Il-Kandidat Marzu|April|Mejju 2017

Page 1

IL-KANDIDAT Marzu | April | Mejju 2017


IL-WERREJ

DIRETTUR TAL-GĦID IL-KUMITAT DUN ĠORĠ EWĠENJU LINKED-IN BORĠ MILL-PINNA TAD-

L-IKLA

IL-BIDU TAS-SOĊJETÀ U L-VIŻJONI TA’

X’INHU?

L-EWWEL SUPERJUR ĠENERALI

IS-SEMINAR TAL-PRE-RESPONSORJU

KIF NISTA’ NGĦIX

ID-DIMEN SJONIJIET

FLIMKIEN MALL-PROPONIMENTI?

AVVIŻI

RITRATT TAL-FAĊĊATA TA’ CLAYTON GATT


L-EDITORJAL Mark Buttigieg

Dan huwa l-messaġġ tiegħi bħala l-editur ta' din ir-rivista. Nixtieq nirringrazzja lil kull min b'xi mod jew ieħor qed jgħin biex din ir-rivista tibqa’ tiġi ppubblikata. Din is-sena r-rivista se tieħu xejra differenti minn tas-soltu, kemm bħala tqassim kif ukoll bħala kontenut. Bħala suġġetti b'mod partikolari se nkunu qed niffukaw b’mod speċjali fuq l-ewwel Superjur Ġenerali Ewġenju Borg u se noħorġu wkoll xi artikli fuq l-istorja tas-Soċjetà. Ħa nippruvaw kemm nistgħu nagħżlu suġġetti interessanti għalina l-kandidati, għax

din ir-rivista hija magħmula millkandidati għall-kandidati. F'dan iż-żmien naħsbu wkoll fuq il-mewt u l-qawmien ta' Kristu. Għalhekk għandu jkollna sens ta' tama u kuraġġ biex aħna bħala kandidati nxandru l-Evanġelju tiegħu.


DIRETTUR MILL-PINNA TAD-

Carmel Caruana

F’dan ir-Randan kull wieħed minna għandu jieħu l-parir tal-Papa Franġisku u jaħdem fuqu nniffsu biex joħroġ u jeħles minn dak li qiegħed ixekklu mil-libertà biex ikun jista’ jagħmel il-laqgħa veru ma’ Kristu Rxoxt. Jekk nara ftit, insib nuqqas ta’ fiduċja f’Alla u b’hekk naqta’ qalbi milli nersaq lejH kif suppost, bħala żagħżugħ Museumin. Żgur li kull wieħed minna għandu x’jirranġa fejn tidħol ir-relazzjoni tiegħu m’Alla waqt it-talb. Forsi jien għadni lanqas bdejt nitlob, jew ittalb inqisu mhux importanti jew ħela ta’ ħin. L-attitudni tiegħi mal-familjari, forsi magħhom kollox jgħaddi, jista’ jkun li f’dan ir-Randan tkun l-okkażjoni li nqum u nirranġa xi ftit din l-attitudni. L-attitudni tiegħi lejn it-tagħlim, kemm immur il-qasam bil-ħeġġa li nitgħallem? Jekk jiena Kandidat u

m’għandix ix-xewqa u ma nixtieqx nitgħallem, ma nafx x’qiegħed nagħmel hawn! Nieħu l-okkażjoni u nqum minn din it-telqa biex inkun nista’ nieħu sehem mill-pjan tassalvazzjoni. Il-mod ta’ kif nipprepara l-lezzjoni tiegħi, kemm għal mat-tfal kif ukoll xi materja għal waqt l-assenjatur, jekk dan kollu ma nagħmlux bl-imħabba, kollox jibda jdejjaq u wara ftit isir piż. Il-mod ta’ kif inħares lejn dawk ilpersuni li l-providenza tatni biex imexxuni fil-ħajja tiegħi, forsi qiegħed narahom b’lenti mtappna u m’iniex nara li huma b’sagriffiċċju kbir jippruvaw jgħinuni u jiena aktar nwebbes rasi. Dan huwa ż-żmien it-tajjeb biex nagħmel pass fiddirezzjoni t-tajba u ma nerġax lura minnha. B’dawn il-ftit ħsibijiet, naħseb kull wieħed minna għandu fejn jaħdem biex nhar l-Għid inkunu veru rxuxtajna ma’ Kristu.


U dawn l-erbgħin jum huma wkoll għalina lkoll ħruġ mill-jasar, middnub, lejn il-libertà, lejn il-laqgħa ma’ Kristu Rxoxt. Kull pass, kull taħbit, kull prova, kull waqgħa u kull qawmien mill-ġdid, kollox għandu sens biss fi ħdan il-pjan ta’ salvazzjoni ta’ Alla, li għall-poplu tiegħu jrid il-ħajja u mhux il-mewt, il-ferħ u mhux in-niket. Diskors tal-Papa Franġisku Ras ir-Randan 1 ta’ Marzu 2017


IL-KUMITAT

X’INHU?

Gabriel Pace Kif ħafna minnkom tafu, ftit talġimgħat ilu ġie ffurmat il-Kumitat tal-Kandidati għal din is-sena. Esperjenza ġdida għal seba’ kandidati ta’ bejn it-18 u l-21 sena biex naħdmu flimkien għall-ġid

tagħna l-Kandidati. Il-kumitat jiltaqa’ bejn wieħed u ieħor darba filġimgħa. Din is-sena, intgħażlet sentenza ta’ Leħen il-Maħbub biex aħna

Bin il-Bniedem ma ġiex biex ikun moqdi imma biex jaqdi u jagħti ħajtu b’fidwa għall-kotra.


l-membri tal-kumitat inżommu dejjem f’moħħna, Kemm hu sabiħ li aħna nkunu lesti li ningħataw għall-ġid tal-oħrajn,

waqt li niftakru li aħna lkoll qaddejja battala. Kull membru tal-kumitat għandu rwol differenti:

Roberto D’Amato

jieħu ħsieb il-laqgħat tal-kumitat u t-tqassim tax-xogħol fi ħdan ilkumitat. Iżomm ukoll kuntatt mad-Direttur.

IL-PRESIDENT

IS-SEGRETARJU Gabriel Pace

IL-KAXXIER

iżomm il-minuti tal-laqgħat u jħejji l-aġenda flimkien mal-President.

Calvin Zammit

jieħu ħsieb il-finanzi tal-Kandidati billi jżomm kont tad-dħul u l-ħruġ fil-kaxxa.

Mark Buttigieg

jieħu ħsieb il-publikazzjoni ta’ din irrivista u jieħu ħsieb l-artikli li jidhru f’din ir-rivista.

Reuben Caruana

jagħti daqqa t’id lill-editur, partikolarment fl-issettjar u d-disinn tar-rivista.

L-EDITUR L-ASS. EDITUR IL-KAMRIER Matthew Joe Spiteri

IL-FORNITUR Benyon Borg

L-iskop tal-Kumitat mhuwiex sempliċiment li jorganizza l-attivitajiet, imma li bħala Kandidati nkunu magħqudin f’dan il-vjaġġ ta’ tiftix tal-vokazzjoni tagħna.

jara li l-kmamar huma ppreparati għal-laqgħat, jiġbor ir-rassenji u xi noti li jistgħu jkunu ngħataw waqt irResponsorju. jipprovdi l-ikel u x-xorb għallattivitajiet u l-brejk tant mistenni! Inħeġġukom biex tgħinuna billi tikkoperaw magħna u ma tiddejqux tgħaddulna s-suġġerimenti tagħkom biex din l-esperjenza sabiħa tar-Responsorju tkompli tistgħana bl-għajnuna t’Alla.


L-EWWEL SUPERJUR ĠENERALI

EWĠENJU BORĠ

Roberto D’Amato

Isla. Ħamrun. Malta. Għawdex. Awstralja. Sal-mewt tiegħu, Ewġenju Borg kien strumentali fil-ħidma biex Kristu jkun Magħruf u Maħbub u dan grazzi għal dak kollu li għadda minnu f’ħajtu. Ma nistgħux nirreferu biss għal-laqgħat li kellu ma’ Dun Ġorġ imma anke dak li seħħ qabel. Il-fjamma li nqabdet f’dar ċkejkna flIsla kibret u xterdet. Ewġenju Borg twieled fl-24 ta’ Lulju 1886 fi Triq id-Duluri fl-Isla. Ommu, Carmela u missieru, Salvatore għammduh fl-istess ġurnata. Fi ftit snin il-familja Borg imxiet għallĦamrun fejn hemmhekk ħajjet Ġeġè, kif kienu jsejħulu, kellha tinbidel b’mod mhux mistenni. Ftit nafu dwar it-tfulija tiegħu ħlief li kien ħabib ma’ Bertu u ma’ Karmela, ħut Dun Ġorġ iżda ma’ Dun Ġorġ ma ltaqa’ qatt. Minn meta kien żgħir kien juri ċerti

karatteristiċi ta’ imħabba u rispett. Filfatt meta ħuħ iż-żgħir, Akille ħadlu r-rota u kellu inċident biha, minflok ma’ għamel ħafna xenati, iktar inkwieta li ħuh seta’ ġralu xi ħaġa. Allura, insaqsi ftit, hemm imħabba u rispett f’dak li ngħid u nagħmel, jew nara kif se nweġġa’ lill-oħrajn? Ġeġè kien bniedem tax-xogħol, tant li kien ħabrieki ferm fix-xogħol tiegħu ta’ pattern-maker fit-Tarzna. Ta’ żagħżugħ li kien il-praspar ma naqsux. Mhux darba jew tnejn li ħabba l-vizzju li kellu tat-tipjip kien jiskarta baxx baxx biex jieħu nifs. Iżda finalment nafu li dan Ġeġè kien ta’ eżempju tajjeb ħafna fuq ixxogħol tant li kienu jsibuh bħala “ilqaddis”. Iktar ma ‘il quddiem beda jagħmilha ma’ Dun Ġorġ iktar beda jixrob mill-ispirtu tiegħu, li wassal biex Ġeġè jkun bniedem twajjeb,


ġentili u ħelu ma’ kulħadd. Ma kienx jagħti lok biex il-ħaddiema l-oħra jtellfuh waqt ix-xogħol, għax ħin ixxogħol xogħol. Hemm ħin il-brejk għall-affarijiet oħrajn. Infatti meta Ġeġè ġie biex jirtira, il-kapijiet kienu talbuh biex jibqa’ jmur xorta waħda u ma jagħmel xejn għax kien ta’ influwenza tajba għalihom. Aħna kif inkunu fuq il-post tax-xogħol jew l-iskola? Qed inkunu xhieda ta’ dak li ngħixu u ngħidu? Fost iż-żgħażagħ talĦamrun hu kien il-leader. Kienu jiltaqgħu b’mod regolari fl-għalqa ta’ faċċata talKnisja tal-Ħamrun, l-Għalqa ta’ Luċtu. Apparti li kienu jiltaqgħu biex jilagħbu u jpejpu kienu wkoll ġieli jagħmlu xi sagrifiċċiji: ġimgħa ma jpejpux, ġimgħa silenzju jew anke marru jagħmlu qrara ġenerali. Kien f’din l-għalqa li Dun Ġorġ għamel kuntatt magħhom billi talabhom sigarett. B’hekk qabad parlata magħhom u tgħidx kemm ħadu gost. Dun Ġorġ għaraf lil Ġeġè bħala leader u għalhekk kien jieħdu waħdu, f’laqgħat personali ta’ bejniethom, u kien jgħallmu ħafna affarijiet mill-Vanġelu. Mhux ta’ b’xejn li meta Dun Ġorġ beda s-Soċjetà, għażel lilu bħala l-ewwel Superjur Ġenerali għax fih kien hemm kwalitajiet

tajbin u mimlijin ħeġġa biex imexxi s-Soċjetà fl-ewwel żminijiet tagħha. Tant kien mimli ħeġġa li flgħaxija ma kienx ikun jista’ jorqod. Kien iħoss bħal “Nar iħeġġeġ ġo qalbu.” Kien jiftaħ it-tieqa, iħares lejn il-qamar u tant kien iħoss ħeġġa kbira li kien jgħid li qisu jħoss li “Id-Dinja


Għamilnieha Tagħna.” Ġeġè kellu jkunta’ spalla fiż-żminijiet diffiċli meta s-Soċjetà kienet tiġi attakkata mill-gazzetti u mill-pubbliku u flInkjesta li l-Knisja għamlet fuq is-Soċjetà bejn l-1916 u l-1917. Min jaf kemm il-darba kellu jitla’ quddiem l-Isqfijiet biex ikellmuh. Iżda kien hemm ukoll il-mumenti pożittivi li għixhom ma’ Dun Ġorġ: l-Approvazzjoni tas-Soċjetà fl-1 ta’ Mejju tal-1932, l-ewwel Membri jintbagħtu fl-Awstralja fl-1956, il-ftuħ ta’ ħafna ċentri madwar Malta, il-Bini tal-Iskola San Mikiel f’ Ħal Qormi u kif ukoll il-bini tad-Dar Ġenerali fil-Blata l-Bajda. Dan kollu għin biex is-Soċjetà tkompli tinfirex u tagħmel il-ġid, u dan

grazzi għall-ħidma kbira tiegħu flimkien ma’ ħafna membri oħrajn. Jien, fl-2017, x’qed nagħmel biex l-Evanġelju ikompli jinxtered? X’qed nagħmel biex nagħti sehmi filQasam u fis-Soċjetà? Il-ħeġġa tiegħi fejn qed nitfagħha? Ġeġè kellu mħabba speċjali lejn is-Soċjetà. Kien tant jieħu pjaċir jitkellem dwarha. Darba qal: ““Ħobbuha s-Soċjetà, xerrduha ma’ dak u mal-ieħor. Ħobbu s-Soċjetà u ħabirku li tmutu fiha. Imbierek hu min ikollu sehem fiha.” Tant kien iħobbha, li anke meta kien marid bid-dijabetè, kuljum kien imur f’qasam, xemx u xita. L-aktar li jibqgħu j i s s e m m e w f ’ E w ġ e n j u Borg huma l-kwalitajiet spiritwali li wieħed seta’ jara fih.


Qabelxejn Ġeġè kien bniedem umli ħafna. Qatt ma tkabbar u qatt ma ppretenda xejn lura. Ħajtu ddedikaha biss biex iħalli lil Alla jaħdem fih, u dak li kien jagħmel kien jagħmlu Alla permezz tiegħu. Ġeġè wkoll kien bniedem ubbidjenti ħafna. Filfatt meta Dun Ġorġ qallu li hu daqshekk Superjur Ġenerali, biex jippruvah, qabad, qam u mar jingħaqad mas-soċi l-oħra fuq wara. Kien viċin ħafna tas-Sagramenti wkoll, b’mod speċjali tal-Ewkaristija. Ta’ kuljum kien isib ħin biex jagħmel siegħa adorazzjoni għax minn hemm kien jieħu l-qawwa biex

jaħdem bla waqfien. Lill-membri kien iħeġġiġhom biex “Inħejju ruħna kif jixraq għal tqarbina devota, billi nżommu moħħna miġbur fis-silenzju u qalbna mħejjija sewwa.” Mhux ta’ b’xejn li kien l-aktar soċu għall-qalb Dun Ġorġ għax verament kien il-membru ideali li xtaq Dun Ġorġ. Jiena x’qed nagħmel, biex bħal Ewġenju Borg nersaq lejn dak li jrid Dun Ġorġ? Kif se nixrob minn daw niż-żewġ għejjun ħalli jiena wkoll ngħin fil-ħolma tagħhom? Jalla li nħallu lil Alla jaħdem fina biex bħal Ewġenju Borg, aħna wkoll nagħmlu l-ġid ma’ kull min jiltaqa’ magħna.


Is-Soċjetà hija ġawhra prezzjuża fil-Knisja, bħal ġawhra prezzjuża li jsemmi l-Evanġelju. U magħha nżidu ‘l dawk li jgħallmu d-duttrina Ewġenju Borg



ID-DIMEN SJONIJIET KIF NISTA’ NGĦIX

FLIMKIEN MALL-PROPONIMENTI? Kull kandidat kuljum jipproponi sitt virtujiet (faqar, sempliċità, manswetudni, umiltà, imħabba lejn id-disprezzi u mħabba kbira) li jrid jipprova jgħix matul il-ġurnata

flimkien mal-ħames dimensjonijiet tas-soċju Museumin (Lajkali, Ċelibatarja, Attiva-Appostolika, Profetika u Komtemplattiva).

LAJKALI

ĊELIBATARJA

Aħna l-Kandidati irridu ngħixu din il-kwalità kullimkien, sija x-xogħol u sija l-iskola fejn aħna, dak kollu li nagħmlu nipprovaw nagħmluh għall-glorja t’Alla. Għandna nogħodu attenti wkoll li ma nfittxux il-poter

Din id-dimensjoni ġġib naqra diffikultà magħha għax aħna rridu nagħmlu minn kollox biex ngħixu ħajjitna bħala għotja lil Alla.

Mistoqsija:

F’ħajtek qiegħda tidher l-umiltà?

Mistoqsija:

Qiegħed nagħti kunfidenza żejda lil dawk ta’ madwari?


ATTIVAAPPOSTOLIKA Aħna l-Kandidati fit-talba tal-17:00 nitolbu ħsieb is-Soċju Museumin, fejn waħda mill-mistoqsijiet hija, “Għalfejn Alla qegħdini fis-Soċjetà?” fejn aħna nwieġbu, “Biex nitgħallem u ngħallem.” Mistoqsija:

Qiegħed nieħu l-klassi bisserjetà? X’inhi l-attitudni tiegħi għall-Assenjatur?

PROFETIKA Il-kandidat irid jara jekk fil-ħin barra mill-qasam hux qiegħed jagħmilha ma’ nies ta’ għajnuna għalih. Irid jara wkoll jekk dan il-grupp hux qed jaffettwa l-parteċipazzjoni filMUSEUM. Mistoqsija:

Fil-ħin barra mill-MUSEUM qiegħed isir ġid?

KONTEMPLATTIVA Aħna l-kandidati għandna d-dmir li nagħtu importanza kbira lit-talb, u b’hekk nipprovaw nagħmlu ħajjitna kollha talba għal Alla. Mistoqsija:

Qiegħed nagħti importanza lejn il-ħin ta’ talb? Għalkemm għadna kandidati xorta rridu nagħmlu minn kollox biex ngħixu dawn il-kwalitajiet ħalli nkunu nistgħu iktar nevalwaw jekk din hix il-vokazzjoni tagħna jew le. Għalhekk aħna bħala kandidati ma nistgħux ngħixu din il ħajja tagħna b’ żewġ karattri (MUSEUM mod u ma’ sħabek mod ieħor). Il-kandidat irid jgħix il-kwalitajiet sbieħ tiegħu li Alla tah u ma joqgħodx jistħi minn sħabu għax bħala kandidat jimxi kontra l-kurrent.

Calvin Zammit


TAL-GĦID L-IKLA

Julian Spiteri

It-tradizzjoni Lhudija kienet taħseb li Alla ħalaq id-dinja fix-xahar ta’ Nisan u kien għalhekk li l-kalendarju liturġiku kellu jibda proprju f’dan ixxahar permezz tal-festa tal-Għid. Pesach, magħrufa bl-Ingliż bħala ‘Passover’, hija waħda mill-aktar vaganzi osservati tal-Lhud. Pesach bl-Ebrajk, ifisser li jgħaddu, jgħaddu minn fuq, li jeżentaw jew li ma jagħmlux ħsara. Jirreferi għall-fatt li Alla “baqa’ għaddej minn fuq” iddjar tal-Lhud meta kien qed joqtol l-ewwel wild ta’ kull Eġizzjan, bħala wieħed mill-għaxar kastigi. Pesach huwa wkoll l-isem tal-offerta ta’ sagrifiċċju (ħaruf) li tiġi ppreżentata fit-Tempju f’din il-vaganza. L-ikla tal-Għid kienet issir fid-djar. Kienet issir meta jidħol il-lejl, fil-familji jew gruppi tal-inqas ta’ 10 minn nies. L-istruttura taċ-ċelebrazzjoni kienet magħmula b’mod li l-istess ċelebrazzjoni kienet minnha nnifisha katekeżi. Iċ-ċelebrazzjoni familjari kienet tibda b’barka fuq tazza nbid. Jinġiebu mbagħad fuq il-mejda l-ħobż ażżmu flimkien ma’ taħlita ta’ speċi ta’ zalza li fiha jiġi miblul ilħobż.

It-tifel il-kbir mbagħad kien jistaqsi lill-kap tal-familja: “X’hemm differenti f’dan il-lejl mill-iljieli l-oħra?” Hawnhekk il-kap tal-familja kien jirrakkonta l-ġrajja tal-ħelsien mill-Eġittu. Imbagħad kienet tiġi ppreżentata l-vittma tal-Għid mixwija bin-nar. Tittiekel mingħajr ma tinkisrilha ebda għadma flimkien mal-ażżmi u ħaxix morr u fl-istess ħin tiġi mgħoddija t-tieni tazza nbid waqt li tingħad il-Ħallel (Salmi 113114). Mat-tielet tazza nbid tingħad talba ta’ radd il-ħajr u mbagħad tingħad l-aħħar biċċa tal-Ħallel (Salmi 115-118) u bħala għeluq issir barka fuq ir-raba’ tazza nbid. Din l-ikla kellha ħafna regoli stretti li ma setgħux jinkisru. Illum, fejn ħafna mir-regoli u drawwiet ma għadhomx jiġu osservati, il-festa tal-Għid tiġi ċċelebrata b’inqas skruplu. Ġesù wkoll iċċelebra l-festa tal-Għid. U kien proprju waqt iċ-ċelebrazzjoni ta’ din il-festa li waqqaf l-Ewkaristija u tagħna lilu nnifsu.


XI SIMBOLI ĦAXIX FRISK TAR-REBBIEGĦA żmien ta’ tiġdid.

BAJDA MIXWIJA

żmien ir-rebbiegħa u żmien ta’ tiġdid.

GĦADMA TAL-ĦARUF MNADDFA U MIXWIJA il-ħaruf tas-sagrifiċċju tażżminijiet mgħoddija.

ĦXEJJEX MORRI

it-tbatija tal-iskjavitù.

ĦAROXET

il-kulur u l-forma tiegħu, jixbah ħafna lit-tajn li kien jintuża

mill-iskjavi Lhud biex jaħdmu ċ-ċangaturi tat-tafal.


IL-BIDU TAS-SOĊJETÀ U L-VIŻJONI TA’

DUN ĠORĠ Dun Ġorġ Preca, sa minn mindu kien għadu tifel, abbati fil-knisja ta’ San Gejtanu, il-Ħamrun, beda jara kemm kien hemm nuqqas ta’ tagħlim sod dwar il-fidi nisranija fil-parroċċi. Fil-fatt darba sema lis-sagristan jgħallem lit-tfal xi tagħlim żbaljat fuq alla billi s-sagristan lanqas hu stess ma kien mgħallem sew. Xi sena jew tnejn qabel ma qaddes, Dun Ġorġ beda jiltaqa’ mażżagħżagħ tal-Ħamrun li kienu jpoġġu f’għalqa ħdejn il-knisja ta’ San Gejtanu jilgħabu l-ballun, jgħaddu ż-żmien, ipaċpċu bejniethom u jpejpu. Dun Ġorġ beda jindiehes magħhom u jgħidilhom xi tagħlim spiritwali. Dawn iż-żagħżagħ saru ħbieb kbar ta’ Dun Ġorġ għax illaqgħat komplew isiru. Fosthom kien hemm żagħżugħ Ewġenju Borġ, li wara sar l-ewwel Superjur ġenerali tal-MUSEUM. Sadanittant Dun Ġorġ marad u għal xi żmien ma baqax jiltaqa’ maż-żagħżagħ. Laħaq għaddielu ftit qabel ma ġie ordnat saċerdot fit-22 ta’ Diċembru 1906 iżda għal

xi xahar baqa’ jqaddes kmieni filgħodu umbagħad jibqa d-dar u ma joħroġx. Kien f’dan iż-żmien waqt it-talb li alla urieh li għandu iwaqqaf is-soċjetà tal-mużew b’dawk iż-żagħżagħ. Fit-2 ta Frar 1907 laqqa’ liż-żagħżagħ fil-knisja ta’ Nuzzu il-Ħamrun u l-ewwel dar tal-mużew kienet dik ta’ numru sitta triq Fra Diegu il-Ħamrun. Dun Ġorġ bil-lagħqat tiegħu maż-żagħżagħ kien biddel l-idea ta’ għaqda ta’ djakni fil-parroċċa għal warda ta’ nies lajċi li jgħixu l-ispiritwalita’ talvanġelu waqt li jibqgħu jaħdmu u fl-istess ħin jitgħallmu bejniethom fil-laqgħat tagħhom ta’ kuljum. Hekk kienu jistgħu jitgħallmu huma biex jgħallmu wkoll lil-oħrajn f’ċentri li sejħilhom oqsma għat-tagħlim tattfal u tal-kbar. Il-viżjoni ta San Ġorġ Preca kienet wiesa għax u xtaq li Ġesù ikun dejjem magħruf u maħbub. dan għamlu f’ħajtu bit-taħditiet tiegħu kif ukoll bil-kitba u seta’ jkomplih wara mewtu bis-soċjetà tal-Mużew li baqgħet tiffjorixxi.

Edward Grech


IS-SEMINAR TAL-PRE-RESPONSORJU

LINKED-IN

Linked-in kien isem tassew addattat għal dan is-seminar, li matulu kbirt kemm fuq livell personali kif ukoll bħala membru tal-grupp ta’ kandidati ġodda, lesti li nibdew din il-mixja flimkien. Id-diskussjonijiet u l-attivitajiet li kellna, flimkien mal-ħin liberu li qattajna nitkellmu u nilagħbu flimkien, għenuna ningħaqdu aktar bħala grupp, filwaqt li għenuni niskopri aktar lili nnifsi bħala Nisrani u aktar u aktar, bħala kandidat ġdid fis-soċjetà. Kollox ma kollox, nispera li dan is-seminar kien waħda mill-ħafna esperjenzi sbieħ talkandidatura li se nkun qed ngħix flimkien ma’ sħabi matul il-ħames snin li ġejjin.

Christopher Conrad Is-Seminar li kellna tal-PreResponsorju kien wieħed indimentikabbli. Ma domniex ma sirna nafu ħafna lil xulxin, kemm flattivitajiet u kemm fil-ħin liberu fejn lgħabna, iċċajtajna u ħadna pjaċir. Wieħed mill-għanijiet prinċipali tasseminar kien li nitħalltu m’ oqsma

differenti u din dehret mill-ewwel. Sirna nafu l-karattru ta’ xulxin u bdejna wkoll niskopru t-talenti jew id-doni li hemm imnaqqxa f’kull wieħed minna, li Alla tana biex nużawhom għall-ġid tagħna u għasservizz tal-oħrajn. B’hekk, nitgħallmu u nieħdu pjaċir għaliex San Ġorġ Preca kien jgħid li “it-tagħlim huwa l-għajn ta’kull ġid.” Din id-diversità tagħmel il-grupp ħaj u b’saħħtu. Kellna mumenti ta’ talb fejn irriflettejna, fosthom permezz talArloġġ tat-Talb. L-Ispirtu Museumin kien hemm kemm waqt il-ħin ta’ talb kif ukoll meta ridna nagħtu daqqa t’id fil-kċina, jew waqt xi attività filgruppi. Nista’ ngħid li dan is-seminar kien pedament jew boost għalina li bdejna l-Pre-Responsorju għax bdejna nduqu x’joffri l-PreResponsorju u s-sbuħija li hemm fih permezz ta’ dan il-grupp. L-għan hu li nsiru Nsara adulti.

Matthew Zammit


L-Oscars huwa avveniment mistenni minn kull min iħobb il-films u din is-sena sar għad-disgħa u tmenin darba. Din is-sena l-Oscars sar fidDolby Theater f’Hollywood, Los Angeles, California. L-Oscars huwa avveniment fejn diversi films jiġu ippremjati fuq l-arti tagħhom, maqsuma f’diversi kategoriji. Fost dawn il-kategoriji hemm: Best Picture, Best Foreign Film, Best Actor u Best Actress, Best Director u ħafna aktar. Kollox ikun ippjanat għal dan l-avvenimnet salanqas dettal ħalli waqt l-avveniment kollox jimxi ħarir imma f’dan l-Oscars kien hemm daqxejn problemi u konfużjoni f’diversi fruntieri. Waqt il-Memorandum fejn jiġu mfakkra n-nies li ħallewna u li taw

semhom fl-arti taċ-ċinematografija, ġiet imsemija Jan Chapman meta fil-verità din kienet għada ħajja. Mument ieħor li ħasad lil ħafna nies kienet meta fil-kategorija ta’ Best Picture, tħabbar bħala rebbieħ film b’ieħor. Tħabbar La La Land meta filfatt Moonlight rebah il-Best Picture. Kien diġa sar id-diskors tal-aċettazzjoni tal-Oscar meta indunaw biż-żball. Kulħadd staġeb meta qalu li ħadu żball u fixklu l-envelop tar-rebbieħ imma fl-aħħar irnexielhom jirranġaw u ħabbru r-rebbieħ propja talOscar għal Best Picture. Apparti dawn il-mumenti fejn tidħaq jew tieħu xi qata’ l-Oscars huma opportunità fejn tista’ twassal messaġġ qawwi u hekk sar fil-kategorija ta’ Best Foreign Film. Din il-kategorija rebaħa l-film The Salesman. Iddirettur ta’ dan il-film ma’ kienx ġie l-Amerika u rrapresentanti tiegħu


aċċetaw l-award minfloku. Id-direttur ma ġiex għall-Oscars biex jagħmel dikjarazzjoni kontra l-President Trump u l-executive order tiegħu rigward it-Travel Ban. F’messaġġ li kiteb id-direttur u li nqara fl-Oscars, id-direttur kiteb li hu kontra dan l-att u ried li kullħadd imur tajjeb ma’ xulxin jekk irridu ngħixu fil-paċi.

Fl-aħħar mill-aħħar, l-Oscars ta’ din is-sena kien ta’ suċċess fejn kien hemm mumenti tad-daħk u mumenti daqxejn imbarazzanti kif ukoll messaġġ għall-għaqda. Diversi films rebħu l-Oscars u wrew it-talent li hawn fid-dinja.

Ian Borg


AVVIŻI Responsorju ġewwa qasam

mal-Kulturi

Aktar dettalji jingħataw il-quddiem

f’Dar il-Ħanin Samritan

Għall-Kandidati kollha

Għall-Kandidati u l-Kulturi

ta’ April

ta’ Mejju

29

27


Jiem ta’ mistrieħ

f’Għawdex

L-Ewwel Grupp

It-Tieni Grupp

ta’ Lulju

ta’ Lulju

1-4

6-9


"Jekk tiffrankaw anke dnub mejjet wieħed biss tkunu tagħtu l-ikbar glorja lil Alla" Ewġenju Borg


Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.