Il-Kandidat April | Mejju 2015

Page 1


Werrej

Werrej

Annabe

#tlaqna...

4

Sieħbi, Vassallo L-Irwoli ibża’ għall-ħin! 20 tal-Kumitat 14 Stress Sri

18

8

11

6

Il-Fidi hi kollox?

Mill-Pinna tad-Direttur 2

19

Il-Mużika

16

2

Il-Ġinnasju Remem Spiritwali Tit April | Mejju 2015

I


Werrej

April|Mejju 2015

abelle “X’se tagħmel int fil-Milied?!” ssallo

20

Sriep u Slielem

24

ka

26

“M’għandix biżżejjed ħin”

22

member the Titans

5

27

Għall-kummenti u suġġerimenti, kellem lil xi membru mit-tim editorjali jew ibgħat emejl fuq: rivista. ilkandidat@ gmail.com

Il-Kandidat

30 Avviżi

3


Editorjal

#tlaqna...

minn Roberto D’Amato u Jeremy Farrugia

Ħ

ofor. Nuqqas t’ossiġnu. Triq twila. Kesħa xxoqq l-għadam. Basket. Sfida. Silġ. Quċċata. Veduta. Sodisfazzjon. Dan kollu jiddeskrivi l-vjaġġ li kieku kellek tagħmel qalb ilmuntanji. Kif nafu l-ambjent li toffri l-muntanja mhux xi wieħed pjaċevoli għax wieħed jista’ jiltaqa’ ma’ bosta ostakli fi triqtu lejn il-quċċata. Għaldaqstant it-triq għall-quċċata hi waħda twila u diffiċli. Iżda jekk iżżomm quddiem għajnejk dak li tixtieq tilħaq mela b’kuraġġ u bla ebda qtigħ ta’ qalb tasal fejn tixtieq. U fil-quċċata tal-muntanja jkollok sodisfazzjon kbir, tant li tkun trid taqsmu mal-oħrajn. U xi ngħidu imbagħad għallveduta li tista’ tgawdi minn dik il-quċċata, quċċata li hi superjuri fuq kull ħaġa oħra li ssib fil-belt?!

ta’ ‘Il-Kandidat’ ta’ din is-sena propju juri dan. Fil-logo nsibu muntanja li fil-quċċata tagħha hemm dawl qawwi u qalb dan id-dawl insibu s-salib li hu s-salvazzjoni tagħna; id-dawl li jdawlilna ħajjitna. Għax ħajjitna, hi bħal vjaġġ ta’ muntanja. Ilħajja toffrilna sfidi li ma jieqfu qatt u ngħiduha kif inhi Alla ħares jieqfu għax tkun ħajja monotona. Iżda għalkemm ikollna dawn l-isfidi, aħna ma għandna naqtgħu qalbna qatt għax kif ħaddieħor irnexxielu jasal, anke aħna nistgħu naslu jekk nemmnu fina u fiH.

Jekk quddiemna nżommu lil Ġesù bħala dak li rridu naslu għalih, mela l-ebda sfida u l-ebda intopp mhu ħa jżommna milli naslu sal-quċċata; tasal kif tasal. Ġesù mhux ħa joqgħod iħares lejn l-istat ta’ kif wasalt però x’għamilt biex wasalt; Il-logo li qed kemm ħabbejt, kemm xerridt nippreżentawlkom għar-rivista ferħ u paċi ma’ kulħadd u 4

April | Mejju 2015

I


5

Editorjal

finalment kemm kont kapaċi li tgħin lil ħaddieħor jasal flimkien miegħek sal-quċċata. Bil-limiti u bid-diffikultajiet tagħna, meta naslu ħdejn issalib, fil-quċċata tal-muntanja, aħna nistgħu ngawdu wkoll minn dik il-veduta li raw tant nies qabilna. M’aħniex nirreferu għall-veduta tan-natura imma qed nirreferu għall-preżenza ta’ Kristu nnifsu. Dak hu l-isbaħ suċċess, u għal hemm aħna lkoll irridu naħdmu! Faċli li ngħidu dawn l-affarijiet, imma min jaf kemm ilna nsaqsu kif? X’se tkun il-gwida tagħna? Il-Gwida tagħna biex nilħqu dan iddawl irid ikun it-talb li joħroġ minn qalbna u li jgħaqqadna flimkien ma’ Ġesù. Kif qalilna Il-Kandidat

Ġesù stess: “Jekk tibqgħu fija u kliemi jibqa’ fikom, itolbu kull ma tridu u jingħatalkom” (Ġw15:7) Apparti minn hekk hemm xi ħaġa oħra. Barra minn hekk trid issir taf l-ambjent tal-post qabel tmur fih. B’dan ir-raġunament, it-tagħlim u l-Kelma t’Alla tgħinna nagħrfu lil Kristu, inħobbuh u mmorru ngawduh fil-Ġenna. Tibżax jekk xi darba tkun se taqa’. Ftakar li dejjem ħa ssibU lest biex jilqgħek u tkompli miexi lejH però ibqa’ emmen, ibqa’ aħdem, kun determinat u tħallix l-affarijiet ta’ madwarek jaqtgħulek qalbek. Ftakar li bilmod il-mod tasal u mhux biss tasal imma ħa tiltaqa’ ma’ dak li tant iħobbok. Tant iħobbna li miet għalina fuq is-salib. 5


Formazzjoni

Mill-Pinna tad-Direttur minn Karmenu Caruana

eżież Kandidati,

Għadna kemm għaddejna mill-esperjenza tar-Randan, tal-Ġimgħa Mqaddsa u talGħid il-Kbir. Nistaqsi jiena, x’baqa’ minn din l-esperjenza li kemm bħala Nsara u kemm bħala Museumini suppost li tħalli marka fuqna? Esperjenza tkun veru effettiva jekk ikun hemm bidla, din tista’ tkun għallaħjar jew għall-agħar, imma b’dak li ngawdu aħna naħseb għandha tkun bidla għallaħjar u li tħalli ħafna frott. Ejjew ma niqfux biss fuq ilĠimgħa Mqaddsa u nserrħu rasna u ngħidu kemm hija sabiħa u kemm il-Fundatur kien oriġinali fl-ispiritwalità.

6

Smajna, qrajna, tlabna u mmeditajna; issa jmiss lilek u lili, kif dan kollu li esperjenzajna, se nsarrfuh filQawmien ta’ Kristu Rxoxt. Huwa l-messaġġ tal-Irxoxt eżatt wara l-Qawmien li lilna l-membri tal-Museum jimlilna ħajjitna b’dak li xtaq ilFundatur mill-membri tasSoċjetà li waqqaf, u l-motto li ta lill-kelma M.U.S.E.U.M. “Mgħallem mhux li kien iddinja kollha timxi wara l-Evanġelju”. U qalilhom:

“Morru fid-dinja

kollha, xandru l-Evanġelju lill-ħolqien kollu. Mk 16:15

April | Mejju 2015

I


5

Formazzjoni

Biex naslu u nagħmlu dak li jixtieq il-Fundatur, irridu nkunu Kandidati li naraw kif qegħdin nieħdu l-formazzjoni tagħna. Jekk illum din il-ħaġa ma nagħtuhiex l-importanza li jixirqilha, żgur li mhux se nkunu minn dawk li xi darba nwettqu l-messaġġ tal-Leħen il-Maħbub u tal-maħbub Fundatur tagħna, għax ħadd ma jagħti minn dak li m’għandux! Ftit ġranet oħra se nkunu qegħdin niċċelebraw festa oħra tal-Fundatur. M’hemmx ċelebrazzjoni li tagħti ġieħ lil San Ġorġ Preca, li jara lilna l-membri nippruvaw ngħixu l-Vanġelu, li hu tant ħabrek biex dan jiġi mħabbar kemm minnu u kemm mill-għeżież Il-Kandidat

membri tal-għaqda li waqqaf. Mela ejjew nitkaxkru mill-eżempju tal-Fundatur u nimitawh f’dak li għandu x’jaqsam mal-Kurċifiss li għalih kien il-Ktieb il-Kbir, u nitgħallmu kemm nifilħu minnU billi jkollna l-ħarsa tagħna fuqu biss, biex imbagħad ħaddieħor jara lilna u jkollu eżempji sbieħ li jwassluh jitħajjar jimxi fuq ilmassmi tal-Evanġelju.

7


Formazzjoni

L-Irwoli tal-Kumitat minn Darrel Pace

“Għax aħna ’l Ġesù l-Mulej qegħdin inxandru, u

mhux lilna nfusna; aħna m’aħniex ħlief qaddejja tagħkom minħabba f’Ġesù Kristu

F

2 Kor 4:5

i ftit kliem, San Pawl irnexxielu jiġbor xi jfisser dan ix-xogħol li qegħdin nagħmlu bħalissa. Apparti li qed noffru s-servizz tagħna lilkom il-kandidati, dak li qegħdin nagħmlu, qegħdin nagħmluh għall-ikbar glorja t’Alla. Nixtieq li qabelxejn nirringrazzjakom f’ismi u f’isem s-seba’ membri tal-kumitat l-oħra li wrejtu fiduċja u rajtu li aħna stajna nkunu dawk li naħdmu flimkien u nkunu ta’ servizz.

f’idejh l-irwol ta’ segretarju u b’hekk jieħu ħsieb li jikteb il-minuti waqt il-laqgħat u jifforma l-aġenda għal-laqgħa li jkun imiss. Irid jara wkoll li d-deċiżjonijiet tal-kumitat jiġu attwati ladarba jiġu approvati mid-Direttur.

Etienne Gregory, kandidat tar-raba’ sena mill-qasam ta’ Pembroke, se jkun qed jagħti s-servizz ta’ kaxxier billi jżomm rendikont tad-dħul u l-ħruġ ta’ flus mill-kaxxa tal-kumitat u darbtejn fis-sena jirrapporta dwar is-sitwazzjoni finanzjarja lill-membri tal-Kumitat.

Dawn li ħa nsemmi huma Roberto D’Amato (itl-karigi kif ġew assenjati għal din is-sena mill-ewwel laqgħa li tieni sena, mill-qasam ta’ Birżebbuġa) u Jeremy Farrugia bħala kumitat kellna: (l-ewwel sena, mill-qasam Darren Borg, kandidat ta’ Bormla), għal din is-sena tar-raba’ sena mill-qasam ta’ se jkunu qegħdin jieħdu Ħal Balzan, se jkun qed jieħu ħsieb din ir-rivista, flimkien 8

April | Mejju 2015

I


5

Formazzjoni

Adrian Borg mill-qasam ta’ Ħal Qormi 1, kandidat tat-tieni sena, se jkun qed jagħti s-servizz tiegħu billi jara li minn żmien għal żmien itella’ fuq il-grupp tal-Facebook (Kandidati SDC) jew jibgħat permezz ta’ emejl Andrew Cassar, kandidat in-noti relatati ma’ xi laqgħat li tar-raba’ sena mill-qasam jsiru waqt ir-Responsorju. ta’ Marsaskala, se jkun qed Finalment, il-President jagħti l-għajnuna tiegħu f’dak li jkun meħtieġ fil-kmamar għandu jmexxi l-laqgħat talwaqt il-laqgħat u jaġġorna kumitat u jara li l-membri taln-noticeboard bl-attivitajiet u kumitat qegħdin iwettqu b’mod tajjeb id-doveri assenjati lilhom. b’avviżi li jkun hemm bżonn. Il-President għandu wkoll Xi ħaġa tajba waqt il-brejk jżomm kuntatt mad-Direttur talma tonqosx, u biex ikollna xi Kandidati u jikkonsulta miegħu ħaġa tal-ikel u xorb, Randall fejn u meta jkun hemm bżonn. Debattista, mill-qasam ta’ Ħal Darrel Pace, kandidat tar-raba’ Qormi 1, li qiegħed fit-tielet sena mill-qasam tal-Fgura, se sena, se jkun qed jipprovdilna jkun qiegħed jokkupa din ill-ikel u x-xorb fil-brejk flimkien kariga għal din is-sena. ma’ xi kandidati oħrajn li jservu ta’ sottokumitat. ma’ sottokumitat li se jkunu qegħdin jgħinu fil-format talkandidat, fil-kontenut u fil-qari tal-provi tal-artikli miġbura biex b’hekk il-prodott finali jkun wieħed professjonali.

Il-Kandidat

9


Formazzjoni

Apparti l-karigi mniżżla, hemm ukoll l-għajnuna ta’ kull wieħed minnkom. Għalkemm mhux bi rwol uffiċjali, intom għandkom l-irwol attiv li tagħtu sehemkom f’dan il-kors tal-Pre/ Responsorju. Huwa importanti li kemm jista’ jkun, mil-lum ’il quddiem tagħmlu mill-aħjar li tistgħu u tagħtu l-kontribut tagħkom. Kunu kemm jista’ jkun parteċipattivi f’kull attività li ssir u b’hekk bil-parteċipazzjoni tagħkom, tkun qegħdin tħeġġuna biex inkomplu norganizzaw, attivitajiet differenti.

b’ħajja u entużjażmu li jħallu l-ġid mistħoqq. Apparti minn hekk, żommuna dejjem fit-talb tagħkom, biex dak li nagħmlu, nagħmluh dejjem mill-aħjar li nistgħu u skont kif iridna Hu. Sadanittant, huwa fil-ħsieb tagħna li jiġu organizzati xi laqgħat differenti għallkandidati kollha, bħalma diġà saru. Żommu l-kuntatt!

Nieħu l-okkażjoni biex infakkar li min għadu mhuwiex parti mill-grupp ‘Kandidati SDC’ fuq Facebook, biex jingħaqad mal-grupp minn din il-ħolqa: https://www.facebook.com/ Minn dan il-kors, tieħdu groups/452587591489182/. lura skont kemm tixtiequ intom. Tkunux pronti tgħidu Il-Paċi Magħkom! le għalxejn b’xejn imma kunu disponibbli u pronti li taċċettaw, 10

April | Mejju 2015

I


5

Formazzjoni

Il-Fidi hi kollox? minn Jurgen Caruana

“I

l-fidi kollox uliedi” Dan huwa l-kliem li juża l-fundatur tagħna. Il-fidi hija ċ-ċavetta tal-ħajja, iċ-ċavetta ta’ kull mistoqsija li tberren f’moħħna. Din hi ħajjet ilbniedem, kollox jibbaża fuq kemm wieħed għandu fidi. Bħalma l-ġisem għandu bżonn l-ikel biex jgħix, l-istess għandek bżonn il-fidi biex tgħix u b’hekk biss wieħed ikun jista’ jilħaq l-iskop ta’ ħajtu. Fil-ħajja ta’ kuljum, il-bniedem jiġi wiċċ imb wiċċ ma’ mistoqsijiet li, jekk hu ma joqgħodx attent, jispiċċa biex idgħajfuh u jkissruh. Mistoqsijiet bħal: Alla min hu? Wara l-mewt jispiċċa kollox? Kif nista’ noqgħod fuq dak li tgħid il-Bibbja, forsi l-ġrajja li hemm fiha ma seħħitx vera? u ħafna aktar mistoqsijiet. Huwa tajjeb Il-Kandidat

li wieħed ifittex u jistaqsi, iżda jekk xi ħadd qiegħed jagħmel dan biex jisfida lil min jemmen u diġà jaf li hu mhux lest li jinbidel għal dan it-twemmin, hu qiegħed jilbes fuqu libsa ta’ suppervja u ingann. Wieħed jista’ jgħid u jsaqsi: Imma dan Alla li hu perfett, kif ħalaq dinja fejn naraw daqshekk inġustizzji? Aħna bnedmin u għalhekk naħsbu u naraw minn perspettiva umana. Ħa nieħdu l-eżempju ta’ Nick Vujicic, raġel li twieled mingħajr idejn u saqajn. Li kieku kellek tistaqsi lin-nies xħin twieled x’jagħmlu li kieku kienu minfloku, ħafna jwieġbu li aħjar miet u min jaf xi tbatija qed iħoss. Irriżulta li wara li kien f’sitwazzjoni fejn hu xtaq li jtemm ħajtu, ġiet il-Kelma t’Alla f’idejh u minn dak il-ħin 11


Formazzjoni

iddeċieda li jagħti ħajtu għalih minkejja l-limitazzjonijiet tiegħu. Dan il-bniedem biddel il-mod ta’ kif kien iħares lejn il-ħajja: iżżewweġ, kellu tifel u jagħmel tista’ (tgħid kważi) kollox, affarijiet li hu forsi qatt ma kien konxju li hu kapaċi jagħmel. Hu dar id-dinja u qasam l-esperjenza tiegħu ma’ miljuni ta’ nies u ta tama lil min ħaseb li ma kellux skop għalxiex jgħix. Nick huwa biss eżempju wieħed minn miljuni ta’ mirakli li Alla llum jippermetti lill-bniedem li jara.

ma twasslek imkien, iżda talli t-tagħlim kollu li tkun ħadt minn tfulitek, titilfu f’ħakka t’għajn. Tista’ tmaqdar il-Knisja u tista’ tmaqdar ir-reliġjon kemm trid, imma billi tmaqdar ma tkun qed tieħu xejn. Iktar milli jmaqdar, wieħed irid jipprova tal-anqas jagħmel kritika kostruttiva. Dan ifisser li bi kliemu, jgħaddi suġġerimenti fejn fihom jgħid kif ċertu affarijiet jistgħu jinbidlu għall-aħjar. Huwa veru li l-Knisja, f’għajnejn in-nies, dejjem tidher li qiegħda pass lura mir-realtà. Madankollu, tajjeb li nżommu f’moħħna li l-Knisja hija biss grupp ta’ ħaddiema fl-għalqa tal-Mulej u ma tistax taqbad u tbiddel it-tagħlim il-veru.

Tajjeb li ngħidu li huwa żball li naħsbu li r-raġuni ma tidħolx mal-fidi. Ir-raġuni, jekk imħaddma tajjeb, hija għajnuna neċessarja fil-mixja tal-fidi ta’ Huwa veru li ħafna drabi, kull bniedem. Mill-banda l-oħra, ir-raġuni waħedha mhux talli it-twemmin jidher tad-daħk 12

April | Mejju 2015

I


5

Formazzjoni

f’għajnejn il-bniedem. Minn barra ma tistax tagħti tort lil ħadd fin-nuqqas ta’ fidi, għax l-ebda bniedem m’għandu provi ċari fuq l-eżistenza t’ Alla. Mhux faċli li persuna tagħmel ħajjitha kollha tgħix għal Alla u li tiċċaħħad minn affarijiet oħra mingħajr ma hi ċerta jekk dan Alla jeżistix tassew jew le. Ħafna jgħidulek imma l-fidi kollox u dan huwa veru, iżda mhux faċli daqskemm wieħed jasħeb. L-aħbar it-tajba hi li, ladarba, jkollok il-fidi u tiddeċiedi li ħa tiddedika ħajtek għal Alla, ħajtek issir vjaġġ ikkulurit u mimli b’ esperjenzi tal-ġenn li finalment, dawn għandhom iwassluk għal qofol ta’ kollox - is-salvazzjoni.

iġib diversi argumenti li l-ebda bniedem mhu kapaċi jirrispondi. Iżda l-bniedem li ma jemminx, minkejja l-argumenti kollha tiegħu, jissammar meta mistoqsi: “Allura x’inhu l-iskop li int qed tgħix? Li tmut u tispiċċa daqs li kieku qatt ma kien xejn? “ B’dawn il-mistoqsijiet, wieħed jiġi konxju li min jemmen tassew, għandu xi ħaġa aktar, għax filverità, kulħadd għandu l-għatx għall-ħajja anke min jgħid li ma jemmen f’ xejn.

Il-fidi tassew hija kollox. Hi tagħti skop lil kull bniedem biex jgħix. Tagħtina tama li wara din il-ħajja hemm ħajja oħra u li aħna m’aħniex qegħdin hawn biex nitwieldu u mmutu biss. Għax Xi ħadd li ma tantx jemmen fejn hemm it-tama, hemm iljew li ma jemminx f’Alla, fidi u fejn hemm il-fidi, il-mirakli jista’ faċilment ikissrek jew jseħħu tassew. Il-Kandidat

13


Formazzjoni

Sieħbi, ibża’ għall-ħin! minn Jeremy Farrugia

F

’arloġġ ċkejken filkamra tal-kumitat insibu propju din il-frażi: “Tgħallem mill-Passat, Ħares lejn il-Futur u Għix ilPreżent”. Dan l-arloġġ ma jaħdimx u dan fakkarni li ż-żmien itir u ma jistenna ‘l ħadd! Għalhekk tajjeb li ma noqogħdux naħsbu wisq fuq dak li ġara imma għandna nħarsu b’ħeġġa għal dak li għadu jrid jiġi.

affarijiet sbieħ u kemm affarijiet negattivi imma minkejja dan kollu ma jfissirx li aħna m’għandnix nagħtu kas ta’ dak li ġara. L-esperjenzi li nkunu għaddejna minnhom, tajjeb li aħna ma nħalluhomx għaddejjin qisu qatt ma ġara xejn. Għandna nitgħallmu minnhom biex nevitaw li nerġgħu niżbaljaw

Tgħallem mill-Passat

Il-Passat mhux garanzija tal-futur. Min jaf kemm-il darba smajnieha u qatt ma konna tajna kasha qabel din il-frażi. Min jaf, meta konna żgħar, kemm-il darba staqsewna xi rridu nsiru la

Minkejja li aħna prodott tal-passat, dan iż-żmien m’għandux jew aħjar ma nħalluhx jiddefinixxi ż-żmien li ġej. Dak li ġara ġara, kemm 14

Ħares Lejn il-Futur

April | Mejju 2015

I


5

Formazzjoni

nikbru. Min jgħid tabib, min jgħid għalliem u min jaf kemm-il professjoni oħra ħarġet minn fommna u minn moħħna biex imbagħad wara xi żmien inbiddlu kollox. Minkejja li tajjeb naħsbu għall-futur u naħdmu għalih, tajjeb li ma nagħtux daqshekk importanza b’tali mod li jtellifna minn affarijiet aktar importanti jiġifieri dak li qed nagħmlu issa. Madankollu, tajjeb li niftakru f’dak li qalilna Ġesù stess:

għax dawk l-affarijiet taru. Ara ż-żmien ta’ issa, dan iż-żmien qegħdin nesperjenzawh issa waqt li qed taqra dan l-artiklu stess. Ma nħallux il-biżgħa ta’ xi passat ikrah jew dubju fuq il-futur, ibeżżgħana jew itellifna il-ferħ ta’ issa. Tajjeb li nagħlqu b’dak li qal Ġesu:

“Fittxu

għalikom infuskom boroż li ma jitmermrux, teżor li ma jiġix nieqes fissema, fejn la l-ħalliel Mela kunu lesti intom ma jersaq u lanqas ilukoll, għax qatt ma kamla ma tħassar tistgħu tobsru s-siegħa li Lq 12:33 fiha jiġi Bin il-bniedem

Ngħixu l-Preżent

Tajjeb li ngħixu l-mument ta’ issa u napprezzaw u naħdmu b’ dak li għandna issa. Il-futur ħadd ma rah, u minkejja li wieħed għandu jaħdem għalih, ħadd ma jaf x’hemm jistenniena. Inutli li wieħed jibqa’ jgħix fil-passat Il-Kandidat

Għalhekk ejjew nagħmlu ħilitna biex nevitaw kull għemil ta’ deni lejn ħaddieħor u lejna stess, kull mibegħda u kull xewqa ħażina li jista’ jiġi f’moħħna biex fil-futur ma jiddispjaċinix ta’ dak li għamilna fil-passat u nkunu bil-mod il-mod qed naħdmu lejn futur sabiħ. 15


Formazzjoni

Il-Ġinnasju Spiritwali minn Matthew Abela

D

kellu għal qalbu ħafna d-direzzjoni spiritwali minn lajċi għal-lajċi. Din il-prattika kienet issir fl-ewwel żminijiet tal-Knisja mill-irħieb taddeżert u kienet tħalli ħafna ġid. Maż-żmien, din ilprattika nqatgħet u ntesiet kważi għal kollox, iżda dejjem f’xi żmien jew ieħor kien hemm xi każi iżolati ta’ lajċi li kienu jagħtu pariri spiritwali lil-lajċi oħrajn. Fi żmien l-inkjesta tal-Knisja, li saret fl-1916, dwar is-Soċjetà tad-Duttrina Nisranija MUSEUM, ir-regolament dwar id-direzzjoni spiritwali kellu jitwarrab, iżda mażżmien ġie aċċettat millJidher li l-qaddis Preca Knisja bħala wieħed mir-

an il-ktieb kien stampat għall-ewwel darba fis-snin tletin, qabel l-aħħar Gwerra Dinjija. Reġa’ kien stampat fis-sena 1981 bħala wieħed minn tal-bidu fis-sensiela ta’ kotba ta’ San Ġorġ Preca msejħa ‘library edition’. Għall-bidu, dan ilktieb kien maħsub għall-użu tal-membri tas-Soċjetà tadDuttrina Nisranija MUSEUM, bħala manwal għal dawk li jkunu jħarrġu lill-kandidati bi preparazzjoni ħalli jsiru soċji fl-Għaqda MUSEUM, kif ukoll għall-użu taddirezzjoni spiritwali tassoċju.

16

April | Mejju 2015

I


5

Formazzjoni

regolamenti importanti, u f’dan il-manwal Ġesù nnifsu Dun Ġorġ kien feraħ ħafna jidher li qiegħed jitkellem mal-qarrej, u jagħtih gwida b’din l-aċċettazzjoni. għall-eżerċizzju dwar ilspiritwali Meta l-Ġinnasju Spiritwali kombattiment kien stampat mill-ġdid, li kull bniedem jgħaddi l-Edituri għamlu nota li, billi minnu. s-suġġetti li fih jolqtu lil kull F’dan il-ktieb, San Ġorġ min jgħix il-ħajja spiritwali, kien qed jiġi stampat għall- Preca jagħmel enfasi fuq itewwel darba għal kulħadd. talb u l-għaqda li għandna Dan il-ktieb kellu x-xorti li jkollna ma’ Alla. Mhux ta’ jkun tradott fil-lingwa Ingliża b’xejn li San Ġorġ Preca kien u jkun stampat taħt l-isem ixebbah it-talb man-nifs li ‘Gymnasium for the Spiritual jieħu l-bniedem. Mingħajr Life’ mill-istess Soċjeta’ tad- nifs, il-bniedem ma jistax Duttrina Nisranija fis-sena jgħix, u daqshekk ieħor ma jistax jgħix il-bniedem 1996. spiritwali mingħajr San Ġorġ Preca kien iqis il- orazzjoni. ħajja fuq il-kliem tal-Iskrittura ‘kombattiment kontinwu’, u Il-Kandidat

17


Għarfien Ġenerali

Stress

minn Andrew Mifsud

X

i kultant kulħadd jgħaddi minn xi perjodu stressanti jew iħossu li rashom ħa tesplodi bl-istress. L-istress, normalment, jiġi kkawżat minħabba fatturi li m’għandikx kontroll fuqhom jew li mintix ippreparat għalihom. Fost oħrajn insemmu: ammont kbir ta’ xogħol li trid tlesti fi żmien qasir, problemi ta’ mard filfamilja, mewt ta’ xi ħadd viċin qalbek, l-eżamijiet u n-nuqqas ta’ ħin biex tgawdi xi delizzju. L-istress jaffetwak b’ħafna modi. Jaffetwak fiżikament billi s-sistema diġestiva tieqaf taħdem u b’hekk ma jkollokx aptit tiekol, żieda fit-tħabbit tal-qalb u żieda fl-adrenalina. L-istress jaffettwalek moħħok billi jnaqqaslek il-konċentrazzjoni, iżidlek it-tfixkil fil-ħsibijiet u inaqqaslek il-memorja talaffarijiet li tisma’ bihom ftit ta’ żmien ilu. L-emozzjonijiet ukoll jiġu affetwati mill-istress. Ftit 18

eżempji huma: li jkollok żieda ta’ anzjetà u tħossok dipressat, ikollok iktar tensjoni fiżika u iktar tensjoni psikoloġika. B’ konsegwenza ta’ dan kollu, l-imġiba wkoll tiġi affetwata. Tibda timrad iktar faċilment minħabba li s-sistema immunitarja tieħu tisbita, nuqqas kbir ta’ irqad u nuqqas kbir ta’ kapaċità ta’ xogħol. Jekk naqgħu fl-istress u nindunaw billi nħossu xi wħud minn dawn is-sintomi, x’nistgħu nagħmlu biex nirbħu din ittaqbida? Hemm metodi li ġew esperimentati u ħadmu tajjeb biex tnaqqas l-istress. L-aħjar metodu huwa li ssib appoġġ u għajnuna minn ħaddieħor meta tkun stressjat ħafna, tgħin ukoll li l-individwu li qed ibati bl-istress, ikollu ambjent pożittiv madwaru u wkoll li jkun hemm użu aħjar tal-ħin biex ma tispiċċax li jkollok ħafna xogħol għall-aħħar. April | Mejju 2015

I


5

Għarfien Ġenerali

Il-Mużika minn Julian Spiteri

I

l-mużika hija forma ta’ arti bbażata fuq il-ħsejjes u hija magħmula minn tliet elementi prinċipali: il-’pitch’ (skala ta’ noti), ir-ritmu u d-dinamika. Tista’ tgħid li l-mużika saret parti mill-ħajja tagħna ta’ kuljum. Hemm storja twila ta’ kif din issawret. Interessanti kif ilbniedem, fil-bidu nett, kien jużaha bħala mezz ta’ komunikazzjoni. Illum il-ġurnata, il-mużika, issibha kullimkien. Illum tintuża jew biex ittella’ xi biċċa xogħol u ma tiddejjaqx tagħmilha jew biex saħansitra tirrilassa.

Ma nistgħux ninsew li hawn ħafna ġeneri differenti ta’ mużika, fosthom il-mużika sagra. Jekk int bħali u tħobb l-istrumenti mużikali, taqbel miegħi li din ilmużika ssebbaħ ħafna lid-diversi funzjonijiet u festi li niċċelebraw. Il-ħoss tal-istrumenti mal-vuċijiet tal-kor intunati jagħtu l-ħajja lil dawn iċ-ċelebrazzjonijiet.

Fl-aħħar iżda mhux l-inqas nixtieq nagħti parir lill-prefetti biex kultant inbiddlu ftit u fillaqgħa tagħna li jkollna mat-tfal u l-adolexxenti ninkludu xi biċċiet mużikali. Wara li jkollok tema f’moħħok sib ġeneru addattat Il-mużika fiha ħafna u diska li twassal il-messaġġ li emozzjonijiet. Permezz ta’ tixtieq twassal. biċċa silta, tkun kapaċi tinduna x’messaġġ trid twassal, ngħidu Nissuġġerilek li ssib ftit ħin aħna messaġġ ta’ ferħ, pożittività, u oqgħod irrilassa ftit u isma’ dwejjaq jew biża’ fost oħrajn. l-mużika favorita tiegħek, u kif Nistgħu nġibu eżempju b’film. tkun kalm ftakar ftit f’Ġesù u Għalkemm ħafna drabi ma itolbu xi ħaġa f’qalbek. nkunux konxji tas-soundtrack ikun qed iħalli effett kbir fuqna. Hija “Wara l-Kelma t’Alla, l-akbar l-mużika li ħafna drabi ġġiegħel teżor fid-dinja hija l-arti nobbli ’l xi demgħa taqbiżlek jew biex tal-mużika ” - Martin Luther iġġiegħlek tibża’. Il-Kandidat

19


Għarfien Ġenerali

Annabelle Vassallo minn Keith Lia

I

l-ġurnata tal-24 ta’ Jannar tal-2011 hija ġurnata li ħafna mill-Maltin, żgur u mhux forsi, ħa jibqgħu jiftakru għal ħajjithom kollha, għax dakinhar kienet mietet Annabelle Vassallo wara ħames snin ta’ battalja ma’ tumur li tfaċċa f’għonqha. Kien eżattament fit-2 ta’ Jannar tal-2007 meta Annabelle saret taf li hija 20

għandha tumur aggressiv f’għonqha, iżda meta rċievit din l-aħbar ma ħassithiex imbeżża’ anzi ħasset bħal xi ħadd li dan qabadha u tefagħha ġo oċejan fejn hija kienet imdawwra blimħabba. F’dan il-perjodu hekk diffiċli f’ħajjitha għarfet aktar lilha nnifisha u apprezzat d-dgħufijiet u l-iżbalji tagħha u kif ukoll irringrazzjat lil Alla ta’ dan il-mument. L-ewwel ħaġa li ħasset li riedet tagħmel malajr kemm jista’ jkun kienet li tikteb ittra lil persuna partikulari li din kienet weġġgħatha u wara li lestietha ħassitha ferħana ħafna li ħafret u qalet lillMulej li issa seta’ jeħodha. April | Mejju 2015

I


5

Għarfien Ġenerali

Iżda Alla kellu pjanijiet differenti għaliha u fieqet mill-marda li kellha. Però ftit xhur wara reġa’ tfaċċalha tumur ieħor din id-darba f’għonqha li kien fatali għal ħajjitha. Kemm wara li fieqet wara l-ewwel tumur u anki wara li tfaċċalha t-tieni wieħed hija għamlet quddiesa ta’ ringrazzjament lil Alla għal ħajjitha u għal kulma għamel magħha. Hija fakkret lilha nnifisha u lil ta’ madwarha li Alla ma wegħednix ħajja mingħajr slaleb, iżda wegħedna li l-preżenza tiegħu se tibqa’ magħna sal-aħħar.

ġo fihom il-fidi li kienet iddgħajfet. Kif ukoll kienet ta’ kumpanija għal nies oħra li kienu fit-tbatijiet ta’ xi tip ta’ mard ieħor. L-influwenza u l-impatt tagħha, l-aħjar mod li tista’ tiddeskrivih huwa li hija kienet bħal musbieħ li l-fjamma tiegħu tibqa’ mixgħula għal dejjem.

Kemm lest inti li taffaċja d-diffikultajiet li tiltaqa’ magħhom ta’ kuljum bħal Annabelle? Kemm lest li tafda f’Alla? Kemm inti umli u manswet? Kemm hija kbira u b’saħħitha l-fidi tiegħek? Kemm inti ta’ għajnuna għal ħaddieħor? Kemm u b’liema Bis-saħħa tagħha ħafna mod ixxandru lil Alla? min-nies reġgħet feġgħet Il-Kandidat

21


Riżorsi

Remember the

TITANS

V

minn Bernard Mizzi

antaġġ kbir li għandna fid-dinja tal-lum huwa li għalliem jista’ faċilment juża xi film biex permezz tiegħu jwassal messaġġ lill-klassi ta’ tfal jew żgħażagħ li jkun qed jgħallem. Wieħed minn dawn il-films, u li probabbli hawn ħafna li semgħu bih, huwa “Remember the Titans”.

huwa Denzel Washington, ħa jieħu post il-kowċ l-antik li huwa ta’ karnaġġjon abjad u imbagħad dan kellu jsir l-assistent tal-ġdid. Minn

Dan huwa film li hu bbażat fuq storja vera u li jeħodna lura lejn fl-1971 f’Alexandria, Virginia flIstati Uniti. Il-kulleġġ ta’ din il-belt iddeċieda li jbiddel il-kowċ tat-tim tal-futbal (li għalina jiġi Rugby). Ilkowċ il-ġdid, li huwa ta’ karnaġġjon iswed u li l-attur li qed jagħmel din il-parti 22

April | Mejju 2015

I


5

Riżorsi

hawnekk diġà tista’ tinduna kif se tiżvolġi l-istorja. Ikompli billi l-plejers li kienu taħt ilkowċ l-antik jiddeċiedu li ma jridux ikomplu taħt ilġdid. Iżda imbagħad jilħqu kompromess bejniethom u jaslu biex jagħmlu ħafna suċċessi. Minn hawn tista’ toħroġ li rnexxielhom ikissru l-firda bejniethom minħabba r-razza differenti, kemm bejn il-plejers u kemm bejn iż-żewġ kowċis stess.

Importanti wkoll li l-età tażżgħażagħ li jaraw dan il-film għandha tkun ta’ ‘il fuq minn tnax–il sena minħabba ċertu mumenti żgħar ta’ vjolenza u xi kliem vulgari.

Informazzjoni dwar il-film Tul: 113 min Ġeneru: Biografija, Drama u Sport Sena tal-ħruġ: 2000 Għal udjenza t’età ‘l fuq minn 12-il sena

Il-Kandidat

23


Riżorsi

Sriep u Slielem minn Benyon Borg

X

i kultant niġu f’dilemma kif se nagħmlu l-lezzjoni iktar relevanti għat-tfal u ż-żgħazagħ li ta’ kuljum niltaqgħu magħhom fl-oqsma tagħna. Aħna bħala kandidati għandna iktar mezzi biex nistgħu norganizzaw attivitajiet jew logħob li bihom nistgħu nagħmlu lill-klassi li jkollna assenjata. Jiena bħala kandidat nieħu ħsieb il-klassi tal-Ewwel Tqarbina u bħala ammont ta’ tfal qegħdin madwar 26 tifel. Hija l-ewwel esperjenza tiegħi li ngħallem din ilklassi u għalhekk trid issib u torganizza lezzjonijiet u attivitajiet differenti mill-klassi li kont ngħallem qabel. Bħala kandidat inħoss li attivitajiet 24

u logħob jgħinu ħafna lit-tfal li għadhom żgħar fl-età, filkaż tiegħi tfal ta’ bejn 6 u 7 snin biex jifhmu aħjar dak li qiegħed tgħallimhom u iktar faċli għalihom li jiftakkruh. Inħoss li f’oqsma tagħna neqsin ħafna milli nagħmlu attivitajiet parti minn lezzjoni u għalhekk inħoss li għandna nagħtu importanza lil ċertu attivitajiet li jistgħu jkunu t’għajnuna fit-tagħlim nisrani. Bl-għajnuna tal-membri u l-kandidati tal-qasam ħriġna bl-idea li nagħmlu “Snakes and Ladders “ kbira. Din hija logħba li nafuha iktar bħala “board game” imma minnha għarafna li stajna noħorġu messaġġ ta’ ġid. Bl-għajnuna tas-superjur li għeni ħafna biex nadatta din il-logħba għall-klassi tiegħi April | Mejju 2015

I


5

Riżorsi

kienet ta’ suċċess kbir. It-tfal Għalhekk tintuża d-damma ħadu gost biha ħafna u ħassejt biex turi li l-għażla f’idejn ilpersuna jekk tridx tmur għal li tgħallmu minnha wkoll. dejjem fejn Alla l-ġenna jew le. Għamilna board kbira simili Wara li nlestu minn din l-attività għal is-“Snakes and Ladders”. nagħmlu ftit minuti nkellmu litIn-numri minn 1 sa 100 ifissru tfal fuq is-sagrament tal-qrar. l-ħajja tagħna. 1 ifisser il-bidu Għal din il-klassi huwa mument jiġifieri t-twelid u l-100 it-tmiem speċjali peress li se jirċievu jigifieri l-mewt. Is-slielem ifissru dan is-sagrament. Għalhekk dawk l-affarijiet jew azzjonijiet ngħallmuhom jagħmlu użu tajba li aħna nagħmlu matul tajjeb minnu; li huwa mezz li ħajjitna li jwassluna qrib iktar bih aħna nerġgħu nagħmlu ta’ Alla. Is-sriep ifissru dawk paċi ma’ Alla u ma’ xulxin. l-affarijiet jew azzjonijiet ħziena Dawn l-attivitajiet jgħinu litli aħna nagħmlu matul ħajjitna u li dawn ibegħduna ‘l bogħod tfal u liż-żgħażagħ li jattendu minn Alla. Meta wieħed jasal l-oqsma tagħna jikbru aktar fuq il-100 jiġifieri huwa issa fit-tagħlim nisrani b’mod aktar qiegħed il-ġenna fejn Alla. prattiku u li fl-istess ħin lilhom Imma min jinżel bis-serp xorta jogħġobhom u jgħinhom filgħandu ċans li jasal sal-100 ħajja nisranija tagħhom. għax Alla dejjem jagħti ċ-ċans lil kulħadd li jmur il-ġenna. Il-Kandidat

25


Esperjenzi

“M’għandix biżżejjed ħin” M

minn Gabriel Pace (Paola)

hux l-ewwel darba li jkolli ġurnata ppakkjata. Bejn skola u privat u pjanu u Museum, ġieli nħoss li m’għandix biżżejjed ħin għal ebda minnhom. L-għalliema jgħidulna biex nistudjaw, talpjanu tgħidli biex nipprattika iżjed, u għaldaqstant inserraħ ftit moħħi meta niftakar li bħali hemm ruxxmata żgħażagħ li jibbilanċjaw ħinhom kuljum. Inutli noqgħod nixxennaq għal iktar ħin, għax ġurnata dejjem erbgħa u għoxrin siegħa kellha u hekk ħa tibqa’. Allura m’għandix tama? It-tqassim sew tal-ħin joħroġ bħala soluzzjoni ideali. Il-ħin li jkolli, anke jekk ftit, nipprova nara kif ħa nużah u mhux naħlih. Il-ħin tal-Museum u talprivatijiet kemm jista’ jkun ma mmissux u ndawwar l-istudju u l-affarijiet l-oħra madwaru. 26

Importanti dak il-ftit ħin talassenjatur jew mal-klassi, għax barra li nieħu ħafna ġid, dejjem nidħak xi daħka jew tnejn filkumpanija tal-oħrajn. Fuq kollox, John Lennon jgħid li “Ilħin li tieħu gost taħli mhuwiex moħli,” speċjalment fil-każ tagħna l-Museum. Ġieli l-iskola nisma’ b’xi erba’ mdejqin li joqogħdu jifirħu għax jaħlu ġurnata sħiħa, imbagħad jagħmlu xi ‘all-nighter’ jistudjaw. Kif jgħixu dan-nies? Għalija, il-mistrieħ huwa neċċessità, u mingħajru nitkisser. Kollox għandu jieħu prijorità skont iż-żmien, imma tajjeb li qalb il-geġwiġija ta’ kuljum, insib ftit ħin għal Alla, li iktar minn kull ħaġa oħra, jagħtini l-qawwa biex ngħix ġurnata u nagħmel il-ġid. April | Mejju 2015

I


5

Esperjenzi

“X’se tagħmel int fil-Milied?!” T

minn Hubert Balzan (Perù)

rabbejt fil-qasam tasSiġġiewi. Konna grupp sabiħ ta’ kandidati: mis-sena tagħna biss, konna tmienja u magħna kien hemm tnejn ta’ sena ikbar minna u mbagħad żdiedu oħrajn iżgħar minna. Konna ninġiebu ħafna flimkien: niċċajtaw, naqbdu ma’ xulxin, nagħtu xi kedda tajba lill-kultur jew lis-superjur imma lkoll konna nieħdu sehem fl-attività kollha tal-qasam. Ħaġa li niftakar sew hi kemm konna nieħdu gost fis-sajf, kważi kuljum, filgħodu u ġieli anke wara nofsinhar, ngħinu fit-tibjid jew ngħallmu l-hobbies lit-tfal. Ommijietna meta kienu jiltaqgħu għal xi laqgħa dejjem kienu jaqblu fuq ħaġa: li kulma kien jonqosna kien li nġorru s-sodda lejn il-qasam għax iddar bilkemm konna nidhru! Dan l-ambjent ħaffifli ħafna d-dixxerniment tal-vokazzjoni għalkemm, kif nafu, wieħed m’għandux jorbot il-vokazzjoni tiegħu mal-qasam għax aħna Il-Kandidat

ma ninkorporawx mal-qasam imma mas-Soċjetà. Imma jien u ntella’ u nniżżel jekk ngħidlux iva lill-kultur meta dan staqsieni jekk xtaqtx ninkorpora, niftakar li kont ħsibt fuq il-possibiltà li jekk ninkorpora aktarx li ma nibqax filqasam fejn trabbejt u allura ridt nara jekk kienx il-qasam li kien qed jiġbidni inkella kienx l-istil ta’ ħajja tagħna. Bit-tmexxija taddirettur spiritwali u wkoll bit-talb iddeċidejt li ngħidlu iva. U hekk bdejna t-triq. Niftakar li ma kont għidt lil ħadd minn tal-familja bid-deċiżjoni u darba wasalt id-dar u laqgħetni ommi b’ittra f’idha li kienet intbagħtet midDar Ġenerali tas-Soċjetà u qaltli, “X’se tagħmel int fil-Milied?!” U jien staqsejtha, “Għaliex?” U mill-ewwel urietni l-ittra. Niftakar kienet ferħet ħafna, kemm hi kif ukoll missieri, u dakinhar tal-inkorporazzjoni kienu fuq quddiem nett! Illum iberkuni mis-sema! 27


Esperjenzi

Imbagħad il-vokazzjoni missjunarja... storja oħra marbuta ma’ ta’ qabilha. Minn ċkuniti kont inħobb naqra dwar il-missjoni. Konna nirċievu r-rivista “Malta Missjunarja” (dak iż-żmien l-isem kien “Knisja Missjunarja”) u għalkemm ma kienx fiha xejn x’jiġbdek imma kont nieħu pjaċir naqra dwar dak li jwettqu l-missjunarji f’postijiet differenti tad-dinja. Iz-ziju tiegħi, ħu missieri, qassis missjunarju fil-Brażil, u allura ta’ spiss kien jiktbilna u aħna niktbulu u meta kien jiġi kont nieħu gost nisimgħu jirrakkonta. Fil-qasam tas-Siġġiewi kellna diversi soċji missjunarji: tnejn l-Awstralja, wieħed il-Kenja u ieħor l-Ingilterra. U dawn kienu jiġu u jkellmuna u jien kont nisma’ u bil-mod il-mod il-Mulej kien qed inibbet dik iż-żerriegħa. Darba soċju mis-Siġġiewi kien tela’ 28

xahar esperjenza l-Albanija u niftakar li meta mort id-dar kont għidt b’dan lil ommi u din qamet fuq tagħha u qaltli, “Allura?! Xi trid tgħid biha din?!” Però f’qalbi kont inħoss li l-Mulej kien qed itektek. Imma ma tantx kont tajt daqshekk kas. Imbagħad kont għamilt esperjenza qasira s-Sudan u kont rajt mill-qrib l-istil ta’ ħajja tas-soċji fil-missjoni. Sadanittant uħud minn sħabi tarResponsorju jew soċji li kienu ftit iżgħar kienu ħadu d-deċiżjoni li jmorru fejn is-Soċjetà xtaqithom. U hawn iktar kibret in-nebbieta. Niftakar kont nikkomunika magħhom bl-ittri u mbagħad bl-emejl. U kont veru nieħu gost meta kont nirċievi xi ħsieb mingħand xi ħadd minnhom. Anke fil-qasam konna nżommu dan l-ispirtu missjunarju: filMilied u fl-Għid konna ngħaddu kartolina lil kull soċju u kandidat April | Mejju 2015

I


5

Esperjenzi

biex jiffirmaha biex imbagħad nibagħtuha lil sħabna talqasam li kienu qed jaħdmu fil-missjoni. U mal-Magħżulin sikwit konna nagħmlu lezzjoni li fiha kienu jiktbu messaġġi qosra li mbagħad jintbagħtu f’xi qasam fil-missjoni. Għad għandi merfugħin it-tweġibiet li konna nirċievu flimkien marritratti li ġieli kienu jibagħtulna. Imbagħad kont mort il-Perù għal esperjenza qasira imma ma kelli ebda idea li sa sena wara kelli nerġa’ nkun hemm. Niftakar konna fil-ġimgħa tal-festa meta ċempilli s-Superjur Ġenerali u talabni nitla’ l-Blata l-Bajda dak il-ħin stess. Qalbi għamlet tikk! Bżajt ħafna meta qalli li bħala KEĠ kienu ħasbu li jibagħtuni l-Perù għax għalkemm kont ilni nixtieq li nintbagħat imma qisni qatt ma bsart li se jkun daqshekk malajr. Insomma tkellimt ma’ Il-Kandidat

oħti (sadanittant il-ġenituri kienu mietu) u din għall-ewwel qaltli li kollox sew imma imbagħad l-għada tgħidx kemm bkiet! U jien bdejt nerġa’ niġi bejn ħaltejn jekk kellix ngħid iva jew le. Imma darba kont qrajt li f’mument ta’ dlam inti m’għandek qatt tħassar deċiżjoni li tkun ħadt f’mument ta’ dawl: bid-direzzjoni u bittalb. U allura soqt ’il quddiem. Illum inħares lura u nirringrazzja ħafna lil Alla għal dak kollu li għamel miegħi u nitolbu jagħtini l-kuraġġ li nibqa’ nservih billi nagħtih is-sagrifiċċju totali talvolontà tiegħi.

29


Avviżi

Avviżi 25 t’April 6:00pm - Responsorju Blata l-Bajda. Wara logħob fil-ground tal-iskola St Michael u jkollna l-ikel flimkien. 2 ta’ Mejju 4:30pm - Immorru niltaqgħu mas-soċji anzjani ta’ DHS. 6:00pm - Responsorju normali fid-DHS.

9 ta’ Mejju Festa ta’ San Ġorġ Preca 6:00pm - Responsorju normali.

16 ta’ Mejju 6:00pm - Responsorju fil-qasam ta’ Pembroke. Wara jkollna ikel u mixja. 30

April | Mejju 2015

I


5

Avviżi

27 ta’ Ġunju 6:00pm - Responsorju fil-qasam ta’ Birżebbuġa. Wara logħob tas-sajf fi ‘Pretty Bay’. Id-dettalji jingħataw iktar ‘il quddiem.

wdex

ieħ f’Għa Ġranet ta’ mistr

L-Ewwel Grupp: t-3 ta’ Lulju 2015 sa ju n u Ġ ’ ta 0 Mit-3 It-Tieni Grupp: 5 s-7 ta’ Lulju 201 sa u lj u L ’ ta 4 lil M

It-Tielet Grupp: ’ Lulju 2015 ta 2 1 tsa u lj u L ’ Mid-9 ta

Il-Kandidat

31


“Intom id-dawl tad-dinja. Belt li tkun qiegħda fuq muntanja ma tistax tinħeba.” Mt 5, 14


Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.