Il-Kandidat Ġunju | Lulju 2015

Page 1


Werrej

Werrej Xi jkun Kandidat?

4

Messaġġ mid-Direttur Nemmen f’Alla Jien Min Jien?

8 10 12 14 16

L-isport tal-Hockey Lisa Frendo Is-Saħħa Fiżika

19 21 24

l-Missier… fl-Iben… u fl-Ispirtu

L-Orazzjoni San Alwiġi Gonzaga

2

Ġunju | Lulju 2015

I


5

Werrej

Ġunju|Lulju 2015

It-Teknoloġija hija essenzjali?

26 28

Max7

30

“Għamluli kuraġġ billi qalu ħafna” “Mhix ġob li tagħtik self-satisfaction”

32

Kompetizzjoni

36 38

Avviżi Il-Kandidat

34

3


Editorjal

Xi jkun Kandidat? minn Roberto D’Amato u Jeremy Farrugia

Q

K - Kattoliku Konvint att ħsibt verament A - Attiv xi jkun Kandidat? N - Nadif Meta ħafna tgħidilhom li int D - Dedikat Kandidat jaħsbu li tkun qed I - Istruwit tirreferi għal xi kandidat ta’ D - Dirett xi elezzjoni jew xi partit. Iżda A - Armat int li tattendi l-Museum ġieli T - Tabernaklu ħsibt li l-kelma kandidat jista’ jkollha tifsiriet speċifiċi, Aħna ħa nippruvaw nagħtu tifsiriet li joħorġu minn diltifsira li toqgħod għal kull kelma? frażi biex b’hekk nippruvaw Darba, Victor Delicata inkunu iktar Kandidati ta’ fis-7 ta’ Marzu 1981, dak iż- servizz u għal qalb il-Fundatur żmien l-Assistent Superjur Li tkun Kattoliku konvint Ġenerali, spjega xi tfisser li tkun kandidat. Dan għamlu jiġifieri tkun ċert minn dak billi qabad kull ittra tal-kelma li temmen, u tagħmel mill‘kandidat’ u ttrasformahom aħjar li tista’ biex tgħix fitf’akronomi u ħareġ frażi li triq it-tajba. Dan ma jfisser tiddeskrivi aspett partikolari bl-ebda mod li mhux se jkollok dubji u diffikultajiet mill-ħajja tal-kandidat. 4

Ġunju | Lulju 2015

I


5

Editorjal

fil-ħajja tiegħek, imma bħala kandidat għandi nkun konvint li Kristu, li jaf minn xiex inkun għaddej, qiegħed dejjem hemm għalija, lest li jgħinni u jiggwidani.

lilek innifsek. Għalhekk kun żagħżugħ mimli enerġija filqasam fejn qiegħed biex b’hekk tkun ta’ spalla u enerġija ġdida għal dawk li jmexxu.

Kemm huwa importanti li wieħed ikun attiv u juri inizjattiva kull fejn ikun! Kif nafu: “l-għażż huwa missier ilvizzji” u x-”xogħol is-salmura tal-ġisem”. Għalhekk tajjeb li dejjem infittex li nkun attiv, filwaqt li nieħu l-mistrieħ li jkun hemm bżonn. Kollox għandu ħinu u waqtu. Ġieli tkun ħasra tiltaqa’ ma’ żgħażagħ li kulma jagħmlu huwa li jitgħażżnu u ma joffrux is-sehem tagħhom. Tkun qiegħed toqtol u tirristrinġi

Nadif – Tista’ toħodha minn żewġ naħat. Tkunx kandidat mitluq billi tieħu ħsieb il-persuna tiegħek. Nara li nkun nadif u pulit biex ħadd ma jħossu skomdu miegħi. Nara wkoll li ruħi tkun nadifa kif jixraq lil żagħżugħ tal-Museum, bħal kif għandu jkun, kull żagħżugħ ieħor. Xi kultant mhix faċli, imma bl-għajnuna u bil-grazzja t’Alla naslu. L-importanti li jekk niżbalja nsib il-kuraġġ biex nerġa’ nqum u nersaq

Il-Kandidat

5


Editorjal

KAND Kattoliku Konvint

Attiv

lejn Ġesù, permezz Sagrament tal-Qrar.

Nadif

tas-

Dedikat - li tkun iddedikat f’dak kollu li tagħmel. Tagħmlu mill-aħjar li tista’ u bi ħlewwa u mhux b’nofs qalb. Dak li tagħmel għamlu għal Alla, biex il-messaġġ, jasal dejjem aħjar. Istruwit – Li nkun istruwit tfisser li nkun edukat u nżomm it-tagħlim dejjem fl-ewwel post u qrib tiegħi. It-tagħlim irid ikun kolonna soda għall-kandidat biex jifforma lilu nnifsu: xogħol, karattru, stil ta’ ħajja. Jien mhux biss nitgħallem, imma għandi r-responsabbilità li ngħallem. 6

Dedikat

Dirett – Il-ħajja tiegħi kollha trid tkun messaġġ, għal min irid iħobb veru lil Ġesù. Inkun dirett fi ħsibijieti u flgħemil tiegħi. Jiġifieri li ma noqgħodx nilgħab fejn jidħlu prinċipji Nsara. Il-ħarsa tiegħi għandha tkun diretta lejn Kristu Msallab, kif ipproponejt fiċ-Ċerimonja tal-Kandidati, li Lejh biss inħares, il-ġranet kollha ta’ ħajti. Armat - taqbida kontinwa kontra dak li hu żbaljat jew ħażin. Armat permezz tat-talb, tagħlim, qari, parir, il-Bibbja u b’hekk inkun xhieda ta’ Kristu. Ma niddejjaqx meta niltaqa’ ma’ ideat żbaljati, għax meta nkun ppreparat kif suppost, inkun kapaċi ngħin lill-oħrajn. Ġunju | Lulju 2015

I


Editorjal

D I DA T

5

Istruwit

Dirett

Tabernaklu - Nirċievi lil Kristu ġewwa fija. Jien tempju speċjali għax għandi lil Kristu stess. Għandi nxandar lil Kristu lill-oħrajn (it-tabernaklu ma nħalluhx moħbi). Jekk jien daqshekk speċjali, għandi nieħu ħsieb tiegħi nnifsi. Kif nista’ jiena ma nirċivix lil Kristu, imbagħad nippretendi li nwasslu lill-oħrajn? Biċċa xogħol kbira li qed nippreżentawlkom. Tidher kbira imma tkun ta’ sodisfazzjon u ta’ għajnuna jekk jirnexxilna nimxu fuq dan il-mudell ta’ Kandidat. Ejjew dan it-tip ta’ Kandidat inħalluh jikber f’kull wieħed minna u nwassluh għand l-oħrajn, b’mod speċjali lil żgħażagħ Il-Kandidat

Armat

Tabernaklu

li qegħdin jaħsbuha jekk iħaddnux din is-sejħa. Aħna minn qalbna nawguralkom sajf ta’ mistrieħ, sajf li għalkemm inkomplu naħdmu f’dak li jrid minna l-Mulej, nistrieħu ftit minn dak li jitlob minna d-dmir tagħna. Fuq nota differenti nixtiequ nirringrazzjaw lill-Kandidati kollha li taw is-servizz tagħhom f’din ir-rivista. Bejn l-eżamijiet u l-istudji tagħhom irnexxielhom isibu ħin biex jiktbu u jifformulaw dawn l-artikli. Is-sajf it-tajjeb.

7


Formazzjoni

Messaġġ mid-Direttur minn Karmenu Caruana

Aħna bħala persuni, l-ewwel eżież Kandidati, għandna r-responsabbilità li Storja żgħira tgħid hekk: Hitler mar fi skola u staqsa lill- naraw li qegħdin nikbru mhux biss fiżikament, imma intelletwalment, u istudenti: anke fl-imġieba tagħna. Irridu nagħtu “Kieku kellkom tagħżlu, x’kontu kas ħafna ta’ dawk l-okkażjonijiet li niltaqgħu magħhom u nħossu tixtiequ li tkunu?” “Arjani, Sir,” wieġbu ħafna minnhom li jridu jwasslulna messaġġ. Irridu għax kienu jafu kemm iħobb din ir- nikbru fir-rispett lejn l-oħrajn u lejna nfusna. Lejn l-oħrajn, meta jew għax razza. Iżda tifel Lhudi wieġeb: “Jiena ma nixtieqx li kont Arjan. Jien ikollhom bżonn xi ħaġa, jew għax nippreferi li nibqa’ Lhudi... bħal ninduna li b’dak li qiegħed ngħid jew nagħmel inkun qed indejjaq, missieri, in-nannu u l-bużnannu.” “Allura kieku missierek, nannuk u allura jkun hemm il-bżonn li nieqaf. bużnannuk kienu qattiela u ħallelin Lejna, meta nindunaw eż: li hemm kont tixtieq tkun bħalhom?” bżonn nieħdu ħsieb saħħitna, u “F’dak il-każ aktarx li kont nixtieq li meta naraw li rridu nikbru fil-fiduċja tagħna stess, u fejn hemm il-bżonn, nkun Nażista!” nibdel, nirranġa, innaqqas jew inżid, Storja, li għandna xhieda qawwija biex ħajti u ħajjet l-oħrajn tkun aħjar. ta’ persuna li għalkemm ta’ eta B’hekk meta nkunu fil-kumpanija żgħira, imma qawwija fil-prinċipji ta’ nies oħra, jħossuhom aħjar biltagħha, huwa eżempju għal kulħadd. preżenza tagħna. Il-qawwa ma tiġix minn kemm tkun kbir quddiem il-bnedmin, imma Għax Insara, l-attitudni tagħna minn kemm temmen fik innifsek. trid tkun differenti minn ta’ dawk li m’humiex. Fl-Atti tal-Appostli nsibu Aħna, l-ewwel persuni, Insara u li kienu jgħarfuhom minn kif kienu Kandidati fil-MUSEUM. jġibu ruħhom ma’ xulxin. Irridu

8

Ġunju | Lulju 2015


5

Formazzjoni

nkunu ta’ eżempju għall-oħrajn, u dak li huwa tajjeb ngħidulu tajjeb u dak li hu ħażin ngħidulu ħażin, mhux ninħakmu mir-rispett uman. Forsi aħna m’aħniex daqshekk ferventi għall-Fidi tagħna, għax qatt ma batejna għaliha! Bħal dak it-tifel Lhudi, dawn kienu jbatu sempliċiment għax kienu Lhud! Fejn jidħlu prinċipji Nsara, ma rridux inkunu bħal qasba tixxejjer mar-riħ, u nkunu lesti nuru, dak li nemmnu, fl-ambjenti kollha ta’ ħajjitna. Bħala Kandidati, irridu inħossuna kburin, u b’wiċċna minn quddiem ngħidu, “sa fejn naf jiena kandidat għall-qalb il-fundatur”. X’jagħmilna kandidati ta’ veru u allura ta’ eżempju għall-oħrajn, speċjalment għaż-żgħażagħ u t-tfal li jattendu fl-oqsma tagħna? L-imġieba u l-attitudni tagħna jridu jwasslu messaġġ ta’ ferħ ġenwin f’din ilmixja Museumina. Irridu nkunu responsabbli li ngħaddu eżempji tajbin, bil-mod kif jarawni nuża l-ħin, bl-attendenza tiegħi fil-qasam, bl-impenn li jiena għandi, jekk Il-Kandidat

nimxix mal-kurrent, moda, prinċipji, lingwaġġ, logħob li nilgħab eċċ. Kemm qegħdin inkunu ta’ eżempju fl-intimità tagħna ma Ġesu’, kif fuq kollox titlob minna r-Regola? Jew insibu ħin għal kollox u fejn jidħol Ġesu’ nsibu kull skuża? F’dawk is-suġġetti li naqbdu diskussjoni fil-qasam, tajjeb li nitkellmu fuq futbol, aħbarijiet, mużika eċċ, imma naħseb irridu ndaħħlu wkoll fiddiskussjonijiet tagħna, xi ktieb li qegħdin naqraw bħalissa, fuq liema suġġett/topic qegħdin nippreparaw għall-klassi, x’aħna ngħaddu flAssenjatur, x’nagħmlu bħala kandidati fir-Responsorju, b’mod speċjali lil dawk l-Aspiranti li wasslu biex ikunu Kandidati. Ejjew nagħmlu bħat-tifel talistorja, avolja kien quddiem bniedem kbir f’għajnejn in-nies u li kulħadd kien jibża’ minnu, u quddiem sħabu beżżiegħa, ma beżax jew staħa jgħid dak li kien jemmen fih.

9


Formazzjoni

Formazzjoni Spiritwali

Nemmen f’Alla

l-Missier… fl-Iben… u fl-Ispirtu minn Aaron Agius

“I

l-misteru tat-Trinità Qaddisa hu l-misteru ewlieni tal-fidi u tal-ħajja Nisranija” ” – hekk jgħallem il-Katekiżmu tal-Knisja Kattolika f’paragrafu 234. Hu l-bidu tal-misteri l-oħra kollha tal-fidi. Dan il-misteru ma stajniex inkunu nafu bih li kieku ma ġiex irrivelat lilna minn Alla nnifsu, iżda hu misteru li ma nistgħu qatt nifhmuh bir-raġuni tal-moħħ żgħir tagħna l-bnedmin. Huwa sabiħ wisq il-mod kif ilKnisja tispjega dwar dan il-misteru kbir. Tgħallimna kif il-Missier ġie rrivelat mill-Iben fit-Testment il-Ġdid. Ġesù wera kif Alla huwa l-Missier mhux biss għax hu l-Ħallieq, imma għax hu f’relazzjoni kbira u kontinwa ma’ Ibnu. Sa mill-Konċilju ta’ Niċea fis-sena 325, il-Knisja għallmet kif Ġesù Kristu hu “dawl minn dawl, Alla veru minn Alla veru, imnissel mhux magħmul, natura waħda malMissier”; dan nistqarruh fil-Kredu.

mill-Ispirtu s-Santu. It-tielet persuna tat-Trinità kienet sa mit-Testment l-Antik mal-profeti, li permezz tagħhom kienet qiegħda tħabbar ilmiġja tal-Messija. Fir-Rabta l-Ġdida, imbagħad insibu lil Ġesù jwiegħed lill-Appostli li se jibagħtilhom l-Ispirtu li jkun magħhom fil-missjoni tagħhom. L-Ispirtu s-Santu tahom ilkuraġġ u l-għerf biex ixerrdu s-Saltna t’Alla u jgħallmu t-tagħlim ta’ Kristu. Nebbaħ lill-awturi tal-Evanġelji u tal-Ittri u għadu jnebbaħ lilna l-Insara, li rċevejnieh fil-Magħmudija u l-Griżma tal-Isqof. Il-fidi fl-Ispirtu s-Santu jikkonfermaha t-Tieni Konċilju Ekumeniku ta’ Kostantinopli fis-sena 381- “Nemmnu fl-Ispirtu s-Santu, il-Mulej li jagħti l-ħajja, li ġej mill-Missier.” Dan juri kif ilMissier hu l-bidu u l-għajn ta’ kollox. L-Ispirtu s-Santu hu wkoll “meqjum u mweġġah flimkien mal-Misser u malIben.”

Il-verità rrivelata tat-Trinità Il-Knisja tgħidilna wkoll kif il- Qaddisa kienet sa mill-bidu nett Missier u l-Iben ġew irrivelati lilna tal-fidi Nisranija, u tul iż-żminijiet, il10

Ġunju | Lulju 2015


5

Formazzjoni

Knisja dejjem fittxet kif se tfiehem din il-verità b’mod aħjar. Għalhekk l-ewwel Konċilji ħadmu ħafna fuq hekk, anke biex jiddefendu dan ittagħlim minn ereżiji li bdew jinbtu minn żmien għal żmien. Id-Domma tat-Trinità Qaddisa hi kif ġej: 1) It-Trinità hi waħda. Aħna nemmnu f’Alla li hu wieħed, u mhux tliet allat. Madankollu, it-tliet Persuni divini ma jaqsmux bejniethom innatura ta’ Alla, imma kull Persuna hi Alla fin-natura kollha tiegħu. 2) IlPersuni divini huma tassew magħżulin minn xulxin. Fil-11-il Konċilju ta’ Toledo tas-sena 675 ħareġ kif “dak li hu l-Iben mhuwiex il-Missier, u dak li hu l-Missier mhuwiex l-Iben, u dak li hu l-Ispirtu s-Santu mhuwiex dak li hu l-Missier jew l-Iben”.U mir-raba’ Konċilju Lateran tas-sena 1215 ħareġ kif, “hu l-Missier li jnissel, hu l-Iben li jitnissel, u hu l-Ispirtu s-Santu li jiġi.” 3) Il-Persuni divini huma relattivi għal xulxin. Ma jistax ikun Persuna divina mingħajr l-oħrajn. Kollox hu wieħed fihom – il-Missier hu kollu fl-Iben u Il-Kandidat

Formazzjoni Spiritwali

fl-Ispirtu s-Santu, l-Iben hu kollu filMissier u fl-Ispirtu s-Santu, u l-Ispirtu s-Santu hu kollu fil-Missier u fl-Iben. Dan li għedna huwa ftit minn tagħlim profond li evolva f’elfejn sena ta’ storja tal-Knisja, permezz ta’ Konċilji, teologi u qaddisin kbar, bħal San Tumas t’Akwinu fis-Summa Theologica, u Santu Wistin fil-kitba tiegħu De Trinitate. U dak li jirnexxilu jasal għalih moħħ il-bniedem, m’huwa xejn ħdejn il-kobor ta’ dan il-misteru, kif stqarr San Tumas t’Akwinu, meta wara esperjenza mistika li kellu ma’ Kristu, qal li dak li kiteb huwa bħal tiben ħdejn l-esperjenza li kellu. Ittagħlim fuq it-Trinità Qaddisa huwa kruċjali ħafna fit-twemmin tagħna u anke fil-ħidma fl-appostolat.

Referenzi: Il-Katekiżmu tal-Knisja Kattolika; paragrafi 232-267.

11


Formazzjoni

Parir

Jien Min Jien? minn Jeremy Farrugia (Bormla)

M

atul il-ħajja tiegħu, il-bniedem jipprova jwieġeb diversi mistoqsijiet. Waħda minnhom hija “Jien min jien?”- Mistoqsija li mhijiex faċli li tweġibha. Nazzarda ngħid li ħadd ma jaf kompletament lilu nnifsu u bil-kapaċitajiet kollha li mżejjen bihom. Infatti matul ħajtu, il-bniedem dejjem esperjenza xi ħaġa ġdida, forsi b’xi kapaċità li qatt ma nduna li kellu jew forsi b’aspett millkarattru li qatt ma ta kasu qabel. Għalhekk hija waħda mill-iskopijiet tal-ħajja tagħna, li aħna nagħrfu minn aħna tassew. Jien min jien? Jien min jgħidu li jien? Dawn iżżewġ mistoqsijiet huma tassew differenti minn xulxin. L-ewwel waħda qed tirreferi 12

kif l-individwu jħares lejh innifsu. Min-naħa l-oħra, it-tieni mistoqsija turi kif ħaddieħor jara lil dan l-istess individwu. Kif nafu anke Ġesù saqsa din ilmistoqsija u kien hemm diversi tweġibiet u kien Pietru li għaraf tassew li kien l-Iben t’Alla. Min jaf kemm-il darba smajna lin-nies jgħidu fuqna, kemm fit-tajjeb kif ukoll filħażin u li dan mhux dejjem ikun veru. Lil kull wieħed minna, Alla żejjina b’bosta affarijiet sbieħ, bi kwalitajiet sbieħ. Iżda dawn, aħna mhux dejjem inkunu kapaċi nagħrfuhom għax inkunu qed ngħixu fid-dlam jew fiċ-ċpar li nkunu għamilnieh aħna stess bil-mod ta’ kif naħsbuha u naraw lilna nfusna. Saħansitra, xi drabi, jridu jkunu n-nies li jgħinuk tagħraf dawn Ġunju | Lulju 2015


5

Formazzjoni

Parir

tintuża biex niġġustifikaw lilna nfusna fuq xi nuqqas li nkunu Xi kultant, in-nies jgħidu għamilna. fuqek b’mod ħażin jew Fil-Malti, insibu wkoll dan ilsaħansitra anke jigdbu fuqek. Minkejja li jkunu mqanqlin minn qawl: “Min jitwieled tond ma uġigħ jew għira, xi drabi, jista’ jmutx kwadru”. Dan m’għandux jkun hemm xi ħjiel ta’ verità. ikun għax filwaqt li għandna Ma jfissirx li dan hu dejjem, nagħmlu ħilitna biex naraw ilgħax xi kultant dan jingħad pożittiv tagħna u nsaħħu dan itsempliċiment biex issir il-ħsara tajjeb, għandna nagħrfu wkoll u għalhekk tajjeb li noqogħdu bin-nuqqasijiet u d-diffeti li attenti lil min nemmnu għandna biex inkunu nistgħu fuqna għax tista’ tinfluwenza naħdmu fuqhom. Hawnhekk l-perpsettivà tagħna lejna qiegħda l-biċċa tax-xogħol - li wieħed jaċċetta lilu nnifsu kif nfusna. inhu u jkun hu f’kull ħin u post, Bħal kull ħolqien ieħor, filwaqt li jkun lest biex jaċċetta aħna maħluqin b’mod perfett. u jirrispetta xi kummenti jew Madankollu, xorta għandna kritika minn ħaddieħor. l-limiti u d-difetti tagħna. Min jaf kemm-il darba smajna jew għidna: “Imma jien minni hekk”. Din il-frażi, ġeneralment, il-kwalitajiet sbieħ tiegħek.

Il-Kandidat

13


Formazzjoni

Kitbiet mill-Fundatur

L-Orazzjoni minn Josef Camilleri

D

an il-ktieb kien wieħed minn tnaxil ħarġa ta’ kotba oħra mis-sensiela “Il-Paġna taxxahar” li kienu imħejijin minn San Ġorg Preca. Dan il-ktieb ħareġ fis-snin għoxrin għal-laqgħat ta’ kuljum tas-soċji ta’ dak iżżmien. Tajjeb li ngħidu li l-iskop tal-ktieb fil-bidu kien għal użu privat talmembri tal-MUSEUM però beda jiġi assenjat bħala l-qari tax-xahar għal Frar. Fih insibu diversi aspetti ta’ x’inhi l-Orazzjoni. Fl-istess ħin nistgħu nqisu dan il-ktieb bħala 14

l-fundament ta’ kif wieħed għandu jitlob u l-gwida ta’ kif wieħed għandu jinġabar bi preparazzjoni għall-orazzjoni ma’ Kristu. Il-Fundatur tagħna kien jisħaq fuq il-fatt li aħna nidħlu għall-orazzjoni bi spirtu ta’ umiltà. Dan għaliex l-umiltà hija l-frott tal-Ispirtu s-Santu u allura, la Alla huwa imħabba, aħna ningħaqdu fit-talb u permezz tat-talb flimkien mal-Ispirtu s-Santu fi spirtu ta’ imħabba. Il-frott tal-Ispirtu s-Santu huma: fidi, tjieba, ħlewwa, hena, sabar, paċi, ħniena u rażan (Gal 5:22-23). U dawn ilĠunju | Lulju 2015


5

Formazzjoni

ħwejjeg spiritwali jistgħu biss jingħataw lill-proxxmu permezz tat-talb għaliex huma ħwejjeg spiritwali għan-nies spiritwali. Il-Fundatur iwissina wkoll li aħna nistgħu biss ningħaqdu m’Alla jekk inkunu miġburin fissolitudni u fis-silenzju tal-moħħ. Dan għaliex filħsieb insibu l-kamra ta’ ġewwa. Nistgħu ngħidu li hija l-lussu tagħna l-Insara għaliex nistghu inkunu f’kuntat m’Alla kullimkien. Fiha nsibu l-ħsibijiet temporali kollha li jżommuna ma’ din ‘id-dinja Il-Kandidat

Kitbiet mill-Fundatur

temporali’ u li għalhekk biex isir dan jirrikjedi li jkun hemm l-intenzjoni retta li ningħaqdu m’Alla. Fl-aħħar mill-aħħar biex aħna nkunu xhieda ta’ Kristu stess, jirrikjedi li, aħna nkunu nafuH b’intimità liema bħala. F’din l-intimità nsibu d-dawl ta’ kuljum, ta’ kif aħna u anke ta’ madwarna, permezz tagħna ningħaqdu aktar m’Alla. Niftakru wkoll li aħna ma nistgħux nagħtu minn dak li m’għandnix. U allura l-Ispirtu t’Alla nistgħu ngħadduh lil ħaddieħor biss jekk ikun magħna. 15


Formazzjoni

Ħajja ta’ Qaddis

San Alwiġi Gonzaga minn Ryan Damato

X

i kultant aħna naħsbu li min huwa qaddis kien xi kreatura speċjali u li kien id-destin tiegħu li jsir qaddis biex b’hekk ikun jista’ jagħtina eżempju ċar fuq kif aħna l-bnedmin komuni għandna ngħixu. Mentri din hija idea żbaljata; dawk in-nies li qabel isimhom niktbu “San” ma kienux għajr bniedem bħali u bħalek . L-uniku differenza kienet li fil-ħajja tagħhom, fejn poġġew lil Alla bħala ilmira ta ħajjithom.

 Il-qaddis li ħa nsemmu huwa San Alwiġi Gonzaga. Dan il-qaddis nistgħu nirrelataw ħafna miegħu għax tista tgħid li huwa għadda mill-istess diffikultajiet li aħna bħala żgħażagħ ngħaddu f’ħajjitna. 16

Huwa wieħed mill-qaddisin li huwa padrun tagħna l-individwi adolexxenti li ħa nkunu l-futur ta’ din l-art ħelwa.
 Dan ċertu Alwiġi Gonzaga twieled fid-9 ta Marzu tal1568 ġewwa l-Italja ta’ fuq. Huwa kien minn familja nobbli ġewwa Castiglione. Missieru, Ferdinand kien kmandant fl-armata ta’ Federiku II ta’ Spanja. Huwa kien l-ewwel wild minn seba’ ħutu oħra u għalhekk sa minn ċkunitu missieru Ferdinand beda jipprova jinfluwenzah biex iħeġġu ħalli meta jikber jidħol fl-armata, tant hu hekk li meta Alwigi kellu biss 5 snin huwa ġie mibgħut filĠunju | Lulju 2015


5

Formazzjoni

Ħajja ta’ Qaddis

huwa rritorna l-Italja huwa ddeċieda li jiftaħ qalbu u jgħid bil-ħsieb li kellu lil ommu u lil missieru. Għal dak iż-żmien li t-tifel il-kbir jiċħad kollox biex imur għal triqtu kienet bħal donnha diżgrazzja. Infatti missieru inkorla u ma ħallihx; kienu ħafna membri fil-familja li ppruvaw idawwrulu fehmtu iżda kien kollu għalxejn. Indunaw li Gonzaga ma kienx ħa jbiddel fehmtu u b’hekk aċċettaw. Sena wara Analwigi daħal bħala novizza mal-Ġiżwiti ġewwa Ruma. Huwa spiss kien jiġi innutat kemm kien riservat Sa l-1584 huwa ma kienx u f’relazjoni intima ma’ Alla. qal lil familtu b’dak li kien Iżda minkejja li Gonzaga ma se jagħmel. Iżda wara li tantx kien soċjali xorta waħda kamp tas-suldati biex jibda l-karriera tiegħu. Iżda l-pjan ta’ Alla għal dan it-tifel ma kienx li jidħol suldat imma li joffri ħajtu għall-bżonnijiet tal-proxxmu.

Meta kellu 8 snin huwa mar ġewwa Firenze biex ikompli bl-istudji tiegħu u biex jaqdi lil Franċisk Dei Medici. Iżda hemmhekk huwa marad b‘marda talkliewi. Sakemm irkupra huwa ħataf l-opportunità biex jibda jaqra l-ħajja tal-qaddisin u jitlob lil Alla. Hemm għajdut li tgħid li Analwigi Gonzaga kien ħa l-vot ta’ kastità sa minn l-età tenera ta’ 9 snin.

Il-Kandidat

17


Ħajja ta’ Qaddis

Formazzjoni

kien għall-qalb il-Ġiżwiti Papa Benedittu 13, u ġie bħala padrun kollha u kien qisu il-mimmi ddikjarat taż-żgħażagħ kattoliċi flta’ għajnejhom.
 1729. Il-fdalijiet tiegħu Fis-sena 1591 ġewwa jinsabu fil-knisja ta’ Sant’ Ruma feqqgħet epidemija. Injazju ta’ Loyola fejn huma Il-Ġiżwiti kienu ħadu ħsieb imqegħdin ġewwa urna. Ilil-morda iżda lin-novizz festa tiegħu hija ċċelebrata Gonzaga ma qegħduhx ma’ fil-21 ta’ Ġunju, il-ġurnata taldawk milqutin b’din il-pesta mewt tiegħu. Dan il-qaddis biex ma jimradx huwa ukoll. jiġi deskritt fl-arti bħala Inzerta li hu kien wieħed mill- żagħżugħ imlibbes libsa ta’ morda li kien intlaqat mill- novizz bil-kurċifiss, bil-kuruna pesta u kien tard wisq għax tar-rużarju u bil-ġilju. Dan iliż-żagħżugħ Gonzaga beda qaddis jurina kemm fil-ħajja juri s-sintomi. Huwa mar ħa tiltaqa’ ma’ ħafna ostakli jiltaqa’ mal-Mulej fl-ottava ta’ li fl-aħħar mill-aħħar iwassluk ‘Corpus Christi’ li dik is-sena biex tifforma lilek innifsek. Ilkuraġġ ta’ dan iż-żagħżugħ ħabtet fil-21 ta Ġunju. jinkoraġġinna biex aħna 
Alwiġi Gonzaga ġie wkoll ikollna relazzjoni intimà kkannonizzat fl-1726 minn ma’ Alla u biex inkunu qribU. 18

Ġunju | Lulju 2015

I


5

Sport

Għarfien Ġenerali

L-isport tal-Hockey minn Jermey Farrugia (Qormi II)

L

-isport tal-Hockey jixbah ħafna il-logħba tal-futbol, għalkemm hemm xi differenzi li jaffetwaw ħafna kif tintlagħab il-logħba. Iddifferenzi l-kbar huma li l-ballun huwa magħmul minn materjal apposta li jixbah il-plastik, kif ukoll bħala daqs huwa ħafna iżgħar minn dak tal-futbol u huwa xi ftit ikbar minn ballun tat-tennis. Żewġ differenzi oħra hi li l-logħba tintlagħab bi stikka u li t-tim ma għandux limitu ta’ kemm jista’ jbiddel ilplejers waqt il-logħba.

Il-Kandidat

Bdejt dan l-isport bħala esperiment ħalli nara liema sport ridt nagħmel bħala passatemp. Meta bdejt, ma kontx ridt inkompli dan l-isport minħabba li ridt dejjem immur nilgħab il-futbol. Imma hekk kif komplejt nagħmel dan l-isport, l-interess beda dejjem jikber, hekk kif l-interess mill-‘coaches’ u staff ieħor bdew juru l-interess fija. Bid-dediakzzjoni tagħhom, jaraw kif jagħfsu fuq kulħadd biex ikun trenjat, ħalli b’hekk kulħadd ikollu ċ-ċans li jilgħab f’xi logħba. Minn hawn bdejt l-interess 19


Sport

tiegħi biex inkompli dan l-isport u biex nibda nilgħab fil-pożizzjoni ta’ ‘keeper’. Kull sena sibt min hu aħjar minni bħala livell imma dejjem stinkajt u ħdimt biex insib posti fit-tim ħalli jkolli ċ-ċans u nipparteċipa fit-tim flimkien ma’ sħabi. Bħala ħwejjeġ, inkun imlibbes sew, ħabba li l-pożizzjoni ta’ ‘keeper’ qiegħed f’ċans kbir li tweġġa’ minħabba l-balen li tilqa’ u ħabba l-pożizzjonijiet li tispiċċa biex tipprova tagħmel dak li tista’ għat-tim. Fuq din ġieli ġejt mogħti d-deskrizzjoni ta’ iblah għax inħaddan 20

Għarfien Ġenerali

din il-pożizzjoni u ħabba dak li naqla waqt li nkun qiegħed nilgħab. Dawn l-esperjenzi dejjem għinuni biex nikber u nsaħħaħ ilkarattru tiegħi, b’hekk issa sirt wieħed mill-istaff li ngħinu t-tfal jiżviluppaw ittalent tagħhom fil-Hockey. Barra dan, l-isport għinni iktar fil-MUSEUM hekk kif għinni aktar għallinterazzjoni mat-tfal waqt il-lezzjonijiet u anka għal waqt l-attivitajiet li jsiru mill-qasam.

Ġunju | Lulju 2015

I


5

Għarfien Ġenerali

Personaġġi Maltin

Lisa Frendo minn Darrel Pace

Biex kollox jaqa’ f’perspettiva: Qabel il-Malti X’kienu jitkellmu:

Feniċi/Puniċi

Rumani/Biżantini

Għarab

L-ilsien uffiċjali

Feniċju/Puniku

Latin/Grieg (+ Puniku)

Għarbi Klassiku

Puniku (?), Latin baxx (?), Grieg (?).

Għarbi Djalettali

800 - 218 qK

218 qK – 870 wK

870 – 1091 wK

Fl-Atti tal-Appostli nsibu li l-Maltin li ltaqa’ magħhom San Pawl, kienu barbaroi (ma jitkellmux Latin u lanqas Grieg)

Ilsien il-kotra

Mill-bidu tal-Malti X’kienu jitkellmu:

Normanni, Żvevi, Anġevini, Aragoniżi, Kastiljani

Kavallieri

Ingliżi

Illum

Latin/Sqalli

Taljan (Toskan)

Ingliż

Malti/Ingliż

Malti Nofsani

Malti Modern

Malti

1530-1798 (+ Franċiżi 1798-1800)

1800-1964

1964 

1091-1194-12661282-1416-1530

L-ilsien uffiċjali Ilsien il-kotra

Il-Kandidat

(+Għarbi?)

Malti Bikri

(Għarbi Djalettali + Sqalli)

(+ilsna oħra)

(Għarbi Djalettali + Sqalli + Taljan, eċċ.)

(+ Taljan + Malti)

(Għarbi Modern Djalettali + Sqalli (Għarbi + Taljan + Ingliż) Djalettali + Sqalli + Taljan + Ingliż)

21


Personaġġi Maltin

F

il-bidu tiegħu, il-Malti kien ilsien mitkellem u ma kien igawdi millebda prestiġju. Meta beda jiġi miktub, bdew jitqajmu diversi diffikultajiet dwar kif se jiġu rrappreżentati ħsejjes differenti; konsonanti u vokali differenti li l-Malti bikri kellu. Kif jafu ħafna, il-Malti ħareġ mid-djalett Għarbi u li wħud jgħidu li kien jiġi mitkellem fi Sqallija, u l-kuntatt dirett bejn Sqallija u l-Italja ġabu magħhom influss qawwi tallingwa Rumanza, u li b’din innisġa ta’ żewġ elementi, beda jiżviluppa l-Malti kif nafuh illum.

Għarfien Ġenerali

Franġisk Agius de Soldanis u Mikiel Anton Vassalli li esprimew il-fatt li ċerti ħsejjes li kellu l-Malti ma setgħux jiġu riflessi fil-kitba. Wara ammont ta’ żmien, il-Malti daħħal l-ittri ċ, ġ, ħ u ż. Kien hemm ukoll esperimenti dwar it-ṫ u d-ḋ li, kif qed taraw, għandhom it-tikka fuqhom biex ikunu jistgħu jirrappreżentaw ħoss differenti, li llum intilef.

Il-Malti tal-lum tilef seba’ ħsejjes. Dawn il-ħsejjes ġew miktuba u ddokumentati minn awturi differenti bħal Agius De Soldanis, li bħala Għawdxi lissen u kiteb il-ħsejjes skont kif semagħhom jingħadu Mis-seklu 18 kellna kittieba f’Għawdex. u studjużi Maltin bħal Ġan Franġisk Abela, Ġan Piet 22

Ġunju | Lulju 2015

I


5

Għarfien Ġenerali

Iżda, tnejn minnhom baqgħu ħajjin fil-kitba – l-għ u h. It-tnejn li huma ħallew l-effetti tagħhom fil-pronunzja ta’ kliem differenti. Uħud minn dawn is-seba’ ħsejjes baqgħu ħajjin fittaħdit ta’ xi nies, speċjalment minn dawk in-nies li jitkellmu b’xi djalett, bħad-djaletti differenti li nsibu f’Għawdex u f’bosta lokalitajiet f’Malta. Waħda minn dawn in-nies hi Lisa Frendo li minn dejjem kienet tgħix l-Għarb u għadha s’issa tippronunzja r-rgħajn /ɣ/ li hi waħda minn dawn il-konsonanti li ntilfu. Dan l-istess ħoss li għadha tlissen Frendo nstab ukoll l-Għasri u ż-Żebbuġ. Il-Kandidat

Personaġġi Maltin

Jekk nieħdu l-għ bħala eżempju, nies bħal Lisa Frendo għadhom ilissnu l-ħoss glottali (ħoss millgerżuma), speċjalment meta l-għ taħbat fil-bidu tal-kelma. Din hi r-raġuni għala raġel minn Għawdex insejħulu Għawdxi, u b’dan il-mod twieled il-kunjom Gauci. Fih innifsu, meta l-kitba kienet bitTaljan, l-isem Għarb kien jiġi mlissen Garbo għax il-kittieba ma setgħux jippronunzjaw ilħoss tal-għ, ħlief meta jlissnu l-konsonanti g b’iktar ħruxija. Tajjeb li meta nisimgħu lil xi ħadd jitkellem b’xi djalett, nieqfu u napprezzaw illingwa tagħna li hi mogħnija b’varjetajiet differenti li jagħmlu lil Malti lsien sinjur. 23


Għarfien Ġenerali

Saħħa

Is-Saħħa Fiżika minn Christian Schembri

I

s-saħħa tista’ tiġi maqsuma f’diversi dimensjonijet. Dawn jinkludu s-saħħa mentali, emozzjonali, soċjali, spiritwali, intelletwali u s-saħħa fiżika. Is-saħħa fiżika hija l-iktar dimensjoni li wieħed jista’ josserva fuqu nnifsu u fuq l-oħrajn. Huwa iktar faċli li wieħed jinduna li persuna għandha sieqha miksura milli li wieħed għandu xi kundizzjoni li taffetwa r-relazzjoni talpersuna mal-oħrajn. Peress li s-saħħa fiżika hija l-ewwel li tolqot l-għajn, huwa importanti li din nieħdu ħsiebha b’mod responsabbli.

L-Attività Fiżika

Biex wieħed ikun meqjus bħala fiżikament b’saħħtu, wieħed għandu jkun fit. Bilkelma fit wieħed ikun qiegħed jirreferi għal ħafna affarijiet. Dawn jinkludu r-rata talqalb, il-pressjoni, il-piż eċċ. F’persuna li jkun fit, ir-rata tal-qalb u l-pressjoni ikunu baxxi meta jiġu kumparati ma’ ta’ dawk li mhumiex fit. Bħala piż, mhuwiex faċli li wieħed jagħti numru eżatt għax dan jiddependi fuq ħafna fatturi, fosthom it-tul talpersuna u t-toqol tal-għadam. Biex wieħed iżomm fit huwa Huma ħafna l-affarijiet li ssuġġerit li wieħed jagħmel jaffetwaw is-saħħa fiżika. L-iktar xi forma ta’ eżercizzju kuljum. importanti huma: Xi ftit eżempji jinkludu mixi 24

Ġunju | Lulju 2015

I


5

Għarfien Ġenerali

b’pass mgħaġġel, jogging jew xi dawra bir-rota.

L-Ikel Ovvjament, l-ikel huwa fattur importanti ħafna għassaħħa fiżika tagħna. Tajjeb li wieħed ikun konxju li ħafna minn dak li nieklu se jiġi assorbit fil-ġisem u jsir parti minnu. Allura, il-loġika twassal lil wieħed biex jifhem li jekk wieħed jiekol ikel ħażin, dan se jaffettwa l-ġisem b’mod ħażin, filwaqt li jekk wieħed jiekol ikel tajjeb dan se jaffettwa l-ġisem b’mod tajjeb. Allura tajjeb li wieħed iżomm bilanċ f’dak li jiekol.

Il-Kandidat

Saħħa

Il-Mistrieħ Il-ħin tal-irqad, huwa importani ħafna biex ilġisem ikun jista’ jirkupra wara ġurnata mimlija attivitajiet. Huwa importanti ukoll biex wieħed jevità l-istress. L-istress huwa meqjus bħala wieħed mill-fatturi li jwassal lil wieħed biex iżid fil-piż u allura jitfa’ lura s-saħħa fiżika tiegħu. Waqt perjodu ta’ stress wieħed probabli ma jagħmilx attivita’ fiżika u jiekol ikel li mhux tajjeb għas-saħħa. L-irqad jgħin biex wieħed inaqqas l-istress u b’hekk jgħin biex wieħed jibqa’ b’saħħtu.

25


Għarfien Ġenerali

Teknoloġija

It-Teknoloġija hija essenzjali? minn Christian Frendo

I

t-teknoloġija hija parti essenzjali tal-ħajja tagħna llum il-ġurnata, u ftit huma dawk li jistgħu jimmaġinaw li jgħixu mingħajra. L-użu tat-teknoloġija qiegħed dejjem jiżdied, sirna kollha niddependu fuq itteknoloġija u nużaw varjetà ta’ teknoloġiji biex inwettqu affarijiet speċifiċi fil-ħajja tagħna. Illum għandna varjetà ta’ teknoloġiji li għandhom impatt fuq il-ħajja tagħna b’modi differenti. It-teknoloġija qed tiġi implimentata kważi f’kull sezzjoni tal-ħajja tagħna u fl-istrutturi tan-negozju. Ma jimpurtax liema industrija qiegħda tiġi ttrattata, itteknoloġija ħa tkun xorta utli 26

b’ċertu mod partikolari. In-nies qegħdin jużaw it-teknoloġija biex itejbu l-kapaċità tagħhom li jagħmlu x-xogħol. Qegħdin nivvjaġġaw f’aktar kumdità u ħeffa b’riżultat ta’ avvanz f’din it-teknoloġija. Permezz tagħha, in-nies qegħdin jikkomunikaw aħjar. Eżempju ta’ dan huwa fejn inti tista’ tagħmel abbozz ta’ messaġġ kummerċjali u tibgħat email jew fax f’sekonda mingħajr ebda dewmien. Lill-persuna li tkun bgħatt se tirċievi l-messaġġ tiegħek u tibgħatlek risposta lura instantanjament. Itteknoloġija tippermettilna li nagħmlu prodotti aktar u aħjar. L-użu tat-teknoloġija Ġunju | Lulju 2015

I


5

Għarfien Ġenerali

fil-qasam bankarju hu dak tax-xiri, fejn inti tista’ tordna oġġett minn barra millpajjiż u jasal għandek wara ftit żmien quddiem il-bieb tiegħek. L-użu tat-teknoloġija insibuh ukoll fil-qasam taledukazzjoni fejn kwazi f’kull skola ħa ssib numru ta’ kompjuters għall-użu tat-tfal u ż-żgħażagħ u l-kotba jintużaw b’mod eletroniku. Huwa importanti ħafna u rrakkomandat illi nħaddnu dan it-tagħlim u nitgħallmu kif nużaw it-teknoloġija f’kwalunkwe ħaġa li nagħmlu. Kif id-dinja qiegħda l-ħin kollu tiżviluppa, u t-teknoloġija qiegħda tinbidel, dak li jaħdem illum jista’ ma jaħdimx jew ma jkunx aktar effiċjenti Il-Kandidat

Teknoloġija

għaż-zmien li ġej. Għalhekk huwa tajjeb li aħna nżommu lilna nfusna aġġornati matteknoloġiji ġodda emerġenti u nitgħallmu kif inħaddnuhom u nużawhom fil-ħajja tagħna ta’ kuljum. Fl-oqsma tal-MUSEUM ukoll tista’ tintuża t-teknoloġija, fejn waqt il-ħin tal-lezzjoni jew fl-assenjatur bl-użu ta’ ‘powerpoint presentation’ jew ‘feature’, tista’ tagħmel il-lezzjoni iktar interessanti. Mod ta’ għajnuna wkoll għallezzjonijiet huwa fuq is-sit eletroniku ta’ ‘facebook’ fejn fil-grupp tas-soċjetà talMuseum tista’ ssib ammont ta’ informazzjoni li tkun utli għalik. 27


Riżorsi

Film

I

minn Emmanuel Zammit

ssa li ġej is-sajf hu ħaġa sabiħa li fl-oqsma jsiru lezzjonijiet varji u differenti. Forsi dan il-film jista’ jkun ta’ għajnuna jekk int qiegħed tfittex film b’messaġġ pożittiv. Dan il-film jismu Wreck-It Ralph li ħareġ fl-2012, b’tul ta’ siegħa u tliet kwarti, imma ħinek mhuwiex moħli għax huwa film tal-ġenn. Dan il-film huwa bbażżat fuq il-logħob li ssib ġolħwienet. Il-karattru prinċipali jismu Ralph. Dan il-karattru jkun dak li jkisser kollox u mbagħad jiġi Felix u jirranġa kollox. Wara tletin sena ddejjaq kulħadd jgħidlu li hu (Ralph) kien il-ħażin u ħadd ma jaċċettah. Darba, in-nies tal-logħba Fix-it Felix organizzaw festin u lil Ralph ma stednuhx għax għalihom Ralph kien dak li jkisser kollox. Ralph ħaseb li jekk xi darba 28

jirbaħ medalja, dan se jiġi aċċettat f’din is-soċjetà u allura ddeċieda li jitlaq mil-logħba tiegħu u jmur ġo logħba oħra biex jirbaħ medalja. Ralph irnexxielu jieħu l-medalja imma

Ġunju | Lulju 2015

I


5

Riżorsi

attakatu Cy-bug u spiċċaw f’logħba oħra jisimha Sugar Rush. Min-naħa l-oħra, il-ħanut infetaħ u Ralph ma kienx fillogħba u sid il-ħanut għamilha li mkissra. Felix u l-karattri tallogħba bdew jinkwetaw għax kienu se jispiċċaw bla xogħol. Ralph jispiċċa jitlef il-medalja u jsib tifla li kulħadd kien jgħid li hi kienet glitch. Din it-tifla toħodlu l-midalja biex hi tuża din il-medalja bħala munita biex tipparteċipa f’tellieqa talkarozzi. Forsi mhux dejjem tiġi aċċettat minn ta’ madwarek, imma int speċjali u tiswa ħafna mingħajr forsi ma taf għax mingħajrek, ħajjet ħaddieħor tista’ ma tkunx l-istess. F’dan il-film naraw il-messaġġ li int qatt ma trid tħalli lil ħaddieħor Il-Kandidat

Film

jgħidlek xi trid tkun. L-ikbar tagħlima naħseb hi li trid taċċetta lil kulħadd kif inhu. F’ Wreck-It Ralph issib xi ċajtiet ’l hemm u ’l hawn u huwa film li ma jdejqekx. Jekk se tarah nassigurak li tkun rajt film li fih se titgħallem xi ħaġa.

Informazzjoni dwar il-film Tul: 101 min Ġeneru: Avventura Kummidja

u

Sena tal-ħruġ: 2012 Għal udjenza t’età ‘l fuq minn 12-il sena 29


Link

Riżorsi

Max7 minn Kurt Delia

F

orsi lkoll kemm aħna, xi drabi ridna nagħmlu xi lezzjoni u sibna xi problema ta’ riżorsi. Waħda mill-iktar websites li kapaċi ssolvilek din il-problema hija l-paġna http://www.max7.org . Illum se nsiru nafu ftit informazzjoni fuq din il-paġna.

sebat ijiem tal-ġimgħa. Hija wkoll paġna ħajja fejn irriżorsi jiġu miżjuda ta’ spiss. Żgur li din il-paġna qed tipprova tgħin l-evanġelizzazjoni mondjali. Kif jgħid l-amministratur ta’ din il-paġna, il-postijiet l-iktar li qed jitwieldu tfal huma l-inqas postijiet li l-Knisja għandha riżorsi fihom. Hu semma’ l-Asja, l-Afrika, il-Lvant Nofsani kif ukol l-Amerka Latina. Din ilpaġna ġiet magħmula għax Alla kapaċi jaħdem anke b’mument wieħed f’ ħajja ta’ persuna biex tinbidel ħajtu.

Din il-paġna toffri riżorsi fuq il-Bibbja. Hija magħmula apposta għattfal u ż-żgħażagħ, ħaġa li żgur tikkumplimenta l-irwol tagħna fil-klassijiet. L-isem hu bbażat peress li min ġietu l-idea li jiġi ddisinjat dan issit ried li jgħin lit-tfal u liżżgħażagħ jgħixu l-massimu Għalkemm kienet idea (max) ta’ ħajjithom viċin Ġesù. In-numru sebgħa jfisser is- ta’ persuna waħda, illum 30

Ġunju | Lulju 2015

I


5

Link

Riżorsi

ħafna nies jagħtu l-materjal tagħhom lil din il-paġna biex jiġi mtella’ fis-sit mingħajr ħlas. Illum, Max7 hija paġna stabbilità mmexxija minn dawn in-nies li f’moħħhom għandhom l-istess għan. Hemm diversi modi kif tista’ tfittex f’din il-paġna. Ir-riżorsi ta’ dan is-sit huma maqsumin bil-gruppi taletajiet. Dan jiġifieri li wieħed jista’ jfittex bl-età tal-grupp li se jgħallem. L-etajiet ivarjaw minn pre-literati sa adulti żgħar. Apparti minn hekk tistgħu ssibu noti għallkatekist ukoll. Mod ieħor ta’ tfittxija tista’ tkun billi tfittex it-tip ta’ riżorsi li għandek f’moħħok, bħal mużika, Il-Kandidat

stampi, vidjows kif ukoll preżentazzjonijiet. Tista’ ukoll tikteb il-vers mill-Bibbja jew l-isem tal-istorja. Ara int liema hija l-eħfef soluzzjoni għalik. L-amministratur talab biex isiru erba’ affarijiet minn dawk li jużaw il-paġna. Jitolbu biex iktar tfal isiru jafu lil Ġesù, jagħtu l-kontribuzzjoni tagġhom fil-paġna, jużaw irriżorsi sew, u jxandru dan issit ma’ dawk li ma jafux bih.

31


Esperjenzi

Kandidat

“Għamluli kuraġġ billi qalu ħafna” minn Andrew Cassar

E

mbagħad dakinhar intfajt għal din l-attività (ma kellix għażla oħra ġewwa l-Brażil), niftakarni noħroġ minn hemm b’ferħ kbir, kemm għax irbaħt biża’ li fl-aħħar millaħħar ma kienet xejn, imma aktar u aktar għax irrelatajt u tkellimt ma’ persuni li ġabuli l-Aspett soċjali: tant ferħ, bħal meta tagħmel Hawnhekk immur lura ħabib ġdid. għall-ewwel laqgħa li kelli Minnha din l-esperjenza, m’anzjani li ma kelli l-ebda rabta partikolari magħhom ħarġet din iċ-ċaħda tiegħi (bħal m’huma n-nanniet nnifsi biex ningħata lilljew xi qrabat ta’ età oħrajn għal ftit ħin u r-realtà avvanzata) ġewwa l-Brażil. li l-ħbieb mhumiex limitati U niftakarni nistaqsi bħal xi maż-żmien li jkollok, imma wħud minnkom meta sirna mal-kobor tal-qalb li tinfetaħ. nafu li kellna din il-laqgħa: “Issa jien x’se ngħidilhom? X’se nagħmel?”. Iżda meta sperjenza partikolari li kellna nhar it-2 ta’ Mejju 2015 kienet dik li niltaqgħu mas-soċji anzjani tad-DĦS. Li nista’ ngħid huwa li din l-esperjenza ħalliet impatt fuqi minn żewġ aspetti:

32

Ġunju | Lulju 2015

I


5

Esperjenzi

L-Aspett vokazzjonali: L-aspett iktar profond u ta’ aktar tifsira għalija kien dak relatat mal-vokazzjoni. Jien kelli ċ-ċans li niltaqa’ ma’ Epifanju mill-Imqabba u ma’ Carmenu Caruana (u le, mhux id-direttur tagħna!! ) miż-Żejtun li għamel, jekk niftakar sew, 50 sena soċju flAwstralja. Fil-bidu tal-laqgħa d-direttur smajtu jgħid li l-biża’ ta’ dawn is-soċji anzjani hija li jaraw is-soċjetà li tant ħadmu fiha tispiċċa ftit ftit u allura bla vokazzjonijiet ta’ żgħażagħ. Iżda wara l-laqgħa li kelli ma’ dawn iżżewġ soċji, ikolli ngħid li jekk Il-Kandidat

Kandidat

jien għamiltilhom kuraġġ bla ma tkellimt, huma għamluli kuraġġ billi qalu ħafna. Jiġifieri, daħlu fil-fond ta’ dak li għaddew minnu huma u qasmuh miegħi biex issa jien nista’ nħares ‘il quddiem u ngħid li din it-triq tieħdok x’imkien, anzi, tieħdok flimkien li huwa maġenb dak li kull nisrani għandu jfittex, Ġesù. Għalhekk inti li qed taqra dan l-artiklu.... meta jerġa’ jiġik iċ-ċans li tmur tiltaqa’ mal-anzjani, titilfux iċ-ċans, għamel sforz, insa l-biża’ li l-anzjani ħa jqabbduk id-dimensja u mur iltaqa’ magħhom! 33


Esperjenzi

Soċji

“Mhix ġob li tagħtik self-satisfaction” minn Tonio Agius

N

ixtieq nibda billi nammetti li se jkolli diffikultà billimitazzjonijiet tal-lingwaġġ għaliex l-affarijiet li se nitkellem fuqhom huma profondi ħafna u l-kliem ma jesprimix biżżejjed dak li profondament għaddejt minnu. Nemmen li jekk hemm grazzja li biha Alla jħobbok tassew hija l-grazzja tal-vokazzjoni. Permezz tagħha huwa jurik li jħobbok fil-fond u biha bħalu tista’ tħobb lill-oħrajn ta’ vera. Permezz tal-vokazzjoni ħajtek verament issir rigal u għotja lill-oħrajn fl-imħabba ta’ Alla. Biha lil Alla tagħtih qalbek, permezz tagħha ikompli joħolqok u jġiblek lil ħajtek fil-milja tagħha. Il-vokazzjoni tkun xi tkun, tgħinek tixxpruna dak kollu li int għasservizz tal-oħrajn u hemm issib lilek innifsek. L-esperjenza għallmitni li kont tassew f’posti meta ingħatajt. Kull meta bżajt għalija nnifsi u bqajt lura milli ningħata kompletament, jiena staġnajt! Ħalli l-ħajja toħroġ 34

minn ġo fik. Tibżax tħalli lill-Mulej jisfrutta u jixxpruna l-ħafna tajjeb u sabiħ li hemm fik. Biex tagħmel dan trid tafdah. Tibżax, ħalli f’idejh għal kollox. Ħadd ma jħobbok daqsu. Kun miftuħ għax-xewqat qawwija li tħoss fik. Innota x’inhu jiġri fik, x’inhu l-aktar li jagħtik ħajja, dak li jagħtik il-konsolazzjoni (faraġ jew paċi profonda), l-aktar li jagħmlek vera int – tibżax tkun differenti. Fissempliċità ipprova isma’ lil qalbek u ara x’għandha xi tgħidlek. Itlob lill-Mulej jgħinek taqra dak li huwa kiteb fil-qalba ta’ qalbek. Ħalli lil ħajtek tieħu l-forma tar-rieda talĦallieq. Tkellem ma’ direttur spiritwali jew ma’ xi ħadd li għandu esperjenza fuq ix-xewqat qawwija li tħoss fik u li tħoss il-ħajja ħierġa minnhom. Miegħu fittex ir-rieda ta’ Alla għalik. Hemm issib il-vera ħajja. Dur lejn Marija ommok, għall-wens tagħha u għidilha tkompli titlob miegħek biex tkun ġeneruż u tħobb vera bħalha. Ġunju | Lulju 2015

I


5

Esperjenzi

Tistenniex jew tippretendix li tgħix ħajja faċli għax mhix se tkun. L-ebda sfida kbira u importanti mhi faċli, għall-kuntrarju hija diffiċli. Meta nħares lura nara li l-mumenti l-aktar sinjifikattivi li fihom kbirt tassew kienu l-mumenti l-aktar diffiċli. Aħna l-aktar li nikbru tassew huwa fl-iebes, fid-diffikultà. Ħaġa’oħra li xtaqt naqsam hija li l-vokazzjoni mhix xi ġob li tagħtik xi self-satisfaction! Jekk trid tgħix tassew trid teħodha kontra l-mentalità edonista ta’ żmienna. Ilformazzjoni li qed tirċievi tgħinek tħares differenti lejn ir-realtà u lejk innifsek u tgħinek tagħrbel u tifli l-messaġġi li qed tirċievi. Inħoss li din hija fil-qasir il-mixja tal-vokazzjoni tiegħi. Dak li se nżid huma dettallji. L-ewwel sejħa li ħassejt kienet dik missjunarja. Dan kien kmieni f’ħajti. Naħseb li kelli xi tlettax-il sena. Kienu jgħaddu xewqat qawwija f’qalbi Il-Kandidat

Soċji

meta kont nisma’ xi soċju missjunarju li kien jiġi fil-Qasam jaqsam l-esperjenza magħna. Aktar tard ta’ xi sittax-il sena bdejt inħoss ġibda għall-ħajja ċelebi u wkoll għall-ħajja Museumina. Għamilt moħħi hemm meta kelli tmintax-il sena. Minn hemm bdejt nikkunsidra serjament li ninkorpora biex nintbagħat filmissjoni. Però ta’ dsatax-il sena bdejt inħoss ġibda qawwija lejn il-Kumpanija ta’ Ġesù. Inkorporajt fis-Soċjetà ta’ għoxrin sena, f’San Stiefnu tal-1999. Kont għal qalbi u f’posti fis-Soċjetà. Madankollu, ta’ 33 sena ħassejt sejħa biex nidħol filKumpanija. Wara dixxerniment twil tlabt li nidħol fil-Kumpanija. Bdejt innovizzjat f’Ġenova fl-4 ta’ Ottubru, 2014. Kien perjodu qawwi ħafna ta’ grazzja, ta’ formazzjoni, ta’ għarfien fil-fond tiegħi nnifsi u ta’ konverżjoni. Din l-esperjenza għalaqtha bleżerċizzji spiritwali li huma rtir ta’ 5 ġimgħat ibbażati essenzjalment fuq il-ħajja ta’ Ġesù. Dan kien f’Marzu li għadda. 35


Kompetizzjoni

Kompetizzjoni 1

13

G R A Z Z J A

36

I 3 2 Ħ P E S T A 4 A P A 5 A D A L M Ċ J I 6 7 A Ġ I U S D E S O L D A N I S 8 U F F R 9 G R A K I T I C K K A A A U L R R 10 11 12 M E R K U R J U 4 8 A U A L A T I N T A 14 15 Ż I Ċ I P R E S S M N H V 16 N I K O L C A U C H I N Z I Z 17 C E Z A N N E 18 19 6 7 5 R 3 A Ġunju | Lulju 2015


U

5

Kompetizzjoni

Mimdudin

Wefqin

2. X’ kienet l-epedemija li faqqgħet ġewwa Ruma fisseklu sittax? 6. Liema kittieb baqa’ jitkellem u jikteb il-ħsejjes fil-Malti skont kif kien jismagħhom hu? 9. Min skurja l-ewwel gowl tallogħba finali tac-Champions League 2015? 10. Kemm il-qasam tal-mużew hemm b’ kollox f’ Malta u Għawdex? 11. Liema pjaneta hija kważi daqs il-qamar? 13. F’ liema ittra ta’ San Pawl insibu l-frott tal-Ispirtu s-Santu? 15. Mil-liema razza ta’ siġar ġejja s-siġra nazzjonali Maltija? 16. Liema isqof bierek l-ewwel ġebla tal-qasam tal-Għarb? 17. Liema artist pinġa l-pittura The Black Marble Clock? 18. F’ liema sena seħħ ilKonċilju ta’ Toledo?

1. Mil-liema pajjiż ħareġ ilvjolin? 3. Liema element għandu s-simbolu Fe fil-periodic table? 4. Liema huwa l-akbar oċean fid-dinja? 5. Barra fl-Ilvant Nofsani, l-Afrika u l-Asja, f’ liema kontinent hija l-Knisja batuta fir-riżorsi? 7. Fejn sab ruħu Ralph meta ġie attakkat minn Cy-bug? 8. F’ liema xahar ġie assenjat għall-qari il-ktieb tal-Orazzjoni? 12. Min kienet il-mara li semgħet leħen il-Madonna ġewwa ta’ Pinu? 13. Kompli l-qawl: “Il___________aqwa mill-ġmiel.” 14. F’ liema pajjiż saret l-ewwel edizzjoni tal-Eurovision Song Contest? 19. Kemm għandu żmien iddirettur?

Il-Kandidat

37


Avviżi

Avviżi

BBQ

29 ta’

Awwissu L-Ewwel u t-Tieni Sena

Study

Weekends L-iStudy Weekends ser isiru ġewwa Dar il-Ħanin Samaritan

38

4-6

ta’ Settembru It-Tielet u r-Rabà Sena

25-27

ta’ Settembru Ġunju | Lulju 2015

I


5

Avviżi

Matul il-ġranet tas-Sajf, il-Kandidati se jgħaddu minn esperjenzi differenti.

L-Ewwel Sena Xogħol ta’ servizz f’waħda mill-entitajiet tas-Soċjetà

It-Tieni Sena

Laqgħa lill-adolexxenti u żgħażagħ fl-animazzjoni tagħhom. Wara jkun hemm logħob u attivitajiet differenti.

It-Tielet Sena Esperjenza f’qasam barra mir-raħal

Ir-Rabà Sena Esperjenza fil-qasam tal-Esteru tal-Perù Mill-25 ta’ Lulju sat-12 t’Awwissu Nitolbu għal xulxin biex kull esperjenza tkun ta’ ġid u tkompli tqarribna iktar lejn l-Ispiritwalità Museumina u dak li bena l-Fundatur. Il-Kandidat

39


“Il-ħsad huwa kbir, imma l-ħaddiema ftit. Itolbu mela lil Sid il-ħsad biex jibgħat ħaddiema għallħsad tiegħu” Lq 10, 2

Għall-kummenti u suġġerimenti, kellem lil xi membru mit-tim editorjali jew ibgħat emejl fuq: rivista.ilkandidat@gmail.com


Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.