Werrej
Werrej Messaġġ mid-Direttur
2
4
Id-Dimensjoni Kontemplattiva
8
L-Isport f’Malta u fl-MUSEUM
10
Riżorsi varji għal-lezzjonijiet
14
Il-Kandidat Student
18
Avviżi
22 Jannar | Frar 2017
Werrej
Jannar | Frar 2017
L-Editorjal minn Reuben Caruana
Bl-għajnuna t’Alla għaddiet sena oħra. Sena li fiha flimkien bqajna naħdmu u nfittxu dak li jrid minnha Alla. Nawgura lis-soċji l-ġodda fil-ħidma tagħhom u lill-kandidati li se jibdew il-pre-responsorju
f’din
l-eperjenza
ġdida mimlija ġid għall-għarfien talvokazzjoni tagħhom. Il-pittura tal-qoxra ta’ Ryan D’Amato
Fl-aħħar u mhux l-anqas nixtieq
Is-sinjal tal-paċi li jissimbolizza t-tislima li aħna ngħidu lil xulxin kull meta niltaqgħu:
“Il-paċi miegħek“ Il-Kandidat
nirringrazzja lil dawk kollha li b’xi mod jew ieħor għenu fil-pubblikazzjoni ta’ dan il-fuljett, minn dawk li kitbu l-artikli sal-ħaddiema li pprintjawh. Nawguralek sena oħra ta’ ħidma, paċi, ferħ u ġid fi ħdan is-Soċjetà. 3
Formazzjoni
Messaġġ mid-Direttur minn Carmel Caruana
Għ
eżież,
Reġa wasal GetTogether ieħor, din l-okkażjoni dejjem tfakkarni meta jiena ukoll attendejt għall-ewwel wieħed, niftakar li kienet laqgħa li fiha iltqajt ma’ ħafna persuni ġodda f’ħajti, li aktar tard saru parti mill-familja l-kbira tagħna, is-Soċjeta talMuseumina. Din is-sena aħna bħala Museumini għandna quddiemna żewġ okkażjonijiet importanti
4
f’ħajjitna, il-110 snin tasSoċjetà (7 ta’ Marzu 1907) u l-50 sena anniversarju mill-mewt tal-ewwel Superjur Ġenerali (12 ta’ Marzu 1967). Jiena narahom li dawn l-anniversarji għalina għandhom messaġġ posittiv, messaġġ li possibbli tgħix ilvokazzjoni Museumina. Żgur li għandu x’jgħidilna lilna ż-żgħażagħ li qegħdin niddixxernu Alla x’irid minna f’dan iż-żmien fiż-żgħożija tagħna: Jannar | Frar 2017
Formazzjoni
Ikun jixtieq jgħidilna li jekk tagħti ħajtek lil Alla mhux talli ma tkunx kuntent imma ma jkun jonqsok xejn iżjed, biex tipprova timla’ qalbek. Ikun jixtieq jurina li quddiem id-diffikultajiet ta’ din il-ħajja, dejjem se ssib lil Alla. Ikun jixtieq jgħidilna li l-akbar karità li l-bniedem jistà jagħmel lill-proxxmu huwa li jgħallmu l-kelma tal-ħajja, kif kien jisħaq il-Fundatur tagħna Dun Ġorġ u ma nitilfux Il-Kandidat
okkażjoni waħda, biex inkunu nistgħu nagħmlu id-dinja tagħna. Ikun jixtieq iħeġġiġna biex ma’ kull min niltaqgħu nuruh kemm Alla għandu mħabba lejna, li saħansitra bagħat lil Ibnu l-għażiż, u dan sar bniedem bħalna. Ikun jixtieq jagħtini l-eżempju tal-umiltà, li l-Fundatur tant kien jisħaq fuqha, u li Ġeġe’ hu ta’ eżempju għalina f’din ilvirtù. 5
Formazzjoni
Ikun jixtieq jagħtini l-eżempju talmanswetudni, Ġeġe bħal Dun Ġorġ, meta kien jiġi fil-prova ta’ din il-virtù, bl-għajnuna t’Alla kien jirbaħha. B’dawn il-kwalitajiet sbieħ Ġeġe kien ilmembru l-aktar għall-qalb il-Fundatur, għalhekk kien jgħix din il-vokazzjoni “ġdida” għal dak iżżmien, vokazzjoni li llum għaddha minn fuqha 110 snin u kien hawn ħafna membri li taw ħajjithom lil Alla permezz tagħha. 6
Jiena minn qalbi dan nawguralkom, li fuq l-eżempju ta’ dan il-bniedem, f’ħajjitna nagħmlu r-rieda t’Alla. Nawgura lillInkorporandi l-ġodda, Kurt Delia, Darrel Pace u Jeremy Zammit, li dak li wegħdu ftit ġranet ilu, jfasslu ħajjithom fuq l-eżempju ta’ Ġeġe biex jgħixu fi ħdan is-Soċjetà tagħna li żgur tagħti skop lil ħajjitna.
Jannar | Frar 2017
Nawguraw lil Kurt Delia Darrel Pace Jeremy Zammit fl-inkorporazzjoni tagħhom mas-Soċjetà Il-Kandidat
7
Id-Dimensjonijiet
Formazzjoni
Id-Dimensjoni Kontemplattiva minn Warren Vella
D
arba xi ħadd qal li kieku l-flus kollha li jintefqu flEwropa u fl-Amerka fi trattamenti li jraqqu lil min għandu piż żejjed u f’mediċini biex jikkuraw lil min ikun kiel ħafna, kellhom jinġabru kollha, kienu jkunu biżżejjed biex jiġu mitmugħin il-popli kollha li jbatu l-ġuħ flAfrika u fl-Asja. Dan ifisser li wieħed mid-dnubiet soċjali li qed jifni l-umanità tagħna huwa d-dnub tal-indifferenza. Jien jimpurtani biss minn nnifsi. Jekk ninsab tajjeb jien, dan huwa biżżejjed għalija. Din l-attitudni egoista, tikkuntrasta ħafna mal-ispirtu ta’ imħabba attiva li jistedinna għalih is-Sinjur tagħna Ġesù Kristu. Thomas 8
Merton jikteb li dan l-ispirtu ta’ imħabba u azzjoni ma jistax inixxi minn ħajjitna, jekk qabel xejn ma joħroġx mill-għajn talkontemplazzjoni. Meta ngħix bi spirtu konteplattiv, jien insib, nara, u nadura lil Alla fil-membri talfamilja tiegħi, fi sħabi tal-iskola jew tax-xogħol, fil-proxxmu fil-bżonn tal-għajnuna, f’ħuti s-Soċji u Kandidati, fil-ħidma talimpjieg jew professjoni tiegħi, u fl-appostolat tax-xandir talkelma (Identità u Formazzjoni, Par 39). Hekk id-demensjoni kontemplattiva tgħinni biex nara kollox bl-għajnejn ta’ Alla u f’Alla nsib kollox (1 Kor 15, 28). Jannar | Frar 2017
Id-Dimensjonijiet
Formazzjoni
5
1
2
3
4
Lajkali
Ċelibatarja
Attiva Appostolika
Profetika
Thomas Merton jikteb li l-kontemplazzjoni hija l-għola espressjoni tal-ħajja intellettwali u spiritwali tagħna. Hija l-ħajja innifsha, mimlija azzjoni u konxja li hi ħajja. Ikompli jikteb li l-kontemplazzjoni hija sens ta’ stagħġib quddiem il-qdusija tal-ħajja. Hija sens ta’ gratitudni għall-ħajja. Hija realizzazzjoni tal-fatt li ħajjitna ġejja minn sors inviżibbli, tranxxendenti u infinit li nsejħulu Alla (‘New Seeds of Contemplation’, 1). Dan huwa diskors xi ftit tqil, imma li b’mod prattiku jfisser li jien nagħraf li ħajti għandha għeruq li jmorru lil hemm minn dak li jidher. IlIl-Kandidat
Kontemplattiva
ħajja kontemplattiva tiegħi tgħinni biex, mhux biss nagħraf l-għeruq infiniti li ġej minnhom, imma biex anki nagħraf li blgħajnuna t’Alla, f’ħajti nagħmel frott li jwassal għall-ħajja ta’ dejjem (Ġw 15, 16). Billi din l-attitudni kontemplattiva hija fundamentali għall-ħajja spiritwali u appostolika talmembru, u billi s-soċjetà postmoderna tittanta tifga kull nifs ta’ fidi u sens traxxendentali, il-membru huwa mħeġġeġ serjament li jara kif jikkultiva fih innifsu b’kull mezz is-sens ta’ Alla (Identità u Formazzjoni, 41).
9
Għarfien Ġenerali
Sports
L-Isport f’Malta u fil-MUSEUM T
minn Kursten Marmara
ul iż-żminijiet ilbnedmin dejjem kellhom forom ta’ sports li jvarjaw ħafna. Evidenza ta’ sport tmur lura salpreistorja. F’Lascaux Caves ġewwa Franza nstabu xi tpinġijiet mal-ħitan li juru kompetizzjonijiet tal-ġiri u tal-ġlied, li dawn imorru lura sa 15,300 sena ilu. Apparti dawn ħafna mill-isports talOlimpjadi li għandna llum kienu jintlagħbu saħansitra fi żmien l-Eġizzjani, bi sports bħal weightlifting, long jump, għawm u kif ukoll logħob b’forom ta’ blalen. 10
Tul iż-żmien il-bniedem żviluppa dawn il-varjetajiet ta’ sports u għamilhom aktar kumplessi u varji b’tali mod li anke l-użu tat-teknoloġija sab ruħu f’dawn il-kompetizzjonijiet. F’Malta l-isport ukoll sab postu f’qlub il-Maltin. F’Malta għandna diversi delizzji li ħadna kemm millpajjiżi li konna taħthom u kif ukoll mid-drawwiet li intirtu minn ġenerazzjoni għal oħra. Tmur ftit lura fiż-żmien il-Maltin kellhom ħafna għal qalbhom sports Jannar | Frar 2017
Għarfien Ġenerali
bħall-kaċċa u l-boċċi. Dawn illum ħadulhom posthom sports bħall-futbol u water polo. Imma dan l-isports tal-passat ma ntilifx għal kollox għax xorta għad hawn min jieħu gost li jilgħabu u jipprattikah. Tant li fl-irħula kemm xejn antiki għadek issib żgħażagħ li jmorru jipprattikaw dan l-isports ma’ missirijiethom jew nannithom. Minħabba li l-isport hu parti mill-bniedem, ma tistax tonqos l-importanza tar-rabta li għandu malIl-Kandidat
Sports
moralità tal-bniedem. Tant hu hekk li San Ġorġ Preca ried li apparti mit-tagħlim, il-MUSEUM ikollu fih ukoll sport jew ħin ta rikreazzjoni ħalli b’hekk iħalli lit-tfal jilgħabu flimkien u jieħdu gost b’mezz sportiv. Għalhekk illum kważi tista’ tgħid li fl-oqsma tagħna ssib xi forma ta’ bitħa li fiha wieħed jista’ jilgħab jew anke games rooms fejn wieħed jilgħab l-isports ta’ ġewwa. Il-MUSEUM daħal sew fil-kultura Maltija. Fil11
Sports
mużewijiet it-tfal jitħallew ikunu liberi u b’hekk jkunu jistgħu jilgħabu l-isport li jridu. Dan jgħin ħafna l-iżvilupp tat-talenti minħabba li wieħed floqsma jkun jista’ jilgħab dak li verament jieħu gost jilgħab. Tant hu effettiv u tajjeb li wieħed jilgħab li mill-mużewijiet ħarġu atleti diversi kemm ta’ livell lokali u kemm internazzjonali minħabba li kien fil-MUSEUM li tħallew jiżviluppaw aktar it-talenti li tahom Alla. B’hekk hu importanti li fl-oqsma ma 12
Għarfien Ġenerali
nilagħbux dejjem l-istess sport imma nvarjaw, ħalli wieħed jesperjenza sports differenti u jara eżatt f’liema sport hu tajjeb l-aktar u jara eżattament liema talent għandu jibbrilla l-aktar fih. Malta għandna tendenza nilagħbu ħafna l-futbol biss u għalhekk hu importantissimu li nilgħabu sports differenti ġewwa l-oqsma, ħalli mhux dejjem it-tfal jilagħbu l-istess erba’ sports imma jvarjaw. Barra min hekk ilMUSEUM mhux biss Jannar | Frar 2017
Għarfien Ġenerali
qiegħed hemm biex jiżviluppa t-talenti imma anke biex wieħed mhux jitgħallem l-isport imma anke biex ikun matur flisport li hu jħobb u jilgħab. Wieħed fil-MUSEUM jitgħallem jilgħab għal gost u mhux dejjem ifittex li jirbaħ. Meta wieħed jilgħab għall-gost jirnexxielu joħroġ is-sabiħ tal-persuna billi juri li hu kapaċi jilgħab għall-gost fejn kulħadd rebbieħ. Aħna bħala kandidati hu dmir tagħna li ninvolvu Il-Kandidat
Sports
ruħna fl-oqsma għax hemm nkunu veru in touch mat-tfal u minħabba li aħna l-pont bejn it-tfal u s-soċji hu importanti li jkunu jafu li aħna hemm magħhom u li nifhmuhom. B’hekk permezz ta xi logħba wieħed kapaċi joħloq relazzjoni u anke kapaċi jgħallem. Meta wieħed jilgħab mat-tfal għandu l-opportunità li jgħallem b’xi kelma ta’ ġid u ta’ inkoraġġiment. Fuq kollox aħna nkunu qed ngħallmu wkoll bl-eżempju tagħna.
13
Riżorsi varji
Riżorsi
Riżorsi varji għal-lezzjonijiet minn Samuel Cutajar
W
ebsites u riżorsi oħra tajbin għal min jgħallem xi klassi. Bħala katekisti ilkoll nafu li għalkemm hu sabiħ li tagħmel u tipprepara lezzjonijiet sbieħ u interessanti għat-tfal u adoloxxenti li jattendu il-Mużew, xi kultant din tista’ tiġi pjuttost diffiċli għal raġunijiet varji. Dawn ir-raġunijiet jistgħu jkun diversi, l-ewwelnett minħabba li hija pjuttost challenging li tipprepara lezzjonijiet differenti, 14
b’temi u strutturi differenti li dejjem jkunu interessanti speċjalment għal min jgħallem iktar minn klassi waħda kuljum. Diffikultà oħra tista’ tkun hi li l-katekist jsibha diffiċli jsib materjal biżżejjed u addattat li jolqot u jinteressa littfal li jkun qed jgħallem. Għalhekk ħa nipprova nagħti ammont ta’ riżorsi li jista’ jkunu ta’ għajnuna f’dan ir-rigward sew millftit esperjenza tiegħi bħala kandidat tat-tieni sena u kif ukoll websites u riżorsi oħra tajbin li issuġġerewli Jannar | Frar 2017
Riżorsi
soċji oħra tal-qasam tiegħi u soċji oħra minn oqsma diversi. Nibda billi nsemmi Max7, The Religion Teacher u Sabbath School li huma websites varji ħafna b’vidjows, mużika, lezzjonijiet u artiki sbieħ ħafna fuq suġġetti u stejjer differenti millBibbja għall-etajiet minn tfal żgħar sa’ adoloxxenti. Ktieb interessanti li jagħti ideat sbieħ ħafna speċjalment għal età żgħira huwa I Am Special Il-Kandidat
Riżorsi varji
Kindergarten, Revisited. Activity Book li huwa ktieb li jħeġġeġ lit-tfal sa minn età żgħira jitgħallmu dwarhom infushom, dwar relazzjonijiet ma’ oħrajn u dwar il-ħolqien. Żewġ websites oħra tajbin ħafna għal ideat dwar lezzjonijiet għalletajiet il-kbar huma The Source For Youth Ministry u Catholic Link. Nafu wkoll li YouTube huwa riżorsa vasta ħafna għal videos imma wieħed irid joqgħod attent li l-messaġġ li 15
Riżorsi varji
jwassal ikun addattat. Żewġ channels tajbin għaddikussjoni huma The Skit Guys u onetimeblind fejn b’sempliċi sketch jistgħu jintroduċu tajjeb ħafna s-suġġett tal-lezzjoni. Inħeġġiġkom ukoll iżżuru Rome Reports li hija website li fiha artikli u vidjows dwar l-appostolat tal-papa, minn postijiet li żar sal-messaġġi li jagħti regolarment. Website oħra li tista’ tkun ta’ għajnuna meta nagħmlu lezzjonijiet dwar il-ħajjiet tal-qaddisin 16
Riżorsi
hija Catholic online fejn tinkludi vidjows qosra flimkien ma’ informazzjoni dwar qaddisin diversi. Riżorsa attiva ħafna għal min għandu Facebook huwa l-grupp tas-Soċjetà, Society of Christian Doctrine li huwa closed group fejn ammont ta soċji u kandidati jaqsmu materjal varjat bejniethom li jistgħu jintużaw waqt illezzjonijiet. Ovvjament dawn huma ftit ideat u għajnuniet li wieħed jista’ juża waqt Jannar | Frar 2017
Riżorsi varji
Riżorsi
il-lezzjonijiet iżda bi ftit tfittxija u interess wieħed jista’ jsib dak propju li huwa addattat għalih u għat-tfal li jgħallem. Huwa tajjeb ukoll li naqsmu metodi u riżorsi tajbin li nsibu bejnietna s-soċji u l-kandidati, għax dawn jistgħu jkunu ta’ għajnuna kbira li jqanqlu ideat u ħsibijiet ġodda li wieħed jista’ jħaddan. Links ta’ wħud mir-riżorsi msemmija fl-artiklu:
www.sabbathschoolpersonalministries.org/study www.thereligionteacher.com www.catholic-link.org www.thesource4ym.com www.catholic.org/saints www.romereports.com YouTube Channels: onetimeblind theskitguys
www.max7.org www.youcat.org Il-Kandidat
17
Esperjenzi
Student
Il-Kandidat Student minn Gabriel Pace
F
tit tas-snin ilu, kienet komuni ħafna l-meme li turi diversi ritratti ta’ x’jaħsbu n-nies li jien u x’nagħmel fir-realtà. X’jaħsbu sħabi li jien: “Eh jiġifieri inti qiegħed f’xi għaqda tal-mużew hekk? U tgħallem?” Dawn saqsewhomli sħabi l-ġodda tal-Università meta bdejna nsiru nafu ‘l xulxin. Aħna naqsmu l-istess esperjenza bħala studenti, imma mhux kulħadd jifhem xi tfisser il-ħajja fis-Soċjetà. 18
Madankollu jiena grat ħafna li malajr sibt grupp ta’ ħbieb tajjeb li ngħinu ‘l xulxin f’affarijiet ta’ skola, u huwa importanti li nżomm dan il-grupp ta’ ħbieb mingħajr ma jtellifni millħin tiegħi fil-qasam. X’jaħsbu tal-familja li jien: Mhix l-ewwel darba li nibqa’ sejjer dritt ilqasam wara l-lezzjonijiet, u nidħol id-dar biex niekol u norqod. Tad-dar ġieli qaluli li għandi nnaqqas ilħin tiegħi tal-qasam, u naf li dan jgħiduhuli mhux b’xi Jannar | Frar 2017
Esperjenzi
mibegħda lejn is-Soċjetà imma għax iriduli l-ġid. Naf ukoll li ma jifhmux għalkollox x’inhi l-ħajja Museumina. Għaldaqstant għandi nqassam ħini sew bejn studju u xogħol taliskola, il-qasam u x-xogħol marbut miegħu, u ħin ta’ mistrieħ. Ma tonqosx ukoll l-importanza enormi tat-talb u l-quddiesa li mingħajrhom ma nafx fejn inkun. X’jaħsbu sħabi fil-qasam li jien: Kien hemm xi drabi meta uħud fil-qasam, forsi Il-Kandidat
Student
b’ċajta, qaluli “nnerdjat” għax ikun hemm drabi, bħal qrib l-eżamijiet, fejn innaqqas mill-ħin tiegħi fil-qasam. Fl-istess ħin nifhem kif ħafna mis-soċi kienu studenti bħali u jafu minn xiex għaddej. Filwaqt li l-istudju għandu jieħu prijorità f’ċerti żminijiet, importanti li ma jtellifx mill-ħin tal-assenjatur u tal-klassi u anke ħin soċjali ieħor li jista’ jservi ta’ nifs mill-ħin li donnu qatt ma jintemm ta’ studju.
19
Student
X’naħseb jien stess li jien: Wara xi ġurnata fejn ikolli xorti li nkun fhimt nofs dak li smajt, immur il-qasam u l-klassi ttini xi tbaqbiqa u nħoss li kollox sejjer ħażin. Nibda niddubita jekk inix qed inħalli effett fit-tfal li nipprova ngħallem, u jekk għamiltx deċiżjoni tajba rigward l-Università. Hija tendenza komuni li naraw l-ikrah biss u nġibu d-dinja fit-tarf, allura tajjeb naħsbu f’kemm grazzji ngħatawlna bla ma lanqas nagħtu kashom.
20
Esperjenzi
X’jien fir-realtà: Wieħed mill-pariri li dejjem tirrepetili ommi u nħossu jżommni f’posti hu li kulma qiegħed nagħmel, m’inix l-ewwel persuna li qatt għamlitha, u ħaddieħor għadda millistess problemi bħali wkoll. Jiena wieħed millmiljuni ta’ studenti fiddinja, u bħala kandidat m’inix waħdi lanqas. F’kull ħaġa li nagħmel nipprova nżomm kliem Ġesù, “Aħna qaddejja ma niswew għal xejn, għamilna biss dak li kellna nagħmlu.” Jannar | Frar 2017
Kandidati
Live as if you were to die tomorrow. Learn as if you were to live forever. Mahatma Gandhi
Il-Kandidat
21
Avviżi
Avviżi
Seminars Dar Betsajda, iċ-Ċirkewwa
Preresponsorju
17-19
3 u 4 sena
24-26
1 u 2 sena
24-26
22
ta’ Frar ta’ Frar
ta’ Marzu
Jannar | Frar 2017
Is-Sena t-Tajba
lilek u lill-familja tiegħek kollha
Il-Kandidat Il-Kandidat
23 23
“Pride makes us artificial and humility makes us real.” Thomas Merton
Għall-kummenti u suġġerimenti, kellem lil xi membru mit-tim editorjali jew ibgħat imejl fuq: rivista.ilkandidat@gmail.com