrek ieħor b’medaljun dekorattiv ta’ San Pawl u bi rjus ta’ kerubini, mill-bottega Palermitana tal-familja Gagini tas-seklu ħmistax.
Tassew interessanti wkoll kien is-sett ta’ 35 medalja magħmula minn terra sigillata mill-Grotta ta’ San Pawl, ir-Rabat, tal-Kavallier Fra Francesco Buonarroti (1574-1631) bl-ismijiet u figuri ta’ qaddisin u beati tal-Ordni. Dak iż-żmien in-nies kienu jemmnu li l-ġebla tal-Grotta ta’ San Pawl kellha qawwiet speċjali ta’ fejqan u rimedju kontra l-velenu. Pittura Fil-wirja ma setax ma jingħatax spazju għall-kwadri b’konnessjoni mal-għarqa ta’ Pawlu fuq xtutna, u s-sehem tiegħu fl-istorja ta’ pajjiżna fi żminijiet diffiċli mbiegħda. Kienu jispikkaw l-erba’ kwadri bid-dehra ta’ San Pawl bħala kavallier qed isalva l-Maltin. Jiddomina kien il-kwadru kbir ta’ Mattia Preti (1613-1699) riekeb fuq żiemel abjad, bix-xabla f ’idu l-leminija, qiegħed jeħles lil Malta mill-Assedju tat-Torok tal1429, bl-isfond tal-belt fortifikata tal-Imdina, bl-arma ta’ Malta bajda u ħamra u żewġ bnadar Maltin iperpru. Bl-istess tema l-pittura ta’ Giuseppe Calì (1846-1930), bid-dehra ta’ San Pawl fuq żiemel abjad, ġej minn qalb is-sħab, b’xabla f ’idu, jiddefendi lill-Maltin kontra l-Mori. Hekk ukoll
“…l-istorja ta’ pajjiżna tixhed il-mod kif missirijetna u ommijietna matul is-sekli dejjem għarfu jinsġu flimkien ir-relazzjoni tagħhom ma’ Alla, ma’ dak kollu li għadda minnu pajjiżna.” Xejn anqas importanti fil-wirja kienet il-blokka tal-ġebel bil-graffiti minn San Pawl Milqi, li fuq tliet naħat, skont l-arkeologu Cagiano de Azevedo, wieħed jista’ jilmaħ il-figura ta’ San Pawl liebes ta’ patri, il-figura tal-ġifen b’arblu twil u qlugħ latin u tmun forma ta’ moqdief. Hekk ukoll ta’ min isemmi l-medaljun ta’ San Pawl bil-lifgħa madwar għonqu u bil-kliem mad-dawra SANCTAE PAVLE APOSTOLE PREDICATOR VERITATIS ET DOCTOR GENTIUM, xogħol anonimu tas-seklu sittax.
l-abbozz ta’ pittura ta’ Eliodoro Coccoli (1880-1974) bid-dehra ta’ San Pawl jinterċedi f ’isem il-Maltin, b’xeni tal-Assedju l-Kbir tal-1565 u tar-rewwixta tal-Maltin kontra l-Franċiżi fl-1798. Ma’ dan insemmu wkoll il-buzzett ta’ Joseph Briffa (1901-1987) bid-dehra ta’ San Pawl flimkien ma’ San Ġorġ u Sant’Agata fuq is-sur tal-Imdina waqt l-invażjoni tal-Mori tal-1429. B’temi differenti kienu l-erba’ kwadri ta’ Francesco Vincenzo Zahra (17101773): kompożizzjoni oriġinali bid-dehra ta’ San Pawl jgħum u
23
Programm tal-Festa tan-Nawfraġju ta’ San Pawl ‒ Valletta 2011
Il-Ventaltar tal-fidda tal-altar maġġur jidher qed jinġarr mit-taraġ prinċipali tal-Berġa ta’ Kastilja (Ħajr Robert Cassar)
jitħabat ma’ baħar qawwi biex jasal sax-xatt, b’ħarstu ’l fuq iħaddan miegħu l-ktieb, waqt li jissara malmewġ qalil tal-baħar; il-pittura b’nofs figura ta’ San Pawl qed iżomm xabla u ktieb f ’idu x-xellugija, waqt li jfarfar il-lifgħa mqabbda m’idu l-leminija, u l-pittura ta’ San Pawl qed jikteb fil-belt tal-Imdina fortifikata bil-bandiera bajda u ħamra tittajjar minn fuq is-swar. U l-pittura tanNawfraġju ta’ San Pawl, imdawwar minn folla ta’ Maltin u minn dawk li salvaw miegħu, waqt li jidher qed ifarfar il-lifgħa li gidmitu. Flimkien ma’ dawn, il-wirja nkludiet ukoll pittura ta’ Rocco Buhagiar (1723-1805) bid-dehra ta’ San Pawl qiegħed ifarfar il-lifgħa, u t-tila talKavallier Antoine de Favray (17061798) bil-figura ta’ San Ġwann u San Pawl, iż-żewġ qaddisin patruni tal-gżejjer Maltin, San Pawl qiegħed iżomm ktieb u xabla, fil-waqt li San Ġwann il-Battista, il-Patrun tal-Ordni
26
tal-Kavallieri, qed iżomm ħaruf f ’idejh.
x-xellugija, xogħol ta’ artist mhux magħruf aktarx tas-seklu sbatax.
Xogħlijiet fl-irħam u fil-fidda Ma setax jonqos li fil-wirja ma jsibux posthom ukoll xi xogħlijiet ta’ skultura fl-irħam u tad-deheb. Fost tal-ewwel, kien hemm l-istatwa interessanti tal-irħam bil-figura maestuża ta’ San Pawl bix-xabla f ’idu l-leminija, xogħol ta’ nofs is-seklu sbatax ta’ Bartolomeo Minviello li oriġinarjament kienet titqiegħed fuq il-faċċata tal-knisja ta’ San Publju fil-għoli fuq id-daħla għall-Grotta ta’ San Pawl.
Għal dik li hi fidda, kienu esebiti tliet biċċiet importanti ħafna li jirrapreżentaw artiġjanat mill-ifjen ta’ żminijietna. L-ewwel il-qoxra talfidda għall- Evangelistarium S. Pauli, maħduma mill-arġentier Mastru Johanni Scarpa, xogħol tas-seklu tnax jew tal-bidu tas-seklu tlettax b’kisjiet tal-fidda msammrin u bbuzzati. Dan ix-xogħol fin juri lil San Pawl fuq tron bis-simboli tal-erba’ evanġelisti u bordura mżejna bi xbihat ta’ diversi qaddisin. L-Isqfijiet u l-uffiċjali tal-Kunsill tal-Belt kienu jieħdu l-ġurament solenni tal-ħatra tagħhom fuq dan il-ktieb li kien jinkludi diversi kummentarji bibbliċi, kif ukoll tabelli miktubin fuq il-parċmina.
Kien hemm ukoll il-buzzett talistatwa ta’ San Pawl Nawfragu tal-Belt Valletta, ta’ Melchiorre Gafà (1635-1677?); statwa ta’ San Pawl qed iżomm f ’idu l-leminija xabla mgħollija ’l fuq, xogħol fuq l-injam Polikromat u Ndurat; statwetta oħra b’San Pawl qed iġorr ktieb f ’idu l-leminija u jserraħ fuq xabla f ’idu
Kien bi pjaċir li l-Knisja Kolleġġjata tagħna, fuq talba tal-istess Prim Ministru, offriet għal din il-wirja żewġ biċċiet prezzjużi tal-fidda:
Programm tal-Festa tan-Nawfraġju ta’ San Pawl ‒ Valletta 2011
il-Ventartal tal-fidda li jitqiegħed fl-artal maġġur fil-festa titulari tan-Nawfraġju ta’ San Pawl fl-10 ta’ Frar, u l-Mazza Kapitulari. Il-ġarr ta’ dawn it-teżori sar mill-Kumpanija ta’ Borg Brothers mis-Siġġiewi, taħt is-superviżjoni tas-Sur Robert Cassar, Kuratur tal-Palace Armoury Heritage Malta. Ix-xena ċentrali ta’ dan il-ventartal turi lil San Pawl imdawwar minn dversi nies mistagħġbin, hekk kif itajjar il-lifgħa wara li ħeles minn nawfraġju u niżel f ’Malta. Huwa xogħol l-arġentier Michele Brondes u sar fl-1776 li, skont l-atti tanNutar Andrea Zerafa tal-1 ta’ Mejju 1775, intrabat li jwettaq fi żmien sittax-il xahar dan il-ventartal bilkundizzjoni li l-fidda kellha tkun “argento coibollo di Roma e mai col bollo di Malta e non altrimenti”.
Il-mazza ġġib fuqha l-inizjali FP u l-marki ta’ fidda Rumana, magħrufa bħala Argento dell’Ombrellone u t-teknika hija a martello b’partijiet a cera persa. F’ittra li l-Prim Ministru Dr Lawrence Gonzi kiteb lill-Kapitlu talKolleġġjata, indirizzata lill-Kanċellier, kiteb: “Nixtieq nurik l-apprezzament tiegħi għall-għajnuna imprezzabbli tal-Kapitlu tal-Kolleġġjata ta’ San Pawl, Valletta, għall-wirja ta’ San Pawl f ’Malta u l-formazzjoni ta’ identità ta’ nazzjon li ttellgħet filBerġa ta’ Kastilja mis-7 sad-19 ta’ April 2010.
“Il-ġest ġentili tagħkom li taċċettaw li jiġu mislufa l-Ventartal tal-altar maġġur u l-Mazza biex jiġu esebiti waqt din il-wirja għenet sabiex din il-wirja tkun ta’ livell għoli, kif kien mixtieq, u li toffri għarfien lil kull min ġie jżurha. Inselli għalik.’’
Riferenzi: San Pawl f ’Malta u l-formazzjoni ta’ identità ta’ nazzjon. Azzopardi, John u Pace, Anthony. Uffiċċju tal-Prim Ministru, Valletta-Malta. 2010.
Ix-xogħol ta’ Brondes jinkludi biċċa mill-ġifen imkisser u skrizzjoni li turi min hu d-donatur: Pia fondazione Joseph Camenzuli 1776. Il-ventartal iġib tliet marki: waħda tal-arġentier Michele Brondes, waħda ta’ Michele Pianat, kap taz-Zecca, u waħda li tiċċertifika li x-xogħol sar minn Fidda Rumana, magħrufa bħala Argento dell’Ombrellone. Fil-wirja kienet esibita wkoll ilMazza Kapitulari tal-fidda, simbolu tal-awtorità tal-Kolleġġjata. Din is-soltu tinġarr mill-mazzier filpurċissjonijiet jew titqiegħed fuq il-presbiterju tal-Knisja Kolleġġjata. Il-privileġġ tal-użu tal- Mazza kien ingħata lill-Kapitlu tal-Kolleġġjata ta’ San Pawl tal-Belt mill-Papa Piju VII fis-6 ta’ April 1818. Hija xogħol tal-arġentier Ruman, Filippo Pacetti, xogħol fin fi stil neoklassiku li ħadimha fi tnax-il xahar u kkunsinjaha lill-Kapitlu fl-1820. Il-parti ta’ fuq tal-mazza hija mżejna b’erba’ xeni mill-ħajja ta’ San Pawl li huma: (i) San Pawl jippriedka lillMaltin; (ii) il-miraklu tal-lifgħa; (iii) San Pawl ifejjaq lill-missier Publju; (iv) San Pawl ifejjaq lill-morda tal-gżira. Fiha wkoll erba’ figuri femminili jirrapreżentaw il-virtujiet, waqt li fil-parti ta’ fuqnett tiddomina statwa fina ta’ San Pawl b’idu mgħollja ’l fuq.
Il-mazza tal-Kolleġġjata esebita fil-wirja li saret fil-Berġa ta’ Kastilja (Ħajr David Cassar)
27
San Pawl għand is-Sorijiet ta’ Sant' Ursola Nhar il-Ħadd 17 t’Ottubru, ġie ċċelebrat l-1950 anniversarju minn Nawfraġju ta’ San Pawl f ’Malta fil-parroċċa ta’ San Pawl Nawfragu tal-Belt Valletta. Kienet festa speċjali. Il-purċissjoni għaddiet minn toroq u postijiet li s-soltu ma tgħaddix minnhom, partikolarment in-naħat talBarrakka t’isfel, u l-post fejn hemm il-Qanpiena, u l-kwartieri komunement magħrufa bħala l-Arċipierku. Kienet okkażjoni speċjali. L-istatwa ta’ San Pawl, xogħol tant sabiħ ta’ Melchiorre Gafà, għaddiet mit-toroq dojoq tal-Arċipierku, minn ħdejn is-swar tal-Barrakka t’isfel. Kienet xena kommoventi dik tal-istatwa ta’ San
28
L-Onorevoli Dr Tonio Borg
Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Affarijiet Barranin
Pawl, merfugħ minn għexieren ta’ Beltin, tħares lejn il-bokka tal-port tal-Belt Valletta, filwaqt li mijiet ta’ Maltin stqarrew il-Kredu – l-istqarrija tal-fidi.
Iżda għalija l-aktar mument kommoventi kien meta l-purċissjoni għamlet waqfa qasira quddiem il-Knisja u Kunvent tas-Sorijiet magħrufa bħala s-sorijiet ta’ Sant' Ursola. Is-Sorijiet Ġerosolomitani tal-Monasteru ta’ Sant' Ursola huma l-unika fergħa ħajja tal-Ordni Sovran ta’ San Ġwann ta’ Ġerusalem li baqgħet, bla interruzzjoni f ’Malta – anke wara li Napuljun keċċa l-Ordni minn Malta. Ilhom imwaqqfa f ’Malta għal aktar minn 400 sena! Għandhom id-dritt bħala “sorores” tal-Ordni li jilbsu s-salib tal-Kavallieri fuq l-abitu tagħhom. U kollha dehru - huma li huma sorijiet tal-klawsura – sabiex jilqgħu lil San Pawl hekk kif niżel
Programm tal-Festa tan-Nawfraġju ta’ San Pawl ‒ Valletta 2011
Strada Sant’Ursula, u l-purċissjoni waqfet quddiem il-Kunvent. Diversi sorijiet tal-klawsura, meta jiġu intervistati u jsaqsuhom kif “jissaportu” jingħalqu f ’kunvent għal ħajja ta’ talb u kontemplazzjoni, iwieġbu illi huma aktar iħossuhom strambi u storduti meta, f ’okkażjonijiet rari joħorgu millerba’ ħitan tal-kunvent, milli meta joqogħdu ġewwa. Hekk kif infetħu l-bibien tal-knisja, u l-Arċipriet Alfred Camilleri, mar ħdejn is-sorijiet, il-folla – bil-qraba tas-sorijiet fuq quddiem – marret lejhom. Kienet xena sabiħa. Qraba bdew ikellmu lis-sorijiet li jiġu minnhom. Xi nies talbuhom sabiex jitolbu għal xi ħadd li għandu bżonn għajnuna; u s-sorijiet bl-abitu talOrdni, quddiem dik ix-xena rari mhux biss għalihom iżda għalina wkoll, bdew ikantaw l-Innu taċċentinarju “Kbir Appostlu tal-Knisja ta’ Kristu”. Kienet idea tajba ħafna li ġiet organizzata dil-laqgħa ħelwa u sabiħa bejn is-sorijiet u l-qaddis li
ġab il-fidi nisranija fi gżiritna; u dana għaliex il-ħajja ta’ kontemplazzjoni tas-sorijiet tal-klawsura – huma ta’ liema kongregazzjoni huma – hija xhieda ta’ fidi ħajja li tiċħad il-pjaċiri u l-kumditajiet tad-dinja, biex tiddedika ruħha biss lill-Ħallieq. Hekk kif San Pawl telaq minn quddiem il-Kunvent u dar lejn l-Arċipierku, ħassejt kemm aħna
xxurtjati li għandna nies ta’ fidi bħasSorijiet ta’ Sant' Ursola. J’Alla l-fidi tagħna ma tiqafx biss bl-għajjat li jtarrax ta’ “Magnus” f ’Jum il-Festa ta’ San Pawl, iżda tkun mifruxa matul is-sena kollha, u magħġuna f ’ħajjitna u f ’għemilna, u fid-deċiżjonijiet li kull wieħed u waħda minna jagħmel matul ħajtu.
“Qraba bdew ikellmu lis-sorijiet li jiġu minnhom. Xi nies talbuhom sabiex jitolbu għal xi ħadd li għandu bżonn għajnuna; u s-sorijiet bl-abitu tal-Ordni, quddiem dik ixxena rari mhux biss għalihom iżda għalina wkoll, bdew ikantaw l-Innu taċ-ċentinarju”
29
Programm tal-Festa tan-Nawfraġju ta’ San Pawl ‒ Valletta 2011
Soċjetà li kulħadd iħares lejha b’rispett Ilqajt bil-ferħ l-istedina li għamlitli l-Għaqda tal-Pawlini biex bħala l-President ġdid tas-Soċjetà Filarmonika Nazzjonali "La Valette", nesprimi ftit minn dak li nixtieq nara jseħħ fis-snin li ġejjin għall-ġid tal-membri tagħna u fl-istess ħin għall-futur tas-Soċjetà nnifisha. Biex wieħed jasal għal ċerti konklużjonijiet, tajjeb li naraw minn fejn bdejna u fejn irridu naslu. Is-Soċjetà Filarmonika Nazzjonali "La Valette" ġiet imwaqqfa speċifikament biex tkun marbuta mal-festa tan-Nawfraġju ta’ Missierna San Pawl fl-10 ta’ Frar, tant li l-ewwel ħsieb kien li isimha jkun Soċjetà Filarmonica San Paolo. Għalkemm marbuta mal-festa ta’ San Pawl, il-viżjoni tal-fundaturi kienet li mhux biss tassoċja ruħha mal-festa ta’ San Pawl imma tkun
30
Charles Camilleri
President tas-Soċjetà Filarmonika Nazzjonali "La Valette"
iżjed minn hekk, iva tkun is-Soċjetà Filarmonika Nazzjonali "La Valette". Dan ifisser li kellha tkun l-iprem u l-aqwa fil-gżejjer Maltin. U hekk hu, għax hija s-Soċjetà li kulħadd iħares lejha b’tali rispett.
Minn dejjem kellha Presidenti u Surmastrijiet ta’ ċerta statura. Presidenti li mexxew mhux biss lis-Soċjetà, imma saħansitra anki lil pajjiżna. Presidenti li mexxew azjendi kbar. Imma fuq kollox Presidenti li kellhom viżjoni u kabbru l-isem tas-Soċjetà. Kellna u għandna Surmastrijiet ta’ kalibru mużikali kbir, b’ismijiet ta’ fama mondjali. Umilment ngħid li jien ma jixraqlix noqgħod ħdejhom, imma lest li nagħti dik l-enerġija kollha biex ma nagħmilx għajb lil ta’ qabli. Għalkemm forsi ż-żminijiet tbiddlu, fejn ħarġu ħafna nies mill-Belt Valletta u anki hawn ħafna postijiet ta’ divertiment fejn iż-żgħażagħ jiffrekwentaw, is-Soċjetà baqgħet l-iżjed popolari mal-Maltin. Hija s-Soċjetà Filarmonika Nazzjonali "La Valette" li tirrapreżenta l-Festa
Programm tal-Festa tan-Nawfraġju ta’ San Pawl ‒ Valletta 2011 Nazzjonali, ċioè l-Festa ta’ San Pawl Missier il-Maltin u Għawdxin kollha. U proprju għalhekk li għandna piż u dover li nkomplu nonfħu fuq il-fjamma biex San Pawl Missierna jżomm idejh fuqha ħalli nżidu ma’ dak li għamlu ta’ qabilna. Ftit xewqat li nixtieq nara li jseħħu huma li nagħtu dehra ġdida lillkażin innifsu biex il-membri jgawdu d-dinjità tagħhom kif jixraqilhom f ’post iżjed frisk u nadif. Nixtieq li jiġu ffurmati tliet kummissjonijiet, waħda għaż-żgħażagħ, oħra għannisa, u oħra għal persuni ta’ ċerta età biex b’hekk ikollna spectrum sħiħ bħala membri. Nixtieq nara żieda fil-membri ta’ kull età. Nixtieq nara l-Banda ddoqq barra minn Malta u anki f ’iżjed postijiet f ’Malta u Għawdex biex isem is-Soċjetà jkompli jaqdi dak l-isem li jixraqlu. Nixtieq nara tfal, speċjalment tfal Beltin li jitħajru jdoqqu strument biex il-kultura tal-mużika tinżera’ fihom u b’hekk inkunu qed inġeddu dak li bdew ta’ qabilna. Nixtieq nara iżjed entużjażmu miż-żgħażagħ ħalli dejjem inrawmu nies kapaċi biex imexxu warajna. Imma fuq kollox nixtieq nara ħolma tiegħi personali tiġi realizzata, dik li ndawru l-ewwel sular f ’mużew. Ma nistgħux napprezzaw biżżejjed x’rikkezzi għandha s-Soċjetà tagħna. Żgur li kemm Maltin kif ukoll barranin qatt ma raw rikkezzi bħal ma għandha s-Soċjetà. Fl-aħħar, iżda mhux l-anqas, nitlob lill-Mulej jagħti l-għerf u l-kapaċità lill-Kumitat ta’ Direzzjoni biex jagħraf imexxi u biex dak kollu li ssemma’ hawn fuq isir realtà. Ippermettuli fl-aħħar nirringrazzja lil dawk kollha ta’ qabilna li bnew Soċjetà b’saħħitha, kif ukoll lil dawk preżenti biex bl-għaqal tagħhom ikomplu jsawru dan il-ġid, hekk ukoll ta’ warajna biex jagħrfu l-importanza li jġeddu u jmexxu tul iż-żminijiet.
Marċi li ser jiġu esegwiti mill-Banda Soċ. Fil. Naz. "La Valette" fl-okkażjoni tal-Festa tan-Nawfraġju ta’ San Pawl Valletta
d 10 ta’ Frar 2011 d Excellency.................................................. Joseph Azzopardi Putifar......................................................... Luigi Bongailas Gallantry.................................................... Vincenzo Ciappara Dejjem Rebbieħa...................................... Michael Ciantar Eccellenza.................................................. Emmanuel Bugeja Primizia...................................................... Angelo Pace Matador’s Prayer...................................... John Theuma Zukito......................................................... John Mamo The Red Eagle March.............................. Orazio Cachia Como.......................................................... Archibald Mizzi Jean de La Valette..................................... Dominic Darmanin Ulied Pawlu............................................... James Chappelle
Viva San Pawl Missierna.
Marcia San Paolo nru. 5.......................... Cardenio Botti
Grazzi minn qalbi.
Inno Marcia San Paolo ........................... Cardenio Botti Surmast Direttur: Mro. Dominic Darmanin ALCM, LLCM, FLCM 31
Programm tal-Festa tan-Nawfraġju ta’ San Pawl ‒ Valletta 2011
32
Lombard Bank - Palazzo Spinola Annexe, Frederick Street, Valletta
Programm tal-Festa tan-Nawfraġju ta’ San Pawl ‒ Valletta 2011
Award for Architectural Heritage
Lombard Bank Malta p.l.c.
Head Office: 67 Republic Street Valletta Malta • PO Box 584 Valletta VLT 1000 Malta Tel: +356 25581117 • Fax: +356 25581151 • e-mail: mail@lombardmalta.com • www.lombardmalta.com • SWIFT Code: LBMAMTMT Licensed to conduct Investment Services Business by the Malta Financial Services Authority Regulated by the Malta Financial Services Authority & listed on the Malta Stock Exchange 33
Sterling Silver with semi-precious stones and fine Costume Jewellery 43A, Zachary Street, Valletta Tel. 21226565
outdoor and studio PHOTOGRAPHY for any occasion
www.photocitymalta.com www.photocitymalta.com www.photocitymalta.com www.photocitymalta.com
e : info@photocitymalta.com
21236723
27 and 57 South street, Valletta. VLT 1102
Respect your tastebuds.
Information? Heineken.com
Programm tal-Festa tan-Nawfraġju ta’ San Pawl ‒ Valletta 2011
L-Arċisqof Pawlu Cremona jagħti l-messaġġ tiegħu waqt il-Quddiesa Pontifikali ta’ nhar is-17 ta’ Ottubru (Ħajr David Cassar)
1950 sena ta’ tifkira Pawlina Vincent Farrugia
Għaddew 1950 sena mill-wasla providenzjali tal-Appostlu tal-Ġnus fil-gzira tagħna. Din il-wasla ma ħallietx biss tifkira iżda ħalliet filqlub il-fjamma tal-fidi. Għaddew sekli sħaħ u ġens wara ġens tul dan iż-żmien ra taqlib f ’mentalitajiet u kulturi diversi. Kienet ir-rieda soda ta’ dan il-ġens li fil-maltemp kollu li għadda minnu tul is-sekli, żamm sħiħa din il-fidi li kiseb bi grazzja. Poplu determinat li permezz ta’ ideal qawwi kiseb identità u minn din il-ġrajja ħajja u hekk kbira. Għalhekk huwa għaqli li ġrajja bħal din tkun dejjem imfakkra biex il-ġens tal-lum li qiegħed jgħix dak li kisbu b’għaqal l-antenati tagħna, ifakkarna sabiex aħna nżommu sħiħ dak li kisbu u għaddewh lilna. Kienet is-sena 2010 li fiha fakkarna l-bidu ta’ twemmin li baqa' ħaj tul dawn l-aħħar 1950 sena. Sabiex ma jintesa qatt dan is-siġill fil-fidi li għadha ħajja sal-lum, irReverendissmu Kapitlu flimkien mal-Għaqda tal-Pawlini, imħeġġin mill-Knisja universali u flimkien mad-Djoċesi ta’ Malta, fakkru blaktar mod qaddis u reliġjuż din il-ġrajja. Ċelebrazzjonijiet li nittamaw li ħallew fil-qlub tal-Maltin il-frott mixtieq. Sabiex nimmarkaw din il-ġrajja qegħdin infakkru dak li sar f`dawn iljiem speċjali għal Malta u l-poplu tagħha matul is-sena li għaddiet. Wara li fi Frar ġiet iċċelebrata l-festa tan-Nawfraġju ta’ San Pawl, fis-17 u t-18 ta’ April kellna ż-żjara tal-Papa Benedettu XVI, żjara li tat kontribut qawwi għas-suċċess ta’ dawn iċ-ċelebrazzjonijiet. Matul din is-sena saret attività pastorali f`Malta u Għawdex bi programmi u laqgħat reliġużi fil-parroċċi u filjali tagħhom. Saru diversi wirjiet fosthom dik fil-Berġa ta’ Kastilja fejn hemm l-uffiċju tal-Prim Ministru. Wirja oħra saret fid-dar tal-Ewropa minn artist Taljan Sergio Favotto bil-kollaborazzjoni tal-Kunsill Lokali. Diversi kienu l-mixjiet u pellegrinaġġi għal dan il-għan. Il-ġurnali ta’ kuljum ukoll taw kontribut b’artikli dwar din is-sena speċjali u rapporti ta’ dak li kien qiegħed isir.
38
Programm tal-Festa tan-Nawfraġju ta’ San Pawl ‒ Valletta 2011 Għal dan iż-żmien tant importanti t-toroq tal-parroċċa ġew imżejna b’għadd ta’ pavaljuni u bandalori flimkien ma’ mixgħela ġenerali. Il-knisja ġiet imżejna bid-damask fil-korsija, il-linef tal-kristall u l-artal maġġur majestuż bil-fidda. Il-Kapitlu tal-Kolleġjata ta’ San Pawl u l-Għaqda tal-Pawlini fil-Belt Valletta ħejjew programm ta’ ġimgħa sħiħa. Nhar il-Ħadd 10 ta’ Ottubru, l-istatwa artistika ta’ San Pawl inħarġet minniċċa u tpoġġiet taħt in-nava għal dawn il-jiem speċjali. Iżda qabel saret quddiesa mmexxija mill-Kapitlu, u wara l-quddiesa nkixfet irħama mill-Arcipriet Kan. Alfred Camilleri li tfakkar dan l-anniversarju quddiem folla sabiħa ta’ nies u fil-preżenza talbenefattur u donatur tal-irħama s-Sur Anthony Cassar. L-għada, it-Tnejn, il-quddiesa saret bis-sehem tat-tfal immexxija minn Patri Victor Paul Farrugia Karmelitan. Wara fis-sede tas-Soċjetà Filarmonica "La Valette" nfetħet wirja mtella’ mill-Għaqda tal-Pawlini bit-tema "Storja, Fidi u Kultura". Id-diskors talokkażjoni sar mill-President attwali tal-Għaqda tal-Pawlini s-Sur Etienne Montfort u tbierket mill-Arċipriet. Preżenti għal din l-okkażjoni kien hemm ukoll il-fundatur talGħaqda, is-Sur Pawlu Asciak li ġie mistieden biex jagħmel diskors qabel l-inawgurazzjoni tal-wirja. Kienu diversi l-mistednin, fosthom isSindku, il-Viċi-Sindku u nies distinti.
Il-Ġimgħa saret il-funzjoni bis-sehem tal-grupp Neokatekumenali. Fil-każin sar il-kunċert tradizzjonali mill-banda "La Valette" li għalih il-partitarji Pawlini jinġabru bi ħġarhom. Is-Sibt filgħodu kellu jsir marċ mill banda Madonna tal-Karmnu tal-Balluta iżda dan kellu jitħassar minnħabba x-xita u l-maltemp. Filgħaxija l-Kolleġjata laqgħet lillIsqof tad-Djoċesi ta’ Għawdex, Mons. Mario Grech li mexxa l-funzjoni. Fil-priedka tiegħu, l-Isqof saħaq fuq it-twemmin u aċċenna ħafna fuq l-argumenti li qegħdin jitqajmu fiż-żminijiet tagħna. Huwa saħaq biex inkunu sodi u ma nċedux għall-kurrenti li dejjem jiġu fuqna. Għal din il-funzjoni l-Kapitlu kkonċelebra flimkien ma’ għadd ta’ saċerdoti. Kienet funzjoni solenni
u tassew sabiħa bil-parteċipazzjoni tal-kor tal-parroċċa. Wara l-funzjoni saret laqgħa soċjali mill-membri u partitarji ta’ San Pawl fit-triq talknisja. Il-Ħadd, jum l-għeluq ta’ din it-tifkira għażiża, kien jum speċjali, jum li sebaħ bid-daqq tal-qniepen biex ifakkru li dan il-jum kien jum speċjali għal Malta, u fuq kollox għalina l-parruċċani. Fid-9:00 ta’ filgħodu wasal fostna l-Arċisqof ta’ Malta Mons. Pawlu Cremona O.P. li mexxa l-Quddiesa Pontifikali flimkien malKapitlu tal-Kolleġġjata. Il-paniġierku nisġu l-istess Arċisqof. Huwa kompla jħeġġeġ fuq il-messaġġ li ħalla San Pawl fostna u tenna l-messaġġ tal-Isqof ta’ Għawdex fil-jum ta’ qabel. Dan il-pontifikal solenni reġa' fakkarna fil-jum tant għażiż tal-10
It-Tlieta saret taħdita minn Patri Marcello Ghirlando OFM li tkellem fuq il-ġrajja providenzjali – ġrajja mbierka. Taħdita li ntlaqgħet tajjeb ħafna mill-pubbliku. L-Erbgħa kienet ġurnata speċali għall-Quddiesa bir-rit Biżantin. Din tmexxiet mill-Papas talGriegi l-Arkimandita Mons. George Mifsud Montanaro. Kienet okkażjoni sabiħa li fiha il-komunità setgħet tara ritwal profond u qaddis. Wara din il-funzjoni, sar kunċert millbanda Pinto ta’ Ħal Qormi fil-Każin "La Valette" mmexxija mis-Surmast tas-Soċjetà "La Valette" Dominic Darmanin b’mużika popolari. Il-Ħamis saret Adorazzjoni Ewkaristika. Din kienet animata mill-kitbiet profondi ta’ San Pawl, Adorazzjoni li tat sens qawwi ta’ preparazzjoni għal dawn il-festi segwita bil-Barka Sagramentali.
L-Arkimandrita Mons. George Mifsud Montanaro waqt parti mill-Quddiesa li ċċelebra bir-rit Biżantin fil-Kolleġġjata, nhar it-Tlieta, 12 ta’ Ottubru (Ħajr Robert Cassar)
39
Programm tal-Festa tan-Nawfraġju ta’ San Pawl ‒ Valletta 2011 ta’ Frar. Wara li ntemm il-Pontifikal, saret quddiesa bl-omelija u wara nofsinhar fl-4:30 pm il-Kanonku Dun Lawrenz Zammit mexxa quddiesa kantata.
Il-Kapitlu tal-Kolleġġjata qabel il-wasla tal-vara ta’ San Pawl (Ħajr David Cassar)
L-Arċipriet jagħti d-diskors memorabbli waqt l-Istqarrija tal-Fidi li saret quddiem ilmonument tal-Assedju (Ħajr David Cassar)
Ġemgħa ta' nies miġbura madwar il-vara devota ta' San Pawl
40
Filgħaxija, fit-toroq tal-belt bdew deħlin folol tan-nies sabiex jassistu għall-manifestazzjoni u mixja ta’ fidi storika fil-qalba tal-parroċċa. Fis-sagristija kien hemm attività ta’ Kanonċi jilbsu l-ilbies tal-okkażjoni, fratelli għal kull fratellanza jilbsu l-ilbies tagħhom, dik tal-Madonna tal-Karità, ta’ San Mikiel, ta’ San Homobono, San Krispin u Krispinjanu, San Martin, dik ta’ Sant’Agata u l-fratellanza tasSantissmu Sagrament. Fid-Domus Pauli r-reffiegħa soliti tal-vara flimkien ma’ erba’ reffiegħa oħra li ġew magħżula mill-Kumitat għal din l-okkażjoni. Charles Grima, il-persuna nkarigata mill-vara u r-reffiegħa tagħha, ta l-istruzzjonijiet tiegħu. Qabel ma ħarġet il-purċissjoni tqassmu lir-reffiegħa u lill-Kumitat tal-Għaqda, midalji żgħar bix-xbiha ta’ San Pawl ġentilment mogħtija mis-Sur Vincent Mizzi. Id-daqq tal-qniepen issa kien fl-aqwa tiegħu u mall-wasla tad-driegħ mirakoluż tal-Appostlu Pawlu fil-bieb, il-poplu nfexx f ’ċapċip kbir, intant l-Arċipriet wasal quddiem il-vara fejn ġabar irreffiegħa u qal it-talba. Mal-mument li l-vara ġiet merfugħa, l-għajjat ta’ Magnus, Viva San Pawl u Missier ilMaltin ma waqafx, ċapċip u għajjat ta’ ferħ saltan maċ-ċaqlieqa tal-vara. Ma jistax jonqos hekk li l-Vara xirfet millbieb ’il barra, in-nies li kien hemm barra infexxet f'għajjat hi wkoll.
Il-midalji li tqassmu mis-Sur Vincent Mizzi, membru tal-Għaqda tal-Pawlini
Programm tal-Festa tan-Nawfraġju ta’ San Pawl ‒ Valletta 2011 Kienet tassew għażla għaqlija li għal din l-okkażjoni, t-triq tal-purċissjoni ssir fil-parroċċa u għaddiet minn Triq San Pawl u ddur għal Triq l-Arċisqof. Mal-wasla fejn is-sorijiet ta’ Sant Ursola, l-vara twaqqfet quddiem il-knisja bis-sorijiet ikantaw l-Innu taċ-ċentinarju Pawlin tal-1960. Kienet xena kommoventi ħafna. Is-sorijiet tal-klawsura dehru kollha fil-bieb flimkien mal-kappillan tagħhom Patri Ġorġ Aquilina OFM. Il-purċissjoni kompliet billi mxiet tul Triq Sant’ Ursola u daret għal Triq San Kristofru. Mal-wasla fuq is-Sur maġemb il-Barrakka t'Isfel, instema’ sparar ta’ musketterija u tul Triq il-Meditterran minn fuq kull bejt inħarqet musketterija. Folol ta’ nies ħonqu Triq ilMediterran, u mal-wasla fejn is-Saint Paul’s, inkixfet irħama kommemorattiva sabiex jibqa’ mfakkar dan il-jum speċjali meta l-vara artistika ta’ San Pawl niżlet fil-qalba tal-parroċċa għall-ewwel darba fl-istorja tagħha. Il-Banda "La Valette", li kienet qed takkumpanja l-vara, daqqet l-innu ta’ San Pawl fost l-għajjat tal-poplu u l-kant ma jaqta’ xejn. Wara l-kxif tal-lapida saru diskorsi qosra. L-ewwel diskors għamlu s-Sur Stefano Zampa li kien inkarigat millġbir għall-lapida u ġbir ta’ fondi oħra mill-partitarji Pawlini tal-Arċipierku. Huwa ta tifkira lill-Arċipriet u tifkira oħra lill-President ta’ "La Valette". Dawn min-naħa tagħhom għamlu d-diskorsi tagħhom. Il-partitarji offrew bukkett fjuri ta’ ward aħmar f ’isem il-Każin u l-Pawlini talArċipierku. L-Arċipriet qiegħed dan il-bukkett fuq il-bradella tal-vara ta’ San Pawl. Il-purċissjoni wara kompliet miexja u marret quddiem il-monument tal-qanpiena li jfakkar il-vittmi tal-gwerra. Kienet xena meraviljuża bil-vara tħares lejn il-bokka tal-Port il-Kbir. Kienet impressjonanti ħafna u n-nies miġbura mal-vara u fil-gallerija tal-Barrakka. L-Arċipriet imdawwar mill-Kapitlu u l-President tal-Għaqda tal-Pawlini s-Sur Etienne Montfort fuq it-taraġ taw bidu għall-Istqarija tal-Fidi. Il-President tal-Għaqda tal-Pawlini qara l-passaġġ mill-Atti tal-Appostli
Is-siġġijiet li ntużaw mill-Papa u l-President ta’ Malta li ġew mogħtija lill-Kolleġġjata mill-Prim Ministru ta’ Malta (Ħajr Robert Cassar)
fejn tissemma Malta u wara, l-Arċipriet għamel diskors imqanqal ħafna. Huwa appella biex fiż-żmien tal-lum u għal dak li ġej nibqgħu ngħożżu l-fidi li ġabilna San Pawl, nibqgħu sħaħ fil-fidi u fit-tagħlim tal-Knisja. Wara l-poplu, flimkien mal-Kapitlu, għamlu l-Istqarrija tal-fidi. Il-banda "La Valette" daqqet l-Innu ta’ San Pawl, filwaqt li minn maġemb il-Port il-Kbir inħarqet kaxxa nfernali li dawlet id-daħla tal-Port il-Kbir. Il-poplu preżenti assista għall-avveniment hekk sabiħ li żgur se jibqa’ mmarkat fil-memorji tiegħu. Wara, il-purċissjoni mxiet għal Triq San Nikola, il-qalba tal-Arċipierku. Mal-wasla tal-vara quddiem l-istatwa li hemm fil-kantuniera ta’ Triq l-Ibjar, in-nies dehru kommossi ħafna.
Il-Purċissjoni wara baqgħet tiela' għal Triq San Pawl. Mal-wasla tal-vara quddiem il-knisja, il-qniepen reġgħu bdew isellmu lill-Appostlu tal-Ġnus fost iċ-ċapċip tal-poplu. Bil-ġirja tradizzjonali tal-vara fit-taraġ talKnisja, il-vara daħlet lura fit-tempju li kien mimli bin-nies filwaqt li ndaqqet l-antifona 'Sancte Paule' tas-Surmast magħruf Paolo Nani. Wara li l-vara tpoġġiet fuq il-bradella, tkanta t-Tantum Ergo u ngħatat il-Barka Sagramentali akkumpanjata bl-aħħar tokki tal-qniepen u b’hekk ġiet fi tmiemha din it-tifkira ħajja tal-1950 sena mill-wasla providenzjali talAppostlu Missierna San Pawl. Nittamaw li din it-tifkira tibqa’ ħajja fil-qalb tagħna u j’Alla dawk li jiġu warajna jkomplu jffakkru dan l-avveniment lil Malta ma' Pawlu.
41
Programm tal-Festa tan-Nawfraġju ta’ San Pawl ‒ Valletta 2011
Tifkira tal-Festa Solenni tan-Nawfraġju ta’ San Pawl li se ssir fl-Insinji, Kolleġġjata, Matriċi, Veskovili, Parrokkjali u Prinċipali tal-Belt Valletta
Programm tal-Festa fil-knisja Is-Sibt, 22 ta’ Jannar: Bidu tal-Programm tal-Festa 5.30 p.m. Rużarju u Barka Sagramentali. 6.00 p.m. Quddiesa konċelebrata bis-sehem tal-Kapitlu. Il-Konċelebrazzjoni titmexxa mill-Arċipriet Kan. Alfred Camilleri. Isir talb speċjali għas- suċċess tal-Festa. Wara l-konċelebrazzjoni, il-vara ta’ San Pawl tinħareġ min-niċċa tagħha u titpoġġa fil-knisja għall-qima tagħna. It-Tlieta, 25 ta’ Jannar: FESTA TAL-KONVERŻJONI TA’ SAN PAWL 5.30 p.m. Rużarju u Barka Sagramentali. 6.00 p.m. Konċelebrazzjoni bis-sehem tal-Kapitlu. Il- priedka tal-okkażjoni se ssir minn Rev. Kan. Carmelo Busuttil. L-Erbgħa, 26 ta’ Jannar: GRUPP KARIŻMATIKU ĦNIENA DIVINA 5.30 p.m. Rużarju u Barka Sagramentali. 6.00 p.m. Quddiesa organizzata u animata mill-membri tal-Grupp Kariżmatiku. Il-Ħamis, 27 ta’ Jannar: JUM L-EWKARISTIJA 5.30 p.m. Rużarju u Barka Sagramentali. 6.00 p.m. Quddiesa. Iqaddes l-Arċipriet Kan. Alfred Camilleri. Wara l-Evanġelju, il-Ministri Straordinarji tat-Tqarbin iġeddu l-mandat tagħhom. Il-Ġimgħa, 28 ta’ Jannar: JUM IT-TFAL 5.30 p.m. Rużarju u Barka Sagramentali. 6.00 p.m. Quddiesa li fiha jiġu mistiedna jattendu t-tfal kollha tal-Parroċċa. Iqaddes P. Renald Loffreda O. Carm. It-tfal jingħataw rigal wieħed u jittellgħu ħafna rigali. Is-Sibt, 29 ta’ Jannar: JUM L-GĦAQDIET U L-OPERATURI PASTORALI 5.30 p.m. Rużarju u Barka Sagramentali. 6.00 p.m. Quddiesa. Iqaddes P. Victor Paul Farrugia O. Carm.
42
Il-Ħadd, 30 ta’ Jannar: JUM L-GĦAQDA TAL-PAWLINI 5.30 p.m. Rużarju u Barka Sagramentali. 6.00 p.m. Quddiesa organizzata u animata mill-membri tal-Għaqda tal-Pawlini. Iqaddes Rev. P. Michael Camilleri O.P. It-Tnejn, 31 ta’ Jannar: Jum il-Kelma t’Alla 5.30 p.m. Rużarju u Barka Sagramentali. 6.00 p.m. Quddiesa li għaliha huma mistiedna b’mod speċjali dawk li jaqraw il-Kelma t’Alla fil- Quddies. Iqaddes P. Michael Bugeja, Delegat tal-Arċisqof għal-Liturġija. It-Tlieta, 1 ta’ Frar 5.30 p.m. Rużarju u Barka Sagramentali. 6.00 p.m. Quddiesa konċelebrata mmexxija mill-Patrijiet Franġiskani. Imexxi l-Gwardjan P. Marcello Ghirlando o.f.m. L-Erbgħa, 2 ta’ Frar: Festa tal-preżentazzjoni ta’ Ġesù fit-tempju 5.30 p.m. Rużarju u Barka Sagramentali. 6.00 p.m. Konċelebrazzjoni bis-sehem tal-Kapitlu. Imexxi l-Arċipriet Kan. Alfred Camilleri. Il-Ħamis, 3 ta’ Frar: JUM IL-FAMILJA NISRANIJA 5.30 p.m. Rużarju u Barka Sagramentali. 6.00 p.m. Quddiesa organizzata mill-Kummissjoni Familja. Mistiedna b’mod speċjali il- koppji miżżewġa kollha. Wara l-omelija jsir it-tiġdid tas-Sagrament taż-Żwieġ. Iqaddes P. Martin Micallef o.f.m. Cap. Il-Ġimgħa, 4 ta’ Frar 5.30 p.m. Rużarju u Barka Sagramentali. 6.00 p.m. Quddiesa ta’ ringrazzjament lil Alla għall-25 anniversarju ta’ saċerdozju ta’ P. Alfred Farrugia MSSP. Isir diskors tal-okkażjoni.
Programm tal-Festa tan-Nawfraġju ta’ San Pawl ‒ Valletta 2011
Is-Sibt, 5 ta’ Frar: IS-SAċERDOZJU TA' SAN PAWL U S-SAċERDOZJU NISRANI 5.30 p.m. Rużarju u Barka Sagramentali. 6.00 p.m. Quddiesa konċelebrata mmexxija mill- Arċipriet fl-okkażjoni tal-25 anniversarju tal-Parrokat tiegħu kemm fil-Parroċċa tal-Mellieħa, kif ukoll filParroċċa ta' San Pawl tal-Belt. Il-Komunità Parrokkjali kollha hija mistiedna tingħaqad mal-Arċipriet għal din l-okkażjoni sabiħa ta' Radd il-Ħajr. Jagħmel id-diskors talokkażjoni il-Kan. Kantur Ġwann Borg. Il-preżenza tagħna f'din il-festa, turi l-apprezzament tagħna għal ħidma sfieqa tiegħu magħna lkoll. Wara l-quddies dawk kollha preżenti huma mistiedna għal bibita fid-Domus Pauli. Għal din l-okkażjoni se jieħdu sehem żewġ korijiet. Il-kor parrokkjali 'Saulus' kif ukoll il-kor 'Shalom' li kien twaqqaf mill-Arċipriet stess 36 sena ilu meta kien a/Direttur talOratorju Marija Immakulata tal-Mosta. Il-Ħadd, 6 ta’ Frar: L-EWWEL JUM TAT-TRIDWU 5.00 p.m. Għasar kantat immexxi mill-Kan. Franics Perici Calascione. 5.30 p.m. Rużarju. 6.00 p.m. Quddiesa kantata solenni. Iqaddes il-Kan. Kanċillier Ġwann Ciarlò. Wara l-Quddiesa, l-ewwel priedka tat-Tridwu minn Rev. Mons. Paul Vella. Innu, Antifona, u Barka Sagramentali. Wara l-barka sagramentali jsir il-bews tar-Relikwija tad-Driegħ Mirakoluż. It-Tnejn, 7 ta’ Frar: IT-TIENI JUM TAT-TRIDWU 5.00 p.m. Għasar kantat immexxi mill-Kan. Lawrence Zammit. 5.30 p.m. Rużarju. 6.00 p.m. Quddiesa kantata solenni mmexxija mill- Kan. Kantur Ġwann Borg. Wara l-Quddiesa, it-tieni priedka tat-Tridwu minn Rev. Mons. Paul Vella. Innu, Antifona, u Barka Sagramentali. Wara l-barka sagramentali jsir il-bews tar-Relikwija tad-Driegħ Mirakoluż. It-Tlieta, 8 ta’ Frar: IT-TIELET JUM U L-AĦĦAR JUM TAT-TRIDWU 5.00 p.m. Għasar kantat immexxi mill-Kan. Penitenzier Vincent Borg. 5.30 p.m. Rużarju. 6.00 p.m. Quddiesa kantata solenni mmexxija mill- Kan. Arċipriet Alfred Camilleri. Wara l-Quddiesa, it-tielet priedka tat-Tridwu minn Rev. Mons. Paul Vella. Innu, Antifona, u Barka Sagramentali. Wara l-barka sagramentali jsir il-bews tar-Relikwija tad- Driegħ Mirakoluż.
L-Erbgħa, 9 ta’ Frar: LEJLIET IL-FESTA 10.00 a.m. Quddiesa għall-morda u għall-anzjani li fiha jiġi amministrat is-Sagrament tal-Griżma tal-morda. Iqaddes il-Kan. Penitenzier Vincent Borg. 5.15 p.m. Traslazzjoni Solenni mmexxija mill-E.T. Mons. Pawl Cremona O.P. Arċisqof ta’ Malta. Għasar Solenni bis-sehem tal-Kor u l-Orkestra. 7.15 p.m. Quddiesa kantata ta’ lejliet il-Festa. Iqaddes Rev. Mons. Anton Gouder, Pro-Vigarju. Il-Ħamis, 10 ta’ Frar: JUM IL-FESTA TAN-NAWFRAĠJU TA’ SAN PAWL 7.00 a.m. Quddiesa. Mistiedna speċjali l-kappillani, is-Superjuri, u r-Retturi tal-Knejjes tal-Belt Valletta. Imexxi l-konċelebrazzjoni Patri Pawl Gatt, il-Provinċjal tal-Ordni Dumnikan. 8.00 a.m. Quddiesa. Mistiedna speċjali jkunu rappreżentanza mill-Kapitli tal-Kottonera u saċerdoti oħra. Imexxi l-konċelebrazzjoni Rev. Mons. Lawrence Mifsud. 9.00 a.m. Jasal l-E.T. Mons. Pawl Cremona O.P. Arċisqof ta’ Malta. 9.15 a.m. Quddiesa Pontifikali mmexxija mill-E.T. Mons. Pawl Cremona O.P. Arċisqof ta’ Malta. Wara l-Evanġelju jinseġ il-paneġierku, l-E.T. Mons. Ġorg Frendo O.P., S.Th., J.C.D., Isqof Awżiljarju ta’ Tirana-Durres, Isqof Titulari ta' Butrinti, Albanija. 11.45 a.m. Quddiesa letta. Iqaddes Rev. P. Robert Farrugia O. Carm. 3.45 p.m. Quddiesa bl-Ingliż għall-viżitaturi. Iqaddes Rev. P. Peter Serracino Inglott. 5.30 p.m. Purċissjoni Sinodali bil-vara ta’ San Pawl u r-Relikwija tad-Driegħ Mirakoluż ta’ San Pawl. Imexxi l-Purċissjoni l-Kan. Kanċillier Ġwann Ciarlò. 7.00 p.m. Fi Pjazza San Ġwann, l-Arċipriet Kan. Alfred Camilleri jmexxi l-Istqarrija tal-Fidi. 9.30 p.m. Dħul tal-Purċissjoni, Innu, Antifona, u Barka Sagramentali. NOTA F’każ ta’ maltemp u l-purċissjoni ma toħroġx filġurnata tal-10 ta’ Frar, il-programm ta’ filgħaxija jitmexxa għas-Sibt, 12 ta’ Frar 2011. 4.30 p.m. Quddiesa kantata mmexxija mill-Kan. Lawrence Zammit. 5.30 p.m. Purċissjoni. Matul il-ġranet tal-Festa jieħu sehem il-Kor Parrokkjali ‘Saulus’ taħt id-direzzjoni tas-Sur Albert Scicluna. Fil-Ħruġ tal-vara min-niċċa u mill-ewwel jum tat-Tridwu ’l quddiem, il-Kor u l-Orkestra jkunu taħt id-direzzjoni ta’ Mro. Dr. Joseph Gatt Ph.D.
43
Programm tal-Festa tan-Nawfraġju ta’ San Pawl ‒ Valletta 2011
Mumenti ta' tifkira
44
sena mill-Miġja ta’ San Pawl f’Malta
45
Programm tal-Festa tan-Nawfraġju ta’ San Pawl ‒ Valletta 2011
Tifkira tal-Festa Solenni tan-Nawfraġju ta’ San Pawl li se ssir fl-Insinji, Kolleġġjata, Matriċi, Veskovili, Parrokkjali u Prinċipali tal-Belt Valletta
Programm tal-Festa Esterna Is-Sibt, 22 ta’ Jannar ĦRUĠ TAL-ISTATWA TA’ SAN PAWL MIN-NIĊĊA 6.00 p.m. Quddiesa konċelebrata bis-sehem tal-Kapitlu b’talb speċjali għas-suċċess tal-Festa. Ma’ tmiem il-Quddiesa tiġi esegwita l-Antifona ‘Sancte Paule’ ta’ Mro Paolo Nani. L-Għaqda tal-Pawlini tiftaħ l-impenji tagħha tal-festa billi tipparteċipa bis-sħiħ għal din l-okkażjoni. Wara l-konċelebrazzjoni solenni jsir il-Ħruġ tal-Istatwa ta’ San Pawl min-niċċa fejn jiġu esegwiti Innijiet Pawlini. Tingħad il-kurunella lil San Pawl. L-orkestra fil-knisja tkun taħt id- direzzjoni ta’ Mro. Dr. Joseph Gatt Ph.D., Wara din iċ-ċelebrazzjoni, attività organizzata mill-Għaqda tal-Pawlini - Kummissjoni Nar fid-Domus Pauli. Is-Sibt, 29 ta’ Jannar ATTIVITÀ SOĊJALI B’RIŻQ IL-FESTA 8.00 p.m. Dinner Dance tal-Festa. Il-Ħadd, 30 ta’ Jannar JUM L-GĦAQDA TAL-PAWLINI 5.30 p.m. Rużarju u Barka Sagramentali. 6.00 p.m. Quddiesa animata u organizzata mill-membri tal-Għaqda tal-Pawlini fil-Knisja Kolleġġjata ta’ San Pawl Nawfragu. Iqaddes Rev. P. Michael Camilleri O.P. 8.30 p.m. Riċeviment tal-Festa għall-membri attivi fid- Domus Pauli. L-Għaqda tal-Pawlini ‘Fergħa Żgħażagħ’ tippreżenta l-Premju San Pawl għas- sena 2010-11. Il-Ġimgħa, 4 ta’ Frar ATTIVITÀ FIL-KAŻIN TAS-SOC. ‘LA VALETTE’ 7.30 p.m. Kunċert Ġenerali ta’ marċi brijużi għall- partitarji fil-Każin tas-Soc. Fil. Naz. ‘La Valette’.
46
Il-Sibt, 5 ta’ Frar 25 ANNIVERSARJU tal-Parrokat tal-ARċipriet 6.00 p.m. Quddiesa. Il-Membri tal-Għaqda tal-Pawlini huma mistiedna għal din iċ-ċelebrazzjoni ewkaristika. Il-Ħadd, 6 ta’ Frar L-EWWEL JUM TAT-TRIDWU 8.00 p.m. Riċeviment tal-Festa mogħti mill-Kumitat tas- Soc. Fil. Naz. ‘La Valette’. It-Tnejn, 7 ta’ Frar IT-TIENI JUM TAT-TRIDWU 8.30 p.m. L-Għaqda tal-Pawlini torganizza festival ta’ mużika allegra fil-Każin tas-Soc. Fil. Naz. ‘La Valette’ bis-sezzjoni tal-Brass Band taħt id- direzzjoni tas-Surmast-Direttur Mro. Dominic Darmanin A. (Mus.) L.C.M., F.L.C.M. It-Tlieta, 8 ta’ Frar IT-TIELET U L-AĦĦAR JUM TAT-TRIDWU 7.00 p.m. Manifestazzjoni bl-Istatwa ta’ San Pawl fil-Konverżjoni bis-sehem tal-Għaqda Mużikali Beland – Żejtun A.D. 1861 u l-Banda tal-Madonna tal-Karmnu - Balluta. L-Għaqda tal-Pawlini ‘Fergħa Żgħażagħ’ tieħu sehem attiv fl-organizzazzjoni ta’ dan il-marċ brijuż.
Il-marċ jibda minn Triq San Pawl, Triq San Ġwann, Triq Sant Ursola, Triq l-Arċisqof, Triq San Pawl, Triq San Duminku, Triq Sant Ursola, Triq San Nikola, Triq il-Mediterran, Triq San Kristofru, Triq Sant Ursola, Triq l-Arċisqof, Triq San Pawl, Triq Santa Luċija, Triq ir- Repubblika sa Pjazza l-Assedju l-Kbir fejn l-istatwa ta’ San Pawl tittella’ fuq pedestal f ’atmosfera festiva.
L-Erbgħa, 9 ta’ Frar LEJLIET IL-FESTA 5.30 p.m. Traslazzjoni Solenni mmexxija minn Mons. Pawl Cremona O.P., Arċisqof ta’ Malta. Jinħaraq salut u nar tal-ajru minn Misraħ Kastilja. 7.00 p.m. Il-Banda tas-Soc. Fil. Naz. ‘La Valette’ tesegwixxi marċ tradizzjonali u popolari minn Triq ir-Repubblika, Pjazza San Ġwann, Triq il- Merkanti, Triq Melita, Triq San Pawl, Triq San Kristofru, u Triq il-Mediterran. SPETTAKLU TA’ LOGĦOB TAN-NAR TAL-ART U TAL-AJRU L-Għaqda tal-Pawlini ‘Kummissjoni Nar’ tippreżenta spettaklu ta’ logħob tan-nar mill-Port il-Kbir. In-nar tal-art ġie manifatturat mill-Kamra tan-nar 12th May ta’ Ħaż-Żebbuġ. Il-Ħamis, 10 ta’ Frar JUM IL-FESTA TAN-NAWFRAĠJU TA’ SAN PAWL 8.00 a.m. Salut. 9.15 a.m. Quddiesa Pontifikali mmexxija minn Mons. Pawl Cremona O.P. Arċisqof ta’ Malta. 11.45 a.m. Il-Fondazzjoni Wirt Artna żżomm tradizzjoni antika ta’ sparar mis-Saluting Battery tal-Belt Valletta fl-okkażjoni tal-Festa tan-Nawfraġju ta’ San Pawl, bħala l-Patrun tal-Gżejjer Maltin. 12.00 p.m. Wara l-Quddiesa Pontifikali, l-E.T. President ta’ Malta Dr. George Abela u s-Sinjura Tiegħu, u dinjitarji oħra distinti jkunu mistiedna għal riċeviment fid-Domus Pauli. 12.45 p.m. Marċ tradizzjonali u popolari mill-Banda tas- Soc. Fil. Naz. ‘La Valette’. Jibda minn Triq San Pawl, Triq l-Arċisqof, Triq ir-Repubblika, Misraħ San Ġwann, Triq il-Merkanti, Triq Melita, Triq San Pawl u jintemm ħdejn il- knisja. 05.30 p.m. Purċissjoni Sinodali bil-vara devota ta’ San Pawl u r-Relikwija tad-Driegħ Mirakoluż ta’ San Pawl. Salut u kaxxa nfernali. Il-Banda tal-Konti Ruġġieru tar-Rabat tilqa’ l-vara ta’ San Pawl ħierġa mill-Knisja bl-Innu lil San Pawl ta’ Mro. Cardenio Botti. Tkompli b’marċ minn Triq l-Arċisqof, Triq il-Merkanti, Triq it-Teatru l-Qadim, Triq ir-
Repubblika fejn il-Banda ssellem lill-Istatwa ta’ San Pawl fi Pjazza l-Assedju l-Kbir. Il-Banda Konti Ruġġieru ssegwi l-purċissjoni għal Pjazza San Ġwann fejn wara l-Istqarrija tal-Fidi jiġi esegwit Innu lil San Pawl ‘Mis-Sema l-Ġmiel li Jsebbaħ’ ta’ Mro. Giuseppe Micallef. 6.00 p.m.
Il-Banda tas-Soc. Fil. Nicolò Isoaurd talMosta tesegwixxi marċ minn Triq ir- Repubblika, Pjazza San Ġwann fejn hemm tassisti għall-Istqarrija tal-Fidi quddiem poplu numeruż. Il-Banda Nicolò Isouard tkompli b’marċ u tesegwixxi Innijiet Pawlini sad-dħul tal-vara fil-knisja.
09.30 p.m. Dħul tal-vara, ħruq ta’ kaxxa nfernali u għeluq tal-festa. NOTA F’każ ta’ maltemp fil-ġurnata tal-festa u l-purċissjoni ma toħroġx fil-Jum tal-10 ta’ Frar, il-programm ta’ filgħaxija jiġi pospost għas-Sibt 12 ta’ Frar. Il-programm tal-festa jsir kif ġej: 4.30 p.m. Quddiesa kantata mmexxija minn Rev. Kan. Lawrence Zammit. 5.30 p.m. Purċissjoni.
Fil-ġurnata tal-10 ta’ Frar 2011 se terġa’ ssir il-badge day li kienet ġiet ri-introdotta fis-Sena Pawlina tal-2009 biex din it-tradizzjoni żżomm postha fil-festa tan-Nawfraġju ta’ San Pawl.
www.sanpawlmalta.com 47
Programm tal-Festa tan-Nawfraġju ta’ San Pawl ‒ Valletta 2011
L-armadji msewda frott ta’ ridekorazzjoni possibilment intervent li jmur lura għal nofs is-seklu dsatax – dehra ġenerali qabel ir-restawr. Isebbħu dawn il-kaxxaretti nsibu żewġ pitturi – żejt fuq it-tila – fuq il-lemin, ix-xbiha tal-Granmastru Fra Emmanuel de Rohan Polduc, filwaqt li fuq ix-xellug dik tal-Granmastru Fra Antonio Manoel de Vilhena (bħal fir-ritratt).
Restawr tal-kaxxarizzi barokki fis-sagristija tal-Kolleġġjata Kapulavur tal-arti fl-injam frott il-ġenju ta’ Carapecchia Josef Aquilina,
Koordinatur għar-restawr fl-Uffiċċju tal-Proġetti għar-Riabilitazzjoni – Direttorat għar-Restawr, Ministeru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali
L-ordni għall-bini tal-armadji ngħatat f ’supliccha maħruġa nhar it-28 ta’ Ottubru 1730 li skont kif jixhed dan l-istess dokument, issagristija kienet meqjusa imperfetta jekk mhux mgħammra kif jixraq “...per poeter fare la Guardarobba et Armarji sudetti senza la quale l opera restarebbe imperfetta”. Ma nafux is-sena li fiha tlestew. Nafu iżda li x-xogħlijiet fuq is-sagristija l-ġdida ġew fi tmiemhom sas-sena 1732, dan skont kif jixhed dokument tal-1738 mill-Miscellanea fl-Arkivji tal-Katidral. Il-bini ta’ sagristija ġdida u kurżitajiet storiċi oħra marbuta ma’ dan l-avveniment Il-ħtieġa ta’ sagristija ġdida bdiet tinħass sew, tant li skont ma nsibu f ’dokument datat 9 ta’ Marzu 1720 il-Confraternitá di S. Omobono
48
stqarret il-kliem “...essere capriciosa la nuova fabrica che intendo fare...”. Naturalment dan m’huwiex l-uniku rakkont fejn fih insibu mqanqla din ix-xewqa. Huma bosta oħrajn iddeskrizzjonjiet, biss dan kollu jibda jieħu sura permezz ta’ għajnuniet tal-Ordni ta’ San Ġwann fil-knisja ta’ San Pawl Nawfragu.
iffassal il-pjanti tal-binja, xogħol li beda minnufih wara li twaqqgħu l-binjiet eżistenti fuq l-istess sit. Ix-xogħlijiet intemmu f ’qasir żmien u kien nhar it-23 ta’ Diċembru 1729, fil-preżenza tal-Granmastru, li l-Isqof Paul Alpheran de Bussan mexxa b’solennità kbira ċ-ċerimonja tal-inawgurazzjoni.
Rendikont tal-1723 fil-fatt, jixhed il-qalb tajba tal-Granmastru Perellos wara għotja personali ta’ mitt skud b’riżq il-bini tas-sagristija l-ġdida u l-presbiterju. Ismu huwa mniżżel flimkien ma’ benefatturi oħrajn, ewlenin fosthom l-Universitá della Valletta (għotja ta’ ħames mitt skud) u Fra Raimondo Senescalco (għotja ta’ dsatax-il skud).
Il-bini sewa s-somma ta’ 1,130 skud li tħallsu lil Mastru Michele Micallef bejn it-18 ta’ Frar u Ottubru tal-1729 “Pagamenti fatti al Mro Michele Michallef per la fabricca del sacristia”. Insibu għadd ta’ ħlasijiet oħra li saru f ’dan l-istess żmien fosthom, erbatax-il skud u tmien tarí lil skultur mhux magħruf għat-tlestija tal-istemmi araldiċi ta’ “S.Emza” (“l-Eminenza Tiegħu”) u dik ta’ “Mon. Vescovo” (“Monsinjur Isqof ”), kif ukoll ħlasijiet li jġibu l-jum 8
Fra Romano Fortunato Carapecchia, Arch. Della Sac. Religione, ġie fdat
ta’ Mejju 1729 għal xi jiem xogħol lil tliet Mastri – Mro Andrea, Mro Angelo, Mro Simone, u sitt ħaddiema – Gabriele Fenech, Vincenzo Grijcti, Ignazio, Filippo Pace, Pietro Bonnici u Domenico Bonnici Giovane, fejn xogħolhom kien jinvolvi “...tagliarone l estremi delli travi nella marina [4 tarí], per lavoralvi [8 tarí], segnari alcuni estremi per li Ovati [6 tarí]”. Deskrizzjoni dwar it-tlestija tassagristija l-ġdida taqra hekk, “La Fabrica della Nuova Sacristia perfettionata all tutto punto conforma al disegno anche con l’imbiancatura di fuori e di dentro alle riservi delli travi fu accordata con Mro Giovanni Bonavia e Mro Michele Micallef per la somma di Scudi 1700”.
Dehra ta’ kif oriġinarjament kienu jidhru l-armadji proprju lura fil-bidu tas-seklu tmintax – dehra nobbli, eleganti u majestuża, mżejna permezz ta’ żewġt ilwien distinti. Finalment, permezz ta’ dan l-intervent ta’ restawr, ilkaxxarizzi sejra terġa tingħatalhom lura din l-istess dehra barokka.
Għalkemm ma għandna ebda ħjiel dwar is-sena li fiha tlestew ix-xogħlijiet tas-sagristija l-ġdida, rakkonti oħra mis-sagristan jindikaw li sas-sena 1732 il-bini kien ġa beda jaqdi l-ħtiġijiet li għalih kien inbena, “...di Gennaio 1738 in questa parte fino al primo giorno dalli detti sei anni quasi compiuti la Sacrestia della Chiesa sempro ho somministrato l’olio...”. Nafu b’regoli u regolamenti tal-1743 b’rabta mat-tmexxija tassagristija, b’riferenza partikolari għall-imfietaħ tal-guardarobba fejn fided u supellittile prezzjużi oħra kienu miżmuma. Dokument ieħor jagħti struzzjonijiet simili: “Istruzione per il buon Governo e Regolamenti della Sacristia”.
Xhieda tad-deterjorazzjoni tas-susa – l-insetti jikkawżaw ħsarat strutturali lill-injam.
Il-ħtieġa ta’ għamara ġdida għassagristija Skont talba mqanqla li saret lillKurja bid-data 28 ta’ Ottubru 1730, jidher li l-kleru fil-knisja ta’ San Pawl Nawfragu kien kiber ġmielu “... che potesse con maggior commodo servire al numeroso clero”. Kiber ukoll il-vestwarju saċerdotali, l-armar talknisja u dak tal-konfraternitajiet tant li kif tixhed din l-istess supliccha, dan kollu kien miżmum sparpaljat ’l hawn u ’l hinn “...mentre oggi la robba della chiesa e delle sudette compagna si trovano disjierji e conferrati a duera parti...”. Hija ċara, x-xewqa kienet waħda: il-komunità pawlina xtaqet li s-sagristija tkun issa mgħammra kif jixraq “che avendo per il proprio commodo fabbricata li sacristia si ritrovo adesso in preciso necesita di fare gli armarji e casse” sabiex
Dettal minn parti skolpita fl-injam – kerubin li jżejjen wieħed mill-panewijjiet tal-għamara.
49
Programm tal-Festa tan-Nawfraġju ta’ San Pawl ‒ Valletta 2011 taqdi għall-ħtiġijiet li aktar ma jmur komplew dejjem joktru. L-istess talba tittama f ’aktar għajnuna fi flus li kellha tagħmel tajjeb għall-ispejjeż u xiri ta’ materjal ieħor, kif ukoll għall-ħlasijiet talmastrudaxxi u ħaddiema oħra. Dwar dan insibu hekk, “la generosa pieta di S.A.S. si come contribui la maggior parte della spesa delle Sacristiji” – jidher li l-Granmastru kien lest li jsostni ġmielu l-manifattura talkaxxarizzi, kif l-istess kien għamel fil-bini tas-sagristija. Flus oħra waslu mill-ġbir ta’ matul is-sena, kif ukoll minn sehem il-kleru u l-konfraternitajiet. Insibu wkoll deskritti d-diversi kunsinni ta’ njam, “alcune tavole e serratizzi rossi gia consegnati ed altre cento e cinquanta tavole et alcuni serratizzi bianchi non ancor consegnati”, kif ukoll diversi kunsinni ta’ kolla u msiemer (chiodi e tacci). Il-kaxxarizzi matul iż-żminijiet u l-istat ta’ konservazzjoni qabel ir-restawr S’issa ma nstabet ebda kitba li tixhed dan li se ntennilkom, biss l-irqajja
ta’ żebgħa li feġġew wara li aktar qabel, l-injam tneżża mis-saffi kollha ta’ “verniċ”, jikkonferma li l-armadji oriġinarjament kienu kuluriti u li għal xi raġuni li sa issa għad m’għandniex ħjiel dwarha, ġarrbu ridekorazzjoni sħiħa – restawr li biddel drastikament l-aspett kromatiku-dekorattiv. Id-dehra sewdanija li konna mdorrijin biha ma hi xejn għajr ilfrott ta’ ridekorazzjoni, possibilment intervent li jmur lura għal nofs is-seklu dsatax. Milli nista’ nifhem, hekk kif jixhdu wkoll ir-riżultati tal-investigazzjoni xjentifika, jidher li kienet drawwa li din l-istess għamara tingħata minn żmien għal żmien, passata “verniċ” – ħafna drabi din ma kienet xejn għajr mistura ta’ żejt jew raża (xi minndaqqiet f ’taħlita), mħallta (f ’xi każijiet) ma’ pigment ta’ lewn iswed u/jew kannella. Fil-bidu, l-għan tar-ridekorazzjoni seta’ kien wieħed ta’ natura purament estetika. Dan naturalment, baqa’ jseħħ matul is-snin (fil-biċċa l-kbira skont kif ġa spjegat) bħala forma ta’ manutenzjoni. Jista jagħti l-każ li
Parti minn gwarniċuna mneżża mill-kromija sewda, filwaqt li reġa' feġġ lura l-fdalijiet tal-lewn kannella li oriġinarjament kien iżejjen din l-għamara. Il-vleġeġ jindikaw roqa sewda – l-aspett talarmadji qabel ma dawn tnaddfu għall-istat oriġinali.
52
ż-żebgħa oriġinali setgħet tqaxxret u mhux waqgħet (xhieda huwa l-injam migruf ). Strutturalment l-armadji wkoll ġarrbu xi tibdil. Minflok, id-dehra oriġinali kienet ta’ xorta oħra. Il-ħjiel ta’ żebgħa għinna nidentifikaw id-dehra tal-armadji hekk kif mixtieqa oriġinarjament. Impressjoni artistika tixhed bla dubju ta’ xejn, li d-dehra oriġinali kienet waħda nobbli, eleganti u majestuża, mżejna permezz ta’ żewġt ilwien distinti. L-isfond huwa kemxejn ħamrani (“orange-brown”) – testijiet jikkonfermaw il-preżenza ta’ minium (Pb3O4) flimkien ma’ iron oxides. L-iskultura mbagħad, hija ta’ lewn kannella skur fejn f ’dan il-każ ukoll hija evidenti il-preżenza ta’ pigment iron oxide, possibilment fil-forma ta’ magnetite (Fe3O4). Ħsarat oħra kbar u mifruxa sew huma attribwiti (1) għas-susa li naqqret ġmielu l-injam, (2) għattagħbija eċċessiva li wasslet għal deformazzjoni strutturali, u (3) għal nuqqas ta’ manutenzjoni spissa jew mhux xierqa, kif ukoll għall-użu ħażin.
Paragun bejn il-lewn sewdini (restawr antik) u dak kannella (oriġinali) li ħareġ wara l-intervent ta’ tindif.
Xhieda tal-injam migruf fost fdalijiet tad-dekorazzjoni oriġinali.
Roqa oħra ta’ lewn ħamrani li oriġinarjament kienet tikkaratterizza l-isfond ta’ din l-istess għamara.
ewlieni hu l-preservazzjoni talmaterjali oriġinali. Finalment l-armadji ser tingħatalhom lura d-dehra mlewna hekk kif maħsuba u mixtieqa minn Carapecchia nnifsu lura fil-bidu tas-seklu tmintax. L-istess xogħlijiet ta’ restawr huma kollha ffinanzjati mill-Gvern ċentrali – investiment li jlaħħaq sa issa mal-ħdax-il elf Ewro – intervent opportun li mhux biss ser jagħmel finalment tajjeb għall-ħsarat li ġarrbu dawn l-istess armadji matul iż-żminijiet, iżda fuq kollox ser jagħtihom lura l-valur u d-dinjità li kienu sfortunatament tilfu.
Dettal ta’ kampjun taħt dawl UV, taħt il-lenti tal-mikroskopju. Evidenti, huma d-diversi passati ta’ “verniċ” li minn żmien għal żmien kienet ta’ drawwa li tingħata lil din l-għamara. Ta’ min jinnota li d-diversi strati huma ta’ lwien differenti – dan minħabba li l-kompożizzjoni tal-verniċ fid-diversi strati hija differenti.
Il-ħtieġa għar-restawr Kif deskritt, l-istat ta’ konservazzjoni kien preokkuppanti tant li d-deterjorazzjoni bdiet aktar ma jmur tinfirex u tiżdied. Ir-rieda li tiġi mħarsa din l-opra tal-arti hija inizjattiva tal-Ministeru
għar-Riżorsi u l-Affarijiet Rurali permezz tal-Uffiċċju tal-Proġetti għar-Riabilitazzjoni, li fid-dawl ta’ dan kollu kif ukoll minħabba l-importanza storika u artistika li din tgawdi, ħass il-ħtieġa li jħarisha permezz ta’ restawr xieraq. L-għan
Dan ir-restawr huwa lok għal stħarriġ kontinwu, li sa issa xeħet dawl talakbar interess dwar dik li kienet l-eżekuzzjoni, kif ukoll l-istorja twila ta’ tant ġmiel ta’ arti fl-injam li b’xorti tajba għadna nħaddnu sa llum ilġurnata.
Riferenzi Arkivji tad-Djoċesi ta’ Malta, Kurja tal-Arċisqof, Floriana (2) Arkivji tal-Mużew tal-Katidral, Mdina (3) Arkivji Notarili, Valletta (1)
53
Festa tal-1950 sena min-Nawfraġju ta' San Pawl f'Malta Il-Ħadd, 17 ta' Ottubru 2010 Ordna kopja ta' dan idDVD doppju bħala tifkira ta' din l-okkażjoni unika. Id-dħul minn dan id-DVD imur b'riżq il-Festa.
Biex tirriserva kopja kkuntattja lil uffiċċjali tal-Kumitat fuq 7943 0027, 7942 4055, 7944 9827 jew 7943 4310
sena mill-Miġja ta’ San Pawl f’Malta
exclusively available from ASCOT HOUSE 243, Republic Street, Valletta - tel. 2122 1372
Apprezzament
Programm tal-Festa tan-Nawfraġju ta’ San Pawl ‒ Valletta 2011
Vince Farrugia
Francis (Ċikku) Spiteri
Ċikku, kif kien magħruf, għex ħajtu kollha ddedikata fil-knisja ta’ San Pawl Nawfragu u dik ta’ Santa Marija ta’ Ġesù ( Ta’ Ġieżu ) flArċikonfraternità tas-SSMU Kurċifiss. Ċikku ħadem ħafna fiċ-Ċentinarju Pawlin tal-1960. Mat-twaqqif tal-Għaqda tal-Pawlini fl-1970, sa mill-bidu ġie maħtur co-opted filKumitat tal-festa. Għal snin sħaħ kien inkarigat mill-arbural tal-festa. Ċikku ħadem ħafna meta ġew maqlugħa t-twieqi tal-knisja fejn kienu ġew irranġati fil-maħżen tal-festa ta’ Triq Lvant. Huwa kien jagħti s-sehem tiegħu waqt it-tindif u l-illustrar tal-irħam tal-knisja. Għal żmien il-festa lil Ċikku kont issibu jnaddaf u jarma b`imħabba kbira għall-festa. Ċikku kien ukoll ir-Rettur tal-Fratellanza tas-Santissimu Sagrament u tal-Qalb Imqaddsa ta’ Ġesù. Lil Ċikku nafuh ukoll jieħu ħsieb il-Ġimgħa l-Kbira u l-festa ta’ Marija Addolorata flimkien ma’ dik ta’ Santu Kruċ li tant kienu għal qalbu. Nistgħu ngħidu li Ċikku kull fejn kien, kien persuna ddedikata li jagħmel kollox bil-qalb u b’imħabba. Il-memorja tiegħi dwar Ċikku, li nista’ ngħid trabbejt u għext miegħu għal tant u tant snin tħalli fija stampata l-persuna tiegħu li fissempliċità li għex, jgħallmek tkun prudenti. Jgħallmek tapprezza u tibża’ għal dak kollu li għamlu ta’ qabilna. Kien persuna ta’ fidi u tama kbira. Dak kollu li kien jagħmel kien jafdah fil-Kurċifiss Mirakoluż. Memorja ħelwa ta’ Ċikku li qed niftakar, kienet fi żmien meta jien kont Prokuratur tal-Kurċifiss. Kont ngħidlu: "Ċikk mhux sejrin tajjeb finanzjarjament u nibża’ li ma jkollniex għall-festi tal-Fratellanza". Imbagħad hu fis-sempliċità u t-tbissima kien jgħidli, "Vince, hemm il-Kurċifiss, imexxina Hu. Aħna nagħmlu l-parti tagħna". U kellu raġun għax ma naf qatt li ħallejna xi ħaġa barra. Ċikku kien iħobb il-Knisja u kellu stima kbira għas-saċerdoti. Għal min kien jafu, tilef ħabib. Għalina li għexna miegħu tlifna missier ieħor eżemplari. Ċikk, għalkemm tlifnik, fil-qalb tagħna għandek post speċjali, issa li tinsab quddiem Alla u fejn San Pawl.
Lino Bonello (il-Ponċu) Lino Bonello magħruf bħala ‘il-Ponċu’, kien wieħed minn tal-bidu fil-Fergħa Żgħażagħ Pawlini. Kien fl-ewwel Kumitat ta’ din il-Fergħa. Lino kien ukoll wieħed mill-promoturi tal-bidu fl-armar tat-toroq għall-festa. Kien hu li daħħal il-kunċett ta’ armar bla ħlas, jiġifieri dawk li jarmaw għall-festa jagħmluh bħala xogħol volontarju u ma jitħallsux. Għal xi snin, Lino kien prokuratur tal-Kwaranturi li kienu jsiru f`Jannar fil-knisja ta’ San Pawl Nawfragu. Hu kien ukoll attiv fl-Arċikonfraternità tas-SSMU Kurċifiss fil-Knisja ta’ Santa Marija ta’ Ġesù (Ta’ Ġieżu). Fil-fatt għamel żmien twil jieħu ħsieb il-vara tal-Orazzjoni fl-Ort bħala prokuratur tagħha. Għamel żmien bħala membru fis-sedja tal-Fratellanza. Lino kien ukoll soċju attiv fil-każin tal-Banda ‘La Valette’. Fil-purċissjoni tal-Ġimgħa l-Kbira kien jieħu sehem mal-Banda billi kien iġorr l-istendard tas-Soċjetà, ħaġa li kien jagħmel b’ħeġġa u mħabba. Minn dawn il-versi nsellmu lil Lino u nitolbu lill-Mulej biex jagħtih ilpremju tal-ġenna.
55
PAVLVS
THE SHIPWRECK 60 A.D. NARRATING THE DISCOVERY OF AN ANCIENT LEAD ANCHOR, EMBOSSED WITH THE NAMES OF THE EGYPTIAN GODS ISIS AND SARAPI(S) ON THE SEABED OFF SALINA BAY ON A SUNDAY MORNING IN APRIL 2005, THIS BOOK ALSO TELLS THE STORY OF THE SEARCH FOR THE REAL SITE OF ST PAUL’S SHIPWRECK IN MALTA. IN THE PROCESS, THE AUTHOR MARK GATT SURPRISES US WITH A NOVELISTIC BUT ACCURATE ACCOUNT OF THE STORM, SHIPWRECK AND LANDING OF ST PAUL IN MALTA. HIS OWN INVESTIGATIONS ON THE SITE OF THE APOSTLE PAUL’S SHIPWRECK IS ALSO HIS OWN QUEST FOR THE SPIRITUAL MESSAGE OF SALVATION IN ST PAUL’S LIFE AND TEACHING EMBODIED IN THE REAL ‘ANCHOR’ OF CHRIST JESUS. AVAILABLE FROM LEADING STATIONERS, BOOKSELLERS AND FROM:
4, CASTILLE PLACE, VALLETTA Trade enquiries: Allied Newspapers Limited – Books Retail/Wholesale Division, ‘Strickland House’, 341, St Paul Street, Valletta. Tel: 2559 4165 Email: pgrech@timesofmalta.com
Programm tal-Festa tan-Nawfraġju ta’ San Pawl ‒ Valletta 2011
Snin ta' ħidma u suċċessi Antoine Farrugia
Direttur Artistiku tal-Għaqda tal-Pawlini
Il-festa ta’ San Pawl minn dejjem gawdiet popolarità fost il-Maltin u forsi nkun qed ninstema’ stramb ngħid li l-festa tagħna ma kibritx għax minn dejjem kienet kbira! Dan għax b’kumbinazzjoni din hija t-tifkira solenni tal-bidu talknisja f ’Malta, il-magħmudija tal-poplu Malti għall-Kristjaneżmu, it-tnissil tal-identità tagħna bħala poplu ċċivilizzat li b’kollox ma kollox iffurmaw il-kultura tagħna. B’kumbinazzjoni wkoll għax din il-festa hekk solenni jorganizzawha l-Pawlini Beltin li dejjem ħalliet marka fl-istorja ta’ beltna u talParroċċa tagħna. L-antiki li laħqu ċ-Ċentinarju Pawlin tal-1960, dawk li waqqfu l-Għaqda tal-Pawlini jixhdu dan. L-Għaqda tal-Pawlini, li kienet l-istrument prinċipali sabiex din ilfesta tkompli tgawdi d-dinjità tagħha u li f ’kollaborazzjoni sħiħa malArċipriet u l-Kapitlu dejjem fittxet li twettaq l-għan tagħha b’reqqa mingħajr esaġerazzjonijiet iżda li ma tħalli xejn barra minn dak li jagħmel festa. L-għaxar jum din is-sena mhuwiex biss marbut mad-data għażiża tal-festa tagħna iżda wkoll ma’ anniversarju partikulari. Dan għaliex għaxar snin ilu l-Kumitat ta’ dak iżżmien waqqaf Kummissjoni ġdida fi ħdanu sabiex tara tistax torganizza xi logħob tan-nar għal waqt il-festa. Għalkemm din il-Kummissjoni ilha biss teżisti għaxar snin, il-festa tagħna minn dejjem kellha xi logħob tan-nar iżda minħabba li beltna hija peninsula mibnija kollha u mingħajr raba’, l-ispazju minn fejn jinħaraq innar dejjem kien limitat. Din il-Kummissjoni fi ħdan l-Għaqda mill-ewwel bdiet tħabrek sabiex jinġabru xi fondi mingħajr ma ttellef proġetti oħra li jkunu għaddejjin b’riżq il-festa fosthom ta’ xi amar ġdid. Fil-bidu konna naħarqu n-nar minn fuq barkun iżda minħabba l-ispejjeż esaġerati u minħabba wkoll
58
Programm tal-Festa tan-Nawfraġju ta’ San Pawl ‒ Valletta 2011
li l-bokka tal-port tagħna jaħkima ħafna l-grigal, dan ma setax ikun iktar possibbli.
“Il-festa tagħna minn dejjem kienet il-vetrina tal-festi Maltin u dan għaliex dejjem fittixna dak li jgħaqqadna.”
Kien hemm żmien fejn konna se nerġgħu nwaqqfu kollox minħabba restrizzjonijiet u emendi ġodda fil-liġi tal-Ordinanza dwar l-esplużżivi. Iżda b’insistenza kbira min-naħa tagħna u b’impenn kbir sibna sit ġdid anke bl-għajuna tal-Kunsill Lokali Valletta. Dak iż-żmien kien is-Sindku Dott. Paul Borg Olivier li għen kemm felaħ biex insibu sit li jkopri r-raġġ ta’ mitejn metru mill-abitat u b’hekk stajna nkomplu bl-attività tagħna. Ta’ min wieħed jgħid u hekk għandu jkun li l-festa tagħna m’hix festa tan-nar, fil-fatt dejjem żammejna fil-limitazzjoni taċ-ċirkustanzi kollha. Iżda b’dan, xorta waħda trid tirregolarizza ruħek sewwa sabiex joħorġu l-permessi meħtieġa. Apparti l-ispejjeż amministrattivi li jinkludu l-polza ta’ assikurazzjoni, servizz ta’ fire-engine u l-permessi tal-Pulizija. Sabiex iseħħ dan, il-Kummissjoni, immedjatament wara l-festa, tibda taħseb fi programm ta’ ġbir ta’ fondi fosthom ikliet bejn il-membri u l-ħbieb fidDar tal-Pawlini, football tournaments, kalendarju, BBQ lejlet il-festa ta’ San Lawrenz li jaħbat eżatt sitt xhur qabel il-festa tagħna u li waqt l-istess attività ngawdu n-nar fil-Port il-Kbir, bejgħ ta’ xi souvenir Pawlin li ta’ min jgħid li din is-sena għamilna l-badge tal-vara u li ntlaqgħet tajjeb ħafna u attivitajiet oħra. Barra dan, il-Kummissjoni dejjem rat li tagħti sehemha f ’okkażjonijiet speċjali bħal dik tas-Sena Pawlina meta rregalat lill-Għaqda pavaljun artistiku bil-vara ta’ San Pawl impittra, li jintrama fit-toroq tagħna fil-jiem tal-festa u li ġie maħdum mill-membri tal-istess Kummissjoni. Sabiex tfakkar dan l-anniversarju din is-sena se tiġi rregalata bandiera lill-Għaqda tal-Pawlini li ġiet maħduma mill-istess membri tagħha. Din se tiżżanżan lejlet il-festa. Dawn l-għaxar snin ta’ suċċess ma kinux se jkunu possibbli mingħajr il-ħidma kontinwa tal-membri tagħha, il-kollaborazzjoni sħiħa tal-Kumitat ċentrali, is-support kontinwu tal-Arċipriet tagħna, il-benefatturi tagħna li ta’ kull sena nsibuhom warajna u dawk id-ditti li dejjem għinuna. Grazzi mill-qalb! Il-festa tagħna minn dejjem kienet il-vetrina talfesti Maltin u dan għaliex dejjem fittixna dak li jgħaqqadna. Missierna San Pawl ibqa’ żomm idejk fuq dal-poplu li inti tant ħabbejt! Viva San Pawl u Viva Malta Pawlina.
59
Programm tal-Festa tan-Nawfraġju ta’ San Pawl ‒ Valletta 2011
Is-Saqaf tal-Kolleġġjata Analiżi Teknika u ta’ Konservazzjoni
Robert Cassar
M.A., B. Cons.(Hons.); B.A. Hons.
Fl-aħħar ġimgħa ta’ Lulju tal-2010, ingħata bidu għall-proġett ta’ restawr ambizzjuż. Dan jinvolvi primarjament ir-restawr u t-tiswija tal-partijiet skulturati fil-ġebla, dekorazzjoni tal-pasta, kif ukoll partijiet polikromi li jagħmlu parti mill-kumpless totali tas-saqaf tal-Knisja Kolleġġjata. Bħala l-ewwel fażi ta’ dan il-proġett, inbeda x-xogħol fuq il-parti tas-saqaf talkappellun ta’ fuq l-artal iddedikat lil San Ġużepp. Intgħażlet din il-parti bħala kampjun minħabba l-fatt li minn isfel din kienet tidher l-iktar li għandha ħsara speċjalment fejn tidħol id-dekorazzjoni tal-istukko u ż-żebgħa; minbarra l-partijiet li kienu tfew fil-kulur, kien hemm partijiet li waqgħu u ntilfu wkoll. Qabel ma kienu saru t-tiswijiet meħtieġa fissaqaf madwar għaxar snin ilu, din il-parti tas-saqaf kienet waħda millaktar li sofriet ħsara minħabba l-ftuħ li kien fih is-saqaf minn barra u kawża ta’ hekk, għal snin sħaħ ikkaġuna infiltrazzjoni ta’ ilma kontinwu kull meta kienet tagħmel ix-xita. L-effetti ta’ din il-ħsara kienu evidenti ferm fuq il-partijiet dekorattivi fuq ġewwa.
Ix-xogħol ta’ restawr F’Marzu 2010 ġew imqabbda diversi esperti biex jagħtu pariri tekniċi dwar l-istat li jinsab fih is-saqaf. Sar rapport tekniku dwar l-istat tal-partijiet dekorattivi fuq il-parti ta’ ġewwa filwaqt li sar ieħor dwar l-istat tas-saqaf minn barra. Tajjeb wieħed jgħid li madwar għaxar snin ilu, is-saqaf tal-knisja kien tnaddaf u ssewwa u ngħata kisja protettiva. Minn dak iż-żmien ’l hawn, din il-kisja qed tiġi mantnuta kull sentejn sabiex tkun ta’ garanzija aħjar sabiex tipproteġi d-dekorazzjoni fuq ġewwa. L-Arċipriet tal-Kolleġġjata, il-Kan. Alfred Camilleri f ’konsultazzjoni mal-membri tal-Kapitlu tal-Kolleġġjata ħa ħsieb isir ir-rikors meħtieġ. L-Arċipriet dejjem ra l-bżonn li xogħlijiet ta’ restawr bħal dawn isiru bi priorità filwaqt li jissalvagwardja l-wirt kulturali tat-tempju Pawlin tagħna u li ta’ dan għandna nkunu grati. Ir-rikors ġie approvat millKummissjoni tal-Arti Sagra fi ħdan il-Kurja Arċiveskovili ta’ Malta. L-Arċipriet ħa ħsieb ukoll li jsir l-armar meħtieġ sabiex jibda jsir ix-xogħol. Għal dan il-għan tqabbad is-Sur Emmanuel Cini li flimkien mal-grupp tiegħu saqqfu l-kappellun bi travi tal-ħadid mgħottija bilfallakki tal-injam1. Minnufih tlajna naraw u neżaminaw mill-viċin il-ħsarat li kien hemm. Kif wieħed seta’ jistenna, il-ħsarat kienu ta’ natura aktar gravi milli wieħed beda jara minn isfel. Saru studji preliminari u saret konsultazzjoni ma’ diversi esperti fosthom, ir-restawratur, is-Sur Anthony Spagnol2, il-Perit David Cassar u oħrajn li taw il-pariri tekniċi dwar ix-xogħol. L-iktar ħsara li nstabet kienet kawża ta’ infiltrazzjoni ta’ ilma li ġrat tul iż-żmien fil-passat. Dawn il-ħsarat kienu manifestati f ’telf ta’ partijiet mill-pasta dekorattiva li waqgħet jew li l-polikromija tagħha kienet tfarfret. Dawn il-manifestazzjonijiet ġraw minħabba li fil-passat, l-ilma tax-xita kien qed jippenetra ġos-saqaf b’detriment għall-pasta u l-polikromija li kienet tixxarrab u li la darba nixfet sewwa, il-pasta qatgħet minn mal-ġebla tas-saqaf u f ’xi każi waqgħet. Dan il-fatt ma eskludiex li kien għad hemm partijiet oħra fil-viċin fejn tinsab il-ħsara li jew qatgħu jew setgħu jaqgħu minn ħin għal ieħor. Tajjeb ngħidu li meta wieħed jispezzjona tajjeb il-bjut jinnota li din l-infiltrazzjoni tal-ilma waqfet u giet ikkontrollata għal kollox permezz ta’ compound membrane li kien ingħata fuq il-bjut lejn l-aħħar tas-snin disgħin. F’xi partijiet tas-saqaf, l-aktar fil-partijiet fejn kien dieħel l-ilma, sibna li ż-żebgħa tal-isfond tfiet u ma kinitx għadha bħall-oriġinali. Raġuni għal dan jista’ jkun li, minħabba l-infiltrazzjonijiet tal-ilma li kienu daħlu, ż-żebgħa nksiet b’saff irqiq ta’ melħ li kien daħal mal-ilma u 1 Dan ix-xogħol li għalih kellha tingħalaq il-knisja biex ikun evitat il-periklu, tlesta nhar l-24 ta’ Lulju. 2 Ir-restawratur Anthony Spagnol wettaq diversi interventi ta’ restawr għall-knisja Kolleġġjata ta’ San Pawl, fosthom fuq l-istatwa titulari ta’ San Pawl, dik ta’ San Mikiel kif ukoll il-kwadru tal-Kappella tas-Sagrament, xogħol Antoine Favray.
62
Programm tal-Festa tan-Nawfraġju ta’ San Pawl ‒ Valletta 2011 ddepożita ruħu fuq il-wiċċ tal-partijiet dekorattivi. Fil-partijiet li l-aktar xorbu ilma, speċjalment taħt id-dekorazzjoni talpasta, sibna li l-ġebla tal-franka li tifforma t-troll tas-saqaf tal-kappellun hija marida u titfarrak. Dan ġara minħabba l-ammont ta’ melħ li ddepożita fil-porożità tagħha. Minbarra dawn il-ħsarat evidenti, sibna li s-saqaf kellu lega fina ta’ ħmieġ magħmul minn trab u nugrufun, effett ta’ ħafna affarijiet fosthom dħaħen tax-xemgħa u anke tniġġiż tal-arja li jidħol minn barra u li jiddepożita ruħu fuq kull wiċċ li jsib. Il-partijiet indurati kienu jidhru wkoll maħmuġa ħafna u dan il-ħmieġ kien qed joskura sew mill-vivaċità oriġinali li wieħed jistenna mid-deheb. Ix-xogħol ta’ restawr li sar kien jinvolvi l-konsolidament tal-pasta li kienet maqtugħa. Fejn kienu ser jaqgħu, dawn inqalgħu u tneħħew l-imsiemer imsadda minn ġol-pasta. Tnaddfet il-ġebla ta’ taħt u reġgħu twaħħlu permezz ta’ kolla apposta. Dawn imbagħad ġew imsaħħa permezz ta’ viti tal-istainless steel sabiex iżommu kollox fil-post. Fejn il-pasta kienet waqgħet u ntilfet, din ġiet immudellata mill-ġdid bilġibs bħalma kien hemm qabel. L-uċuħ talġebla tqaxxru miż-żebgħa li kienet qed taqa’ u l-ġebla mikxufa nħaslet b’ilma distillat biex jitneħħa dak il-melħ li jkun iddepożita fuq il-wiċċ sabiex iż-żebgħa l-ġdida tkun taqbad aħjar fuqha. Wara saret iż-żebgħa u l-irtukkar bil-kuluri li ġew imqabbla ma’ dawk mogħtija oriġinarjament. Il-partijiet indurati kemm fuq il-ġebla kif ukoll talinjam, tnaddfu mill-ħmieġ li kien fihom sabiex reġgħu ngħataw dik il-vivaċità oriġinali tagħhom. Ikonografija Il-parti tas-saqaf tal-kappellun iddedikat lil San Ġużepp fiha erba’ kwadri affreskati li huma amalgamati mal-arkitettura tassaqaf permezz ta’ dekorazzjoni ta’ weraq u disinji oħra. L-ikbar pittura li tiddomina l-kappellun turi x-xena tat-tluq ta’ San Pawl minn Malta. Din hija xena kemxejn rari fl-ikonografija internazzjonli Pawlina minħabba l-fatt li għandha kuntest purament lokali. Fiha naraw kuluri friski li jikkuntrastaw ferm mal-abside tan-naħa l-oħra li turi l-maltempata li ġabet lil Pawlu lejn Malta. Fl-abside tat-tluq insibu lil San Pawl u San Luqa bħala l-figuri ċentrali qed jirċievu t-tislimiet tal-aħħar mill-Maltin. Fuq ix-xellug naraw purċissjoni ta’ rġiel qed jgħabbu l-ġifen li jinsab fl-isfond bilprovisti neċessarji għall-vjaġġ. Ix-xena tidher ambjentata fl-inħawi ta’ fejn illum insibu x-xatt ta’ Buġibba u li fi żmien meta
Dettal tal-pittura fl-abside fejn jidher b’mod ċar l-użu tal-'giornata' fit-teknika tal-affresk
Dettal taċ-ċenturjun fejn jidhru b’mod ċar d-disinn migruf fuq it-tajn
63
Dehra ġenerali tas-saqaf qabel ma nbeda x-xogħol
Ħsarat evidenti minħabba l-influss tal-ilma
Il-ħsara f’parti mid-dekorazzjoni qabel ir-restawr
Id-dekorazzjoni waqt ix-xogħol ta' restawr
L-istess dekorazzjoni wara r-restawr
64
Il-firma ta' Attilio Palombi fuq il-pittura tal-abside
Palombi pitter dan l-affresk, il-post kien għadu xagħri. Fil-bogħod naraw ukoll il-gżejjer ta’ Selmun magħrufa aħjar bħala ta’ San Pawl. Ma neskludux il-fatt li Palombi kien mar fuq dan is-sit u ħażżeż xi disinji biex jgħinuh fix-xogħol finali. Fiċ-ċentru tas-saqaf naraw allegorija tal-Knisja Kattolika rappreżentata f ’mara bilqiegħda fuq tron tal-ġebel u ħdejn riġlejha naraw mara bit-tarbija tagħha fi ħdanha qed tirrikorri għall-għajnuna għand il-Knisja. Fuq kull naħa mbagħad, eżatt fuq it-twieqi, naraw żewġ affreski ġejjin għall-ponta u li fihom naraw żewġ anġli jżommu parċmina f ’idejhom u li minnha jidhru qed ikantaw għana ta’ tifħir. Filkwadri kollha naraw il-ħila ta’ Attilio Palombi fejn ħareġ it-taħriġ artistiku permezz tal-mod akkademiku li bih pitter il-figuri, u l-bravura li biha rnexxielu jikkumbatti mad-diffikultajiet fil-perspettiva, speċjalment fix-xena tal-abside sabiex meta taraha minn isfel il-proprozjon jidher tassew naturali. Skoperti dwar it-teknika użata sabiex saret id-dekorazzjoni It-teknika li biha saru l-partijiet impittra, jikkonsistu f ’dak imsejjaħ affresk. Din it-teknika tinvolvi li l-kuluri li jiffurmaw il-pittura jiġu mpittra fuq tikħila ta’ ġir meta jkun għadu umdu jew ma jkunx għadu nixef għal kollox. It-teknika proprja tal-affresk tinvolvi tliet tikħiliet differenti li jitqiegħdu fuq xulxin f ’saffi differenti. It-tnejn ta’ taħt li jkunu magħmula minn ġir imxarrab u mħallat ma’ żrar jew ramel oħxon tal-qawwi jissejħu r-rinzaffo u l-arricco, b’dan tal-aħħar ftit aktar fin minn ta’ qablu. Dawn jitqiegħdu fuq il-ħajt li normalment ikun imbaqqan jew imtektek b’għodda msejħa l-buġarda; dan sabiex, it-tikħila tkun tista’ taqbad aħjar. Fil-każ tas-saqaf tagħna, insibu biss l-aħħar livell ta’ tikħil magħrufa bħala l-intonaco li fuqha ssir il-pittura.
Parti mid-dekorazzjoni tal-pasta li nbniet mill-ġdid
Fil-każ tagħna, Palombi jidher li għamel kisja magħmula minn ġir imxarrab, imħallat ma’ ramel u frak tal-fuħħar mgħarbul. Minħabba l-fatt li puttura jkun fiha ħafna xogħol u l-ġir jilħaq jinxef jekk jitħalla x-xogħol għall-għada, l-artist kien jibda biex ipoġġi d-disinn talistess qies tal-pittura normalment fuq xi karta strazza. Minn fuqha b’xi oġġett bil-ponta, l-artist jigref id-disinn bażiku tal-pittura li jkun ġa fassal. Meta wieħed jara l-pittura mill-viċin jara ċar dan il-grif li qed insemmu u li normalment jimxi mad-disinn tal-figuri. Jekk il-pittur jara li l-affresk ma jkunx ser ilaħqu f ’ġurnata waħda bħal fil-każ tal-abside li qed juri t-tluq ta’ San Pawl minn Malta, dan jaqsmu f ’biċċiet permezz ta’ linji li normalment jimxu mal-ġnub ta’ figuri partikulari magħrufa bħala l-giornata. Dawn
Dettal tal-pittura ċentrali fejn tidher il-firma u d-data ta' meta saret
65
Programm tal-Festa tan-Nawfraġju ta’ San Pawl ‒ Valletta 2011
jidhru ċari f ’din il-pittura u jindikaw li Palombi probabilment qasam ixxogħol fuq il-pittura fuq erba’ biċċiet. Il-kuluri wżati huma bażiċi ħafna u jikkonsitu f ’kuluri tat-trab mgħarbul, imħallat ma’ l-ilma tal-ġir. La darba l-kulur jidħol fil-ġir, dan isir ħaġa waħda miegħu. Fil-każ tas-saqaf ta’ Palombi, jidher li uża pigmenti mħallta ma’ materjal li jgħaqqad sabiex aktar iżomm però li tibqa’ fil-wiċċ tal-affresk. Din it-teknika użata minn Palombi tindikalna li t-teknika wżata mhux dik ta’ affresco buono, imma ta’ affresco mezzo secco fejn hu daħħal żewġ tekniċi flimkien fuq l-istess xogħol u għalhekk f ’xi partijiet seta’ jpitter fuq il-ġir li kien ġa nixef forsi fil-ġranet ta’ wara li jkun qiegħdu. Attilio Palombi jidher li ma kienx qed jaħdem waħdu fuq id-dekorazzjoni tas-saqaf. Nafu żgur li kien hemm xi alljievi oħra li kienu qed jgħinuh fosthom l-artist prolifiku, Gianni Vella li nistgħu ngħidu beda l-karriera tiegħu fuq dan is-saqaf. Minbarra l-affreski, is-saqaf huwa mogħni b’dekorazzjoni fil-pasta li possibilment hija xogħol Palombi stess peress li kien imħarreġ tajjeb fix-xogħol tad-dekorazzjoni fil-pasta minħabba li beda l-karriera tieghu bħala dekoratur ma’ Cesare Mariani fil-Katidral ta’ Ascoli Piceno fl-Italja. Dan jista’ jkun konfermat minħabba l-fatt li meta wieħed jistudja d-dekorazzjoni tal-pasta mill-viċin, malajr tintebaħ li hija xogħol ta’ artist, kemm minħabba l-għazla tal-kuluri kif ukoll l-isfumar impekkabbli. Waqt ix-xogħol ta’ restawr, stajna nindunaw bitteknika li ġiet użata biex saret id-dekorazzjoni. Jidher li d-disinn ġie mħażżeż bil-lapes mal-ġebla mbaqqna. Imsiemer tal-ħadid kienu mdaħħla ġo kavilji tal-injam u mgħawġa forma ta’ ganċ u d-disinn maħdum bl-istucco jidher li kien immudellat fil-post. Dan huwa evidenti minħabba li d-daqqa talmudellatura friska hija preżenti fuq ix-xogħol kollu tal-pasta. Jista' jagħti l-każ li wżaw xi għodda bix-xfar bis-snien sabiex jinħoloq effett u anke biex taqbad aħjar iż-żebgħa. Ma jeskludix il-fatt li xi ftit mix-xogħol kien sar permezz tal-użu tal-forom.
66
Il-gwarniċi li jinkwadraw il-pitturi kif ukoll xi rużuni li nsibu jiddekoraw il-kustilji tas-saqaf huma xogħol imqatta’ fl-injam u ndurati bilmurdent. Xogħol ta’ skultura ieħor fil-fondijiet tal-kustilji huma filġebla stess u probabilment kienu ġa skolpiti meta kien qed isir ix-xogħol ta’ dekorazzjoni tas-saqaf. Attilio Palombi – l-artist li pitter dan is-saqaf Attilio Palombi twieled f ’Ruma fl-1860. Huwa beda l-istudji tiegħu fil-pittura ta’ età żgħira fejn kompla jispeċjalizza taħt l-artist Cesare Mariani3. Attilio żviluppa ħiliet fl-arti tal-pittura meta flimkien mal-imgħallem tiegħu, Mariani ġie kkummissjonat b’xogħlijiet ta’ dekorazzjoni għal diversi knejjes flItalja, bħall-Katidral ta’ Ascoli Piceno u oħrajn f ’Viterbo u Ruma. Nistgħu ngħidu li Mariani influenza ħafna l-istil u t-teknika ta’ Palombi. Fil-fatt meta wieħed iqabbel ixxogħol tat-tnejn, malajr wieħed jintebaħ b’similaritajiet fl-istil pre-Raffaellesk li Mariani jirnexxilu jerġa’ jqajjem bix-xogħol tiegħu fil-Katidral ta’ San Emidju f ’Ascoli Piceno li fih jirrapreżenta l-qaddisin f ’ambjent divin bħalma kienu jkunu rrappreżentati fl-ikoni Biżantini. Dan ġara f ’perijodu diffiċli għall-Knisja fl-Italja li kienet qed tikkumbatti mal-mewġa ta’ sekularizzazzjoni filpajjiż. Dawn l-influwenzi narawhom 3 Cesare Mariani (1826 - 1901) pittur Taljan u perit li ħadem f’Ruma u Ascoli Piceno. Kien jispeċjalizza fl-arti ta’ l-affresk. Fost ix-xogħlijiet l-aktar importanti nsibuhom fil-knejjes ta’ San Emidju f’Ascoli Piceno, tal-Madonna delle Grazie f’Teramo u f’Ruma f’San Paolo fuori le Mura, Santa Maria in Monticelli, Santa Maria in Aquiro, Santa Lucia del Gonfalone, il-Bażilika di San Lorenzo, Santa Maria in Trastevere, Santa Maria di Loreto, Santa Maria del Suffragio u Santo Stefano del Cacco. L-istudju tiegħu kien jinsab f’Palazzo Dovinzielli, nru. 33, via Margutta. L-ewwel biċċa xogħol kbira tiegħu kienet iċ-ċiklu ta’ affreski fuq il-ħajja ta’ San Pawl għal San Paolo Fuori le Mura li pittirhom bejn l-1857 u l-1860. Ġie mqabbad jiddekora l-appartamenti rjali fil-Quirinale fl-1882 fejn anke kien inkarigat biex jagħti lezzjonijiet fid-disinn lill-prinċep ta’ Napli, Vittorio Emanuele.
fix-xogħol ta’ Palombi permezz talkuluri, l-użu ta’ disinji rqaq indurati li xi drabi jinkwadraw xeni qaddisa, kif ukoll l-użu ta’ raġġieri jew dijademi ndurati u f ’xi drabi jkunu mqabbża bil-ġibs u ndurati biex jagħtu aktar importanza lill-figuri rappreżentati. Fost l-aktar xogħlijiet importanti ta’ Palombi li nsibu f ’Ruma narawhom fil-knisja ta’ San Gioacchino in Prati. L-ewwel kuntatt li Palombi kellu ma’ Malta kien permezz ta’ kwadru fuq it-tila li pitter f'Ruma fl-1891. Dan ix-xogħol intbagħat Malta u llum qiegħed fil-kunvent tas-Sorijiet ta’ San Ġużepp tal-Apparizzjoni f ’Raħal Ġdid. Dan huwa xogħol mill-isbaħ li jixhed l-istil romantiku akkademiku Ruman u juri lil San Pawl waqt d-dehra tal-anġlu fittempesta qabel ma ġie Malta. Din it-tema ġiet żviluppata aktar tard fl-arti tal-affresk meta Palombi pitter is-saqaf tal-knisja ta’ San Pawl eżattament fl-abside tal-kappellun ta’ San Gejtanu, fejn tidher l-istess xena imma f ’dimensjonijiet ferm akbar. Ma kinitx xi kumbinazzjoni li l-Kapitlu tal-Kolleġġjata ta’ San Pawl ikkummissjona lil Palombi biex ipitter is-saqaf prinċipali u l-koppla tal-knisja. Il-membri talKapitlu li kienu aktar miġbudin lejn l-arti Taljana baqgħu msaħħra bil-kwalitajiet sbieħ tal-kwadru ta’ San Pawl li kien sar għas-Sorijiet ta’ San Ġużepp. Palombi għalhekk ingħata x-xogħol tal-pittura tas-saqaf fl-1903. Għall-knisja ta’ San Pawl pitter ukoll kwadri fuq it-tila bħal dawk tal-Madonna tal-Karità u ta’ San Ġużepp. Hekk kif spiċċa x-xogħol tas-saqaf ta’ San Pawl, beda d-dekorazzjoni tas-saqaf u l-koppla tal-knisja ta’ San Publiju fil-Furjana. Hawnhekk Attilio beda jitlef il-vista ta’ għajnejh u x-xogħol tkompla mill-alljiev tiegħu Malti, Ġianni Vella. Palombi rtira fiddar tiegħu f ’Via dei Polacchi, Ruma, fejn miet fil-5 ta’ Mejju 1913 wara marda twila4.
4 Michael Galea, “Il-Pittur Attilio Palombi u l-Knisja ta’ San Pawl tal-Belt Valletta”, fil-Programm tal-Festa San Pawl Nawfragu, 1991, pp. 25-29.
Programm tal-Festa tan-Nawfraġju ta’ San Pawl ‒ Valletta 2011
Analiżi tal-Innu Popolari lil San Pawl Appostlu
Il-ħsieb ewlieni u riferenza għall-ħajja ta’ San Pawl Christopher Bonnici B.A.(Hons); M.A. Fil-bidu ta’ dan l-innu, Dun Frans Camilleri ma juriniex mill-ewwel strofa l-innu lil min hu indirizzat, imma jurina li qed jirreferi għal Malta meta jgħid: “dil-gżira”. F’din l-istess strofa jgħid li dil-gżira mimlija ward, fiha l-ġonna li Camilleri jurihom bħala sbieħ u mfewħa li bihom hi mżejna Malta. Dan juri li Malta, fil-qagħda ġeografika tagħha hi pajjiż mill-isbaħ. Fit-tieni parti ta’ din l-istrofa, il-poeta juri li t-tiżjin li bih imżejna Malta mhux biss tiżjin fiżiku, imma hi mżejna anke b’tiżjin astratt: il-ġieħ, il-ferħ, il-kobor u l-fidwa tal-Maltin Meta San Pawl ġie Malta, kif ilkoll nafu, in-nawfraġju ma seħħx għax San Pawl kellu ppjanat li jiġi Malta, iżda hu kien priġunier fi triqtu lejn Ruma biex jiddefendi ruħu quddiem Ċesari, imma minkejja dan, ma ddejjaq xejn li jkompli jbaxxar lil Kristu, tant li pajjiżna kkristjanizza ruħu minn Pawlu. Għalhekk, f’qalbna l-Maltin, San Pawl, fuq kollox ħalla minqux f’qalb il-Maltin it-twemmin nisrani li għadu ħaj fostna sal-lum. Mhux ta’ b’xejn li f’din l-istrofa, Dun Frans Camilleri ma rreferiex għall-qaddis bħala San Pawl, iżda Pawlu. L-effett ta’ dan joħroġ millpoeta li l-qaddis bħal m’għadux fil-ġenna, imma jinsab wieħed mill-poplu, b’isem Malti, komuni għall-aħħar, u sal-lum għadu popolari fostna. Wara li fl-ewwel ottava jagħti deskrizzjoni ta’ Malta bilvaluri fiżiċi u Kristjani, fit-tieni ottava jdur biex ikellem direttament lil San Pawl u jsejjaħlu missier. Sal-lum għadna nirreferu għal San Pawl bħala Missier il-Maltin minħabba li ġabilna l-fidi Kristjana. F’dan l-innu, din mhix l-unika darba li San Pawl hu msejjaħ bħala missier, iktar tard fl-aħħar ottava nerġgħu niltaqgħu ma’ din l-apostrofi (indirizz.poetiku) Camilleri juri kemm Malta kienet importanti għal San Pawl minħabba li kienet hi li ħelsitu mill-għarqa. Mhux hekk biss, iżda Camilleri juri lill-Maltin li kellhom qalb li jifirħu bil-miġja tiegħu, jifirħu miegħu u jagħtuh l-imħabba. B’din il-kitba naraw allużjoni diretta għall-Atti tal-Appostli, fejn San Luqa jgħid: Meta ħlisna mill-għarqa sirna nafu li l-gżira kien jisimha Malta. In-nies tagħha ġiebu ruħhom magħna bi ħlewwa liema bħalha. Laqgħuna tajjeb lilna lkoll u qabbdulna ħuġġieġa, għax kienet bdiet nieżla x-xita u kien il-bard.(1) Barra minn hekk, kien l-istess Appostlu, li f’din il-gżira ċkejkna, sab il-kenn fil-għeja tiegħu wara dak il-vjaġġ
68
tant qalil. Imma feraħ li qlub il-Maltin, li fil-lirika talinnu huma deskritti bħala qlub uliedha, bħalhom ma sab imkien. It-tielet ottava, fl-ewwel erba’ versi tiddeskrivi lillAppostlu tal-Ġnus li ħallas b’imħabba kbira t-tjubija li sab mill-poplu Malti. Meta l-poeta jirreferi għad-dawl, li San Pawl ta lill-istess poplu, ikun qed jirreferi għall-fidi. Mela qabel, il-poplu hu deskritt li kien jinsab fid-dlam minħabba li kien għadu fir-reliġjon politeista, imma kien Pawlu stess li wera lill-poplu min hu Alla. L-iktar li jolqotni hu li San Pawl, mhux meqjus għall-Maltin bħala missier komuni, imma fir-raba’ vers jissejjaħ l-egħżeż missier, minħabba dak kollu li wettaq mal-poplu. Din l-istrofa tfakkarni mill-ġdid fir-rakkont tal-Atti talAppostli, fejn il-Maltin wara li raw li l-lifgħa m’għamlitlu ebda ħsara, bdew jaħsbu li kien xi alla. Dan jikkonferma kemm il-Maltin kienu politeisti u jqimu ħafna allat.
Programm tal-Festa tan-Nawfraġju ta’ San Pawl ‒ Valletta 2011 Camilleri jerġa’ jżur il-ġrajja miktuba fil-Bibbja, u nindunaw li San Pawl ma tax biss it-twemmin lill-poplu Malti, imma anke wettaq xi mirakli fiżiċi:
Iskrittura Mqaddsa dwar dan ilKolonna tal-Knisja, u għalhekk ma narawx referenzi għall-konverżjoni, l-arresti, il-kitba tal-ittri u l-martirju.
wati, u hekk ir-regolarità tal-qies tal-vers fl-innu tibqa’ bla mittiefsa, il-kelma “ulied” tinqara bħala “wlied”, u hekk ma tiżdiedx sillaba.
Missier Publju inzerta mixħut, marid bid-deni u d-disenterija. Pawlu daħal ħdejh, għamel talba, qiegħed idejh fuqu u fejqu. Wara dan imbagħad bdew jersqu għandu l-morda l-oħra tal-gżira u hu fejjaqhom.(ii)
Ir-ritornell u l-effett tiegħu. Dan ir-ritornell hu indirizz ta’ erba’ versi lill-poplu Malti, imsejjaħ ulied dil-gżira biex jifraħ li sab id-dawl tattwemmin. Dun Frans Camilleri jitlob lill-Maltin ibierku lill-Mulej li wassal fuq arthom lil San Pawl. B’hekk, Camilleri jrid juri li ma kienx San Pawl li ried jiġi Malta, imma l-volontà tal-Mulej kienet li wasslitu hawn, u għal min kien fuq il-ġifen, minkejja li din il-volontà dehret iebsa, għax inqabdu f’maltemp kbir, u setgħu spiċċaw mitlufin, Alla ried li l-poplu Malti jsir Kristjan permezz ta’ dan inNawfraġju. Dan ir-ritornell hu ferm reali għal din il-festa. Dan minħabba li l-poeta qed jitkellem mal-poplu Malti u jistiednu jifraħ minħabba li l-miġja ta’ San Pawl Appostlu f’Malta kienet l-għajn tal-fidi, u għalhekk hu l-mument li għandna nifirħu talli wara dawn is-snin kollha, għadna ngawdu l-fidi li ġabilna San Pawl.
Xi metafori u termini astratti
Din l-istrofa tfakkarni wkoll floratorio Pawlu ta’ Malta fuq lirika tal-Professur Oliver Friggieri u mużika tal-mibki Professur Charles Camilleri. Dan instema’ għallewwel darba fil-Konkattidral ta’ San Ġwann fid-29 ta’ Jannar 1985. F’dan l-oratorio, San Pawl jidher jitkellem mal-Maltin, u wara li kellhom dubju fil-qdusija tiegħu minħabba li ħelisha f’nofs ta’ baħar u l-qilla tal-allat lil dalqattiel se toqtlu bil-gidma tal-lifgħat Fl-aħħar parti, madankollu, il-Maltin biddlu fehemthom u jistqarru f’San Pawl li hu alla. Wara li jċanfar lillMaltin u jfiehmhom min hu l-veru Alla, u jasal iż-żmien biex iħalli Malta, il-Maltin jitolbuh bil-ħerqa biex jibqa’ magħhom: ibqa’ magħna biex tgħaqqad lill-kotra, u mexxina ’l quddiem, ressaqna lejn ir-rebbiegħa fejn iżernaq is-sliem, nessina l-għajb tal-imgħoddi u mexxina ’l quddiem. Min-naħa tiegħu, San Pawl iwiegħed lill-Maltin li bis-saħħa ta’ dil-ġrajja, isem iċ-ċkejkna Malta ser ikun filBibbja:(iii)... se nħallikom iżda l-gżira se tingħata l-aqwa ġieħ. L-akbar ktieb li qatt inkiteb l-isem tagħkom se jkun fih. Naslu mbagħad għall-aħħar erba’ versi, li huma talba diretta lil San Pawl biex jibqa’ fil-gżira li dejjem tagħtu ġieħ. Camilleri qed jitolbu biex iħares u jmexxi lill-poplu Malti kollu, u jagħlaq billi jfakkru jiftakar fejn sab ilmistrieħ meta ġarrab in-Nawfraġju. Minħabba li jittratta l-festa ta’ San Pawl iżda fl-episodju tan-Nawfraġju, il-poeta Dun Frans Camilleri jobdi l-lealtà lejn dan l-episodju, u għalhekk ma jdaħħalx dettalji oħra, minkejja li nafu ħafna, partikolarment mill-
sibtu dan id-dawl It-twemmin Kristjan, li f’dan il-każ hu t-Tenor minħabba l-astrazzjoni tiegħu, qed jiġi mxebbah ma’ xi ħaġa konkreta, li f’dan il-każ, hi d-dawl. Għalhekk dan tal-aħħar hu l-Vehicle. Il-Ground hu li bil-miġja ta’ San Pawl, il-poplu Malti ħareġ mill-injoranza u mid-dlam tar-reliġjon pagana, u għadda għad-dawl tat-twemmin nisrani. It-tielet strofa tal-innu hi metafora estiża. Din l-art, Missier, ħelsitek mill-qilla tal-mewġiet, u ferħet bik u miegħek l-imħabba kollha wriet.
Dan l-innu hu mibni fuq is-settenarju li jalterna bejn vers pjan/wati filversi bil-fard u vers tronk fil-versi biż-żewġ. Dan minħabba li l-aċċent prinċipali tal-ewwel u t-tielet vers jaqa’ fuq is-sillaba ta’ qabel tal-aħħar, imma fit-tieni u r-raba’ vers jaqa’ fuq l-aħħar sillaba tal-vers. Ir-rima wżata f’dan l-innu hi mqabbża; abċb; blaħħar kelma tat-tieni vers tirrima ma’ dik tal-aħħar ta’ kull strofa.
F’din il-metafora, Malta hi msejħa Din l-Art, u tingħata l-ħajja, u għalhekk tidher bħala l-art li ħelset lil San Pawl mill-għarqa, u li ferħet bil-miġja tiegħu. Minbarra li ferħet bih, ferħet ukoll miegħu u urietu l-imħabba. F’dan il-każ, Dun Frans Camilleri qed jagħti dawn il-karatteristiċi lil Malta, biex joħroġ l-effett kollettiv tal-Maltin li flimkien imxew b’mod tajjeb ma’ San Pawl kemm dam fuq din l-art. B’dawn il-ħsibijiet fqajra tiegħi, inħossni fid-dmir li rrodd ħajr lil sieħbi Stephen Baldacchino, ilPresident tal-Fergħa Żgħażagħ Pawlini li talabni biex niktiblu xi ħaġa għal din il-pubblikazzjoni u nawguralu l-isbaħ xewqat għallfesta li tant iħobb, bl-istess awguri nestendihom lill-poplu Malti u Għawdxi kollu fl-okkażjoni tal-Festa Maħbuba għalina, jum it-twelid ta’ Malta Kristjana, imgħammda mill-Appostlu tal-Ġnus, Missierna San Pawl li bil-miġja tiegħu, naqqax ismu ma’ demmna b’mod dejjiemi u inseparabbli.
Għalhekk nistgħu ngħidu li r-ritmu ta’ dan l-innu hu wieħed tradizzjonali ħafna u iktar faċli li jitkanta, minħabba li l-iskema tar-rima u l-qies tal-vers joqrob lejn l-ottonarju li hu l-vers tal-għana Malti. Biex l-ewwel vers tar-ritornell ma jsirx ottonarju
Riferenzi (i) Atti tal-Appostli, Kapitlu 28, Versi 1 sa 3 (ii) ibid., Versi 28 u 29 (iii) ibid., Vers 1
Ir-ritmu u r-rima Dan l-innu hu mibni fuq tliet ottavi maqsumin fi tnejn. Fil-ktieb ta’ Dun Frans Camilleri Innijiet, l-innu jidher ċar li hu maqsum fi strofi ta’ erba’ versi. Dan minħabba li t-tieni erba’ versi huma miktuba ftit iktar ’il barra mill-erba’ preċedenti. Barra minn hekk, kull erba’ versi bħal jibda ħsieb differenti, kif ukoll ir-rima tat-tieni u r-raba’ vers ta’ l-ewwel kwartina mhix l-istess bħal dik tat-tieni u r-raba’ vers tat-tieni kwartina.
69
Programm tal-Festa tan-Nawfraġju ta’ San Pawl ‒ Valletta 2011
Mons. Emanuele Debono DD (1841-1907) Kantur, Kurat, Kunsillier, u Isqof elett Winston L. Zammit B.A. (Hons.); PGCE; M.A. Fost is-saċerdoti li taw is-servizz tagħhom fil-Kolleġġjata Pawlina fit-tieni nofs tas-seklu XIX, insibu lil Mons. Emmanuele Debono li minbarra li kellu d-dinjità ta’ Kantur fil-Kapitlu Pawlin, u kien ukoll Vigarju-Kurat tal-Parroċċa, kien ukoll għal xi żmien membru talKunsill tal-Gvern, u fl-1907 kien se jinħatar Isqof Awżiljarju. Iben it-tabib Dr. Giuseppe Debono M.D.1 u Marija Tereża Grech Delicata.2 Dun Manwel kellu żewġ ħutu oħra saċerdoti. Dawn kienu Dun Anton Debono, li minn saċerdot djoċesan sar Patri Benedittin u miet f ’Ruma fl-4 t’April 19073 u Dun Alwig Debono Cassia, li kien Ċerimonjier tal-Isqof u Kanonku tal-Katidral, li miet fil-21 ta’ Marzu 1938.4 Ħuhom ieħor kien l-avukat Massimiliano Debono LL.D., li kellu l-karigi ta’ Promotur Fiskal u Assessur tal-Kurja (1899)5. Wara l-għotja tas-SelfGovernment fl-1921, Dr. Debono kien elett fis-Senat f ’isem L’Unione Politico Maltese, u kellu l-kariga ta’ President tas-Senat bejn l-1921 u l-1927.6 Saċerdot u Kurat Dun Manwel Debono kien ordnat saċerdot fis-17 ta’ Diċembru 18647 u fil-5 t’Awwissu 1865, ingħata l-grad ta’ Duttur fit-Teoloġija millUniversità ta’ Malta.8 Saċerdot żagħżugħ, insibu li fl1873, kellu l-karigi ta’ Direttur tal-Katekisti fl-Istitut tat-tagħlim tad-duttrina mwaqqaf fil-knisja ta’ Santu Rokku9 u kien ukoll membru tal-Missjoni l-Kbira10. Fi Frar 1873, Dun Manwel sar membru tal-Kapitlu Pawlin, meta ħa l-pussess ta’ Kanonku Kantur, ittielet dinjità tal-kapitlu,11 u fis-sena ta’ wara (1874) għamel il-priedki tat-Tridwu tal-Festa ta’ San Pawl Nawfragu.12
70
Il-lapida kommemorattiva li tfakkar l-ewwel kumitat li mexxa Casa Leone. Bħala direttur jidher l-isem ta' Mons. Can. E. M. Debono Cassia
Fi Frar tal-1878, miet il-Papa Beatu Piju IX wara Pontifikat twil ta’ 32 sena (1846-1878). Sarulu funerali kbar f ’diversi knejjes hawn Malta, fosthom fil-Kolleġġjata Pawlina u l-Kantur Debono kien membru tad- deputazzjoni li organizzat dan il-funeral. F’din l-okkażjoni Dun Manwel għamel l-orazzjoni funebri.13
Pawlin, bħala Vigarju-Kurat (Kappillan) tal-parroċċa, u fl-1879 kien ikkonfermat f ’din il-kariga għal għomru.14 Tliet snin wara (1882) l-istess Kapitlu, ħatru bħala membru tal-kumitat, li kellu jorganizza d-dimostrazzjoni ad unur talKardinal Lavigerie fl-okkażjoni tażżjara tiegħu f ’Malta.15
Bejn l-1878 u l-1879, il-Kantur Debono kien elett mill-Kapitlu
Fl-1885, il-Kurat Debono nħatar bħala Prelat domestiku tal-Papa16
Programm tal-Festa tan-Nawfraġju ta’ San Pawl ‒ Valletta 2011
Casa Leone ġewwa tas-Sliema
u f ’Ottubru 1885 kien maħtur wieħed mill-eżaminaturi Pro-Sinodali.17 Fl-1886 kien maħtur Kanonku-Kuġitur talKatidral u b’hekk spiċċa mill-kariga ta’ Vigarju-Kurat.18 Membru tal-Kunsill tal-Gvern Fiż-żmien li kien Kantur u Kurat bejn l-1873-1883, Dun Manwel kien ukoll wieħed mill-membri eletti tal-Kunsill tal-Gvern. Dak iż-żmien Malta kienet għadha kolonja Ngliża, immexxija minn Gvernatur Ingliż. Biex jgħinuh fit-tmexxija kien hemm Kunsill tal-Gvern, mogħti fl-1849, bi 18-il membru, li minnhom 10 kienu nominati u 8 eletti.19 Fl-elezzjonijiet li saru f ’Settembru 1873, il-Kanonku Debono kien elett bħala membru tal-Kunsill tal-Gvern b’540 vot20 u reġa’ kien elett fl-elezjoni li saret f ’Diċembru 1875, b’585 vot.21 Bħala kunsillier, fl-1878 wara li l-gżira ta’ Ċipru għaddiet f ’idejn l-Ingliżi, flimkien ma’ ħames kunsillieri oħra eletti, ħabrek sabiex jittieħdu miżuri biex tkun inkoraġġita l-emigrazzjoni Maltija lejn Ċipru.22 Il-Kurat Debono reġa’ kien elett bħala kunsillier flelezzjoni li saret f ’Ottubru 1880, meta kiseb 548 vot23 iżda baqa’ l-art fl-elezzjoni li saret f ’Ottubru 1883, meta kiseb biss 40 vot.24 Bħala membru fil-Kunsill tal-Gvern, fl-1876 kien maħtur bħala membru tal-kumitat tad-direzzjoni tal-Bibljoteka.25
Kanonku tal-Katidral Fil-21 ta’ Ġunju 1886, il-Kantur Debono ħa l-pussess ta’ Kanonku tal-Katidral, kuġitur tal-Kan. P. Cachia Abela26 u ġimgħa wara, ħa sehem għall-ewwel darba f ’seduta kapitulari.27 Hawnhekk sab xogħol ġdid jistennieh, għax permezz t’ittra mill-Kurja tas-26 ta’ Lulju 1886, Mons. Debono kien maħtur bħala Prokuratur tal-beni li l-Katidral kellu f ’Tas-Sliema. Mons. Debono daħal millewwel għax-xogħol għax sa Ottubru kien lesta rapport dwar l-amministrazzjoni.28 Ix-xogħol kompla żdiedlu. Fl-istess sena (1886) kien maħtur bħala Viċi-President tal-kumitat li kellu jieħu ħsieb iċ-ċelebrazzjoni tal-Ġublew Saċerdotali tal-Papa Ljun XIII.29 Fl-istess sena l-Gvern ħatru bħala membru tal-kumitat li kellu jieħu ħsieb “what arrangements should be made to celebrate in a fitting manner the Jubilee of the succession to the throne of Queen Victoria”.30 Fl-1888, kien maħtur Kanonku Effettiv tal-Katidral31 u fissena ta’ wara, fl-1889 ingħata l-onorifiċenza Pro Ecclesia e Pontifice mill-Papa Ljun XIII.32 Fl-1893, l-Isqof Pietru Pace ħatru bħala President tal-Kummissjoni li kellha tagħmel rapport fuq il-Legati taż-żwieġ33 u sentejn wara, l-istess Isqof ħatru bħala Direttur tad-Dar ta’ l-Irtiri (San Kalċidonju) ġewwa l-Furjana.34
71
Programm tal-Festa tan-Nawfraġju ta’ San Pawl ‒ Valletta 2011
Benefattur tal-Blue Sisters Mons. Emm. Debono ħabrek ħafna biex il-Blue Sisters jiġu Malta. Dawn ġew Malta fl-1894, u fetħu l-ewwel dar tagħhom f ’nru. 11, Triq il-Katidral, Tas-Sliema. L-Isqof Pietru Pace bierek din id-dar fl-14 ta’ Diċembru 1894. Mons. Debono kien id-Direttur Spiritwali tagħhom.35 Bl-għajnuna ta’ diversi benefatturi, fosthom Mons. Debono, is-sorijiet bdew jibnu dar akbar f ’San Ġiljan. Permezz t’att ta’ donazzjoni fl-atti tan-Nutar F. Caruana Dingli tal-20 t’Ottubru 1897, Mons. Debono rregalalhom l-art f ’San Giljan biex jibnu d-dar il-ġdida. B’digriet talIsqof Pietru Pace, Mons. Debono kien maħtur Direttur tal-Kumitat tad-‘Dame’ li kellu jiġbor il-fondi għall-bini ta’ din id-dar.36 L-ewwel ġebla ta’ din id-dar ‘Casa Leone’, tqiegħdet f ’Ġunju 189837 u nafu li l-bini ta’ din id-dar kien għadu sejjer sa Ġunju 1899.38
Isqof Awżiljarju Wara l-mewt tal-Isqof Awżiljarju Mons. Salvatore Gaffiero li seħħet f ’Diċembru 190644 is-Santa Sede kienet se taħtru Isqof Awżiljarju fid-Djoċesi ta’ Malta, u jidher li kien ġie nfurmat li kienet se ssir din in-nomina45 iżda din ma laħqitx seħħet għax nhar il-Ħadd 10 ta’ Marzu 1907, miet fid-dar tiegħu, nru. 44, Triq San Duminku fil-Belt Valletta fl-età ta’ 65 sena.46 Il-funeral tiegħu sar nhar it-Tlieta 12 ta’ Marzu meta l-katavru tiegħu ttella’ b’korteo mid-dar tiegħu sa Puturjal, minn fejn ittieħed fil-Katidral tal-Imdina għas-servizz funebri.47 F’mewtu, gazzetta lokali, fost affaijiet oħra kkummentat hekk fuqu: “dan il-qassis kulħadd kien jafu għax kulħadd fl-ibliet u fl-irħula semgħu jippriedka u jaħdem għall-ġid tal-erwieħ. B’għerfu, bi tjubitu għamel bosta ġid lillerwieħ.”48
Attivitajiet Oħra F’April 1876 il-Kanonku Debono kien inħatar bħala għalliem tar-reliġjon fl-Università,39 u fl-istess sena kien maħtur bħala ‘third examiner of the special courses of Theology at the University’.40 Kien id-Direttur tad-‘Dame’ tas-Soċjetà ta’ San Vinċenz tal-Belt Valletta41 kif ukoll Rettur tal-Fratellanza tar-Rużarju mwaqqfa fil-knisja Bażilika ta’ Santa Marija ta’ Portu Salvu fil-Belt Valletta bejn l-1894 u l-1895, u bejn l-1898-189042 Rettur tal-knisja tal-Ġiżwiti fil-Belt Valletta, xettel fiha d-devozzjoni lejn il-Madonna ta’ Pompei.43
Riferenzi
1 Dr. Giuseppe Debono miet fid-dar tal-villeġġatura f’Ħal Lija nhar it-12 t’Awwissu 1893, fl-età ta’ 88 sena. Ara L’Ordine, 22 t’Awwissu 1893. 2 A(rkivju) P(arrokkjali) P(arroċċa) P(ortu) S(alvu) V(alletta). Reġistru tal-Mejtin 1907-1916, p. 15, n. 4. 3 Malta Tagħna, 13-IV-1907. Patri Debono OSB, li meta kien Malta kien iwettaq xogħol Pastorali fl-Istitut ta’ San Ġakbu l-Belt. 4 Lucerna, Aprile 1938, p. 96. 5 L’Ordine, 31-VII-1899, 14-VII-1899. 6 Tagħrif fil-pussess tal-awtur. 7 J. Calleja, Ordinazzjonijiet Saċerdotali (1800-2000), Malta, 2001, p. 27. 8 Arkivju Università Malta. Atti dell’Università 1839-1883, Vol III, pp. 161, 162. 9 Fede ed Azione, 4-VI-1873. 10 Ibid. 3-IX-1873. 11 Ibid. 19-II-1873. 12 Ibid. 11-II-1874. 13 A. Ferres, L’Amore dei Maltesi alla Morte di Pio IX, Malta, 1878, pp. 136, 137, 141, 142. 14 L’Ordine, 26-XI-1879. 15 Ibid., 7-VI-1882. 16 Ibid., 18-II-1885 17 A(rkivju) K(atidral) M(alta). Minuti Kapitulari 1884-1885, f. 695 r. 18 Malta, 24/25/VI, 1886. 19 J.J. Cremona, The Maltese Constitution and Constitutional History Since 1813, Malta, 1994, pp. 7, 8. 20 Fede ed Azione, 20-IX-1873. 21 L’Ordine, 16-XII-1875.
72
22 Ibid., 31-VII-1878. 23 Ibid., 26-X-1880. 24 Ibid., 16-X-1883. 25 Ibid., 9-II-1876. 26 Malta, 24-25-VI-1886. 27 A(rkivju) K(atidral) M(alta). Minuti Kapitulari, Vol. 41, f. 158 r. 28 Tagħrif fil-pussess tal-awtur. 29 L’Ordine, 1-XII-1886. 30 A(rkivju) N(azzjonali) M(alta). csg/04/71 letter form Chief Secretary to Govt. to Canon Debono 17-XII-1886, p. 193. 31 L’Ordine, 11-VII-1888. 32 Ibid., 3-IV-1889. 33 Ibid., 19-IX-1893. 34 Ibid., 21-V-1895. 35 Il Risorgimento, 17-XII-1894. 36 A. Mercieca, ‘Sir Adriano Dingli’, Melita Historica, Vol. 1, No. 4, 1955, pp. 259, 260. 37 L’Ordine, 27-VI-1898. 38 Ibid., 17-IV-1899. 39 A.N.M. csg/04/47 letter from Chief Secretary to Govt. To University Rector no.7479. 40 Ibid., letter to Rev. E. Caruana, 29-V-1876. 41 A.K.M. Minuti Kapitulari, vol. 51 (1905-1906), f. 862 r. 42 E.G. Montanaro, Elenco dei Confratelli dell’Arciconfraternità del Smo. Rosario e della Misericordia, 1941, p. 19. 43 Is-Salib, 16-III-1907, p. 3. 44 Malta Taħna, 15-XII-1906. 45 Archivio Vaticano Segreteria di Stato, Anno 1907, Rubrica 283, Fasc. 8. 46 Malta Tagħna, 16-III-1907. Il Risorgimento, 11-III-1907. 47 Daily Malta Chronicle, 13-III-1907, p. 3. 48 Is-Salib, 16-III-1907, p. 3.
Programm tal-Festa tan-Nawfraġju ta’ San Pawl ‒ Valletta 2011
Festa 1911 Martin Gravina Għall-okkażjoni tal-festa ta’ din is-sena, il-Ġimgħa, l-10 ta’ Frar, l-Arċisqof Monsinjur Pietru Pace fl-24 ta’ Jannar 1911, kien ħareġ editt. Huwa kien għarraf lill-Insara kollha tad-Djoċesi, li skond il-fakultà speċjali li kellu mis-Santa Sede, bid-Digriet tas-Santa Kongregazzjoni Suprema tas-Santu Uffizju tas-6 ta’ Diċembru 1894, f ’dik il-ġurnata kommemorattiva tan-Nawfraġju ta’ San Pawl, li tissolleniżża ruħha bl-akbar pompa u għaliha tikkonkorri n-nies minn kull parti tal-gżira, li għalkemm taħbat il-Ġimgħa seta’ jittiekel il-laħam. Huwa semma wkoll li l-obbligu tal-ġurnata tal-astinenza jsir jumejn qabel, jiġifieri l-Erbgħa 8 ta’ Frar, li fiha ma kellux jittiekel laħam. Appell li kien sar għall-festa biex dik il-ġurnata tkun festa ġenerali, ħeġġeġ biex fiha ma jidħol ebda partit, u biex fil-gallariji, twieqi jew stabbilimenti jkun hemm illuminazzjoni bħala sinjal ta’ mħabba u rikonoxximent lejn din is-solennità. L-Ottavarju f ’din is-sena kien għamlu l-kappillan talknisja tal-Erwieħ, Dun Karm Gatt, filwaqt li l-predikatur għat-Tridijiet kien Dun Karm Fenech minn Ħal Lija. FilPontifikal li kien assistit minn fuq it-tron mill-Arċisqof, il-paneġierku bit-Taljan sar mill-Professur Patri Louis Grech S.J., u dak ta’ wara nofs inhar, li kien bil-Malti, sar minn Dun Ġużepp Borg minn Ħal Qormi.11 Anki din is-sena dan l-avveniment kien iċċelebrat blakbar sollenità kemm ġewwa l-knisja kif ukoll barra. Anzi, f ’din is-sena kien ġie mżanżan għall-ewwel darba d-dawl elettriku fl-ark ta’ Triq San Pawl u Triq Merkanti. Ilqofol deher ukoll fil-purċissjoni kbira li kienet magħmula mill-konfraternitajiet kollha, komunitajiet reliġjużi, kleru sekulari u l-Kapitlu tal-Belt. Jara l-purċissjoni minn residenza privata (tal-Onorevoli Tom. Vella) kien hemm il-Gvernatur Rundle u s-Sinjura tiegħu.2 F’din il-ġurnata ma naqasx ukoll is-sehem ta’ diversi baned kif ukoll programmi mużikali. Fil-ġurnal ta’ Malta Tagħna 18ta’ Frar 1911 inkiteb “Il-kwiet li kien, kienet ħaġa sabiħa u l-pulizija biex żammitu għamlet dmirha, speċjalment l-Assistent Supretindent is-Sur James Frendo Azzopardi, li għaraf imexxi kollox kif jixraq, speċjalment fil-marċ ta’ nhar il-festa…’’ Ta’ min isemmi wkoll li f ’din il-ġurnata bil-lejl kien wasal Malta s-Surmast il-ġdid għall-banda "La Valette" Giuseppe Vitaliti, surmast li kien imfaħħar għall-kapaċità li kellu.3
Il-purċissjoni ta’ San Pawl għaddejja minn Strada Reale lejn il-bidu tas-seklu għoxrin
Għall-ħabta tas-sitta neqsin kwart, meta l-purċissjoni kienet għaddejja minn Triq Irjali, ħames baħrin (li xogħolhom kien li jieħdu ħsieb il-bajli tal-vapuri), wieħed minnhom tal-fregata Foam u l-erbgħa l-oħra tal-fregata Stag, bdew jiżżufjettaw billi bdew idoqqu organetto (kaxxa tad-daqq li tindaqq bl-imradd). Ċertu Giużeppi Buhagiar li kien qiegħed hemm, ġibdilhom l-attenzjoni biex jieqfu, imma kien kollu ta’ xejn. Meta n-nies rat hekk marret lejhom u li kieku ma kienx l-intervent immedjat tal-pulizija l-inċident kien jispiċċa ħażin. Infatti, biex il-pulizija teħles mill-korla tan-nies lejn dawn il-baħrin, lil wieħed minn dawn, ħaduh fil-kantina ta’ Kafè Reġina, ieħor f ’kamra tal-irkant li kien hemm Strada Tesoreria u l-kumplament ġo dar privata. Dan il-każ kien spiċċa taħt l-investigazzjoni tal-pulizija.4
1 Malta Herald. 30 ta’ Jannar, 1911, p.2. L’Avvenire. 31 ta’ Jannar, 1911, p.2. Risorgimento. 2 ta’ Frar, p.1. Malta Tagħna. 4 ta’ Frar, 1911, p.2. Is-Salib. 4 ta’ Frar, 1911, p.4. 2 Malta Herald. 11 ta’ Frar, 1911, p.3. Malta Tagħna. 18 ta’ Frar, 1911, p.3. L’Avvenire, 14 ta’ Frar, 1911, p.2. 3 L’Avvenire. 9 ta’ Frar, 1911, p.4. Is-Salib. 18 ta’ Frar, 1911, p. 3.
4 Malta e sue Dipendenze. 11 ta’ Frar, 1911, p. 2.
73
Programm tal-Festa tan-Nawfraġju ta’ San Pawl ‒ Valletta 2011
Tagħrif storiku – Mitt sena ilu Estratt mill-ktieb ‘"La Valette’ Soċjetà Filarmonika Nazzjonali L-Ewwel Mitt Sena Storja" Kan. John Ciarlò Fi Frar tal-1911, is-Soċjetà kriet dar kbira fi Triq San Ġwann, nmru. 111, fejn fiż-żmien kien hemm il-Cumberland Hotel, u l-Kumitat ħa ħsieb biex jitrasferixxi l-każin tiegħu għal din id-dar kbira u spazjuża. Fil-fatt il-każin ta’ Triq Alessandru issa kien żgħir għas-Soċjetà li kompliet tikber, speċjalment għall-Banda, u ġieli kien isir tgergir fuq hekk. Din iddar il-ġdida nkriet bis-somma ta’ Lm95 fis-sena. Il-Kumitat kera d-dar bilkundizzjoni li s-sid jieħu ħsieb isewwi l-art li kienet fi stat ħażin, li jieħu ħsieb ibajjad il-ħitan u jiżbogħ l-injam. Il-Kumitat ħa r-responsabbiltà li jagħmel dawk l-arranġamenti kollha meħtieġa biex id-dar tkun tista’ sservi bħala każin. Fil-fatt il-Każin nefaq issomma ta’ Lm125 biex irranġa u ddekora l-Każin. Din is-somma kollha nġabret fi ftit ġimgħat mill-benefatturi tas-Soċjetà, millmembri tal-Kumitat u mis-soċi. Kif inkiteb tajjeb fil-ġurnal Is-Salib tat-22 ta’ April, 1911, meta tlesta minn kollox, kien tassew ‘każin eleganti u lussuż li seta’ liberament iħabbatha ma’ l-isbaħ każini fl-ibliet tal-kontinent’. Kif tidħol kont issib entrata bilbieb verniċjat, bl-iskudetti tar-ram bl-arma ta’ Malta. Il-ħajt u s-saqaf kollu kien invjat u ddekorat, xogħol tad-dekoratur Antonio Ebejer mirRabat. L-antiporta kienet tal-ġewż maħduma b’maestrija kbira millimgħallem Ġużeppi Gatt mill-Birgu. L-entratura tal-Każin kienet waħda tassew aristokratika. Il-Każin kien kbir ġmielu, b’għadd ta’ kmamar u bit-taraġ wiesa’ u nvjat u miżbugħ abjad. Fis-sular ta’ fuq kien hemm il-billiard. Kienet sala kbira li bħala sala tal-billiard ma kienx
74
hawn oħra fil-pajjiż. Maġenb din is-sala kien hemm sala kbira oħra li kienet tesa’ mal-500 ruħ. Din ġiet irranġata u miftuħa mill-imgħallem Carmelo Borg ta’ Ħ’Attard u fiha kienu jsiru l-kunċerti tal-banda. Fiha ’l quddiem bdew isiru wkoll it-teatrini. Il-ħitan kienu mżejna bl-istandardi u bil-bandalori fil-vetrini tal-ħġieġ bil-gwarniċ indurat. F’dawn ilvetrini kien hemm ukoll ir-rigali li kienu ġew irregalati lis-Soċjetà u kollha kienu marbutin biż-żigarelli bil-kuluri nazzjonali, u magħhom kellhom iskrizzjoni bit-tagħrif talokkażjonijiet li fihom ġew regalati. Fil-bidu ta’ din is-sala kien hemm l-arma tad-deheb tal-Banda ‘La Valette’, xogħol l-iskultur Malti Fortunato Falzon. Din kienet imdawra bil-kwadri tal-Kavallieri ta’ Malta u blinkwatru tas-Sur Pawlu Darmanin, ilfundatur tas-Soċjetà. Fin-nofs tat-tul tas-Sala kien hemm imwaħħal malħajt il-kwadru kbir tal-Granmastru La Valette waqt l-Assedju tal-1565, xogħol il-pittur Malti Giuseppe Cefai. Taħtu kien hemm mezzobust tasSurmast Dottor Paolo Nani. Barra minn dawn iż-żewġ swali, kien hemm ukoll is-sala di lettura bilkotba u ġurnali bil-Malti, bl-Ingliż, u bit-Taljan. Kien hemm ukoll sala tal-Kumitat, sala spazjuża u eleganti. Minbarra dawn, kien hemm erba’ kmamar tal-logħob. Kien hemm uffiċċju riservat għas-Surmast u għall-Kaxxier. Iżda żgur l-aktar sala sabiħa u eleganti kienet is-sala tar-riċeviment, imżejna bir-rikkezzi tad-deheb u l-fidda. Din is-sala kienet imdawra bir-ritratti talPresidenti kollha tas-Soċjetà matul is-snin, u ritratti oħrajn tal-membri tal-Kumitat u ta’ bosta Surmastrijiet Maltin tal-mużika. Wieħed minn dawn ir-ritratti kien dak ta’ Dottor
Fortunato Mizzi flimkien malmembri kollha tal-Kumitat. Flimkien mad-diplomi, statwi talbronż u medalji tad-deheb, tal-fidda, u tal-bronż, kollha premijiet li s-Soċjetà kienet rebħet fil-Konkorsi Mużikali li kienet ħadet sehem fihom, kien hemm ukoll ittri tar-Rejiet u ittra oħra tal-Papa Ljun XIII. Fis-sala tar-riċeviment kien hemm ukoll f’post speċjali l-bandalora popolari li kienet ingħatat lis-Soċjetà għas-sens patrijottiku li dejjem uriet tul l-istorja tagħha u li kienet inġabret mill-ibliet u l-irħula ta’ Malta u kienet swiet Lm60. Din il-bandalora kienet ġiet ippreżentata lis-Soċjetà millpatrijott Dottor Fortunato Mizzi f’isem il-poplu Malti. F’din is-sala kien hemm ukoll ċentrijiet, fjurieri u kandelabri tal-fidda ta’ kull daqs. F’dan iż-żmien, id-direzzjoni talBanda kienet taħt Maestro Vitaliti wara li s-Surmast Direttur Gregorio Lucia ta d-dimissjoni tiegħu middirezzjoni tal-Banda wara li kien ilu għaxar snin sħaħ jidderiġiha. Wara li ħalla Malta, Maestro Gregorio Lucia, wara s-suċċess li kellu mal-Banda ‘La Valette’ reġa’ lura f’Canicattini fejn reġa’ ħa f’idejh id-direzzjoni tal-Banda lokali. Il-Banda ‘La Valette’ għadha sallum tibda d-daqq tagħha fil-marċijiet fit-toroq bir-roll (daqq tat-tanbur) bħala sinjal biex tinġibed l-attenzjoni tal-bandisti biex jippreparaw ruħhom ħalli jerġgħu jibdew idoqqu wara mumenti ta’ waqfien. Din id-drawwa kien daħħalha għall-ewwel darba Mro Lucia. Wara r-riżenja ta’ Mro Lucia, ilKumitat beda jaħdem biex jingaġġa Surmast Direttur Taljan ieħor biex jeħodlu postu. Fil-bidu l-Kumitat kien fi trattativi ma’ Maestro Rosario Mulè Vella minn Noto, Sqallija. Iżda billi
dan insista li l-Kumitat kellu jidħol responsabbli dwar l-alloġġ tiegħu sakemm idum f’Malta, il-Kumitat ma setax jaċċetta l-applikazzjoni tiegħu. Wara l-Kumitat beda trattativi ma’ Maestro Vitaliti minn Catania. Wara li dan aċċetta l-kundizzjonijiet kollha li kien għamillu l-Kumitat, fosthom li wara prova ta’ tliet xhur jintrabat mas-Soċjetà għal sentejn jew tlieta, li jagħmel żewġ kunċerti fil-ġimgħa, li l-arranġamenti li jagħmel tal-mużika operistika wara jsiru proprjetà tasSoċjetà, li ma jistax ikollu x’jaqsam ma’ Baned lokali oħra u li jimxi fuq l-Istatut tas-Soċjetà, fis-7 ta’ Frar inħatar Suramst Direttur tal-Banda ‘La Valette’.
Mro. Giuseppe Vitaliti flimkien mal-Banda La Valette
f’applawsi kbar. Il-palk kien fih għaxqa bil-bandisti mdawrin blistandardi u l-bandalori tas-Soċjetà. Hekk kif waqaf iċ-ċapċip, is-Surmast Vitaliti rringrazzja lill-pubbliku u ta bidu għall-programm mużikali diffiċli. Taħt id-direzzjoni tiegħu, il-Banda bdiet billi daqqet marċ ta’ stil kollu kemm hu modern, oriġinali, melodjuż u diffiċli, kompożizzjoni tiegħu stess. Wara ġiet esegwita s-sinfonija diffiċli Guarany li ntlaqgħet b’ċapċip kbir.
Mro. Giuseppe Vitaliti
Is-Surmast il-ġdid, Maestro Vitaliti wasal Malta fl-10 ta’ Frar 1911, festa ta’ San Pawl. Huwa ġie mfaħħar ħafna għall-kapaċità tiegħu u l-gazzetta Is-Salib iddeskrivietu bħala ‘ġuvni rispettabbli, eleganti, reliġjuż, umli, intelliġenti u fuq kollox kapaċi’. Ftit wara li wasal Malta, Maestro Vitaliti esegwixxa Intermezz Sinfoniku li ndaqq minn 40 mużiċista fit-Teatru Manoel u li ntlaqa’ Is-Surmast, Giuseppe Vitaliti
b’applawsi kbar. Huwa ddebutta mal-Banda ‘La Valette’ waqt serata straordinarja li ttellgħet fit-Teatru Manoel ad unur tal-Banda ċittadina, il-Ħadd 7 ta’ Mejju. Għal din l-okkażjoni, it-Teatru Manoel kien mimli bin-nies fosthom persunaġġi distinti. Hekk kif fid-9.00 p.m. sew tela’ s-siparju u tela’ l-palk is-Surmast Giuseppe Vitaliti, il-pubbliku nfexx
Wara li waqaf iċ-ċapċip, fuq il-palk tela’ l-President il-Kavallier Joseph Howard akkumpanjat mis-Sur Gius. Muscat Azzopardi P.L. u s-Sur Virgilio Germani, is-Segretarju. Il-President għamel diskors, u wara ppreżenta lis-Surmast Vitaliti sett buttuni tad-deheb tas-sider u talpulzier, xogħol tad-Ditta Francis Meli. Dan ir-rigal offrihulu f’isem il-Kumitat tas-Soċjetà. F’isem il-bandisti ġie offrut lilu ċurkett tad-deheb u għan-nom tassoċi tal-Każin, il-President offrielu kuruna tar-rand b’żigarella bil-kuluri nazzjonali u b’iskrizzjoni tal-fidda. Il-Kav. G. Muscat Azzopardi f’isem l-ammiraturi tal-Banda, offra lillPresident Howard qoffa ta’ fjuri naturali u bukkett kbir tal-fjuri f’isem il-Pawlini. Wara għamel diskors qasir. Fit-tieni parti tal-programm, indaqq it-tieni att tal-Ballo in Maschera u wara ndaqqet Serenata, kompożiżżjoni tas-Surmast Vitaliti miktuba a solo Flicorno, li ndaqqet
miż-żagħzugħ Dimitrio Buhagiar. Din ġiet ripetuta wara talba mill-pubbliku. Wara, il-Kumpanija Drammatika Alfieri ta’ Bormla tellgħet kummiedja soċjali ġdida b’żewġ atti : Id-Dover? Fl-okkażjoni ta’ għeluq it-tmenin sena ta’ Mons. Pietru Pace, Isqof ta’ Malta, tkanta Te Deum fil-Kon-Katidral ta’ San Ġwann. Għal din l-okkażjoni, il-Banda ‘La Valette’ qagħdet fi Pjazza San Ġorġ tistenna lill-Isqof dieħel fil-Palazz fejn kellu jmur wara. Meta daħal il-Gvernatur fil-Palazz, dan sellem lill-Banda ħdejn l-istandard tal-medalji, u l-Banda innotat il-Marċ Irjali Ingliż. Hekk kif wasal l-Isqof Pace ħdejn ilPalazz, wara l-funzjoni f’San Ġwann, il-Banda laqgħetu bid-daqq talInnu tal-Papa. Wara li l-Isqof ħareġ mill-Palazz, numru kbir ta’ partitarji ta’ ‘La Valette’ riedu bilfors ineħħu ż-żwiemel mill-karozzella tal-Isqof biex imexxuh huma u jakkumpanjawh sal-Palazz tiegħu. Iżda l-Isqof xwejjaħ talabhom bid-daħqa biex ma jagħmlux dan u jħalluh imur lura bilkwiet lejn il-Palazz tiegħu mingħajr ebda dimostrazzjoni. Meta raw hekk, il-partitarji obdewh u ħallewh imur lura bil-kwiet. Fl-24 ta’ Ġunju, 1911, il-Banda ‘La Valette’ ħadet parti fl-inawgurazzjoni tal-Ġnien tal-Barrakka taħt Kastilja, li saret mill-E.T. il-Gvernatur Ġenerali Sir Leslie Rundle u l-mara tiegħu Lady Rundle. Hekk kif dawn waslu fuq il-post wara li l-Gvernatur kien għadu kif poġġa l-ewwel ġebla talKing Edward VII Merchant Sailors Rest fejn illum hemm l-Isptar Boffa,
75
Programm tal-Festa tan-Nawfraġju ta’ San Pawl ‒ Valletta 2011
il-Banda daqqet il-God Save The King. Wara li sar diskors mill-Onor. L. Gatt, Kap tad-Dipartiment tax-Xogħlijiet Pubbliċi, Lady Rundle qatgħet iżżigarella u ddikjarat il-ġnien miftuħ. Dak il-ħin il-flotta Ingliża kienet qed issalpa mill-port. Waqt li kienet ħierġa, fost it-tixjir u l-għajat tannies li ħonqu l-Barrakka ta’ Fuq u s-swar, il-Banda tal-Flagship daqqet l-Innu La Valette, waqt li b’sinjal ta’ ħbiberija l-Banda ‘La Valette’ sellmet lill-baħrin li kienu sejrin bid-daqq ta’ A life on the ocean wave u The girl I left behind me. Kienet xena tassew impressjonanti. Wara li spiċċa kollox, il-Gvernatur bagħat għal Maestro Vitaliti u feraħlu u rringrazzjah għasservizz li kienet tat il-Banda tiegħu f’dik l-okkażjoni sabiħa. Fil-25 ta’ Lulju, 1911, is-Soċjetà tilfet wieħed mill-aqwa ħbieb u benefatturi tagħha bil-mewt għall-għarrieda tas-Sur Virgilio Germani ta’ 62 sena. Kien l-istess fundatur tas-Soċjetà, is-Sur Pawl Darmanin li fl-ewwel snin tas-Soċjetà ħajru u ħeġġu biex jidħol fil-Kumitat li kien għadu kemm twaqqaf. Is-Sur Germani sar membru tal-Kumitat fis-27 ta’ Mejju 1878 u fil-25 ta’ Awwissu 1880 sar Segretarju, kariga li baqa’ jżomm u jaqdi bl-akbar ħeġġa u mpenn sa ma miet. Kif diġà għedna, is-Sur Germani baqa’ ġuvni u s-Soċjetà kienet il-mimmi ta’ għajnejh. Huwa ħadem u ssagrifika
ruħu għaliha kemm felaħ biex jaraha tikber u timxi ’l quddiem. Matul is-snin huwa kien dejjem minn ta’ quddiemnett biex jidħol għal kull biċċa xogħol li kien hemm bżonn għall-ġid tas-Soċjetà. Huwa kellu wkoll sehem kbir fl-organizazzjoni u t-tmexxija tagħha, u kien bis-saħħa tiegħu li s-Soċjetà ġibdet lejha l-aħjar nies biex jieħdu fuq spallejhom ittmexxija tas-Soċjetà. Għal wieħed u tletin sena sħaħ huwa qeda d-dmirijiet tiegħu bħala Segretarju bl-ikbar eżattezza u skruplu. Is-Soċjetà għadha sa llum tgħożż il-kotba tal-minuti tas-seduti u tal-korrispondenza li dejjem żamm bl-akbar għaqal u effiċjenza. Is-Sur Virgilio Germani twieled il-Belt f’Novembru tal-1849 u kien joqgħod Triq Zecca, nru. 8. Kien bniedem serju u ta’ l-affari tiegħu u kien iħobb ħafna l-familja, speċjalment lil ommu li mietet warajh. Huwa kien skrivan flOrifiċerija ta’ ‘Francis Meli’. Kien bniedem reliġjuż ħafna u membru f’diversi Kongregazzjonijiet u Fratellanzi, fosthom dik tal-Onorati tal-Knisja tal-Ġiżwiti, tal-Madonna tal-Karmnu u tal-Qalb ta’ Ġesù filknisja ta’ San Pawl. Ir-rispett u l-istima kbira li kien igawdi minn kulħadd dehret filfuneral tiegħu li s-Soċjetà b’sens ta’
rikonoxxenza għall-ħidma kbira tiegħu, ħadet ħsieb torganizza. Il-Banda ‘La Valette’ li tant ħabb akkumpanjatu saċ-ċimiterju, u t-tebut tiegħu kien merfugħ minn erba’ bandisti. Wara l-familja, mexa l-President tas-Soċjetà il-Kom. Howard flimkien mal-membri talKumitat, is-Surmast Vitaliti u għadd kbir ta’ persuni distinti flimkien mal-Kapitlu tal-Kolleġġjata San Pawl, u rappreżentanza tal-Patrijiet Karmelitani, Agostinjani, Franġiskani, Kapuċċini u Ġiżwiti. Ħadu sehem ukoll diversi membri tal-Kumitati tal-baned bl-istandardi, fosthom il-‘King’s Own’, ‘San Giorgio’ ta’ Bormla, ‘San Giuseppe’ u ‘San Gaetano’ tal-Ħamrun, il-‘Vilhena’ tal-Florjana, ‘Duke of Edinburgh’ talBirgu, ‘San Giorgio’ u ‘Pinto’ ta’ Ħal Qormi u ‘De Rohan’ ta’ Ħaż-Żebbuġ. F’Settembru tal-istess sena, is-Soċjetà kellha l-unur kbir li tirċievi mingħand il-Q.T. il-Papa Piju X kallotta li għadha sa llum tgħożż b’għożża kbira fost it-teżori tagħha. F’biljett miktub mill-istess Papa, li ’l quddiem, f’Mejju tas-sena 1954, ġie dikjarat qaddis, il-Papa kiteb dawn il-kelmiet: ‘Lill-maħbubin uliedi taċ-Circolo Cattolico ‘La Valette’ aħna nagħtu bil-qalb il-Barka Apostolika. MillVatikan, 14 ta’ Settembru 1911. Piju P.P. X’.
President ġdid tas-Soċjetà Filarmonika Nazzjonali ‘La Valette’ Fl-aħħar Seduta Ġenerali li saret nhar l-24 ta’ Novembru 2010 ġewwa l-Każin tas-Soċjetà ‘La Valette’, ġie maħtur President ġdid tas-Soċjetà, is-Sur Charles Camilleri, negozjant mill-Belt u membru tal-Għaqda tal-Pawlini u ex-President ta’ Valletta F.C.. Matul din is-Seduta, ilmembri preżenti kkonfermaw unanimament l-għażla talPresident il-ġdid bħala s-suċċessur tas-Sur Alfred Zahra, dan tal-aħħar iddeċieda li ma jerġax jikkontesta għal din il-kariga prestiġjuża. Fi ftit ġimgħat wara, eżattament nhar is-Sibt 13 ta' Novembru, kellu l-ewwel attività annwali tas-Soċjetà fejn ittella’ t-83 edizzjoni tal-Kunċert Sinfoniku msejjaħ ‘Ta’ Como’ li sar ġewwa l-Istitut Kattoliku l-Floriana. Dan il-kunċert baqa’ jittella’ sena wara sena biex ifakkar is-suċċess kbir li l-Banda tas-Soċjetà kisbet ġewwa Como, l-Italja meta ħadet sehem f ’gara mużikali fl-1927. Għal sena oħra, il-Banda li kienet bl-aħjar elementi mużikali esegwiet mużika varjata għall-gosti tal-udjenza
76
preżenti. Dan il-kunċert kien taħt id-direzzjoni tasSurmast-Direttur, Mro. Dominic Darmanin li bi bravura kbira tella’ dan il-kunċert. Għal dan il-kunċert kienu preżenti bosta personalitajiet distinti, rappreżentanti tal-Każini tal-Baned, u għaqdiet mużikali oħra. Ma setax jonqos li l-compère ta’ din isserata, is-Sur Charles Coleiro introduċa lill-President il-ġdid tas-Soċjetà filwaqt li s-solista tal-flute Maria Bonnici ppreżentat bukket ward frisk lis-sinjura Camilleri li tiġi mart il-President. Kif kien jixraq waqt din l-okkażjoni, il-President il-ġdid tas-Soċjetà għamel l-ewwel diskors uffiċċjali tiegħu. F’dak il-ħin, b’sorpriża għal kulħadd, is-Sur Camilleri stieden lill-Rev. Arċipriet tal-Kolleġġjata San Pawl Nawfragu biex jitla' fuq il-palk biex jippreżentalu donazzjoni f ’isem il-Kumitat tad-Direzzjoni għallproġett ieħor varat mill-Arċipriet Kan. Alfred Camilleri
biex isiru siġġijiet ġodda u eleganti għall-Kolleġġjata Pawlina. Kien ġest verament sabiħ min-naħa talPresident fejn wera biċ-ċar il-qalb fejn tħabbat u fisser li ‘La Valette’ u San Pawl huma rabta li ma jista’ jifridhom ħadd. Biex jikkonferma dan, waħda mix-xogħlijiet li ġew esegwiti f’dan il-kunċert kienet proprju silta mill-Oratorju ‘Pawlu ta’ Malta’ talkompożitur Malti, il-Prof. Charles Camilleri u lirika ta’ Oliver Friggieri fejn sar l-arranġament għall-Banda mill-bravu Surmast Mro. Dominic Darmanin li b’ħila irnexxielu joħroġ il forte u l-ġmiel ta’ dan l-Oratorju. Kienet xena indimentikabbli meta waqt dan l-Oratorju, b’sorpriża għalludjenza preżenti dehret tiela’ minn taħt il-palk statwa ta’ San Pawl minn qalb il-bandisti li f’ċapċipa waħda u fost l-għajjat tal-udjenza preżenti ‘Viva San Pawl’.
It-83 edizzjoni tal-Kunċert Sinfoniku ‘Ta’ Como’, li nżamm ġewwa l-Istitut Kattoliku l-Floriana.
Din l-istatwa sabiħa xogol tal-artist Malti Alfred Camilleri Cauchi li tirrapreżenta ‘In-Nawfraġju ta’ San Pawl’ ġiet ġentilment mislufa għal din l-okkażjoni mill-Kumitat tal-Għaqda tal-Pawlini fuq talba tal-Kumitat tas-Soċjetà ‘La Valette’, fuq il-ħsieb tas-Sur Jonathan Grima, Direttur Ġenerali li kien responsabbli millkoreografija tal-palk. Kienet idea sabiħa ħierġa mill-qalb ta’ dan iżżagħżugħ ferm ħabrieki fil-Kumitat ta’ ‘La Valette’. B’hekk ukoll is-Soċjetà waslet biex tagħlaq il-Festi kbar li ġew organizzati matul is-sena 2010 permezz ta’ dan il-kunċert sinfoniku biex jitfakkar l-1950 anniversarju min-Nawfraġju ta’ San Pawl f’Malta. Fl-aħħarnett, wasalna biex nikkonkludu din il-kitba u jkun xieraq li nawguraw lill-President tasSoċjetà kull suċċess fil-kariga ġdida tiegħu u filwaqt li għandu jħares lejn l-istorja glorjuża tal-passat u jmexxi fuq it-tajjeb tal-predeċessuri tiegħu, inħeġġuh biex iħares ’il quddiem u jagħraf jisfrutta l-potenzjal li għandha s-Soċjetà biex tibqa’ dejjem ħajja u tkun mudell eżemplari għas-Soċjetajiet oħra mużikali li għandna kkultivati fl-ibliet u l-irħula tagħna bl-iskop primarju jibqa’ dak li s-Soċjetà twaqqfet għalih biex ixxerred il-kultura u t-taglim talmużika.
Is-Soċjetà Filarmonika Nazzjonali "La Valette" fi żminijietna
77
Programm tal-Festa tan-Nawfraġju ta’ San Pawl ‒ Valletta 2011
L-Isqof Lorenzo Astirias u l-Kolleġġjata tal-Belt Michael Galea
Fl-1530 l-Imperatur Karlu Ħamsa (Karlu l-Ewwel ta’ Spanja) ċeda l-Gżejjer Maltin lill-Ordni Sovran ta’ San Ġwann Battista, ta’ Ġerusalemm. Kien ġie stipulat kif kellha ssir l-għażla u l-ħatra tal-Isqof ta’ Malta. Il-Granmastru u l-Kunsill tal-Ordni kienu jipproponu tliet kandidati lirRe ta’ Spanja – ħafna drabi fl-ordni ta’ preferenza – u dan kien jgħaddi l-għażla tiegħu lis-Santa Sede għallħatra definittiva tal-Isqof. B’Bolla tal-10 ta’ Lulju 1156 Papa Adrijanu Erbgħa (1154-59) is-Sede veskovili ta’ Malta kienet tagħmel sehem mill-Provinċja Ekkleżjastika ta’ Palermo. Dan il-fatt jispjega li ġeneralment l-Isqof ta’ Malta kien ikun Spanjol jew Portugiż jew Taljan jew Franċiż, u mhux Malti. Wieħed forsi jsemmi wkoll li sa qabel ilmiġja tal-kavallieri, l-Isqof ma kienx jgħix fid-djoċesi, f ’Malta,minħabba li l-Gżejjer Maltin kienu jkunu attakkati mill-furbani u l-musulmani. Imbagħad mal-miġja tal-Ordni, l-Isqof beda jgħix fid-djoċesi. Is-Sede tal-Isqof ta’ Malta baqgħet suffragana għall-Arċidjoċesi ta’ Palermo tul iżżmien kollu li l-Ordni tal-Kavallieri kien fostna. Fil-bidu tas-seklu dsatax fuq insistenza tal-Gvern Ingliż, iddjoċesi ta’ Malta nqatgħet mis-Sede Metropolita ta’ Palermo, u ġiet elevata għal Sede Indipendenti bl-Ittri Appostoliċi tal-21 ta’ Ġunju 1831. Kien proċess li ħa ħafna snin. Iżda, tabilħaqq, meta miet l-Isqof Vincenzo Labini fl-1807 is-suċċessur tiegħu kien il-Malti Senglean Mons. Ferdinando Mattei (1807-1829). F’dan l-isfond wieħed jifhem aħjar il-ħatra ta’ Lorenzo Astirias bħala Isqof ta’ Malta. Lorenzo Astirias twieled minn familja nobbli f ’Terra di Azerede, djoċesi ta’ Tarascona, Spanja, f ’Settembru 1605. Il-ġenituri
78
L-Isqof Mons. Lorenzo Astirias
tiegħu kienu Lorenzo Astirias u Catarina Franco. Studja fl-Università ta’ Huesca, u mbagħad fl-Università La Sapienza, Ruma, fejn iggradwa Duttur tal-Ligi Ċivili u Kanonika.
Ordna saċerdot minn idejn l-Isqof Barbastro fit-22 ta’ April 1628. Inħatar kappillan konventwali ta’ Castellania d’Emposta tal-Lingwa ta’ Aragona fi ħdan l-Ordni ta’ San
Programm tal-Festa tan-Nawfraġju ta’ San Pawl ‒ Valletta 2011
Ġwann. Bħala kappillan konventwali kien iservi fil-knejjes u fuq ix-xwieni tal-Ordni, kif ukoll fl-Isptar talOrdni. Mal-mewt tal-Isqof Lucas Buenos f ’Settembru 1669, il-Granmastru Nicholas Cotoner (1663-30) u l-kunsill ipproponew tliet kandidati biex minn fosthom jingħażel l-Isqof suċċessur. Dawn il-kandidati kienu Fra Lorenzo Astirias, Fra Baldassare d’Amico, Malti, u Fra Michele Gerolamo Molina, Spanjol. Minn fost dawn it-tliet kandidati ntgħażel Lorenzo Astirias li nħatar Isqof ta’ Malta fis-16 ta’ Ġunju 1679 mill-Papa Klement X (1670-76). Għalkemm Astirias kien ġa ġie Malta, iżda meta ntgħażel Isqof, huwa kien Arċidjaknu tal-knisja katidrali ta’ Hesca.1 Astirias ġie kkonsagrat Isqof ta’ Malta f’Ruma fis-6 ta’ Lulju 1670 mill-Kardinal Carlo Carafa.2 L-Isqof Astirias wasal f’Malta fis-26 ta’ Awissu 16703, u fl-1 ta’ Novembru tal-istess sena ħa l-pussess fil-Katidral, Notabile (Mdina).4 Tul is-snin li l-kavallieri kienu f’Malta, il-knisja konventwali – l-ewwel filBirgu u mbagħad fil-Belt Valletta – kienet taħt il-ġurisdizzjoni tal-Ordni. L-Isqof kellu s-sede tiegħu: il-Katidral fl-Imdina. Meta l-Isqof kien ikun qed joqgħod fil-Belt Valletta, il-knisja tal-Isqof kienet dik ta’ San Pawl Nawfragu. Tabilħaqq, l-Isqof kellu s-sedja tiegħu riservata fil-kor – u din is-sedja bl-arma tal-Isqof tal-ġurnata nżammet sa llum. Bħall-predeċessuri u s-suċċessuri tiegħu, l-Isqof Astirias kien jiġi għall-funzjonijiet f’din ilknisja ta’ San Pawl. Iżda l-Isqof Astirias kellu rabta oħra ma’ din il-knisja parrokkjali. Fl-1611 twaqqfet kanonikament fil-knisja ta’ San Pawl il-Konfraternità tal-B.V. talKarità li għandha bħala għan ewlieni tagħha l-għajnuna lill-foqra. Fost il-konfratelli tal-imgħoddi wieħed 1 A. Zammit Gabaretta, The Presentation, Examination and Nomination of the Bishops of Malta in the seventeenth and eighteenth centuries, 1961, p. 45. 2 Archivum Cathedralis Melitae (ACM) MS 169, f. 505. 3 Ibid., f. 507.
4 Ibid., f. 513.
Lapida sepolkrali ta' Mons. Lorenzo Astirias fil-kappellun ta' San Ġużepp
isemmi l-Isqfijiet djoċesani Mons. Lorenzo Astirias, Mons. Giuseppe Gori Mancini (1722-28), Mons. Paolo Alpheran de Bussan (1728-58), Mons. Batolomeo Rull (1758-70), u l-Granmastru Fra Anton Manoel de Vilhena (1722-36). F’Ġunju 1917 Mons. Angelo Portelli, Dumnikan, Isqof Titulari ta’ Selimonte, ġie nominat Gvernatur Onorarju talkonfraternità. Waqt l-episkopat tiegħu, l-Isqof Astirias għamel Viżta Pastorali tad-Djoċesi fl-1673.5 Fl-1674 huwa waqqaf fondazzjoni ta’ anniversarju ta’ quddies fl-altar tal-konfraternità tal-Madonna tal-Karità fil-knisja ta’ San Pawl.6 F’dawk iż-żminijiet kien hemm l-immunità ecclesiastica għal min kien jikser il-liġi u jfittex kenn fi knejjes, mingħajr ma kien seta’ jiġi arrestat mill-awtorità ċivili. Kienet inqalgħet tilwima dwar dan bejn il-Granmastru Cotoner u l-Isqof Astirias. Il-kwistjoni waslet f’Ruma, meta fit-3 ta’ Diċembru 1674 il-Papa Klement X għarraf lil Astirias li kellu jagħti lura lill-kaptani tax-xwieni dawk id-delinkwenti li kienu qed jistkennu fil-knejjes.7
Fis-snin tal-episkopat ta’ Astirias sewwasew fl-1676 Malta nħakmet mill-pesta li kaxkret magħha 8,500 vittma minn popolazzjoni ta’ 60,000.8 Wara li dik l-imxija kienet għaddiet, l-Isqof u l-Kapitlu tal-Katidral imxew fi proċessjoni solenni ta’ radd il-ħajr, b’wegħda li kienu għamlu meta l-epidemija kienet fl-eqqel tagħha. Matul dik is-sena saru żewġ proċessjonijiet votivi fil-Parroċċa ta’ San Pawl tal-Belt.9 Wieħed isemmi li l-Isqof Astirias kien laqa’ talba tal-Universitas (kunsill muniċipali) tal-Belt Valletta biex b’wegħda li kienet saret waqt l-epidmija tal-pesta, il-knisja ta’ Santu Rokku, li hija filjali tal-Parroċċa ta’ San Pawl, tinbena oħra akbar (dik li hemm illum) flok dik li kienet inbniet fuq l-istess post ukoll b’wegħda fl-epidemija tal-pesta tas-sena 1592 fi żmien il-Granmastru Verdalle (1582-95) u l-Isqof Tomaso Gargallo (1578-1614).10 Wara marda twila l-Isqof Lorenzo Astirias miet fit-3 ta’ Jannar 1677 fletà ta’ 73 sena. Hekk kif f ’ħajtu kien għex qrib ħafna tal-foqra, ried li wara mewtu jindifen fil-kripta (sotterran)
5 ACM MS 197 f.89.
8 P. Cassar, Medical History of Malta, 1965, 172.
7 A. Ferris, Descrizione storica delle chiese di Malta e Malta, 1866, 43. G.F. Abela, Malta Illustrata, 1780, 69.
10 M. Galea, Small Churches in Valletta, 1972, 42.
6 ACM MS 176 f. 605.
9 A. Ferris, Storia Ecclesiastica di Malta, 1877, 255.
79
Programm tal-Festa tan-Nawfraġju ta’ San Pawl ‒ Valletta 2011
tal-kappella tal-Madonna tal-Karità fil-knisja ta’ San Pawl biex jibqa’ dejjem qrib il-foqra.11 Sarlu funeral solenni fl-istess knisja.12 Fuq il-qabar tiegħu nkiteb dan l-epitaffju: Fr D. Laurentius Tirasonen in Azared Natus/ Ex Cantabria Oriundus/ Archidiac. Oscen. Existens/ Insignibus Aztiriae et Suazolae Familiis/ Inquisitioni/ Illustratis Dignitatis Incrementum Addidit/ Et Episcopus Melivetanus Electus/ Boni Pastoris Munus Explens/ Mortem Paulianis Ovibus Contemplandam/ Proponit/ Et Pro Themate Ponit/ Mors et Medica Vitae/ Pontificalibusque Depositis/ Humillimus Epistographo Sic Disponit/ En Mitra En Baculus/ Sunt Haec Insigna Mortis/ Mortem Ergo Meditans/ Mors Sibi Vita Foret/ Anno Domini 1678 Episcopatus Quinto/ Aetat. LXX111.13 Fil-kappellun ta’ San Ġużepp, li jappartjeni lill-istess Konfraternità tal-Madonna tal-Karità, fl-1891 tqiegħdet f ’post prominenti lapida li tfakkar il-qabar tal-Isqof Astirias f ’din il-knisja. Hija lapida sempliċi: turi l-arma tal-familja Astirias, Salib, Baklu u l-Kappell tal-Isqof (galero) u din il-kitba: Laurentio Astirias Melitae Episcopo/ Qui Pauperum Amore Flagrans/ Ipsis Seadungere Sepulcro Mandevit/ Anno MDCLXXV111. Prim Sodalitium Sub Tvtela Charitatis B. V. Mariae/ Novis Marmoreis Lapidibus Hoc Sacellum Sternensi/ Stemma Honoris Causa Incidere Ovravit/ Anno MDCCCXC1.14 11 ACM MS 197 ff. 89, 295.
12 ACM MS 169 f. 675. Ġie ċelebrat funeral solenni fil-katidral (Mdina) bil-Capella Ardente, emblemi tal-familja Astirias u skrizzjonijiet. 13 Abela, 70; Ferris, Storia Ecclesiastica, 256.
14 M. Galea, Il-Knisja Parrokkjali ta’ San Pawl Nawfragu, Valletta, 1974, 49.
80
Waħda mill-istemmi ta' Mons. Lorenzo Astirias li kienu jintramaw mat-torċi li kienu jinġarru mal-vara ta' San Pawl waqt il-purċissjoni (Kollezzjoni Domus Pauli)
Hemm rabta oħra tal-Isqof Astirias ma’ din il-knisja: fl-Oratorju talKonfraternità tal-Madonna talKarità, anness mal-knisja ta’ San Pawl hemm kwadru-ritratt tal-Isqof Astirias b’din l-iskrizzjoni: Laurentius Astirias/ Melitae Episcopus/ Qui In Hoc Sacrario/ Inter Pauperes/ Quorum Ipse Benignissimus Erat Pater Et Solator/ Quosque Sepeliendos Prosequi/ Solebat/ Uti Voluit Contumulatus Est/ Obiit 11. Non.
Jan. An. MDCLXXV111.15 Wieħed isemmi li l-Isqof Lorenzo Astirias ħalla b’rigal u donattiv lillknisja katidrali (Mdina) mitra di lama d’oro rrakkmata.16
15 Ibid. 49.
16 ACM MS 213, f. 26.