Il-Kandidat Ġunju|Lulju 2016

Page 1


Werrej

Werrej

2

Messaġġ mid-Direttur

4

Sedes Prudentiæ u s-Sinagoga tal-Filosofi

6

Id-Dimensjoni Ċelibatarja

10

Like Stars on Earth

14

Il-Kandidat Impjegat

16

Avvizi

18 Ġunju | Lulju 2016


Werrej

Ġunju | Lulju 2016

L-Editorjal

Ġ

minn Reuben Caruana

ej, ġej, ġej, u fl-aħħar wasal is-sajf tant mistenni minn kulħadd. Hu żmien ta’ festi, BBQs, għawm, vaganzi, safar, shutdowns u rilassar. Huwa żmien li matul issena nkun pjanajna li se nagħmlu ħafna affarijiet fih imma spiss jiġ 14ri li ninsewhom jew ma nsibux ħin għalihom.

Il-pittura tal-qoxra ta’ Ryan D’Amato

L-iswed tad-dell tal-Katidrali jġielek tħoss is-sens ta’ misteru, bħal fil-ħajja tagħna l-kandidati. Biss ix-xemx tagħt15i d-dawl tagħha u b’hekk xorta jifadal ittama biex naslu fejn Iridna naslu.

Il-Kandidat

Is-sajf joffrilna ħafna ħin li nistaw nutilizzawh b’mod tajjeb, iżda kull tant l-idea ta’ ħafna ħin f’idejna tista twassalna biex naħlu parti kbir minnhu. Għalhekk das-sajf nippruvaw noqgħodu attenti aktar kif nqasmhu l-ħin biex ma jmurx jiġrilna bħall-ġurat l-għażżien. 3


Formazzjoni

Messaġġ mid-Direttur minn Carmel Caruana

A

ħna li nattendu floqsma tal-Museum, meta jibda riesaq iż-żmien tas-sajf, nibdew naraw x’se nagħmlu u norganiżżaw biex l-oqsma tagħna jibqgħu mexjin jekk jista jkun bl-istess ritmu.

ftit mistrieħ, imma naħseb li lkoll naqblu li l-formazzjoni m’għandhiex tieqaf għax wasal is-sajf.

Dan ġej mill-kultura museumina li tlajna fiha, jiġifieri li t-tagħlim m’għandux vaganzi. Din il-ħaġa kien jisħaq ħafna fuqha l-Fundatur u anke l-ewlenin membri.

Għalina li qegħdin fil-mixja fil-kors talPreresponsorju u tarResponsorju, anke dan iż-żmien tas-sajf niħduh bisserjetà li tixraqlu. Għalh4ekk il-Preresponsorju jibqa’ għaddej regolari, u r-Responsorju jieqaf minn normal tiegħu,

Għalkemm kulħadd jaqbel li għandna dritt għal 4

Din l-attitudni rridu nibżgħu għaliha u allaħares li nitilfuha!

Ġunju | Lulju 2016


Formazzjoni

imma jinbidel f’esperjenzi differenti għal kull sena. Kemm tkun effettiva l-esperjenza ma tiddependix minn ħaddieħor biss, imma l-aktar minn kemm jiena nidħol għaliha b’ottimiżmu u ħeġġa.

b’impenn u b’attitudni pożittiva, biex wara s-sajf inkunu Kandidati mibdula għall-aħjar, biex imbagħad dak li kien jgħid il-Fundatur, “Aħna nkunu skont dak li nirċievu” ikun jgħodd għalina wkoll!

Għalkemm l-esperjenzi tar-Responsorju huma differenti, kollha b’xi mod għandhom iħallu l-effett posittiv tagħhom filformazzjoni Museumina. Inħeġġiġkom biex nidħlu għal din l-okkazjoni Il-Kandidat

5


Kitbiet mill-Fundatur

Formazzjoni

Sedes Prudentiæ u s-Sinagoga tal-Filosofi minn Darrel Pace

X

’inhi l-prudenza għalik personali? Hi x’inhi r-risposta tiegħek, jalla mhux il-kandidati u l-membri tal-MUSEUM biss jagħrfu dan il-valur, iżda kull persuna oħra li qed tgħix ilvokazzjoni tagħha. Sedes Prudentiæ u isSinagoga tal-Filosofi huma żewġ kitbiet marbutin ma’ xulxin u ħarġu fi żmien wieħed fis-snin tletin. Kienu stampati għall-użu privat tal-membri tal-MUSEUM biex jużawhom fil-laqgħat tagħhom. Fl-2003, iż-żewġ kitbiet ġew ippubblikati fi ktieb wieħed. Bilpubblikazzjoni tal-ktieb, il6

pubbliku inġenerali seta’ jgawdi minn dak li kiteb San Ġorġ Preca. “Huwa prudenti min jagħraf dak li jaqbel li wieħed jagħmel jew li ma jagħmilx, u jaddatta l-veru m13ezz għallfini”, “Il-prudent, qabel ma jagħti deċiżjoni għall-azzjoni jew għall-opra, iħares lejn iż-żmien l-imgħoddi, lejn iż-żmien futur, u lejn iżżmien preżenti, u lanqas ma jistrieħ fuqu nnifsu, iżda jfittex il-parir, u jirrikorri għall-orazzjoni, għax kull don tajjeb huwa nieżel missema mill-Missier...”

Ġunju | Lulju 2016


Formazzjoni

Fl-ewwel ktieb, Sedes Prudentiæ , jew aħjar IsSiġġu tal-Prudenza, San Ġorġ Preca ma jagħtix definizzjoni waħda bħal f’dizzjunarju u jieqaf hemm. Għall-ewwel jagħti informazzjoni neċessarja dwar x’jiġifieri li tkun prudenti. B’kollox jagħti ħdax-il stqarrija ta’ x’jiġifieri tkun prudenti, jew x’jiġifieri li ma tkunx. Imbagħad jgħaddi għall-punti prattiċi. It-tifsira tal-virtù tingħaraf mill-prattiċità tagħha. F’din it-taqsima l-kandidati u l-membri għandhom linja gwida ta’ kif għandhom jgħixu jekk jixtiequ jħaddnu din il-virtù speċjali u għażiża. Il-Kandidat

Kitbiet mill-Fundatur

Għalkemm għaddew is-snin minn mindu ħarġu dawn it-taqsimiet prinċipali u l-lingwa u l-użu tagħha jixhdu ż-żmien li fih kiteb Dun Ġorġ, xorta nistqarr li l-punti baqgħu relevanti u validi għad-dinja tal-lum. F’dinja li kulma jmur qed timtela b’nies li qas biex jafu fejn toqgħod il-prudenza, aħseb u ara kemm jgħixuha, dan il-ktieb żgur li joffri eżempji u punti prattiċi ta’ kif wieħed għandu jgħix biex jakkwista l-prudenza. “Bniedem prudent ma jgħidx kulma j8aħseb, lanqas juri kulma jaf”.

7


Kitbiet mill-Fundatur

“Bniedem prudent ma jgħidx li jrid biex ma jismax li ma jridx”. Dawn flimkien mal-bqija żgur li joffru sfida għal min qiegħed jipprova jgħix ilpariri li kiteb San Ġorġ Preca. Nistqarr li wħud minnhom faċli taqrahom meta j3kunu miktubin fil-ktieb, iżda iżjed diffiċli biex twettaqhom tassew f’ħajtek. Fit-taqsima, Is-Sinagoga tal-Filosofi, Dun Ġorġ jibda billi jispjega l-kliem “Sinagoga”, u “Filosofi” fittitlu ta’ din it-taqsima. Is“Sinagoga” tfisser “ġemgħa ta’ nies miġburin flimkien”, 8

Formazzjoni

waqt li “Filosofi”, magħġuna minn żewġ kelmiet griegi, “filo” li tfisser “tħobb” u “sofija” li tfisser “l-għerf”, tindika l-bniedem li jħobb l-għerf. Għaldaqstant, ittitlu jfisser, “ġemgħa ta’ nies li jħobbu l-għerf”. FirRegola stess hemm miktub li l-membri għandhom iħobbu t-tagħlim billi jibqgħu jitgħallmu u jaqraw u jżidu l-għerf tagħhom biex jgħadduh lill-oħrajn, fl-appostolat tagħhom. L-eżerċizzju tas-Sinagoga isir biex wieħed ikun imħarreġ fil-prattika li jikkomunika, ma’ min ikun, bil-verità u l-persważjoni. Għaldaqstant permezz ta’ dan l-eżerċizzju, Ġunju | Lulju 2016


Formazzjoni

is-Soċjetà tkun qiegħda taqdi l-missjoni tagħha li tgħallem lill-oħrajn. Il-materjal li jingħadda f’dan il-ktieb hu magħmul minn proverbji li ħallewlna missirjietna, bħal, “ilbniedem jipproponi u Alla jiddisponi”, jew tagħlim tal-Knisja jew mill-Iskrittura Mqaddsa bħal, “li kulma toffri lil Alla agħtihulu b’qalbek kollha”. B’kollox hemm ħames mija u ħamsin stqarrija. Nikkonkludi b’punt li ngħadda fit-taqsima ta’ Is-Sinagoga tal-Filosofi. “Mhux li wieħed jisma’, iżda Il-Kandidat

Kitbiet mill-Fundatur

li wieħed jaħseb u jirrifletti jagħmel il-ġid lilu nnifsu, u hija ħaġa naturali li ssir oġġett ta’ rif11lessjoni jew ta’ meditazzjoni sentenza li ma tkunx imbulmata filmoħħ għall-qosor tagħha”. Jalla l-pariri li jidhru f’dawn iż-żewġ kitbiet tal-fundatur ma jibqgħux biss miktubin fil-ktieb, iżda jiġu assimilati minna lkoll biex inkomplu ngħixuhom u jekk nonqsu minnhom, nammettu l-iżball tagħna u nibqgħu naħdmu għal iktar impenn f’din ilvirtù.

9


Id-Dimensjonijiet

Formazzjoni

Id-Dimensjoni Ċelibatarja minn Antoine Falzon

I

d-Dokument IlVokazzjoni Museumina: Identità u Formazzjoni huwa dokument li juri l-ġmiel tassejħa tagħna u jixħet dawl fuq il-viżjoni u l-kariżma tasSoċjetà. Huwa dokument li jagħtina l-5 dimensjonijiet tal-vokazzjoni tagħna. Fost dawn insibu d-Dimensjoni Ċelibali. Il-Fundatur tagħna, minn kmieni tnebbaħ bilviżjoni ta’ lajċi ċelibi u kien għalhekk li meta wasal il-mument, huwa xtaq li jibqgħu miegħu dawk li 10

ma kinux miżżewġa. X’kien l-iskop tal-Fundatur li jkollu membri ċelibi? Għaliex ma riedx miżżewġin filgħaqda tiegħu? Huwa xtaq li l-memb1ri, jgħixu stat ta’ ħajja li fih wieħed joħloq spazju għal Alla biex jingħata kompletament lilu. Il-Fundatur xtaq u għadu jixtieq li l-membri jagħrfu lil Alla f’ħajjithom filwaqt li jagħżlu li jkunu kompletament tiegħu. F’paragrafu 8 tadDirettorju Ġenerali nsibu:

Ġunju | Lulju 2016


Id-Dimensjonijiet

Formazzjoni

2

1 Lajkali

3

Ċelibatarja

Attiva Appostolika

4

5

Profetika Kontemplattiva

“Biċ-ċelibat

tagħhom, il-membri jagħtu xhieda tal-ħajja li għadha ġejja għax juru dak li ma jintemmx. Hekk qalb il-membru ma tkunx maqsuma u jkun kapaċi jagħti lilu nnifsu kompletament għall-qadi fl-appostolat. Direttorju Ġenerali

Il-membri jħaddnu ċ-ċelibat għas-Saltna t’Alla bħala don, grazzja u ħidma tal-Ispirtu s-Santu. Biċċelibat il-membri jagħrfu lil Alla fl-ewwel post u jagħżlu li jiddedikawha Il-Kandidat

kompletament għalih. Kull membru tas-Soċjetà għandu jagħraf il-valur qawwi taċ-ċelib6at li bħal Kristu jrid jiżvojta lilu nnifsu u ma jħalli xejn jidħol bejnu u bejn Alla. Għalhekk, il11


Id-Dimensjonijiet

ħajja tal-membru għandha tiddependi fuq il-ħajja tattalb li jgħinna nidħlu f’aktar intimità mal-Mulej. Biex wieħed jgħix iċċelibat tiegħu b’mod san, il-membru għandu jidd10ixxerni u jżomm d-dixxiplina fuqu nnifsu quddiem ħafna għażliet li d-dinja tippreżentalna. Għalhekk huwa meħtieġ li jkollna din ir-relazzjoni malMulej. Id-Dokument isemmi tliet kompensazzjonijiet li jistgħu jinbtu fl-għejxien mhux san taċ-ċelibat: stil ta’ 12

Formazzjoni

ħajja komda u indipendenti; ebusija ta’ qalb insensittiva u nieqsa minn emozzjonijiet umani lejn l-oħrajn u xogħol impulsiv bħala l-aqwa sodisfazzjon tiegħu. Iktar ma wieħed jingħaqad ma’ Alla, iktar il-periklu ta’ dawn il-kompensazzjonijiet jonqos. Fil-ħajja ċelibi, il-membru għandu jkollu attenzjoni u prudenza fl-użu tal-mezzi kollha ta’ komunikazzjoni. Dawn il-mezzi jistgħu jkunu ta’ tfixkil għall-għajxien talkastità u għalhekk wieħed Ġunju | Lulju 2016


Formazzjoni

irid ikun prudenti. Għajnuna mill-aqwa biex il-membri jħarsu l-kastità u jikbru fiha hija l-ħbiberija vera u sinċiera li għandu jkun hemm bejn il-membri tal-qasam. Ir-relazzjoni sana u sabiħa ta’ bejn il-membri tgħin lil kull wieħed biex jgħix iċ-ċelibat tiegħu.

Id-Dimensjonijiet

insibuha diffiċli li ngħixuh f’mumenti partikulari filħajja tagħna. Importanti li nagħrblu l-fini għaliex qed ngħixuh u ta’ spiss inġeddu l-għotja tagħna lil Alla biex nibqgħu leali lejH.

Mezz ieħor li jgħinna biex ngħixu ċ-ċelibat b’mod san hi d-direzzjoni spiritwali. Permezz tagħha nkunu nistgħu nieħdu għajnuna speċjalment meta nibdew Il-Kandidat

13


Riżorsi

Film

Like Stars on Earth minn Kurt Delia

W

ieħed mill-iktar films li għamel ħoss fl-Indja fl-2007 kien ilfilm Taare Zameen Par. Tant hu hekk li ftit taż-żmien wara, il-kumpanija famuża Disney iddeċidiet li tixtri d-drittijiet tal-film u tittraduċih għallingwa Ingliża. Għalhekk ingħata l-isem ta’ Like Stars on Earth. Il-protagonist tal-istorja hu t-tifel Ishaan 5li jkun ibati mill-kundizzjoni ta’ dyslexia. Sfortunatament dan it-tifel ftit kien isib għajnuna minn ta’ madwaru. Lanqas id14

dar ma kien isib l-għajnuna fejn mhux l-ewwel darba li spiċċa ħażin ma’ missieru għax ma jkunx obdieh. Meta jaraw li fl-iskola mhux qed jirnexxi bħal ħuh, sforz anke l-ħmerijiet li kien jagħmel, il-missier jiddeċiedi li jibgħat lil ibnu f’boarding s7chool ħalli jiġi ddixiplinat. F’ din ilboarding school l-affarijiet ma nbidlux wisq u Ishaan kompla jiġi ttrawmatizzat bil-firda mill-ġenituri tiegħu.

Ġunju | Lulju 2016


Riżorsi

Sakemm darba fl-iskola ġie għalliem bl-isem ta’ Khan illi biddel il-ħajja tattifel minn waħda ta’ dlam għal ħajja sabiħa u ottimista. Minflok il-lezzjonijiet minn wara il-mejda mimlija għajat, dan l-għalliem juża modi oħrajn li bihom joħroġ it-talenti u l-immaġinazzjoni tat-tfal inkluż Ishaan. Imma fuq kollox dan l-għalliem jirnexxielu jidħol fil-ħajja tat-tifel għax ji9mpurtah minnu u veru iridlu il-ġid. Dan għaliex hu stess kien ibati minn problema simili meta kien iżgħar. Il-Kandidat

Film

Dan l-għalliem jibda jgħallem lit-tifel jikteb u jaqra b’ modi li t-tifel jista jifhem aħjar. Sakemm Khan darba jorganizza kompetizzjoni tal-arti mal-iskola kollha, bil-kompetizzjoni jirbaħa Ishaan, li jgħannaq lillgħalliem li bidillu ħajtu. li min Ċert2ament għadu ma rax dan il-film nissuġġerilu li f’ dan is-sajf jagħtih daqqa t’għajn għax għalina fis-Soċjeta jista’ jkun ta’ ispirazzjoni kbira.

15


Esperjenzi

Kandidat

Il-Kandidat Impjegat minn Keith Lia

J

iena għall-bidu tal-

nterna.

nistqarr il-verità li sibtha

Barra

kandidatura

naqgħa

inlaħħaq xogħol

u

għamilt

tiegħi li jiena tal-mużew, li

max-

Iżda,

wara

evalwazzjoni

il-ħin

l-affarijiet

aħjar

tax-

xogħol u anki fl-affarijiet tal-mużew.

Meta

bdejt

nilħaq dan l-għan bdejt inħossni miegħi 16

ma

mal-affarijiet

kemm

li dan huwa possibli billi f’kemm

kollu,

kontx inħossni komdu li

bejnhi u bejn ruħi ndunajt nqassam

dan

biex

diffiċċli

tal-mużew. li

tiegħi,

aktar

nnifsi

u

komdu

f’paċi

nuri mal-kollegi tax-xogħol sirt kandidat, u fil-fatt mhux l-ewwel

darba

li

meta

kienu jistaqsuni x’għamilt fil-‘weekend’

nivvinta

xi

ħaġa jew indawwar id-

diskors fuq xi ħaġa oħra, basta ma nsemmiex li jiena

membru tal-mużew. Iżda, din il-ħaġa bdiet tkiddni ġewwa fija, għax kont naf

li qed inwarrab ħaġa li tant Ġunju | Lulju 2016


Esperjenzi

Kandidat

ngħożż u niddedika ħin għaliha.

B’hekk

avviċinajt

tkellimt

persuna

u

li

kienet fl-istess sitwazzjoni tiegħi qabe12l u qalli li ma

għandix għalfejn nistħi nuri jiena x’jien verament jekk

il-lotterija

għax

bdejt

inħossni kuntent u erġajt

sibt dik is-serenità ġewwa fija. Aktar minn hekk, bdejt nwassal

lill-Ġesù

Kristu

u l-Kelma t’Alla għand ilkollegi tiegħi kemm bilkliem u bl-eżempju tiegħi.

din nemmen fiha, ngħożża

u hi xi ħaġa li kburi biha. Dan il-kliem laqatni ħafna u mort id-dar naħseb fuqu u ħadt deċiżjoni. Mill-għada bdejt

inmur

ix-xogħol

bil-‘badge’tal-mużew

u ħassejnti qisni irbaħt Il-Kandidat

17


Avviżi

Avviżi

Esperjenzi

18

L-Ewwel Sena

Esperjenzi fid-DĦS u l-Librerija tas-self

It-Tieni Sena

Laqgħat għall-Magħżulin fl-animazzjonijiet

It-Tielet Sena

Esperjenzi f’oqsma oħra

Ir-Raba Sena

Esperjenza fil-qasam ta’ Ruiru fil-Kenya Ġunju | Lulju 2016


Avviżi

Study Weekends Il-Metodu ‘Dun Ġorġ’

‘Niskopru lil San Ġorġ Preca’

elementi fil-metodoloġija Museumina

L-Ewwel u t-Tieni Sena

It-Tielet u r-Raba Sena

9-11

ta’ Settembru Il-Kandidat

23-25

ta’ Settembru 19


“True wisdom comes to each of us when we realize how little we understand about life, ourselves, and the world around us” Socrates

Għal kummenti u suġġerimenti, kellem lil xi membru mit-tim editorjali jew ibgħat imejl fuq: rivista.ilkandidat@gmail.com


Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.