Il-Kandidat Novembru|Diċembru 2016

Page 1


Werrej

Werrej

L-Istorja tal-Presepju

4 6 10 12

Il-Mużika tal-Milied

16

Iċ-Ċerimonja tal-Kandidati

18

Avviżi

22

Messaġġ mid-Direttur Id-Dimensjoni Profetika You could be ...

2

Novembru | Diċembru 2016


Werrej

Novembru | Diċembru 2016

L-Editorjal minn Reuben Caruana

W

asal żmien il-Milied, żmien li jfakkarna fil-ferħ u l-paċi li

jagħtina Ġesù Bambin. Għal Dun Ġorġ din kienet festa speċjali ħafna kif, jekk xejn, nistaw narawha fl-idea tiegħu li l-membri jilbsu badge bil-kliem “Verbum Dei caro factum est”. Fl-oqsma dan hu żmien li nkunu ilna nippreparaw għalih u jinvolvi Il-pittura tal-qoxra ta’ Ryan D’Amato

ħafna xogħol. Iżda f’nofs dan il-”ġenn” ma rridux ninsew nippreparaw ir-ruħ

Il-Kandidat bħal kull bniedem ieħor għandu l-kwalitajiet, esperjenzi, emozjonijiet u relazzjonijiet sbieħ (aħmar, orange u isfar) kif ukoll oħrajn kemm xejn inqas sbieħ (aħdar, blue, vjola) Il-Kandidat

tagħna. Jekk nagħmlu ħafna xogħol fil-qasam

u ninsew ruħna xejn ma

jkun jiswa għax l-aktar ħaġa importanti inkunu tlifniha. Nawguralek Milied hieni lilek u l-familja tiegħek kollha. 3


Formazzjoni

Messaġġ mid-Direttur minn Carmel Caruana

eżież,

Qegħdin fil-bidu tas-sena liturġika, fl-Avvent Imqaddes, żmien li l-Mulej ikun qiegħed jistieden lil kull wieħed minna biex nersqu aktar lejh u lejn ilproxxmu tagħna. Żmien biex nara x’għandi nirranġa f’ħajti, grazzja oħra biex insir aħjar, mela ma nħalluħx jgħaddi u ma nkunu għamilna xejn. Għalina li nemmnu flInkarnazzjoni l-Avvent huwa ż-żmien li jagħtina dik ilqawwa biex niġġeddu aktar fil-fidi tagħna f’dan il-misteru kbir.

4

Ma nistgħux noqgħodu nemmnu biss u ma nagħmlu xejn, il-fidi tissaħħaħ u tniżżel l-għeruq fil-fond permezz ta’ opri tajba. San Ġakbu jgħidilna fl-ittra tiegħu, “Hekk ukoll il-fidi: jekk tkun weħidha u ma jkollhiex l-għemil, tkun mejta fiha nnfisha.” (Ġak 2:17) mela x’irrid nagħmel jiena li ngħid li nemmen? Aħna qegħdin nitkellmu b’attitudni ta’ kandidati u membri Museumini, mela rridu naraw x’ried il-Fundatur tagħna minn kull wieħed minna, biex nkunu dawk ilmembri għal qalbu. Novembru | Diċembru 2016


Formazzjoni

Aħseb ftit x’jgħidilna l-Fundatur fis-sena tas-Sinjur: “Mezz kbir għall-fidi huwa s-smigħ tal-kelma ta’ Alla” (4 ta’ Ġunju). Mela jekk jiena rrid nikber fil-fidi rrid nieħu bisserjetà l-Kelma t’Alla f’ħajti. Dan ifisser li minnha nirrifletti x’irid jgħidli Alla għall-ħajti. Aħna għax inkunu ngħallmu lill-oħrajn, faċli nitħawdu u naraw Alla x’irid jgħid lilhom, imma nieqfu hemm, u ma narawx x’irid jgħid lilna. Mela meta l-kelma t’Alla inħalliha taħdem fija, inkun qiegħed inħalli lil dan Alla li sar bniedem elfejn sena ilu, jibdilni fi bniedem ġdid, u Il-Kandidat

jekk nsir ftit aħjar, ma jkunx jiswa għalija biss, imma bleżempju tiegħi, imbagħad bil-kelma li nwassal, Alla jkun qiegħed jasal għand ilbniedem ta’ llum. Ejjew “ma’ stil ta’ ħajja nisranija li tagħti xhieda liddinja.” (Dimensjoni Profetika) nwassluh għand ħaddieħor, kif xtaq il-Fundatur tagħna San Ġorġ Preca. Minn qalbi f’dan il-Milied, nixtieqilkom dak kollu li jixtieq Ġesù minnkom.

Il-paċi magħkom. 5


Id-Dimensjonijiet

Formazzjoni

Id-Dimensjoni Profetika minn Warren Busuttil

K

ieku kellek tistaqsi lil xi tifel mill-klassi, ‘x’inhu profeta?’, wisq probabli joħroġ bi tweġiba tant popolari u mhux mija fil-mija korretta, li hu ‘bniedem ta’ Alla li jħabbar il-futur’. Forsi din it-tip ta’ tweġiba hija riżultat ta’ mod mhux daqshekk tajjeb li nippreżentaw il-profeti talIskrittura. Kważi kważi jkunu skantati... jekk mhux ukoll aħna magħhom... li l-profeta mhux xi bnedmin tal-Antik Testment biss, imma ukoll tal-ħajja tal-lum.

6

Imma min hu l-profeta? Nistħajlu li huwa dak il-bniedem bilqegħda filpjazza li josseva kull tentufa li tgħaddi minn quddiemu. Imma qiegħed hemm mhux biex jgħaddi siegħa żmien, imma biex josserva l-ġenn tal-ħajja tar-raħal u wara jieħu azzjoni. Fid-dokument sabiħ Identità u Formazzjoni jqabbel lill-membru profeta bħal xi ħadd li ‘donnu jibqa’ fuq l-għatba tas-soċjetà (inġeneral)’ u b’hekk ‘jagħtih ukoll il-vantaġġ li jimmedja bejn il-valuri ġenwini tagħha u l-inganni li tkun qiegħda Novembru | Diċembru 2016


Id-Dimensjonijiet

Formazzjoni

4

1

2

3

Lajkali

Ċelebali

Attiva Appostolika

tgħix fihom.’ U kif jaħdem? L-ewwel u qabel kollox blistil tal-ħajja tiegħu. Profeta jista’ jkun bniedem li minn fommu ma toħroġx kelma, iżda bl-eżempju ta’ ħajtu jwassal li jnissel fl-oħrajn mistoqsijiet fundamentali. Il-membru Museumin huwa bniedem li jitgħallem iħaddan f’ħajtu l-virtujiet talumiltà u l-manswetudni u b’hekk huma jkunu qegħdin ‘jipproponu alternattiva għas-sejħa u l-vjolenza li fil-kultura ta’ madwarna joħolqu nuqqas ta’ paċi, faqar, qerda ekoloġika u Il-Kandidat

Profetika

5 Kontemplattiva

oppressjoni taż-żgħar u l-emraġinati, ta’ tfal, nies u ta’ dawk bla tagħlim.’ Dan l-istil ta’ ħajja jitlob sagrifiċċju mill-membri għaliex huwa stil ta’ ħajja li tħalli lill-persuna skomda fl-ambjent li tkun fih u tħossha bħal ‘vuċi fiddeżert’. B’hekk l-imħabba fraterna bejn il-membri (li hija indispensabbli) u l-għajnuniet li toffri s-Soċjetà u d-Direzzjoni spiritwali tgħin lill-membru li jgħix din id-dimensjoni f’ħajtu fid-dawl tal-Evanġelju u talkariżma Museumina. 7


Mill-Kumitat

Formazzjoni

You could be ... minn Clayton Gatt

I

l-maġoranza tażżgħażagħ għandhom xi ħolma f’moħħhom jew xi xewqa li xi darba jixtiequ li titwettaq. Naturalment, kull kandidat għandu xi xewqa li jkun tixtieq li s-seħħ ukoll. Iżda bħal ma jaf kulħadd, xewqa jew xi ħolma ma tiġix weħidha imma trid taqdef u taħdem għaliha. Kull wieħed fostna jista jaffaċja xi tip ta’ problemi quddiemu li jistaw jaqtawlu qalbu. 8

Madanakollu bħala kuraġġ u motivazzjoni jaf li dawn il-problemi mhux qed jaffaċjahom waħdu. Aħna li qegħdin f’din il-mixja flimkien naffaċċjaw sitwazzjonijiet simili ta’ xulxin. F’kull ħaġa li ngħamllu dejjem nimmiraw biex inkunu l-aħjar f’dik l-azzjoni u dik il-ħeġġa hija importanti ħafna fis-sitwazzjoni tagħna bħala kandidati. Aħna irridu inkunu l-aħjar nies kemm jista jkun bħalha dixxipli ta’ Ġesù. Novembru | Diċembru 2016


Formazzjoni

Fil-ħajja ta’ kandidat hemm diversi xkiel li jistaw itelfu l-vokazzjoni mużewmina. Fosthom insibu l-familjarita żejda ma’ nies barra mis-soċjetà li dawn b’xi mod mhux qegħdin iħalluna nimxu l-ħajja tagħna bis-sħiħ wara Kristu. Kandidat tajjeb għandu jkun jaf u jiprova dejjem jitgħallem aktar kif jista jqassam il-ħin tajjeb. Taf tkun problema meta kandidat ma jkunx jaf kif ħa jqassam ix-xogħolijiet tiegħu ta’ Il-Kandidat

Mill-Kumitat

matul il-ġurnata. Ħafna minna jaħdmu jew inkella jistudjaw. Ovvjament dawn l-affarijiet ħa jieħdulek ħafna ħin millġurnata, imma aħna rridu nkunu kapaċi li fil-ġurnata nqasmu l-ħin tajjeb kemm għall-qasam li ngħin fiħ u kif ukoll għat-talb personali tagħna ma’ Alla. Wieħed għandu jsaqsi lilu nnifsu: “Jien kemm il-darba tlabt xi talba illum?”

9


Mill-Kumitat

Problema oħra li xi kandidati jistaw jaffaċjaw fl-oqsma hi, li forsi jistaw iħossuhom weħidhom. Vera li hawn oqsma li m’għandomx numru kbir ta’ kandidati u forsi dawk ilftit kandidati li jkun hemm f’dak il-qasam iħossuhom qegħdin maqtugħin, imma fl-aħħar mill-aħħar aħna qegħdin grupp kbir u l-mużew mhux il-qasam biss iżda s-soċjetà sħiħa. Aħna ningħaqdu bħala komunità flimkien biex ngħinu mill-ftit li nistaw. 10

Formazzjoni

Bħal dak ir-raġel li lil Marija u l-Ġużeppi kulma seta’ joffrilhom kienet biss stalla tal-animali. Aħna bħala komunità flimkien ngħinu lil xulxin minn dak li nistaw u mill-esperjenzi li għaddejna minnhom. Ejjew inħallu l-dan il-Milied jgħinha aktar nirrealizaw kif nistaw nuru aktar imħabba lejn sħabna u flimkien nistaw nilħqu dawk il-ħolm li dejjem ħlomna, u niksbu x-xewqat li dejjem xtaqna. Novembru | Diċembru 2016


“The unexamined life is not worth living� Soctares

Il-Kandidat

11


Il-Presepju

Formazzjoni

L-Istorja tal-Presepju minn Francesco Mallia

X

i storiċi jgħidu li l-presepju beda fis-seklu IV, aktarx meta l-imperatur Kostantinu ġab minn Ġerusalemm biċċa mill-maxtura li fiha kien twieled Ġesù Bambin. Minn dak iżżmien il-maxtura bilBambin bdiet tidher filknejjes. L-ewwel presepju, kif nafuh aħna, sar fil-knisja ta’ Aracieli ġewwa Ruma. Fis-seklu XIII San Franġisk għamel presepju ħaj ġo grotta f’Gubbio. U ftit tas-snin wara d-drawwa 12

tal-presepju waslet ukoll ġewwa Napli filknisja ta’ Santa Maria ad Presepe. Presepji oħra kienu jsiru mill-familji nobbli fosthom tar-Re Ferdinandu ta’ Napli. Għandna għax nifhmu li missierijietna wkoll, aktarx, kienu jarmaw xi forma ta’ presepju biex jiċċelebraw it-Twelid ta’ Ġesù Bambin. Ftit li xejn insibu dokumenti li juru meta, fejn u minn min saru l-ewwel presepji f’Malta. Aktarx li f’Malta il-presepju daħal fl-aħħar Novembru | Diċembru 2016


Formazzjoni

nofs tas-seklu XV. Filkunvent tad-Dumnikani tar-Rabat (Malta) għad hemm xi pasturi tal-injam u fil-kor tal-Katidral ta’ l-Imdina hemm interzjata mill-iskultur Sqalli Cagini xena sabiħa tal-Milied. Jissemmew oħrajn li aktarx kienu jinsabu f’xi kunvent, jew fi djar ta’ nies għonja li setgħu jixtru l-pasturi li kienu għaljin. Fost dawn kien hemm min saħansitra xtara presepju u pasturi minn Napli. Dawn kien fihom xogħol artistiku ferm, iżda ma tantx niżlu Il-Kandidat

Il-Presepju

tajjeb mal-Maltin; forsi minħabba l-kuluri jgħajjtu u l-geġġwiġija li huma kkaratterizzati fl-istil Naplitan. Jgħidu li hafna minn dawn il-presepji spiċċaw maħruqin filforoġ jew fuklari. Il-Maltin kienu iktar miġbuda lejn l-istil talpresepju Sqalli, u fil-fatt ħafna mill-karatteristiċi ta’ dan il-presepju insibuhom ukoll f’dak Malti. Jista’ jkun ukoll li dan ġara minħabba l-viċinanza taż-żewġ pajjizi u anke l-iskariġġ 13


Il-Presepju

tal-Maltin u Sqallin bejn iż-żewġ gżejjer. Minkejja dan, il-presepju Malti ingħata l-karattru partikulari tiegħu bl-ilbies tal-pasturi, bil-girna, bilmitħna tar-riħ u bi snajja Maltin li ġew imdaħħla fit-taqsimiet tiegħu. F’Malta, bħal ma ġara f’pajjiżi oħra, il-presepju ħa spinta sew il-quddiem fil-bidu tas-seklu dsatax. Dan aktarx minħabba l-fatt li għal din il-ħabta bdew jinħadmu l-pasturi bil-forom u allura l-prezz tagħhom, li kien ħafna 14

Formazzjoni

irħas minn dawk skolpiti bl-idejn, kien jintlaħaq aktar mill-popolin. Kien ukoll matul dan iżżmien li dehru f’Malta l-ewwel pasturi tat-tafal bil-kostum Malti. Dawn kienu ta’ qies u prezz li setgħu jinxtraw minn kulħadd. Kienu wkoll jirrapreżentaw diversi snajja jew tradizzjonijiet Maltin. Kont issib fost oħrajn, l-għannejja, d-daqqaqa tal-kitarra, taż-żaqq u tat-tambur. Fost is-snajja kien hemm il-furnar, ir-ragħaj u l-bidwi. Novembru | Diċembru 2016


Formazzjoni

Nistgħu ngħidu li għalkemm dawn ilpasturi, magħrufa wkoll bħala l-pasturi tas-sold, għax daqshekk kienu jinbiegħu, ma kienux xi kapulavuri tal-arti, kienu huma li taw l-imbuttatura li kellu bżonn il-presepju Malti. Wisq probabbli din l-popolarita kienet wasslet biex f’kull dar kont issib xi forma jew oħra ta’ presepju magħmul mill-karti tas-siment jew ġurnali imwaħħla fuq xulxin bil-kolla tad-dqieq, inkella mibni minn ġebel rustiku jew mill-gagazza. Il-Kandidat

Il-Presepju

Billi din tal-aħħar kienet il-fdalijiet ta’ faħam maħruq, kont issibha l-aktar għand xi ħaddied jew viċin ix-xatt fejn kienu jitrakkaw il-vapuri. Naħseb li fuq fuq, irnexxieli nibni storja żgħira dwar il-presepju f’Malta. Kif għidt filbidu użajt informazzjoni li ġbart minn hemm u minn hawn. Iżda dan ma jfissirx li m’hemmx iżjed x’jingħad dwar din ittradizzjoni hekk sabiħa.

15


Għarfien Ġenerali

Mużika

Il-Mużika tal-Milied minn Julian Spiteri

H

ekk kif jibda joqrob il-Milied mal-armar li jibda jitfaċċa kullimkien, nibdew nisimgħu ukoll diversi innijiet u għanjiet tal-Milied forsi fuq ir-radju jew f’xi isfond ta’ xi riklami. Bla ma trid dawn jibdew idaħħluk fl-ispirtu tal-Milied. L-istorja tal-innijiet talMilied hija interessanti ferm. Interessanti l-fatt li xi uħud minnhom imorru lura propju qabel it-twelid ta’ Ġesù. Qabel Kristu, madwar it-22 ta’ Diċembru kienu jiċċelebraw il-festa tax-xemx li kienet timmarka l-bidu 16

tax-xitwa. Din kienet tfisser li l-ġurnata tkun se tibda titwal. Madwar l-Ewropa kollha kienu jitkantaw innijiet biex jiċċelebraw din il-festa. Wara li beda jinfirex il-Kristjaneżmu, dawn ittradizzjoniet ġew mogħtija tifsiriet Kristjani. Xi uħud minn dawn l-innijiet ġew mibdula ftit biex jirrakkuntaw il-ġrajja tat-twelid ta’ Ġesù. Wara li l-Milied sar magħruf sew, kemm innijiet jirrakkuntaw it-twelid ta’ Ġesù u anke diski oħrajn li jittrattaw ċelebrazzjonijiet festivi saru popolari sew. Għalhekk illum għandna mit-tnejn. Novembru | Diċembru 2016


Għarfien Ġenerali

Żgur li waħda mill-għanjiet l-aktar popolari u magħrufa fost il-Maltin hi bla dubju ‘Ninni La tibkix iżjed’ li min jaf kemm-il darba kantajniha meta konna żgħar u kif ukoll issa waqt id-dimostrazzjoni tal-Bambin. Saret popolari mindu bdiet titkanta propju f’dawn id-dimostrazzjonijiet. Din l-għanja hija Maltija u oriġinarjament kien jisimha ‘Il-Benniena ta’ Ġesù Bambin’. Kif jiġri f’ħafna mill-għanjiet din baqgħet magħrufa bl-ewwel vers tallirika. Inkitbet fl-1846 millpatri Ġiżwita Indri Schembri. Meta kitibha, dal-patri minn Il-Kandidat

Mużika

Ħal Luqa kien f’Alġeri u kitibha għal dawk il-Maltin li kienu emigraw lejn Tuneż. Ta’ min jgħid li n-’Ninni’ inqalbet bit-Taljan u titkanta wkoll fl-Italja. “Ninni la tibkix iżjed ninni Ġesù Bambin Ħallih għalina l-biki għax aħna midinbin.” Tajjeb li dawn ittradizzjonijiet inżommuhom ħajjin u ma niddejqux inkantaw u nesprimu l-ferħ li jaf iġibilna biss Ġesù, b’mod speċjali f’dan iż-żmien li qed infakkru t-twelid tiegħu. 17


Esperjenzi

Kandidati

Iċ-Ċerimonja tal-Kandidati

I

nħares lura lejn din is-

l-kelma tiegħu fiż-żmien li

grazzji għaliex għaddejt

sentenza sabiħa li ngħidu:

Sena kienet sena ta’

minn esperjenzi li żgur se

jibqaw ittimbrati f’moħħi. Waħda

minn

dawn

l-esperjenzi kienet żgur iċĊerimonja

tal-Kandidati.

Kienet esperjenza sabiħa kemm għalija, kif ukoll

għall-qasam . Iċ-Ċerimonja tal-Kandidati jien insejħilha Sejħa għaliex aħna fiċ-

Ċerimonja nsiru dixxipli ta’ Kristu . Bħalma meta Ġesù‘ għażel lill-Appostli. Ġesù għażel lilna biex inwasslu 18

aħna qed ngħixu

fih. Is-

“Niproponi li lejħ biss nħares

il-ġranet

kollha

ta’ ħajti“ hija sentenza mill-isbaħ li tħalli marka

fuqna l-ġranet kollha ta’ ħajjietna. Xi grazzja hi li

aħna lkoll ġejna msejħin biex

naħdmu

fl-għalqa

tal-Mulej. It-triq tal-Mulej mhiex faċli imma mhiex

impossibli, jekk nagħmlu dak li ridna hu.

Mark Buttigieg Novembru | Diċembru 2016


Esperjenzi

Kandidati

Permezz taċ-ċerimonja,

l-kandidat

jkollu

waħda

mill-aqwa opportunitajiet sabiex jagħraf is-sbuħija tas-Soċjetà. ta’

din

L-esperjenza

iċ-ċeremonja

tressaqna mhux biss lejn il-

mużew iżda lejn Alla wkoll, kif tgħid il-wegħda stess. Owen Felice Iċ-ċerimonja

huwa

esperjenza tal-kandidatura permezz Il-Kandidat

Dan

li hija ukoll esperjenza ta’

ħajja.

għaliex

taċ-ċerimonja

Permezz

taċ-

ċerimonja wieħed jagħraf

x’inhi d-direzzjoni tiegħu li hija Ġesù Kristu. Għalhekk din

iċ-ċerimonja

importanti

għalija

kienet għax

huwa dmir ta’ kull nisrani li

wieħed

Kristu

pass iehor il quddiem fltiegħi.

tiskopri aktar il-museum

iħares

kurċifiss

u

lejn

jimxi

warajh u f’din il-mixja talkandidatura tagħmlu

Museum.

dan

permezz

tista’

tal-

Dwayne Camilleri 19


Esperjenzi

Kandidati

“Lejh biss inħares il-

għal din il-ġurnata. Meta

hekk ipproponejt nhar il-

eċitat ħafna għaliex din iċ-

ġranet

kollha

ta’

ħajti”

Ġimgħa 25 ta’ Novembru ta’ din is-sena waqt iċċerimonja Dik

tal-kandidati.

il-ġimgħa

impenjata

kienet

minħabba

li

kelli diskorsi ta’ tagħlim mingħand

tal-kandidati, Caruana

u

is-segretarju

wasslet din il-ġurnata kont ċerimonja kienet ħa tgħini iktar fil-ħajja mużewmina u spiritwalment.

Pietro Debono

id-direttur Carmelo

mingħand

ġenerali,

Reuben Pace u diversi ‘reharsels’,

biex

inkun

preparat kemm fiżikament u 20

kemm

spiritwalment Novembru | Diċembru 2016


Kandidati

“Min irid jiġi warajja, jiċħad lilu nnifsu, jerfa’ salibu kuljum u jimxi warajja” Luqa 9:23

Il-Kandidat

21


Avviżi

Avviżi

Get Together 2016

Għall-Kandidati kollha

7

ta’ Jannar 22

18:00 St. Michael School Santa Venera

Novembru | Diċembru 2016


Il-Milied it-Tajjeb lilek u lill-familja tiegħek kollha

Il-Kandidat

23


“He who has not Christmas in his heart will never find it under a tree.” Roy L. Smith

Għall-kummenti u suġġerimenti, kellem lil xi membru mit-tim editorjali jew ibgħat imejl fuq: rivista.ilkandidat@gmail.com


Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.