IL-KANDIDAT Awwissu | Settembru | Ottubru 2017
IL-WERREJ DIRETTUR
ĦIN TIEGĦI
L-ESPERJENZA FL-OQSMA TAL-
ALBANIJA
FL-ESTERU
50 SENA
MANNARA
FESTI
AVVIŻI
MILL-PINNA TAD-
LI KIEKU ĠEĠÈ TWIELED
WARA ...
IL-
RITRATT TAL-QOXRA TA’ CLAYTON GATT
KIF GĦANDI NQASSAM IL-
IS-SOĊJETÀ
L-EWWEL DAQQA TA’
GĦAS-SOĊJETÀ
L-EDITORJAL Mark Buttigieg Is-sajf għadda, u issa nħarsu għarruttina tax-xitwa, min skola u min jaħdem. L-esperjenzi li kellna fissajf bħala kandidati żgur li jkunu ta’ ġid għalina, l-ewwel nett b’mod personali, u t-tieni biex inkomplu nsaħħu u niskopru l-vokazzjoni museumina. Inħeġġeġ lillkandidati kollha sabiex li filwaqt li issa kulħadd jerġa’ jibda jkollu
l-ġenn tal-istudju, importanti li dejjem insibu ħin għall-Museum u nattendu r-responsorju. Tajjeb li aħna bħala kandidati nagħtu s-sehem tagħna fl-oqsma. Żgur li l-Museum mhux se ikun ta’ xkiel għall-istudju, anzi jkun ta’ għajnuna għaliex is-Soċjetà hija organizzazzjoni ta’ tagħlim.
DIRETTUR MILL-PINNA TAD-
“
“ Carmel Caruana
Alla ħalaqna għalih u qalbna ma tistrieħx jekk ma tkunx straħet fih. Santu Wistin
Naħseb ilkoll smajna min kien Wistin qabel ma kkonverta u beda l-mixja tiegħu wara dak li imlielhu qalbu u minħabba f’hekk ma kien jixtieq xejn iżjed. Wistin dejjem kellu x-xewqa li jsib il-verità, ma kienx
jikkuntenta b’kollox, baqa jfittex sakemm sabha. Dawn huma attitudnijiet ta’ min irid jgħix bniedem kuntent. Naħseb kull wieħed minna għandu din ix-xewqa li f’ħajtu jsib dak li Alla fil-providenza
tiegħu ppjana għalih u għalhekk ikun jista jgħix b’dinjità. F’dan iż-żmien ta’ kandidatura, aħna qegħdin fi żmien ta’ formazzjoni. Żmien li kandidat irid jieħdu bisserjeta, għaliex m i n n u tiddependi l-ħajja tiegħu, tkun xi tkun l-għażla tiegħu. Bħal f’kull vokazzjoni oħra, ilkandidat irid jikber fiddixxipulat, jiġifieri l-mixja tiegħu wara Ġesù, jidħol fiha aktar fil-fond ta’ qalbu, fejn Ġesù jkun jixtieq jidħol. Il-formazzjoni Museumina tgħinna wkoll biex jekk hi r-rieda t’Alla li nħaddnu l-vokazzjoni Museumina, inkunu ppreparati sewwa biex ngħixuha flispiritwalità tal-Fundatur San Ġorġ Preca u
nħaddnu r-Regola Museumina. Kull vokazzjoni mgħixa tajjeb, titlob impenn, imħabba, sagriffiċċju, għotja totali, ferħ u tama. Ma jistax Kandidat jħaddan il-vokazzjoni Museumina u ma jkollux dawn ilkwalitajiet sbieħ u oħrajn li jgħinuh jikber hu u jkun ta’ għajnuna għall-oħrajn. Jinkuraġġina biex inħaddnu din il-vokazzjoni, meta naraw tant membri li pperseveraw fiha u qalbhom mimlija b’ferħ li ħadd ma jista jeħodulhom, jew aktar minn hekk illum qegħdin igawdu lil Alla għax qdewh f’dak li ppjana għalihom. Għeżież, ejjew ma naqtgħux qalbna, nitolbu, infittxu l-għajnuna, nagħmlu kuraġġ u nagħtu l-pass li jmiss b’ferħ u tama.
L-ESPERJENZA FL-OQSMA TAL-
ALBANIJA
Roberto D’Amato
Ġieli mort f’post ta’ xi ħadd u xammejt xi ħaġa li tabbinha miegħu? Jew mhux darba xxomm riħa u kull darba li xxomm xi ħaġa viċin tagħha tfakkrek f’xi ħadd! Tista’ tgħid li aħna ġralna l-istess. L-esperjenza li kellna ġewwa l-Albanija ġabitna f’postna għax indunajna li dak li ngħixu Malta, jgħixuh ukoll f’postijiet barra minn Malta b’modi ftit differenti, iżda bl-istess skop tagħna; dak li Ġesù jkun magħruf u maħbub. Iżda fl-Albanija ndunajna li hemm l-istess “riħa”, ir-“riħa” t’Alla għaliex verament stajna nħossu li Alla jinsab magħna. Filfatt nistqarru li kien providenzjali l-motto li sibna mill-ktieb ta’ Dun Ġorġ ‘Teżorijiet ta’ Missirijietna’ fejn Dun Ġorġ jgħid li L-Ispirtu tas-Sinjur Alla jimla d-dinja kollha! U mhux talli jimliha imma
jfawwarha bi grazzji kbar għax tassew li għal Alla m’hemm xejn prezzjuż ħlief il-bniedem. Impossibli li fi ftit kliem nirrakuntalkom dak li għamilna. Warakollox żgur li diġa smajtuna nirrakuntaw ħafna. Iżda f’dawn ilftit kliem se nitkellem dwar bosta aspetti li ħsibna fuqhom, aspetti li mhux biss jagħmluk missjunarju aħjar imma Nisrani aħjar. L-Albanija kien post iddikjarat ateu mill-Kommunist Enver Hoxha u allura kull min kien Kattoliku ma setax jipprattika l-fidi tiegħu għaliex anke l-knejjes biddel f’postijiet pubbliċi. Wara l-waqa’ tal-Kommuniżmu, bosta missjunarji marru f’dan il-pajjiż biex jagħtu l-għajnuna tagħhom fosthom is-Soċjetà tal-Museum. Maż-żmien din is-Soċjetà ħadmet
u stinkat biex lit-tfal, żgħażagħ u adulti li jiltaqgħu magħha, tlaqqagħhom ma’ Ġesù b’bosta modi. U għalkemm ma jkunux ħafna li jitgħammdu imma jkunu ħafna li jattribwixxu kwalitajiet Insara fil-ħajja tagħhom. Li jkollok tfal u żgħażagħ li tarahom jitolbu, jieħdu sehem fil-quddiesa ta’ nhar ta’ Ħadd u jieħdu sehem flattivitajiet tasSoċjetà huma grazzji kbar. Aħna bqajna ppresjonati bil-fidi ta’ ħafna u tħares lejhom tħoss li l-fidi tiegħek hija bħak qatra f’oċean. Titgħallem tapprezza l-fidi tiegħek u ma toħodiex for granted għax f’pajjiż fejn il-fidi kellhom ibgħatu għaliha, hija l-għeżeż ħaġa għalihom. Dun Ġorġ mhux ta’ b’xejn li xtaq li l-membri jgħixu fuq sitt proponimenti prinċipali għaliex f’Soċjetà missjunarja dawn ilproponimenti tassew jagħmlu
sens. Fil-missjoni trid tiftaqar mhux biss għax ikollok taddatta għal għixien tagħhom u allura fil-każ tal-Albanija, b’paga miżera ħafna u bi still ta’ ħajja relattivament irħisa imma għax trid tiftaqar minn bosta kumditajiet li jkollok id-dar tiegħek u taċċetta dak li jagħmel miegħek il-Mulej u ma tistenna xejn “għax min jixtieq xi ħaġa jsir anzjuż għaliha u jitlef il-paċi” (San Ġorġ Preca). Kemm hi sabiħa s-sempliċità! Bosta tfal u żgħażagħ jgħixu f’sempliċita kbira u naħseb li hi f’din is-sempliċita li qegħdin jiltaqgħu ma’ Ġesù fil-ħajja tagħhom. Jgħixu f’pajjiż li ma tantx joffri ħafna imma huma kuntenti u lis-Soċjetà jħobbuha ħafna. Verament tesperjenza s-sempliċita tat-tfal u l-ħlewwa kbira tagħhom. U x’tista tgħid fuq il-ħlewwa. Kull darba li tiltaqa magħhom jiġu jiġru jgħannquk u
jeħdulek b’idejk. Indunajna kemm huma nies welcoming ħafna u li lesti li jagħtuk imħabbithom. Din il-ħlewwa stajna nesperjenzawha wkoll fil-komunità tal-membri li konna fiha. B’differenza minn Malta, il-membri jgħixu flimkien, kuljum, kulħadd bil-karattru tiegħu, l-ideat tiegħu eċċ. Iżda l-ħlewwa u l-umiltà wkoll jgħinuk taċċetta lil dak li jkun u flimkien taħdem għall-għan li ntbgħatt għalih; tiċċekken biex jikber Hu. Ma jfissirx li kollox ward u żahar, imma l-manswetudni tgħinek biex iva l-ħajja tkompli u aħna nkomplu naħdmu flimkien. Ma għandniex xi ngħidu, il-missjoni tumiljak. Filli tinsab Malta,tista
titkellem, tgħallem, tesprimi dak li taf, jafuk in-nies u filli tmur f’post li la taf lil ħadd u lanqas tista tkellem lil kulħadd kif trid għax il-lingwa kienet ta’ barrikata kbira. Mhux faċli tmur u ma tistax tkellimhom kif trid. Xi kultant konna niftehmu bis-sinjali, oħrajn kien jiġi xi ħadd ifehmna u oħrajn konna nilagħbu xi logħba futbol jew immorru l-baħar u hemm konna niftehmu żgur. Għalkemm int tkun qiegħed hemm biex tagħmel il-ħid tinduna li mhux kulħadd japprezza dak li tagħmel u jkun hawn li trid teżerċita l-imħabba lejn id-Disprezzi. Iżda fuq kollox l-Imħabba. Mhux imħabba normali iżda imħabba
kbira, imħabba li twasslek li tagħmel kollox, dak li tista biex din il-missjoni tkun ta’ ġid mhux biss għalik imma għal dawk ta’ madwarek. L-imħabba ġġib magħha s-sagrifiċċji u kbar ukoll. Kienet l-ewwel safra tiegħi ta’ dan it-tul ‘il bogħod mill-familja tiegħi u tdan hu sentiment li jinħass ħafna. L-imħabba trid tkun dik ilmezz ta’ komunikazzjoni bejnek u bejn in-niesl i tiltaqa’ magħhom. Wieħed mill-crafts li għamilna waqt is-Summer Camp kienet qalb kbira li saret mill-grupp kollu bħala rapreżentazzjoni li għalkemm aħna ninsabu ‘l bogħod minn xulxin pero aħna magħqudin bl-imħabba. L-imħabba trid tgħinek tirrispetta wkoll: tirrispetta li sħabek talkomunità u tirrispetta lin-nies tal-post bit-traddizjonijie kollha tagħhom. Ma għandniex xi ngħidu dan kollu esperjenzajnieh waqt bosta attivitajiet li ġew oraginzzati: Summer Camp, Baħar, Bbq’s, Xogħol ta’ Manutenzjoni, Laqgħat ma’ gruppi differenti, Żjarat fil-Parroċċi differenti u
d-diskussjonijiet li konna naqbdu ma’ bosta nies differenti. Dawn li jagħmlu l-esperjenza. Kieku nispjegaha fi fti kliem ikolli ngħid li hi boost fil-vokazzjoni tiegħi għax verament tara dinamika oħra tal-vokazzjoni museumina u boost fil-fidi tiegħi għaliex apprezzajt iktar dak li ilni tant nemmen fiH. Jalla aħna wkoll, f’kull missjoni li tagħtina s-Soċjetà nagħmluha bl-ikbar imħabba u bl-ikbar umiltà li nħallu lilU juri x’inhi t-triq ‘il quddiem ta’ din ilmissjoni. Hekk ikun Hu li jmexxi bil-barkiet tiegħu.
“
Ħobbu s-Soċjetà u ħabirku li tmutu fiha. Imbierek hu min ikollu sehem fiha. Ewġenju Borġ
LI KIEKU ĠEĠÈ TWIELED
50 SENA
WARA ...
Michael Gauci Malta ta’ żmien Eugenio Borg kienet għal kollox differenti minn dik ta’ llum. Dan jagħmilha iktar diffiċli għalina biex nimitaw l-ħajja ta’ dan il-qaddis. Għalhekk, ejjew għal ftit nimmaġinaw kif seta` għex Ġeġè li kieku twieled 50 sena wara, jiġifieri fl-24 ta’ Lulju tal-1936, kieku hu miet din issena, propju fit-12 ta’ Marzu fl-età ta’ 80 sena. L-ewwel laqgħa tiegħu malFundatur ma kinitx tkun ta’ 20 sena fl-għalqa ta’ Luċtu, faċċata tal-Knisja ta’ San Gejtanu, iżda ta’ ħames snin meta familtu telqet mill-Isla biex marret toqgħod ilĦamrun. L-esperjenza tat-Tieni Gwerra Dinjija kien iġarrabha madwar din l-eta`.
Il-ħeġġa li kellu Eugenio Borg għat-tagħlim ma kinitx tħallieh ifalli lezzjoni waħda u nistgħu nimmaġinaw li t’14-il sena kien ikun minn tal-ewwel biex joffri ħinu ħalli jibda jgħallem xi klassi. Fl-inkorporazzjoni ta’ Ġeġè ilFundatur kieku kien jinsab tmien snin biss ‘il bogħod minn mewtu. Nifhmu ghalhekk li r-relazzjoni ta’ bejniethom ma kinitx kieku tkun mill-qrib daqskemm filfatt kienet. Ġeġè probabbli kien xorta jispiċċa jaħdem it-Tarzna, għad li n-nuqqas ta’ xogħol fil-ħamsinijiet seta’ wasslu biex emigra, propju fiż-żmien meta ntbagħtu l-ewwel soċji l-Awstralja. Xogħlu kien jagħmlu sewwa u fil-ħin, mingħajr ebda tlajjar żejjed.
Fil-lezzjonijiet tiegħu kien jieħu ħsieb li jqajjem fit-tfal qima lejn ilMadonna, tant kemm kien devot tagħha. Il-frażi sinonima ma’ Ġeġè, iddinja għamilnieha tagħna, ma nqishiex li kienet frott l-entużjażmu li żera’ fih il-Fundatur permezz tas-Soċjetà li waqqaf iżda kienet
iktar ġejja mill-aċċettazzjoni talistil ta’ ħajja Nisranija li tgħallem m’għand il-Fundatur u li kieku twieled nofs seklu wara, millqasam. Jalla din il-frażi, bħallesperjenzi li semmejna jgħinuna biex nibnu relazzjoni iktar millqrib ma’ dan il-qaddis.
FESTI IL-
John Sebastian Apap
Il-Festa tar-raħal hija waħda millikbar ġid kulturali ta’ pajjiżna. Tkun mistenija minn bosta nies. F’Settembru naraw l-istaġun talfesti, bejn wieħed u ieħor wara 4 xhur, jingħalaq. Il-Festi iġibu ħafna entjużjazmu kemm mill-kbar u ż-żgħar. Il-Festa tinqasam f’żewġ partijiet: il-liturġija li tħejji l-knisja magħrufa wkoll bħala l-festa ta’ ġewwa u l-attivitajiet li jħejju d-dillettanti. Ovjament l-iktar importanti huma s-6 ijiem ta’ qabel il-ġurnata talfesta li jkunu maqsumin ġurnata b’ġurnata iddedikati għal diversi nies tal-komunità tar-raħal. Fost dawn insibu it-tfal, iż-żgħażagħ, l-anzjani, il-miżżewġin, il-qassisin eċċ. It-tliet ijiem ta’ qabel lejliet ilfesta jissejħu tridijiet. F’jum il-Festa tkun mistennija il-quddiesa fejn iċ-ċelebrant, li qiegħed iqaddes,
jagħmel omelija daqsxejn twila fuq il-patrun/a tar-raħal. Dan id-diskors jissejjaħ paniġierku. Il-Malti magħruf għal kemm dak li jħobb ikun irid jurih lil kulħadd. Id-dellettanti jaħdmu bi ħġarhom ġimgħa wara ġimgħa biex xogħalhom jiġi espost f’din ilġimgħa tant importanti. Xi gruppi li jagħtu s-sehem tagħhom huma tan-nar tal-art u tal-ajru li jinħadem u jinħaraq b’tant reqqa u ħila, talarmar li jarmaw it-toroq u tal-banda li jpaxxu l-widna bil-marċi brijjużi li jħejju. Aħna bħala katekisti fi ħdan isSoċjetà għandna nieħdu eżempji u nimxu wara dawn il-qaddisin. Dawn kienu nies bħalna li mxew wara l-passi ta’ Ġesù u li din ilmixja wasslithom għall-ħajja eterna miegħu.
KIF GĦANDI NQASSAM IL-
ĦIN TIEGĦI Owen Felice Iż-żmien jgħaddi u ma jistenna lil ħadd. Ħafna drabi nsibu diffikultà biex inlaħħqu mal-impjenji, studju, qadi, MUSEUM u affarijiet oħra u nsibuha diffiċli biex nqassmu l-ħin. L-ewwel ħaġa li għandha ssir hija li nidentifikaw l-affarijiet li qed jeħodulna l-ħin u naraw l-importanza tagħhom. L-affarijiet ta’ bla valur u irrelevanti għandna naħsbu sew fuqhom u naraw għandniex inkomplu nagħmluhom jew le. Jista’ jkun li dawn itellfuna milli nagħtu l-importanza li jixraq lil affarijiet oħra.
L-għażla Dan il-proċess hu mimli għażliet. Biex nieħdu eżempju, se naslu fi stadji f’ħajjitna fejn irridu nagħżlu l-MUSEUM fuq impenji oħra jekk nieħdu din il-vokazzjoni bis-serjetà. Naturalment, din ma tkunx dejjem faċli. Il-ħin irridu nippjanawh ukoll. Bħalma komponiment bla ppjanar u bla struttura jgerfxek, hekk ukoll ilħin jekk ma jiġix ippjanat sew. Għandu jkollna viżjoni korretta ta’ kif se jitqassam il-ħin ħalli filmument ma nsibux diffikultajiet. Michael Altshuler jgħid:
“L-aħbar il-ħażina hi li l-ħin itir.
L-aħbar it-tajba hi li int il-pilota tiegħu.”
IS-SOĊJETÀ
FL-ESTERU Christopher Conrad San Ġorġ mill-ewwel wera x-xewqa li s-soċjetà li waqqaf ma tibqax biss Malta, iżda tixtered mad-dinja kollha. Il-fundatur wera xhieda ta’ dan, fuq kollox, permezz tal-isem MUSEUM, li tah it-tifsira Magister Utinam Sequatur Evangelium Universus Mundus, jiġifieri ‘Mgħallem mhux li kien li d-dinja kollha timxi wara l-Evanġelju tiegħek’. Illum il-ġurnata, din il-ħolma ta’ Dun Ġorġ bdiet issir realtà, hekk kif insibu numru t’ oqsma mxerrdin ma’ seba’ pajjiżi ‘l barra minn xtutna. Huma bosta dawk is-soċji li ħallew il-ħajja tagħhom f’Malta biex ikomplu l-missjoni tagħhom fl-esteru, xi wħud saħansitra b’mod permanenti. F’dawn tispikka fuq kollox l-imħabba lejn
is-Soċjeta` u t-tixrid tal-Evanġelju, li twassalhom iħallu warajhom mhux biss ix-xogħol u l-familja, iżda wkoll is-sikurezza tal-post li fih trabbew, hekk kif jiffaċċjaw realtajiet u kulturi differenti. Għalhekk, minkejja li din mhix is-sejħa ta’ kull membru, il-valuri li tant jispikkaw f’dawn is-soċji għandhom ikunu ta’ mudell għal kull wieħed minna li qegħdin filmixja tal-vokazzjoni museumina.
L-EWWEL DAQQA TA’
MANNARA
GĦAS-SOĊJETÀ
Samuel Cutajar Waqt li s-Soċjetà kienet qiegħda tikber u tistabbilixxi ruħha, ilKnisja kienet qiegħda tħares fuq din l-għaqda li f’dak iż-żmien kienet ġdida għal kollox. IlVigarju Mons. Salv. Grech beda jagħti każ ta’ dak li beda jisma’ fuq din is-Soċjetà ġdida ta’ Dun Ġorġ. Irrikorra għall-kappillan talĦamrun biex ikun jaf iżjed x’qed isir eżatt, minħabba li Dun Ġorġ kien qiegħed jiġbed folol kbar ta’ nies warajh. Xniehat li kienu waslu għand il-vigarju kienu jgħidu li moħħ Dun Ġorġ ħfief minħabba li kien għadu kemm iqum mill-marda li kienet kważi waslitu għall-mewt. U kien għalhekk li l-vigarju avviċina lil Dun Ġorġ u qallu “Int għandek dawk l-Istituti: neħħihom kollha”. Iżda Dun Ġorġ flok inkorla jew irribatta dak li qallu il-vigarju,
wieġeb hekk “Intom is-superjuri, jiena sudditu tagħkom, għandi nobdikom. Inneħħihom kollha”. Qallu benedizzjoni u ħareġ. Dun Ġorġ obda mingħajr l-ebda raġunar u kien lest li bl-akbar umiltà jbaxxi rasu quddiem l-Awtorità tal-Knisja. Dakinhar stess filgħaxija beda jiftaħ qalbu mal-ewwel żgħażagħ tiegħu u beda jagħlaq il-Mużewijiet. Skond Dun Ġorġ stess, din iddeċiżjoni kienet id-daqqa talmannara biex teqred is-Soċjetà mill-għerq. Kien laħaq għalaq mużew wieħed biss meta l-kappillani marru għand ilVigarju biex jiddefendu l-opra tassew kbira li kienet qiegħda isseħħ mis-Soċjetà tal-mużew. U bis-silenzju ħalla kollox miexi kif inhu.
AVVIŻI Ħarġa Kulturali
28
ta’ Ottubru
Għall-Kandidati kollha Aktar dettalji jingħataw il-quddiem
Novena f’
Dar il-Ħanin Samaritan
9
ta’ Diċembru
Għall-Kandidati u l-Ġenituri Aktar dettalji jingħataw il-quddiem
“Jekk lill-Fundatur ma nimitawhx, speċjalment fl-umiltà, ma jiswielna xejn.” Ewġenju Borg